L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (Portal OP)
Politika dwar il-cookies
Biex is-siti web tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jaħdmu kif suppost, xi kultant inpoġġu fajls żgħar tad-data li nsejħulhom “cookies” fuq l-apparat tiegħek.
X'inhuma l-cookies?
Cookie hu fajl żgħir ta' test li sit web jaħżen fuq il-kompjuter jew l-apparat mobbli tiegħek meta inti żżur is-sit. Jippermetti lis-sit web jiftakar l-azzjonijiet u l-preferenzi tiegħek (bħal-login, il-lingwa, id-daqs tat-tipa u preferenzi tal-wiri oħrajn) fuq perjodu ta' żmien, biex int ma jkollokx għaliex toqgħod terġa' ddaħħalhom meta tmur lura fis-sit jew tibbrawżja minn paġna għall-oħra.
- Cookies tal-ewwel parti huma cookies stabbiliti mis-sit web li tkun qed iżżur. Dak is-sit web biss jista’ jaqrahom. Barra minn hekk, sit web jista’ potenzjalment juża servizzi esterni, li jistabbilixxu wkoll il-cookies tagħhom stess, magħrufa bħala cookies ta’ parti terzi.
- Il-cookies persistenti huma cookies li huma ssejvjati fuq il-kompjuter tiegħek u li ma jitħassrux awtomatikament meta tagħlaq il-browser tiegħek, b’differenza għal cookie ta’ sessjoni, li jitħassar hekk kif tagħlaq il-browser tiegħek.
Kull darba li żżur is-siti web tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, se tintalab taċċetta jew tirrifjuta l-cookies.
Il-cookies jistgħu jintużaw ukoll biex tiġi stabbilita statistika anonimizzata dwar l-esperjenza tal-ibbrawżjar fuq is-siti tagħna.
Kif nużaw il-cookies?
Is-siti web tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jużaw l-aktar “cookies tal-ewwel parti”. Dawn huma cookies stabbiliti u kkontrollati mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, mhux minn organizzazzjoni esterna.
Madankollu, biex tara xi wħud mill-paġni tagħna, se jkollok taċċetta cookies minn organizzazzjonijiet esterni.
Tista’ tħassar jew timblokka dawn il-cookies, iżda jekk tagħmel dan xi aspetti ta’ dan is-sit jistgħu ma jaħdmux kif suppost. Dawn il-cookies jintużaw biex jiftakru:
- il-preferenzi tad-dehra tiegħek, bħal-lingwa tal-ibbrawżjar, il-kuntrast tal-kulur, id-daqs tat-tipa, l-apparat użat, il-preferenzi tar-riżultati tat-tiftix u l-preferenzi tan-notifiki;
- l-aħħar żjara tiegħek fuq is-sit web (għal skopijiet ta’ statistika) u l-aħħar tliet paġni li żort (biex jgħinu l-helpdesk fil-każ li tibgħat talba);
- jekk tkunx aċċettajt (jew le) l-użu tal-cookies fuq dan is-sit.
Preferenzi tal-viżitaturi
Dawn huma stabbiliti minna u nistgħu naqrawhom aħna biss. Huma jiftakru jekk qbiltx mal-politika tal-cookies ta’ dan is-sit.
| Isem | Servizz | Skop | Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien |
|---|---|---|---|
| PORTAL2012_USER_PREFERENCES | OP PORTAL | Ħażna tal-preferenzi tal-utent (lingwa, aċċessibbiltà, paġinazzjoni, domandi default, eċċ.) | Tmiem is-sessjoni tal-browser |
| GUEST_LANGUAGE_ID | OP PORTAL | Ħażna tal-lingwa tal-viżitatur | sena |
Cookies operattivi
Hemm xi cookies li rridu ninkludu biex ċerti paġni web jiffunzjonaw. Għal din ir-raġuni, ma jeħtiġux il-kunsens tiegħek. B’mod partikolari:
- cookies ta’ awtentikazzjoni;
- cookies tekniċi meħtieġa minn ċerti sistemi tal-IT.
Cookies ta’ awtentikazzjoni
Dawn jinħażnu meta tilloggja fis-siti tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, billi tuża s-servizz ta’ awtentikazzjoni tagħna (EU Login). Meta tagħmel dan, taċċetta l-politika ta’ privatezza assoċjata.
| Isem | Servizz | Skop | Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien |
|---|---|---|---|
| COOKIE_ORIG_URL | OP PORTAL | Awtentikazzjoni tal-utenti fil-portal | Tmiem is-sessjoni tal-browser |
| COOKIE_PROXY_URL | OP PORTAL | Awtentikazzjoni tal-utenti fil-portal | Tmiem is-sessjoni tal-browser |
| COOKIE_LOGOUT_URL | OP PORTAL | Awtentikazzjoni tal-utenti fil-portal | Tmiem is-sessjoni tal-browser |
| COOKIE_REQUEST_TOKEN | OP PORTAL | Awtentikazzjoni tal-utenti fil-portal | Tmiem is-sessjoni tal-browser |
| COOKIE_REQUEST_TOKEN_SECRET | OP PORTAL | Awtentikazzjoni tal-utenti fil-portal | Tmiem is-sessjoni tal-browser |
L-isem ta’ dawn il-cookies jista’ jinbidel, għal raġunijiet tekniċi.
Cookies tekniċi
| Isem | Servizz | Skop | Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien |
|---|---|---|---|
| OP_PORTAL_BASKET_ID | OP PORTAL | Immaniġġjar tal-karru tax-xiri | Tmiem is-sessjoni tal-browser |
| OP_PORTAL_BASKET_ID | OP PORTAL | Immaniġġjar tal-karru tax-xiri | Tmiem is-sessjoni tal-browser |
Cookies analitiċi
Dawn nużawhom purament għal riċerka interna dwar kif nistgħu ntejbu s-servizz li nipprovdu għall-utenti kollha tagħna.
Il-cookies sempliċiment jivvalutaw kif tinteraġixxi mas-sit web tagħna — bħala utent anonimu (id-data miġbura ma tidentifikakx personalment).
Barra minn hekk, din id-data ma tiġi kondiviża ma’ ebda parti terza u ma tintuża għall-ebda skop ieħor. L-istatistika anonimizzata tista’ tiġi kondiviża mal-kuntratturi li jaħdmu fuq proġetti ta’ komunikazzjoni taħt ftehim kuntrattwali mal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.
Madankollu, inti liberu li tirrifjuta dawn it-tipi ta’ cookies — permezz tal-banner tal-cookies li se tara fl-ewwel paġna li żżur.
| Isem | Servizz | Skop | Tip ta’ cookie u tul ta’ żmien |
|---|---|---|---|
| WT_FPC | OP PORTAL | Ġbir ta’ data analitika mill-utenti | Tmiem is-sessjoni tal-browser |
| _pk_ses | OP PORTAL | Ġbir ta’ data analitika mill-utenti | 30 minuta |
| _pk_id | OP PORTAL | Ġbir ta’ data analitika mill-utenti | 13-il xahar |
| ppms_privacy_ | OP PORTAL | Jaħżen il-kunsens tal-viżitatur għall-ġbir u l-użu tad-data | 365 jum jew 30 minuta (għall-ittraċċar anonimu) |
Cookies ta' parti terza
Xi wħud mill-paġni tagħna juru kontenut minn fornituri esterni, bħal YouTube, Facebook u Twitter.
Biex tara dan il-kontenut ta’ parti terza, l-ewwel trid taċċetta t-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi tagħhom. Dan jinkludi l-politiki tagħhom dwar il-cookies, li ma għandniex kontroll fuqhom.
Iżda jekk ma tarax dan il-kontenut, ma tiġi installata ebda cookie ta’ parti terza fuq l-apparat tiegħek.
Fornituri terzi fuq is-siti web tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet
Dawn is-servizzi ta’ partijiet terzi huma barra mill-kontroll tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet. Il-fornituri jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jibdlu t-termini tagħhom ta’ servizz, l-għan u l-użu tal-cookies, eċċ.
Data privata
L-informazzjoni relatata mal-cookies ma tintużax biex tidentifikak personalment u aħna għandna kontroll sħiħ fuq id-data dwar l-ibbrawżjar. Dawn il-cookies ma jintużaw għal ebda skop ieħor għajr dak deskritt hawnhekk.
Kif tista’ timmaniġġja l-cookies?
Inti tista’ timmaniġġja/tħassar il-cookies kif tixtieq — għad-dettalji, ara aboutcookies.org
It-tneħħija ta’ cookies mill-apparat tiegħek
Tista’ tħassar il-cookies kollha li diġà jinsabu fuq l-apparat tiegħek billi tiftaħ l-istorja tal-ibbrawżjar tal-browser tiegħek. Dan ineħħi l-cookies kollha mis-siti web kollha li żort.
Kun af madankollu li tista’ titlef xi informazzjoni ssejvjata (eż. dettalji tal-login issejvjati, preferenzi tas-sit).
L-immaniġġjar ta’ cookies speċifiċi għal sit
Għal kontroll aktar dettaljat fuq cookies speċifiċi għal sit, iċċekkja l-konfigurazzjonijiet ta’ privatezza u tal-cookies fil-browser preferut tiegħek.
L-imblukkar tal-cookies
Tista’ tissettja l-biċċa l-kbira tal-browsers moderni biex ma tħallix li xi cookies jitqiegħdu fuq l-apparat tiegħek, iżda mbagħad jista’ jkollok tirranġa xi preferenzi manwalment kull darba li żżur sit/paġna. U xi servizzi u funzjonalitajiet jistgħu ma jaħdmux sew (eż. il-login fil-profil tiegħek).
- Naċċetta l-cookies
- Nirrifjuta l-cookies (għajr dak li jkun jiftakar din l-għażla)
- Jien nirrifjuta l-cookies kollha (*) (f’dan il-każ, tara l-banner tal-cookies kull darba li tiġi fis-sit web tagħna)