KAPITLU 1
L-Unjoni Ewropea tibqa’ impenjata favur l-appoġġ tagħha għall-Ukrajna fid-dawl tal-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-pajjiż u tat-tentattivi illegali tagħha biex tgħaqqad magħha t-territorju Ukren. L-UE qed tgħin lill-Ukrajna tirreżisti din l-aggressjoni, billi tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tagħha u taqdi rwol ewlieni fl-irkupru, ir-rikostruzzjoni u l-modernizzazzjoni tagħha biex tgħinha tikseb ekonomija ekoloġika, diġitali u inklużiva. Hija involuta wkoll fl-appoġġ tar-riformi tal-Ukrajna fi triqitha lejn is-sħubija fl-UE u fl-allinjament tal-ekonomija tal-Ukrajna aktar mill-qrib mas-Suq Uniku. Fl-2024, l-UE kompliet bl-appoġġ politiku, finanzjarju, umanitarju u militari tagħha lill-Ukrajna. Se tkompli tinsisti għal paċi ġusta u dejjiema skont il-liġi internazzjonali, inkluż il-prinċipji tal-Karta tan-NU, li tippreserva s-sovranità, l-indipendenza u l-integrità territorjali tal-Ukrajna.
L-UE ilha determinata fl-appoġġ tagħha għall-Ukrajna sa mill-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja. Bl-adozzjoni ta’ pakketti eċċezzjonali ta’ assistenza makrofinanzjarja - iftaħ tab ġdida. biex tiġi stabbilizzata l-ekonomija tal-Ukrajna, bl-ingranaġġ tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi - iftaħ tab ġdida. għall-appoġġ militari u tad-difiża u bl-opportunitajiet ta’ missjonijiet tat-taħriġ militari - iftaħ tab ġdida. apposta, l-UE aġixxiet malajr biex twassal l-appoġġ finanzjarju u militari ta’ emerġenza li teħtieġ l-Ukrajna.
Fl-2024, l-UE bniet fuq dan l-appoġġ, impenjata li tiżgura li tkun tista’ tipprovdi assistenza aktar komprensiva u fit-tul lill-Ukrajna. Il-pajjiż bħalissa qed jiffaċċa l-isfida doppja li jibni mill-ġdid l-ekonomija u l-infrastruttura tiegħu filwaqt li jimplimenta r-riformi hekk kif jibda triqtu lejn is-sħubija fl-UE (ara l-Kapitolu 8). Minħabba l-kumplessità kemm tar-rikostruzzjoni kif ukoll tar-riformi meħtieġa għall-adeżjoni mal-UE, kien hemm ħtieġa ċara għal appoġġ sostnut u strutturat mill-UE. Għalhekk, l-UE ħolqot il-Faċilità għall-Ukrajna - iftaħ tab ġdida. biex bejn l-2024 u l-2027 lill-Ukrajna tipprovdilha appoġġ finanzjarju stabbli u prevedibbli sa €50 biljun.
Il-Faċilità għall-Ukrajna turi l-impenn tal-UE li ssaħħaħ ir-reżiljenza tal-Ukrajna, li trawwem l-irkupru tagħha u li tiffaċilita t-triq tagħha lejn l-iżvilupp sostenibbli u s-sħubija fl-UE. Bħala parti mill-Faċilità, fl-2024, il-baġit Ukren ingħata €16.5 biljun biex ikollu mnejn jiffinanzja l-pagi pubbliċi, il-pensjonijiet u s-servizzi pubbliċi essenzjali, filwaqt li €19.6 biljun oħra tqassmu skont it-tliet pilastri tal-Faċilità.
L-Ukrajna sabet spalla li tweżinha fil-ħtiġijiet finanzjarji tagħha ħalli żżomm l-istabbiltà makrofinanzjarja u tkun tista’ twettaq ir-riformi u l-investimenti meħtieġa għall-irkupru, ir-rikostruzzjoni u l-modernizzazzjoni tal-pajjiż. Il-fondi se jitħallsu kull tliet xhur abbażi tal-implimentazzjoni b’suċċess tar-riformi settorjali u strutturali u tal-investiment stabbiliti fil-Pjan għall-Ukrajna - iftaħ tab ġdida..
L-attrazzjoni u l-mobilizzazzjoni tal-investiment pubbliku u privat għall-irkupru u r-rikostruzzjoni tal-Ukrajna permezz tal-Qafas ta’ Investiment għall-Ukrajna - iftaħ tab ġdida. (ara t-taqsima “Ir-rikostruzzjoni tal-Ukrajna” hawn taħt).
L-għoti ta’ assistenza teknika u ta’ miżuri ta’ appoġġ biex jiġi ffaċilitat l-allinjament tal-Ukrajna mal-liġijiet u r-regolamenti tal-UE.
Minbarra l-assistenza finanzjarja pprovduta mill-Faċilità għall-Ukrajna, f’Ottubru ġie adottat pakkett ta’ miżuri - iftaħ tab ġdida. biex jiġu implimentati l-impenji li saru fis-Summit tal-G7 - iftaħ tab ġdida. f’Fasano, il-Puglia, l-Italja, mill-UE u mis-sħab tal-G7 favur l-għoti ta’ self addizzjonali ta’ €45 biljun lill-Ukrajna. Mit-total ta’ €45 biljun, u wara l-kontribuzzjonijiet ta’ sħab oħra tal-G7, l-UE kkonfermat li se toħroġ self ta’ assistenza makrofinanzjarja ta’ €18.1 biljun bħala l-kontribuzzjoni tagħha. Dan is-self għandu jitħallas lura mid-dħul straordinarju ġġenerat minn assi immobilizzati tal-bank ċentrali Russu.
Sa tmiem l-2024, l-UE u l-Istati Membri tagħha pprovdew appoġġ ekonomiku, umanitarju u militari ta’ aktar minn €130 biljun lill-Ukrajna u lill-Ukreni mill-bidu tal-invażjoni sħiħa tar-Russja.
Mill-appoġġ totali għall-Ukrajna u għall-Ukreni mill 2022 sal 2024, li jammonta għal aktar minn 130 biljun ewro, aktar minn 64.3 biljun ewro ġew ipprovduti f’appoġġ finanzjarju, ekonomiku u umanitarju u 47.3 biljun ewro f’appoġġ militari, filwaqt li 17-il biljun ewrotqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri biex jappoġġaw lin-nies li qed jaħarbu l-gwerra u 1.5 biljun ewro ġew magħmula disponibbli mir-rikavati tal-assi Russi immobilizzati.
Apparti li qed jipprovdulha t-tagħmir militari, l-UE u l-Istati Membri tagħha qed jappoġġaw lill-Ukrajna wkoll bit-taħriġ militari. Il-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-UE b’appoġġ għall-Ukrajna - iftaħ tab ġdida. għandha l-għan li ssaħħaħ il-kapaċità tal-Forzi Armati Ukreni li jiddefendu l-integrità territorjali tal-Ukrajna. Il-missjoni taħdem mill-qrib flimkien ma’ sħab internazzjonali tal-istess fehma biex tipprovdi appoġġ għat-taħriġ tal-Forzi Armati Ukreni. L-attivitajiet kollha tal-missjoni jsiru fit-territorju tal-UE. S’issa, 24 Stat Membru offrew moduli tat-taħriġ u l-persunal biex ħarrġu lil aktar minn 65,000 suldat Ukren.
Fl-2024, l-UE ħadet ukoll passi biex tikkoopera mal-Ukrajna fir-rigward tad-difiża. Il-Forum tal-Industriji tad-Difiża bejn l-UE u l-Ukrajna - iftaħ tab ġdida., li huwa wieħed mill-ewwel eżiti tal-Istrateġija l-ġdida għall-Industrija tad-Difiża Ewropea - iftaħ tab ġdida., ġie organizzat f’Mejju. Barra minn hekk, l-Uffiċċju tal-UE għall-Innovazzjoni fil-Qasam tad-Difiża fi Kiev - iftaħ tab ġdida., l-Ukrajna beda l-attivitajiet tiegħu f’Settembru. L-għan huwa li tiġi promossa l-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-industriji tad-difiża fl-UE u fl-Ukrajna, u li dawn jitqarrbu lejn xulxin.
Il-finanzjament umanitarju tal-UE jappoġġa lin-nies fl-Ukrajna billi jipprovdi assistenza fi flus kontanti, għajnuna fil-qasam tal-protezzjoni ċivili, kura tas-saħħa, kenn ta’ emerġenza u reżistenti għax-xitwa, provvisti mediċi, ikel, ilma, tagħmir u taħriġ għat-tneħħija tal-mini, u edukazzjoni.
Dawn il-fondi jinkludu assistenza umanitarja addizzjonali ta’ €100 miljun li saret disponibbli għall-Ukrajna minn Lulju. Il-maġġoranza tal-fondi se jintużaw biex jgħinu lill-aktar persuni vulnerabbli jippreparaw ruħhom għax-xitwa.
L-esperti jistmaw li l-attakki fuq l-infrastruttura tal-enerġija tal-Ukrajna fl-2024 wasslu biex intilfu madwar 9 gigawatts mill-kapaċità tal-produzzjoni tal-enerġija, jiġifieri nofs dak li teħtieġ li l-Ukrajna biex tinqeda tul ix-xitwa. Biex ikun jista’ jkompli jiġu distribwit l-elettriku, l-UE għamlet disponibbli madwar €100 miljun - Fajl PDF, iftaħ tab ġdida. biex tissewwa l-infrastruttura tal-enerġija u biex jiġu esportati aktar minn 2 gigawatts ta’ elettriku lejn l-Ukrajna. Dan l-ammont se jiġi kopert mid-dħul straordinarju ġġenerat mill-assi immobilizzati tal-bank ċentrali Russu fl-UE. (Għal aktar informazzjoni dwar il-kontribut tal-UE għas-sigurtà tal-enerġija tal-Ukrajna, ara t-taqsima “Ir-rikostruzzjoni tal-Ukrajna” hawn taħt.))
Is-27 Stat Membru kollha, flimkien ma’ sitt pajjiżi mhux tal-UE, offrew assistenza in natura permezz tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili - iftaħ tab ġdida., li tvarja minn provvisti mediċi għall-vetturi u tagħmir tal-enerġija.
S’issa, id-donazzjonijiet permezz tal-mekkaniżmu ammontaw għal:
Il-mekkaniżmu appoġġa wkoll il-kunsinni ta’ tagħmir għat-tneħħija tal-mini u ta’ vetturi għat-tifi tan-nar. Flimkien mal-ħażniet ta’ emerġenza ta’ rescEU - iftaħ tab ġdida. tal-UE, intbagħtu aktar tagħmir mediku u assistenza b’rabta mal-enerġija lill-Ukrajna.
Biex tqassam il-provvisti kritiċi b’mod effiċjenti, l-UE stabbiliet ċentri loġistiċi fil-Polonja, fir-Rumanija u fis-Slovakkja. Sal-lum, twasslu aktar minn 152,000 tunnellata ta’ għajnuna.
L-għajnuna umanitarja tmur lil hinn mid-donazzjonijiet u l-finanzjament. L-uffiċċji umanitarji tal-UE fl-Ukrajna għandhom rwol ewlieni fl-iffaċilitar tal-koordinazzjoni umanitarja u fil-kondiviżjoni tal-informazzjoni fost diversi organizzazzjonijiet. L-esperti umanitarji tal-UE qed iwettqu wkoll missjonijiet regolari fuq il-post kważi fir-reġjuni kollha affettwati biex jivvalutaw il-ħtiġijiet u jimmonitorjaw l-inizjattivi ffinanzjati mill-UE. F’Kharkiv, l-Ukrajna, is-sħab tal-UE jinsabu fuq il-post, u qed jipprovdu għajnuna kritika bħal flus kontanti, ilma u ħwejjeġ xitwin lill-persuni li qed jaħarbu mill-attakki.
Aktar minn 4 miljun persuna li qed jaħarbu l-gwerra fl-Ukrajna ngħataw status ta’ protezzjoni temporanja fl-UE. F’Ġunju, l-UE estendiet - iftaħ tab ġdida. din il-protezzjoni, li tagħti residenza, kura tas-saħħa, edukazzjoni u drittijiet relatati max-xogħol fl-Istati Membri kollha, sa Marzu 2026.
Bi sħubija mal-UE, il-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar diġà ilha ċertu żmien tindirizza l-ħtiġijiet li qed jevolvu tas-saħħa mentali tal-persuni spostati minħabba l-gwerra. Dan jinkludi firxa ta’ forom differenti ta’ appoġġ, mill-assistenza lit-tfal bi ħtiġijiet psikoloġiċi u soċjali fil-Bulgarija sal-għoti ta’ attivitajiet ta’ appoġġ psikoloġiku fi klassijiet ta’ akkoljenza fid-Danimarka u t-taħriġ lill-għalliema biex jappoġġaw lill-istudenti spostati fil-Kroazja. Barra minn hekk, is-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar ħarrġet lil aktar minn 4,000 persuna fl-Ukrajna fl-ewwel għajnuna psikoloġika.
L-awtoritajiet nazzjonali madwar l-UE għamlu wkoll sforz enormi biex jappoġġaw l-inklużjoni ta’ studenti spostati fil-livelli u fis-setturi kollha tal-edukazzjoni u tat-taħriġ. It-tfal mill-Ukrajna huma meħtieġa jattendu fi skola lokali f’aktar minn nofs l-Istati Membri, u hemm ukoll oħrajn li qed iħejju biex jintroduċu l-edukazzjoni obbligatorja għalihom fil-futur. Madwar 700,000 - iftaħ tab ġdida. tifel u tifla spostati mill-Ukrajna ġew irreġistrati madwar l-UE għas-sena skolastika 2023–2024, mill-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal sal-edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell.
Il-programm Erasmus+ ukoll qed jappoġġa lill-Istati Membri fl-integrazzjoni tal-istudenti Ukreni u tal-persunal Ukren spostat. L-Ukrajna qed tkompli tibbenefika mid-dimensjoni internazzjonali ta’ Erasmus+, bil-bini tal-kapaċità għaż-żgħażagħ - iftaħ tab ġdida. u għall-proġetti fil-qasam tal-isport - iftaħ tab ġdida. li nfetħu għall-ewwel darba fl-2024. F’Ġunju, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat ukoll rapport imsejjaħ The inclusion of displaced children from Ukraine in EU education systems - iftaħ tab ġdida..
Wara t-tħabbira fl-2024 tas-sejħa għall-proposti tal-Universitajiet Ewropej ta’ Erasmus+ - iftaħ tab ġdida. dwar kif għandhom jiġu ffurmati jew estiżi l-alleanzi universitarji, madwar 35 università Ukrena ngħaqdu mal-alleanzi tal-Universitajiet Ewropej bħala sħab assoċjati. Din l-inizjattiva tippermetti lill-istudenti u lill-membri tal-persunal jistudjaw u jaħdmu f’diversi pajjiżi Ewropej. Barra minn hekk, il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà appoġġa individwi spostati mill-gwerra fl-Ukrajna permezz ta’ proġetti tal-volontarjat - iftaħ tab ġdida..
Ġew allokati - iftaħ tab ġdida. €10 miljun addizzjonali biex jappoġġaw lir-riċerkaturi spostati mill-Ukrajna permezz tal-MSCA4Ukraine - iftaħ tab ġdida. bħala parti minn Orizzont Ewropa, il-programm ta’ finanzjament ewlieni tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni. Dan se jippermetti lil mill-inqas 50 riċerkatur addizzjonali jkomplu l-ħidma tagħhom fuq il-proġetti tar-riċerka b’mod sikur f’universitajiet, kumpaniji, ċentri tar-riċerka u istituzzjonijiet oħra bbażati fl-UE, kif ukoll f’pajjiżi assoċjati ma’ Orizzont Ewropa. Dan l-ammont jiżdied mal-€25 miljun li diġà ġew iddedikati għall-appoġġ ta’ 125 riċerkatur - iftaħ tab ġdida. spostati mill-gwerra bħala parti mill-iskema ta’ boroż ta’ studju MSCA4Ukraine.
L-UE qed taħdem ukoll biex tiżgura li l-Ukreni jintegraw mingħajr diffikultà fl-Istati Membri tagħha. Bis-saħħa tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku - iftaħ tab ġdida. tal-UE, pereżempju, l-irħula u l-bliet fil-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja qed jibnu strateġija aktar fit-tul biex jappoġġaw lill-familji tar-refuġjati Ukreni. B’hekk, il-familji se jkunu jistgħu jiksbu aċċess sostenibbli u kontinwu għas-servizzi essenzjali bħall-edukazzjoni u l-opportunitajiet tax-xogħol.
Ir-refuġjata Ukrena Inna bdiet internship f’forn lokali fil-belt ta’ Randers, id-Danimarka, bħala parti mill-proġett Inclusive Restart, li huwa appoġġat b’kofinanzjament mill-Fond Soċjali Ewropew Plus. Issa tinsab impjegata b’mod formali.
Minbarra li trawwem l-integrazzjoni, l-UE tirrikonoxxi l-importanza li l-Ukreni jiksbu l-għarfien meħtieġ biex jifhmu u jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom bħala residenti tal-UE bi status ta’ protezzjoni temporanja. Fl-2024, l-UE nediet kampanja ddedikata - iftaħ tab ġdida. biex tinforma lill-Ukreni spostati f’sitt Stati Membri dwar id-drittijiet tal-konsumatur fl-UE. Dan jgħin jiżgura aċċess ugwali għal trattament ġust, għall-protezzjoni u għat-trasparenza fit-tranżazzjonijiet tagħhom ta’ kuljum bħala konsumaturi. It-tieni objettiv ewlieni tal-kampanja kien li l-Ukreni spostati jingħataw is-setgħa jfittxu l-għajnuna u jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom billi jiġu diretti lejn l-organizzazzjoni tal-konsumatur xierqa fl-Istat Membru li jgħixu fih.
Fl-aħħar nett, l-UE għandha l-għan li tissalvagwardja, tiżviluppa u tippromwovi d-diversità u l-wirt kulturali u lingwistiċi Ewropej, u tagħraf l-importanza tal-espressjoni kulturali fil-ħolqien ta’ sens ta’ komunità u ta’ fehim reċiproku. F’Diċembru, l-Ukrajna ngħaqdet mal-fergħa Media - iftaħ tab ġdida. tal-programm Ewropa Kreattiva - iftaħ tab ġdida., biex iċ-ċittadini Ukreni li joħolqu l-films u l-produzzjonijiet awdjoviżivi jkunu jistgħu japplikaw biex jaċċessaw il-finanzjament għall-ħidma tagħhom.
L-UE kompliet il-kooperazzjoni mill-qrib tagħha mal-Ukrajna u l-Moldova biex tgħin fit-titjib tar-rotot tat-trasport permezz tal-inizjattiva Korsiji ta’ Solidarjetà - iftaħ tab ġdida.. Inizjalment, il-Korsiji ta’ Solidarjetà ġew stabbiliti biex jinqabeż l-imblokk mir-Russja tal-portijiet Ukreni fil-Baħar l-Iswed, li kienu l-passaġġ ewlieni għall-esportazzjonijiet taċ-ċereali tal-pajjiż. Illum, il-Korsiji ta’ Solidarjetà jkopru l-kummerċ fis-setturi kollha. Dawn jippermettu lill-Ukrajna u lill-Moldova jesportaw oġġetti ta’ kull tip lejn is-swieq dinjija, filwaqt li jiżguraw ukoll li l-importazzjonijiet kruċjali jaslu fl-Ukrajna. Fit-tul, se jkollhom rwol ċentrali fir-rikostruzzjoni tal-Ukrajna u fl-integrazzjoni ulterjuri tal-pajjiż fis-Suq Uniku tal-UE.
Bħala parti mill-Korsiji ta’ Solidarjetà, l-UE qed tiffinanzja wkoll tagħmir biex tappoġġa lill-awtoritajiet tal-fruntieri u dawk doganali. F’Ġunju ġie kkonsenjat scanner tal-merkanzija mobbli ġdid iffinanzjat mill-UE - iftaħ tab ġdida. fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera f’Chop, l-Ukrajna, fil-fruntiera mal-Ungerija, biex jitħaffu l-kontrolli u jitnaqqsu l-ħinijiet ta’ stennija għas-sewwieqa tat-trakkijiet u għall-kumpaniji tal-loġistika.
Apparti l-Korsiji ta’ Solidarjetà, in-Network Trans-Ewropew tat-Trasport - iftaħ tab ġdida., inizjattiva ewlenija tal-UE mfassla biex ittejjeb l-infrastruttura tat-trasport u l-konnettività madwar l-Istati Membri, ġie estiż biex jinkludi lill-Ukrajna u lill-Moldova. Dan ta wkoll aċċess lill-entitajiet miż-żewġ pajjiżi għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa - iftaħ tab ġdida., il-mekkaniżmu ta’ finanzjament primarju tal-UE għall-iżvilupp tal-infrastruttura.
L-UE kompliet tappoġġa lill-Ukrajna permezz tal-estensjoni ta’ ftehimiet kummerċjali - iftaħ tab ġdida., ftehimiet dwar it-trasport u ftehimiet tar-roaming favorevoli.
Matul is-sena, l-UE reġgħet estendiet il-miżuri ta’ appoġġ għall-kummerċ - iftaħ tab ġdida. u ssospendiet id-dazji tal-importazzjoni u l-kwoti fuq l-esportazzjonijiet Ukreni, din id-darba sal-5 ta’ Ġunju 2025.
Madankollu, minħabba ż-żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet ta’ xi prodotti agrikoli mill-Ukrajna lejn l-UE fl-2022 u l-2023, il-miżuri ta’ appoġġ imġedda fihom mekkaniżmu ta’ salvagwardja msaħħaħ. Dan jippermetti li tittieħed azzjoni ta’ rimedju rapida f’każ ta’ tfixkil sinifikanti fis-suq tal-UE jew fis-swieq ta’ Stat Membru wieħed jew aktar.
Biex l-Ukrajna tkun tista’ tesporta l-merkanzija tagħha lejn l-UE u lejn is-swieq dinjija, f’Ġunju l-UE u l-Ukrajna estendew u aġġornaw il-ftehim tagħhom dwar it-trasport bit-triq - iftaħ tab ġdida.. Il-ftehim iffaċilita l-kummerċ bit-triq bejn l-UE u l-Ukrajna b’mod sostanzjali, u kien ta’ benefiċċju għaż-żewġ ekonomiji sa mill-bidu tal-gwerra. Ftehim ieħor fis-seħħ bejn l-UE u l-Moldova wkoll ġie estiż - iftaħ tab ġdida..
Biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-qasam tat-trasport, tnieda d-Djalogu ta’ Livell Għoli bejn l-UE u l-Moldova dwar it-Trasport. Dan se jgħin biex jissaħħu l-konnessjonijiet bejn il-modi kollha tat-trasport u biex isir progress konġunt fit-trasformazzjoni sostenibbli u diġitali.
L-UE tirrikonoxxi li l-irkupru ekonomiku tal-Ukrajna jeħtieġ ukoll appoġġ b’saħħtu għar-rikostruzzjoni tal-pajjiż. L-UE għandha l-għan li tikkoordina r-riżorsi b’mod effettiv billi tlaqqa’ flimkien lill-Ukrajna, lill-UE, lill-pajjiżi tal-G7 u lil sħab oħra. L-objettiv huwa li jiġi żgurat li l-assistenza lill-Ukrajna tkun ippjanata u li din tingħata b’mod effiċjenti, koerenti, trasparenti u inklużiv, filwaqt li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi.
Skont ir-rapport tal-Bank Dinji Ukraine — Rapid damage and needs assessment - iftaħ tab ġdida., li nħareġ fi Frar 2024, ir-rikostruzzjoni u l-irkupru tal-Ukrajna se jiswew $486 biljun matul id-deċennju li jmiss. L-aktar ħtiġijiet urġenti huma l-akkomodazzjoni, it-trasport, il-kummerċ u l-industrija, l-agrikoltura, l-enerġija, il-protezzjoni soċjali u l-protezzjoni tal-għajxien.
Minkejja ċ-ċirkostanzi diffiċli, fl-2023 l-ekonomija tal-Ukrajna rreġistrat tkabbir ta’ 5 %. Skont il-previżjonijiet bażi - Fajl PDF, iftaħ tab ġdida., it-tkabbir mistenni jkun iżjed minn 4 % fis-snin li ġejjin. Madankollu, anki f’xenarju bażi fejn il-gwerra tibda tbatti lejn tmiem l-2024, il-prodott domestiku gross reali tal-Ukrajna se jkun jista’ jilħaq il-livell ta’ qabel il-gwerra biss fl-2030.
Biex tgħin lill-Ukrajna fl-isforzi tagħha sabiex tinbena mill-ġdid, f’April l-UE nediet il-Qafas ta’ Investiment il-ġdid għall-Ukrajna - iftaħ tab ġdida. bħala parti mill-Faċilità għall-Ukrajna. Dan se jipprovdi €9.3 biljun fi strumenti ta’ investiment (€7.8 biljun f’garanziji tas-self u €1.51 biljun għal għotjiet finanzjarji mħallta) li jistgħu jimmobilizzaw sa €40 biljun f’finanzjament addizzjonali mill-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej u mis-settur privat. L-ewwel għotjiet u ftehimiet ta’ garanzija b’valur ta’ €1.4 biljun fil-kuntest tal-qafas ġew iffirmati f’Ġunju waqt il-Konferenza dwar l-Irkupru tal-Ukrajna li saret f’Berlin - iftaħ tab ġdida., il-Ġermanja. Dawn għandhom il-potenzjal li jipprovdu €6 biljun f’investimenti għal proġetti kritiċi tar-rikostruzzjoni u tal-modernizzazzjoni, b’mod partikolari fl-oqsma bħall-enerġija u l-infrastruttura muniċipali. Il-konferenza nediet ukoll Kunsill Konsultattiv għall-Kummerċ - iftaħ tab ġdida., li se jappoġġa lill-Pjattaforma tad-Donaturi għall-Ukrajna - iftaħ tab ġdida. billi jipprovdi għarfien kummerċjali biex tittejjeb il-klima tal-investiment tal-pajjiż u biex jiġi attirat l-investiment mis-settur privat.
Barra minn hekk, f’Novembru, waqt il-Konferenza dwar l-Investiment bejn l-UE u l-Ukrajna li saret f’Varsavja, il-Polonja, tnediet sejħa għal espressjonijiet ta’ interess immirata għall-kumpaniji privati bbażati fl-UE li huma interessati jinvestu fl-Ukrajna. Il-Konferenza attirat aktar minn 5,500 parteċipant minn 32 pajjiż, inkluż rappreżentanti minn kumpaniji u banek.
Sabiex jappoġġaw il-bini mill-ġdid tal-Ukrajna b’mod aktar ekoloġiku u soċjalment inklużiv, l-UE u l-Korporazzjoni Finanzjarja Internazzjonali ffirmaw - iftaħ tab ġdida. ftehim ta’ garanzija ta’ €90 miljun biex jappoġġaw rikostruzzjoni inklużiva u sostenibbli fl-Ukrajna. Il-programm għandu l-għan li jimmobilizza aktar minn €500 miljun f’investimenti mis-settur privat fl-infrastruttura kritika, fil-produzzjoni ta’ oġġetti, fid-dekarbonizzazzjoni u fil-preservazzjoni tal-għajxien.
B’rabta ma’ dan, is-Summit Inawgurali dwar in-Negozju bejn l-UE u l-Ukrajna - iftaħ tab ġdida. tat-18 ta’ April laqqa’ flimkien lil aktar minn 400 parteċipant mis-settur privat biex jiddiskutu s-setturi ewlenin tal-ekonomija Ukrena, bl-għan li jitrawwem żvilupp aktar ekoloġiku.
Il-premjijiet tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida - iftaħ tab ġdida., li jagħtu l-viżibbiltà lil proġetti u kunċetti innovattivi ta’ ċittadini mill-Ewropa u lil hinn minnha, infetħu għall-proġetti Ukreni għall-ewwel darba fl-2024. Ingħata premju li jagħti rikonoxximent speċjali lill-isforz tar-rikostruzzjoni u tal-irkupru tal-Ukrajna lil żewġ inizjattivi li jipprovdu kenn u spazji komuni lill-persuni spostati internament u lill-familji fil-bżonn. Dan il-premju speċjali jirrikonoxxi r-reżiljenza tal-poplu Ukren u jappoġġa l-proċess tar-rikostruzzjoni u tal-irkupru.
B’rispons għall-attakki tar-Russja fuq l-infrastruttura tal-enerġija, l-UE żiedet l-appoġġ tagħha għas-settur tal-enerġija tal-Ukrajna permezz ta’ tliet prijoritajiet ewlenin.
L-UE qed tappoġġa lill-Ukrajna fl-integrazzjoni tagħha fis-suq tal-enerġija tal-UE u qed toffri gwida għal perkors ambizzjuż ta’ riforma li se jiffaċilita l-adeżjoni.
B’reazzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u għall-kriżi tal-prezzijiet tal-enerġija li rriżultat, il-Kummissjoni adottat strumenti mmirati ta’ għajnuna mill-Istat, jiġifieri l-Qafas Temporanju ta’ Kriżi u s-suċċessur tiegħu, il-Qafas Temporanju ta’ Kriżi u ta’ Tranżizzjoni - iftaħ tab ġdida.. Dawn kellhom rwol sinifikanti fil-mitigazzjoni tal-impatt tal-kostijiet għoljin tal-enerġija u fl-appoġġ tat-tranżizzjoni ekoloġika fl-Istati Membri. F’Mejju, il-Kummissjoni estendiet ċerti dispożizzjonijiet tal-Qafas Temporanju ta’ Kriżi u ta’ Tranżizzjoni għal sitt xhur addizzjonali, sa tmiem l-2024, biex tindirizza t-tfixkil persistenti fis-suq b’mod speċifiku fis-setturi tal-agrikoltura u tas-sajd.
It-tħassib tal-bdiewa tal-UE dwar iż-żieda fl-importazzjonijiet agroalimentari mill-Ukrajna ġie indirizzat billi ġiet inkluża klawżola ta’ salvagwardja msaħħa u brejk ta’ emerġenza għal seba’ prodotti sensittivi fil-miżuri ta’ appoġġ għall-kummerċ, li ġew estiżi sal-5 ta’ Ġunju 2025. Ir-Russja għadha esportatur dinji kbir ħafna taċ-ċereali, u l-esportazzjonijiet tagħha qed ikomplu jiffinanzjaw l-isforz tal-gwerra kemm direttament kif ukoll indirettament. It-theddida ta’ tfixkil fis-suq tal-UE wasslet biex żdiedu - iftaħ tab ġdida. t-tariffi fuq il-prodotti taċ-ċereali importati lejn l-UE mir-Russja u mill-Belarussja — żieda sa 50 %, li bdiet tapplika fl-1 ta’ Lulju. F’konformità mal-prinċipju bażiku tal-UE li ma tiħux miżuri restrittivi li jistgħu jaffettwaw is-sigurtà globali tal-ikel b’mod negattiv, din iż-żieda fil-protezzjoni tat-tariffi tapplika biss għall-importazzjonijiet lejn is-suq tal-UE.
L-UE kompliet timponi sanzjonijiet qawwija fuq ir-Russja matul is-sena, bl-għan li tillimita l-kapaċità tagħha li tiffinanzja l-gwerra tagħha ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Minn Frar 2022, l-UE imponiet b’kollox 15-il pakkett ta’ miżuri restrittivi kontra r-Russja. Is-sanzjonijiet tal-UE mhumiex immirati biss lejn individwi u entitajiet speċifiċi, iżda wkoll lejn is-settur finanzjarju, u lejn is-setturi tal-enerġija, tat-trasport, tat-teknoloġija u tad-difiża.
It-13-il pakkett ta’ sanzjonijiet - iftaħ tab ġdida., li ġie adottat fi Frar 2024, iffoka fuq il-limitazzjoni ulterjuri tal-aċċess tar-Russja għat-teknoloġija militari, bħad-droni, u fuq l-elenkar ta’ kumpaniji u individwi addizzjonali involuti fl-isforz tal-gwerra tar-Russja. L-14-il pakkett ta’ miżuri restrittivi - iftaħ tab ġdida., li ġie adottat f’Ġunju, indirizza kwistjonijiet ta’ infurzar u l-isforzi tar-Russja biex tevita s-sanzjonijiet tal-UE. Dan kien fih miżuri ġodda importanti relatati mal-enerġija mmirati lejn il-gass naturali likwifikat. Għall-ewwel darba, l-UE adottat miżura mmirata lejn bastimenti speċifiċi li jiffaċilitaw il-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna, li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-aċċess għall-portijiet u għal projbizzjoni fuq l-għoti tas-servizzi.
L-14-il pakkett saħħaħ ukoll b’mod sinifikanti s-sanzjonijiet finanzjarji billi introduċa projbizzjoni fuq il-banek tal-UE barra mir-Russja li jużaw is-Sistema għat-Trasferiment ta’ Messaġġi Finanzjarji, jiġifieri l-ekwivalenti Russa tan-network SWIFT (Society for Worldwide Interbank Financial Telecommunication, is-Soċjetà għat-Telekomunikazzjoni Finanzjarja Interbankarja Dinjija). Barra minn hekk, il-pakkett introduċa projbizzjoni fuq it-tranżazzjonijiet mal-banek u mal-fornituri tal-kriptoassi li jiffaċilitaw it-tranżazzjonijiet li jappoġġaw il-bażi industrijali tad-difiża tar-Russja. Biex tiġi limitata aktar il-kapaċità tar-Russja li taċċessa oġġetti u teknoloġiji ristretti, ġew introdotti diversi miżuri maħsuba biex jagħtu spinta lill-konformità tas-settur privat, jappoġġaw l-infurzar mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u jkunu ta’ xkiel għaċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet, inkluż billi jżommu lis-sussidjarji barranin tal-operaturi tal-UE taħt kontroll.
Il-15-il pakkett ta’ sanzjonijiet - iftaħ tab ġdida., li ġie adottat f’Diċembru, iffoka fuq l-indirizzar tal-flotta mistura tar-Russja, fuq iċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet u fuq il-kumpless militari industrijali Russu. Għall-ewwel darba, l-UE imponiet sanzjonijiet sħaħ — inkluż projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, iffriżar ta’ assi u projbizzjonijiet fuq ir-riżorsi ekonomiċi — fuq diversi entitajiet Ċiniżi. Barra minn hekk, il-pakkett kien immirat lejn il-manifatturi Russi tat-tagħmir militari, il-kumpaniji tat-tbaħħir u entitajiet li jgħinu fl-evażjoni tas-sanzjonijiet, u introduċa emendi biex jiġu indirizzati l-miżuri dejjem aktar numerużi ta’ litigazzjoni u ta’ ritaljazzjoni fir-Russja kontra depożitorji ċentrali tat-titoli tal-UE. Il-pakkett kien jinkludi wkoll 84 entrata oħra — 54 individwu u 30 entità — li bihom l-għadd totali ta’ entrati żdied għal aktar minn 2,300. Dan ifisser li l-assi bbażati fl-UE ta’ dawn l-individwi u l-entitajiet elenkati kienu soġġetti għal iffriżar tal-assi, filwaqt li għall-individwi indikati ġew imposti projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar.
L-UE adottat ukoll sanzjonijiet kontra l-Belarussja - iftaħ tab ġdida. b’reazzjoni għar-rwol tagħha fil-gwerra ta’ aggressjoni illegali, mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna. Dawn il-miżuri komprensivi jirriflettu ħafna mir-restrizzjonijiet li diġà ġew imposti fuq ir-Russja, u jindirizzaw ir-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba l-integrazzjoni mill-qrib tal-ekonomija Russa u dik tal-Belarussja.
L-UE qed taħdem qatigħ biex tiżgura li s-sanzjonijiet jiġu implimentati b’mod effettiv. L-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku, li jipprovdi għarfien espert imfassal apposta lill-Istati Membri, kompla jappoġġa lill-Istati Membri billi jgħinhom jimmappjaw is-setgħat u l-organizzazzjonijiet rilevanti għall-iffriżar tal-assi. Fil-qafas tat-Task Force “Iffriżar u Sekwestru” - iftaħ tab ġdida., l-Istati Membri komplew jiskambjaw l-aħjar prattiki bejniethom u mas-sħab internazzjonali dwar kif tista’ tissaħħaħ l-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet tal-UE. F’Mejju daħlet fis-seħħ direttiva li tarmonizza d-definizzjonijiet ta’ reati kriminali u pieni għall-ksur tas-sanzjonijiet tal-UE - iftaħ tab ġdida.. Din se tkompli ssaħħaħ l-effettività tas-sanzjonijiet tal-UE. Fl-aħħar nett, matul l-2024, David O’Sullivan, il-Mibgħut Speċjali għall-Implimentazzjoni tas-Sanzjonijiet tal-UE, kompla jinvolvi ruħu ma’ pajjiżi mhux tal-UE biex jiżgura li l-effettività tas-sanzjonijiet tal-UE ma tiddgħajjifx bil-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni.
Wara s-sanzjonijiet tal-UE, fl-UE ġew immobilizzati aktar minn €210 biljun f’assi tal-bank ċentrali Russu. Id-dħul straordinarju ġġenerat mill-ġestjoni ta’ dawn l-assi jammonta għal madwar €2.5–3 biljun fis-sena. F’Mejju, l-UE adottat atti legali - iftaħ tab ġdida. li jippermettu l-użu ta’ dawn il-profitti netti għall-benefiċċju tal-Ukrajna. L-ewwel pagament ta’ €1.5 biljun sar disponibbli - iftaħ tab ġdida. f’Lulju, filwaqt li t-tieni pagament mistenni jinħareġ fir-rebbiegħa tal-2025.
Fil-kuntest tal-gwerra ta’ aggressjoni mhux ġustifikata, illegali u mhux provokata tar-Russja kontra l-Ukrajna, l-azzjonijiet tar-Russja kisru d-dritt internazzjonali kontinwament, filwaqt li diversi rapporti ħarġu fid-dieher diversi istanzi li jitqiesu reati internazzjonali. Sbatax-il Stat Membru nedew investigazzjonijiet b’rabta ma’ reati internazzjonali mwettqa fl-Ukrajna. L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali - iftaħ tab ġdida. (Eurojust) għandha rwol kruċjali fl-appoġġ tal-iskwadra ta’ investigazzjoni konġunta dwar reati internazzjonali mwettqa fl-Ukrajna - iftaħ tab ġdida., li tikkonsisti mill-Ukrajna u minn sitt Stati Membri, bil-parteċipazzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi - iftaħ tab ġdida.. L-investigazzjonijiet huma appoġġati mill-bażi tad-data speċjalizzata tal-Eurojust, jiġifieri l-Bażi tad-Data ta’ Evidenza dwar Delitti Internazzjonali Ewlenin - iftaħ tab ġdida., li ġiet stabbilita biex tippreserva, taħżen u tanalizza l-evidenza relatata mar-reati internazzjonali.
Fl-2023, il-Eurojust bdiet tospita ċ-Ċentru Internazzjonali għall-Prosekuzzjoni tad-Delitt ta’ Aggressjoni kontra l-Ukrajna - iftaħ tab ġdida.. Iċ-Ċentru ġie stabbilit biex jappoġġa l-ħidma ta’ tħejjija għal kwalunkwe prosekuzzjoni futura tar-reati tal-aggressjoni, irrispettivament mill-ġuriżdizzjoni li quddiemha se jiġu mressqa. Prosekuturi mill-iskwadra ta’ investigazzjoni konġunta, inkluż l-Ukrajna u prosekutur mill-Istati Uniti, qed jaħdmu flimkien fuq il-post, u dan jippermettilhom jiskambjaw evidenza malajr u jaqblu dwar triq ’il quddiem komuni fl-investigazzjonijiet tagħhom. Il-Qorti Kriminali Internazzjonali kienet involuta b’mod attiv.
Barra minn hekk, mill-2023, l-UE, il-Kunsill tal-Ewropa - iftaħ tab ġdida. u madwar 40 pajjiż, magħrufa b’mod kollettiv bħala l-Grupp Ewlieni, kienu involuti b’mod attiv f’diskussjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ tribunal speċjali għall-prosekuzzjoni tar-reat tal-aggressjoni kontra l-Ukrajna. Fit-22 ta’ Novembru 2024, il-Grupp Ewlieni afferma mill-ġdid l-impenn tiegħu favur dan l-isforz billi ppubblika d-Dikjarazzjoni ta’ Vienna-Riga - Fajl PDF, iftaħ tab ġdida.. Din id-dikjarazzjoni tiddeskrivi t-twaqqif tat-tribunal speċjali fil-qafas tal-Kunsill tal-Ewropa, abbażi ta’ ftehim bilaterali bejn l-Ukrajna u l-Kunsill tal-Ewropa.
Ir-Russja trid tinżamm responsabbli wkoll biex tħallas għad-danni li kkawżat, u li għadha qed tikkawża, lill-Ukrajna u lill-popolazzjoni tagħha. F’Mejju 2023, 43 pajjiż u l-UE stabbilew ir-Reġistru tad-danni kkawżati mill-Aggressjoni tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna - iftaħ tab ġdida. fil-Kunsill tal-Ewropa biex jirreġistraw it-talbiet għal danni, telf u korrimenti kkawżati mill-invażjoni Russa. Ir-reġistru nfetaħ għas-sottomissjoni tal-ewwel kategorija ta’ talbiet - iftaħ tab ġdida. waqt il-konferenza Restoring Justice for Ukraine - iftaħ tab ġdida. li saret f’The Hague, in-Netherlands, fit-2 ta’ April 2024. Minn Ottubru, fir-reġistru ġew irreġistrati aktar minn 10,000 talba. Fit-13 ta’ Diċembru, ir-Reġistru tad-Danni ħabbar l-ewwel deċiżjonijiet tiegħu dwar ir-reġistrazzjoni tat-talbiet, li kienu jikkonċernaw 832 talba għal dannu jew qerda ta’ proprjetà residenzjali. Barra minn hekk, fl-2024, aktar minn 50 pajjiż, flimkien mal-UE u l-Kunsill tal-Ewropa, ħadu sehem fi tliet laqgħat preparatorji biex jistabbilixxu Kummissjoni għat-Talbiet. Dawn il-laqgħat kienu pass importanti lejn il-ħolqien ta’ mekkaniżmu ta’ kumpens komprensiv, bl-għan li jiġu rieżaminati u ddeterminati t-talbiet irreġistrati fir-reġistru.
L-UE tappoġġa lill-Ukrajna bis-sħiħ fil-kisba ta’ paċi komprensiva, ġusta u dejjiema, f’konformità mad-dritt internazzjonali u mal-prinċipji tal-Karta tan-NU. Waqt is-Summit dwar il-Paċi fl-Ukrajna - iftaħ tab ġdida., li sar fl-Iżvizzera fil-15 u s-16 ta’ Ġunju, l-UE wiegħdet - iftaħ tab ġdida. li tirrispetta dawn il-prinċipji u li tappoġġa paċi li tirrestawra s-sovranità, l-indipendenza politika u l-integrità territorjali tal-Ukrajna.
L-UE mhux biss se tappoġġa lill-Ukrajna biex tikseb paċi ġusta skont il-kundizzjonijiet tagħha stess, iżda se tkompli wkoll tagħtiha appoġġ internazzjonali. Fis-27 ta’ Ġunju, l-UE u l-Ukrajna ffirmaw l-“Impenji konġunti ta’ sigurtà bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna - Fajl PDF, iftaħ tab ġdida.”. Bl-iffirmar ta’ dan il-ftehim - iftaħ tab ġdida., l-UE u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom li jipprovdu lill-Ukrajna u lill-poplu tagħha l-appoġġ politiku, finanzjarju, ekonomiku, umanitarju, militari u diplomatiku kollu li teħtieġ għal 10 snin. Dan jinkludi l-għoti ta’ għajnuna lill-Ukrajna biex tibni appoġġ internazzjonali, speċjalment minn pajjiżi ewlenin li qed jiżviluppaw u minn ekonomiji emerġenti.
F’Lulju, waqt it-33 Summit tan-NATO, l-UE u diversi pajjiżi ffirmaw ukoll il-Patt għall-Ukrajna - iftaħ tab ġdida.. Dan id-dokument jenfasizza kemm hija importanti s-sigurtà tal-Ukrajna għas-sigurtà tar-reġjun Ewro-Atlantiku kollu, u kif l-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna hija theddida għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali. Il-firmatarji affermaw li beħsiebhom jappoġġaw lill-Ukrajna sakemm tegħleb l-aggressjoni tar-Russja.