KAPITLU 0

L-UE fl-2024 — nibqgħu fi triqitna

Veduta minn angolu baxx tal-bnadar jittajru fuq arbli twal b’sema msaħħab fl-isfond. Ara d-didaskalija tar-ritratt
Iċ-ċerimonja tal-olzar tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea fil-bidu tal-għaxar leġiżlatura, quddiem il-Parlament Ewropew, Strasburgu, Franza, il-15 ta’ Lulju 2024.

Fl-2024 intemm perjodu istituzzjonali ta’ 5 snin u beda ieħor. Wara l-elezzjonijiet Ewropej f’Ġunju, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea nedew iċ-ċiklu politiku 2024–2029 b’impenn li jaħdmu flimkien għal UE sikura, kompetittiva u prospera li tirrappreżenta d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt. Dan il-kapitlu jħares lejn it-tranżizzjoni minn perjodu għall-ieħor u jiddeskrivi l-prijoritajiet ewlenin għaċ-ċiklu l-ġdid. Il-bqija tal-pubblikazzjoni (il-Kapitli 1–9) turi kif l-UE wettqet il-prijoritajiet tagħha fl-aħħar sena tal-mandat 2019–2024.

Fl-2024 intemm iċ-ċiklu politiku preċedenti ta’ 5 snin, u minkejja l-pressjonijiet ta’ diversi kriżijiet, l-UE laħqet l-objettivi ambizzjużi tagħha fl-oqsma ta’ politika kollha (ara l-Kapitli 1–9). Matul il-mandat, sar progress lejn mudell ġdid ta’ tkabbir li jipproteġi lin-nies u lill-pjaneta; mudell ekonomikament b’saħħtu u soċjalment ġust li jiżgura li t-teknoloġija tkompli ġġib il-benefiċċji għaċ-ċittadini mingħajr ma tpoġġihom fir-riskju. L-istituzzjonijiet tal-UE ħejjew ukoll it-triq għall-bidu taċ-ċiklu li jmiss permezz tad-definizzjoni tal-prijoritajiet politiċi l-ġodda għall-2024–2029 skont it-tħassib ewlieni taċ-ċittadini msejsin fuq dak li jħasseb liċ-ċittadini.

L-elezzjonijiet Ewropej, li jsiru kull 5 snin, huma l-ikbar eżerċizzju demokratiku transnazzjonali fid-dinja. Fl-elezzjonijiet ta’ Ġunju kien hemm l-akbar rata ta’ parteċipazzjoni elettorali fl-aħħar 30 sena (50.74 %). Il-votazzjoni fl-elezzjonijiet Ewropej saret att demokratiku importanti għal ħafna ċittadini: 46 % ta’ dawk mistħarrġa semmew li dejjem jivvutaw u 42 % qalu li jqisu li l-votazzjoni hija dmir ċiviku.

Iċ-ċittadini għadhom ottimisti dwar il-futur tal-UE u għad għandhom impressjoni pożittiva tal-UE u tal-istituzzjonijiet tagħha. Il-fiduċja fl-UE laħqet l-ogħla livell mill-2007 - iftaħ tab ġdida. (ara l-Kapitlu 9). L-istħarriġ postelettorali - iftaħ tab ġdida. tal-UE juri li 7 minn kull 10 Ewropej jidhirilhom li pajjiżhom ibbenefika mis-sħubija fl-UE, rata li baqgħet stabbli fl-aħħar snin. Fost l-iktar raġunijiet imsemmija għaliex is-sħubija fl-UE titqies ta’ benefiċċju hemm iż-żieda fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, il-protezzjoni tal-paċi u t-tisħiħ tas-sigurtà, il-kontribut tal-UE għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-opportunitajiet ġodda tax-xogħol.

Xi ddetermina l-voti taċ-ċittadini fl-elezzjonijiet Ewropej tal-2024?

(l-iktar seba’ suġġetti li ssemmew)

42 %
iż-żieda fil-prezzijiet, l-għoli tal-ħajja

41 %
is-sitwazzjoni ekonomika

34 %
is-sitwazzjoni internazzjonali

32 %
id-demokrazija
u l-istat tad-dritt

28 %
il-migrazzjoni u l-ażil

28 %
l-ambjent u t-tibdil fil-klima

28 %
id-difiża u s-sigurtà tal-UE

It-tmexxija tal-UE fl-2024–2029

F’Lulju, il-Parlament li kien għadu kif ġie kkostitwit - iftaħ tab ġdida. reġa’ vvota u għażel lil Roberta Metsola - iftaħ tab ġdida. bħala l-President tiegħu. Wara l-proposta tal-Kunsill Ewropew, il-Parlament reġa’ għażel ukoll lil Ursula von der Leyen - iftaħ tab ġdida. bħala l-President tal-Kummissjoni Ewropea għat-tieni mandat. Wara s-suċċess tas-seduti tas-smigħ ta’ konferma quddiem il-kumitati kkonċernati tal-Parlament, fl-aħħar ta’ Novembru l-Parlament approva l-kompożizzjoni l-ġdida tal-Kummissjoni Ewropea - iftaħ tab ġdida., inkluż ir-Rappreżentant Għoli l-ġdid għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, Kaja Kallas. Il-Kulleġġ il-ġdid tal-Kummissarji ħa l-kariga fl-1 ta’ Diċembru, kif inħatar mill-Kunsill Ewropew. Fl-istess żmien, António Costa - iftaħ tab ġdida. ħa post Charles Michel bħala l-President tal-Kunsill Ewropew.

Il-Parlament Ewropew approva l-Kummissjoni Ewropea l-ġdida, li bdiet il-mandat tagħha fl-1 ta’ Diċembru 2024. Il-Membri tal-Parlament Ewropew ivvutaw fi Strasburgu wara li għarblu l-ħiliet u l-idoneità għar-rwol tal-Kummissarji proposti kollha.
FILMAT: Il-Parlament japprova l-Kummissjoni l-ġdida, Strasburgu, Franza, id-29 ta’ Novembru 2024.
Immaġni wieqfa: Ursula von der Leyen, il-President tal-Kummissjoni Ewropea (xellug), u Roberta Metsola, il-President tal-Parlament Ewropew (lemin), jilqgħu d-deċiżjoni tal-Parlament li japprova l-Kummissjoni Ewropea 2024–2029.
António Costa u Charles Michel jitbissmu bilwieqfa flimkien bil-bnadar Ewropej fl-isfond. António Costa qed iżomm qanpiena f’idu filwaqt li Charles Michel appik li jmisslu dirgħajh.
It-trasferiment tal-presidenza tal-Kunsill Ewropew mill-President uxxenti, Charles Michel (lemin) lill-President li jmiss, António Costa (xellug), Brussell, il-Belġju, id-29 ta’ Novembru 2024.
Ritratt tal-Kummissarji f’daqqa bilwieqfa fuq taraġ, b’bandiera tal-Unjoni Ewropea fl-isfond.
Il-Kulleġġ tal-Kummissarji 2024–2029.

Il-ħidma tal-UE fiċ-ċiklu istituzzjonali l-ġdid se tiggwidaha l-Aġenda Strateġika 2024–2029 - iftaħ tab ġdida., li adottaw il-mexxejja tal-UE f’Ġunju. L-Aġenda Strateġika għandha l-għan li tagħti għodod aħjar lill-Ewropa biex tindirizza l-isfidi immedjati u futuri billi tiffoka fuq tliet oqsma ewlenin.

Aġenda Strateġika 2024–2029

  1. Ewropa ħielsa u demokratika.
  2. Ewropa b’saħħitha u sigura.
  3. Ewropa prospera u kompetittiva.

F’konformità mal-Aġenda Strateġika, il-President tal-Kummissjoni Ewropea ddefiniet il-prijoritajiet tal-Kummissjoni għall-2024–2029 - iftaħ tab ġdida., abbażi tal-Linji Gwida Politiċi - iftaħ tab ġdida. ppreżentati lill-Parlament. Dawn jistabbilixxu seba’ prijoritajiet politiċi ambizzjużi biex l-Ewropa ssir iktar b’saħħitha, iktar sikura u iktar ġusta.

Il-prijoritajiet tal-Kummissjoni għall-2024–2029

Pjan ġdid għall-prosperità u għall-kompetittività sostenibbli tal-Ewropa.

Era ġdida għad-difiża u s-sigurtà tal-Ewropa.

Inwieżnu lin-nies, insaħħu s-soċjetajiet tagħna u l-mudell soċjali tagħna.

Insostnu l-kwalità tal-ħajja tagħna: is-sigurtà tal-ikel, l-ilma u n-natura.

Nipproteġu d-demokrazija tagħna, inħarsu l-valuri tagħna.

Ewropa globali: ningranaw is-setgħa u s-sħubijiet tagħna.

Flimkien nilħqu l-miri tagħna u nħejju lill-Unjoni tagħna għall-futur.

Inizjattivi ewlenin li jridu jitnedew fl-ewwel 100 jum tal-Kummissjoni

Patt Ġdid għal Industrija Nadifa għal industriji kompetittivi u impjiegi ta’ kwalità.

White Paper dwar il-Ġejjieni tad-Difiża Ewropea biex jingħarfu l-ħtiġijiet tal-investiment.

Inizjattiva tal-Fabbriki tal-IA biex jiġi żgurat aċċess għal kapaċità ġdida u mfassla apposta tas-supercomputing għan-negozji l-ġodda u għall-industrija tal-IA.

Pjan ta’ Azzjoni Ewropew dwar iċ-Ċibersigurtà tal-Isptarijiet u tal-Fornituri tal-Kura tas-Saħħa biex jittejbu d-detezzjoni tat-theddidiet, it-tħejjija u r-rispons għall-kriżijiet.

Viżjoni għall-Agrikoltura u għall-Ikel biex jiġu żgurati l-kompetittività u s-sostenibbiltà fit-tul tas-settur tal-biedja.

Rieżamijiet tal-politika ta’ qabel it-tkabbir għal tħejjija aħjar għall-adeżjonijiet futuri.

Djalogi dwar il-Politika taż-Żgħażagħ mal-Kummissarji kollha biex iż-żgħażagħ jingħataw iktar libertà u responsabbiltà fis-soċjetajiet u fid-demokraziji tal-UE.