KAPITLU 4
Il-Patt Ekoloġiku Ewropew huwa r-rispons tal-Unjoni Ewropea għall-kriżi planetarja tripla tat-tibdil fil-klima, it-telf tal-bijodiversità u t-tniġġis. Biex tipproteġi lin-nies u l-pjaneta, l-UE impenjat ruħha li ssir newtrali għall-klima — ekonomija b’emissjonijiet żero netti u ħielsa minn tniġġis dannuż — sal-2050, prinċipalment billi tnaqqas l-emissjonijiet, tinvesti f’teknoloġiji ekoloġiċi u tipproteġi l-ambjent naturali. Dan huwa parti minn mudell ġdid ta’ tkabbir għall-Ewropa bbażat fuq ekonomija ekoloġika u ċirkolari, li jippromwovi tranżizzjoni nadifa li tkun ekonomikament soda u soċjalment ġusta. Fl-2024, l-enfasi kienet fuq l-implimentazzjoni tal-qafas legali tal-Patt Ekoloġiku Ewropew biex tintlaħaq il-mira klimatika tal-UE għall-2030 u biex titwitta t-triq għal mira għall-2040 skont il-Liġi Ewropea dwar il-Klima. F’sena oħra milquta minn avvenimenti estremi tat-temp u l-impatti devastanti tagħhom, l-importanza li tissaħħaħ ir-reżiljenza għall-klima ġiet enfasizzata mill-pubblikazzjoni tal-Valutazzjoni tar-Riskju Klimatiku fl-Ewropa, segwita mit-tħabbira ta’ Pjan Ewropew ta’ Adattament għat-Tibdil fil-Klima.
F’sena rekord oħra fit-temperaturi globali, l-Ewropa kompliet tesperjenza r-realtajiet ibsin ta’ klima li qed tinbidel malajr. L-Istati Membri u r-reġjuni tal-UE ħabbtu wiċċhom ma’ diversi avvenimenti klimatiċi estremi — minn nixfa persistenti fin-Nofsinhar tal-Ewropa u nirien gravi fil-foresti fil-Portugall u fil-Mediterran sa għargħar fatali fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant u fi Spanja, li flimkien ħadu ’l fuq minn 250 ħajja.
Il-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili - iftaħ tab ġdida. ra żieda notevoli fl-attivazzjonijiet b’rispons għal avvenimenti estremi tat-temp. Dawn ix-xejriet jenfasizzaw l-impatt dejjem jiżdied tat-tibdil fil-klima fuq il-kontinent, li jirriżulta f’domanda akbar għal rispons koordinat għad-diżastri. Waqt li l-effetti tat-tibdil fil-klima qed jintensifikaw, in-nazzjonijiet Ewropej żiedu l-kooperazzjoni tagħhom u wrew solidarjetà fi żminijiet ta’ kriżi. Fl-2024, l-UE ħadet passi ulterjuri biex issaħħaħ il-Mekkaniżmu tagħha għall-Protezzjoni Ċivili biex tħejji aħjar għad-diżastri fl-UE u lil hinn minnha, tipprevjenihom u tirreaġixxi aħjar għalihom. Dan inkluda t-tisħiħ tal-flotta tat-tifi tan-nar rescEU - iftaħ tab ġdida. u l-ippożizzjonar strateġiku tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar f’postijiet ewlenin fl-Ewropa biex jappoġġaw is-servizzi lokali tat-tifi tan-nar.
Ir-rapport annwali Ewropew dwar l-Istat tal-Klima - Fajl PDF, iftaħ tab ġdida. enfasizza x-xejra allarmanti ta’ temperaturi li qed jiżdiedu, fejn l-Ewropa qed tisħon id-doppju tal-medja globali, u enfasizza l-ħtieġa li l-UE ssir newtrali għall-klima u reżiljenti għall-klima. L-avvenimenti estremi tat-temp saru aktar spissi u gravi, u dan wassal għal żidiet fl-imwiet relatati mas-sħana, mewġiet severi ta’ sħana tal-baħar u tfixkil fl-agrikoltura, fil-provvisti tal-ilma u fl-infrastruttura.
Id-devastazzjoni u l-qerda kkawżati minn avvenimenti estremi tat-temp jenfasizzaw il-ħtieġa urġenti li nkunu ppreparati aħjar biex nantiċipaw l-effetti tat-tibdil fil-klima u nirreaġixxu għalihom. Filwaqt li l-UE qed tieħu azzjoni biex tnaqqas l-emissjonijiet tagħha ta’ gassijiet serra u tillimita t-tibdil fil-klima, trid tibni wkoll reżiljenza għal dawk l-impatti li ma jistgħux jiġu evitati. Bi tweġiba għall-ewwel Valutazzjoni tar-Riskju Klimatiku fl-Ewropa - iftaħ tab ġdida., ippubblikata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, il-Kummissjoni Ewropea stabbiliet inizjattivi ewlenin - iftaħ tab ġdida. għall-ġestjoni tar-riskji klimatiċi u għall-bini ta’ Ewropa reżiljenti għall-klima biex tipproteġi lin-nies u l-prosperità.
Din il-ħidma tibni fuq l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE tal-2021 dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima - iftaħ tab ġdida., li miexja ġmielha. L-Istati Membri qed jinkludu r-reżiljenza għall-klima fl-abbozz tal-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-enerġija u l-klima - iftaħ tab ġdida. u rċevew rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar it-titjib tal-miżuri ta’ adattament tagħhom f’konformità mal-Liġi Ewropea dwar il-Klima - iftaħ tab ġdida.. Il-Missjoni ddedikata tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima - iftaħ tab ġdida. għandha l-għan li tiggwida mill-inqas 150 reġjun u komunità biex jifhmu r-riskji klimatiċi, jiżviluppaw perkorsi għat-tħejjija u jimplimentaw soluzzjonijiet innovattivi sal-2030.
Fir-rapport speċjali tagħha dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima fl-UE - iftaħ tab ġdida., ippubblikat f’Ottubru, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri kkonkludiet li hemm riskju li l-politika ta’ adattament tal-UE tista’ ma tlaħħaqx mar-ritmu tat-tibdil fil-klima. Ir-rapport għamel diversi rakkomandazzjonijiet: biex jittejjeb il-mod kif l-Istati Membri jirrapportaw dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima; biex isir użu aħjar mill-għodod tal-UE relatati mal-adattament; u biex noħolqu finanzjament tal-UE li jibqa’ validu fil-futur rigward l-adattament għat-tibdil fil-klima. Il-Kummissjoni aċċettat kompletament jew aċċettat parzjalment dawn ir-rakkomandazzjonijiet. Waħda mill-prijoritajiet tal-Kummissjoni l-ġdida se tkun li tipproponi pjan Ewropew ta’ adattament għat-tibdil fil-klima ħalli tgħin lill-Istati Membri u lill-UE jsaħħu b’mod sinifikanti r-reżiljenza għall-klima.
Fil-15 ta’ Lulju ġie ċċelebrat għat-tieni darba l-Jum annwali għall-Vittmi tal-Kriżi Klimatika Globali, li jonora lil dawk affettwati u jippromwovi azzjoni biex jittaffa l-impatt ta’ diżastri futuri. Bosta Stati Membri għadhom qed jirkupraw minn avvenimenti katastrofiċi tat-temp. F’Awwissu, il-Kummissjoni pproponiet - iftaħ tab ġdida. għajnuna ta’ aktar minn €1 biljun mill-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE - iftaħ tab ġdida. għall-Greċja, Franza, l-Italja, l-Awstrija, u s-Slovenja bħala sostenn kontra l-impatt tal-għargħar fl-2023. B’rispons għall-għargħar u n-nirien devastanti li laqtu l-Ewropa Ċentrali, tal-Lvant u tan-Nofsinhar fil-ħarifa tal-2024, il-Kummissjoni pproponiet li tiffaċilita l-użu tal-Fondi ta’ Koeżjoni - iftaħ tab ġdida. biex tgħin lill-Istati Membri affettwati minn diżastri relatati mal-klima. F’Novembru, ġie approvat pakkett ta’ għajnuna ta’ €116-il miljun - iftaħ tab ġdida. mill-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE biex jappoġġa lill-Ġermanja u lill-Italja wara diżastri naturali devastanti fir-rebbiegħa.
Kważi 500 riċerkatur, dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u organizzazzjonijiet ta’ finanzjament minn madwar id-dinja ltaqgħu f’konferenza ta’ livell għoli fi Brussell - iftaħ tab ġdida., il-Belġju fi Frar biex jirriflettu dwar il-ħtiġijiet tar-riċerka fil-qasam tat-tibdil fil-klima u s-saħħa. Il-parteċipanti ddiskutew l-aktar sfidi u prijoritajiet importanti f’dan il-qasam u taw bidu għal tħejjijiet għal aġenda Ewropea ambizzjuża, li tħares lejn il-futur u inklużiva għar-riċerka u l-innovazzjoni b’fokus globali..
L-effetti tat-tibdil fil-klima wasslu għal żieda fil-preżenza ta’ nemus li jista’ jittrażmetti mard serju fl-Ewropa. B’rispons għal dan, l-UE awtorizzat - iftaħ tab ġdida. l-ewwel vaċċin li qatt sar kontra l-virus Chikungunya. Rapport - iftaħ tab ġdida. miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ikkonferma l-preżenza tan-nemus Aedes albopictus, li jittrażmetti l-virus Chikungunya, fi 13-il pajjiż Ewropew. In-nemus Aedes aegypti, stabbilit reċentement f’Ċipru, jista’ jikkontribwixxi wkoll għat-tixrid tal-virus Chikungunya, flimkien mal-virus Zika, id-dengue u d-deni isfar. L-awtorizzazzjoni ġiet approvata unanimament mill-Istati Membri wara valutazzjoni - iftaħ tab ġdida. rigoruża mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini. Biex tkompli trażżan ir-riskju li jinfirex mard li jinġarr min-nemus fl-Ewropa, il-Kummissjoni ħabbret €500,000 f’finanzjament mill-programm EU4Health għal proġett pilota biex jgħin fl-eradikazzjoni tan-nemus Aedes aegypti f’Ċipru.
Agħti ħarsa lejn l-Osservatorju Ewropew tal-Klima u tas-Saħħa - iftaħ tab ġdida. biex tara kif l-Ewropa qed tibni r-reżiljenza kontra r-riskji tas-saħħa assoċjati mat-tibdil fil-klima.
Il-Patt Ekoloġiku Ewropew - iftaħ tab ġdida. qed iwettaq il-bidla meħtieġa biex tintlaħaq in-newtralità klimatika sal-2050. Il-leġiżlazzjoni biex tintlaħaq, u saħansitra tiġi superata, il-mira ta’ nofs it-terminu tal-UE li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’mill-inqas 55 % sal-2030 issa tinsab fis-seħħ.
Bl-adozzjoni tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima - iftaħ tab ġdida. u l-leġiżlazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew - iftaħ tab ġdida., l-UE issa għandha miri klimatiċi legalment vinkolanti li jkopru s-setturi ewlenin kollha tal-ekonomija. Dan iqiegħed lill-UE fi triqitha biex tilħaq il-miri tal-2030 tagħha b’mod ġust, kosteffettiv u kompetittiv. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji Ewropej, jeżisti mekkaniżmu ġdid - iftaħ tab ġdida. li jiżgura li jitħallas prezz tal-karbonju ekwivalenti għal merkanzija importata f’setturi fil-mira. Barra minn hekk, fir-reġjuni l-aktar milquta, se jkun hemm appoġġ għall-ħaddiema biex jiżviluppaw ħiliet ġodda, u appoġġ soċjali għaċ-ċittadini u n-negozji vulnerabbli.
Bħala l-pass li jmiss fit-triq lejn in-newtralità klimatika, il-Kummissjoni ppreżentat - iftaħ tab ġdida. il-valutazzjoni tagħha għal mira klimatika għall-2040 għall-UE. Din tirrakkomanda tnaqqis nett ta’ 90 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2040 meta mqabbel mal-livelli tal-1990, li huwa konformi mal-parir xjentifiku reċenti u mal-impenji tal-UE skont il-Ftehim ta’ Pariġi - iftaħ tab ġdida.. Il-valutazzjoni se tinforma lill-Kummissjoni l-ġdida meta din tagħmel il-proposta leġiżlattiva tagħha għall-mira tal-2040 skont il-Liġi Ewropea dwar il-Klima.
Minbarra t-tnaqqis profond u sostnut tal-emissjonijiet, il-kisba tat-tnaqqis rakkomandat ta’ 90 % se tirrekjedi miżuri biex jitneħħa d-diossidu tal-karbonju mill-atmosfera. Dan ifisser li l-UE se jkollha bżonn teknoloġiji li jistgħu jaqbdu d-diossidu tal-karbonju jew ineħħuh direttament mill-atmosfera, u mbagħad jaħżnuh jew jużawh. L-Istrateġija tal-UE għall-Ġestjoni Industrijali tal-Karbonju - iftaħ tab ġdida., li ġiet ippreżentata f’Marzu, tidentifika sett ta’ inizjattivi li jridu jittieħdu fil-livell tal-UE u dak nazzjonali biex jiffaċilitaw l-użu ta’ dawn it-teknoloġiji u l-infrastruttura meħtieġa biex jiġi stabbilit suq uniku għad-diossidu tal-karbonju fl-Ewropa fid-deċennji li ġejjin. F’Novembru ġie adottat - iftaħ tab ġdida. Regolament - iftaħ tab ġdida. li joħloq l-ewwel qafas volontarju għall-UE kollha għaċ-ċertifikazzjoni tal-assorbiment tal-karbonju, is-sekwestru tal-karbonju fl-art agrikola u l-ħżin tal-karbonju fil-prodotti madwar l-Ewropa. Dan se jiffaċilita l-investiment kemm f’teknoloġiji innovattivi tal-assorbiment tal-karbonju kif ukoll f’soluzzjonijiet sostenibbli għas-sekwestru tal-karbonju fl-art agrikola - iftaħ tab ġdida..
L-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti - iftaħ tab ġdida., li daħal fis-seħħ f’Ġunju, joħloq qafas regolatorju biex tingħata spinta lill-kompetittività tal-industrija u tat-teknoloġiji li se tgħin lill-UE tilħaq l-għanijiet klimatiċi tagħha. Dan iqiegħed lill-UE fit-triq it-tajba biex issaħħaħ il-manifattura domestika tagħha ta’ teknoloġiji nodfa ewlenin. Il-ħolqien ta’ ambjent tan-negozju unifikat u prevedibbli għas-settur tal-manifattura tat-teknoloġija nadifa, se jżid iċ-ċertezza tal-ippjanar u tal-investiment u se jappoġġa l-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità u forza tax-xogħol b’ħiliet speċjalizzati (ara wkoll il-Kapitlu 2).
Fil-ħarifa, l-UE bdiet taċċetta applikazzjonijiet - iftaħ tab ġdida. għal proġetti ta’ manifattura ta’ teknoloġija nadifa li jridu jiġu ddeżinjati bħala “proġetti strateġiċi b’emissjonijiet żero netti” skont l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti. Il-proġetti approvati se jagħtu spinta lis-settur tat-teknoloġija nadifa tal-UE, u se jsaħħu l-kompetittività u l-azzjoni klimatika filwaqt li se jibbenefikaw minn permessi aktar rapidi, trattament prijoritarju fil-livell nazzjonali u gwida dwar il-finanzjament.
It-tnedija tal-Akkademja Solari Ewropea - iftaħ tab ġdida. f’Ġunju se jkollha rwol kruċjali biex tforni ħaddiema li jkunu mgħammra bil-ħiliet meħtieġa għas-settur tal-enerġija solari, li huwa essenzjali biex jintlaħqu l-miri tal-enerġija rinnovabbli tal-UE. Hija l-ewwel waħda f’serje ta’ akkademji tal-UE li qed jinħolqu skont l-att.
Is-suq globali għat-teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti huwa mistenni li jittripla sal-2030 b’valur annwali ta’ madwar €600 biljun.
B’rispons għat-tfixkil tas-suq globali tal-enerġija u t-tbatija kkawżata mill-invażjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tal-Ukrajna mir-Russja fl-2022, l-UE nediet il-Pjan REPowerEU - iftaħ tab ġdida. biex tħaffef it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u tnaqqas malajr id-dipendenza tagħha fuq il-fjuwils fossili Russi. Matul dawn l-aħħar sentejn, il-Pjan REPowerEU għen lill-UE tiffranka l-enerġija, tiddiversifika l-provvisti tagħha, tipproduċi enerġija nadifa u tikkombina b’mod għaqli l-investiment u r-riformi.
L-iffrankar tal-enerġija u t-titjib tal-effiċjenza enerġetika għenu biex jitnaqqas il-konsum. Sar progress sinifikanti wkoll fl-enerġija rinnovabbli. Fl-ewwel nofs tal-2024, l-enerġija rinnovabbli ġġenerat 50 % tal-elettriku fl-UE. In-Norveġja saret il-fornitur ewlieni tal-gass tal-UE minflok ir-Russja. Kien hemm ukoll bidla sinifikanti lejn importazzjonijiet tal-gass naturali likwifikat, u l-Istati Uniti issa huma l-fornitur ewlieni tal-UE. B’mod kruċjali, l-UE rnexxielha tirreżisti riskji kritiċi għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tagħha, terġa’ tikseb kontroll fuq is-suq u l-prezzijiet tal-enerġija u taċċellera t-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima.
Is-swieq tal-enerġija reġgħu lura għal kundizzjonijiet aktar stabbli, bi prezzijiet aktar baxxi mill-2022 u l-2023. Bl-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida, bħal ngħidu aħna r-Regolament u d-Direttiva l-ġodda dwar ir-riforma tas-suq tal-elettriku - iftaħ tab ġdida., il-prezzijiet bl-imnut għandhom ikunu aktar indipendenti mill-prezzijiet tas-suq fuq terminu qasir. F’każ ta’ kriżi futura fil-prezzijiet tal-gass naturali, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu miżuri biex jipproteġu lill-konsumaturi u jiżguraw aċċess għal enerġija affordabbli u servizzi soċjali essenzjali. Ir-riforma tas-suq tal-elettriku tagħti wkoll lill-konsumaturi għażla usa’ ta’ kuntratti u informazzjoni aktar ċara qabel ma jiffirmaw. Is-swieq tal-enerġija li jibqgħu validi fil-futur se jistimulaw ukoll l-investiment fl-enerġija nadifa u se jiffaċilitaw prezzijiet aktar baxxi u aktar stabbli, li huma kruċjali biex l-industrija tal-UE ssir aktar kompetittiva globalment.
Is-settur tal-bini huwa kruċjali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-UE dwar l-enerġija u l-klima. Id-Direttiva riveduta dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija - iftaħ tab ġdida., li daħlet fis-seħħ f’Mejju, se tgħin fiż-żieda tar-rata ta’ rinnovazzjoni fl-UE, b’mod partikolari għall-bini bl-agħar rendiment. Il-leġiżlazzjoni l-ġdida tistabbilixxi qafas għall-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet u l-użu tal-enerġija fil-bini, mid-djar sal-bini tan-negozju u l-bini pubbliku, filwaqt li tgħin biex jittejbu s-saħħa u l-kwalità tal-ħajja tan-nies u jorħsu l-kontijiet.
Id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-gass tal-UE u l-ħolqien ta’ suq tal-idroġenu se jagħtu kontribut ewlieni biex tintlaħaq in-newtralità klimatika sal-2050. Ir-regoli ġodda - iftaħ tab ġdida. dwar l-idroġenu u l-gass b’livell baxx tal-karbonju adottati mill-UE f’Mejju, li jinkludu Network Ewropew tal-Operaturi ta’ Network għall-Idroġenu - iftaħ tab ġdida. u mekkaniżmu pilota - iftaħ tab ġdida. biex jgħin fil-konnessjoni bejn ix-xerrejja u l-fornituri, għandhom jagħti spinta lis-suq tal-idroġenu. Inċentivi ġodda għall-idroġenu rinnovabbli, bħall-ewwel irkant taħt il-Bank Ewropew tal-Idroġenu - iftaħ tab ġdida. u l-approvazzjoni - iftaħ tab ġdida. ta’ erba’ Proġetti Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni - iftaħ tab ġdida. dwar l-idroġenu, mistennija jiġġeneraw aktar investiment. L-UE impenjat ruħha li sal-2030 tistabbilixxi mill-inqas 50 Wied tal-Idroġenu - iftaħ tab ġdida., fejn l-idroġenu nadif se jiġi prodott u użat lokalment fid-djar, fit-trasport u fl-industrija.
Ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, pereżempju l-linji gwida dwar l-għajnuna għall-klima, l-enerġija u l-ambjent - iftaħ tab ġdida., qed jgħinu lill-Istati Membri jilħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Il-linji gwida jappoġġaw l-introduzzjoni tal-enerġiji rinnovabbli billi jippermettu lill-Istati Membri jagħtu finanzjament pubbliku lill-kumpaniji li jagħmlu l-investiment meħtieġ bl-inqas impatt possibbli fuq min iħallas u mingħajr distorsjoni żejda tal-kompetizzjoni.
It-tniġġis joħloq diversi riskji għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-ekosistema. Biex tagħmel progress lejn l-għan tagħha ta’ tniġġis żero, l-UE qed tapplika miżuri biex timmonitorja, tirrapporta, tipprevjeni u tirrimedja aħjar it-tniġġis ikkawżat minn sustanzi kimiċi fuq l-arja, l-ilma, u l-ħamrija.
Fl-2024 ġew adottati diversi miżuri ġodda biex tiġi żgurata l-kwalità tal-ilma tax-xorb għal kulħadd fl-UE. Standards u proċeduri ġodda - iftaħ tab ġdida. għall-materjali u l-prodotti li jiġu f’kuntatt mal-ilma tax-xorb għandhom l-għan li jipprevjenu t-tkabbir mikrobiku u jnaqqsu r-riskju ta’ lissija ta’ sustanzi ta’ ħsara mill-materjali fl-ilma tax-xorb. Ġie adottat ukoll metodu ġdid - iftaħ tab ġdida. għall-kejl tal-mikroplastiċi, u ġew stabbiliti linji gwida tekniċi - iftaħ tab ġdida. għall-monitoraġġ ta’ sustanzi kimiċi dejjiema.
L-ilma mormi urban huwa wieħed mis-sorsi ewlenin tat-tniġġis tal-ilma, jekk ma jinġabarx u ma jiġix trattat f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE. Intlaħaq ftehim - iftaħ tab ġdida. dwar regoli ġodda biex ikompli jitnaqqas it-tniġġis minn sorsi urbani u jiġu indirizzati sustanzi niġġiesa emerġenti, inklużi l-mikroplastiċi u l-mikrosustanzi niġġiesa. Skont il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”, ġiet introdotta r-responsabbiltà estiża tal-produttur. Dan ifisser li min iniġġes ikollu jkopri l-kostijiet tat-trattament biex jitneħħew il-mikrosustanzi niġġiesa. Inħarġu linji gwida ġodda - iftaħ tab ġdida. għall-awtoritajiet fl-Istati Membri biex jiġi żgurat li l-użu mill-ġdid tal-ilma mormi ttrattat għall-agrikoltura jkun sikur.
Ir-rapport annwali - iftaħ tab ġdida. tal-UE dwar l-istat tal-bajjiet u ż-żoni tal-għawm wera li l-ilma għall-għawm tal-Ewropa għadu sikur, b’aktar minn 85 % ta’ dawn iż-żoni li jilħqu l-istandard “eċċellenti” tal-kwalità tal-ilma.
L-UE adottat - iftaħ tab ġdida. erba’ biċċiet ġodda ta’ leġiżlazzjoni li se jipprovdulha għodod ġodda biex tappoġġa t-trasport marittimu nadif u modern. Ir-regoli għandhom ukoll l-għan li jgħinu fil-prevenzjoni tal-iskariki illegali u jippreservaw l-ekosistemi tal-baħar.
F’Diċembru daħlet fis-seħħ - iftaħ tab ġdida. liġi ġdida - iftaħ tab ġdida. biex jissaħħu l-istandards tal-kwalità tal-arja tal-UE għall-2030 biex jiġu protetti aħjar is-saħħa tan-nies u l-ambjent. Ir-regoli riveduti jnaqqsu l-valur ta’ limitu annwali għas-sustanza niġġiesa ewlenija — il-materja partikolata fina — b’aktar min-nofs. Il-persuni li jsofru minn problemi tas-saħħa minħabba t-tniġġis tal-arja se jkollhom ukoll id-dritt li jiġu kkumpensati jekk jinkisru r-regoli tal-UE dwar il-kwalità tal-arja.
Parti kbira mit-tniġġis fl-UE huwa kkawżat minn proċessi ta’ produzzjoni industrijali, inkluż l-emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja, l-iskariku tal-ilma mormi u l-ġenerazzjoni tal-iskart. Regoli ġodda - iftaħ tab ġdida. se jkomplu jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ sustanzi ewlenin li jniġġsu l-arja, l-ilma u l-ħamrija billi jkopru sorsi addizzjonali ta’ emissjonijiet u jissimplifikaw id-dispożizzjonijiet għall-għoti ta’ permessi operattivi għall-installazzjonijiet industrijali u l-farms ikkonċernati. Jintroduċu obbligi u miżuri li se jtejbu l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar l-emissjonijiet u l-użu tar-riżorsi mill-akbar installazzjonijiet industrijali tal-UE. Iċ-Ċentru tal-Innovazzjoni għat-Trasformazzjoni u l-Emissjonijiet Industrijali - iftaħ tab ġdida., li tnieda f’Lulju, għandu l-għan li jaċċellera l-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi għall-kontroll tat-tniġġis.
Bħala parti mill-isforzi tagħha biex tagħmel il-ħamrija tal-Ewropa aktar f’saħħitha, l-UE għandha l-għan li tistabbilixxi 100 laboratorju ħaj - iftaħ tab ġdida. u fanal - iftaħ tab ġdida. (siti għad-dimostrazzjoni ta’ soluzzjonijiet eżemplari) sal-2030. Skont l-inizjattiva tal-UE, Missjoni dwar il-Ħamrija - iftaħ tab ġdida., intgħażlu u tnedew l-ewwel 25 laboratorju ħaj, fejn diversi sħab jingħaqdu flimkien biex joħolqu u jittestjaw soluzzjonijiet u mudelli ta’ negozju f’kundizzjonijiet tal-ħajja reali. Barra minn hekk, 10 proġetti tal-Missjoni dwar il-Ħamrija qed jiżviluppaw speċifikament strateġiji, mudelli u soluzzjonijiet ta’ rimedju għall-monitoraġġ u l-indirizzar tat-tniġġis u d-dekontaminazzjoni tal-art u tal-ilma f’żoni urbani, rurali u kostali.
L-UE stabbiliet prinċipji gwida - iftaħ tab ġdida. biex tiddetermina x’jikkostitwixxi “użi essenzjali” tal-aktar sustanzi kimiċi dannużi għas-soċjetà. L-għan huwa li tinkiseb eliminazzjoni gradwali aktar rapida tal-użi tal-aktar sustanzi dannużi li mhumiex essenzjali, filwaqt li jingħata aktar żmien għat-tneħħija gradwali tal-użi li huma essenzjali għas-soċjetà u li għalihom għadhom ma jeżistux alternattivi.
Regoli ġodda - iftaħ tab ġdida. li jipprojbixxu l-aħħar użi intenzjonati li fadal tal-merkurju bdew japplikaw madwar l-UE fl-2024. Ir-regoli l-ġodda jipprojbixxu l-użu u l-esportazzjoni tal-amalgama dentali mill-1 ta’ Jannar 2025. L-Istati Membri li għandhom bżonn aktar żmien biex jadattaw is-sistemi tal-kura tas-saħħa nazzjonali tagħhom jistgħu jingħataw deroga limitata u temporanja għall-użu, il-manifattura u l-importazzjoni tal-amalgama dentali (sat-30 ta’ Ġunju 2026). Eventwalment, il-materjali tal-mili tas-snien se jkunu ħielsa mill-merkurju, ħlief għal ħtiġijiet mediċi speċifiċi u meta jitqies strettament meħtieġ minn tabib.
L-UE adottat - iftaħ tab ġdida. ukoll miżuri ġodda biex tirrestrinġi ċerti sustanzi kimiċi ta’ ħsara fit-tul minn prodotti bħat-tessuti, il-kożmetiċi u l-imballaġġ, biex tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.
Il-leġiżlazzjoni riveduta dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi kimiċi daħlet fis-seħħ - iftaħ tab ġdida. f’Diċembru. B’dawn ir-regoli l-ġodda, l-UE għandha l-intenzjoni li tipproteġi lill-ħaddiema, lill-konsumaturi u lill-ambjent minn sustanzi kimiċi perikolużi billi tikkomunika aħjar ir-riskji preżenti tul il-ktajjen tal-provvista.
L-UE kompliet fi triqitha lejn ekonomija ċirkolari fl-2024, bl-għan li tnaqqas il-pressjoni fuq ir-riżorsi naturali, tnaqqas l-iskart u toħloq tkabbir u impjiegi sostenibbli. Leġiżlazzjoni li għadha kif ġiet adottata se tgħin biex tiżdied il-produttività tar-riżorsi u tingħata spinta lill-kompetittività u lir-reżiljenza fit-tul tal-ekonomija tal-UE.
78 %
tan-nies fl-UE jemmnu li l-ambjent għandu effett dirett fuq il-ħajja u s-saħħa tagħhom ta’ kuljum.
Iqisu li l-aktar mod effettiv biex jiġu indirizzati l-problemi ambjentali huwa permezz ta’ dawn li ġejjin:
17 %
il-promozzjoni tal-ekonomija ċirkolari permezz tat-tnaqqis tal-iskart u l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ tal-prodotti;
15 %
ir-restawr tan-natura;
14 %
l-iżgurar li l-liġijiet ambjentali jiġu rispettati;
14 %
l-iżgurar li l-prodotti li jinbiegħu fis-suq tal-UE ma jikkontribwixxux għall-ħsara fl-ambjent.
Sors: il-Kummissjoni Ewropea, l-Ewrobarometru Speċjali 550 - iftaħ tab ġdida., Mejju 2024.
Il-prodotti u l-mod kif nużawhom jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq l-ambjent, iżda permezz tar-regoli l-ġodda tal-UE, il-prodotti sostenibbli gradwalment se jsiru n-norma. Dan isegwi d-dħul fis-seħħ ta’ regoli ġodda - iftaħ tab ġdida. li se jiżguraw li l-oġġetti domestiċi u l-prodotti industrijali ta’ kuljum iservu aktar, jużaw l-enerġija u r-riżorsi b’mod aktar effiċjenti, ikunu jistgħu jissewwew u jiġi riċiklati aktar faċilment, u jkunu jinkludu aktar kontenut riċiklat. Ix-xerrejja se jkunu jistgħu wkoll jagħmlu għażliet aktar sostenibbli, permezz tal-Passaporti Diġitali tal-Prodotti - iftaħ tab ġdida. — tikketti li jistgħu jiġu skennjati fuq prodotti li jipprovdu aċċess faċli għall-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà. Il-qerda ta’ ħwejjeġ u żraben mhux mibjugħa se tiġi pprojbita skont ir-regoli l-ġodda.
F’Marzu daħlu fis-seħħ regoli ġodda tal-UE - iftaħ tab ġdida. li jippreparaw lill-konsumaturi għat-tranżizzjoni ekoloġika. Dan ifisser li qabel ma jixtru prodott, il-konsumaturi se jirċievu informazzjoni aħjar dwar id-durabbiltà u l-possibbiltà ta’ tiswija tiegħu u dwar id-drittijiet ta’ garanzija legali tagħhom. Il-kumpaniji mhux se jkunu jistgħu jibqgħu jiddikjaraw li l-prodotti huma “ekoloġiċi” jekk ma jkunux jistgħu juru prestazzjoni ambjentali eċċellenti rikonoxxuta. Barra minn hekk, prattiki kummerċjali inġusti, bħal dawk marbuta mat-tmiem bikri tal-użu jew mad-dikjarazzjonijiet foloz dwar is-sostenibbiltà ta’ prodott, se jiġu pprojbiti. Ir-regoli l-ġodda se jibdew japplikaw f’Settembru 2026.
Il-promozzjoni tat-tiswija tal-oġġetti tikkontribwixxi għal konsum sostenibbli. F’Lulju daħlu fis-seħħ regoli ġodda - iftaħ tab ġdida. li jistabbilixxu miżuri biex jiżdied l-ammont ta’ oġġetti li jissewwew kemm fiż-żmien tal-garanzija legali kif ukoll wara. Il-manifatturi ta’ prodotti li skont il-liġi tal-UE huma soġġetti għal rekwiżiti ta’ tiswija (eż. friġġijiet u smartphones) se jkollhom isewwu l-prodotti fi żmien raġonevoli, u bi prezz raġonevoli. Fi ħdan il-garanzija legali, il-bejjiegħa se jkunu obbligati joffru tiswija, ħlief meta din tkun aktar għalja mis-sostituzzjoni. Lil hinn mill-garanzija legali, se jkun disponibbli sett ġdid ta’ drittijiet u għodod għall-konsumaturi biex it-tiswija tkun għażla faċli u aċċessibbli. Il-konsumaturi se jkollhom ukoll id-dritt għal sena addizzjonali tal-garanzija legali jekk jagħżlu li jsewwu l-prodott minflok jibdluh. Ir-regoli l-ġodda se jibdew japplikaw minn Lulju 2026.
Ir-riċiklaġġ mhux biss jiffranka l-enerġija u l-flus imma jista’ jkun ukoll sors tajjeb ta’ materja prima kritika. L-aċċess affidabbli u mingħajr xkiel għal ċerta materja prima qed jikkawża tħassib dejjem akbar. L-Att dwar il-Materja Prima Kritika, li daħal fis-seħħ - iftaħ tab ġdida. f’Mejju, jistabbilixxi parametru referenzjarju biex jinkiseb mill-inqas 25 % tal-konsum annwali tal-UE ta’ tali materjali mir-riċiklaġġ. Dan jinkludi wkoll regoli biex fis-suq tal-UE jittejbu s-sostenibbiltà u ċ-ċirkolarità tal-materja prima kritika.
Ir-residenti tal-UE jipproduċu medja ta’ madwar nofs kilo skart mill-imballaġġ kuljum. Regoli ġodda - iftaħ tab ġdida. adottati f’Diċembru se jagħmlu l-imballaġġ aktar sostenibbli billi jitnaqqas l-imballaġġ bla bżonn, jiġi limitat l-imballaġġ żejjed u jiżdiedu l-għadd ta’ skemi ta’ ritorn tad-depożitu għall-fliexken tal-plastik u l-bottijiet tal-metall. Kull persuna tista’ tiffranka sa €100 fis-sena jekk in-negozji jgħaddulhom l-iffrankar tagħhom.
L-esportazzjonijiet tal-iskart mill-UE lejn pajjiżi mhux tal-UE żdiedu bi 88 % mill-2004, u fl-2023 laħqu l-35 miljun tunnellata. Regoli ġodda biex jiżguraw li l-UE tassumi responsabbiltà akbar għall-iskart tagħha daħlu fis-seħħ f’Mejju. Ir-Regolament il-ġdid - iftaħ tab ġdida. għandu l-għan li jiżgura li l-UE ma tesportax l-iskart tagħha lejn pajjiżi barra mill-UE u li tikkontribwixxi għall-immaniġġjar ambjentalment korrett tal-iskart.
Matul il-Festival tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida f’April, il-viżitaturi ġew mistiedna għal jum speċjali ddedikat għall-moda sostenibbli, inkluża wirja tal-moda ċirkolari u inklużiva b’16-il disinjatur internazzjonali minn tmien pajjiżi li wrew il-kreazzjonijiet ekoloġiċi tagħhom. L-avveniment enfasizza mhux biss l-attrazzjoni estetika tal-moda sostenibbli iżda wkoll ir-rwol tagħha fil-promozzjoni ta’ stil ta’ ħajja li jimxi id f’id mal-ambjent.
Rieżami ta’ nofs it-terminu tat-Tmien Programm ta’ Azzjoni Ambjentali - iftaħ tab ġdida., li se jiggwida l-politika ambjentali Ewropea sal-2030, jikkonferma li l-objettivi tal-UE skont il-Patt Ekoloġiku Ewropew jistgħu jintlaħqu, jekk il-miżuri ppjanati kollha jiġu implimentati bis-sħiħ. Jissottolinja wkoll l-impatt ekonomiku u soċjali pożittiv jekk jintlaħqu l-objettivi klimatiċi u ambjentali, inkluż f’termini ta’ benesseri, saħħa, reżiljenza, kompetittività u l-iżgurar tas-sigurtà tal-provvista tal-materjali kollha.
Il-Liġi rivoluzzjonarja tal-UE dwar ir-Restawr tan-Natura - iftaħ tab ġdida., li għandha l-għan li treġġa’ lura t-tnaqqis serju fil-bijodiversità u tikkontribwixxi għall-isforzi kontra t-tibdil fil-klima, daħlet fis-seħħ f’Awwissu. Tibni fuq l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità - iftaħ tab ġdida. u tistabbilixxi miri vinkolanti għar-restawr tal-ekosistemi degradati, b’mod partikolari dawk bl-aktar potenzjal li jaqbdu u jaħżnu l-karbonju u li jipprevjenu u jnaqqsu l-impatt tad-diżastri naturali. Il-liġi l-ġdida tistabbilixxi miżuri għar-restawr ta’ mill-inqas 20 % taż-żoni tal-art u tal-baħar tal-UE sal-2030. Sal-2050, jeħtieġ li jkun hemm miżuri fis-seħħ għall-ekosistemi kollha li jeħtieġu restawr. L-Istati Membri huma mistennija jippreżentaw pjanijiet nazzjonali ta’ restawr, li juru kif se jilħqu l-miri, sa nofs l-2026. Il-liġi dwar ir-Restawr tan-Natura, l-ewwel waħda tat-tip tagħha fid-dinja, se tgħin ukoll lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jissodisfaw l-impenji internazzjonali tagħhom dwar il-bijodiversità skont il-Qafas Globali tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montreal - iftaħ tab ġdida..
Proġett - iftaħ tab ġdida. għar-restawr tax-xmara Isar, fil-Ġermanja, u l-pjanuri tal-għargħar tagħha permezz ta’ kollaborazzjoni unika bejn l-awtoritajiet tal-ilma u tan-natura tal-Bavarja rebaħ il-Premju LIFE għan-Natura tal-2024. Kważi 10 snin wara li beda l-proġett, ix-xmara reġgħet għaddejja bla xkiel, u l-ispeċijiet fil-periklu reġgħu lura.
Proġett iffinanzjat mill-UE - iftaħ tab ġdida. qed jgħin lid-Danimarka, il-Ġermanja u n-Netherlands jimmonitorjaw u jipproteġu l-għasafar tal-ilma li jpassu mir-Rotta tal-Passa tal-Lvant tal-Atlantiku.
In-network ta’ żoni protetti Natura 2000 ilu s-sinsla tal-politika tal-UE dwar il-konservazzjoni tan-natura għal 30 sena. Fl-2024, il-Premjijiet Natura 2000 - iftaħ tab ġdida. xeħtu dawl fuq firxa wiesgħa ta’ inizjattivi ġodda — mill-konservazzjoni u l-ġestjoni taċ-ċikonja sewda fil-Polonja sal-konservazzjoni tal-baħar tal-“foresti blu” fil-Portugall.
L-għoti ta’ appoġġ biex tingħata spinta lill-inizjattivi eżistenti kompla wkoll fl-2024, pereżempju bil-pubblikazzjoni ta’ gwida ġdida - iftaħ tab ġdida. għat-tfassil ta’ politiki aħjar dwar l-użu tal-art. Dan għandu jgħin lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha biex jiffamiljarizzaw ruħhom aktar mal-leġiżlazzjoni dwar l-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija, u ma’ prattiki tajbin. Is-settur huwa essenzjali għall-preservazzjoni tan-natura u għall-indirizzar tat-tibdil fil-klima billi jitneħħa l-karbonju fuq skala kbira. Qabel il-Jum Internazzjonali tal-Foresti f’Marzu, il-Kummissjoni ospitat konferenza - iftaħ tab ġdida. biex tagħti spinta lill-isforzi biex jitħawlu 3 biljun siġra - iftaħ tab ġdida. sal-2030 għal aktar reżiljenza kontra t-theddid klimatiku u ambjentali.
Il-kriminalità ambjentali hija inkwiet li qed jiżdied, u din tikkawża ħsara sinifikanti lill-ambjent, lis-saħħa taċ-ċittadini u lill-ekonomija fl-UE u lil hinn minnha. Il-leġiżlazzjoni riveduta - iftaħ tab ġdida., li daħlet fis-seħħ f’Mejju, se tindirizza l-aktar ksur serju tal-obbligi ambjentali tal-UE. Iddaħħlu diversi kategoriji ġodda ta’ reati, bħar-riċiklaġġ kontra l-liġi tal-bastimenti u l-estrazzjoni tal-ilma. Ir-regoli l-ġodda se jsaħħu l-katina tal-infurzar u se jappoġġaw lid-difensuri u lill-prattikanti ambjentali fl-indirizzar tal-kriminalità ambjentali. L-Istati Membri għandhom sentejn biex jadattaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom.
Sors: il-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent, The Rise of Environmental Crime — A growing threat to natural resources, peace, development and security - iftaħ tab ġdida. (Iż-Żieda fir-Reati Ambjentali — Theddida dejjem tikber għar-riżorsi naturali, il-paċi, l-iżvilupp u s-sigurtà), 2016.
Matul dawn l-aħħar snin, il-bdiewa tal-Ewropa ġew esposti għal firxa eċċezzjonali ta’ sfidi u inċertezzi — minn pandemija u żieda qawwija fil-prezzijiet tal-enerġija aggravata mill-gwerra ta’ aggressjoni mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna għal avvenimenti estremi dejjem aktar frekwenti tat-temp. Fl-2024, l-UE kompliet tieħu azzjoni biex tappoġġahom kif ukoll biex tgħinhom jindirizzaw l-isfidi li nqalgħu minn meta seħħet ir-riforma tal-Politika Agrikola Komuni - iftaħ tab ġdida..
F’Marzu, il-Kummissjoni pproponiet bidliet f’ċerti dispożizzjonijiet tal-Politika Agrikola Komuni, filwaqt li żammet ir-rwol tagħha fl-appoġġ tat-tranżizzjoni tal-agrikoltura Ewropea lejn biedja sostenibbli. Kien hemm ukoll aktar miżuri biex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-bdiewa bħala parti minn politika usa’ biex jiġu razzjonalizzati l-obbligi ta’ rapportar, imnedija fl-2023. L-opinjonijiet tal-bdiewa tal-UE dwar il-piżijiet amministrattivi relatati mal-Politika Agrikola Komuni, inklużi l-obbligi ta’ rapportar, intalbu wkoll f’konsultazzjoni online li rċeviet 27,000 tweġiba.
Sors: il-Kummissjoni Ewropea, “L-azzjonijiet tal-UE biex jiġi indirizzat it-tħassib tal-bdiewa - iftaħ tab ġdida.”, 2024.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni pproponiet miżuri biex ittejjeb ir-remunerazzjoni tal-bdiewa. F’Lulju, ġie mniedi l-Osservatorju tal-Katina Agroalimentari tal-UE - iftaħ tab ġdida. biex jifli l-kostijiet tal-produzzjoni, il-marġnijiet u l-prattiki kummerċjali. L-għan huwa li jissaħħu t-trasparenza u l-fiduċja bejn il-partijiet ikkonċernati billi tiġi ppubblikata d-data u tiġi skambjata l-informazzjoni. Ġew ippreżentati wkoll għażliet għal regoli ġodda biex jikkoreġu ċertu żbilanċi fil-katina tal-provvista tal-ikel. F’April, il-Kummissjoni ppreżentat ukoll rapport - iftaħ tab ġdida. dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Inġusti - iftaħ tab ġdida. fil-katina tal-provvista tal-ikel, li se tikkontribwixxi għal evalwazzjoni kontinwa tal-leġiżlazzjoni. F’Diċembru, ipproponiet miżuri ġodda - iftaħ tab ġdida. biex issaħħaħ il-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista agroalimentari u ttejjeb l-infurzar transfruntier kontra prattiki kummerċjali inġusti li jinvolvu aktar minn pajjiż wieħed.
Matul l-2024, ingħataw €233 miljun f’appoġġ lill-bdiewa affettwati minn diżastri naturali u avvenimenti estremi tat-temp fil-Bulgarija, fiċ-Ċekja, fil-Ġermanja, fl-Estonja, fil-Greċja, fl-Italja, fl-Awstrija, fil-Polonja, fir-Rumanija u fis-Slovenja. Iddaħħlu wkoll miżuri ta’ appoġġ biex jiġi indirizzat it-tfixkil fis-suq fis-settur tal-inbid fil-Portugall, flimkien mal-effett negattiv fuq is-swieq tal-pollam u tal-bajd ikkawżat mill-influwenza avjarja fl-Italja.
Id-Djalogu Strateġiku dwar il-Futur tal-Agrikoltura tal-UE - iftaħ tab ġdida. ġie mniedi f’Jannar, u laqqa’ flimkien 29 parti kkonċernata agroalimentari ewlenin biex tiġi żviluppata viżjoni kondiviża għall-futur tas-sistema tal-biedja u tal-ikel tal-UE.
Ir-rapport finali dwar id-djalogu ġie ppreżentat f’Settembru. Bit-titlu A shared prospect for farming and food in Europe - iftaħ tab ġdida. (Prospett komuni għall-biedja u l-ikel fl-Ewropa), ir-rapport jippreżenta valutazzjoni tal-isfidi u l-opportunitajiet, segwita minn 14-il rakkomandazzjoni. Dawn is-suġġerimenti se jiggwidaw il-ħidma tal-Kummissjoni meta ssawwar il-Viżjoni tagħha għall-Agrikoltura u l-Ikel, li trid tingħata fl-ewwel 100 jum tal-mandat politiku l-ġdid (ara l-Kapitlu 0).
Ir-Regolament il-ġdid dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi għall-Inbid, ix-Xorb Spirituż u l-Prodotti Agrikoli - iftaħ tab ġdida. daħal fis-seħħ f’Mejju. Joħloq sett uniku ta’ regoli u proċeduri ta’ protezzjoni għall-indikazzjonijiet ġeografiċi agrikoli kollha. Isaħħaħ ukoll il-protezzjoni tagħhom, b’mod partikolari online u fl-ismijiet tad-dominji tal-internet.
Fl-2024, l-UE nnegozjat it-tneħħija tal-ostakli kummerċjali għall-esportazzjonijiet taċ-ċanga Irlandiża u Franċiża lejn il-Korea t’Isfel, u tat lill-produtturi minn dawn iż-żewġ Stati Membri aċċess għal wieħed mill-akbar swieq tal-importazzjoni taċ-ċanga fid-dinja.
It-tibdil fil-klima, it-telf tal-bijodiversità u t-tniġġis tal-oċeani u tal-ilma ħelu jheddu s-sostenibbiltà tar-riżorsi tas-sajd u tal-akkwakultura. Bil-pakkett dwar is-sajd u l-oċeani - iftaħ tab ġdida. tal-2023, il-Kummissjoni ressqet sett ta’ miżuri biex tindirizza dawn l-isfidi permezz tal-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd - iftaħ tab ġdida.. Tnediet konsultazzjoni - iftaħ tab ġdida. biex jiġi evalwat ir-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, u mistenni li jkun hemm rapport sa tmiem l-2025.
Ir-regoli tal-kontroll huma fundamentali għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd, b’mod partikolari għall-monitoraġġ tal-użu tal-kwoti tas-sajd u biex jiġi żgurat li l-qabdiet mhux mixtieqa ma jiġux skartati illegalment fil-baħar. F’Jannar daħlu fis-seħħ regoli ġodda - iftaħ tab ġdida. biex jiġi mmodernizzat il-mod kif jiġu kkontrollati l-attivitajiet tas-sajd, kemm għall-bastimenti tal-UE kif ukoll għal dawk mhux tal-UE li jistadu fl-ilmijiet tal-UE. Dawn se jgħinu fil-prevenzjoni tas-sajd eċċessiv, se joħolqu sistema ta’ kontroll tas-sajd aktar effettiva u armonizzata u se jiżguraw kundizzjonijiet ekwi bejn l-ibħra u l-flotot differenti. Ir-regoli l-ġodda se jtaffu wkoll il-piż amministrattiv permezz tad-diġitalizzazzjoni, u se jippromwovu l-użu tat-teknoloġiji.
F’Diċembru, il-Ministri għas-sajd tal-UE laħqu ftehim - iftaħ tab ġdida. dwar l-opportunitajiet tas-sajd għall-2025. Il-ftehim jinkludi 12-il miżura ta’ sostenibbiltà - iftaħ tab ġdida. li, jekk jiġu applikati, se jipprovdu jiem tas-sajd addizzjonali konsiderevoli.
Il-Kummissjoni wieġbet ukoll is-sejħiet biex jitnaqqas il-piż amministrattiv relatat mal-istabbiliment u t-tħaddim ta’ siti tal-akkwakultura fl-UE. Għamlet dan billi pprovdiet appoġġ lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-linji gwida strateġiċi biex l-akkwakultura ssir aktar sostenibbli u kompetittiva.
L-UE affermat mill-ġdid l-impenn tagħha għall-governanza internazzjonali tal-oċeani billi ħabbret 40 impenn għal azzjoni għall-2024 - iftaħ tab ġdida. fil-konferenza “L-Oċean Tagħna” - iftaħ tab ġdida. fil-Greċja, appoġġati minn €3.5 biljun f’fondi tal-UE. L-impenji jiffukaw fuq oqsma li jinkludu s-sajd sostenibbli, iż-żoni tal-baħar protetti, it-tibdil fl-oċeani u fil-klima, l-ekonomiji blu sostenibbli u t-tniġġis tal-baħar.
Is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat huwa wieħed mill-aktar theddidiet serji għall-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin, li jipperikola kemm l-isforzi globali għall-promozzjoni ta’ governanza aħjar tal-oċeani kif ukoll il-Politika Komuni tas-Sajd tal-UE. F’Mejju, l-UE ħarġet “karta safra - iftaħ tab ġdida.” lis-Senegal — notifika tal-ħtieġa li tissaħħaħ l-azzjoni fil-ġlieda kontra dan it-tip ta’ sajd. Il-valur globali tas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat huwa stmat li jammonta għal €10–20 biljun fis-sena. Kull sena jinqabdu b’mod illegali bejn 11-il miljun u 26 miljun tunnellata ħut; dan ifisser mill-inqas 15 % tal-qabdiet madwar id-dinja.
Deċiżjonijiet importanti - iftaħ tab ġdida., inkluż dwar il-ġestjoni ta’ rkaptu li jżomm f’wiċċ l-ilma użat biex jinqabad it-tonn u ħut ieħor, se jikkontribwixxu biex is-sajd fl-Oċean Indjan isir aktar sostenibbli. Abbażi ta’ proposta mill-UE, riżoluzzjoni li timplimenta gradwalment il-bijodegradabbiltà sħiħa tal-irkaptu mitluq għal riħu biex jinġema’ l-ħut sal-2030 ġiet adottata matul it-28 laqgħa annwali tal-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan f’Mejju. Il-qafas regolatorju għal dan l-irkaptu ttejjeb ukoll biż-żieda tat-traċċabbiltà u l-konformità.
L-UE lesta li tirratifika t-Trattat dwar l-Ibħra Internazzjonali - iftaħ tab ġdida., magħruf ukoll bħala l-Ftehim dwar il-Bijodiversità lil Hinn mill-Ġuriżdizzjoni Nazzjonali. Se tagħmel dan b’mod konġunt ma’ diversi Stati Membri qabel it-tielet Konferenza tan-NU dwar l-Oċeani f’Ġunju 2025. It-trattat għandu l-intenzjoni li jipproteġi l-oċean, jippromwovi l-ekwità u l-ġustizzja, jindirizza d-degradazzjoni ambjentali, jiġġieled it-tibdil fil-klima u jipprevjeni t-telf tal-bijodiversità fl-ibħra internazzjonali. Se jidħol fis-seħħ ladarba jkun ġie ratifikat minn 60 parti. L-UE qed tħejji b’mod attiv għall-implimentazzjoni tiegħu u qed tappoġġa pajjiżi oħra fl-isforzi tagħhom biex jirratifikaw u jimplimentaw it-trattat.
It-trasport jirrappreżenta kważi kwart tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-UE. Skont il-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-UE għandha l-għan li tnaqqas l-emissjonijiet relatati mat-trasport b’90 % sal-2050. L-Istrateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti - iftaħ tab ġdida. tipprovdi pjan direzzjonali għall-kisba ta’ dan it-tnaqqis ambizzjuż fl-emissjonijiet. Matul dawn l-aħħar 5 snin, sar progress konsiderevoli biex is-settur tat-trasport tal-UE jsir aktar sostenibbli.
Aktar minn 90 % tat-82 inizjattiva fil-qafas tal-Istrateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti tlestew jew għadhom qed jitlestew.
Aktar minn €21.2 biljun ġew allokati għal 630 proġett ta’ infrastruttura tat-trasport madwar l-UE fil-qafas tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa 2021–2027.
Kważi €100 biljun ġew allokati għat-trasport mill-Istati Membri skont il-pjanijiet nazzjonali ta’ rkupru tagħhom.
Ġew investiti €4 biljun fir-riċerka u l-innovazzjoni tat-trasport.
Ir-Regolament ReFuelEU Aviation - iftaħ tab ġdida. jippromwovi l-użu ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli u se jġib tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju ta’ aktar minn 60 % sal-2050, meta mqabbel mal-livelli tal-1990. Dan daħal fis-seħħ f’Jannar 2024.
Skont ir-Regolament inħolqot skema volontarja tat-tikkettar - iftaħ tab ġdida.għall-kalkolu tal-emissjonijiet tat-titjir li għandha tippermetti lill-passiġġieri jagħmlu għażliet infurmati meta jqabblu l-opzjonijiet ta’ titjiriet differenti.
Ir-Regolament FuelEU Maritime - iftaħ tab ġdida. se jgħin biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mit-trasport marittimu billi jippromwovi l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u teknoloġiji tal-enerġija nadifa għall-bastimenti. Jibda japplika minn Jannar 2025.
Ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi - iftaħ tab ġdida. se jagħti spinta lill-għadd ta’ impjanti tal-irriċarġjar elettriku u tar-riforniment tal-idroġenu. Beda japplika f’April.
Matul is-sena ntgħażlu 42 proġett ġdid biex jirċievu ’l fuq minn €424 miljun f’finanzjament tal-UE - iftaħ tab ġdida. biex tiġi varata infrastruttura tal-fjuwils alternattivi (l-installazzjoni ta’ punti tal-irriċarġjar elettriċi u punti tar-riforniment tal-idroġenu; l-elettrifikazzjoni tal-operazzjonijiet fuq l-art fl-ajruporti).
Il-miri riveduti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju għall-vetturi tqal (trakkijiet, xarabanks u kowċis), li daħlu fis-seħħ f’Lulju, se jnaqqsu l-emissjonijiet b’45 % sal-2030, b’65 % sal-2035 u b’90 % sal-2040.
Regoli ġodda - iftaħ tab ġdida. li jistabbilixxu limiti tal-emissjonijiet għall-vetturi tat-triq u rekwiżiti għad-durabbiltà tal-batteriji se jirregolaw il-partikoli li jiġu mill-brejkijiet u mit-tajers għall-vetturi kollha, filwaqt li se jnaqqsu l-emissjonijiet u l-mikroplastiċi.
It-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni huwa effiċjenti fl-użu tal-enerġija u kważi mingħajr ebda konġestjoni. Proposta ġdida - iftaħ tab ġdida. biex tittejjeb il-ġestjoni tat-traffiku fuq ix-xmajjar u l-kanali tal-UE se tagħti spinta lill-effiċjenza u l-affidabbiltà tan-navigazzjoni interna u se tikkontribwixxi għall-għan tal-UE li tuża aktar ix-xmajjar u l-kanali tal-Ewropa għat-trasport tal-merkanzija.
L-UE għamlet ukoll passi sinifikanti ’l quddiem biex tnaqqas l-emissjonijiet mit-trasport billi adottat id-Dikjarazzjoni Ewropea dwar iċ-Ċikliżmu - iftaħ tab ġdida., li tirrikonoxxi b’mod uffiċjali ċ-ċikliżmu bħala mod tat-trasport sostenibbli, aċċessibbli u affordabbli.
Il-membri tal-Alleanza għall-Avjazzjoni b’Emissjonijiet Żero - iftaħ tab ġdida. ppreżentaw objettiv ambizzjuż li sal-2050 joperaw bejn 36 % u 68 % tat-titjiriet ġewwa l-UE b’inġenji tal-ajru li jaħdmu bl-idroġenu u bl-elettriku. Dan jista’ jnaqqas l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju f’dawn ir-rotot b’bejn 12 % u 31 %. L-UE nediet l-alleanza bħala inizjattiva volontarja biex tippermetti lis-sħab privati u pubbliċi jaħdmu flimkien ħalli l-forom ġodda ta’ trasport sostenibbli jsiru realtà għall-vjaġġaturi fl-Ewropa.
Biex ittejjeb il-konnessjonijiet tat-trasport madwar l-Ewropa, l-UE qed tinvesti somma rekord ta’ €7 biljun - iftaħ tab ġdida. f’infrastruttura tat-trasport sostenibbli, sikur u intelliġenti. Aktar minn 80 % tal-finanzjament se jappoġġa l-proġetti li jgħinu biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi tal-UE, filwaqt li jtejbu u jimmodernizzaw in-network tal-UE tal-ferroviji, tal-passaġġi fuq l-ilma interni u tar-rotot marittimi. Il-finanzjament se jintuża fuq proġetti kbar biex jittejbu l-konnessjonijiet ferrovjarji li jinvolvu iktar minn pajjiż wieħed. Dan jinkludi l-proġett “Rail Baltica”, li se jgħaqqad l-istati Baltiċi tal-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja - iftaħ tab ġdida., u l-proġett tal-mina ta’ Fehmarnbelt - iftaħ tab ġdida., li se jgħaqqad il-Ġermanja mad-Danimarka.
Qed noqorbu lejn veloċitajiet ferrovjarji aktar rapidi bis-saħħa ta’ regoli ġodda - iftaħ tab ġdida. li jistabbilixxu miri ambizzjużi għall-infrastruttura tat-trasport Ewropea. Sal-2040, il-linji ferrovjarji tal-passiġġieri fuq il-konnessjonijiet ferrovjarji ewlenin tal-passiġġieri tal-UE jridu jappoġġaw il-ferroviji li jivvjaġġaw b’veloċitajiet ta’ 160 kilometru fis-siegħa jew aktar.
Is-sikurezza fit-toroq fl-UE tjiebet b’mod sinifikanti matul dawn l-aħħar deċennji, u attwalment l-imwiet fit-toroq tal-UE naqsu minn madwar 50,000 20 sena ilu għal madwar 20,400. Madankollu, hija meħtieġa aktar azzjoni - iftaħ tab ġdida. fil-livell tal-UE, u fil-livelli nazzjonali u lokali biex jintlaħaq l-għan tal-UE ta’ żero mwiet sal-2050.
Daħlu fis-seħħ regoli ġodda - iftaħ tab ġdida. għall-vetturi bil-mutur kollha mibjugħa fl-UE, biex tittejjeb is-sikurezza ġenerali tal-vetturi. Ir-regoli jdaħħlu għadd ta’ teknoloġiji ġodda u sistemi avvanzati ta’ assistenza għas-sewwieqa fil-vetturi l-ġodda kollha. Minn meta bdew japplikaw għall-ewwel darba għall-mudelli l-ġodda ta’ vetturi fl-2022, il-miżuri kienu strumentali fit-titjib tal-protezzjoni għall-passiġġieri, għall-persuni bil-mixi u għaċ-ċiklisti madwar l-UE. Sal-2038, huwa mistenni li r-regoli se jkunu salvaw aktar minn 25,000 ħajja u se jkunu evitaw mill-inqas 140,000 korriment serju.
Il-mobbiltà kooperattiva, konnessa u awtomatizzata - iftaħ tab ġdida. hija essenzjali biex it-trasport tal-Ewropa jsir aktar ekoloġiku, aktar sikur u aktar kompetittiv. L-UE, f’kooperazzjoni ma’ sħab privati, qed tinvesti €500 miljun permezz ta’ Orizzont Ewropa għall-avvanz tar-riċerka f’din it-teknoloġija.
Il-ħidma tal-UE mas-sħab internazzjonali ewlenin fil-konfront tal-kriżi tripla tat-tibdil fil-klima, it-telf tal-bijodiversità u t-tniġġis kompliet fl-2024. Saru tliet negozjati multilaterali ewlenin — il-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima fl-Ażerbajġan, il-Konferenza tan-NU dwar il-Bijodiversità fil-Kolombja u l-Konferenza tan-NU dwar id-Deżertifikazzjoni fl-Arabja Sawdija.
Id-29 Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (COP29) saret mill-11 sal-24 ta’ Novembru f’Baku, l-Ażerbajġan. Is-summit laqqa’ flimkien lill-partijiet biex jaċċelleraw l-azzjoni lejn l-ilħuq tal-għan tal-Ftehim ta’ Pariġi li ż-żieda fit-temperatura medja globali tiġi limitata għal 1.5 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali.
Il-konferenza ffokat fuq l-iżgurar tal-investiment finanzjarju sinifikanti meħtieġ biex jitnaqqsu l-emissjonijiet u jiġu protetti l-popolazzjonijiet vulnerabbli. L-UE kellha rwol vitali - iftaħ tab ġdida. biex jintlaħaq ftehim dwar għan ġdid ta’ finanzjament għall-klima ħalli tiġi appoġġata l-azzjoni klimatika mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw.
Il-partijiet stabbilew għan ambizzjuż kollettiv ġdid kwantifikat li s-sorsi kollha ta’ finanzjament għall-klima jiżdiedu għal $1.3 triljun fis-sena sal-2035. Fi ħdan din il-mira usa’, il-pajjiżi żviluppati impenjaw ruħhom li jkunu minn ta’ quddiem fil-mobilizzazzjoni ta’ mill-inqas $300 biljun fis-sena sal-2035. L-għan irnexxielu wkoll iwessa’ l-bażi tal-kontributuri globali, b’aktar pajjiżi li qed jiġu mħeġġa jikkontribwixxu skont l-emissjonijiet u l-piż ekonomiku dejjem akbar tagħhom. Enfasizza wkoll ir-rwol trasformattiv għall-banek multilaterali fiż-żieda tal-azzjoni klimatika.
Barra minn hekk, l-UE kellha rwol importanti fil-finalizzazzjoni tal-ġabra ta’ regoli tal-Ftehim ta’ Pariġi għas-swieq tal-karbonju. Il-ftehim, li dam 9 snin biex isir, se joperazzjonalizza s-swieq internazzjonali tal-karbonju - iftaħ tab ġdida. u se jiżgura qafas robust għat-trasparenza, ir-responsabbiltà u aktar integrità ambjentali. Kisba importanti oħra kienet l-estensjoni b’suċċess tal-Programm ta’ Ħidma msaħħaħ ta’ Lima dwar il-Ġeneru, li jenfasizza l-importanza ta’ azzjoni klimatika reattiva għal kwistjonijiet ta’ ġeneru fost il-partijiet.
Matul il-COP29, l-UE ppubblikat l-ewwel rapport biennali tagħha dwar it-trasparenza, qabel l-iskadenza ta’ tmiem is-sena. Dan huwa pass sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi, li jibda era ġdida ta’ responsabbiltà u kollaborazzjoni fil-ġlieda globali kontra t-tibdil fil-klima.
Is-16-il Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika f’Cali, il-Kolombja, f’Ottubru, tat spinta inkoraġġanti lill-implimentazzjoni tal-Qafas Globali tal-Bijodiversità - iftaħ tab ġdida. biex jitwaqqaf u jitreġġa’ lura t-telf tal-bijodiversità sal-2030. Imlaqqma l-“COP għan-nies”, fiha ttieħdu diversi deċiżjonijiet importanti - iftaħ tab ġdida., inkluż ftehim biex jiġi estiż ir-rwol tal-popli indiġeni u tal-komunitajiet lokali biex tiġi salvata l-bijodiversità u ftehim rivoluzzjonarju dwar kif għandhom jiġu kondiviżi l-benefiċċji tal-informazzjoni ġenetika diġitali. L-UE żvelat pakkett ta’ inizjattivi ġodda b’valur ta’ kważi €160 miljun biex tappoġġa lill-pajjiżi sħab u tissalvagwardja l-bijodiversità globalment, li juri impenn ċar biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ finanzjament globali għall-ħarsien tan-natura.
Waqt is-16-il Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni, l-UE ħadmet mill-qrib mas-sħab internazzjonali biex iżżomm mal-impenji globali ħalli jiġu indirizzati d-deżertifikazzjoni, id-degradazzjoni tal-art u n-nixfa. L-ewwel Atlas Dinji tan-Nixfa - iftaħ tab ġdida., żviluppat miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni u l-konvenzjoni, ġie ppreżentat fil-konferenza. L-atlas għandu l-għan li juri d-dimensjonijiet kollha tan-nixfa u r-riskji globali dejjem akbar tagħha. Minbarra li jistabbilixxi l-isfidi, joffri wkoll tweġibiet li jippermettu lil dawk li jfasslu l-politiki jieħdu azzjoni biex isaħħu r-reżiljenza għan-nixfa.
Fl 2022, fil-Punent tal-Istati Uniti ġew affettwati l-ekosistemi, l-agrikoltura, l-enerġija idroelettrika u l-provvista tal-ilma. Fl-Asja Ċentrali, l-agrikoltura u l-provvista tal-ilma ġew imfixkla, filwaqt li fil-Lvant tal-Asja ġew affettwati l-agrikoltura, in-navigazzjoni interna, l-industrija u l-manifattura. Fl-istess sena, l-agrikoltura ġiet imfixkla wkoll fix-Xlokk tal-Asja. Bejn l 2022 u l 2023, fl-Ewropa ġew affettwati n-navigazzjoni interna, l-enerġija idroelettrika, l-agrikoltura, il-provvista tal-ilma, l-ekosistemi u s-saħħa. Fil-Punent tal-Afrika, kien hemm problemi fl-agrikoltura u s-sigurtà tal-ikel, filwaqt li fil-Lvant tal-Afrika, l-agrikoltura, is-sigurtà tal-ikel u l-ispostament tan-nies kienu kwistjonijiet ewlenin. Fl-Andes ekstratropiċi u fil-baċir ta’ La Plata, kien hemm skarsezza tal-ilma, tfixkil fin-navigazzjoni interna u impatti fuq l-agrikoltura. Bejn l 2023 u l 2024, fl-Amerika Ċentrali u fit-Tramuntana tal-Amerika t’Isfel, ġew affettwati l-agrikoltura u l-provvista tal-ilma. Il-baċir tal-Amażonja Brażiljana ġarrab impatti fuq l-ekosistemi, in-navigazzjoni interna u l-enerġija idroelettrika. Sal 2024, ir-reġjun Mediterran iffaċċja skarsezza tal-ilma u sfidi agrikoli, filwaqt li l-agrikoltura, is-sigurtà tal-ikel, l-enerġija idroelettrika u l-ekosistemi ġew affettwati fin-Nofsinhar tal-Afrika u fil-baċir ta’ Zambezi. Fl-Afganistan, kien hemm tfixkil fl-agrikoltura u fil-provvista tal-ilma.