KAPITLU 3
Fl-2024, l-Unjoni Ewropea għamlet kisbiet sinifikanti tul l-isforzi tagħha biex issaħħaħ l-ekonomija u trawwem ir-reżiljenza b’rispons għall-isfidi dinjin riċenti. F’nofs triq tal-pjan tal-irkupru NextGenerationEU, l-UE xtarret l-impatt tiegħu fl-Istati Membri kollha, filwaqt li l-Istati Membri ssoktaw jimplimentaw il-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza. Barra minn hekk, daħal fis-seħħ il-qafas riformat tal-governanza ekonomika u sar progress fir-riformi tat-taxxa u l-immodernizzar tal-unjoni doganali. Dawn ir-riformi lkoll għenu biex tissaħħaħ il-kompetittività fit-tul u jitħeġġeġ it-tkabbir ekonomiku filwaqt li tkun żgurata s-sostenibbiltà tad-djun. L-UE implimentat ukoll oqfsa ġodda biex tindirizza r-riskji klimatiċi, l-evażjoni tat-taxxa u s-sostenibbiltà korporattiva. Dawn l-inizjattivi juru l-impenn tal-UE għal tkabbir sostenibbli, l-innovazzjoni u t-tmexxija dinjija, u jiżguraw li l-Istati Membri jibqgħu kompetittivi waqt it-tranżizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali attwali.
Fl-2024, l-ekonomija tal-UE reġgħet bdiet it-tkabbir gradwali - iftaħ tab ġdida., u l-prodott domestiku gross żdied b’0.9 %. L-inflazzjoni nominali naqset għal 2.6 %, jiġifieri naqset ġmielha minn 6.4 % fl-2023. Tul is-sentejn li ġejjin, l-attività ekonomika mistennija żżid ir-ritmu fost aktar tnaqqis fl-inflazzjoni. Is-suq tax-xogħol tal-UE għadu sod u l-impjiegi qed jiżdiedu b’pass sostnut, filwaqt li f’Ottubru r-rata tal-qgħad laħqet livell baxx storiku ta’ 5.9 %.
Madankollu, l-inċertezza u r-riskji qlielu, xprunati minħabba żidiet fit-tensjonijiet ġeopolitiċi (ara l-Kapitli 1 u 8) u frammentazzjoni politika domestika. Anki l-frekwenza u s-severità dejjem akbar tal-perikli naturali (ara l-Kapitlu 4) joħolqu sfidi għall-attività ekonomika.
Fl-2021, l-UE ħolqot il-pjan bla preċedent NextGenerationEU - iftaħ tab ġdida. li jipprovdi fondi biex jgħin lill-Istati Membri jreġġgħu lura l-ekonomiji tagħhom fuq saqajhom wara l-pandemija tal-COVID-19 u jsiru aktar reżiljenti. Minn dak iż-żmien ’l hawn, il-pjan irnexxielu jindirizza wkoll sfidi soċjoekonomiċi li kkaġunat il-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, fosthom il-kriżi tal-enerġija.
L-akbar parti tal-fondi ta’ NextGenerationEU titqassam lill-Istati Membri permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza - iftaħ tab ġdida. (RRF). Il-Faċilità RRF tfasslet biex tappoġġa l-irkupru soċjoekonomiku tal-Istati Membri u żżid il-kompetittività tagħhom, u biex fl-istess waqt tweżinhom tul it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali tagħhom. Il-finanzjament jitqassam skont kemm l-Istati Membri jimplimentaw tajjeb ir-riformi u l-investimenti li jkunu fasslu fil-pjanijiet rispettivi tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza.
L-2024 ħabtet f’nofs il-pjan tal-irkupru - iftaħ tab ġdida. u għalhekk kien iż-żmien opportun għal evalwazzjoni ta’ kemm dan il-pjan kien sejjer tajjeb. L-evalwazzjoni - iftaħ tab ġdida. wriet li bis-saħħa ta’ NextGenerationEU, l-ekonomija tal-UE setgħet terġa’ lura biex tiġġenera l-livelli ta’ qabel il-pandemija sat-tielet trimestru tal-2021 — ferm aktar malajr mill-irkupru tal-kriżi ekonomika u finanzjarja tal-2007–2008 li ħa 7 snin biex inkiseb kollu. Bis-saħħa tal-infiq mill-Faċilità RRF, il-prodott domestiku gross tal-UE kien ukoll 0.4 % iżjed fl-2022 milli kien ikun kieku ma sarx dan l-infiq.
L-evalwazzjoni ħarġet fid-dieher ukoll li NextGenerationEU għandu l-potenzjal li jżid il-prodott domestiku gross reali tal-UE b’sa 1.4 % fl-2026, meta mqabbel ma’ xenarju mingħajr il-pjan. Din ir-rata ma tinkludix l-effetti pożittivi tar-riformi li qed tagħmel l-RRF, li gradwalment se jsiru aktar viżibbli tul is-snin li ġejjin.
Miżura oħra implimentata bl-RRF hi l-ammont ta’ fondi mħallas. Sa tmiem l-2024 tqassmu €306 biljun, jiġifieri 47 % tal-fondi mwarrbin għal dan il-għan.
L-UE toffri assistenza teknika lill-Istati Membri biex jimplimentaw dawn ir-riformi u l-investimenti permezz tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku. Fl-2024, dan l-istrument għen lill-Istati Membri jimplimentaw il-liġijiet u l-politiki tal-UE, u għen lill-amministrazzjonijiet pubbliċi jipprovdu servizzi liċ-ċittadini u jfasslu u jimplimentaw riformi f’għadd ta’ oqsma ta’ politika bħat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, il-ġestjoni tal-migrazzjoni u l-protezzjoni soċjali. Sal-lum, dan appoġġa direttament jew indirettament lil aktar minn 500 proġett fil-kuntest tal-Faċilità RRF - iftaħ tab ġdida..
Bis-saħħa tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri, sa Novembru 2024 (l-aħħar ċifri disponibbli):
Il-Bulgarija. Il-Faċilità RRF qed tikkontribwixxi għal ambjent urban effiċjenti fl-użu tal-enerġija u sostenibbli billi tappoġġa r-rinovazzjoni ta’ mill-inqas 3.6 miljun metru kwadru ta’ binjiet residenzjali.
Il-Ġermanja. Il-Faċilità RRF qed tipprovdi finanzjament biex jiġu installati 689,000 punt tal-iċċarġjar privat fiż-żoni residenzjali, li jgħinu fl-introduzzjoni tal-infrastruttura meħtieġa għall-vetturi elettriċi.
Franza. Il-Faċilità RRF qed tipprovdi €345 miljun biex tgħin lill-intrapriżi industrijali żgħar u medji (SMEs) iżidu l-kompetittività tagħhom billi jaġġornaw il-proċessi tal-produzzjoni tagħhom b’modi diġitali.
Il-Latvja. Il-Faċilità RRF qed tgħin għal investiment fit-tagħmir u fl-infrastruttura ta’ 10 sptarijiet u 40 klinika ħalli jitjieb l-aċċess taċ-ċittadini f’Riga u f’reġjuni oħrajn għal servizzi integrati u ta’ kwalità għolja tal-kura tas-saħħa.
L-aktar riforma ambizzjuża u estensiva tal-UE tal-qafas ta’ governanza ekonomika - iftaħ tab ġdida. tagħha sa mill-kriżi tal-2007–2008 ’l hawn daħlet fis-seħħ fl-2024. Dan il-qafas jinkludi r-regoli u l-proċeduri li jirregolaw il-politiki makroekonomiċi fl-Istati Membri.
Il-qafas riformat, li bħalissa qed jiġi implimentat, jiżgura li l-ekonomiji tal-Istati Membri jkunu stabbli u jaħdmu favur għanijiet komuni, bħall-prevenzjoni ta’ dejn u defiċits eċċessivi, filwaqt li jippromwovi tkabbir sostenibbli u inklużiv b’riformi u investiment. Biex jitwettqu t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u fl-istess waqt jissaħħu wkoll ir-reżiljenza u l-kompetittività tal-UE hemm bżonn investiment sinifikanti u sostnut, inkluż minn entitajiet tas-settur pubbliku.
Ir-riforma tindirizza n-nuqqasijiet fil-qafas l-antik: hi aktar sempliċi, aktar trasparenti u aktar effettiva, b’involviment nazzjonali akbar u b’infurzar aħjar. Il-qafas il-ġdid jiddistingwi wkoll bejn l-Istati Membri skont is-sitwazzjonijiet partikolari tagħhom u jippermetti aġġustament fiskali aktar bil-mod jekk ikun sostnut bir-riformi u bl-impenji ta’ investiment li jippromwovu t-tkabbir, is-sostenibbiltà fiskali u l-prijoritajiet tal-UE. Dan l-approċċ fl-istess ħin jevita t-tendenza tal-politika fiskali li tkabbar il-varjazzjonijiet ekonomiċi, u minflok jistabbilizza l-ekonomija.
Fil-qalba tal-qafas il-ġdid hemm pjanijiet strutturali fiskali għal żmien medju, li jintegraw l-objettivi fiskali, ta’ riforma u investiment ġo approċċ unifikat. Din il-koerenza tissimplifika l-proċess u tallinja l-isforzi nazzjonali ta’ riforma u investiment mal-RRF, filwaqt li tiżgura l-konsistenza bejn il-politiki nazzjonali u tal-UE. Il-pjanijiet jenfasizzaw li r-riedni jinsabu f’idejn l-Istati Membri, u dan billi jagħtuhom flessibbiltà akbar fejn jidħlu t-tfassil tal-perkorsi tagħhom tal-aġġustament fiskali u l-impenji tagħhom ta’ riforma u investiment.
Is-Semestru Ewropew hu proċess annwali li matulu l-UE tidentifika l-aktar sfidi ekonomiċi u soċjali urġenti li qed isibu l-Istati Membri u tipprovdi gwida politika biex tgħinhom jilħqu l-potenzjal kollu tagħhom.
Il-pakkett tar-rebbiegħa tas-Semestru Ewropew tal-2024 - iftaħ tab ġdida. iffoka fuq il-kompetittività u l-prosperità fit-tul tal-UE u tal-Istati Membri tagħha. Analizza wkoll l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza u l-programmi tal-politika ta’ koeżjoni tagħhom. Abbażi ta’ din l-analiżi, il-Kummissjoni pproponiet għadd ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi biex jgħinu lill-Istati Membri jegħlbu l-isfidi ewlenin.
Barra minn hekk, l-UE qawwiet l-isforzi tagħha biex tnaqqas id-disparitajiet soċjali fost ir-reġjuni u l-Istati Membri u biex tiddiversifika l-provvisti tal-enerġija. Għall-ewwel darba, il-qafas tas-Semestru kien jinkludi valutazzjoni msaħħa tal-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali - iftaħ tab ġdida., flimkien ma’ qafas - iftaħ tab ġdida. biex jiġu identifikati r-riskji għall-konverġenza soċjali. Din l-analiżi, inkluża fir-Rapport Konġunt tal-2024 dwar l-Impjiegi - iftaħ tab ġdida., ivvalutat il-funzjonament tas-suq tax-xogħol, flimkien mal-ħiliet u l-isfidi soċjali fl-Istati Membri kollha, biex jingħarfu r-riskji potenzjali għal konverġenza soċjali ’l fuq.
Finalment, il-Kummissjoni vvalutat l-eżistenza ta’ żbilanċi makroekonomiċi għat-12-il Stat Membru magħżula għal analiżijiet fil-fond fir-Rapport tal-2024 dwar il-Mekkaniżmu ta’ Twissija - iftaħ tab ġdida.. Il-Kummissjoni pproponiet ukoll li tiftaħ proċeduri ta’ defiċit eċċessiv għal seba’ Stati Membri, abbażi tar-rapport “omnibus” - iftaħ tab ġdida. tagħha.
Il-pakkett tal-ħarifa tas-Semestru Ewropew 2024 - iftaħ tab ġdida. iffoka fuq li jkunu żgurati finanzi pubbliċi sodi u tkabbir sostenibbli u inklużiv. Dan beda l-implimentazzjoni ta’ qafas ġdid tal-governanza ekonomika, b’rakkomandazzjonijiet dwar pjanijiet fiskali għal żmien medju u b’valutazzjonijiet tal-pjanijiet baġitarji taż-żona tal-ewro. Analizza wkoll il-konformità mar-regola tal-UE ta’ defiċit tal-prodott domestiku gross ta’ 3 %, u ħareġ rakkomandazzjonijiet biex jissewwew id-defiċits eċċessivi fi tmien Stati Membri u ppubblika rapporti ta’ sorveljanza ta’ wara l-programm għal ħames Stati Membri. Barra minn hekk, il-pakkett iddeskriva l-prijoritajiet tal-politika ekonomika u soċjali għall-2025, inkluż proposti dwar il-politiki taż-żona tal-ewro, u twissijiet dwar l-impjiegi u l-ekonomija.
Ir-rakkomandazzjoni taż-żona tal-ewro tal-2025 tappella lill-Istati Membri biex jaġixxu individwalment (inkluż bl-implimentazzjoni tal-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza tagħhom) u kollettivament (fil-Grupp tal-Ewro) biex itejbu l-kompetittività, irawmu r-reżiljenza ekonomika u jkomplu jiżguraw l-istabbiltà makroekonomika u finanzjarja.
Mill-adozzjoni fl-2020 tal-baġit fit-tul tal-Unjoni Ewropea għall-2021–2027 - iftaħ tab ġdida. ’l hawn, l-UE ffaċċjat sfidi straordinarji. Il-konsegwenzi tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, iż-żidiet fir-rati tal-imgħax u l-pressjonijiet tal-migrazzjoni lkoll wasslu biex żdiedet id-domanda fuq il-baġit - iftaħ tab ġdida.. Bi tweġiba għal dan, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea qablu dwar l-ewwel reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-baġit fit-tul tal-UE (magħruf bħala l-qafas finanzjarju pluriennali). U bis-saħħa ta’ dan, inkiseb finanzjament addizzjonali ta’ €64.6 biljun biex jiġu indirizzati l-isfidi l-ġodda u biex l-UE tissodisfa l-obbligi legali tagħha li ma setgħetx tibqa’ tissodisfa bil-limiti massimi tal-baġit ta’ qabel.
Fir-rigward tal-baġit annwali, f’Novembru ġie maqbul baġit annwali - iftaħ tab ġdida. tal-UE ta’ €192.8 biljun għall-2025. Il-baġit se jiġi kkumplimentat b’pagamenti ta’ madwar €72 biljun permezz ta’ NextGenerationEU. L-abbozz tal-baġit annwali tal-2025 jidderieġi l-fondi lejn fejn jistgħu jagħmlu l-akbar differenza: appoġġ lit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, il-ħolqien tal-impjiegi, u t-tisħiħ tal-awtonomija strateġika u r-rwol dinji tal-Ewropa. Se jiffinanzja wkoll it-teknoloġiji kritiċi permezz tal-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa u se jipprovdi appoġġ kontinwu lir-refuġjati, lill-pajjiżi ġirien u lill-Ukrajna.
Il-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE hi politika ta’ investiment li tappoġġa l-ħolqien tal-impjiegi, il-kompetittività, it-tkabbir ekonomiku, it-titjib fil-kwalità tal-ħajja u l-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li ħadd u l-ebda reġjun ma jitħallew jinqatgħu lura. Permezz tal-politika, l-UE tieħu ħsieb lir-reġjuni kollha tagħha, b’enfasi speċifika fuq l-Istati Membri u r-reġjuni inqas żviluppati - iftaħ tab ġdida. biex tgħinhom ilaħħqu u jnaqqsu d-disparitajiet ekonomiċi, soċjali u territorjali li għadhom jeżistu fl-UE.
Sors: il-Kummissjoni Ewropea, il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej — Rapport ta’ sinteżi għall-2023 tar-rapporti annwali tal-implimentazzjoni tal-programm li jkopru l-implimentazzjoni fl-2014–2020 - iftaħ tab ġdida., COM(2024) 6 final tal-15 ta’ Jannar 2024.
Id-disa’ Rapport dwar il-Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali - iftaħ tab ġdida. wera kif il-politika ta’ koeżjoni qed tgħin biex jonqsu d-disparitajiet territorjali, soċjali u ekonomiċi madwar l-UE. Dan innota progress sinifikanti f’ċerti Stati Membri aktar ġodda, fejn il-prodott domestiku gross għal kull persuna żdied minn 52 % tal-medja tal-UE fl-2004 għal kważi 80 % fl-2023.
Il-Politika ta’ Koeżjoni għenet lill-ekonomija tal-UE biex issir aktar kompetittiva u sostenibbli billi appoġġat ir-riċerka u l-iżvilupp, l-innovazzjoni u t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali fl-Istati Membri kollha. Tejbet ukoll il-ħajja taċ-ċittadini billi ffinanzjat it-tlestija ta’ proġetti infrastrutturali essenzjali li qabel kienu neqsin, bħat-trasport kritiku u l-konnessjonijiet tal-utilitajiet. L-introduzzjoni gradwali tal-Mekkaniżmu ta’ Spinta għat-Talent - iftaħ tab ġdida. qed tgħin ukoll lir-reġjuni bl-assistenza teknika u b’attivitajiet oħra li jtaffu l-effetti tat-tibdil demografiku u l-eżodu tal-imħuħ.
Biex jappoġġa l-proċess ta’ soluzzjoni ta’ Ċipru - iftaħ tab ġdida. ffaċilitat min-NU, il-Programm ta’ Għajnuna tal-UE għall-Komunità Ċiprijotta Torka - iftaħ tab ġdida. qed jippromwovi l-iżvilupp soċjoekonomiku tal-komunità Ċiprijotta Torka u jiffinanzja miżuri għall-bini tal-fiduċja bejn iċ-Ċiprijotti Griegi u ċ-Ċiprijotti Torok.
Il-Kummissjoni timmonitorja r-Regolament dwar il-Linja l-Ħadra - iftaħ tab ġdida., li jirregola l-moviment tal-persuni, tal-oġġetti u tas-servizzi bejn iż-żewġ partijiet tal-gżira. L-assistenza tal-UE għenet ukoll biex jonqas il-mard perikoluż tal-bhejjem li jaffettwa l-baqar, in-nagħaġ u l-mogħoż fil-komunità Ċiprijotta Torka. Il-qerda ta’ dan il-mard hi kruċjali għall-bejgħ futur tal-Halloumi/Hellim Ċiprijott Tork tul il-Linja l-Ħadra u fis-suq tal-UE li tant iħalli qligħ. Barra minn hekk, il-Kummissjoni approvat 150 borża ta’ studju għaċ-Ċiprijotti Torok biex jistudjaw fl-universitajiet tal-UE, u jsaħħu r-rabtiet mal-UE.
Is-Suq Uniku tal-UE għadu l-pedament tal-istabbiltà ekonomika u t-tkabbir, li jippermetti l-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi, tal-kapital u tal-persuni madwar l-Istati Membri filwaqt li jsaħħaħ il-kompetittività tal-industriji tal-UE.
Biex tiżgura li s-Suq Uniku jibqa’ reżiljenti, kompetittiv u pijunier fit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali dinjin, l-UE kkollaborat ma’ sħab tal-industrija biex toħloq perkorsi tat-tranżizzjoni mfasslin apposta għal kull ekosistema industrijali - iftaħ tab ġdida.. Dawn l-ekosistemi - iftaħ tab ġdida. jlaqqgħu lil negozji, riċerkaturi, persuni li jfasslu l-politika u fornituri tas-servizzi biex jilħqu għanijiet ekonomiċi komuni jew jindirizzaw ħtiġijiet speċifiċi tas-suq. Il-perkorsi tat-tranżizzjoni jipprovdu gwida strateġika lil kull settur dwar kif għandhom iħaddnu t-teknoloġiji innovattivi, inaqqsu l-impronta tal-karbonju tagħhom u jsaħħu l-kapaċitajiet diġitali.
Barra minn hekk, biex is-Suq Uniku jiffunzjona b’mod effettiv, ir-regoli jridu jiġu implimentati u infurzati sew. L-UE qed tiffoka fuq oqsma li se jżidu l-investiment, iħaffu l-irkupru u jtejbu l-kompetittività, bħall-indirizzar tal-pagamenti tard - iftaħ tab ġdida. mill-awtoritajiet pubbliċi lin-negozji, b’mod partikolari lill-SMEs. Permezz tat-Taskforce għall-Infurzar tas-Suq Uniku - iftaħ tab ġdida., il-Kummissjoni u l-Istati Membri neħħew l-ostakli, pereżempju billi ffaċilitaw il-mobbiltà professjonali fl-UE u indirizzaw l-intoppi amministrattivi fl-enerġija rinnovabbli. Il-Kummissjoni qed ittejjeb ukoll it-trasparenza u l-għodod regolatorji eżistenti biex tevita li jinħolqu ostakli ġodda.
L-UE trid ukoll tiżgura li l-SMEs jiġu appoġġati fl-Istati Membri kollha. Għal dan l-għan, din analizzat is-sitwazzjoni ekonomika tal-SMEs madwar l-UE u f’Lulju ppubblikat ir-rieżami annwali tal-prestazzjoni tal-SMEs - iftaħ tab ġdida..
Is-Suq Uniku hu importanti, mhux biss għan-negozji tal-UE, iżda anki għall-450 miljun konsumatur fi ħdanu. Matul is-sena, l-UE introduċiet regoli biex prodotti mibjugħa fl-UE jsiru aktar sostenibbli; - iftaħ tab ġdida. biex tagħti aktar setgħa lill-konsumaturi tul it-tranżizzjoni ekoloġika - iftaħ tab ġdida. u tul it-tranżizzjoni diġitali; u biex it-tiswija tal-oġġetti - iftaħ tab ġdida. ssir għażla faċli u attraenti. Ir-regoli se jiżguraw li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni aħjar dwar il-prodotti u se jindirizzaw il-greenwashing u l-obsolexxenza ppjanata (ara l-Kapitlu 4).
Fl-aħħar nett, is-Suq Uniku qed ikompli jikber bl-adeżjoni gradwali tal-pajjiżi kandidati. It-tkabbir joħloq opportunitajiet sinifikanti għan-negozji tal-UE għax isaħħaħ il-ktajjen tal-provvista transfruntiera u jnaqqas l-ispejjeż kummerċjali. Barra minn hekk, it-tkabbir jagħti aċċess aktar faċli lill-familji tal-Istati Membri l-ġodda u ta’ dawk eżistenti għall-prodotti u s-servizzi u affordabbiltà aħjar, li jwasslu biex jitjieb il-livell tal-għajxien. Pereżempju, l-inizjattiva tal-Korsiji Ħodor bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent - Fajl PDF, iftaħ tab ġdida. tiffranka l-ekwivalenti ta’ 20 sena stennija kull sena għall-passiġġieri u l-merkanzija. Barra minn hekk, l-integrazzjoni tar-reġjun fl-Alleanza tal-Mediċini Kritiċi - iftaħ tab ġdida. wessgħet il-ktajjen tal-valur tal-UE, u tat spinta lit-tkabbir u lill-effiċjenza.
L-2024 fakkret l-anniversarju ta’ tliet deċennji tal-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea - iftaħ tab ġdida. li fetaħ il-bibien għal xogħol, studju u kura tas-saħħa bla xkiel lil hinn mill-fruntieri tal-UE, filwaqt li estenda s-Suq Uniku.
Filwaqt li jibni fuq is-suċċess tal-ftehim, dan l-aħħar il-Kunsill approva ż-Żona Ekonomika Ewropea u l-Mekkaniżmi Finanzjarji Norveġiżi għall-2021–2028 - iftaħ tab ġdida. li mbagħad ġew iffirmati u qed jiġu applikati proviżorjament, filwaqt li kompla jsaħħaħ dawn l-alleanzi dejjiema u jsaħħaħ ir-rabtiet ekonomiċi. Din id-deċiżjoni tipprovdi biljuni tal-ewro biex jonqsu d-disparitajiet ekonomiċi madwar l-UE, u benefiċċji diretti għall-persuni fi 15-il Stat Membru. L-UE ffirmat ukoll u qed tapplika b’mod proviżorju ftehimiet mal-Iżlanda u man-Norveġja, biex ċerti prodotti tal-ħut li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi jiksbu aċċess aktar faċli għas-suq tal-UE.
L-UE qed taħdem ukoll biex tkompli tiżviluppa s-Suq Uniku tagħha ħalli tippermetti fluss transfruntier aħjar tal-kapital. Din hi magħrufa bħala l-unjoni tas-swieq kapitali - iftaħ tab ġdida.. Moviment aktar liberu tal-kapital fl-UE jfisser inqas spejjeż tat-tranżazzjoni, inqas piżijiet regolatorji u swieq aktar sodi, li min-naħa tagħhom imbagħad jagħtu aċċess lill-kumpaniji tal-UE, inkluż lill-SMEs, għal aktar sorsi tal-finanzjament u jagħmlu l-UE aktar kompetittiva.
Matul l-2024 ġew adottati miżuri - iftaħ tab ġdida. li se jsaħħu l-unjoni tas-swieq kapitali u jikkontribwixxu għall-objettiv tal-UE li tissimplifika l-obbligi tar-rapportar u tnaqqas il-piżijiet amministrattivi (ara l-Kapitlu 9). L-Att il-ġdid dwar l-Elenkar - iftaħ tab ġdida. jimmodifika r-regoli dwar il-prospetti, l-abbuż tas-suq, ir-riċerka finanzjarja u l-istrutturi tal-ishma b’diversi voti. Dan se jtaffi r-rekwiżiti li għandhom il-kumpaniji kemm waqt l-elenkar u anki meta jkunu ġew elenkati, mingħajr ma jittiefsu t-trasparenza, il-protezzjoni tal-investituri u l-integrità tas-suq. L-att se jindirizza wkoll il-kwistjoni tal-frammentazzjoni fil-liġijiet nazzjonali li tillimita l-flessibbiltà tal-kumpaniji li joħorġu ishma b’diversi voti meta jsiru pubbliċi, u għalhekk se jkun ta’ ġid partikolari għan-negozji innovattivi li qed jikbru.
Għall-investituri u s-superviżuri
Għall-kumpaniji
Tnaqqis ġmielu fl-ispejjeż u spinta lill-offerti pubbliċi inizjali fl-UE:
Matul is-sena sar ukoll progress fil-ħolqien tal-kundizzjonijiet it-tajba għall-fornituri tat-tape konsolidat (CTPs) biex jagħtu stampa kkonsolidata tal-kummerċ madwar l-UE. Fis-16 ta’ Diċembru, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq - iftaħ tab ġdida. ippubblikat rapport dwar l-istandards tekniċi għas-CTPs - Fajl PDF, iftaħ tab ġdida.. Ir-rapport iddeskriva l-istandards tekniċi finali għas-CTPs, li għandhom l-għan li jtejbu t-trasparenza tas-suq u l-kwalità tad-data, u b’hekk jappoġġaw l-unjoni tas-swieq kapitali billi jrawmu suq finanzjarju aktar integrat u effiċjenti.
Barra minn hekk, l-UE għamlet progress biex tegħleb l-ostakli li joħolqu l-liġijiet nazzjonali differenti tal-Istati Membri dwar l-insolvenza. Liġijiet differenti jwasslu għal unjoni tas-swieq kapitali frammentata. Biex jixxejnu l-ostakli u tissaħħaħ il-kompetittività, fl-2022 il-Kummissjoni pproponiet li tarmonizza l-liġijiet sostantivi tal-Istati Membri dwar l-insolvenza. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew f’April 2024 komplew iżidu l-ispinta u ħaffu n-negozjati.
Fl-aħħar nett, biex tiżgura li l-unjoni tas-swieq kapitali tiffunzjona b’mod effettiv, l-UE qed iżżid l-attraenza u r-reżiljenza tas-servizzi tal-ikklerjar tagħha - iftaħ tab ġdida.. Dawn is-servizzi joffruhom il-kontropartijiet ċentrali (CCPs) li jinterponu lilhom infushom bejn il-kontropartijiet waqt it-tranżazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji, u jsiru x-xerrej għal kull bejjiegħ u l-bejjiegħ għal kull xerrej. Billi jiżguraw l-obbligi kuntrattwali fil-każ ta’ inadempjenza, is-CCPs huma vitali biex titħares l-istabbiltà tas-suq, jittaffew ir-riskji sistemiċi u tiżdied il-fiduċja fis-suq.
Fi Frar 2024, intlaħaq ftehim politiku dwar pakkett ta’ miżuri - iftaħ tab ġdida. li bih is-CCPs ikunu jistgħu jintroduċu prodotti ġodda fis-suq tal-UE aktar malajr, u l-parteċipanti fis-suq jitħeġġu jikklerjaw u jibnu l-likwidità tas-CCPs tal-UE. Dan se jsaħħaħ ukoll il-qafas superviżorju tal-UE għas-CCPs, u jżid is-sikurezza u r-reżiljenza tas-sistemi tal-ikklerjar. Il-qafas se jnaqqas id-dipendenza eċċessiva fuq is-CCPs sistemiċi f’pajjiżi li mhumiex tal-UE billi jeżiġi li l-parteċipanti rilevanti kollha fis-suq iżommu kontijiet attivi ta’ CCP tal-UE u jikklerjaw porzjon rappreżentattiv ta’ ċerti kuntratti tad-derivattivi sistemiċi fis-Suq Uniku.
F’April daħlu fis-seħħ - iftaħ tab ġdida. għadd ta’ regoli ġodda - iftaħ tab ġdida. biex il-pagamenti istantanji bl-ewro jsiru disponibbli għan-nies u għan-negozji kollha b’kont bankarju fl-UE, u dawn ir-regoli se jiġu applikati gradwalment minn Jannar 2025. Dawn ir-regoli għandhom l-għan li jiżguraw li l-pagamenti istantanji bl-ewro madwar l-UE kollha jkunu affordabbli, siguri, u pproċessati mingħajr xkiel.
Il-pagamenti istantanji joffru soluzzjonijiet veloċi u konvenjenti lin-nies fis-sitwazzjonijiet ta’ kuljum, bħal pereżempju li jwasslulhom il-fondi fil-pront (f’inqas minn 10 sekondi) waqt xi emerġenzi; iħallsu għall-oġġetti jew is-servizzi waqt ix-xiri online u fil-ħwienet; u jaqsmu istantanjament l-ispejjeż kondiviżi f’ambjenti soċjali. Dawn itejbu wkoll l-immaniġġjar tal-fluss tal-flus għall-amministrazzjonijiet pubbliċi u għan-negozji, speċjalment għall-SMEs; jagħtu aċċess malajr għall-fondi lill-għaqdiet tal-karità u lill-organizzazzjonijiet nongovernattivi; u jinkoraġġixxu lill-banek u lil fornituri oħra tas-servizzi tal-pagament biex jiżviluppaw servizzi u prodotti finanzjarji innovattivi.
Barra minn hekk, fl-2024 beda japplika r-Regolament dwar is-Swieq fil-Kriptoassi - iftaħ tab ġdida. li stabbilixxa regoli uniformi tas-suq tal-UE għall-kriptoassi. Dan se jappoġġa l-integrità tas-suq u l-innovazzjoni billi jirregola l-offerti pubbliċi tal-kriptoassi u intermedjarji tal-kriptoassi li jipprovdu servizzi lill-konsumaturi, filwaqt li jiżgura li dawn ikunu protetti aħjar mir-riskji assoċjati.
L-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku tal-UE qed jgħin ukoll lil 37 awtorità superviżorja finanzjarja minn 26 Stat Membru biex isaħħu l-kapaċità tagħhom li jimmaniġġjaw ir-riskji tal-finanzi diġitali. Matul l-2024, l-Akkademja Superviżorja tal-Finanzi Diġitali tal-UE pprovdiet korsijiet tat-taħriġ residenzjali u online lil aktar minn 1,000 superviżur madwar l-UE.
Fl-2024 ġie adottat il-pakkett leġiżlattiv kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (AML/CFT) - iftaħ tab ġdida. u dan jinkludi l-ewwel Regolament AML/CFT - iftaħ tab ġdida. u s-sitt Direttiva AML/CFT - iftaħ tab ġdida.. Dawn il-proposti se jifirxu l-pedamenti għal ħidmet l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu - iftaħ tab ġdida..
Ir-regoli l-ġodda jistabbilixxu rekwiżiti għas-settur privat tal-UE kollha biex jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti tar-regoli fis-Suq Uniku kollu. Dawn jarmonizzaw ukoll il-kompiti u s-setgħat tas-superviżuri nazzjonali u tal-unitajiet tal-intelligence finanzjarja biex jippermettu kooperazzjoni transfruntiera effettiva. Barra minn hekk, dan il-qafas isaħħaħ is-setgħat tar-reġistri tas-sjieda benefiċjarja ħalli jiżgura t-trasparenza fir-rigward ta’ dawk li jippossjedu jew jikkontrollaw l-entitajiet ġuridiċi u t-trusts. Fl-aħħar nett, dan jarmonizza r-regoli dwar l-aċċess għal din l-informazzjoni, u jippermetti lill-partijiet ikkonċernati b’interess leġittimu, inklużi lill-ġurnalisti u lis-soċjetà ċivili, jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra l-kriminalità finanzjarja.
Issa se jkun qed isir skrutinju tal-investimenti fil-klabbs tal-futbol professjonali u l-isponsorjar tagħhom, kif ukoll tat-trasferimenti tal-plejers. It-tranżazzjonijiet li jinvolvu flejjes b’oriġini dubjuża se jiġu identifikati u rrapportati.
In-negozjanti tal-karozzi, tad-dgħajjes u tal-ajruplani lussużi issa se jkollhom jirrapportaw sistematikament il-bejgħ li jaqbeż ċerti limiti. Dan se jgħin lill-awtoritajiet jagħrfu l-konnessjonijiet ma’ attivitajiet kriminali meta jkun il-każ.
Issa l-kampanji tal-finanzjament kollettiv se jkunu soġġetti għal skrutinju, li jagħmilha diffiċli għall-għaqdiet tal-karità fittizji biex jaċċessaw il-finanzjament jew biex il-fondi jiġu ddevjati biex jappoġġaw attivitajiet terroristiċi.
Meta jixtru proprjetajiet lussużi, il-kumpaniji stabbiliti barra mill-UE issa se jkunu obbligati jiżvelaw id-dettalji tas-sid aħħari tal-proprjetà, u b’hekk ikun aktar faċli għall-awtoritajiet tal-UE biex jaraw min qed jaġixxi wara dawn il-kumpaniji.
F’Novembru, il-Parlament u l-Kunsill adottaw Regolament biex tiżdied it-Trasparenza fl-Attivitajiet Ambjentali, Soċjali u ta’ Klassifikazzjoni tal-Governanza - iftaħ tab ġdida., li jindirizza t-tħassib dwar il-greenwashing. Dan hu parti minn pakkett usa’ ta’ miżuri - iftaħ tab ġdida. biex jinbnew il-pedamenti tal-qafas tal-finanzjament sostenibbli tal-UE u biex jitħeġġeġ il-finanzjament privat għall-proġetti u t-teknoloġiji ta’ tranżizzjoni.
Ir-regoli l-ġodda se jipprovdu data affidabbli lill-investituri u lill-istituzzjonijiet finanzjarji dwar il-prestazzjoni ambjentali, soċjali u tal-governanza tal-kumpaniji, u se jgħinuhom jieħdu deċiżjonijiet aktar infurmati dwar l-investimenti sostenibbli u l-ġestjoni tar-riskji relatati ma’ dawn il-fatturi. Il-klassifikazzjonijiet se jipprovdu wkoll aktar ċarezza dwar l-attivitajiet tal-fornituri tal-klassifikazzjoni u jekk ħadux il-passi meħtieġa biex jevitaw u jrażżnu l-kunflitti ta’ interess.
Il-Parlament u l-Kunsill qablu - iftaħ tab ġdida.wkoll li jipposponu l-iskadenza għall-adozzjoni tal-Istandards Ewropej tar-Rappurtar dwar is-Sostenibbiltà speċifiċi għas-setturi minn nofs l-2024 għal nofs l-2026. Apparti li hekk ikollhom aktar żmien għall-iżvilupp ta’ standards bħal dawn, il-kumpaniji se jkollhom ukoll aktar żmien biex jiffukaw fuq l-implimentazzjoni tal-ewwel sett ta’ standards orizzontali adottati f’Lulju 2023.
Minbarra li jaderixxu mal-istandards tar-rapportar, il-kumpaniji l-kbar li jissodisfaw ċerti kriterji se jkunu meħtieġa jwettqu d-diliġenza dovuta fuq l-operat tagħhom stess, flimkien ma’ dawk tas-sussidjarji u tas-sħab kummerċjali tagħhom fil-ktajjen tal-attività globali tagħhom, biex jidentifikaw u jindirizzaw l-impatti negattivi reali u potenzjali fuq l-ambjent u fuq id-drittijiet tal-bniedem. Id-Direttiva l-ġdida dwar id-Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva - iftaħ tab ġdida. teżiġi li l-kumpaniji jagħmlu l-modifiki meħtieġa fl-istrateġiji u l-operat ġenerali tagħhom, inkluż fil-prattiki tax-xiri, tad-disinn u tad-distribuzzjoni. Jekk ma jikkonformawx, jistgħu jġarrbu infurzar amministrattiv, inkluż sanzjonijiet u responsabbiltà ċivili.
Li l-UE jkollha sistema bankarja f’saħħitha hi vitali għaċ-ċittadini kollha u għall-istabbiltà u l-prosperità tal-ekonomija tagħha. Mill-kriżi finanzjarja 2007–2008 ’l hawn, il-mexxejja Ewropej u internazzjonali qablu fuq standards bankarji internazzjonali — imsejħa l-istandards ta’ Basel III - iftaħ tab ġdida. — biex jiżguraw li l-banek ikunu aktar reżiljenti u jnaqqsu l-probabbiltà ta’ kriżijiet finanzjarji futuri.
Fid-9 ta’ Lulju 2024 daħal fis-seħħ it-test finali tal-aħħar pakkett bankarju - iftaħ tab ġdida. (ir-Regolament dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital u d-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital) li kien pass importanti għall-implimentazzjoni leali tal-istandards ta’ Basel III fl-UE. Dan jafferma mill-ġdid ir-rieda tal-UE li twettaq l-impenn internazzjonali tagħha u li timplimenta r-regoli prudenzjali l-ġodda mill-1 ta’ Jannar 2025, kif imħabbar qabel. Madankollu, id-data tal-applikazzjoni ta’ parti waħda mill-istandards ta’ Basel III, ir-Rieżami Fundamentali tal-Portafoll tan-Negozjar - iftaħ tab ġdida., ġiet posposta għall-1 ta’ Jannar 2026 biex jitħares l-ambjent ekwu globali għall-banek Ewropej attivi internazzjonalment u biex ikun hemm allinjament mal-iskedi taż-żmien tal-implimentazzjoni ta’ ġurisdizzjonijiet ewlenin oħrajn.
Biex ikomplu jsaħħu l-banek, il-Parlament - iftaħ tab ġdida. u l-Kunsill adottaw - iftaħ tab ġdida. il-pożizzjonijiet tagħhom dwar il-qafas tal-ġestjoni tal-kriżijiet bankarji u tal-assigurazzjoni tad-depożiti - iftaħ tab ġdida. u bdew in-negozjati għar-riforma tiegħu.
Barra minn hekk, f’Diċembru 2023 intlaħaq qbil dwar id-Direttiva riveduta dwar is-Solvenza II. Ir-regoli l-ġodda - iftaħ tab ġdida. jsaħħu l-qafas regolatorju tal-assigurazzjoni billi jipprovdu inċentivi aħjar lis-settur tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (jiġifieri assigurazzjoni lill-kumpaniji tal-assigurazzjoni) biex jinvestu fil-kapital fit-tul. Ir-regoli l-ġodda se jqisu aħjar ċerti riskji makroekonomiċi, fosthom dawk relatati mat-tibdil fil-klima, u se jagħmlu l-pożizzjoni finanzjarja tal-assiguraturi inqas sensittiva għall-varjazzjonijiet tas-suq fl-immedjat. Dawn il-bidliet se jiżguraw ukoll li dan is-settur jibqa’ sod fi żminijiet ekonomiċi diffiċli u jipproteġi l-interessi tal-konsumaturi.
Fl-istess ħin, intlaħaq qbil ukoll fuq Direttiva ġdida dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Assigurazzjoni - iftaħ tab ġdida.. Din id-Direttiva tiżgura l-istabbiltà finanzjarja u tħares lid-detenturi tal-poloz u lill-kontribwenti fil-każ ta’ falliment tal-assiguratur jew tar-riassiguratur. Din teżiġi għażla bbażata fuq ir-riskji tal-assiguraturi u tar-riassiguraturi u li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tagħhom jifformulaw pjanijiet tal-irkupru preventiv u pjanijiet tar-riżoluzzjoni, rispettivament, biex jiżguraw li jkunu ppreparati għall-kriżijiet.
Ir-riforma tal-unjoni doganali - iftaħ tab ġdida. tal-UE, proposta fl-2023, tipprevedi sistema doganali pijuniera fid-dinja u mmexxija mid-data li tissimplifika ferm il-proċessi doganali għan-negozji u fl-istess ħin tipprovdi l-għodod meħtieġa lill-awtoritajiet biex iwaqqfu l-importazzjonijiet li joħolqu riskji reali għall-UE, għaċ-ċittadini tagħha u għall-ekonomija tagħha. Fl-2024, sar progress - iftaħ tab ġdida. fuq il-proposta biex jinħolqu Awtorità Doganali Ewropea u Pjattaforma tad-Data ċentralizzata, il-pilastri ewlenin tat-tlieta fil-qalba tar-riforma (flimkien mal-kummerċ elettroniku).
Kumplimentari għal dan hemm l-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-UE għad-Dwana - iftaħ tab ġdida., li diġà qed jiġi implimentat gradwalment u li hu maħsub biex jarmonizza l-proċeduri amministrattivi bejn id-dwana u setturi oħra, bħas-saħħa u l-ambjent. Dan se jtejjeb l-iskambji diġitali bejn il-gvernijiet fil-fruntieri tal-UE u se jissimplifika l-proċess tal-ikklerjar tal-merkanzija.
Barra minn hekk, is-Sistema tal-Kontroll tal-Importazzjoni 2 - iftaħ tab ġdida. issa teżiġi li l-operaturi ekonomiċi jissottomettu data dwar is-sikurezza u s-sigurtà għall-modi kollha tat-trasport. Bis-saħħa tas-sistema, f’Marzu l-awtoritajiet doganali Belġjani għamlu l-akbar sekwestri tagħhom ta’ sustanzi aġenti tad-droga (sustanzi kimiċi użati għall-produzzjoni ta’ drogi illeċiti) fl-ajruport ta’ Liège, id f’id ma’ Stati Membri oħra.
Finalment, fil-qafas tal-Pjan Direzzjonali tal-UE għall-Ġlieda kontra t-Traffikar tad-Droga u l-Kriminalità Organizzata tnediet l-Alleanza Ewropea tal-Portijiet - iftaħ tab ġdida. (ara l-Kapitlu 7). Din se ttejjeb il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u tiffaċilita l-kooperazzjoni ma’ awtoritajiet oħra tal-infurzar tal-liġi u mas-settur privat.
F’Jannar 2024, l-UE introduċiet regoli ġodda li jistabbilixxu rata tat-taxxa effettiva minima ta’ 15 % - iftaħ tab ġdida. għall-kumpaniji multinazzjonali li joperaw fi ħdanha. Id-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-regoli jifformalizza l-implimentazzjoni mill-UE tal-qafas tal-Pilastru 2, parti minn ftehim storiku internazzjonali dwar ir-riforma tat-taxxa - iftaħ tab ġdida. li ntlaħaq mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi fl-2021. Filwaqt li issa hemm kważi 140 ġurisdizzjoni mid-dinja kollha li jridu jimxu ma’ dawk ir-regoli, l-UE kienet pijuniera biex dawn ir-regoli jissarrfu f’liġi. Dawn ir-regoli jiddiżinċentivaw lin-negozji milli jittrasferixxu l-profitti tagħhom lejn ġurisdizzjonijiet b’rata baxxa tat-taxxa u jrażżnu l-prattika tal-“ġirja lejn l-aktar livell baxx”, li biha l-pajjiżi jbaxxu r-rati tat-taxxa korporattiva fuq l-introjtu biex jattiraw l-investiment lejhom.
Fit-28 ta’ Ottubru, il-Kummissjoni adottat proposta - iftaħ tab ġdida. biex temenda d-Direttiva dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva fil-Qasam tat-Tassazzjoni - iftaħ tab ġdida.. Id-Direttiva emendata tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri għall-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri biex jikkooperaw mill-qrib flimkien b’rabta mat-tassazzjoni diretta, u b’hekk tkun eħfef għall-kumpaniji biex jissodisfaw l-obbligi tal-preżentazzjoni tagħhom skont id-Direttiva tal-Pilastru 2 - iftaħ tab ġdida., li timplimenta l-qafas tal-Pilastru 2 imsemmi hawn fuq.
Is-Sistema Elettronika Ċentrali tal-Informazzjoni dwar il-Pagamenti - iftaħ tab ġdida. issa tipprovdi ċerta data lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri biex tgħinhom jaqbdu aktar faċilment il-frodi tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), b’mod partikolari mill-attivitajiet tal-kummerċ elettroniku. Skont ir-regoli l-ġodda, il-fornituri tas-servizzi tal-pagament li joffru servizzi fl-UE jridu jimmonitorjaw ir-riċevituri tal-pagamenti transfruntieri. Iridu wkoll jibagħtu informazzjoni dwar il-pagamenti transfruntieri lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri.
Il-ġlieda kontra l-frodi u l-abbuż tat-taxxa ssaħħet ukoll b’leġiżlazzjoni ġdida li ġiet approvata f’Diċembru. Id-Direttiva dwar Ħelsien mit-Taxxa Aktar Rapidu u Aktar Sikur mit-Taxxi f’Ras il-Għajn Eċċessivi - iftaħ tab ġdida. tintroduċi regoli biex il-proċeduri tal-UE tat-taxxa f’ras il-għajn isiru aktar effiċjenti u siguri għall-investituri, għall-intermedjarji finanzjarji u għall-amministrazzjonijiet nazzjonali tat-taxxa. Din se tħaffef il-proċess għall-investituri biex jirċievu ħelsien mit-taxxi f’ras il-għajn eċċessivi fuq il-pagamenti transfruntieri ta’ dividendi u imgħaxijiet. Se tnaqqas ukoll ir-riskju ta’ tassazzjoni doppja għall-kontribwenti u tiffaċilita l-investiment transfruntier, filwaqt li ssaħħaħ l-unjoni tas-swieq kapitali.
Barra minn hekk, l-UE qed tħaddan it-tranżizzjoni diġitali biex tgħin fil-ġlieda kontra l-frodi u tappoġġa lin-negozji tal-UE. Il-proposta dwar il-VAT fl-Era Diġitali - iftaħ tab ġdida. — miftiehma fil-5 ta’ Novembru — se tnaqqas il-ħtieġa ta’ diversi reġistrazzjonijiet tal-VAT fi Stati Membri differenti, filwaqt li se twessa’ l-mudell eżistenti tal-Punt Uniku ta’ Servizz dwar il-VAT. Din il-proposta se tgħin ukoll biex jintużaw teknoloġiji diġitali ġodda, bħall-fatturazzjoni elettronika u r-rapportar diġitali, biex tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT. Ir-regoli l-ġodda huma wkoll l-ewwel pass biex jingħelbu l-isfidi li jġib miegħu l-iżvilupp tal-ekonomija tal-pjattaformi u se jgħinu biex jinkiseb ambjent ekwu bejn is-servizzi online u tradizzjonali tal-akkomodazzjoni għal żmien qasir u tat-trasport. Dawn se jkunu ta’ ġid għall-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri u se jnaqqsu l-kostijiet amministrattivi u tal-konformità għan-negozjanti tal-UE.