Li nkunu sodi fi żminijiet diffiċli dejjem kienet assi Ewropew. Flimkien, wettaqna dak li kellu jsir fir-rigward ta’ kwistjonijiet li huma importanti għaċ-ċittadini tal-UE. Mir-riforma tas-suq tal-elettriku għall-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil u d-dħul fis-seħħ tal-ewwel regoli fid-dinja dwar l-intelliġenza artifiċjali, wittejna s-sisien għal Ewropa aktar sikura, aktar ġusta u aktar sostenibbli. — Ursula von der Leyen