KAPITLU 7
Fl-2024, l-Unjoni Ewropea ħadet passi komprensivi biex tipproteġi liċ-ċittadini tagħha minn theddid kemm ġewwa l-fruntieri tagħha kif ukoll barra minnhom, hekk kif bdiet il-ħidma biex jiġi żgurat li l-Ewropa tkun imħejjija aħjar ħalli twieġeb għal kriżijiet kbar. L-UE kompliet iżżid il-miżuri biex tagħti spinta lis-sigurtà u lid-difiża Ewropea u daħħlet miżuri ġodda biex tiġġieled it-traffikar tal-bnedmin, it-traffikar tad-droga u l-kriminalità organizzata. L-2024 kienet ukoll bidu ta’ era ġdida fil-ġestjoni tal-migrazzjoni. Permezz tal-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil li jinsab fis-seħħ, l-UE għandha l-għodod għall-ġestjoni tal-migrazzjoni b’mod ordnat abbażi tal-prinċipji tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà. Il-ħidma importanti biex titwitta t-triq għar-riformi bdiet hekk kif l-Istati Membri ħejjew il-pjanijiet ta’ implimentazzjoni nazzjonali tagħhom. Wara d-deċiżjoni f’Diċembru, intlaħaq pass ieħor importanti li mill-1 ta’ Jannar 2025 jitneħħew il-kontrolli fil-fruntieri interni fuq l-art mal-Bulgarija u mar-Rumanija, kif ukoll bejn iż-żewġ pajjiżi. L-UE kompliet taħdem ukoll biex tipproteġi s-saħħa taċ-ċittadini meta ipproċediet b’riformi fil-leġiżlazzjoni dwar il-mediċini. Ġew introdotti inizjattivi ġodda, inklużi miżuri importanti biex jittejbu s-saħħa u l-benesseri mentali, b’mod partikolari fost it-tfal u ż-żgħażagħ.
Kriżijiet kbar matul dawn l-aħħar snin, bħall-pandemija globali, il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-eventi katastrofiċi tat-temp ikkawżati mit-tibdil fil-klima, urew li la huma każijiet iżolati u lanqas tranżitorji. Dawn jenfasizzaw il-fatt li l-Ewropa jeħtieġ li tkun imħejjija u lesta li twieġeb għal kwalunkwe kriżi, f’kull waqt. It-tisħiħ tal-preparatezza tal-Ewropa - iftaħ tab ġdida. għal kriżijiet futuri huwa kruċjali biex jiġu żgurati l-protezzjoni taċ-ċittadini u t-tmexxija bla xkiel tal-ekonomiji u tas-soċjetajiet tal-UE.
Ir-rapport ta’ Sauli Niinistö Safer Together - iftaħ tab ġdida., ippubblikat f’Ottubru, jivvaluta l-isfidi kumplessi li qed tiffaċċja l-UE u jistabbilixxi kif din tista’ tagħti spinta lill-preparatezza u lit-tħejjija ċivili u militari għal kriżijiet futuri. Ir-rapport jippreżenta madwar 80 rakkomandazzjoni għal miżuri fuq terminu qasir, medju u twil, bil-għan li jgħinu biex tinbena preparatezza komprensiva. Filwaqt li jibnu fuq dawn il-proposti, il-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà qed jiżviluppaw l-Istrateġija għal Unjoni tal-Preparatezza, li se tinvolvi l-mobilizzazzjoni ta’ atturi fil-livelli kollha tal-gvern (mil-livell lokali sa dak tal-UE u mill-awtoritajiet ċivili sal-forzi armati) u l-involviment tal-partijiet kollha tas-soċjetà (is-settur privat, is-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini).
58 % tan-nies fl-UE ma jħossuhomx ippreparati tajjeb għad-diżastri.
37 % esperjenzaw personalment diżastru (għajr il-COVID-19) f’dawn l-aħħar 10 snin.
46 % jafu x’għandhom jagħmlu f’każ ta’ diżastru.
82 % jemmnu li l-UE għandha tkun aktar involuta fl-isforzi ta’ preparatezza għall-kriżijiet futuri.
Sorsi: Il-Kummissjoni Ewropea, Ewrobarometru Flash 546 - iftaħ tab ġdida., Ġunju 2024; Il-Kummissjoni Ewropea, Ewrobarometru Speċjali 547 - iftaħ tab ġdida., Settembru 2024.
L-Istati Membri tal-UE diġà qed jaħdmu flimkien biex jindirizzaw it-theddid u l-isfidi għas-sigurtà permezz ta’ viżjoni strateġika komuni għas-sigurtà u għad-difiża tal-UE għas-snin li ġejjin.
Il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna wasslet lill-UE biex issaħħaħ l-industriji tad-difiża tal-Ewropa, u tagħmilhom aktar reattivi u aktar innovattivi. L-ewwel Strateġija għall-Industrija tad-Difiża Ewropea - iftaħ tab ġdida., ippreżentata f’Marzu, għandha l-għan li tiżgura li l-UE jkollha s-sistemi u t-tagħmir tad-difiża tagħha lesti għal meta jkun meħtieġ. Dan mhux biss se jkun ta’ benefiċċju għall-UE, iżda wkoll għall-alleati ewlenin inklużi n-NATO u l-Ukrajna. L-istrateġija hija appoġġata minn programm ta’ finanzjament ta’ €1.5 biljun - iftaħ tab ġdida. għall-2025–2027 bil-għan li tkun imħejjija l-industrija tad-difiża Ewropea.
Minbarra li jżidu b’mod kostanti l-infiq tagħhom fuq id-difiża, l-Istati Membri huma mħeġġa jakkwistaw b’mod konġunt prodotti tad-difiża, b’enfasi fuq l-appoġġ għall-industriji tad-difiża Ewropej. F’Novembru, intgħażlu ħames proġetti transfruntiera għall-finanzjament fil-qafas tal-programm il-ġdid tal-UE li għandu l-għan li jinċentiva l-kooperazzjoni fl-akkwist pubbliku fil-qasam tad-difiża. Flimkien, dawn il-proġetti jirrappreżentaw l-akkwist ikkombinat ta’ aktar minn €11-il biljun ta’ prodotti tad-difiża għall-forzi armati tal-Istati Membri. Il-proġetti magħżula jinvolvu 20 Stat Membru, u l-biċċa l-kbira tagħhom jinkludu l-akkwist ta’ prodotti tad-difiża maħsuba għall-Ukrajna.
Fl-istess ħin, l-implimentazzjoni tal-ewwel żieda industrijali fil-produzzjoni tal-munizzjon - iftaħ tab ġdida. diġà qed tħalli l-frott tagħha. Ġew allokati aktar minn €500 miljun f’għotjiet, u l-produzzjoni Ewropea tal-munizzjon tal-artillerija żiedet il-kapaċità għal miljun projettil ikkargat fis-sena.
Tliet snin wara t-tnedija tiegħu, il-Fond Ewropew għad-Difiża - iftaħ tab ġdida. diġà alloka €4 biljun b’appoġġ għal 160 proġett kollaborattiv għad-difiża, li jkopru firxa wiesgħa ta’ teknoloġiji u ta’ kapaċitajiet u li jappoġġaw il-kompetittività tal-industrija Ewropea għad-difiża. It-tnedija tal-Faċilità ta’ Ekwità tad-Difiża - iftaħ tab ġdida. l-ġdida tal-UE għandha l-għan li ttejjeb l-aċċess għall-finanzi għas-settur tad-difiża u li tappoġġa sistema b’saħħitha ta’ negozji ġodda u negozji żgħar fil-qasam tad-difiża.
F’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Mobbiltà Militari - iftaħ tab ġdida. tagħha, l-UE qed tiffinanzja 38 proġett ġdid - iftaħ tab ġdida. li se jtejbu t-trasport tat-truppi u t-tagħmir tul in-Network Trans-Ewropew tat-Trasport. Dawn il-proġetti għandhom baġit ta’ €807 miljun, u se jtejbu l-infrastruttura ewlenija tat-trasport fl-UE, kemm għat-trasport ċivili kif ukoll għal dak militari. Fl-2024 ġiet adottata Wegħda tal-Mobbiltà Militari - iftaħ tab ġdida. ġdida biex jiġu indirizzati l-lakuni li fadal fil-mobbiltà militari.
Rapport - iftaħ tab ġdida. dwar il-progress fil-qafas tal-Istrateġija dwar l-Unjoni tas-Sigurtà, ippubblikat f’Mejju, juri li l-għadd kbir ta’ miżuri leġiżlattivi u operazzjonali meħuda minn kemm ilha li ġiet adottata, għammru aħjar lill-UE biex tiffaċċja l-isfidi għas-sigurtà. Madankollu, ix-xenarju ta’ theddid li qed jevolvi b’mod kostanti jfisser li trid tittieħed kull opportunità biex jiġu indirizzati vulnerabbiltajiet potenzjali.
It-theddid ibridu huwa wieħed mill-aktar sfidi kumplessi u dejjem qed jevolvu li qed jiffaċċjaw l-UE u l-Istati Membri tagħha. Dawn jistgħu jinkludu, pereżempju, it-tfixkil tal-proċessi demokratiċi tat-teħid tad-deċiżjonijiet permezz ta’ kampanji ta’ diżinformazzjoni u l-użu tal-media soċjali biex tiġi kkontrollata n-narrattiva politika. L-UE diġà stabbiliet firxa wiesgħa ta’ miżuri - iftaħ tab ġdida. għall-ġlieda kontra t-theddid ibridu, inkluż is-Sett ta’ Għodod kontra t-Theddid Ibridu, li issa huwa operazzjonali u ġie attivat biex iwieġeb għall-kampanja ibrida intensifikata mir-Russja mmirata lejn l-UE u l-Istati Membri tagħha. F’Ottubru, l-UE adottat - iftaħ tab ġdida. reġim ġdid ta’ sanzjonijiet b’rispons għall-attivitajiet ibridi tar-Russja. L-Istati Membri ffinalizzaw l-istabbiliment ta’ Timijiet ta’ Rispons Rapidu kontra t-Theddid Ibridu - iftaħ tab ġdida., li se jkunu waħda mill-għodod ewlenin biex jappoġġaw lill-Istati Membri, lill-pajjiżi sħab u lill-missjonijiet tal-UE fil-ġlieda kontra t-theddid u kampanji bħal dawn.
Iċ-ċiberspazju, b’mod partikolari, sar qasam ta’ kompetizzjoni strateġika. L-implimentazzjoni tal-Politika tal-UE dwar iċ-Ċiberdifiża - iftaħ tab ġdida. imxiet ’il quddiem fl-2024, b’ħidma preparatorja li bdiet fuq iċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tal-UE għaċ-Ċiberdifiża, li se jsaħħaħ l-għarfien tas-sitwazzjoni tal-komunità tad-difiża. Biex jinżamm rekord tal-implimentazzjoni tal-politika, l-ewwel Ċensiment Ċibernetiku tal-UE ġie ppubblikat f’Ottubru, filwaqt li issa qed jitħejja t-tieni wieħed.
Fid-dawl tat-trasformazzjoni ġeopolitika bla preċedent tal-qasam tal-ispazju u r-rwol ewlieni li għandha fih l-UE, kien hemm enfasi akbar fuq l-aspetti ġenerali tas-sigurtà tal-ispazju u fuq l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Spazjali tal-UE għas-Sigurtà u d-Difiża - iftaħ tab ġdida.. L-inizjattivi ffukaw b’mod partikolari fuq it-titjib tal-fehim komuni tat-theddid spazjali u r-rispons għalih. F’April, il-Kummissjoni, flimkien mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali - iftaħ tab ġdida., nediet iċ-Ċentru tal-Kondiviżjoni u tal-Analiżi tal-Informazzjoni dwar l-Ispazju tal-UE - iftaħ tab ġdida.. Din l-inizjattiva kollaborattiva għall-kumpaniji tas-settur spazjali tal-UE għandha l-għan li tħeġġeġ l-iskambju ta’ prattika tajba biex tissaħħaħ is-sigurtà tas-sistemi spazjali tal-UE.
Fuq il-baħar, l-UE saħħet ir-rwol tagħha bħala attur tas-sigurtà marittima u r-relazzjonijiet tagħha mas-sħab esterni f’dan il-qasam. F’Mejju sar l-ewwel eżerċizzju tas-sigurtà marittima, li kien wieħed mill-kisbiet ewlenin fil-qafas tal-Istrateġija dwar is-Sigurtà Marittima - iftaħ tab ġdida. riveduta, u li involva l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-UE u l-aġenziji speċjalizzati. L-eżerċizzju ffoka fuq kif tista’ tiġi protetta l-infrastruttura kritika ta’ taħt il-baħar u kif jista’ jiġi indirizzat is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat fl-ilmijiet tal-UE. Dan kien jinkludi test b’suċċess ta’ inizjattiva ġdida għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni - iftaħ tab ġdida. li tippermetti l-iskambji ta’ informazzjoni siguri u f’ħin reali bejn l-awtoritajiet marittimi tal-UE. Din l-inizjattiva saret operazzjonali f’Lulju. Il-Kummissjoni ffirmat - iftaħ tab ġdida. ftehimiet ta’ għotja b’valur ta’ €142 miljun għal 21 proġett bil-għan li jittejbu jew jiġu installati kejbils ewlenin ġodda tal-konnettività, inklużi kejbils sottomarini.
Kull sena, eluf ta’ persuni jisfaw vittmi tat-traffikar tal-bnedmin - iftaħ tab ġdida. fl-UE — kemm ċittadini kif ukoll persuni minn barra l-UE. L-UE u l-Istati Membri tagħha qed iżidu l-isforzi tagħhom għall-ġlieda kontra dan ir-reat serju. Bis-saħħa tal-azzjoni tagħhom, fl-2023 biss saru aktar minn 450 arrest u ġew sekwestrati €4.1 miljun. Id-Direttiva riveduta tal-UE Kontra t-Traffikar - iftaħ tab ġdida., li daħlet fis-seħħ f’Lulju, tintroduċi regoli aktar b’saħħithom għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin. Din tipprovdi għodod imsaħħa biex jgħinu lill-awtoritajiet pubbliċi jinvestigaw u jħarrku lir-reati ta’ traffikar, iżżid forom ġodda ta’ sfruttament ma’ dawk diġà koperti mil-liġijiet tal-UE kontra t-traffikar u tagħmel l-isfruttament sesswali mwettaq online ċirkustanza aggravanti. Tiżgura wkoll appoġġ aħjar għall-vittmi. L-Istati Membri għandhom sa sentejn biex jadattaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom.
Il-Grupp Fokali tal-Prosekuturi Speċjalizzati kontra t-Traffikar tal-Bnedmin - iftaħ tab ġdida. iltaqa’ f’Ġunju biex jiskambja fehmiet, esperjenzi u l-aħjar prattiki fl-investigazzjoni u fil-prosekuzzjoni ta’ każijiet kumplessi tat-traffikar tal-bnedmin. Il-laqgħat, organizzati mill-Koordinatur tal-UE Kontra t-Traffikar - iftaħ tab ġdida. u mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali - iftaħ tab ġdida., għandhom l-għan li jsaħħu l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’każijiet ta’ traffikar transfruntier tal-bnedmin u li jtejbu r-rispons tal-ġustizzja kriminali permezz ta’ aktar fehim ta’ dan ir-reat.
It-traffikar tad-droga huwa wieħed mit-theddidiet ewlenin għas-sigurtà interna tal-UE, bi kważi 40 % tal-organizzazzjonijiet kriminali bbażati fl-UE rrappurtaw li huma involuti esklussivament fil-kummerċ illegali tad-droga. F’Lulju, l-UE nediet l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drogi - iftaħ tab ġdida. biex tgħin ħalli jiġi indirizzat it-theddid tad-droga li qed jevolvi. L-aġenzija l-ġdida, li tibni fuq il-kisbiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, għandha setgħat akbar mill-predeċessur tagħha biex tiffaċċja l-isfidi attwali u futuri li jġibu magħhom id-drogi fl-UE. Il-ħidma tagħha se ttejjeb l-identifikazzjoni bikrija ta’ sustanzi perikolużi. Barra minn hekk, l-aġenzija se toħloq network ta’ laboratorji forensiċi bil-għan li jittejjeb ir-rispons tal-Ewropa għall-epidemiji ġodda tad-droga. Se tindirizza wkoll l-isfidi kumplessi tal-kriminalità marbuta mad-droga, l-impatti fuq is-saħħa u l-ispejjeż soċjali enfasizzati fir-Rapport Ewropew dwar id-Drogi 2024: Xejriet u żviluppi - iftaħ tab ġdida..
L-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali tal-UE għall-Ġlieda kontra t-Traffikar tad-Droga u l-Kriminalità Organizzata - iftaħ tab ġdida. wasslet għal diversi inizjattivi li qed jgħinu biex jiġu mfixkla n-networks kriminali. Pereżempju, f’Jannar tnediet is-Sħubija Pubblika Privata tal-Alleanza tal-Portijiet Ewropej - iftaħ tab ġdida. biex tipproteġi l-portijiet mit-traffikar tad-droga u mill-infiltrazzjoni kriminali bil-għan li jittejbu l-ġestjoni tar-riskju, l-infurzar tal-liġi, u l-kollaborazzjoni bejn is-setturi pubbliċi u privati.
Barra minn hekk, in-Network Ġudizzjarju Ewropew fil-qasam tal-Kriminalità Organizzata - iftaħ tab ġdida., appoġġat mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali, inħoloq biex itejjeb l-iskambju ta’ informazzjoni u l-prattiki tajba fost il-prosekuturi.
L-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fl-UE kollha jaħdmu flimkien għall-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga u l-kriminalità organizzata permezz tal-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali - iftaħ tab ġdida.. Fl-2023, l-Istati Membri, appoġġati permezz tal-inizjattiva mill-Kummissjoni u mill-aġenziji tal-UE, għamlu aktar minn 13,800 arrest u sekwestru b’valur ta’ kważi €800 miljun, inklużi 197 tunnellata ta’ drogi.
Il-miżuri tal-irkupru tal-assi jippermettu lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jikxfu u jżarmaw networks ta’ organizzazzjonijiet kriminali fl-UE u lil hinn minnha. Liġi ġdida - iftaħ tab ġdida. adottata fl-2024 għandha l-għan li tiżgura li l-kriminali ma jkunux jistgħu jżommu l-qligħ illeċitu. Is-sett komprensiv ta’ regoli jindirizza l-irkupru tal-assi mill-bidu sal-aħħar tal-proċess — mit-traċċar, l-identifikazzjoni, l-iffriżar u l-ġestjoni tal-assi sal-konfiska u d-disponiment finali tagħhom. Sadanittant, f’Lulju daħlu fis-seħħ regoli ġodda - iftaħ tab ġdida. li se jipprovdu lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi aċċess aktar malajr għall-informazzjoni finanzjarja. Dawn se jgħinu lill-awtoritajiet iwettqu investigazzjonijiet finanzjarji billi jippermettulhom jidentifikaw jekk persuna suspettata għandhiex kontijiet bankarji fi Stati Membri oħra.
B’żieda fir-reati transfruntiera, l-UE qed tiffaċċja dejjem aktar sitwazzjonijiet fejn diversi Stati Membri jkollhom il-ġuriżdizzjoni li jipprosekwixxu l-istess każ. Biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-prosekuzzjonijiet multipli, bħala parti mill-istrateġija tal-UE għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, fl-2024 ġew adottati regoli ġodda - iftaħ tab ġdida. li jistabbilixxu qafas legali għat-trasferiment tal-proċedimenti kriminali minn Stat Membru għal ieħor.
Ir-radikalizzazzjoni li twassal għall-estremiżmu vjolenti u t-terroriżmu hija ta’ tħassib fl-Istati Membri u lil hinn minnhom. F’Ġunju, il-Kummissjoni nediet iċ-Ċentru ta’ Għarfien tal-UE dwar il-Prevenzjoni tar-Radikalizzazzjoni - iftaħ tab ġdida., pjattaforma ta’ networking għall-kollaborazzjoni transfruntiera, għar-rakkomandazzjonijiet ta’ politika u għall-għodod ta’ prevenzjoni.
Il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni - iftaħ tab ġdida. tinkludi t-tneħħija ta’ kontenut terroristiku online - iftaħ tab ġdida.. Rapport - iftaħ tab ġdida. dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Kontenut Terroristiku Online juri - iftaħ tab ġdida. li dan kien effettiv biex jitneħħa l-kontenut estremist. Mid-dħul fis-seħħ tar-regolament f’Ġunju 2022, inħarġu aktar minn 1,200 ordni ta’ tneħħija. Ir-Regolament jobbliga lill-fornituri tas-servizzi jneħħu kontenut terroristiku malajr kemm jista’ jkun, u fi kwalunkwe każ fi żmien siegħa minn meta jirċievu ordni ta’ tneħħija minn awtorità nazzjonali kompetenti.
Fl-2024 ġew adottati regoli ġodda - iftaħ tab ġdida. li jistabbilixxu l-fond minimu għall-immarkar fuq l-armi tan-nar. Dan se jtejjeb it-traċċabbiltà tal-armi tan-nar fl-UE kollha, jgħin fl-investigazzjonijiet u jippromwovi kummerċ sikur. F’Marzu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea qablu - iftaħ tab ġdida. dwar regoli ġodda u aktar b’saħħithom għall-importazzjoni, għall-esportazzjoni u għat-tranżitu tal-armi tan-nar ċivili. Din l-inizjattiva tintroduċi proċeduri armonizzati u liċenzjar diġitali, ittejjeb it-traċċabbiltà u tfixkel il-kriminalità organizzata.
F’Mejju 2024, l-UE adottat formalment 10 biċċiet ta’ leġiżlazzjoni li flimkien jiffurmaw il-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil - iftaħ tab ġdida.. Dan is-sett ta’ regoli ġodda jibni fuq proposti ta’ riforma preċedenti u jemendahom, filwaqt li joffri approċċ komprensiv li għandu l-għan li jsaħħaħ u jintegra l-politiki ewlenin tal-UE dwar il-migrazzjoni, l-ażil, il-ġestjoni tal-fruntieri u l-integrazzjoni.
Għall-ewwel darba, l-UE se jkollha fis-seħħ mekkaniżmu ta’ solidarjetà obbligatorju permanenti, li jfisser li l-ebda Stat Membru li jkun qed jiffaċċja pressjoni migratorja f’daqqa mhu se jitħalla jimmaniġġja s-sitwazzjoni waħdu. Il-migrazzjoni hija parti integrali mill-approfondiment tar-relazzjonijiet tal-UE mas-sħab fid-dinja kollha, peress li taħdem magħhom biex jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari, tiġi miġġielda l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-traffikar tal-bnedmin, u jiġu promossi perkorsi legali lejn l-UE.
Wara d-dħul fis-seħħ tar-regoli l-ġodda f’Ġunju, l-Istati Membri għandhom sa nofs l-2026 biex jistabbilixxu l-qafas il-ġdid. Biex tappoġġa lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-patt, il-Kummissjoni ppreżentat pjan ta’ implimentazzjoni komuni - iftaħ tab ġdida. li jindika l-istadji importanti għall-miżuri tal-UE u dawk nazzjonali biex il-patt isir realtà matul is-sentejn li ġejjin. Abbażi ta’ dan, l-Istati Membri ħejjew pjanijiet ta’ implimentazzjoni nazzjonali, li kellhom jiġu ppreżentati sat-12 ta’ Diċembru.
Disa’ Stati Membri rċevew pariri tekniċi mfassla apposta - iftaħ tab ġdida. biex jgħinu fl-iżvilupp tal-pjanijiet ta’ implimentazzjoni nazzjonali tagħhom għall-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil. L-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku - iftaħ tab ġdida., li jgħin lill-Istati Membri jfasslu u jimplimentaw ir-riformi, ipprovda appoġġ u gwida fl-oqsma ewlenin relatati mal-leġiżlazzjoni l-ġdida, bħall-proċessi operazzjonali, l-għażliet ta’ politika u l-użu strateġiku tal-fondi tal-UE. Il-proġett ewlieni se jkompli jappoġġa - iftaħ tab ġdida. lill-Istati Membri fl-2025.
Filwaqt li s-sett sħiħ ta’ riformi dwar il-migrazzjoni u l-ażil jipprovdi soluzzjoni sostenibbli fit-tul, intużaw ukoll miżuri operazzjonali konkreti fuq il-post biex jiġu indirizzati l-isfidi immedjati u kontinwi. L-UE nediet erba’ pjanijiet ta’ azzjoni - iftaħ tab ġdida. ffukati fuq rotot migratorji speċifiċi, jiġifieri r-rotot tal-Mediterran tal-Lvant, tal-Mediterran tal-Punent u tal-Atlantiku, tal-Balkani tal-Punent u tal-Mediterran Ċentrali, flimkien ma’ pjan f’10 punti għall-gżira Taljana ta’ Lampedusa. Dawn l-inizjattivi jistabbilixxu miżuri konkreti, inkluż appoġġ finanzjarju għall-Istati Membri u miżuri biex tissaħħaħ il-ġestjoni tal-fruntieri.
Mill-2022 ’l hawn, il-Mekkaniżmu ta’ Solidarjetà Volontarja - iftaħ tab ġdida., li jappoġġa lil dawk l-Istati Membri l-aktar affettwati mill-pressjoni migratorja, irriloka aktar minn 5,000 applikant għall-ażil - iftaħ tab ġdida. lejn pajjiżi Ewropej oħra. Dan ġie stabbilit bħala pass gradwali lejn mekkaniżmu ta’ rilokazzjoni permanenti fost l-Istati Membri. Skont il-qafas il-ġdid ta’ solidarjetà, minn nofs l-2026, l-Istati Membri kontribwenti jistgħu jagħżlu r-rilokazzjoni bħala waħda mill-miżuri ta’ solidarjetà. Huma jistgħu jipprovdu wkoll kontribuzzjonijiet finanzjarji jew miżuri alternattivi ta’ solidarjetà (jiġifieri appoġġ għall-persunal u assistenza mhux finanzjarja).
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi - iftaħ tab ġdida. tistma li aktar minn 90 % tal-migranti irregolari jaslu fl-UE bl-assistenza tal-kuntrabandisti. In-networks ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti huma marbuta mill-qrib ma’ forom oħra ta’ kriminalità serja u organizzata, inkluż it-terroriżmu, it-traffikar tal-bnedmin u l-ħasil tal-flus, u dawn iżidu l-urġenza għal azzjoni u kooperazzjoni ma’ sħab internazzjonali.
Bħalissa għaddejjin negozjati dwar sett ta’ inizjattivi proposti fl-2023 biex jiġi aġġornat il-qafas legali tal-UE ta’ 20 sena - iftaħ tab ġdida. għall-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u jissaħħu r-regoli dwar il-kooperazzjoni tal-pulizija - iftaħ tab ġdida. bil-għan li jiġu armonizzati l-pieni għall-kuntrabandisti, tingħata spinta lir-riżorsi u jittejjeb il-ġbir tad-data. Barra minn hekk, l-Alleanza Globali għall-Ġlieda Kontra l-Faċilitazzjoni ta’ Dħul Klandestin ta’ Migranti - Fajl PDF, iftaħ tab ġdida., li tnediet fl-2023, qed issaħħaħ il-kooperazzjoni mal-pajjiżi sħab għall-prevenzjoni, ir-rispons, il-protezzjoni u l-alternattivi għall-migrazzjoni irregolari.
L-UE nediet għadd ta’ inizjattivi għall-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, inklużi proġetti ta’ sħubija operazzjonali komuni - iftaħ tab ġdida., li jlaqqgħu flimkien l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji, iżidu s-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji tal-migrazzjoni irregolari u joffru informazzjoni dwar alternattivi ta’ migrazzjoni legali. Fil-Mediterran Ċentrali, il-Grupp ta’ Kuntatt Ewropew dwar it-Tiftix u s-Salvataġġ fl-Italja nieda proġett pilota biex itejjeb is-sensibilizzazzjoni.
Dawn l-aħħar snin urew li sfidi sinifikanti relatati mal-migrazzjoni irregolari u mas-sigurtà jistgħu jirriżultaw mill-vjaġġar mingħajr viża lejn l-UE. L-iskemi taċ-ċittadinanza b’investiment, operati mill-pajjiżi mingħajr viża barra mill-UE li jimmiraw li jattiraw l-investiment billi jagħtu lill-investituri ċ-ċittadinanza jew id-drittijiet ta’ residenza fil-pajjiż ikkonċernat, jippreżentaw sfida bħal din. F’Mejju, il-Kummissjoni pproponiet - iftaħ tab ġdida. li tintroduċi mill-ġdid b’mod permanenti r-rekwiżit tal-viża għaċ-ċittadini ta’ Vanuatu wara li vvalutat li l-iskemi taċ-ċittadinanza b’investiment tal-pajjiż kienu jirrappreżentaw riskju għas-sigurtà tal-UE u tal-Istati Membri tagħha.
Sistema ta’ migrazzjoni li tiffunzjona jeħtieġ li tipprevedi r-ritorn effettiv ta’ dawk li ma għandhom l-ebda dritt legali li jibqgħu fl-UE. Bis-saħħa tal-Pjan Direzzjonali għar-Ritorn - iftaħ tab ġdida. u bl-appoġġ mill-Koordinatur għar-Ritorni - iftaħ tab ġdida., għaddejja azzjoni biex tgħin lill-Istati Membri jħaffu dan il-proċess u jiffaċilitaw ir-riintegrazzjoni tal-persuni ripatrijati. Użu aktar frekwenti tar-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ta’ ritorn, flimkien ma’ aktar appoġġ mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta - iftaħ tab ġdida., se jgħin biex jitħaffef il-proċess. Fil-qafas tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni - iftaħ tab ġdida., sar disponibbli finanzjament b’valur ta’ €25 miljun biex jgħin lill-Istati Membri fil-programmi ta’ ritorn volontarju tagħhom.
Ir-Regolament dwar Qafas ta’ Risistemazzjoni tal-Unjoni - iftaħ tab ġdida., li daħal fis-seħħ f’Ġunju bħala parti mill-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, jistabbilixxi qafas permanenti biex jissaħħu l-perkorsi sikuri u legali lejn l-UE għal dawk li jkunu jeħtieġu protezzjoni internazzjonali. Dan se jipprovdi proċedura unifikata għall-operazzjonijiet ta’ risistemazzjoni u ta’ ammissjoni umanitarja bbażata fuq pjan ta’ sentejn, li se jistabbilixxi l-għadd ta’ refuġjati li għandhom jiġu ammessi fl-UE. Kumitat ta’ Livell Għoli għar-Risistemazzjoni u l-Ammissjoni Umanitarja - iftaħ tab ġdida. li għadu kif ġie ffurmat, se jappoġġa lill-Kummissjoni biex is-sistema l-ġdida tkun tista’ taħdem.
Mill-2015 ’l hawn, l-iskemi ta’ risistemazzjoni sponsorjati mill-UE, li jinvolvu għadd sinifikanti ta’ Stati Membri, għenu lil aktar minn 128,000 persuna l-aktar vulnerabbli fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali jsibu kenn fl-UE. Għall-perjodu bejn l-2024 u l-2025, 14-il Stat Membru wiegħdu - Fajl PDF, iftaħ tab ġdida. aktar minn 61,000 post għar-refuġjati fil-qafas ta’ din l-iskema.
Minbarra l-politiki li jgħinu lil dawk fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali, politiki dwar il-migrazzjoni ġestiti tajjeb li jipprovdu alternattivi legali għan-nies biex jiġu fl-UE jagħtu spinta lill-ekonomija u jsaħħu l-kooperazzjoni mas-sħab internazzjonali. Kull sena, bejn 3 miljun u 3.5 miljun ċittadin mhux tal-UE jiġu jgħixu legalment fl-UE, l-aktar għax-xogħol. Dawn jgħinu biex iwieġbu għall-ħtiġijiet fis-suq tax-xogħol tal-UE li ma jiġux issodisfati bis-sħiħ mill-ħaddiema tal-UE. Iċ-ċittadini mhux tal-UE impjegati fl-UE qed jimlew dejjem aktar lakuni importanti fl-impjiegi li huma affettwati b’mod persistenti minn nuqqas ta’ ħaddiema.
Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar in-Nuqqas ta’ Ħaddiema u ta’ Ħiliet fl-UE - iftaħ tab ġdida. tal-Kummissjoni (ara l-Kapitolu 6) afferma mill-ġdid l-importanza ta’ miżuri dwar l-attrazzjoni tat-talenti, filwaqt li stabbilixxa l-prijoritajiet f’dan il-qasam. Bħala parti mill-isforzi biex jiġu attirati l-ħiliet u t-talenti, f’April ġiet adottata reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Permess Uniku - iftaħ tab ġdida.. Id-Direttiva tistabbilixxi proċedura ta’ applikazzjoni simplifikata u permess uniku wieħed għad-dritt ta’ ċittadini mhux tal-UE li jaħdmu u jibqgħu fl-UE. Ir-regoli l-ġodda jiggarantixxu protezzjoni u trattament ġust u ugwali għall-ħaddiema mhux tal-UE. Il-permess mhux se jkun marbut ma’ impjegatur wieħed biss. Dan ifisser li l-ħaddiema mhux tal-UE se jkunu jistgħu jibdlu l-impjieg, u b’hekk jingħataw aktar flessibbiltà biex jaħdmu u jgħixu fl-UE matul il-perjodu tal-validità tal-permess.
L-UE kompliet bil-ħidma tagħha biex is-sħubijiet ta’ talent li diġà tnedew mal-Eġittu, mal-Marokk u mat-Tuneżija jaħdmu b’mod effettiv. Barra minn hekk, l-UE nediet programmi ġodda mal-Bangladesh - iftaħ tab ġdida. u mal-Pakistan - iftaħ tab ġdida. bħala parti mill-impenn usa’ tagħha ma’ dawn il-pajjiżi fil-qasam tal-ġestjoni tal-migrazzjoni. L-inizjattiva ssaħħaħ il-perkorsi legali lejn l-UE billi tappoġġa l-mobbiltà internazzjonali tal-forza tax-xogħol għall-ħaddiema tas-sengħa permezz ta’ adattament aħjar għas-suq tax-xogħol.
Iż-żona Schengen saret l-akbar żona ta’ vjaġġar ħieles fid-dinja. Permezz tal-isħubija tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-2024, din kibret biex tkopri żona ta’ 4.5 miljun kilometru kwadru, b’popolazzjoni ta’ 458 miljun persuna. Filwaqt li ġie rikonoxxut il-kontribut ta’ dawn iż-żewġ Stati Membri għall-funzjonament taż-żona Schengen, il-kontrolli fil-fruntieri tal-ajru u tal-baħar tneħħew fil-31 ta’ Marzu. F’Diċembru, l-Istati Membri qablu unanimament - iftaħ tab ġdida. li jneħħu l-kontrolli fil-fruntieri interni fuq l-art taż-żewġ pajjiżi mill-1 ta’ Jannar 2025, u b’hekk ikkompletaw id-dħul sħiħ tagħhom fiż-żona Schengen.
Il-ġestjoni effettiva tal-fruntieri esterni tal-UE hija element fundamentali biex ikollna żona Schengen mingħajr verifiki fil-fruntieri interni. Il-Bulgarija u r-Rumanija saħħew il-kooperazzjoni dwar il-ġestjoni tal-fruntieri - iftaħ tab ġdida. biex jgħinu fl-adeżjoni tagħhom maż-żona Schengen. Dawn iż-żewġ Stati Membri se jikkontribwixxu aktar għall-isforzi konġunti Ewropej biex jiġu indirizzati l-isfidi migratorji u s-sigurtà tal-UE fil-fruntieri esterni permezz ta’ oqfsa ta’ kooperazzjoni individwali.
Fl-2024, l-UE rrevediet il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen - iftaħ tab ġdida. biex issaħħaħ il-governanza taż-żona Schengen u tgħammar aħjar lill-Istati Membri biex jindirizzaw l-isfidi fil-fruntieri esterni tal-UE u t-theddid transfruntier għas-saħħa u s-sigurtà. Ir-regoli riveduti jagħmlu l-kontrolli fil-fruntieri interni miżura tal-aħħar għażla, jippromwovu alternattivi u jintroduċu mekkaniżmu ta’ trasferiment għal movimenti irregolari. Dawn jindirizzaw l-istrumentalizzazzjoni tal-migranti fil-fruntieri esterni tal-UE billi joffru lill-Istati Membri l-possibbiltà li jillimitaw l-għadd ta’ punti ta’ qsim tal-fruntieri jew li jnaqqsu l-ħinijiet tal-ftuħ tagħhom. Ir-regoli jippermettu wkoll miżuri msaħħa ta’ sorveljanza tal-fruntieri. Il-Kummissjoni żiedet ukoll l-appoġġ - iftaħ tab ġdida. biex l-Istati Membri jiġġieldu t-theddid ibridu mill-użu tal-migrazzjoni bħala arma mir-Russja u l-Belarussja u jsaħħu s-sigurtà fil-fruntieri esterni tal-UE.
L-aħħar Rapport dwar l-Istat ta’ Schengen - iftaħ tab ġdida. ivvaluta l-iżviluppi matul is-sena preċedenti u stabbilixxa l-prijoritajiet ewlenin għall-2024 u l-2025. Ir-rapport żvela li fl-2023 inħarġu aktar minn 10 miljun viża ta’ Schengen u li aktar minn nofs biljun passiġġier żaru ż-żona Schengen, li jammonta għal 92 % tal-livelli tal-2019 (ta’ qabel il-COVID-19). Dan ikkontribwixxa b’mod sinifikanti għall-ekonomija tal-UE, peress li t-turiżmu jipprovdi kważi 10 % tal-prodott domestiku gross tal-UE u jipprovdi impjiegi lil madwar 22.6 miljun persuna.
63 % tan-nies fl-UE jqisu t-tisħiħ tal-kooperazzjoni fiż-żona Schengen bħala l-prijorità ewlenija għall-UE sal-2030.
33 % tan-negozji jgħidu li ż-żona Schengen tnaqqas il-kostijiet minħabba n-nuqqas ta’ kontrolli fil-fruntieri interni.
83 % tal-kumpaniji jaqblu li ż-żona Schengen hija tajba għan-negozju u 81 % jagħrfuha bħala waħda mill-akbar kisbiet tal-UE.
Sorsi: il-Kummissjoni Ewropea, Ewrobarometru Speċjali 549 - iftaħ tab ġdida., Ottubru 2024; il-Kummissjoni Ewropea, Ewrobarometru Flash 542 - iftaħ tab ġdida., Ottubru 2024.
B’mod konkret, is-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ - iftaħ tab ġdida. hija sistema awtomatizzata tal-IT li se tirreġistra ċ-ċittadini mhux tal-UE, li jivvjaġġaw għal soġġorn qasir, kull darba li jaqsmu l-fruntieri esterni ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tal-UE jew tal-pajjiżi assoċjati ma’ Schengen. Din se tissostitwixxi l-ittimbrar manwali tal-passaporti b’reġistrazzjoni diġitali. Se tgħin biex jiġu identifikati dawk li jibqgħu fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn, tiġi żgurata l-kondiviżjoni tal-informazzjoni f’ħin reali u tittejjeb is-sigurtà billi tiġi evitata l-frodi tal-identità. Se tippermetti wkoll li l-kontrolli fil-fruntieri jiġu awtomatizzati, li progressivament jiġu aċċellerati l-verifiki fil-fruntieri esterni, li jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar u li tittejjeb l-esperjenza tal-ivvjaġġar. Is-sistema hija pass ewlieni biex jinkiseb kontroll diġitalizzat tal-fruntieri Ewropej, u biex tkompli tissaħħaħ l-istrateġija tal-UE għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri. F’Diċembru, il-Kummissjoni ppreżentat proposta - iftaħ tab ġdida. biex progressivament tibda titħaddem is-sistema ta’ Dħul/Ħruġ. Ladarba din tiġi approvata u tkun ġiet stabbilita data tal-bidu, l-Istati Membri se jkollhom 6 xhur biex ivaraw is-sistema.
Din is-sistema l-ġdida se twitti wkoll it-triq għas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar - iftaħ tab ġdida., li dalwaqt se tissimplifika l-ivvjaġġar għal miljuni ta’ viżitaturi minn barra l-UE. Ladarba tibda titħaddem, il-vjaġġaturi li ma jkollhomx bżonn viża biex jidħlu fi 30 pajjiż Ewropew - iftaħ tab ġdida. se jkollhom japplikaw għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar permezz ta’ din is-sistema. Din l-awtorizzazzjoni hija marbuta ma’ passaport ta’ vjaġġatur, u se tkun valida sa 3 snin jew sakemm jiskadi l-passaport, skont liema sseħħ l-ewwel.
Inizjattiva ġdida biex jiġu diġitalizzati l-passaporti u l-karti tal-identità għandha l-għan li tagħmel l-ivvjaġġar fl-UE aktar rapidu u bla xkiel kemm għaċ-ċittadini tal-UE kif ukoll għal dawk mhux tal-UE. F’Ottubru, il-Kummissjoni ppreżentat proposti - iftaħ tab ġdida. għal qafas komuni għall-użu ta’ kredenzjali tal-ivvjaġġar diġitali u applikazzjoni ġdida tal-Ivvjaġġar Diġitali tal-UE li fuqha jistgħu jinħażnu.
L-aħħar 5 snin kienu kkaratterizzati minn sensiela ta’ sfidi bla preċedent li kellhom, u għad għandhom, impatti profondi fuq is-saħħa tan-nies fl-UE u lil hinn minnha. Dawn l-avvenimenti wrew li l-politika tas-saħħa tal-UE ma tistax tibqa’ bil-limiti li kellha qabel il-pandemija u li huwa kruċjali li tittieħed azzjoni konġunta fil-livell tal-UE għall-benesseri tas-soċjetà tal-Ewropa. Illum, fil-qafas ta’ Unjoni Ewropea tas-Saħħa - iftaħ tab ġdida. aktar b’saħħitha, l-Istati Membri kollha qed jaħdmu flimkien, fejn tkun meħtieġa azzjoni Ewropea konġunta, biex iħejju għall-kriżijiet tas-saħħa u jirrispondu għalihom. Qed jiżguraw ukoll li l-provvisti mediċi jkunu disponibbli u affordabbli u jtejbu l-prevenzjoni ta’ mard bħall-kanċer, it-trattament tiegħu u l-kura ta’ wara.
Wara 3 snin mill-adozzjoni tiegħu, il-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer - iftaħ tab ġdida. diġà qed iħalli impatt pożittiv fuq il-ħajja ta’ ħafna nies billi jsawwar perkors lejn titjib fil-prevenzjoni, fid-detezzjoni bikrija, fit-trattament u fil-kura kif ukoll fil-kwalità tal-ħajja tal-pazjenti u s-superstiti tal-kanċer.
Waħda mill-inizjattivi ewlenin tal-UE dwar il-kanċer għandha l-għan li tindirizza l-kanċers li jistgħu jiġu evitati bit-tilqim, jiġifieri dawk ikkawżati mill-papillomaviruses umani (HPV, Human Papillomaviruses) u l-virus tal-epatite B (HBV, hepatitis B virus). B’mod speċifiku, il-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer jappella biex titlaqqam mill-inqas 90 % tal-popolazzjoni fil-mira tal-bniet tal-UE u biex tiżdied b’mod sinifikanti r-rata tat-tilqim fost is-subien. Barra minn hekk, il-miżuri għandhom itejbu l-aċċess u jżidu t-teħid tat-tilqim kontra l-HBV għall-prevenzjoni tal-kanċer tal-fwied. Madankollu, ir-rati ta’ kopertura jvarjaw b’mod sinifikanti fl-UE. Bħalissa, f’bosta Stati Membri, il-kopertura tat-tilqim kontra l-HPV għall-bniet hija ferm inqas minn 50 %, u fil-każ tas-subien u l-adulti żgħażagħ id-data disponibbli hija limitata. Hemm ukoll nuqqas sinifikanti ta’ data dwar ir-rati tat-tilqim kontra l-HBV.
Ġie rrakkomandat - iftaħ tab ġdida. li l-Istati Membri jagħtu spinta biex jitlaqqmu aktar nies, itejbu l-monitoraġġ tar-rati tat-tilqim u jiġġieldu l-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni. L-Istati Membri huma mħeġġa wkoll jiżguraw li l-vaċċini jkunu mingħajr ħlas u faċilment aċċessibbli, u jsaħħu l-isforzi biex jintlaħqu l-miri tad-WHO għall-2030 għall-Ewropa.
It-tabakk huwa fattur ta’ riskju ewlieni għall-kanċer, b’aktar minn kwart tal-imwiet mill-kanċer attribwiti għat-tipjip fl-UE, fl-Iżlanda u fin-Norveġja. Fl-2024, l-UE ħadet azzjoni biex tipproteġi aħjar lin-nies, speċjalment lit-tfal, mid-duħħan ta’ ħaddieħor u anki mill-aerosols u biex tilħaq l-għan tal-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer li toħloq ġenerazzjoni ħielsa mit-tabakk sal-2040, b’inqas minn 5 % tal-popolazzjoni li tuża prodotti tat-tabakk. F’Diċembru ġiet adottata Rakkomandazzjoni riveduta - iftaħ tab ġdida. lill-Istati Membri li għandha l-għan li testendi l-politiki ta’ ambjent ħieles mit-tipjip għal żoni ewlenin fuq barra, bħal postijiet tal-logħob pubbliċi, bini pubbliku, waqfiet tat-trasport u żoni barra l-bini tal-kura tas-saħħa u tal-edukazzjoni.
Minkejja r-rwol kruċjali tagħha fit-titjib tal-kwalità tal-ħajja, il-kura palljativa spiss tkun imdawra bi stigma u nuqqas ta’ fehim. Il-Konferenza dwar il-Kura Palljattiva Innovattiva għan-Nies bil-Kanċer f’Ottubru kellha l-għan li tindirizza dawn il-kwistjonijiet billi tinforma liċ-ċittadini u lil dawk li jfasslu l-politika dwar il-ħtieġa għal kura palljattiva xierqa madwar l-Ewropa.
F’dinja kumplessa l-ħin kollu tinbidel, il-benessri mentali tan-nies għaddej minn pressjoni sinifikanti. L-approċċ komprensiv tal-UE għas-saħħa mentali, adottat f’Ġunju 2023, stabbilixxa 20 inizjattiva emblematika u opportunitajiet ta’ finanzjament fil-livell tal-UE b’valur ta’ €1.23 biljun biex is-sħab kollha jingħaqdu flimkien quddiem din l-isfida li qiegħda dejjem tikber. Mit-tnedija tal-approċċ komprensiv sar progress sinifikanti fl-azzjoni konġunta dwar is-saħħa mentali fl-Istati Membri kollha biex tiġi promossa saħħa mentali tajba u jiġu appoġġati dawk l-aktar vulnerabbli.
Il-proġett Saħħa Mentali Flimkien - Fajl PDF, iftaħ tab ġdida.: kooperazzjoni bejn l-Istati Membri għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-approċċ komprensiv għas-saħħa mentali.
L-iżvilupp ta’ sett ta’ għodod ta’ prevenzjoni għat-tfal flimkien mal-UNICEF, li jindirizza d-determinanti prinċipali tas-saħħa u r-rabtiet bejn is-saħħa mentali u dik fiżika.
Repożitorju tal-aħjar prattiki u dawk l-aktar promettenti dwar il-promozzjoni, il-prevenzjoni, id-detezzjoni bikrija u l-interventi fuq il-Portal tal-Aħjar Prattiki tal-UE - iftaħ tab ġdida..
Il-kampanja “Postijiet tax-Xogħol Ħielsa mill-Periklu” mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol - iftaħ tab ġdida. dwar l-impatt ta’ teknoloġiji diġitali ġodda.
Proġett tal-Alleanza Ewropea Kontra d-Dipressjoni - iftaħ tab ġdida. li jimplimenta l-aħjar prattiki dwar il-prevenzjoni tas-suwiċidju.
Proġett iffinanzjat mill-UE flimkien mal-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet tas-Salib l-Aħmar u n-Nofs Qamar l-Aħmar - iftaħ tab ġdida. biex tingħata l-ewwel għajnuna psikoloġika lill-persuni spostati u affettwati mill-Ukrajna.
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni - iftaħ tab ġdida. dwar is-sistemi integrati għall-protezzjoni tat-tfal u d-Direttiva riveduta dwar id-Drittijiet tal-Vittmi.
€14.5 miljun għal proġetti - iftaħ tab ġdida. implimentati mill-partijiet ikkonċernati, inkluż erba’ mmirati lejn ir-refuġjati Ukreni - iftaħ tab ġdida. (Well-U, Peace of Mind, MESUR u U-Rise), wieħed dwar il-protezzjoni tat-tfal fil-Portugall (Let’s Talk about Children - iftaħ tab ġdida.) u wieħed dwar it-tfal vulnerabbli fil-Finlandja (Icehearts - iftaħ tab ġdida.).
Pjattaforma ta’ appoġġ għas-saħħa mentali tat-tfal u ż-żgħażagħ li fiequ mill-kanċer.
Spazji diġitali u online aktar sikuri permezz tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali u l-Istrateġija għal Internet Aħjar għat-Tfal.
Is-saħħa mentali fost it-tfal u ż-żgħażagħ hija ta’ tħassib dejjem akbar fl-Ewropa. It-tnaqqis fil-benesseri tat-tfal u tal-adolexxenti, attribwit għal diversi fatturi inklużi l-pressjoni skolastika u l-media soċjali, jenfasizza l-ħtieġa urġenti għal approċċ ta’ sistema sħiħa u approċċ skolastiku integrat għas-saħħa mentali. Ġie prodott sett ta’ linji gwida - iftaħ tab ġdida. għal dawk li jfasslu l-politika u l-edukaturi, li jinkludu 11-il rakkomandazzjoni u eżempji ta’ prattika tajba. L-inizjattiva hija parti mill-isforzi biex tiġi promossa bidla sistemika biex jiġu indirizzati s-saħħa u l-benesseri mentali fl-iskejjel u jinbnew ambjenti ta’ apprendiment pożittivi. Sensiela ta’ skedi informattivi - iftaħ tab ġdida. b’suġġerimenti prattiċi u links għar-riżorsi jikkomplementaw il-linji gwida.
Sors: Il-Kummissjoni Ewropea, Wellbeing and Mental Health at School — Guidelines for education policymakers - iftaħ tab ġdida., 2024.
Il-proġett dwar il-Benessri tat-Tfal u taż-Żgħażagħ u s-Saħħa Mentali l-Ewwel - iftaħ tab ġdida. għandu l-għan li jtejjeb l-għoti ta’ appoġġ għas-saħħa mentali, il-benesseri u l-appoġġ psikosoċjali għat-tfal u ż-żgħażagħ fi Spanja, fl-Italja, f’Ċipru u fis-Slovenja. Il-proġett se jappoġġa lill-erba’ Stati Membri fit-twettiq ta’ riformi li jtejbu l-aċċess għall-kura tas-saħħa mentali u s-servizzi għat-tfal u ż-żgħażagħ. Appoġġat mill-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku tal-UE, il-proġett jipprovdi għarfien espert tekniku lill-awtoritajiet nazzjonali. L-istrument appoġġa - iftaħ tab ġdida. wkoll 13-il Stat Membru b’riformi mmirati lejn is-saħħa mentali u l-benesseri taż-żgħażagħ, prijorità identifikata matul is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ fl-2022. Dan jinkludi proġetti li jippromwovu l-benesseri, speċjalment fl-iskejjel - iftaħ tab ġdida., u l-prevenzjoni tad-dipendenzi, inkluż l-użu ta’ sustanzi u l-logħob u l-logħob tal-azzard online.
Il-Programm Ewropew għall-Iskambji tas-Saħħa Mentali, Networking u Ħiliet - iftaħ tab ġdida. ta’ €9 miljun, imniedi fl-2024, se joffri taħriġ multidixxiplinari dwar is-saħħa mentali għall-kura tas-saħħa u professjonisti oħra, bħall-għalliema, il-ħaddiema soċjali u dawk li jaħdmu fil-ħabsijiet u fiċ-ċentri ta’ detenzjoni tal-minorenni. Madwar 120 professjonist minn 30 pajjiż, inkluż l-Ukrajna, se jitħarrġu biex jappoġġaw approċċ komprensiv għas-saħħa mentali. L-UE qed tagħmel disponibbli €10 miljun oħra biex tiġi appoġġata s-saħħa mentali ta’ gruppi vulnerabbli, bħat-tfal u r-refuġjati.
Ir-riforma tal-leġiżlazzjoni farmaċewtika tal-UE - iftaħ tab ġdida., li ġiet proposta fl-2023 - iftaħ tab ġdida., għandha l-għan li tiżgura aċċess ugwali għall-mediċini għall-pazjenti kollha u qafas regolatorju farmaċewtiku kompetittiv u li jiffavorixxi l-innovazzjoni. Fl-2024, komplew jimxu ’l quddiem in-negozjati dwar il-proposti leġiżlattivi ewlenin li se jirfdu l-akbar tiġdid tal-leġiżlazzjoni farmaċewtika tal-UE f’20 sena.
L-Alleanza tal-Mediċini Kritiċi - iftaħ tab ġdida., imnedija f’April 2024, tlaqqa’ flimkien l-atturi pubbliċi u privati mis-settur tas-saħħa Ewropew biex jipproponu rakkomandazzjonijiet ħalli tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista u jissaħħu l-ktajjen tal-provvista globali tal-mediċini kritiċi. L-Alleanza se teżamina l-modi kif ittaffi r-riskji strutturali, u ssaħħaħ il-provvista billi tħeġġeġ id-diversifikazzjoni u billi timmodernizza u tagħti spinta lill-kapaċità tal-manifattura fil-livell tal-UE, fejn meħtieġ. Il-ħidma tagħha se tikkontribwixxi wkoll għal inizjattiva leġiżlattiva futura għal Att tal-UE dwar il-Mediċini Kritiċi fil-futur.
Ir-reviżjoni proposta tar-regoli attwali li jistabbilixxu l-proċeduri għal bidliet fl-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-mediċini għandha l-għan li tagħmel il-ġestjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-mediċini aktar effiċjenti. Ir-rieżami se jiffaċilita l-ipproċessar aktar rapidu tal-varjazzjonijiet, u se jkun ta’ benefiċċju kemm għad-detenturi tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni kif ukoll għall-awtoritajiet regolatorji.
F’Mejju ġew introdotti miżuri ġodda - iftaħ tab ġdida. biex tittejjeb id-disponibbiltà ta’ apparati mediċi dijanjostiċi li jvarjaw minn testijiet tat-tqala u tal-COVID-19 għal testijiet tal-glukożju fid-demm għad-dijabetiċi. Il-miżuri jagħtu aktar żmien lill-kumpaniji biex jagħmlu tranżizzjoni lejn ir-regoli ġodda - iftaħ tab ġdida. dwar l-apparati dijanjostiċi. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet il-ġodda introduċew ukoll obbligu fuq il-manifatturi tal-apparati mediċi kollha biex jinfurmaw lill-awtoritajiet nazzjonali u lis-settur tas-saħħa fil-każ ta’ tfixkil fil-provvista ta’ ċerti apparati u biex jippermettu l-introduzzjoni gradwali ta’ bażi tad-data Ewropea dwar l-apparati mediċi.
Ir-reżistenza antimikrobika, li sseħħ meta l-batterji u l-viruses isiru reżistenti għall-mediċini użati fil-ġlieda kontrihom, hija responsabbli għal aktar minn 35,000 mewta kull sena fl-UE, u tiswa €11.7 biljun lis-sistemi tas-saħħa tal-UE. Ir-reżistenza antimikrobika hija wkoll waħda mill-akbar theddidiet għas-saħħa globali li qed tiffaċċja d-dinja llum: żieda kontinwa fir-reżistenza tista’ tirriżulta f’madwar 10 miljun imwiet globalment sal-2050.
L-UE qed tieħu azzjoni pożittiva biex tindirizza din l-isfida urġenti, billi taħdem mal-komunitajiet lokali u mal-organizzazzjonijiet globali fis-setturi kollha u bejn il-fruntieri biex tiżgura li l-antibijotiċi jintużaw b’mod responsabbli kemm fil-bnedmin kif ukoll fl-annimali. L-akbar proġett li qatt ġie ffinanzjat mill-UE dwar ir-reżistenza antimikrobika tnieda fi Frar u laqqa’ flimkien 120 sieħeb fi 30 pajjiż Ewropew biex tiġi indirizzata din l-isfida komuni. L-Azzjoni Konġunta dwar ir-Reżistenza għall-Antimikrobiċi u l-Infezzjonijiet Assoċjati mal-Kura tas-Saħħa - iftaħ tab ġdida., appoġġata minn €50 miljun fil-qafas tal-programm l-UE għas-Saħħa - iftaħ tab ġdida., se tiffoka fuq oqsma bħall-prevenzjoni u l-kontroll, is-sorveljanza u l-monitoraġġ, l-użu prudenti tal-aġenti antimikrobiċi, is-sensibilizzazzjoni u l-innovazzjoni.
Biex ikun hemm sensibilizzazzjoni dwar it-theddida enormi għas-saħħa pubblika kkawżata mir-reżistenza antimikrobika, il-Kummissjoni nediet Beat the Bug - iftaħ tab ġdida., logħba online bla ħlas żviluppata fuq il-pjattaforma Fortnite, li fiha l-atturi jassumu r-rwol tas-supereroj biex isalvaw id-dinja mill-batterji reżistenti għal ħafna mediċini. Il-logħba hija parti minn kampanja ta’ komunikazzjoni għaż-żgħażagħ, il-ġenituri u l-għalliema - iftaħ tab ġdida. madwar l-UE. Ġie żviluppat ukoll materjal edukattiv - iftaħ tab ġdida. biex jappoġġa lill-ġenituri u lill-edukaturi, bl-għan li jiġu promossi miżuri preventivi u l-użu responsabbli tal-antibijotiċi.
F’Diċembru, il-Kummissjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment iffirmaw ftehim - iftaħ tab ġdida. b’valur ta’ €20 miljun ma’ kumpanija Daniża tat-teknoloġija medika biex jiġu żviluppati mediċini antibatteriċi ġodda li jkunu selettivi ħafna għal infezzjonijiet li huma diffiċli biex jiġu ttrattati minħabba r-reżistenza antimikrobika.
HERA Invest - Fajl PDF, iftaħ tab ġdida. hija żieda ta’ EUR 100 miljun għall-programm InvestEU - iftaħ tab ġdida.. Dan jaħdem biex jipproteġi lin-nies fl-UE kontra l-akbar tliet theddidiet għas-saħħa li jeħtieġu l-koordinazzjoni tal-miżuri fil-livell tal-UE: il-patoġeni b’potenzjal ta’ pandemija jew epidemija; ir-reżistenza antimikrobika; u t-theddid kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari. F’Ottubru, il-Kummissjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment iffirmaw - iftaħ tab ġdida. l-ewwel ftehim taħt HERA Invest, b’valur ta’ €20 miljun, ma’ kumpanija bijofarmaċewtika Franċiża. Dan se jappoġġa lill-kumpanija tiżviluppa u tvara prodotti terapewtiċi bi spettru wiesa’ biex jiġu miġġielda t-theddidiet bijoloġiċi għas-saħħa pubblika.
L-influwenza tat-tjur hija marda virali li sseħħ primarjament fl-għasafar. Filwaqt li t-theddida kkawżata mill-influwenza avjarja għall-popolazzjoni ġenerali għadha baxxa, dawk f’riskju ogħla jinkludu l-ħaddiema tat-tjur u tal-farms, flimkien mal-veterinarji. F’Ġunju, il-Kummissjoni żgurat aċċess - iftaħ tab ġdida. biex l-Istati Membri jixtru 665,000 doża tal-vaċċin adattat għall-influwenza żoonotika u biex jirriżervaw 40 miljun doża addizzjonali għall-4 snin li ġejjin.
It-tnedija tal-Programm Estiż dwar l-Immunizzazzjoni mid-WHO 50 sena ilu kien mument kruċjali fl-istorja tas-saħħa pubblika. It-tilqim salva miljuni ta’ ħajjiet madwar id-dinja. Fl-1974, 5 % biss tat-tfal tad-dinja kienu mlaqqma kontra d-difterite, it-tetnu u l-pertussis. Illum, dik iċ-ċifra żdiedet għal kważi 85 % tat-tfal madwar id-dinja, u 94 % fir-Reġjun Ewropew tad-WHO.
Il-vaċċini huma kruċjali għall-kontroll ta’ tifqigħat ta’ mard infettiv, u l-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp huwa vitali għas-sigurtà tas-saħħa u t-tħejjija għall-pandemiji, kif muri mill-iżvilupp rapidu tal-vaċċini kontra l-COVID-19. L-UE qed tinvesti aktar minn €100 miljun fl-iżvilupp ta’ Ċentru Ewropew għall-Vaċċini, li għandu l-għan li jiżgura aċċess rapidu għall-vaċċini pandemiċi permezz ta’ konsorzju ta’ istituzzjonijiet Ewropej ewlenin.
Inizjattiva ġdida - iftaħ tab ġdida. biex jittejjeb l-aċċess għad-dijanjożi, l-informazzjoni u l-kura għaċ-ċittadini li jbatu minn mard rari, li jaffettwa sa 36 miljun persuna fl-UE, tnediet f’Marzu. L-Azzjoni Konġunta dwar l-Integrazzjoni tan-Networks Ewropej ta’ Referenza fis-Sistemi Nazzjonali tal-Kura tas-Saħħa, li tikkonsisti f’finanzjament totali ta’ aktar minn €18-il miljun, tlaqqa’ flimkien l-Istati Membri kollha, flimkien man-Norveġja u l-Ukrajna, biex tgħin twitti t-triq għal kooperazzjoni aktar effettiva, effiċjenti u sostenibbli fil-futur.
L-Assemblea Dinjija tas-Saħħa, li tinkludi aktar minn 190 pajjiż, inklużi l-Istati Membri kollha, adottat pakkett ambizzjuż ta’ emendi għar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa - iftaħ tab ġdida. f’Ġunju, wara sentejn ta’ negozjati. Ir-regoli msaħħa għandhom l-għan li jtejbu l-ġestjoni tal-emerġenzi tas-saħħa pubblika ta’ tħassib internazzjonali u jipprovdu protezzjoni aħjar liċ-ċittadini minn theddid transfruntier serju għas-saħħa — prijorità ewlenija tal-Istrateġija tal-UE għas-Saħħa Globali. - iftaħ tab ġdida. Intlaħaq ukoll ftehim biex jitkomplew in-negozjati dwar ftehim dwar il-pandemiji - iftaħ tab ġdida., bl-għan li jintlaħaq kunsens sal-laqgħa li jmiss tal-assemblea f’Mejju 2025.
F’Marzu tnieda konsorzju globali - iftaħ tab ġdida. ġdid biex jippromwovi s-sorveljanza tal-ilma mormi u tal-ambjent fis-sistemi tas-saħħa pubblika u biex tinħoloq sistema globali għall-identifikazzjoni bikrija ta’ tifqigħat epidemiċi. L-inizjattiva tinvolvi aktar minn 300 kollaboratur globali, inklużi l-UE, id-WHO, il-Fondazzjoni Bill u Melinda Gates, iċ-Ċentri tal-Istati Uniti għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard u ċ-Ċentri Afrikani għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard.
B’rispons għad-dikjarazzjoni tad-WHO tat-tifqigħa tal-mpox bħala emerġenza tas-saħħa pubblika ta’ tħassib internazzjonali f’Awwissu, l-UE u l-Istati Membri tagħha (Tim Ewropa) ħadu azzjoni immedjata u komprensiva biex jgħinu lis-sħab jikkontrollaw u jirrispondu għall-marda. Dan kien jinkludi d-donazzjoni ta’ aktar minn nofs miljun doża ta’ vaċċini, u l-UE kienet l-ewwel li wasslet dawn il-vaċċini fuq il-post fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-pajjiż l-aktar affettwat mit-tifqigħa.