KAPITLU 5

Ewropa lesta għall-era diġitali

Żewġ persuni jinteraġixxu ma’ skrin tattili f’wirja. Ara d-didaskalija tar-ritratt
Wirja dwar l-IA, li tippromwovi xjenza u teknoloġija aċċessibbli, fetħet f’Diċembru 2024 f’ċentru tax-xjenza f’Mechelen, il-Belġju. Is-17 ta’ Jannar 2025.

Matul dawn l-aħħar snin, l-Ewropa adattat għax-xenarju diġitali li jinbidel malajr billi ħadmet biex tiżgura li s-soċjetà tibbenefika mit-teknoloġija u li l-innovazzjoni tagħti spinta lill-kompetittività u lis-sovranità teknoloġika tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li jiġi mminimizzat ir-riskju għaċ-ċittadini. Ġew investiti biljuni ta’ ewro fl-espansjoni tal-fibra ottika u tal-5G biex tittejjeb il-konnettività madwar l-UE, u l-ħaddiema qed jiġu mgħammra bil-ħiliet li jeħtieġu għall-futur diġitali. L-Atti rivoluzzjonarji dwar is-Servizzi Diġitali u dwar is-Swieq Diġitali diġà qed jagħmlu l-ispazju diġitali iktar sikur u iktar ġust għal kulħadd u qed jiżguraw li l-ġganti tat-teknoloġija jerfgħu r-responsabbiltà għall-impatt sinifikanti tagħhom fuq is-soċjetà u l-ekonomija. L-UE qiegħda fuq quddiem nett ukoll biex l-intelliġenza artifiċjali (IA) issir iktar sikura u affidabbli, filwaqt li jiġu indirizzati r-riskji assoċjati mal-użu ħażin tagħha. Sabiex tiġi xprunata l-innovazzjoni, issaħħet il-kollaborazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-universitajiet u żdied b’mod sinifikanti l-investiment fit-teknoloġiji tal-ogħla livell bħas-supercomputing, is-semikondutturi, il-computing kwantistiku u t-teknoloġija spazjali.

Kważi f’nofs id-Deċennju Diġitali - iftaħ tab ġdida. tal-Ewropa, l-UE vvalutat il-progress li sar biex jintlaħqu l-għanijiet li jiggwidaw it-trasformazzjoni diġitali tal-UE. Bi pjan komuni u miri definiti b’mod ċar li jridu jintlaħqu sal-2030, l-għan huwa li t-teknoloġija tiġi integrata fl-oqsma kollha tas-soċjetà, mill-iskejjel u l-isptarijiet san-negozji kbar u żgħar, u li n-nies fl-UE jingħataw l-għodod biex jaħtfu l-aqwa opportunitajiet tal-internet.

Ir-rapport - iftaħ tab ġdida. tal-2024 dwar id-Deċennju Diġitali juri l-progress li għamlet l-UE biex tilħaq dawn l-għanijiet, mingħajr ma qagħad lura milli jenfasizza oqsma fejn jista’ jsir titjib. L-UE tappella lill-Istati Membri kollha biex ikomplu jappoġġaw lin-negozji ġodda lokali, jippromwovu l-litteriżmu diġitali fil-komunitajiet tagħhom u jtejbu l-użu tal-IA u tal-analitika tad-data fin-negozji u fil-manifattura tas-semikondutturi. L-UE aġġornat ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tagħha għal kull Stat Membru, filwaqt li qieset il-punti b’saħħithom u l-isfidi differenti madwar l-UE.

Intelliġenza artifiċjali, dinjiet virtwali u superkompjuters

L-IA qed issir qawwa trasformattiva għas-soċjetà Ewropea u għall-ekonomija. Mill-manifattura għall-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni, l-IA qed tittrasforma l-proċessi ewlenin u l-mudelli tan-negozju fis-setturi kollha, u qed twiegħed effiċjenza u tkabbir akbar. Madankollu, qed iġġib magħha wkoll sfidi fl-oqsma tal-iżvilupp etiku, id-drittijiet fundamentali u ċ-ċibersigurtà. Huwa meħtieġ bilanċ għaqli tal-politiki biex jiġi sfruttat il-potenzjal kollu tat-teknoloġija u biex jiġi indirizzat it-tħassib assoċjat.

Filmat promozzjonali tal-Att tal-UE dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, li juri kif jiżgura li l-intelliġenza artifiċjali tkun sikura, ċara u ċċentrata fuq il-bniedem, filwaqt li tgħin lin-negozji jikbru.
FILMAT: L-intelliġenza artifiċjali tinsab kullimkien u kulħadd qed jitkellem dwarha, iżda min qed jiżgura li tkun sikura?

L-UE trid li jkollha rwol minn ta’ quddiem nett fl-IA, iżda mhux akkost ta’ kollox. Hija tirrakkomanda li jkun hemm IA responsabbli li tpoġġi lin-nies fl-ewwel post. Bħala l-ewwel tentattiv reali tad-dinja biex din it-teknoloġija tiġi rregolata, l-Att tal-UE dwar l-IA - iftaħ tab ġdida., li daħal fis-seħħ f’Awwissu, jistabbilixxi regoli u linji gwida ċari dwar kif tista’ tintuża u kif għandha tiġi żviluppata. Dan se jiżgura li s-sistemi tal-IA jkunu affidabbli, ġusti u imparzjali kif ukoll li jipproteġu d-drittijiet fundamentali tan-nies. Sett armonizzat ta’ regoli se jiffaċilita l-ħidma tal-kumpaniji li jiżviluppaw l-IA billi jnaqqsu l-burokrazija u jħeġġu l-innovazzjoni. Ir-regoli se jgħinu wkoll lill-kumpaniji jkunu jafu x’għandhom jistennew.

L-Att dwar l-IA fil-prattika

L-Att tal-UE dwar l-IA daħal fis-seħħ fl-2024. Dan ġie segwit minn dawn li ġejjin.

  • IL-BORD EWROPEW DWAR L-IA
    Inħoloq korp konsultattiv - iftaħ tab ġdida., magħmul minn esperti mill-Istati Membri kollha, biex jgħin fl-implimentazzjoni tar-regoli tal-IA fil-prattika.
  • IL-KODIĊI TA’ PRATTIKA TAL-IA
    Tnediet - iftaħ tab ġdida. sejħa għall-kumpaniji, għall-esperti u għall-organizzazzjonijiet tal-IA biex jipparteċipaw fl-iżvilupp ta’ regoli għall-IA bi skop ġenerali (li se tiġi ffinalizzata fl-2025).
  • IL-BORD XJENTIFIKU
    Inġabar feedback rigward proposta dwar kif se jiġi stabbilit u kif se jopera bord - iftaħ tab ġdida. ġdid ta’ esperti indipendenti tal-IA. Dan il-grupp se jagħti pariri dwar kwistjonijiet tekniċi u se jwissi dwar ir-riskji tal-IA.
  • LINJI GWIDA
    Ġie ppubblikat sett ta’ linji gwida - iftaħ tab ġdida. dwar l-użu responsabbli tal-IA ġenerattiva fir-riċerka.

L-Uffiċċju Ewropew tal-Intelliġenza Artifiċjali - iftaħ tab ġdida. l-ġdid, stabbilit f’Mejju, se joħloq linji gwida ċari għall-kumpaniji u għall-iżviluppaturi li jaħdmu bl-IA u se jiżgura li r-regoli l-ġodda jiġu implimentati b’mod uniformi madwar l-UE. Bħala ċ-ċentru tal-għarfien espert tal-IA għall-UE, se jkun involut ukoll f’liema mudelli tal-IA jiġu approvati, u jista’ saħansitra jimblokka l-użu tal-IA li titqies imparzjali jew mhux sikura. F’Settembru, l-UE nediet il-Patt dwar l-IA - iftaħ tab ġdida. biex tħeġġeġ lill-organizzazzjonijiet jippjanaw minn qabel u jibdew jimplimentaw ir-rekwiżiti tiegħu qabel l-iskadenza legali.

Eżempju: il-monitoraġġ tal-IA fin-Netherlands

L-UE appoġġat lill-awtoritajiet tan-Netherlands fil-monitoraġġ - iftaħ tab ġdida. tas-sistemi tal-IA biex tiżgura li dawn jikkonformaw mal-liġi tal-UE, inkluż l-Att dwar l-IA. Permezz tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku - iftaħ tab ġdida., il-proġett:

  • irrieżamina kif jimmonitorjaw l-IA;
  • eżamina l-isfidi biex is-sistemi tal-IA jsiru sikuri u ġusti;
  • ipprovda rakkomandazzjonijiet biex jgħin lill-awtoritajiet jużaw l-IA b’mod responsabbli u f’konformità mal-liġi.
Pakkett ta’ innovazzjoni tal-IA biex jappoġġa lin-negozji ġodda u impriżi żgħar u ta’ daqs medju tal-IA

Dan il-pakkett ta’ miżuri, li tnieda f’Jannar 2024, se jappoġġa lin-negozji ġodda u lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju tal-UE fl-iżvilupp ta’ IA affidabbli.

Links relatati: Orizzont Ewropa - iftaħ tab ġdida. | Programm Ewropa Diġitali - iftaħ tab ġdida. | Spazji Komuni Ewropej tad-Data - iftaħ tab ġdida. | Alleanza għat-Teknoloġiji tal-Lingwi - iftaħ tab ġdida. | CitiVERSE - iftaħ tab ġdida.
  • Fil-“fabbriki l-ġodda tal-IA”, in-negozji ġodda b’ideat innovattivi tal-IA se jkollhom aċċess għall-qawwa komputazzjonali sħiħa tal-iżjed superkompjuters b’saħħithom tal-Ewropa u l-għarfien espert li jeħtieġu biex jiżviluppaw u jittestjaw il-mudelli tal-IA tagħhom.
  • In-negozji ġodda tal-IA se jirċievu appoġġ finanzjarju permezz ta’ Orizzont Ewropa - iftaħ tab ġdida. u l-Programm Ewropa Diġitali - iftaħ tab ġdida., l-għejun ta’ finanzjament tal-UE li jappoġġaw ir-riċerka u l-innovazzjoni diġitali.
  • L-introduzzjoni iktar rapida tas-sistemi tal-qsim tad-data, imsejħa Spazji Komuni Ewropej tad-Data - iftaħ tab ġdida., se tagħti aċċess lir-riċerkaturi u lill-iżviluppaturi għal riżervi kbar tad-data li jistgħu jużaw biex iħarrġu u jirfinaw il-mudelli tal-IA tagħhom.
  • Il-programmi edukattivi se jiżviluppaw ir-riżerva tat-talenti tal-IA tal-UE.
  • L-inizjattiva GenAI4EU se tappoġġa applikazzjonijiet kreattivi ġodda tal-IA u se tattira l-ġenerazzjoni li jmiss tal-esperti fl-IA.
  • Se jiġu stabbiliti żewġ Konsorzji ġodda għall-Infrastruttura Diġitali Ewropea (EDICs).
  • L-EDIC tal-Alleanza għat-Teknoloġiji tal-Lingwi - iftaħ tab ġdida.
  • Dan l-EDIC joħloq bażijiet tad-data tal-lingwi Ewropej li l-IA tista’ titgħallem minnhom.
  • L-IA tibda tifhem iktar il-lingwi Ewropej u tużahom aħjar.
  • L-applikazzjonijiet tat-traduzzjoni jew l-assistenti bil-vuċi jaħdmu aħjar f’dawn il-lingwi.

L-EDIC tas-CitiVERSE - iftaħ tab ġdida.

  • Is-CitiVERSE se jgħin lill-bliet jiffunzjonaw mingħajr xkiel, pereżempju billi jitbassru l-konġestjonijiet tat-traffiku jew jittejjeb il-ġbir tal-iskart.

Billi tgħaqqad ir-riċerka mar-regolamentazzjoni, l-UE qed toħloq postha fix-xenarju teknoloġiku globali. L-Att dwar l-IA jistabbilixxi standard globali u jippożizzjona lill-UE bħala pijuniera. F’Settembru, l-UE ffirmat il-Konvenzjoni Qafas tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-Intelliġenza Artifiċjali - iftaħ tab ġdida., l-ewwel ftehim internazzjonali legalment vinkolanti dwar l-IA, li huwa allinjat bis-sħiħ mal-Att dwar l-IA.

L-UE hija impenjata - iftaħ tab ġdida. wkoll biex ikun hemm swieq miftuħa u aċċessibbli, speċjalment għad-dinjiet virtwali u għall-IA ġenerattiva, biex toħloq kundizzjonijiet ekwi u tipprevjeni l-monopolji milli joħonqu l-innovazzjoni. L-għan huwa li jinħoloq ambjent biex il-kumpaniji iżgħar u n-negozji ġodda jkunu jistgħu jikkompetu mal-ġganti tat-teknoloġija.

Filwaqt li l-IA u d-dinjiet virtwali qed iwessgħu l-konfini tal-innovazzjoni diġitali, ma jkunux jistgħu jkomplu javvanzaw mingħajr kompjuters b’saħħithom. F’Settembru 2024, l-UE ħarġet sejħa għal proposti biex timmodernizza s-superkompjuters eżistenti u takkwista diversi oħrajn ġodda b’kapaċitajiet tal-IA, biex b’hekk tkompli testendi l-ikbar network pubbliku ta’ superkompjuters fid-dinja. Dawn il-kompjuters qed jindirizzaw xi wħud mill-ikbar sfidi tal-umanità, pereżempju billi jaċċelleraw l-iskoperta tal-mediċini jew billi jtejbu l-immudellar tal-klima.

Filmat dwar Destinazzjoni d-Dinja, proġett li juża s-superkompjuters, l-intelliġenza artifiċjali u d-data satellitari biex joħloq mudell dettaljat tad-Dinja. Dan jgħin biex jitbassar u jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima, jittejjeb ir-rispons għad-diżastri u jitnaqqsu l-impatti biex jinħoloq futur aktar ekoloġiku u aktar san għall-Ewropa u lil hinn minnha.
FILMAT: Destinazzjoni d-Dinja.

L-inizjattiva ewlenija tal-UE Destinazzjoni d-Dinja - iftaħ tab ġdida. (DestinE), li għandha l-għan li tiżviluppa tewmija diġitali akkurata ħafna tad-Dinja, se jkollha rwol importanti biex tgħin lill-Ewropa tadatta għat-tibdil fil-klima. Il-varar tagħha f’Ġunju jfisser li l-kompjuters ta’ prestazzjoni għolja - iftaħ tab ġdida. tal-Ewropa ngħataw il-kompitu li jissimulaw l-effetti tat-tibdil fil-klima u tal-avvenimenti ta’ temp estrem. Bis-saħħa ta’ din l-inizjattiva, l-Ewropa se tkun ippreparata aħjar biex tirrispondi għal diżastri naturali kbar u biex tivvaluta l-impatti potenzjali mil-lat soċjoekonomiku u mil-lat tal-politiki ta’ avvenimenti bħal dawn.

Il-proġett juża s-superkompjuter Finlandiż LUMI, flimkien ma’ superkompjuters oħra tal-UE, biex joħloq tewmija akkurata ħafna tad-Dinja. Dan huwa eżempju mill-aqwa tas-superkompjuters tal-UE fil-prattika, bl-użu tal-IA u tal-immudellar avvanzat biex jiġu ssimulati l-effetti tat-tibdil fil-klima u tat-temp estrem.

Margrethe Vestager qed titbissem hi u żżomm qanpiena kbira mdendla fuqha.
Margrethe Vestager, li dak iż-żmien kienet il-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għal Ewropa Lesta għall-Era Diġitali, fl-avveniment ta’ tnedija tal-Pjattaforma DestinE, Kajaani, il-Finlandja, l-10 ta’ Ġunju 2024.

L-UE qed tħares ukoll lil hinn mill-computing fuq skala eksa, u qed tipprevedi futur li fih l-iskoperti xjentifiċi rivoluzzjonarji jistgħu jiġu b’pass bla preċedent bil-ġenerazzjoni li jmiss ta’ kompjuters kwantistiċi. Madankollu, peress li l-kompjuters kwantistiċi jistgħu jkissru wkoll is-sistemi tal-kriptaġġ tal-lum, f’Mejju l-UE ħarġet rakkomandazzjoni - iftaħ tab ġdida. li tistieden lill-Istati Membri jtejbu l-metodi tal-kriptaġġ biex jipproteġu d-data kritika.

Fl-2024, l-UE investiet iktar minn €65 miljun fl-IA u €47 miljun fit-teknoloġiji kwantistiċi.

Konnettività

L-UE kompliet tinvesti fl-infrastruttura diġitali fl-2024. Ipprovdiet €420 miljun permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE Diġitali) - iftaħ tab ġdida., il-programm ta’ finanzjament tal-UE li jappoġġa l-introduzzjoni tas-servizzi diġitali. Permezz tal-Programm ta’ Ħidma Diġitali l-ġdid tal-FNE - iftaħ tab ġdida., warrbet €865 miljun oħra għal bejn l-2024 u l-2027 biex tappoġġa kemm l-introduzzjoni tal-5G fil-komunitajiet u tul ir-rotot ewlenin tat-trasport, kif ukoll it-tqegħid ta’ kejbils taħt il-baħar biex jissaħħu n-networks ewlenin tal-UE — linji tad-data b’kapaċità għolja li jiffurmaw il-qalba tal-infrastruttura tal-internet tagħna.

Networks veloċi u affidabbli jħaddmu t-teknoloġiji ta’ għada
  • Mobbiltà konnessa
  • Kura tas-saħħa/telemediċina personalizzata
  • Intelliġenza artifiċjali
  • Internet tal-oġġetti
  • Cloud computing
  • Binjiet intelliġenti
  • Edge computing
  • Fabbriki intelliġenti
SABIEX TAPPOĠĠA TRANŻIZZJONI DIĠITALI TA’ SUĊĊESS, L-UE STABBILIET MIRI SPEĊIFIĊI LI JRIDU JINTLAĦQU SAL-2030
  1. Konnettività tal-Gigabits għal kulħadd.
  2. Konnettività ta’ veloċità għolja (mill-inqas 5G) kullimkien.
  3. 10,000 nodu periferiku tal-cloud (servers li jinsabu eqreb tal-utenti sabiex jiżguraw ipproċessar tad-data u ħinijiet tar-rispons iktar rapidi).
  4. Computing kwantistiku tal-UE sal-2025.
  5. 20 % taċ-ċipep tad-dinja jridu jiġu prodotti fl-UE.

Fi Frar, l-UE ħarġet rakkomandazzjoni - iftaħ tab ġdida. dwar il-protezzjoni tal-kejbils taħt il-baħar, u rrikonoxxiethom bħala infrastruttura kritika. Dawn il-kejbils taħt il-baħar jittrasferixxu l-biċċa l-kbira tad-data tad-dinja iżda huma vulnerabbli għal ħsara u għal sabotaġġ, u b’hekk il-protezzjoni tagħhom hija essenzjali għall-komunikazzjoni globali u għas-sigurtà ekonomika.

L-Att dwar l-Infrastruttura tal-Gigabits - iftaħ tab ġdida., adottat fl-2024, għandu l-għan li jaċċellera u jiffaċilita l-introduzzjoni ta’ networks ta’ kapaċità għolja, bħall-fibra ottika u l-5G, għan-negozji. Dan ineħħi l-burokrazija, l-approvazzjonijiet u r-regolamenti żejda li s’issa naqqsu r-ritmu tal-introduzzjoni tan-networks u jiżgura li jkun hemm internet iktar rapidu, konnettività aħjar u servizzi aħjar għal kulħadd. Adottata fl-istess ħin, ir-Rakkomandazzjoni dwar il-Gigabits - iftaħ tab ġdida. tippromwovi l-kompetizzjoni bejn il-fornituri u toffri iktar għażliet u prezzijiet aħjar lill-konsumaturi. Intlaħaq ukoll qbil rigward ir-regoli dwar it-telefonati u l-messaġġi bejn Stat Membru u ieħor, li jiżgura l-protezzjoni kontinwa tal-konsumaturi vulnerabbli mill-ispejjeż potenzjalment għoljin ta’ tali servizzi sal-2032.

Filmat dwar kif il-5G tappoġġa l-agrikoltura u l-forestrija b’għodod bħad-droni u t-tratturi intelliġenti. Dan juri kif id-data fil-ħin reali u konnettività aħjar jħaffu x-xogħol u jagħmluh aktar effiċjenti, speċjalment fiż-żoni rurali.
FILMAT: Il-konnettività 5G tixpruna l-potenzjal rurali.

L-industrija tas-semikondutturi tal-UE

Mill-ismartphones fil-bwiet tagħna sal-karozzi li nsuqu, is-semikondutturi — komunement imsejħa ċipep — iħaddmu l-apparati li jiddefinixxu l-ħajja moderna. Billi tinvesti fir-riċerka, fil-faċilitajiet tal-produzzjoni u fl-infrastruttura, l-UE qed taħdem biex issir iktar awtodipendenti fil-manifattura tas-semikondutturi.

  • Mowbajl fih xi 160 ċippa differenti.
  • Karozza elettrika ibrida fiha sa 3,500 ċippa.
L-2024: sena ta’ progress għall-industrija taċ-ċipep tal-UE
  • FRAR
    Tnedew sejħiet għal proposti b’valur ta’ €216-il miljun b’rabta mas-semikondutturi, il-mikroelettronika u l-fotonika.
  • APRIL
    Intgħażlu l-organizzazzjonijiet biex jistabbilixxu erba’ linji pilota tas-semikondutturi biex jittestjaw il-metodi tal-manifattura, b’finanzjament ta’ €3.7 biljun ipprovdut mill-UE u mill-Istati Membri.
  • MEJJU
    Ġiet approvata - iftaħ tab ġdida. għajnuna mill-Istat b’valur ta’ €2 biljun biex tgħin manifattur globali taċ-ċipep jibni fabbrika biex tipproduċi ċ-ċipep tal-karbur tas-siliċju. Dawn iċ-ċipep jistgħu jifilħu iktar sħana miċ-ċipep regolari u huma ideali għall-vetturi elettriċi u għas-sistemi tal-enerġija rinnovabbli.
  • LULJU
    Tnedew sejħiet b’valur ta’ €330 miljun biex jappoġġaw:
    • il-fotonika
    • iċ-ċentri ta’ kompetenza
    • id-disinn tas-semikondutturi bbażat fuq il-cloud.
  • AWWISSU
    Tnedew żewġ sejħiet ġodda b’rabta mat-teknoloġiji taċ-ċipep kwantistiċi. Ġew approvati - iftaħ tab ġdida. €5 biljun f’għajnuna mill-Istat biex tinbena fabbrika tal-mikroċipep ta’ prestazzjoni għolja.
  • DIĊEMBRU
    Il-Forum Ewropew għall-Komponenti u għas-Sistemi Elettroniċi enfasizza l-ħtieġa li jiġu promossi l-innovazzjoni u l-produzzjoni tas-semikondutturi fl-UE.

Nagħmlu n-negozju b’mod diġitali

Il-kumpaniji li jespandu għal Stati Membri oħra spiss ikollhom jagħtu prova lill-awtoritajiet f’dawk il-pajjiżi li huma kumpanija tal-UE u jerġgħu jibagħtu l-informazzjoni, bħad-dettalji tal-uffiċċju rreġistrat jew l-ismijiet tar-rappreżentanti legali tagħhom, minkejja li din id-data diġà tkun disponibbli fir-reġistru kummerċjali tal-Istat Membru tagħhom stess. Regoli - iftaħ tab ġdida. ġodda tal-UE dwar il-kumpaniji, adottati f’Diċembru, se jintroduċu għodod diġitali biex itaffu dan il-piż amministrattiv. Il-kumpaniji mhux se jkollhom għalfejn jerġgħu jibagħtu d-dokumenti meta jistabbilixxu sussidjarji jew fergħat fi Stati Membri oħra, peress li din l-informazzjoni se tiġi skambjata direttament bejn ir-reġistri kummerċjali skont il-prinċipju ta’ darba biss. Barra minn hekk, ċertifikat multilingwi tal-kumpaniji tal-UE — essenzjalment karta tal-identità korporattiva tal-UE — se jippermetti lill-kumpaniji jagħtu prova faċilment li huma inkorporati legalment fl-UE, filwaqt li prokura tal-UE se tippermetti lir-rappreżentanti jġestixxu l-kwistjonijiet legali u kummerċjali lil hinn mill-fruntieri.

L-UE qed toħloq ukoll amministrazzjonijiet pubbliċi konnessi aħjar, pereżempju billi tikkollega s-Sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali - iftaħ tab ġdida. tagħha, li tikkollega r-reġistri kummerċjali madwar l-UE, mar-reġistri tas-sjieda benefiċjarja - iftaħ tab ġdida. u mas-sistemi tar-reġistri tal-insolvenza - iftaħ tab ġdida.. Dan se jiffaċilita wkoll l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-kumpaniji fis-suq intern.

Filmat dwar in-Network tal-Hubs Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali, li jgħin lill-kumpaniji jintroduċu l-għodod diġitali billi jipprovdu pariri, taħriġ u appoġġ. Huma jivvalutaw il-ħtiġijiet diġitali tal-kumpaniji u joffru soluzzjonijiet personalizzati biex itejbu l-operazzjonijiet tagħhom.
FILMAT: Skopri s-setgħa tat-trasformazzjoni diġitali permezz tan-Network tal-Hubs Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali.

It-trasformazzjoni diġitali hija kruċjali għan-negozji biex jibqgħu kompetittivi fid-dinja tal-lum li tinbidel malajr, u l-UE qed tgħinhom b’mod attiv biex jagħmluha. Wieħed mill-modi kif tagħmel dan huwa permezz taċ-Ċentri Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali - iftaħ tab ġdida., li jappoġġaw lin-negozji fl-adozzjoni tat-teknoloġiji diġitali, inkluż l-IA. Pereżempju, ċentru jista’ jgħin lil negozju żgħir tal-bejgħ bl-imnut jistabbilixxi chatbots tal-IA għas-servizz tal-klijenti jew joffri għodod biex janalizza d-data tal-bejgħ għal ġestjoni aħjar tal-inventarju.

Fl-2024, in-Network taċ-Ċentri Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali - iftaħ tab ġdida. espanda l-firxa tiegħu għal iktar pajjiżi u żviluppa għodda - iftaħ tab ġdida. ġdida ta’ awtovalutazzjoni diġitali għall-impriżi żgħar u medji biex ikejlu l-maturità teknoloġika tagħhom.

Storja ta’ suċċess taċ-Ċentri Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali

Gas Grün GmbH, negozju ġdid żgħir tal-bijogass fil-Ġermanja, kien qed jitħabat biex jottimizza r-rendiment tal-enerġija tal-impjanti tal-bijogass tiegħu. Bl-għajnuna - iftaħ tab ġdida. ta’ ċentru tal-innovazzjoni diġitali, in-negozju ġdid żviluppa sistema ta’ kontroll ibbażata fuq l-IA li mmassimizzat il-produzzjoni tal-enerġija u mminimizzat il-ħela. B’hekk seta’ jkabbar in-negozju tiegħu u juri x-xogħol tiegħu f’avvenimenti industrijali.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri qed jaħdmu wkoll biex jiżviluppaw portal uniku ta’ dikjarazzjoni diġitali - iftaħ tab ġdida. biex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-kumpaniji (inkluż l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju) li jistazzjonaw il-ħaddiema fi Stat Membru ieħor. Sistema online ġdida se tgħin lill-kumpaniji jissodisfaw ir-regoli nazzjonali tar-rapportar meta jibagħtu l-ħaddiema fi Stati Membri oħra. Din se tkun disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE, se tkun sempliċi biex tużaha u se tħalli lill-utenti jerġgħu jużaw l-informazzjoni minn rapporti tal-passat.

Trasport u mobbiltà diġitali

L-UE qed tieħu passi biex ittejjeb il-mod kif niċċaqilqu fil-bliet tagħna. Il-proġett ta’ qsim tad-data DeployEMDS - iftaħ tab ġdida. huwa pedament tal-isforz tal-UE biex jinħoloq spazju komuni tad-data dwar il-mobbiltà - iftaħ tab ġdida.. Għandu l-għan li jistabbilixxi sistema li tippermetti lill-bliet jaqsmu l-informazzjoni f’ħin reali dwar il-fluss tat-traffiku u t-trasport pubbliku. Dan in-network intelliġenti, li diġà qed jiġi ttestjat f’disa’ bliet u reġjuni, se jgħin biex jiġu identifikati u indirizzati l-problemi tal-mobbiltà urbana madwar l-UE.

Bl-iżvilupp rapidu tat-teknoloġija tad-droni, regolamenti ċari f’dan il-qasam qed isiru essenzjali. L-UE adottat miżuri ġodda - iftaħ tab ġdida. biex tindirizza l-isfidi uniċi tas-sikurezza tas-servizzi emerġenti tal-mobbiltà bl-ajru. L-għan huwa doppju: li tissimplifika l-proċessi regolatorji filwaqt li żżomm l-ogħla standards tas-sikurezza; u li tarmonizza r-regolamenti fl-Istati Membri kollha. Dawn ir-regoli armonizzati se jagħmlu l-ħajja iktar faċli għall-iżviluppaturi u għall-utenti tad-droni. Regolamenti ċari u konsistenti se jagħtu wkoll il-fiduċja lill-kumpaniji biex jinvestu f’teknoloġiji ġodda tad-droni, li se jixprunaw l-innovazzjoni madwar l-UE.

Servizzi online iktar sikuri

Filwaqt li l-internet huwa imprezzabbli, iġib miegħu wkoll sfidi bħall-miżinformazzjoni, id-diskors ta’ mibegħda illegali u forom oħra ta’ kontenut u prattiki illegali. Sabiex jitrażżnu dawn il-prattiki u tittejjeb is-sikurezza online, l-UE ppromulgat żewġ biċċiet ewlenin ta’ leġiżlazzjoni: l-Att dwar is-Servizzi Diġitali - iftaħ tab ġdida. (DSA, Digital Services Act) u l-Att dwar is-Swieq Diġitali - iftaħ tab ġdida. (DMA, Digital Markets Act).

Id-DSA jirrikjedi li l-pjattaformi online jkunu iktar proattivi fit-tneħħija tal-kontenut illegali, iżidu t-trasparenza tal-algoritmi tagħhom u jipprojbixxu ċerti tipi ta’ reklamar immirat. Dan beda japplika fl-UE kollha fi Frar 2024, u introduċa regoli ġodda għall-pjattaformi online, għall-midja soċjali u għas-siti tal-kummerċ elettroniku. Pjattaformi akbar, magħrufa bħala pjattaformi online kbar ħafna, iridu jikkonformaw ma’ regoli iktar stretti minħabba l-influwenza akbar tagħhom.

Bidliet ewlenin fid-DSA li għandhom impatt fuq il-kummerċ elettroniku
  • IKTAR TRASPARENZA Il-bejjiegħa issa jridu joffru informazzjoni iktar ċara dwar il-prodott u s-servizz.
  • REGOLAMENTI IKTAR STRETTI DWAR IR-REKLAMAR Ir-reklami mmirati jirrikjedu iktar trasparenza u jridu jagħtu iktar kontroll lill-utenti.
  • PROTEZZJONI AKBAR TAL-KONSUMATURI Dispożizzjonijiet imtejba għall-protezzjoni tal-konsumaturi minn kontenut ta’ ħsara u frodi.
  • IRFIGĦ TAR-RESPONSABBILTÀ MIN-NAĦA TAL-PJATTAFORMI Is-swieq iridu jaġixxu malajr kontra l-prodotti illegali.
L-UE kif infurzat id-DSA fl-2024?
  • ŻIDIET MAL-LISTA TA’ SORVELJANZA Żdiedu tliet pjattaformi online kbar ħafna ġodda:
    • Shein
    • Temu
    • XNXX.
  • INVESTIGAZZJONIJIET GĦADDEJJIN Inbdew talbiet għal informazzjoni u proċedimenti għal ksur possibbli tad-DSA kontra:
    • AliExpress
    • TikTok
    • Meta
    • X
    • Temu.
    L-Istati Membri ħatru koordinaturi tas-servizzi diġitali minn fost l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tagħhom.

Il-protezzjoni tat-tfal kienet enfasi ewlenija tal-infurzar tad-DSA u wasslet għal azzjoni kontra tliet pjattaformi ewlenin għall-verifika inadegwata tal-età u għall-esponiment tal-minorenni għal kontenut ta’ ħsara. B’mod parallel, l-għalliema qed jiġu mħarrġa bħala gwardjani tal-iskejjel tad-DSA - iftaħ tab ġdida. biex jiggwidaw lill-istudenti fl-isfidi online bħall-bullying ċibernetiku u l-miżinformazzjoni, u b’hekk jinħoloq spazju diġitali iktar sikur għall-utenti tfal u żgħażagħ. L-2024 immarkat ukoll it-tieni anniversarju tal-istrateġija għal Internet Aħjar għat-Tfal - iftaħ tab ġdida., bir-rilaxx ta’ għodda ta’ awtovalutazzjoni biex tgħin lill-pjattaformi jipproteġu aħjar lit-tfal online.

Id-DSA jgħin biex tiġi protetta l-integrità tal-elezzjonijiet mit-theddidiet online, inkluż il-kontenut iġġenerat mill-IA, billi tiġi ttestjata - iftaħ tab ġdida. l-prontezza tal-pjattaformi u billi jinħarġu linji gwida - iftaħ tab ġdida. dwar il-mitigazzjoni tar-riskju u t-tikkettar ċar tal-kontenut tal-IA. Ir-regoli - iftaħ tab ġdida. komplementari adottati f’Marzu se jillimitaw l-użu tad-data personali fir-reklamar politiku, kemm online kif ukoll offline. Dawn jeżiġu li r-reklami politiċi jinkludu tikketti ta’ trasparenza, jirrikjedu kunsens espliċitu għall-immirar online u jipprojbixxu t-tfassil ta’ profili abbażi ta’ data personali sensittiva. Repożitorju Ewropew se jipprovdi dettalji dwar ir-reklami politiċi kollha u l-metodi ta’ mmirar tagħhom, u se jnaqqas ir-riskju ta’ manipolazzjoni u interferenza barranija. Ir-reklami f’isem atturi mhux tal-UE huma pprojbiti fi żmien 3 xhur qabel l-elezzjonijiet.

Id-DSA kif jipproteġi lill-minorenni online?

Mekkaniżmi adattati għat-tfal għar-rapportar tal-kontenut illegali jew mhux xieraq.

Protezzjoni aħjar tad-data personali u tal-privatezza.

Termini u kundizzjonijiet ċari u konċiżi.

L-ebda reklamar immirat għat-tfal u għall-minorenni.

Ġiet proposta - iftaħ tab ġdida. reviżjoni tar-regoli dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal biex jiġu indirizzati theddidiet ġodda ta’ abbuż sesswali tat-tfal online, bħal deepfakes u forums tal-pedofili. Ir-regoli l-ġodda se jsaħħu wkoll il-prevenzjoni u l-appoġġ għall-vittmi u se jistabbilixxu standards minimi għall-prosekuzzjoni fl-UE. Il-miżura legali temporanja għall-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal online ġiet estiża sal-2026 biex il-miżuri volontarji li għaddejjin ikun jistgħu jidentifikaw u jneħħu l-kontenut abbużiv. Dawn l-isforzi qed jgħinu biex it-tfal jiġu protetti online filwaqt li l-UE tiżviluppa leġiżlazzjoni iktar permanenti biex tindirizza dawn il-kwistjonijiet b’mod effettiv.

Il-mewġa dejjem tiżdied ta’ intolleranza online mhux biss tmur kontra l-prinċipji fundaturi tal-UE, iżda toħloq ukoll theddida serja għall-vittmi u tipperikola l-libertà tal-espressjoni u d-diskors demokratiku. Il-pjattaformi tal-midja soċjali issa qed jiffaċċjaw sorveljanza iktar stretta, peress li l-UE ssieħbet mar-regolaturi biex tipproteġi lill-minorenni, tagħmel il-pjattaformi iktar trasparenti, tindirizza l-kontenut illegali u d-diżinformazzjoni sistemika u ttejjeb l-infurzar permezz ta’ taħriġ, diskussjonijiet u riċerka konġunti.

Filwaqt li d-DSA jiffoka fuq il-protezzjoni tal-utenti u l-indirizzar tal-kontenut illegali, id-DMA jiżgura li s-suq diġitali tagħna jibqa’ ġust u kompetittiv. Id-DMA huwa wieħed mill-ewwel għodod li qed jirregolaw is-setgħa tal-kumpaniji diġitali l-kbar. Dan jaħdem flimkien mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE, li għadhom japplikaw bis-sħiħ. Jistabbilixxi kriterji ċari għad-deżinjazzjoni ta’ gwardjani — pjattaformi diġitali kbar bħal magni tat-tiftix, app stores u servizzi tal-messaġġi. Minn Marzu 2024, il-gwardjani (li bħalissa hemm sebgħa minnhom) iridu jirrispettaw - iftaħ tab ġdida. dak li għandu u li m’għandux isir skont id-DMA biex ma joħonqux il-kompetizzjoni. Dan se jiżgura li l-kumpaniji iżgħar ikollhom ċans ekwu biex jikkompetu u li l-konsumaturi jgawdu minn iktar għażla u prezzijiet iktar ġusti.

L-UE kif infurzat id-DMA fl-2024?

Gwardjani ġodda ddeżinjati
  • Prenotazzjoni. Għadd totali ta’ gwardjani: 7.
Servizzi ewlenin ġodda tal-pjattaforma

(servizzi offerti mill-gwardjani li għandhom impatt sinifikanti fuq is-suq diġitali)

  • L-iPadOS ta’ Apple. Għadd totali ta’ servizzi ewlenin tal-pjattaforma: 24.
Iktar kontroll għall-utenti
  • Djalogi regolatorji mal-gwardjani biex tiġi żgurata l-konformità tagħhom mad-DMA.

L-utenti issa jistgħu:

  • jagħżlu l-brawżers u l-magni tat-tiftix preferuti tagħhom mingħajr ma jiġu msakkra f’sett prestabbilit minn xi gwardjan;
  • jużaw l-apparati mingħajr ma jkunu marbuta ma’ servizzi oħra mill-istess gwardjan;
  • jittrasferixxu d-data iktar faċilment lejn servizzi alternattivi.
Investigazzjonijiet u sejbiet preliminari
  • Inbdew sitt investigazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ konformità (inkjesti formali dwar il-ksur tar-regoli).
  • Inbdew żewġ proċedimenti ta’ speċifikazzjoni (proċessi biex jiġu ċċarati l-obbligi legali), u s-sejbiet preliminari ntbagħtu.
  • Intbagħtu sejbiet preliminari dwar il-ksur possibbli tar-regoli lil:
    • Apple, b’rabta mar-restrizzjoni li l-kumpanija imponiet fuq l-iżviluppaturi tal-applikazzjonijiet milli jgħidu lill-utenti dwar għażliet ta’ ħlas orħos barra mill-App Store tagħha;
    • Meta, b’rabta ma’ jekk il-mudell “ħallas jew agħti kunsens” tagħha jagħtix għażla ġusta lill-utenti meta jirrifjutaw il-ġbir tad-data.

Fl-2024 ġew introdotti żewġ għodod għall-informaturi, li ppermettew lill-individwi jipprovdu informazzjoni li tgħin biex jiġu identifikati u jinkixfu prattiki ta’ ħsara mill-pjattaformi, filwaqt li jkunu protetti minn xi tpattija. It-trasparenza hija essenzjali sabiex tiżdied il-fiduċja tal-konsumaturi fis-suq diġitali, speċjalment fir-rigward tal-influwenzaturi online u l-pjattaformi tal-bejgħ bl-imnut.

Minn skrinjar (jew “indaġni”) tal-posts tal-midja soċjali nstab li l-influwenzaturi online qajla jiddikjaraw in-natura kummerċjali tal-kontenut li jipproduċu:

  • 97 % tal-influwenzaturi tefgħu kontenut kummerċjali; iżda
  • 1 biss minn kull 5 identifikawh b’mod konsistenti bħala reklam.

Is-swieq online qed jikbru fil-popolarità iżda nstab li qed iqarrqu bil-konsumaturi rigward l-ipprezzar u t-termini. Wara azzjoni konġunta mill-awtoritajiet nazzjonali tal-konsumaturi u l-UE, diversi pjattaformi online impenjaw ruħhom li jtejbu l-prattiki kummerċjali tagħhom.

Il-prattiki ta’ kummerċjalizzazzjoni problematiċi juru li jeħtieġ ikun hemm liġijiet aħjar biex jipproteġu lill-konsumaturi online. F’Ottubru, rieżami - iftaħ tab ġdida. identifika lakuni fir-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi, bħal liġijiet mhux ċari, regoli li qed jiġu applikati b’mod differenti f’pajjiżi differenti u infurzar batut. L-oqsma speċifiċi li jeħtieġ li jittejbu se jiġu rieżaminati fid-dettall fl-2025.

Viagogo, suq online għall-bejgħ mill-ġdid tal-biljetti għall-avvenimenti, impenja ruħu li:

  • jinforma aħjar lill-konsumaturi dwar il-kundizzjonijiet tal-bejgħ mill-ġdid tal-biljetti;
  • ma jibqax jagħmel pressjoni fuq il-konsumaturi b’countdown timers li jgħaġġlu x-xiri tagħhom.

Vinted, suq online għall-bejgħ ta’ oġġetti użati, għamel bidliet biex:

  • jipprovdi informazzjoni iktar ċara dwar il-prezz totali tal-oġġetti qabel ma l-konsumaturi jiffinalizzaw ix-xiri tagħhom;
  • jiżgura li l-konsumaturi jkunu jafu kif jiksbu rimborż jekk l-ordni tagħhom ma tasalx jew l-oġġett ikun iffalsifikat.

Is-suq online Temu ġie nnotifikat dwar prattiki fuq il-pjattaforma tiegħu li jiksru l-liġi tal-konsumaturi tal-UE, inkluż roħs taparsi, bejgħ bi pressjoni, reċensonijiet foloz, informazzjoni qarrieqa u ludifikazzjoni sfurzata. Ingħata struzzjonijiet biex jallinja ruħu mar-regoli tal-UE u għadu qed jiġi investigat.

Ċibersigurtà

Ftit avvenimenti jistgħu jimminaw il-fiduċja tal-konsumaturi, l-istabbiltà tas-swieq u l-kredibbiltà tal-istituzzjonijiet iktar minn ksur tad-data jew l-għeluq tas-servizzi online. Għaldaqstant iċ-ċibersigurtà saret tħassib kritiku għal kulħadd.

Il-leġiżlazzjoni dwar miżuri biex jinkiseb livell għoli ta’ ċibersigurtà komuni fl-Istati Membri kollha (magħrufa bħala d-Direttiva NIS2 - iftaħ tab ġdida.), daħlet fis-seħħ f’Ottubru. Din tipprovdi miżuri legali biex jagħtu spinta lil-livell kumplessiv taċ-ċibersigurtà fl-UE u tespandi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar iċ-ċibersigurtà għal setturi u entitajiet kritiċi addizzjonali. Dawn is-setturi jinkludu l-komunikazzjoni elettronika pubblika, is-servizzi diġitali, l-ilma mormi u l-immaniġġjar tal-iskart, l-ispazju, is-servizzi postali u l-amministrazzjoni pubblika.

L-importanza taċ-ċibersigurtà

71 %
tal-kumpaniji tal-UE jaħsbu li ċ-ċibersigurtà hija prijorità ewlenija.

57 %
tal-kumpaniji tal-UE għandhom mill-inqas impjegat bi rwol marbuta direttament maċ-ċibersigurtà.

LIEMA ĦILIET FIĊ-ĊIBERSIGURTÀ HUMA L-IŻJED IMPORTANTI GĦALL-KUMPANIJI TAL-UE?

25 %
tal-kumpaniji jaħsbu li l-iżjed importanti huwa t-twettiq ta’ prattiki tal-ħajja tax-xogħol rigward kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-data u ta’ privatezza.

21 %
tal-kumpaniji jaħsbu li l-iżjed importanti huma l-analiżi, il-valutazzjoni u r-rieżami tas-sigurtà tas-software jew tal-hardware.

20 %
tal-kumpaniji jaħsbu li l-iżjed importanti huma l-identifikazzjoni u s-soluzzjoni ta’ kwistjonijiet marbuta maċ-ċibersigurtà.

19 %
tal-kumpaniji jaħsbu li l-iżjed importanti huma l-implimentazzjoni ta’ prattiki ta’ ġestjoni tar-riskju marbut maċ-ċibersigurtà u l-iżgurar tal-konformità mar-regolamenti u mal-istandards.

L-UE laħqet ukoll ftehim politiku - iftaħ tab ġdida. dwar ir-regoli biex tittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u tissaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jidentifikaw it-theddidiet ċibernetiċi, u jħejju u jirrispondu għalihom (l-Att dwar iċ-Ċibersolidarjetà). Dawn ir-regoli se jkunu bidla radikali għad-detezzjoni tat-theddidiet ċibernetiċi, għat-tħejjija u għar-rispons għall-inċidenti fl-UE kollha, u l-ftehim proviżorju jinkludi pjanijiet għal sistema ta’ allert taċ-ċibersigurtà, mekkaniżmu ta’ rispons għall-emerġenzi u ċertifikazzjoni għas-servizzi tas-sigurtà ġestiti.

F’Jannar 2024 daħlu fis-seħħ regoli ġodda - iftaħ tab ġdida. biex tingħata spinta liċ-ċibersigurtà tal-istituzzjonijiet tal-UE. Dawn jistabbilixxu linji gwida ċari għall-istituzzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ oqfsa interni ta’ ġestjoni, ta’ governanza u ta’ kontroll tar-riskji taċ-ċibersigurtà. Dawn il-miżuri se jgħinu fil-prevenzjoni ta’ ksur tad-data u ta’ attakki ċibernetiċi li jistgħu jaffettwaw is-servizzi pubbliċi, id-data personali u l-fiduċja kumplessiva fis-sistemi diġitali.

Is-sigurtà trid tiġi inkorporata wkoll f’kull prodott diġitali li jużaw in-nies. L-Att dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika - iftaħ tab ġdida., adottat f’Ottubru (li se jibda japplika mill-aħħar tal-2027), se jikseb dan billi jiżgura hardware u software iktar sikuri. Il-manifatturi huma meħtieġa jimplimentaw miżuri ta’ sigurtà fil-prodotti kollha b’komponenti diġitali, mill-ismartphones għall-magni tal-kafè. Ir-regoli jispeċifikaw il-ħtieġa għal valutazzjonijiet tas-sigurtà, trattament tal-vulnerabbiltà u aġġornamenti tas-software matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott.

Eżerċizzju taċ-ċibersigurtà f’Ġunju ttestja l-prontezza tal-UE għal attakk ċibernetiku fuq skala kbira billi ssimula attakk ċibernetiku fuq is-settur tal-enerġija. Dan kien segwit minn rapporti u rakkomandazzjonijiet dwar iċ-ċibersigurtà fin-networks tat-telekomunikazzjoni, tal-elettriku u tal-komunikazzjoni. L-UE adottat l-ewwel skema taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà - iftaħ tab ġdida., li tistabbilixxi regoli għall-UE kollha għaċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti tal-ICT matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom. Barra minn hekk l-UE qed tinvesti iktar minn €210 miljun - iftaħ tab ġdida. biex issaħħaħ il-kapaċitajiet diġitali u tad-difiża ċibernetika madwar l-Ewropa.

Ġestjoni u protezzjoni tad-data fl-UE

Id-data hija l-mutur tal-ekonomija moderna, u kull industrija tiddependi fuq il-fluss ħieles tal-informazzjoni. Din il-konnettività tiftaħ swieq globali għall-kumpaniji ta’ kull daqs iżda ġġib magħha wkoll sfidi f’termini ta’ trattament u ta’ qsim siguri u ġusti tad-data.

F’Jannar daħlet fis-seħħ leġiżlazzjoni ġdida - iftaħ tab ġdida. biex il-qsim tad-data fl-UE jsir iktar trasparenti u aċċessibbli. L-Att dwar id-Data jiddefinixxi min juża d-data u taħt liema kundizzjonijiet, filwaqt li jagħti lill-kumpaniji aċċess sigur għal data essenzjali. L-aċċess aħjar għad-data industrijali jippromwovi l-kompetizzjoni u l-innovazzjoni, speċjalment għal kumpaniji iżgħar. Dan se jippermettilhom jiżviluppaw prodotti u servizzi ġodda u jikkompetu ma’ kumpaniji akbar. F’Mejju ttieħdet ukoll azzjoni legali - iftaħ tab ġdida. kontra 18-il Stat Membru li kienu naqsu milli jistabbilixxu awtoritajiet xierqa biex jissorveljaw l-Att dwar il-Governanza tad-Data - iftaħ tab ġdida., li jistabbilixxi regoli għall-qsim tad-data madwar l-UE.

Iktar settijiet tad-data pubbliċi - iftaħ tab ġdida. issa se jkunu disponibbli għall-użu mill-ġdid, bis-saħħa ta’ regoli ġodda li bdew japplikaw f’Ġunju. Dawn japplikaw għal settijiet tad-data ta’ valur għoli - iftaħ tab ġdida. li jkun fihom informazzjoni dwar sitt oqsma tematiċi, inkluż id-data ġeospazjali, l-osservazzjoni tad-Dinja u l-mobbiltà, u se jrawmu l-innovazzjoni f’oqsma bħall-IA. Il-ħolqien ta’ Spazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa - iftaħ tab ġdida. se jagħti liċ-ċittadini kontroll sħiħ fuq id-data dwar is-saħħa tagħhom, filwaqt li xorta se jippermetti li tintuża għar-riċerka u għas-saħħa pubblika taħt kundizzjonijiet stretti.

Potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomija tad-data dwar is-saħħa
  • €5.5 biljun ta’ ffrankar fl-UE fuq 10 snin permezz ta’ aċċess imtejjeb għad-data dwar is-saħħa fil-kura tas-saħħa u l-iskambju tagħha.
  • 20–30 % tkabbir addizzjonali fis-suq tas-saħħa diġitali.
  • €5.4 biljun ta’ ffrankar fl-UE fuq 10 snin minn użu aħjar tad-data dwar is-saħħa għar-riċerka, għall-innovazzjoni u għat-tfassil tal-politika.

F’dinja fejn qed jiżdied il-qsim tad-data, il-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data - iftaħ tab ġdida. (GDPR), tiżgura wkoll li l-progress ma jsirx għad-detriment tal-privatezza. Il-GDPR għadu pedament għall-politiki diġitali kollha tal-UE li jittrattaw id-data personali. Lin-nies jagħtihom kontroll fuq id-data personali tagħhom u fuq min ikollu aċċess għaliha. Il-GDPR jibqa’ l-eżempju ewlieni għall-oqfsa tal-protezzjoni tad-data madwar id-dinja. Fl-istess ħin, ir-rapport tal-2024 dwar l-applikazzjoni tal-GDPR - iftaħ tab ġdida. identifika xi oqsma fejn jista’ jsir titjib, inkluż it-trattament ta’ każijiet li jinvolvu iktar minn pajjiż wieħed. Dan kien diġà ġie indirizzat permezz tar-regolament propost dwar ir-regoli proċedurali tal-GDPR, li jfittex li jissimplifika l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-datameta jinfurzaw il-GDPR f’każijiet li jinvolvu iktar minn pajjiż wieħed.

L-importanza tal-GDPR hija estiża wkoll lil hinn mill-UE. Peress li kulma jmur il-kumpaniji qed jiddependu iktar fuq il-flussi tad-data li jinvolvu iktar minn pajjiż wieħed, il-GDPR jipprovdi għodod għall-protezzjoni tad-data personali, anke meta titlaq mill-UE, u jista’ saħansitra jirrestrinġi t-trasferimenti lejn pajjiżi bi standards iktar baxxi. Wieħed mill-mekkaniżmi li jintuża biex jiżgura li d-data tgawdi l-istess livell ta’ protezzjoni barra mill-UE huwa d-deċiżjonijiet dwar l-adegwatezza, li jirrikonoxxu lill-pajjiżi mhux tal-UE li jipprovdu protezzjoni adegwata tad-data. S’issa, ġew adottati 16-il deċiżjoni dwar l-adegwatezza u dawn jerġgħu jiġu eżaminati minn żmien għal żmien. Wara rieżami f’Jannar 2024, l-UE kkonfermat li l-fluss tad-data jista’ jibqa’ ħieles lejn 11-il pajjiż u territorju sieħeb - iftaħ tab ġdida..

Abbażi ta’ deċiżjoni ġdida dwar l-adegwatezza - iftaħ tab ġdida. għall-Qafas tal-Privatezza tad-Data bejn l-UE u l-Istati Uniti, id-data personali tista’ tgħaddi b’mod sikur mill-UE għall-kumpaniji tal-Istati Uniti mingħajr ma jkun hemm għalfejn jiġu stabbiliti salvagwardji addizzjonali għall-protezzjoni tad-data. Din tagħti wkoll lin-nies fl-UE d-dritt li jappellaw quddiem qorti ġdida stabbilita biex issolvi l-ilmenti tal-UE dwar l-attivitajiet tas-servizzi tal-intelligence tal-Istati Uniti. Ir-rapport - iftaħ tab ġdida. ta’ evalwazzjoni ta’ Ottubru 2024 dwar il-qafas ikkonferma li l-awtoritajiet tal-Istati Uniti stabbilew l-istrutturi u l-proċeduri meħtieġa biex jiżguraw li tiffunzjona b’mod effettiv. Dawn is-salvagwardji jipproteġu d-data fit-trasferimenti trans-Atlantiċi kollha, inkluż dawk li jsiru permezz ta’ ftehimiet tal-kumpaniji jew politiki interni.

Servizzi pubbliċi diġitali

Is-servizzi pubbliċi u privati kulma jmur qed isiru iktar diġitali, iżda l-privatezza u s-sigurtà online mhux dejjem ikunu tal-istandard meħtieġ, u b’hekk l-individwi jkunu vulnerabbli għas-serq tal-identità u għat-tfassil mhux mixtieq tal-profili. F’Mejju daħlu fis-seħħ regoli ġodda - iftaħ tab ġdida., li wittew it-triq għaċ-ċittadini u għar-residenti kollha tal-UE biex ikollhom Kartiera tal-UE tal-Identità Diġitali - iftaħ tab ġdida. sal-2026. Dan se jagħmel il-kompiti ta’ kuljum iktar faċli u iktar siguri. L-utenti se jkunu jistgħu jagħtu prova tal-identità tagħhom b’mod sigur, jiskambjaw id-dokumenti diġitali, bħal riċetti mediċi, u jħallsu — kollox permezz ta’ applikazzjoni waħda. L-utenti se jibqa’ jkollhom kontroll sħiħ fuq id-data personali tagħhom.

Bħalissa l-UE qed tħejji linji gwida legali biex tiżgura li l-kartieri jissodisfaw l-ogħla standards ta’ sigurtà u jaħdmu bla intoppi fl-UE kollha. F’Novembru, ġew adottati ħames regolamenti ta’ implimentazzjoni - iftaħ tab ġdida. li jistabbilixxu regoli għall-funzjonijiet ewlenin u għaċ-ċertifikazzjoni tal-kartieri.

Il-filmat jintroduċi l-Kartiera tal-UE tal-Identità Diġitali u jispjega kif taħdem u x’benefiċċji toffri. Dan juri kif l-utenti jistgħu jaħżnu l-identifikazzjoni u d-dokumenti diġitali tagħhom, jaċċessaw b’mod sigur is-servizzi pubbliċi u privati u jikkontrollaw id-data personali li jikkondividu.
FILMAT: Sir midħla tal-Kartiera tal-UE tal-Identità Diġitali.

Minħabba li s-sistema legali attwali tal-UE hija bbażata fuq il-karti, l-ipproċessar ta’ kwistjonijiet li jinvolvu iktar minn pajjiż wieħed huwa kkumplikat u għali. Sabiex tissolva din il-problema, se tiġi introdotta sistema online - iftaħ tab ġdida. għall-ġestjoni ta’ kwistjonijiet legali fl-Istati Membri kollha. Kemm fir-rigward ta’ wirt kif ukoll fir-rigward ta’ kuntratti kummerċjali, in-nies u n-negozji se jkunu jistgħu jibagħtu d-dokumenti, jikkomunikaw mal-qrati, jattendu s-seduti u jħallsu t-tariffi — kollox b’mod elettroniku.

Bis-saħħa tas-sistema tal-qsim tad-data - iftaħ tab ġdida. fl-UE kollha, issa huwa iktar faċli għaċ-ċittadini biex jistudjaw, jiċċaqilqu, jaħdmu, jirtiraw jew jagħmlu negozju madwar l-UE. L-awtoritajiet fi Stati Membri differenti jistgħu jaqsmu d-dokumenti ma’ xulxin meta jintalbu miċ-ċittadini, u għaldaqstant ma jkollhomx għalfejn jipprovdu l-istess informazzjoni diversi drabi. Din is-sistema se tiġi integrata fil-Gateway Diġitali Unika, li tikkollega l-portali nazzjonali biex tipprovdi informazzjoni, servizzi online, u appoġġ liċ-ċittadini u lin-negozji fl-Istati Membri kollha. Fl-2024, sar possibbli għall-Istati Membri li jipprovdu informazzjoni aġġornata u affidabbli dwar il-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni nazzjonali għal proġetti industrijali b’emissjonijiet żero netti fuq il-portal Your Europe - iftaħ tab ġdida., biex jgħinu lill-kumpaniji jiffrankaw il-ħin meta japplikaw għall-permessi.

Ħiliet diġitali

Sabiex jaċċessaw is-servizzi pubbliċi online, jistudjaw, jaħdmu, jikkomunikaw u jsibu informazzjoni affidabbli, in-nies fl-UE jeħtieġ li jkunu diġitalment litterati. Madwar 56 % - iftaħ tab ġdida. biss tan-nies fl-UE li għandhom bejn 16 u 74 sena mill-inqas għandhom ħiliet diġitali bażiċi.

Sabiex ittejjeb dan, l-UE stabbiliet l-għanijiet li 80 % tal-adulti jkunu kapaċi jużaw it-teknoloġija għall-kompiti ta’ kuljum u li jiġu impjegati 20 miljun persuna fit-teknoloġija sal-2030, b’enfasi fuq l-introduzzjoni ta’ iktar nisa fil-qasam. L-inizjattiva l-ġdida Women TechEU - iftaħ tab ġdida. hija kruċjali għal dan l-għan. Lin-nisa li jmexxu kumpaniji ġodda tat-teknoloġija toffrilhom mentoraġġ, coaching u appoġġ finanzjarju biex tgħinhom ikabbru n-negozji tagħhom.

L-UE kif appoġġat l-iżvilupp tal-ħiliet fl-2024?
Links relatati: Premjijiet Ewropej tal-2024 għall-Ħiliet Diġitali - iftaħ tab ġdida. | Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali 2021–2027 - iftaħ tab ġdida. | Ġimgħa tal-UE tal-Ikkowdjar - iftaħ tab ġdida. | Akkademja għall-Ħiliet fiċ-Ċibersigurtà - iftaħ tab ġdida. | Pjattaforma għall-Ħiliet u l-Impjiegi Diġitali - iftaħ tab ġdida. | Girls Go Circular - iftaħ tab ġdida. | Qafas ta’ Kompetenza Diġitali għaċ-Ċittadini - iftaħ tab ġdida. | Selfie - iftaħ tab ġdida. | Istrument ta’ Appoġġ Tekniku - iftaħ tab ġdida. | Women4Cyber - iftaħ tab ġdida.

PREMJIJIET

EDUKAZZJONI

GĦODOD

  • Il-Qafas ta’ Kompetenza Diġitali għaċ-Ċittadini - iftaħ tab ġdida. huwa għodda li tidentifika l-ħiliet diġitali ewlenin f’ħames oqsma, b’rabta ma’ 21 kompetenza speċifika.
  • Selfie - iftaħ tab ġdida. hija għodda online bla ħlas li tappoġġa lill-iskejjel tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali u lill-kumpaniji biex jintegraw it-teknoloġiji diġitali.
  • L-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku - iftaħ tab ġdida. huwa programm tal-UE li jgħin lill-Istati Membri jħaffu t-trasformazzjoni diġitali tagħhom, speċjalment fil-kura tas-saħħa u fl-edukazzjoni. Fl-2024, l-istrument ippermetta lill-Estonja, lil Spanja, lill-Italja u lir-Rumanija jiżviluppaw programmi u strateġiji ta’ taħriġ biex itejbu l-ħiliet diġitali f’dawn is-setturi ewlenin, b’enfasi fuq proġetti bħal:
  • l-implimentazzjoni ta’ rekords elettroniċi tas-saħħa;
  • it-titjib tal-ħiliet diġitali kemm tal-għalliema kif ukoll tal-istudenti.

Women4Cyber - iftaħ tab ġdida. huwa network li għandu l-għan li jattira iktar nisa lejn il-qasam taċ-ċibersigurtà.

Żewġ tfajliet bilqiegħda madwar mejda mhedijin jużaw tablet.
Studenti li qed jitgħallmu l-ħiliet diġitali f’organizzazzjoni mhux governattiva li tappoġġa lit-tfal b’diżabbiltà f’Bolonja, l-Italja, it-23 ta’ Ottubru 2024.

L-Ispazju Komuni Ewropew tad-Data dwar il-Ħiliet, imniedi fl-2024, se jippermetti l-qsim tad-data relatata mal-ħiliet u l-aċċess għaliha. Id-data tista’ tintuża għal firxa ta’ skopijiet, bħall-analiżi tax-xejriet, it-tfassil ta’ strateġiji u l-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet ġodda, filwaqt li tingħata prijorità lill-etika, lid-diversità u lill-protezzjoni tad-data.

Il-politika spazjali tixpruna l-innovazzjoni, issaħħaħ is-sigurtà u tagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku f’diversi setturi. Fl-2024 l-UE rrikonoxxiet dawn il-benefiċċji estensivi, nediet programmi ġodda u espandiet il-programmi eżistenti.

L-istabbiliment taċ-Ċentru tal-UE għall-Kondiviżjoni u l-Analiżi tal-Informazzjoni Spazjali - iftaħ tab ġdida., ċentru fejn esperti mill-gvernijiet u mill-industrija jistgħu jikkollaboraw dwar kwistjonijiet tas-sigurtà spazjali (ara wkoll il-Kapitlu 7) kien kruċjali għal dan l-isforz. Ġiet ippubblikata wkoll strateġija dettaljata għall-kumpaniji ajruspazjali - iftaħ tab ġdida. li tiddeskrivi l-passi għal industrija iktar ekoloġika u iktar teknoloġikament avvanzata.

Għalkemm is-satelliti jorbitaw ferm iktar fl-għoli, l-impatt tagħhom huwa eqreb milli naħsbu. Mill-ismartphones fil-bwiet tagħna sal-ajruplani fis-sema, dawn is-sentinels orbitanti jżommu lid-dinja tagħna konnessa u b’ħarsa lejn il-futur.

Galileo - iftaħ tab ġdida., is-sistema tan-navigazzjoni tal-UE, laqgħet erba’ satelliti ġodda fil-kostellazzjoni tagħha fl-2024. Din l-espansjoni tejbet il-preċiżjoni għall-industriji li jiddependu fuq id-data satellitari, li issa jirrappreżentaw 10 % tal-ekonomija tal-UE.

Filmat dwar Galileo, is-sistema ta’ navigazzjoni globali tal-Ewropa, li jispjega l-funzjonijiet u l-benefiċċji tagħha. Għad-differenza ta’ sistemi oħra kkontrollati mill-militar, Galileo titmexxa miċ-ċivil, u toffri pożizzjonament u kronometraġġ preċiżi u affidabbli. Din itejjeb l-indipendenza, l-akkuratezza u s-servizzi bħat-tfittxija u s-salvataġġ, u tappoġġa għadd kbir ta’ applikazzjonijiet madwar id-dinja.
FILMAT: X’inhi Galileo?

Sentinel-1C u Sentinel-2C, l-aħħar żidiet tal-programm Copernicus - iftaħ tab ġdida., sabu l-postijiet tal-għassa tagħhom, lesti biex jallertaw lill-awtoritajiet dwar id-diżastri u t-theddidiet ambjentali, biex b’hekk ir-risponsi ta’ emerġenza jkunu iktar rapidi u iktar preċiżi.

Filmat dwar is-satellita Sentinel-2C, parti mill-programm Copernicus tal-UE. Din tipprovdi immaġnijiet b’riżoluzzjoni għolja li jintużaw għall-monitoraġġ tal-wiċċ tad-Dinja, għat-traċċar tad-diżastri naturali u għall-appoġġ tal-ġestjoni ambjentali. Ġiet żviluppata permezz ta’ kollaborazzjoni multinazzjonali u tipprovdi d-data fil-ħin reali mingħajr ħlas għal deċiżjonijiet infurmati u tagħrif dwar il-futur.
FILMAT: Dwar is-satellita Sentinel-2C ta’ Copernicus — l-iżjed żieda reċenti fil-familja ta’ satelliti tal-UE.

IRIS² - iftaħ tab ġdida. (Infrastruttura għar-Reżiljenza, l-Interkonnettività u s-Sigurtà bis-Satellita), in-network satellitari sigur tal-UE joffri komunikazzjoni sigura għal kompiti bħall-kontroll fil-fruntieri u l-ġestjoni tal-kriżijiet, filwaqt li jaħdem ukoll biex jipprovdi internet b’veloċità għolja lil żoni remoti u jsaħħaħ is-sigurtà diġitali tal-Ewropa