KAPITLU 9

Insaħħu d-demokrazija

Xi Membri tal-Parlament Ewropew bilqiegħda f’ringieli f’awditorju kbir, u wħud qed jgħollu idejhom biex jivvutaw. Ara d-didaskalija tar-ritratt
Il-Membri tal-Parlament Ewropew qed jivvotaw waqt sessjoni plenarja tal-Parlament rigward liġi ġdida tal-UE dwar il-libertà tal-media mfassla biex tipproteġi lill-ġurnalisti mill-indħil politiku u biex ittejjeb it-trasparenza dwar is-sjieda tal-media, Strasburgu, Franza, it-13 ta’ Marzu 2024.

Fl-2024, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea ħadmu flimkien mill-qrib biex jindirizzaw l-interessi komuni tal-UE u jiksbu riżultati għaċ-ċittadini Ewropej. Issoktaw l-isforzi biex jittejjeb il-proċess tat-tfassil tal-liġijiet tal-UE u biex jissaħħu l-amministrazzjonijiet ħalli jkunu ppreparati aħjar għall-opportunitajiet u l-isfidi ta’ dinja li tant qed tinbidel. Kompla x-xogħol ukoll biex l-UE jkollha demokraziji aktar reżiljenti, bil-promozzjoni ta’ elezzjonijiet ħielsa u ġusti, bit-tisħiħ tal-libertà tal-midja u bil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni. Il-kisba ta’ riżultati aħjar għaċ-ċittadini billi jittejbu r-regoli tal-UE hu objettiv komuni, u hi r-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet u l-Istati Membri kollha tal-UE. Dan jinkludi li ċ-ċittadini jkollhom ir-riedni f’idejhom biex jipparteċipaw b’mod attiv fil-proċess demokratiku.

Istituzzjonijiet b’saħħithom

L-istruttura istituzzjonali tal-UE hija unika, u s-sistema tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha qed tevolvi b’mod kostanti. Fil-prinċipju, il-Kummissjoni Ewropea tipproponi l-liġijiet il-ġodda bi qbil mad-direzzjoni politika tal-Kunsill Ewropew, u  l-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, bħala koleġiżlaturi, jadottawhom. Imbagħad l-Istati Membri jimplimentaw il-liġijiet, u l-Kummissjoni tiżgura li dawn jiġu applikati sew. Il-ħidma ta’ dawn l-istituzzjonijiet jikkumplimentawha istituzzjonijiet u korpi - iftaħ tab ġdida. oħra.

Il-presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tgħaddi mingħand Stat Membru għall-ieħor kull 6 xhur. Fl-2024, il-presidenza kienet l-ewwel f’idejn il-Belġju, u mbagħad f’idejn l-Ungerija.

Erba’ kelliema bilqiegħda fuq palk waqt panel ta’ diskussjoni bit-titlu “Media Freedom in Europe” (Il-Libertà tal-Midja fl-Ewropa). It-titlu tal-avveniment jidher fl-isfond flimkien ma’ karattru tal-vinjetti, filwaqt li l-udjenza tinsab bilqiegħda fuq quddiem.
Panel dwar il-libertà tal-media organizzat matul il-Presidenza Belġjana tal-Kunsill biex jitfakkar il-Jum Dinji tal-Libertà tal-Istampa, mal-esperta tal-media Katrien Thienpont (lemin), il-ġurnalista Ukrena Olena Abramovych (it-tieni mix-xellug) u l-vinjettista Belġjan Philippe Geluck (it-tieni mil-lemin), Brussell, il-Belġju, it-3 ta’ Mejju 2024. © Thierry Monasse/Getty Images News via Getty Images
Grupp ta’ żgħażagħ bilqiegħda fuq taraġ f’diskussjoni informali, b’xi wħud jużaw il-laptop u oħrajn jieħdu n-noti, bi sfond blu bil-logo tal-Presidenza Ungeriża tal-Kunsill tal-2024 u bil-bnadar tal-Unjoni Ewropea u tal-Ungerija.
Il-Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ ġiet organizzata mill-Presidenza Ungeriża tal-Kunsill bħala parti mid-Djalogu Ewropew maż-Żgħażagħ, li jagħti liż-żgħażagħ fl-Ewropa l-opportunità li jkollhom skambji wiċċ imb wiċċ ma’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-kwistjonijiet u l-isfidi li jikkonċernawhom. Budapest, l-Ungerija, id-9 ta’ Settembru 2024.
António Costa, Ursula von der Leyen u mexxejja oħra tal-UE jippożaw għal ritratt formali flimkien f’binja tal-ħġieġ, bil-bnadar tal-Unjoni Ewropea maġenbhom, u tapit aħmar quddiemhom
Il-Kunsill Ewropew, magħmul mill-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern tal-Istati Membri tal-UE, António Costa, il-President tal-Kunsill Ewropew (ir-ringiela ta’ quddiem, il-ħames mil-lemin), u Ursula von der Leyen, il-President tal-Kummissjoni Ewropea (ir-ringiela ta’ quddiem, it-tielet mil-lemin), Brussell, il-Belġju, id-19 ta’ Diċembru 2024. F’Diċembru ġew iċċelebrati l-50 sena - iftaħ tab ġdida. mit-twelid tal-Kunsill Ewropew.

Iċ-ċiklu istituzzjonali tal-UE jiġġedded kull 5 snin bl-elezzjonijiet tal-Parlament. Dawn l-elezzjonijiet u l-ħatra sussegwenti tal-Kummissjoni l-ġdida huma partijiet essenzjali tal-proċess demokratiku tal-UE stabbilit fit-trattati - iftaħ tab ġdida.. Fl-aħħar sena taċ-ċiklu 2019–2024, l-istituzzjonijiet tal-UE rnexxielhom jilħqu l-objettivi ambizzjużi tagħhom stabbiliti għal dak il-perjodu, u wittew it-triq biex ikun jista’ jissokta bla skossi ċ-ċiklu politiku l-ġdid 2024–2029 (ara l-Kapitlu 0).

Il-funzjonament sew tal-proċessi interistituzzjonali tal-UE, inkluż l-involviment tal-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri u tal-kumitati konsultattivi u l-aġenziji deċentralizzati tal-UE, hu kruċjali għas-suċċess tat-tfassil tal-politika tal-UE. Fl-2024, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni ffukaw fuq it-tisħiħ tal-kooperazzjoni tagħhom mal-atturi tas-soċjetà ċivili u mal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pajjiżi kandidati tal-UE, biex b’hekk l-UE tħejji ruħha għal tkabbir possibbli fil-ġejjieni. Fl-istess ħin, l-istituzzjonijiet tal-UE komplew jixtarru r-riformi li hemm bżonn - iftaħ tab ġdida. biex jgħinu lill-UE ssir adattata għall-futur, kemm fejn jidħlu l-Istati Membri ġodda, u anki mal-ħtieġa ta’ rispons għall-isfidi dinjin dejjem aktar kumplessi.

L-ospitant Aidas Palubinskas jitkellem ma’ Olena Loboiko dwar l-awtorità l-ġdida tal-UE għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Huma jiddiskutu kif l-awtorità se ssaħħaħ is-superviżjoni, se ttejjeb il-kooperazzjoni u se tiżgura l-applikazzjoni uniformi tar-regoli tal-UE sabiex iċ-ċittadini u s-sistema finanzjarja jiġu protetti.
PODCAST: Podcast dwar l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu

F’Ġunju nħolqot aġenzija deċentralizzata ġdida biex tipproteġi aħjar liċ-ċittadini tal-UE u lis-sistema finanzjarja tal-UE mill-ħasil tal-flus biex tiġġieled il-finanzjament tat-terroriżmu. L-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu - iftaħ tab ġdida. hi waħda mill-bosta aġenziji mifruxin madwar l-UE li jgħinu fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE.

Filmat li jiċċelebra t-30 sena tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, li juri kif aktar minn miljun mexxej lokali u reġjonali jgħinu lill-komunitajiet waqt sfidi bħall-COVID-19, il-gwerra ta’ aggressjoni Russa fl-Ukrajna u t-tibdil fil-klima.
FILMAT: Fl-2024 ġie ċċelebrat it-30 anniversarju tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni.

Prospettiva strateġika

Il-prospettiva strateġika - iftaħ tab ġdida. tappoġġa t-tfassil tal-politika u l-ippjanar strateġiku tal-UE li jħarsu ’l quddiem billi tesplora xejriet futuri li aktarx iħallu impatt sinifikanti fuq l-UE. Din tgħin biex jiġu antiċipati r-riskji u l-opportunitajiet li se jsawru l-futur tal-Ewropa. Ir-rapport dwar ix-xejriet globali tal-2024 - Fajl PDF, iftaħ tab ġdida. hu proġett konġunt bejn disa’ istituzzjonijiet u korpi tal-UE permezz tas-Sistema Ewropea tal-Analiżi tal-Istrateġija u l-Politika li jiddeskrivi x-xejriet ewlenin għaż-żmien medju u aktar fit-tul, u jipprovdi għarfien għall-mexxejja tal-UE dwar l-għażliet strateġiċi ewlenin tas-snin li ġejjin (ara l-Kapitlu 0).

Matul is-sena, l-istituzzjonijiet tal-UE saħħew il-kooperazzjoni tagħhom mal-Istati Membri fejn jidħlu d-diskussjonijiet strateġiċi fil-livell tal-UE permezz tan-Network ta’ Prospettiva għall-UE kollha. Dwar dan, saru sforzi biex jiġu mmodernizzati l-amministrazzjonijiet pubbliċi madwar l-Ewropa, li komplew tul l-2024 bl-inizjattiva ComPAct - iftaħ tab ġdida.. Minbarra li tgħin lill-Istati Membri jindirizzaw id-diskrepanzi fil-ħiliet u jilħqu l-mira għall-2030 li jkollhom is-servizzi pubbliċi ewlenin kollha aċċessibbli online, din l-inizjattiva hi maħsuba wkoll biex l-amministrazzjonijiet pubbliċi jsiru inqas burokratiċi, jipprovdu s-servizzi aktar malajr, u jkunu aktar trasparenti u eqreb lejn in-nies. Fl-2024, l-inizjattiva għenet ukoll lil amministrazzjonijiet nazzjonali u reġjonali (eż. fl-Italja, fil-Litwanja u f’Malta) biex jibnu kapaċità tal-prospettiva u jħaddmu tekniki tal-prospettiva ħalli joħolqu approċċi ta’ politika ġodda f’ċerti oqsma bħas-saħħa, il-politika soċjali u l-edukazzjoni.

L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE komplew jinvestu fil-kapaċità tal-prospettiva tagħhom. Ngħidu aħna, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew stabbilixxa l-qafas tal-prospettiva strateġika interna tiegħu, u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni saħħaħ il-kooperazzjoni tal-prospettiva mar-reġjuni interessati. Billi jantiċipaw l-isfidi u l-opportunitajiet emerġenti, dawn l-isforzi jiżguraw li l-politiki jkunu validi għall-futur u jkomplu jtejbu l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini ta’ żmienna u futuri.

Amministrazzjoni tajba

It-trasparenza, l-integrità u r-responsabbiltà huma l-fattizzi ewlenin ta’ demokrazija msejsa fuq l-istat tad-dritt. Dawn jippromwovu l-governanza tajba u jibnu l-fiduċja fil-proċessi tat-tfassil tal-politika.

Biex ikomplu jsaħħu l-fiduċja pubblika fl-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE u joħolqu mentalità komuni ta’ etika, tmienja minnhom iffirmaw ftehim - iftaħ tab ġdida. biex joħolqu korp interistituzzjonali tal-etika - iftaħ tab ġdida. b’mandat biex jistabbilixxi sett ta’ standards komuni għall-imġiba etika tal-membri tagħhom u mekkaniżmu formali għall-koordinazzjoni tar-rekwiżiti etiċi.

Issa, l-utenti tal-bażi tad-data mġedda DORIE - iftaħ tab ġdida. (Dokumentazzjoni u Riċerka dwar Kwistjonijiet Istituzzjonali Ewropej) se jkunu jistgħu jfittxu dokumenti dwar materji istituzzjonali tal-UE bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.

Roman Schremser, Alessandro Chiocchetti, Willem Van de Voorde, Věra Jourová, Koen Lenaerts, Tony Murphy, Oliver Röpke u Luca Menesini jippożaw għal ritratt formali quddiem sfond bil-bandiera tal-Unjoni Ewropea, u Věra Jourová żżomm dokument miftuħ f’idejha.
Mix-xellug għal-lemin: Roman Schremser, l-Uffiċjal Kap għall-Konformità u l-Governanza tal-Bank Ċentrali Ewropew, Alessandro Chiocchetti, is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, Willem Van de Voorde, l-Ambaxxatur u r-Rappreżentant Permanenti tal-Belġju għall-UE bil-mandat tal-Presidenza fil-Kariga, Věra Jourová, li dak iż-żmien kienet il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għall-Valuri u t-Trasparenza, Koen Lenaerts, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, Tony Murphy, il-President tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Oliver Röpke, il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u Luca Menesini, il-Viċi President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, fiċ-ċerimonja tal-iffirmar għall-ħolqien tal-korp interistituzzjonali tal-etika, Brussell, il-Belġju, il-15 ta’ Mejju 2024.

L-Ombudsman Ewropew - iftaħ tab ġdida. hu l-korp responsabbli biex jinvestiga l-ilmenti fuq amministrazzjoni ħażina fil-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-UE. Fl-2024, il-każijiet li sabu amministrazzjoni ħażina kienu rari ħafna (madwar 5 %) u madwar tliet kwarti tar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman ġew implimentati b’suċċess.

Bl-aġenda tagħha għal Regolamentazzjoni Aħjar - iftaħ tab ġdida., l-UE kompliet ħidmitha wkoll biex tiżgura leġiżlazzjoni effiċjenti u effettiva u tnaqqas il-piżijiet amministrattivi mingħajr ma ddgħajjef l-objettivi ta’ politika. L-approċċ “one in, one out” jiżgura li kull piż ġdid jiġi kkumpensat bit-tneħħija ta’ piż daqsu fl-istess qasam ta’ politika. Dan l-approċċ jikkumplimenta l-programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni Regolatorja - iftaħ tab ġdida. li jfittex biex isib u jneħħi sistematikament il-burokrazija żejda u l-ispejjeż bla bżonn kull meta l-leġiżlazzjoni tal-UE tiġi riveduta u evalwata.

Issoktaw ukoll l-isforzi biex titjieb il-prestazzjoni ambjentali - iftaħ tab ġdida. tal-istituzzjonijiet tal-UE, u biex jiffrankaw l-enerġija u jottimizzaw l-użu tar-riżorsi.

INIZJATTIVI TAL-2024 GĦAL SIMPLIFIKAZZJONI
JEW RAZZJONALIZZAZZJONI
IFFRANKAR/BENEFIĊĊJI
MISTENNIJA
INIZJATTIVI TAL-2024 GĦAL SIMPLIFIKAZZJONI
JEW RAZZJONALIZZAZZJONI

Miżuri ta’ simplifikazzjoni għall-bdiewa - iftaħ tab ġdida.

IFFRANKAR/BENEFIĊĊJI
MISTENNIJA

L-ispejjeż amministrattivi jonqsu b’€165 miljun

INIZJATTIVI TAL-2024 GĦAL SIMPLIFIKAZZJONI
JEW RAZZJONALIZZAZZJONI

Portal uniku għad-dikjarazzjoni tal-istazzjonar tal-ħaddiema - iftaħ tab ġdida.

IFFRANKAR/BENEFIĊĊJI
MISTENNIJA

L-ispejjeż amministrattivi jonqsu b’€259 miljun

IFFRANKAR/BENEFIĊĊJI
MISTENNIJA

Iffrankati €530 miljun kull sena

IFFRANKAR/BENEFIĊĊJI
MISTENNIJA

Iffrankati €120 miljun kull sena

INIZJATTIVI TAL-2024 GĦAL SIMPLIFIKAZZJONI
JEW RAZZJONALIZZAZZJONI

Appoġġ għar-rapportar dwar is-sostenibbiltà u d-diliġenza dovuta - iftaħ tab ġdida.

IFFRANKAR/BENEFIĊĊJI
MISTENNIJA

Il-prevenzjoni ta’ effett kaskata fuq l-intrapriżi żgħar u medji u l-konformità żejda

Niżguraw li r-regoli tal-UE jiġu applikati

Il-liġijiet rivoluzzjonarji adottati tul iċ-ċiklu 2019–2024, fosthom dawk li jgħinu t-trasformazzjonijiet ekoloġiċi u diġitali tas-soċjetajiet tagħna, se jirnexxilhom jiksbu l-effetti u l-benefiċċji intenzjonati tagħhom biss jekk jiġu implimentati bis-sħiħ u applikati kif xieraq. Il-Kummissjoni għandha r-rwol li tiżgura li dawn jitwettqu min-naħa tal-Istati Membri kollha, qabelxejn permezz ta’ miżuri preventivi u mbagħad, jekk ikun meħtieġ, billi tiftaħ proċeduri ta’ ksur - iftaħ tab ġdida.. Proċedura ta’ ksur ikollha l-iskop li tiżgura li l-pajjiżi tal-UE japplikaw il-liġi tal-UE sew. Issir enfasi partikolari fuq il-ksur li jkun jaffettwa lil ħafna nies jew lil ħafna negozji f’daqqa. Meta l-ksur identifikat ma jkunx jista’ jissewwa, il-Kummissjoni tista’ tressaq il-każijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li tista’ timponi sanzjonijiet finanzjarji fuq l-Istat Membru kkonċernat.

  • Fl-2024 infetħu 568 proċedura ġdida ta’ ksur.
  • 52 każ ieħor li jikkonċernaw 19-il Stat Membru spiċċaw quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.
  • F’10 każijiet intalbu sanzjonijiet finanzjarji.
  • Ingħalqu 542 proċedura ta’ ksur.
  • 93 % minnhom kienu fl-istadji bikrija tal-proċedura, u għalhekk iffrankaw ħafna ħin lill-familji u lin-negozji.
  • Dawn il-miżuri se jġibu benefiċċji konkreti f’diversi oqsma ta’ politika u se jwasslu għal ħarsien aħjar tad-drittijiet tal-konsumatur u taċ-ċittadini.

L-UE kompliet ħidmitha biex qabelxejn tevita li jkun hemm il-ksur. Għal dan il-għan tat appoġġ bikri lill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE permezz ta’ gwida prattika, laqgħat, taħriġ u assistenza teknika fl-oqsma ta’ politika ewlenin kollha. Pereżempju, il-Kummissjoni għenet lill-Istati Membri jimplimentaw id-Direttiva riveduta dwar l-Enerġija Rinnovabbli, li tiffaċcilita d-diġitalizzazzjoni tal-proċessi nazzjonali tal-għoti tal-permessi, permezz tal-inizjattiva Accele-RES - iftaħ tab ġdida.. Din l-inizjattiva tinkludi appoġġ finanzjarju u tekniku, linji gwida u skambji regolari dwar l-implimentazzjoni.

Fl-2024 saru wkoll sforzi akbar biex jitjieb l-infurzar tal-liġijiet minn pajjiż għall-ieħor bi proposta għal regoli ġodda - iftaħ tab ġdida. kontra prattiki kummerċjali inġusti fis-settur agrikolu. Ir-regoli se jsaħħu l-pożizzjoni tal-aktar atturi dgħajfin fil-katina tal-provvista, b’mod partikolari l-bdiewa (ara wkoll il-Kapitlu 4). Dan se jagħmluh billi jiżguraw li l-awtoritajiet tal-infurzar ikollhom l-għodod meħtieġa biex jinvestigaw, jiġbru l-evidenza u jieħdu miżuri kontra xerrejja minn Stati Membri oħra.

Grupp ta’ nies mexjin barra f’jum bnazzi, b’Maroš Šefčovič u żewġt irġiel oħra fuq quddiem jitħaddtu, fi sfond rurali bl-għelieqi u bid-djar.
Fuq quddiem, mix-xellug għal-lemin: Maroš Šefčovič, li dak iż-żmien kien il-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għall-Patt Ekoloġiku Ewropew, ir-Relazzjonijiet Interistituzzjonali u l-Prospettiva, iżur il-proprjetà ta’ Jonas Lemaire-Taelemans, bidwi Belġjan, flimkien ma’ Peter Meedendorp, il-President tal-Kunsill Ewropew tal-Bdiewa Żgħażagħ, Lennik, il-Belġju, id-9 ta’ Jannar 2024.

L-UE kompliet ukoll tiffinanzja t-taħriġ tal-ġudikatura u tal-persunal tal-qrati f’għadd ta’ materji ċivili u kriminali bi qbil mal-Istrateġija Ewropea għat-Taħriġ Ġudizzjarju - iftaħ tab ġdida.. L-istrateġija tippromwovi avvenimenti konġunti tat-taħriġ għall-persunal tal-qrati minn diversi Stati Membri ħalli tipprovdi networking u ssaħħaħ il-fiduċja reċiproka. L-għan hu li tissaħħaħ il-kooperazzjoni ġudizzjarja minn pajjiż għall-ieħor u li tkun żgurata l-applikazzjoni standardizzata tal-liġijiet madwar l-UE.

Niddefendu l-istat tad-dritt

F’dinja dejjem aktar instabbli u polarizzata, hu vitali li d-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt isibu l-ħarsien u r-rispett b’mod proattiv, fl-UE u lil hinn. Ir-Rapport tal-2024 dwar l-Istat tad-Dritt - iftaħ tab ġdida. kien għodda preventiva u kontribut importanti f’dan ir-rigward. Wera li 68 % tar-rakkomandazzjonijiet dwar l-istat tad-dritt li nħarġu għall-Istati Membri fl-2023 kienu ġew indirizzati għalkollox jew parzjalment. Dan jirrifletti l-isforzi sinifikanti li qed jagħmlu l-Istati Membri biex iwettqu r-riformi meħtieġa li jsaħħu l-istat tad-dritt f’oqsma ewlenin, bħas-sistema ġudizzjarja, il-qafas kontra l-korruzzjoni, il-pluraliżmu u l-libertà tal-midja, u s-sistema tal-kontrokontrolli istituzzjonali. Ir-rapport tal-2024 ġie estiż għal erba’ pajjiżi kandidati (l-Albanija, il-Maċedonja ta’ Fuq, il-Montenegro u s-Serbja) biex jappoġġa l-isforzi tagħhom għal riforma. Ir-rapport jipprovdi l-bażi għal djalogu regolari fost il-ministri fil-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali - iftaħ tab ġdida. u fost il-Membri tal-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni qed torganizza wkoll djalogi nazzjonali dwar l-istat tad-dritt mal-partijiet ikkonċernati fl-Istati Membri.

Filmat li jispjega kif ir-Rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Istat tad-Dritt jitfassal f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, l-awtoritajiet pubbliċi, l-imħallfin, il-ġurnalisti u s-soċjetà ċivili. Dan jenfasizza l-proċess inklużiv tal-ġbir ta’ perspettivi differenti biex jiġu prodotti valutazzjonijiet komprensivi.
FILMAT: Kollaborazzjoni rigward ir-“Rapport dwar l-Istat tad-Dritt”.

Għodda importanti - Fajl PDF, iftaħ tab ġdida. oħra tal-UE li tħares l-istat tad-dritt minn xi ksur min-naħa tal-Istati Membri hi l-possibbiltà li l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jiġi attivat b’mod reattiv. Din il-proċedura, li fl-aħħar mill-aħħar tista’ twassal għas-sospensjoni tad-drittijiet ta’ sħubija, kienet inbdiet fil-konfront tal-Polonja fl-2017 u l-Ungerija fl-2018. Fl-2024, din il-proċedura ngħalqet - iftaħ tab ġdida. fil-konfront tal-Polonja wara li l-pajjiż daħħal miżuri sostanzjali biex jipproteġi l-indipendenza ġudizzjarja u ġedded l-impenn tiegħu li jindirizza t-tħassib serju dwar l-istat tad-dritt bi pjan ta’ azzjoni - iftaħ tab ġdida. mfassal apposta. Dan wassal biex il-Kummissjoni kkonkludiet li fil-Polonja ma kienx għad hemm riskju ċar ta’ ksur serju tal-istat tad-dritt. Fil-każ tal-Ungerija, din il-proċedura - iftaħ tab ġdida. għadha miftuħa.

Niddefendu d-demokrazija

F’demokrazija sana u prospera, iċ-ċittadini jkunu jistgħu jesprimu l-opinjonijiet tagħhom b’mod liberu, jagħżlu l-mexxejja politiċi tagħhom u jkollhom vuċi dwar il-futur tagħhom. Fl-UE, id-demokrazija hi b’saħħitha, iżda qed iġġarrab bosta sfidi, fosthom żidiet fl-estremiżmu; indħil fl-elezzjonijiet; tixrid ta’ informazzjoni manipulattiva; u theddid fil-konfront tal-ġurnalisti, u tal-libertà u l-pluraliżmu tal-midja. Il-pakkett dwar id-difiża tad-demokrazija - iftaħ tab ġdida., adottat fl-aħħar tal-2023, kien maħsub biex jindirizza ċerti sfidi fosthom l-indħil barrani, u biex jibni r-reżiljenza minn ġewwa billi jħeġġeġ l-involviment ċiviku u l-parteċipazzjoni demokratika. Element ewlieni tal-pakkett hu proposta - iftaħ tab ġdida. biex jissaħħu t-trasparenza u r-responsabbiltà demokratika billi jinxteħet dawl fuq l-indħil barrani baxx baxx. Fl-2024, il-Parlament u l-Kunsill bdew jiddiskutu din il-proposta. Il-miżuri se jtejbu wkoll il-funzjonament tas-Suq Uniku bi standards komuni għall-attivitajiet tar-rappreżentanza tal-interessi li jsiru f’isem il-pajjiżi mhux tal-UE.

Barra minn hekk, il-pakkett jinkludi żewġ rakkomandazzjonijiet: waħda biex jissaħħu l-proċessi elettorali - iftaħ tab ġdida. fl-UE u l-oħra biex tiġi promossa l-parteċipazzjoni inklużiva - iftaħ tab ġdida. taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili fit-tfassil tal-politiki. Bi qbil mal-ewwel rakkomandazzjoni, f’April ġie żviluppat u ppreżentat Kodiċi tal-Kondotta għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2024 biex ikunu żgurati l-integrità tal-elezzjonijiet u kampanji ġusti. Il-lista tal-kontroll komprensiva ġiet maqbula mill-gruppi politiċi Ewropej kollha, u dan il-qbil saħħaħ l-isforzi għall-prevenzjoni tal-indħil barrani u l-manipulazzjoni tal-informazzjoni.

Bl-istess mod, ir-regoli l-ġodda - iftaħ tab ġdida. adottati f’Marzu b’rabta mat-trasparenza tar-reklamar politiku se jappoġġaw ir-responsabbiltà fl-użu tar-reklami politiċi, se jipproteġu d-drittijiet fundamentali u se jgħinu fil-ġlieda kontra l-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-indħil barrani fl-elezzjonijiet. Bir-regoli l-ġodda, ir-reklami politiċi jridu jiġu indikati b’mod ċar u jrid ikollhom ċerta informazzjoni bħal min qed iħallashom u kemm; ma’ liema elezzjoni, referendum jew proċess regolatorju huma relatati; u jekk humiex immirati.

Fl-2024, l-UE kompliet tipproteġi u tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. Pereżempju, permezz tal-Programm Tematiku dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija - iftaħ tab ġdida. (li jlaħħaq mal-€1.5 biljun), l-UE appoġġat l-Inizjattiva Globali Kontra l-Impunità, inizjattiva mmexxija mis-soċjetà ċivili kontra reati internazzjonali u ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

María Corina Machado u Edmundo González Urrutia bilwieqfa fuq palk fil-beraħ u jżommu idejhom ’il fuq b’mod trijonfanti, filwaqt li fl-isfond hemm folla kbira xxejjer il-bnadar u l-istrixxuni.
Il-mexxejja tal-oppożizzjoni demokratika tal-Venezwela, María Corina Machado, u l-President elett tal-pajjiż, Edmundo González Urrutia, rebħu l-Premju Sakharov fl-2024. Puerto La Cruz, il-Venezwela, l-10 ta’ Lulju 2024. © Miguel Gutiérrez / EFE

Il-Premju Sakharov tal-2024 għal-Libertà tal-Ħsieb - iftaħ tab ġdida. — l-aqwa rikonoxximent tal-UE għall-ħidma favur id-drittijiet tal-bniedem — ingħata lil María Corina Machado u lill-President elett Edmundo González Urrutia għall-ġlieda kuraġġuża tagħhom biex jerġa’ jkun hemm il-libertà u d-demokrazija fil-Venezwela.

Edmundo González Urrutia u Ana Corina Sosa jżommu l-premjijiet fi gwarniċ, flimkien ma’ Roberta Metsola bilwieqfa fin-nofs.
Roberta Metsola, il-President tal-Parlament Ewropew (fin-nofs), flimkien ma’ Edmundo González Urrutia (xellug) u ma’ bint María Corina Machado, Ana Corina Sosa (lemin), matul iċ-ċerimonja tal-għoti tal-Premju Sakharov tal-2024, Brussell, il-Belġju, is-17 ta’ Diċembru 2024.

Libertà tal-midja

Il-midja indipendenti taġixxi bħala għassies pubbliku, u żżomm lil dawk fil-poter responsabbli għal għemilhom. Hi pilastru ewlieni tad-demokrazija Ewropea u jeħtieġ inħarsuha. L-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Midja - iftaħ tab ġdida. li daħal fis-seħħ f’Mejju għandu l-għan li jipproteġi aħjar lill-midja u lill-ġurnalisti mill-indħil politiku u li jiżgura li dawn ikunu jistgħu jaħdmu b’mod aktar faċli minn pajjiż għall-ieħor. Ħafna mid-dispożizzjonijiet tiegħu se jibdew japplikaw f’Awwissu 2025.

F’April, l-UE adottat ukoll reġoli ġodda - iftaħ tab ġdida. biex tipproteġi lill-ġurnalisti u lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem minn kawżi abbużivi maħsubin biex isikktuhom. Ir-regoli tfasslu bil-għan li jevitaw l-azzjonijiet legali infondati jew abbużivi, imsejħa kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika - iftaħ tab ġdida., jew SLAPPs, li jsiru bl-iskop li jsikktu lil dawk li jipparteċipaw fid-dibattitu pubbliku dwar materji bħad-drittijiet fundamentali, l-ambjent u l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni. Għall-ewwel darba, iddaħħlet sistema ta’ salvagwardji proċedurali sodi għall-kawżi li jinvolvu aktar minn pajjiż wieħed. Dawn is-salvagwardji se jagħtu l-għodod lill-qrati biex jittrattaw il-litigazzjoni abbużiva, u se jiskoraġġixxu wkoll lir-rikorrenti potenzjali milli jinvolvu ruħhom f’dawn il-prattiki. Kompliet ukoll il-ħidma fuq l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni Anti-SLAPP - iftaħ tab ġdida. relatata, li tkopri l-oqfsa applikabbli, it-taħriġ, it-tixrid tal-għarfien u l-mekkaniżmi ta’ appoġġ, flimkien mal-ġbir, ir-rapportar u l-monitoraġġ tad-data.

  • 8 proġetti ffinanzjati bl-azzjoni tas-Sħubijiet tal-Ġurnaliżmu tal-programm Ewropa Kreattiva.
  • €12-il miljun jappoġġaw ir-reżiljenza tas-settur tal-midja tal-aħbarijiet.
  • €6 miljun jitwarrbu għal proġetti oħrajn li jsaħħu l-libertà u l-pluraliżmu tal-midja fl-UE.

Nitħabtu kontra l-manipulazzjoni tal-informazzjoni

L-istituzzjonijiet tal-UE qed isaħħu r-rispons tagħhom għad-diżinformazzjoni u għall-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-indħil minn barra mmirati lejn il-politiki tal-UE u d-demokrazija Ewropea.

L-azzjoni tissejjes fuq erba’ oqsma ewlenin:
  1. It-tfassil ta’ politiki li jsaħħu d-demokraziji Ewropej, id-deterrent għad-diżinformaturi milli jużaw il-pjattaformi online ħażin, u l-protezzjoni tal-ġurnalisti u l-pluraliżmu tal-midja.
  2. Il-ġlieda kontra l-indħil barrani u l-attakki ċibernetiċi bi proġetti li jxerrdu l-għarfien, b’soluzzjonijiet teknoloġiċi avvanzati, u b’koordinazzjoni aħjar.
  3. It-tiswir tar-reżiljenza tas-soċjetajiet kontra d-diżinformazzjoni billi jitjieb il-litteriżmu dwar il-midja u jinxtered l-għarfien.
  4. Il-kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet, l-awtoritajiet nazzjonali, is-soċjetà ċivili u organizzazzjonijiet oħrajn.

Fl-2024, fost l-isforzi li saru, żdied l-għarfien tas-sitwazzjoni permezz tal-Arranġamenti Integrati tal-UE għal Rispons Politiku f’Sitwazzjonijiet ta’ Kriżi - iftaħ tab ġdida. u kampanji apposta mfassla għaċ-ċittadini.

Peress li matul l-2024, nofs il-popolazzjoni dinjija kellha l-opportunità li tivvota fi 72 pajjiż — l-akbar sena elettorali fl-istorja dinjija — saret enfasi partikolari fuq aktar tixrid tal-għarfien u fuq il-protezzjoni tal-integrità elettorali, speċjalment fejn jidħlu l-elezzjonijiet Ewropej ta’ Lulju.

In-Network Ewropew ta’ Kooperazzjoni dwar l-Elezzjonijiet organizza għadd ta’ avvenimenti għall-iskambju tal-prattiki li jiġġieldu d-diżinformazzjoni.

Filmat li jħeġġeġ liċ-ċittadini tal-UE jipparteċipaw fl-elezzjonijiet Ewropej u jinfurmaw ruħhom billi jivverifikaw is-sorsi, jiskrutinizzaw il-kontenut online u jevitaw li jikkondividu informazzjoni mhux ivverifikata.
FILMAT: Induna bil-gideb – kif tissalvagwardja ruħek mill-kontenut qarrieqi waqt l-istaġun elettorali tal-UE.

Qabel l-elezzjonijiet Ewropej, il-Kummissjoni nediet kampanja ta’ komunikazzjoni konġunta mal-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva biex tinforma liċ-ċittadini dwar ir-riskji relatati, tħeġġeġ il-ħsieb kritiku u tipprovdi suġġerimenti prattiċi dwar kif wieħed jinduna bid-diżinformazzjoni u jindirizzaha.

F’Marzu, il-Kummissjoni ppubblikat linji gwida dwar miżuri rakkomandati għall-pjattaformi online kbar ħafna u l-magni tat-tiftix biex jittaffew ir-riskji sistemiċi li setgħu jaffettwaw l-integrità tal-elezzjonijiet. Rapport ta’ wara l-elezzjonijiet - iftaħ tab ġdida. li ġie ppubblikat f’Lulju ma sab l-ebda evidenza ta’ xi diżinformazzjoni jew indħil barrani maġġuri waqt l-elezzjonijiet Ewropej. Fl-2025 se jkun qed jitħejja rapport aktar komprensiv dwar dawk l-elezzjonijiet.

Il-pjattaformi online ewlenin u l-firmatarji tal-Kodiċi tal-Prattika dwar id-Diżinformazzjoni - iftaħ tab ġdida. rrapportaw dwar il-miżuri li ħadu biex jipproteġu l-integrità tal-elezzjonijiet Ewropej. Fost dawn hemm li jitolbu lir-reklamaturi jew lill-kreaturi biex jagħmlu tikketti ċari ma’ kull imaġni, filmat jew awdjo li jkun inħoloq jew tbiddel b’mod diġitali; li ssir kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet verifikaturi tal-fatti; li tixxerred informazzjoni ta’ livell għoli u awtoritattiva fost il-votanti; li jitfassal litteriżmu tal-midja mmirat u jitħejjew kampanji tal-prebunking.

Matul is-sena, il-Kummissjoni ġeddet l-appoġġ tagħha għal inizjattivi importanti kontra d-diżinformazzjoni, jiġifieri ċ-ċentri tal-Osservatorju Ewropew tal-Midja Diġitali - iftaħ tab ġdida.. L-Osservatorju u ċ-ċentri tiegħu qdew rwol ewlieni fil-monitoraġġ u l-kxif tal-kampanji tad-diżinformazzjoni, fit-tixrid tal-għarfien, u fil-promozzjoni tal-litteriżmu dwar il-midja qabel l-elezzjonijiet Ewropej.

L-UE tkompli tappoġġa r-reżiljenza tal-informazzjoni tal-Ukrajna u l-kuntatt tagħha mas-sħab internazzjonali, b’mod partikolari biex tippromwovi l-Formola tal-Paċi tal-Ukrajna - iftaħ tab ġdida.. Għal dan il-għan, l-UE tħaddem l-approċċ “tas-soċjetà kollha” u taħdem mal-istituzzjonijiet tal-gvern, is-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet tal-midja u l-pjattaformi online. Biex tgħin fit-trażżin tal-firxa tal-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-propaganda Russa, l-UE ssospendiet l-attivitajiet tax-xandir ta’ bosta mezzi tad-diżinformazzjoni li huma proprjetà tal-istat Russu jew favur il-Kremlin. Bid-dħul fis-seħħ tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali, il-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna u l-magni tat-tiftix iridu jevalwaw ir-riskji potenzjali fuq is-soċjetà li joħolqu s-servizzi tagħhom. Dawn jinkludu t-theddid għal-libertà tal-espressjoni u r-riskju li s-servizzi tagħhom jintużaw għal kampanji tad-diżinformazzjoni.

Jissoktaw l-iskambji regolari dwar il-gwerra fl-Ukrajna mal-firmatarji tal-Kodiċi ta’ Prattika tal-UE dwar id-Diżinformazzjoni - iftaħ tab ġdida.. L-Osservatorju Ewropew tal-Midja Diġitali u ċ-ċentri nazzjonali u reġjonali tiegħu jkomplu jsegwu u jgiddbu d-diżinformazzjoni marbuta mal-gwerra - iftaħ tab ġdida., inkluż jittraċċaw is-sehem tagħha - iftaħ tab ġdida. mill-volum kollu tad-diżinformazzjoni li ddur fl-UE. Din tiġi kkumplimentata bi sforzi aktar estensivi li jiġġieldu d-diżinformazzjoni, bħal pereżempju l-kampanja EUvsDisinfo - iftaħ tab ġdida. li fl-2024 hu stmat li laħqet aktar minn 20 miljun persuna, u s-Sistema ta’ Twissija Rapida - Fajl PDF, iftaħ tab ġdida. li tiffaċilita l-iskambji tal-għarfien dwar il-kampanji tad-diżinformazzjoni u tgħin fil-koordinazzjoni tar-risponsi.

Persuna tipprotesta bilwieqfa quddiem binja moderna hi u żżomm kartellun iswed bil-kitba, ‘Stop Putin’s lies, save Ukrainian lives’ (Waqqfu l-gideb ta’ Putin, salvaw il-ħajjiet tal-Ukreni). Taħt din il-kitba hemm kitba iżgħar li tgħid, ‘When the history books are written, don’t let your part be, “I helped Putin’s propaganda reach billions”. Remove all Russian state-linked media.’ (Meta jinkitbu l-kotba tal-istorja, tħallux li l-parti tagħkom tkun, “Għent il-propaganda ta’ Putin tasal għand biljuni ta’ nies”. Neħħu kull midja Russa marbuta mal-istat). Fl-isfond, persuna oħra qed iżżomm kartellun bil-kitba, ‘Ukraine needs help’ (L-Ukrajna teħtieġ l-għajnuna).
Nies jipprotestaw biex il-kumpaniji tal-midja soċjali jagħmlu iktar kontra d-diżinformazzjoni Russa dwar il-gwerra ta’ aggressjoni tagħha fl-Ukrajna, Dublin, l-Irlanda, it-2 ta’ Marzu 2022.
© Brian Lawless/PA Images via Getty Images

Nagħtu s-setgħa liċ-ċittadini

L-UE hija impenjata li tibqa’ tħoss mill-qrib il-polz tan-nies u tal-partijiet ikkonċernati u tiftaħ il-proċessi tat-tfassil tal-politika għall-pubbliku. Dan hu mod ieħor kif l-UE tista’ ssir aktar trasparenti, responsabbli għal għemilha u effettiva. Iċ-ċentru Semma’ Leħnek - iftaħ tab ġdida. jagħti aċċess liċ-ċittadini u lill-partijiet ikkonċernati għat-tliet mezzi ewlenin għall-involviment taċ-ċittadini: konsultazzjonijiet pubbliċi u rispons - iftaħ tab ġdida.; l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej - iftaħ tab ġdida.; u l-Panels taċ-Ċittadini Ewropej - iftaħ tab ġdida.. Mill-2024 ’il quddiem, iċ-ċittadini jistgħu wkoll jinvolvu ruħhom b’mod attiv flimkien, mas-soċjetà ċivili u ma’ partijiet ikkonċernati oħra permezz tal-Pjattaforma għall-Involviment taċ-Ċittadini - iftaħ tab ġdida..

L-Involviment taċ-Ċittadini fl-2024
TNEDEW 27 KONSULTAZZJONI PUBBLIKA

RISPONS GĦAL:

  • 60 sejħa għal dokumenti tal-evidenza,
  • 12-il proposta leġiżlattiva,
  • 131 abbozz ta’ atti ta’ implimentazzjoni u atti delegati

ĠEW IRREĠISTRATI 11-IL INIZJATTIVA ĠDIDA TAĊ-ĊITTADINI EWROPEJ.

Dawn appellaw għal azzjoni f’diversi oqsma: l-agrikoltura, is-sigurtà tal-ikel u tal-ilma; l-abort sikur; id-drittijiet tal-konsumatur tal-gamers; eċċ.

Tpinġija li turi oċean imniġġes qrib belt. L-oċean jidher mimli b’diversi biċċiet ta’ skart tal-plastik, bħal basktijiet, fliexken u kontenituri.
Immaġni wieqfa minn fost il-filmati rebbieħa għall-kompetizzjoni tal-filmati ta’ ImagineEU - iftaħ tab ġdida.. Il-kompetizzjoni stiednet lill-iskejjel sekondarji jippromwovu l-parteċipazzjoni demokratika u l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej - iftaħ tab ġdida., li tippermetti liċ-ċittadini jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għal att legali jekk biżżejjed ċittadini jappoġġaw l-inizjattiva.
WASLU 30,000 TWEĠIBA / KUMMENT MINGĦAND IĊ-ĊITTADINI U L-PARTIJIET INTERESSATI

2 PANELS TAĊ-ĊITTADINI EWROPEJ FUQ:

Iż-żewġ settijiet ta’ rakkomandazzjonijiet se jgħinu fit-tfassil tal-inizjattivi futuri tal-UE.

Sala tal-konferenzi mimlija parteċipanti bilqiegħda f’ringieli u li qed jgħollu karti ħodor u sofor.
Xi wħud mill-150 ċittadin magħżula bix-xorti li pparteċipaw fil-Panel taċ-Ċittadini Ewropej dwar l-Effiċjenza Enerġetika, Brussell, il-Belġju, l-14 ta’ April 2024. Il-Panels taċ-Ċittadini - iftaħ tab ġdida. qed isiru karatteristika regolari tal-ħajja demokratika fl-UE. Tingħata attenzjoni speċjali biex jiġi żgurat li jkunu rappreżentattivi tal-popolazzjoni tal-UE u varjati biżżejjed biex jirriflettu varjetà wiesgħa ta’ perspettivi u ta’ opinjonijiet.

Il-Premju tal-UE għax-Xjenza taċ-Ċittadini - iftaħ tab ġdida. jgħaqqad ix-xjenza mas-soċjetà, iħeġġeġ l-involviment pubbliku u jibni l-fiduċja fl-avvanzi xjentifiċi. Fl-2024 dan il-premju ngħata lil tliet proġetti, li jiffukaw fuq it-tniġġis tal-baħar, il-bijodiversità agrikola u s-saħħa mentali.

© Adobe Stock

Il-Gran Premju,
€60,000

Il-proġett INCREASE - iftaħ tab ġdida. li javvanza l-għarfien dwar il-preservazzjoni taż-żrieragħ, b’aktar setgħa f’idejn is-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini, b’mod partikolari fiż-żoni rurali.

© Adobe Stock

Il-premju tal-Komunitajiet Diġitali,
€20,000

Il-proġett CoAct for Mental Health - iftaħ tab ġdida. għall-mod kif juża t-teknoloġiji diġitali biex jiżviluppa approċċ personalizzat u jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies bi problemi tas-saħħa mentali.

© Adobe Stock

Il-premju tad-Diversità u l-Kollaborazzjoni,
€20,000

Il-proġett SeaPaCS — Xjenza Parteċipattiva taċ-Ċittadini kontra t-Tniġġis tal-Baħar - iftaħ tab ġdida. talli ħoloq għarfien trasformattiv li xejjen id-distakki konjittivi u emozzjonali li jeżistu bejn is-soċjetà u l-baħar.

Nagħtu setgħa lill-konsumaturi

Bis-saħħa tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, il-konsumaturi huma protetti tajjeb u intitolati li jirċievu informazzjoni ċara dwar il-prodotti u s-servizzi li jkunu qed jixtru. Mit-13 ta’ Diċembru ’l quddiem daħlu fis-seħħ regoli ġodda - iftaħ tab ġdida. biex jiżguraw li l-prodotti kollha mhux tal-ikel fis-suq tal-UE jkunu sikuri mid-disinn tagħhom. Ir-regoli l-ġodda huma maħsubin biex jindirizzaw ċerti bidliet maġġuri fis-soċjetà u fis-suq li affettwaw is-sikurezza tal-prodotti tal-konsumatur fl-aħħar 20 sena, u biex jiżguraw aħjar li l-prodotti kollha jkunu sikuri, kemm jekk jinbiegħu offline kif ukoll online. Barra minn hekk, ir-regoli l-ġodda se jinċentivaw lill-konsumaturi favur it-tranżizzjoni ekoloġika, għax jippermettulhom jagħżlu prodotti li jservu iżjed u li jistgħu jissewwew aktar (ara l-Kapitlu 4).

Nagħtu s-setgħa lit-tfal u liż-żgħażagħ
Margaritis Schinas u parteċipanti oħra f’konferenza bilqiegħda f’arranġament milwi madwar mejda mgħammra bil-mikrofoni u bit-tabelli bl-ismijiet. Warajhom jidhru diversi bnadar tal-Unjoni Ewropea.
Margaritis Schinas, li dak iż-żmien kien il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, responsabbli għall-Promozzjoni tal-Istil ta’ Ħajja Ewropew Tagħna (l-ewwel mil-lemin), jospita Djalogu ta’ Politika taż-Żgħażagħ dwar l-Istil ta’ Ħajja Ewropew, filwaqt li jenfasizza l-impenn tal-UE li tippromwovi d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u s-solidarjetà, Brussell, il-Belġju, id-9 ta’ April 2024.

Biex isiru ċittadini attivi, iż-żgħażagħ jeħtieġ jifhmu kif taħdem id-demokrazija u x’inhuma d-drittijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom. Jeħtieġ ukoll jingħataw għodod speċifiċi biex jinvolvu ruħhom fil-proċess ma’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet. B’dan il-ħsieb, id-Djalogi dwar il-Politika taż-Żgħażagħ - iftaħ tab ġdida. u l-Grupp Konsultattiv taż-Żgħażagħ - iftaħ tab ġdida. huma opportunità biex iż-żgħażagħ isemmgħu leħinhom, filwaqt li l-Pjattaforma tal-UE għall-Parteċipazzjoni tat-Tfal - iftaħ tab ġdida. tipprovdi ambjent sikur għat-tfal u ż-żgħażagħ minn 10 sa 17-il sena biex jgħidu tagħhom dwar il-liġijiet u l-politiki Ewropej li jikkonċernawhom. Tul l-2024, aktar minn 1,000 tifel u tifla ġew ikkonsultati b’mod attiv rigward ir-Rakkomandazzjoni dwar Sistemi Integrati għall-Protezzjoni tat-Tfal - iftaħ tab ġdida..

Tul din is-sena, l-UE ħabbret 60 miżura - iftaħ tab ġdida. li jagħtu vuċi akbar liż-żgħażagħ fid-deċiżjonijiet li jaffettwawhom u japprofondixxu d-dimensjoni taż-żgħażagħ f’firxa ta’ politiki tal-UE. Waħda minn dawn il-miżuri hija l-“kontroll taż-żgħażagħ” biex ikun żgurat li l-impatt fuq iż-żgħażagħ jiġi kkunsidrat b’mod sistematiku meta jitfasslu l-politiki l-ġodda tal-UE.

Iċ-ċittadini ta’ kull età u sfond għandhom jaqdu rwol ewlieni u attiv fit-tfassil tal-prijoritajiet tal-politiki tal-UE u l-livell tal-ambizzjoni tagħhom. Aktar ma jipparteċipaw fit-tfassil tal-politika, aktar il-liġijiet tal-UE jkunu effettivi u effiċjenti biex jagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies. Din hi r-raġuni għalfejn l-istituzzjonijiet tal-UE qed jaħdmu b’mod attiv biex jagħtu aktar riedni f’idejn l-Ewropej waqt it-tfassil tal-politiki tal-UE. U dan se jkomplu jagħmluh matul iċ-ċiklu politiku l-ġdid (ara l-Kapitlu 0).

X’jaħsbu t-tfal dwar id-demokrazija?

IT-TFAL U ŻGĦAŻAGĦ
JIXTIEQU:

  • irwol akbar biex jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet li jaffettwaw lil ħajjithom direttament;
  • aktar informazzjoni dwar il-proċess demokratiku u inkoraġġiment biex jieħdu sehem fih.
  • 1,921 tifel u tifla minn 23 Stat Membru wieġbu l-istħarriġ online.
  • Ġew intervistati 28 tifel u tifla u 3 attivisti żgħażagħ.
  • 122 tifel u tifla ħadu sehem fil-gruppi fokus.