KAPITLU 8
Fl-2024 il-kunflitti, il-kriżijiet umanitarji u d-diżastri naturali komplew joħolqu sfida għad-dinja. L-Unjoni Ewropea ħadet rwol attiv, filwaqt li affermat mill-ġdid l-impenn tagħha għall-paċi, għas-sigurtà u għad-dinjità tal-bniedem. F’dik li kienet it-tielet sena tal-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, l-UE kompliet issaħħaħ id-difiża u s-sigurtà tagħha. Ħadmet ukoll mal-pajjiżi kandidati, inkluż l-Ukrajna, fuq ir-riformi meħtieġa tagħhom, u ma’ pajjiżi kandidati potenzjali fuq it-tħejjija għall-adeżjoni futura. L-UE tipprovdi għajnuna umanitarja u tibqa’ impenjata li ssib soluzzjonijiet għad-diversi kriżijiet fil-Lvant Nofsani, inkluż f’Gaża u fis-Sirja. Matul is-sena, l-UE saħħet is-sħubijiet internazzjonali tagħha, għenet lin-nies fil-bżonn u rrispondiet għad-diżastri madwar id-dinja. Bl-adattament tal-isforzi ta’ sokkors tagħha għal riskji ġodda u l-bini ta’ sħubijiet aktar b’saħħithom, l-UE kkonsolidat ir-rwol ewlieni tagħha fl-assistenza globali. Dan l-approċċ magħqud wera r-reżiljenza tal-UE u l-viżjoni tagħha ta’ kontinent miftuħ u prosperu, anke quddiem l-isfidi globali.
It-tensjonijiet ġeopolitiċi attwali, b’mod partikolari l-gwerra tal-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, enfasizzaw l-importanza tal-politika tat-tkabbir tal-UE. It-tkabbir tal-UE huwa investiment fil-paċi,fis-sigurtà u fl-istabbiltà dejjiema tal-kontinent tagħna. Kull Stat Membru ġdid isaħħaħ l-ekonomija tal-UE, u joħloq it-tkattir tal-ġid u l-impjiegi.
Is-sena 2024 immarkat l-20 anniversarju tat-tkabbir tal-UE tal-2004, l-akbar wieħed fl-istorja tagħha. Għoxrin sena ilu, l-UE laqgħet 10 Stati Membri ġodda, u saret wieħed mill-akbar swieq uniċi tad-dinja. Minn dak iż-żmien ’l hawn, miljuni bbenefikaw minn opportunitajiet, impjiegi u programmi ġodda madwar l-UE.
Il-bieb għas-sħubija fl-UE jibqa’ miftuħ għall-pajjiżi Ewropej li jħaddnu l-valuri tal-UE u jissodisfaw il-kriterji ewlenin. Il-membri aspiranti jridu, fost affarijiet oħra, juru prattiki demokratiċi b’saħħithom, jirrispettaw l-istat tad-dritt, iżommu l-ekonomiji tagħhom stabbli u jtejbu l-governanza tagħhom (ara wkoll il-Kapitlu 9).
L-UE tevalwa regolarment il-progress tal-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali. F’Ottubru, l-UE ħarġet il-pakkett tat-tkabbir - iftaħ tab ġdida. annwali tagħha, li jirrieżamina l-progress li għamlu l-pajjiżi kandidati (l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Georgia, il-Maċedonja ta’ Fuq, il-Moldova, il-Montenegro, is-Serbja, it-Turkija u l-Ukrajna) u l-pajjiż kandidat potenzjali l-Kosovo (din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus u hija konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo). Ir-rapporti annwali jiffukaw fuq ċerti riformi ewlenin, bħall-istat tad-dritt, l-amministrazzjoni pubblika, l-istituzzjonijiet demokratiċi u li jkunu ssodisfati l-kriterji ekonomiċi għas-sħubija fl-UE.
In-negozjati tal-adeżjoni, ladarba jinfetħu, isiru f’konferenzi intergovernattivi bejn il-ministri u l-ambaxxaturi tal-Istati Membri u l-pajjiż kandidat li jkun qed jinnegozja l-adeżjoni tiegħu. L-ewwel konferenza bħal din mal-Moldova - iftaħ tab ġdida. u mal-Ukrajna - iftaħ tab ġdida. saret f’Lulju 2024, u din nediet formlament in-negozjati tal-adeżjoni tagħhom. L-iskrinjar - iftaħ tab ġdida. beda f’Lulju u se jkompli fl-2025. Matulu l-Moldova u l-Ukrajna jridu juru kif qed jippjanaw li jadottaw u jimplimentaw ir-regoli u l-politiki tal-UE u jiddeskrivu l-pjanijiet għal aktar allinjament.
L-Albanija u l-Maċedonja ta’ Fuq - iftaħ tab ġdida. lestew l-iskrinjar, l-ewwel pass għas-sħubija fl-UE.
Il-Bożnija-Ħerzegovina - iftaħ tab ġdida. bdiet in-negozjati għas-sħubija fl-UE f’Marzu. Forum ta’ livell għoli mbagħad iddiskuta r-riformi meħtieġa biex jingħata bidu għall-fażijiet li jmiss.
Il-Montenegro - iftaħ tab ġdida. avvanza fil-proċess għas-sħubija tiegħu fl-UE, u f’Ġunju ssodisfa r-rekwiżiti ewlenin dwar l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, kif ikkonfermat fir-rapport dwar dan il-pajjiż. Minn dak iż-żmien ’l hawn, l-UE bdiet tagħlaq proviżorjament il-kapitli tan-negozjati meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti, u bdiet bi tliet kapitli f’Diċembru.
F’Jannar, infetaħ l-ivvjaġġar mingħajr viża mill-Kosovo - iftaħ tab ġdida. lejn l-UE,u għalhekk iċ-ċittadini ta’ dan il-pajjiż issa jistgħu jidħlu fl-UE għal mawriet qosra mingħajr ma jkollhom bżonn jappikaw għall-viża.
Is-Serbja - iftaħ tab ġdida. għamlet progress fir-riformi ġudizzjarji u fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni iżda għad trid timplimenta għalkollox il-liġijiet dwar il-media, tallinja lilha nnifisha aħjar mal-politika barranija tal-UE, tappoġġa s-soċjetà ċivili u l-media u tissodisfa l-impenn tagħha li tinnormalizza r-relazzjonijiet mal-Kosovo.
Madankollu, it-talba tal-Georgia biex tingħaqad mal-UE sofriet daqqa ta’ ħarta fl-2024 meta għaddiet liġi kontroversjali mmirata lejn organizzazzjonijiet iffinanzjati minn barra l-pajjiż, li qanqlet tħassib dwar it-trażżin intenzjonat ta’ vuċijiet indipendenti u t-tnaqqis tal-libertajiet demokratiċi. Minħabba dan u żviluppi negattivi oħra fil-progress tal-Georgia lejn is-sħubija fl-UE, il-proċess tal-adeżjoni effettivament waqaf.
It-taħditiet dwar l-adeżjoni tat-Turkija ilhom wieqfa mill-2018 minħabba tħassib kontinwu dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-indipendenza ġudizzjarja u r-rispett għad-drittijiet fundamentali.
Il-prospetti ta’ UE akbar se jkollhom implikazzjonijiet għall-mod kif taħdem l-UE. B’dan il-ħsieb, f’Marzu ġiet adottata komunikazzjoni dwar ir-riformi ta’ qabel it-tkabbir u r-rieżami tal-politika - iftaħ tab ġdida. li teżamina l-implikazzjonijiet ta’ UE akbar fl-oqsma tal-valuri, il-politiki, il-baġit u l-governanza. Dan l-approċċ proattiv għandu l-għan li jiżgura li l-UE tkun ippreparata għat-tkabbir futur tagħha.
It-tnaqqis tad-distakk ekonomiku bejn l-UE u l-membri futuri tagħha jgħin biex dawn tal-aħħar jitħejjew għal tranżizzjoni b’inqas xkiel. L-UE qed tappoġġa b’mod attiv l-iżvilupp tal-membri futuri permezz ta’ għodod ġodda tal-finanzjament, bħall-Faċilità għall-Ukrajna (ara l-Kapitlu 1), il-Pjan ta’ Tkabbir għall-Moldova - iftaħ tab ġdida. u l-Pjan ta’ Tkabbir għall-Balkani tal-Punent - iftaħ tab ġdida., u qed tipprovdi għarfien espert mill-Istati Membri attwali biex jitħaffu r-riformi.
Mill-2021, l-UE pprovdiet €2.2 biljun f’assistenza finanzjarja lill-Moldova, biex tappoġġa l-indipendenza enerġetika, ir-riformi tal-ġustizzja u rabtiet aktar b’saħħithom mal-UE. Il-pjan il-ġdid ta’ tkabbir propost f’Ottubru se jappoġġa t-triq tal-Moldova lejn l-adeżjoni mal-UE, u jipprovdi sa €1.8 biljun bejn l-2025 u l-2027 biex tkabbar l-ekonomija tagħha u tixpruna r-riformi għall-adeżjoni mal-UE.
Minħabba t-tnawwir demokratiku fil-Georgia, l-UE naqqset il-kuntatti politiċi u ssospendiet €30 miljun mill-Faċilità Ewropea għall-Paċi u €121 miljun f’assistenza diretta lill-gvern tagħha. Dan ma affettwax l-appoġġ tal-UE għas-soċjetà ċivili u l-media indipendenti, peress li huma vitali għad-difiża tad-demokrazija. Fl-20 ta’ Diċembru 2024, l-UE pproponiet - iftaħ tab ġdida. wkoll li d-diplomatiċi u l-uffiċjali Georgjani, flimkien mal-membri tal-familja tagħhom li għandhom passaporti diplomatiċi jew uffiċjali, iridu jiksbu viża biex ikunu jistgħu jivvjaġġaw lejn l-UE għal soġġorni qosra.
Minkejja l-progress tagħhom lejn l-adeżjoni, il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent għandhom prodott domestiku gross għal kull persuna li huwa bejn kwart u nofs tal-medja tal-UE. Biex jitnaqqas dan id-distakk, l-UE adottat il-Pjan ta’ Tkabbir għall-Balkani tal-Punent, li għandu l-għan isaħħaħ ir-rabtiet ekonomiċi kemm mal-UE kif ukoll fir-reġjun u potenzjalment jirdoppja d-daqs tal-ekonomiji tal-Balkani tal-Punent fi żmien 10 snin. L-implimentazzjoni tal-pjan ta’ tkabbir bdiet, u f’Mejju daħlet fis-seħħ il-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir ta’ €6 biljun. Minn dak iż-żmien ’l hawn, ħamsa mis-sitt sħab fil-Balkani tal-Punent ippreżentaw aġendi ta’ riforma ambizzjużi li jagħtu dettalji dwar it-titjib ewlieni li jrid isir f’oqsma bħall-istat tad-dritt, il-governanza, il-kapital uman, it-tranżizzjoni tal-enerġija u diġitali u s-settur privat, flimkien ma’ lista indikattiva ta’ proġetti għall-investiment. Dawn l-aġendi ta’ riforma ġew approvati f’Ottubru.
Il-mexxejja tal-Balkani tal-Punent organizzaw diversi laqgħat ministerjali dwar il-pjan ta’ tkabbir matul is-sena biex jiddiskutu l-isforzi ta’ integrazzjoni (fil-Maċedonja ta’ Fuq f’Jannar, fl-Albanija fi Frar u fil-Montenegro f’Mejju). Ursula von der Leyen, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, żaret is-sitt sħab tal-Balkani tal-Punent fil-ħarifa, filwaqt li s-Summit bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent - iftaħ tab ġdida. sar fit-18 ta’ Diċembru.
Fis-Summit tal-Proċess ta’ Berlin - iftaħ tab ġdida. tal-2024 ġie adottat pjan ta’ azzjoni ġdid għas-Suq Reġjonali Komuni biex tissaħħaħ l-integrazzjoni ekonomika reġjonali, li hi wkoll objettiv ewlieni tal-pjan ta’ tkabbir.
Wara it-tensjonijiet dwar l-attivitajiet tat-tħaffir illegali fil-Lvant tal-Mediterran, l-UE gradwalment qed tibni mill-ġdid rabtiet mat-Turkija permezz ta’ żjarat ta’ livell għoli u djalogi dwar is-saħħa, ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-kummerċ. Barra minn hekk, fl-2024 l-UE wiegħdet riżorsi finanzjarji sinifikanti biex tappoġġa lill-pajjiż f’diversi oqsma.
L-UE qed tgħin ukoll biex issaħħaħ l-ekonomiji fil-Viċinat tal-Lvant tagħha ubiex tqarribhom aktar lejn l-Unjoni Ewropea.
F’April, waqt laqgħa ta’ livell għoli bejn l-UE, l-Istati Uniti u l-Armenja tħabbar - iftaħ tab ġdida. Pjan ta’ Reżiljenza u Tkabbir ta’ €270 miljun għall-Armenja. Din l-inizjattiva għandha l-għan li ssaħħaħ l-ekonomija tal-Armenja u li tappoġġa lill-persuni spostati. In-negozjati għal Aġenda ta’ Sħubija bejn l-UE u l-Armenja għandhom ukoll l-għan li jsaħħu l-kooperazzjoni permezz ta’ pjan direzzjonali ta’ sħubija aktar kuraġġuż.
L-Ażerbajġan jibqa’ sieħeb tal-enerġija apprezzat. B’hekk jiġu ddiversifikati s-sorsi tal-gass tal-UE mingħajr l-involviment tar-Russja. L-appoġġ kontinwu għas-settur tal-enerġija rinnovabbli tal-Ażerbajġan fil-kuntest tad-29 Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (COP29) f’Baku qed irawwem kooperazzjoni aktar mill-qrib dwar it-tranżizzjoni ekoloġika.
L-UE tibqa’ impenjata li tappoġġa n-negozjati għall-paċi bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan u qed tiffinanzja l-isforzi għall-paċi, inkluż l-appoġġ għad-dividendi tal-paċi, permezz tal-Pjan Ekonomiku u tal-Investiment. Dan għandu l-għan li joħloq benefiċċji ekonomiċi u soċjali tanġibbli li jippromwovu l-paċi dejjiema fir-reġjun.
Bis-saħħa tar-rabtiet ekonomiċi mill-qrib bejn il-Belarussja u r-Russja, ir-Russja setgħet tevita wħud mis-sanzjonijiet imposti fuqha. B’reazzjoni għall-involviment tar-reġim ta’ Lukashenko fil-gwerra kontra l-Ukrajna, f’Ġunju 2024 ġew introdotti sanzjonijiet addizzjonali kontra l-Belarussja. Dawn il-miżuri l-ġodda kontra l-Belarussja jirriflettu ħafna mill-miżuri diġà imposti fuq ir-Russja u jagħmlu s-sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja ferm aktar effettivi (ara l-Kapitlu 1).
Mill 2021, il-finanzjament tal-UE għas-Sħubija tal-Lvant laħaq 2,539 biljun ewro, b’investiment mobilizzat mistenni li jammonta għal 13,919-il biljun ewro. Dan huwa progress sinifikanti lejn il-mira ta’ 17-il biljun ewro f’investiment mobilizzat mistenni sa tmiem l 2027, anki meta jitqies li għad hemm bżonn ta’ 3,081 biljun ewro biex jintlaħaq l-għan.
Saret enfasi akbar fuq sħubijiet komprensivi mal-ġirien tan-Nofsinhar biex itejbu l-istandards tal-għajxien tagħhom u jtejbu l-istabbiltà makroekonomika tagħhom. Dawn is-sħubijiet imfassla apposta jagħmlu r-reġjun aktar sigur billi jindirizzaw il-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni u jindirizzaw b’mod miftuħ ċerti kwistjonijiet kumplessi bħas-sigurtà.
F’Marzu, l-UE u l-Eġittu stabbilew sħubija komprensiva li tkopri r-relazzjonijiet politiċi, il-migrazzjoni, l-istabbiltà ekonomika, l-investiment sostenibbli u l-kummerċ. F’Ġunju, organizzaw Konferenza bejn l-UE u l-Eġittu dwar l-Investiment - iftaħ tab ġdida. li attirat investiment ġdid b’valur ta’ €49 biljun.
L-iffirmar ta’ sħubija komprensiva importanti mat-Tuneżija fl-2023 wassal biex f’Ġunju saret Konferenza kbira bejn l-UE u t-Tuneżija dwar l-Investiment - iftaħ tab ġdida. li matulha nkiseb memorandum ta’ qbil (qafas formali għall-kooperazzjoni) li jiffoka fuq l-enerġija, inkluż l-enerġija rinnovabbli.
L-avvenimenti reċenti fil-Lvant Nofsani żiedu l-inċertezza dwar l-istabbiltà politika, soċjali u ekonomika tar-reġjun. L-UE u l-Awtorità Palestinjana qablu dwar pakkett ta’ appoġġ finanzjarju ta’ emerġenza fl-immedjat ta’ €400 miljun biex il-Palestina tindirizza l-aktar ħtiġijiet finanzjarji urġenti u tappoġġa r-riformi. Dan l-appoġġ finanzjarju fl-immedjat se jwitti t-triq għal programm multiannwali li jkollu l-għan jiżgura l-istabbiltà finanzjarja fit-tul tal-Awtorità Palestinjana u l-implimentazzjoni tal-aġenda tar-riforma tagħha.
F’Mejju, waqt żjara fil-pajjiż, il-President von der Leyen wiegħdet €1 biljun lil-Libanu - iftaħ tab ġdida.. L-ewwel €500 miljun ġew adottati f’Awwissu u se jappoġġaw lil-Libanu fl-2024 u l-2025. Dan il-finanzjament se jiffoka fuq is-servizzi bażiċi bħas-saħħa, l-edukazzjoni u l-protezzjoni soċjali, flimkien mal-ilma, is-sanità u l-iġjene, għall-gruppi vulnerabbli, inkluż ir-refuġjati Sirjani u l-Libaniżi vulnerabbli. Se jappoġġa wkoll riformi ewlenin, is-settur tas-sigurtà, il-ġestjoni tal-fruntieri (inkluż il-ġlieda kontra t-traffikar u d-dħul klandestin tan-nies), ir-reżiljenza ekonomika u t-tranżizzjoni ekoloġika. Barra minn hekk, l-UE kompliet bl-impenn tagħha li tappoġġa lir-refuġjati Sirjani permezz ta’ għajnuna umanitarja u għajnuna għall-iżvilupp kontinwi (ara t-taqsima “Għajnuna umanitarja u protezzjoni ċivili” hawn taħt).
Mill 2021, il-finanzjament tal-UE għall-Viċinat tan-Nofsinhar laħaq 5,698 biljun ewro, b’investiment mobilizzat mistenni li jammonta għal 26,686 biljun ewro. Dan huwa progress sinifikanti lejn il-mira ta’ 30 biljun ewro f’investiment mobilizzat mistenni sa tmiem l 2027, anki meta jitqies li għad hemm bżonn ta’ 3,314-il biljun ewro biex jintlaħaq l-għan.
Fl-2024, ir-relazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit baqgħet prijorità ewlenija, ibbażata fuq l-implimentazzjoni sħiħa, fidila u fil-ħin tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, inkluż il-Qafas ta’ Windsor, u l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. Dawn l-isforzi jipproteġu d-drittijiet ta’ miljuni ta’ ċittadini tal-UE u ċittadini tar-Renju Unit li jgħixu barra mill-pajjiż, jappoġġaw l-istabbiltà ekonomika u jiffaċilitaw il-kummerċ. Komplew ukoll in-negozjati biex jiġi ffinalizzat ftehim bejn l-UE u r-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà.
L-UE nediet u lestiet in-negozjati mal-Iżvizzera dwar pakkett estensiv ta’ ftehimiet li għandhom l-għan li japprofondixxu u jespandu r-relazzjoni bilaterali. Wettqet ukoll progress lejn l-iffirmar tal-ftehim ta’ assoċjazzjoni ma’ Andorra u San Marino.
Għal informazzjoni dwar il-ftehimiet teknoloġiċi u kummerċjali, ara l-Kapitlu 2.
Permezz tal-Global Gateway, l-istrateġija ta’ investiment globali tagħha, fl-2024 l-UE kompliet tibni sħubijiet madwar id-dinja. Flimkien, l-UE, l-Istati Membri tagħha, il-banek tal-iżvilupp u l-istituzzjonijiet tal-finanzjament Ewropej għandhom l-għan li sal-2027 jipprovdu investiment sa €300 biljun biex jonqos id-distakk fl-investiment globali u jiġu appoġġati t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali fil-livell globali.
Il-Global Gateway tappoġġa proġetti li jtejbu l-konnettività diġitali, iżidu l-aċċess għall-enerġija sostenibbli, jibnu rotot tat-trasport u jsaħħu s-servizzi tas-saħħa, l-edukazzjoni u r-riċerka. L-għan huwa l-prosperità dejjiema tal-pajjiżi sħab u tal-UE.
Fl-2024, l-UE għamlet passi sinifikanti fis-sħubijiet tagħha mal-Afrika, b’enfasi fuq l-iżvilupp sostenibbli, is-saħħa u t-tkabbir ekonomiku. L-UE għamlet progress fl-użu tal-Pakkett ta’ Investiment tal-Global Gateway Afrika-Ewropa ta’ €150 biljun, maħsub għal oqsma bħall-enerġija nadifa, l-infrastruttura diġitali, it-trasport, is-saħħa u l-edukazzjoni.
Waqt l-Avveniment ta’ Livell Għoli tal-Global Gateway dwar l-Edukazzjoni - iftaħ tab ġdida. ġew iffirmati ftehimiet dwar programmi li jammontaw għal €245 miljun u li jkopru:
Dawn l-inizjattivi jirriflettu l-impenn kontinwu tal-UE għal edukazzjoni inklużiva u ta’ kwalità permezz tal-Global Gateway.
Fit-tielet Forum tan-Negozju Uganda-UE fis-6 u s-7 ta’ Marzu tnedew tmien proġetti ġodda b’valur ta’ aktar minn €200 miljun. Dawn il-proġetti għandhom l-għan li jappoġġaw lin-negozji ż-żgħar, lill-intraprendituri nisa żgħażagħ, lin-negozji agrikoli u lill-infrastruttura diġitali. Il-Forum laqqa’ flimkien 12-il Stat Membru, tmien istituzzjonijiet finanzjarji, inkluż il-Bank Ewropew tal-Investiment, u 193 kumpanija Ewropea.
L-UE għenet biex tissaħħaħ l-agrikoltura Afrikana matul is-sena billi pproteġiet il-prodotti tal-ikel lokali b’indikazzjonijiet ġeografiċi — tikketti ta’ kwalità li jagħtu prova tal-oriġini ta’ prodott u joffru aċċess għas-suq Ewropew. Is-Sħubija dwar is-Sigurtà Alimentari u Nutrizzjonali u l-Agrikoltura Sostenibbli - iftaħ tab ġdida. ħadmet biex issawwar konsorzju tar-riċerka dwar it-tibdil fil-klima, il-bijodiversità u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-agrikoltura, b’enfasi fuq soluzzjonijiet agrikoli prattiċi u t-tixrid tal-għarfien.
Il-Kummissjoni u l-Afrika t’Isfel, flimkien ma’ Global Citizen, grupp internazzjonali ta’ promozzjoni, nedew kampanja ta’ sena li tattira l-investimenti, imsejħa “Scaling up renewables in Africa - iftaħ tab ġdida.” (Inkabbru l-Enerġija Rinnovabbli fl-Afrika). Din se timmobilizza l-investiment pubbliku u privat biex jitħaffu l-proġetti tal-enerġija rinnovabbli madwar il-kontinent biex il-poplu Afrikan jikseb aċċess għall-enerġija affordabbli u jkollu l-għajnuna ħalli jonqsu l-emissjonijiet globali skont l-impenji mħabbra fil-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima tal-2023 (COP28).
Bħala parti mill-inizjattiva Global Gateway, l-UE qed taħdem ukoll biex tittrasforma l-Kuritur tat-Trasport Trans-Kaspju f’rotta veloċi u moderna li tgħaqqad l-Ewropa mal-Asja. L-UE saħħet ukoll ir-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi fir-reġjun billi ffirmat ftehim ta’ sħubija ġdid mal-Kirgiżistan - iftaħ tab ġdida. u memorandum ta’ qbil u pjan ta’ azzjoni għall-materja prima kritika mal-Użbekistan - iftaħ tab ġdida..
L-UE approfondiet ukoll is-sħubija tagħha max-Xlokk tal-Asja, inkluż permezz ta’ kollaborazzjoni aktar mill-qrib mal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja, u b’hekk appoġġat proġetti bħal dawk dwar il-ħiliet u t-taħriġ fuq il-lant tax-xogħol fil-Kambodja - iftaħ tab ġdida.; l-agrikoltura sostenibbli u t-tiswija ta’ triq nazzjonali fil-Laos - iftaħ tab ġdida.; u pakkett tal-ekonomija diġitali fil-Filippini - iftaħ tab ġdida..
Barra minn hekk, l-UE kompliet iżżid il-kooperazzjoni tagħha fl-Asja. F’April, f’Tokyo sar djalogu ta’ politika importanti mal-Ġappun - iftaħ tab ġdida. dwar l-edukazzjoni, il-kultura u l-isport, filwaqt li l-Korea t’Isfel - iftaħ tab ġdida. ġiet inkluża fil-programm tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE Orizzont Ewropa.
It-tnedija tal-Protokoll Reġjonali tal-Paċifiku, ftehim reġjonali fl-ambitu tal-Ftehim ta’ Samoa - iftaħ tab ġdida. (il-qafas ta’ sħubija ta’ 20 sena tal-UE mal-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, iffirmat fl-2023) saħħet is-sħubija bejn l-UE u l-Paċifiku. L-UE kompliet tappoġġa lill-Pajjiżi Gżejjer tal-Paċifiku fir-rigward tar-reżiljenza għall-klima, l-ekonomija blu u l-agrikoltura sostenibbli.
Fl-2024, l-UE avvanzat l-Aġenda ta’ Investiment tal-Global Gateway - iftaħ tab ġdida. fl-Amerka Latina u fil-Karibew billi nediet inizjattiva biex tappoġġa soċjetajiet ġusti u inklużivi. L-UE nediet ukoll l-EL PAcCTO 2.0 - iftaħ tab ġdida., programm għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali. Dan jappoġġa l-infurzar tal-liġi u s-sistemi ġudizzjarji ħalli jindirizzaw ċerti sfidi bħat-traffikar tad-droga, it-traffikar tal-bnedmin u ċ-ċiberkriminalità. Flimkien ma’ proġetti fil-qasam tal-politika dwar id-drogi (il-Programm ta’ Kooperazzjoni bejn l-Amerika Latina, il-Karibew u l-Unjoni Ewropea dwar il-Politika dwar id-Drogi - iftaħ tab ġdida.) u l-ġestjoni tal-fruntieri (Eurofront - iftaħ tab ġdida.), dawn l-isforzi qed joħolqu komunitajiet aktar sikuri u sħubijiet aktar b’saħħithom madwar ir-reġjun.
L-UE ffirmat ħames ftehimiet ġodda ta’ kooperazzjoni mal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej, li jiffukaw fuq id-diġitalizzazzjoni, l-ilma u s-sanità, il-protezzjoni tal-ekosistemi tal-baħar, it-turiżmu sostenibbli u l-kooperazzjoni intrareġjonali. Bħala parti mill-istrateġija tal-UE għall-Artiku - iftaħ tab ġdida., ġie stabbilit uffiċċju ġdid tal-UE f’Nuuk, Greenland, biex tissaħħaħ is-sħubija bejn l-UE u t-territorju.
Fis-Summits tal-G7 u l-G20, jingħaqdu flimkien il-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern tal-aktar ekonomiji importanti fid-dinja biex jindirizzaw l-isfidi globali, jikkoordinaw miżuri politiċi u jieħdu impenji importanti dwar kwistjonijiet globali.
Is-Summit tal-G7 - iftaħ tab ġdida. ta’ Ġunju f’Fasano, il-Puglia, l-Italja, ikkonferma l-appoġġ qawwi tal-G7 għall-Ukrajna. Il-mexxejja qablu li jipprovdu self addizzjonali ta’ €45 biljun lill-Ukrajna, abbażi ta’ dħul straordinarju ġġenerat minn assi sovrani Russi mhux mobilizzati. Il-mexxejja tal-G7 nedew ukoll inizjattivi li jsaħħu s-sigurtà ekonomika, isaħħu l-kooperazzjoni fis-settur tal-enerġija (speċjalment mal-Afrika), itejbu s-sigurtà tal-ikel u jiġġieldu d-dħul klandestin tan-nies.
Il-G7 huwa impenjat ukoll li jippromwovi intelliġenza artifiċjali (IA) sikura, protetta u affidabbli. Qed jippjana li jniedi pjan ta’ azzjoni dwar l-użu tal-IA fuq il-post tax-xogħol u jiżviluppa marka biex tappoġġa l-kodiċi ta’ kondotta internazzjonali għall-organizzazzjonijiet li jiżviluppaw sistemi avvanzati tal-IA. L-Att tal-UE dwar l-IA (ara l-Kapitlu 5) u l-iffirmar - iftaħ tab ġdida. tal-Konvenzjoni Qafas tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-Intelliġenza Artifiċjali jistabbilixxu oqfsa biex jiżguraw li l-IA tirrispetta d-drittijiet tal-bniedem u l-valuri demokratiċi.
Fis-Summit tal-G20 - iftaħ tab ġdida. f’Rio de Janeiro, il-Brażil, f’Novembru, il-mexxejja ffukaw fuq l-inugwaljanza, ir-riforma tal-governanza globali u t-tibdil fil-klima, u nedew l-Alleanza Globali kontra l-Ġuħ u l-Faqar. L-UE ngħaqdet mal-alleanza bħala membru fundatur, flimkien ma’ 82 pajjiż, l-Unjoni Afrikana, 24 organizzazzjoni internazzjonali, 9 istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u 31 organizzazzjoni filantropika u organizzazzjoni mhux governattiva. Fis-Summit, il-President von der Leyen ħabbret it-tnedija tal-kampanja ta’ sena biex tattira l-investimenti fl-enerġija rinnovabbli fl-Afrika. Biex jiġi sostnut progress usa’ lejn il-miri maqbula fil-COP28, il-President von der Leyen stiednet lill-mexxejja tal-G20 u lil mexxejja oħra biex jingħaqdu flimkien f’Forum Globali ġdid dwar it-Tranżizzjoni tal-Enerġija. Dan se jgħaqqad il-gvernijiet, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-atturi finanzjarji biex jaħdmu fuq it-tisħiħ tal-isforzi ta’ implimentazzjoni.
Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf ilaqqa’ flimkien sitt stati Għarab tal-Golf għal aktar integrazzjoni politika u ekonomika. Il-Golf għandu kważi terz tar-riżervi taż-żejt fid-dinja.
L-UE u l-Istati Membri tagħha ospitaw l-ewwel summit - iftaħ tab ġdida. tagħhom mal-Kunsill f’Ottubru biex jiddiskutu kwistjonijiet tal-Lvant Nofsani u jesploraw kif jistgħu jaħdmu flimkien f’oqsma ġodda, bħal:
Abbażi tal-ideali tal-paċi u l-kooperazzjoni, l-UE kompliet taħdem mal-alleati tagħha biex tindirizza l-isfidi globali ewlenin biex isseddaq il-paċi, issaħħaħ id-difiża u tipproteġi lill-poplu tagħha. F’dan l-ispirtu, is-sħubija bejn l-UE u n-NATO - iftaħ tab ġdida. kisbet importanza mġedda fl-2024, u qed tgħin biex tinżamm l-istabbiltà fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku u tappoġġa lill-Ukrajna. L-UE u n-NATO ħadmu biex jikkoordinaw aħjar l-azzjoni ċivili u militari, u b’hekk jagħmlu l-infrastruttura vitali aktar reżiljenti u jtejbu l-mod kif jifhmu u jirrispondu għall-kriżijiet u d-diżastri. Issa qed isiru wkoll djalogi strutturati ġodda biex jindirizzaw ċerti kwistjonijiet bħat-theddid ċibernetiku, l-attivitajiet spazjali, it-teknoloġiji rivoluzzjonarji, l-effetti tat-tibdil fil-klima u l-industrija tad-difiża.
In-NU huma sieħeb importanti ieħor tal-UE fil-ġlieda għall-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà. Flimkien, dawn jaħdmu biex jevitaw il-kunflitti, jappoġġaw il-missjonijiet għaż-żamma tal-paċi u jiffaċilitaw ir-rikostruzzjoni wara kunflitt madwar id-dinja. Is-sħubija strateġika bejn l-UE u n-NU dwar l-operazzjonijiet ta’ paċi u l-ġestjoni ta’ kriżijiet għall-2022–2024 wettqet progress matul is-sena.
Saru djalogi dwar is-sigurtà u d-difiża mas-sħab fil-Viċinati tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-UE, fl-Afrika, fl-Indo-Paċifiku, fl-Amerka Latina u fl-Amerka ta’ Fuq.
Ġew konklużi sħubijiet ta’ sigurtà u ta’ difiża mal-Albanija, il-Ġappun, il-Korea t’Isfel, il-Maċedonja ta’ Fuq, il-Moldova, u n-Norveġja.
Il-Faċilità Ewropea għall-Paċi.
It-tieni edizzjoni tal-Forum Schuman għas-Sigurtà u d-Difiża saret fi Brussell, il-Belġju.
L-UE tirrikonoxxi li azzjoni deċiżiva hija essenzjali għaż-żamma tal-paċi u l-istabbiltà, speċjalment fi żminijiet ta’ kriżi. Avvenimenti lil hinn mill-fruntieri tal-UE jista’ jkollhom impatt dirett fuq is-sigurtà tal-poplu tagħha. Il-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni tippermetti lill-UE tirrispondi għall-isfidi tas-sigurtà billi tiskjera missjonijiet u operazzjonijiet barra mill-UE. B’dan il-mod, l-UE tgħin fil-prevenzjoni tal-kunflitti, ittejjeb il-kapaċità tal-pajjiżi sħab biex jindirizzaw kwistjonijiet ta’ sigurtà u timminimizza t-theddid li jista’ jolqot lill-Ewropa.
Bħala parti minn din il-politika, fl-2024 l-UE nediet inizjattiva għas-sigurtà u d-difiża - iftaħ tab ġdida. b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tul il-kosta tal-Golf tal-Guinea u dan biex tgħinhom jindirizzaw problemi tas-sigurtà li jinfirxu mis-Saħel, bħat-terroriżmu u l-attivitajiet illegali.
Fi Frar 2024, l-UE nediet l-Operazzjoni Aspides tal-Eunavfor - iftaħ tab ġdida., operazzjoni bbażata fuq il-baħar biex tipproteġi lill-vapuri li jivvjaġġaw fil-Baħar l-Aħmar minn attakki tar-ribelli Houthi, grupp armat fil-Jemen. Din l-operazzjoni tgħin biex jiġi żgurat li l-bastimenti jkunu jistgħu jiċċaqilqu b’mod sikur u ssaħħaħ is-sigurtà fil-Baħar l-Aħmar u fir-reġjun tal-Golf fil-qrib.
Is-sitwazzjoni umanitarja fl-Istrixxa ta’ Gaża ddeterjorat drastikament minn Ottubru 2023, meta seħħew l-attakk terroristiku brutali mill-Ħamas kontra Iżrael, l-eskalazzjoni sussegwenti tal-ostilitajiet bejn il-partijiet u l-operazzjonijiet militari Iżraeljani fuq skala kbira li komplew jaggravaw kriżi eżistenti.
Fl-2024, l-UE kompliet tappella għal waqfien mill-ġlied immedjat f’Gaża, il-ħelsien mingħajr kondizzjonijiet tal-ostaġġi kollha, żieda urġenti fl-għajnuna umanitarja lil Gaża u tmiem dejjiemi tal-ostilitajiet. Appellat ukoll ripetutament lill-partijiet kollha, inkluż lil Iżrael, biex jirrispettaw id-dritt internazzjonali u d-dritt umanitarju internazzjonali, b’mod partikolari l-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra, u biex jagħmlu dak kollu possibbli biex jipproteġu u ma jagħmlux ħsara lill-popolazzjoni ċivili innoċenti. L-UE qed taħdem bla heda biex tipprevjeni aktar tixrid tal-konflitt lejn il-bqija tar-reġjun. Qed tibqa’ impenjata bis-sħiħ għal paċi dejjiema u sostenibbli bbażata fuq is-soluzzjoni ta’ żewġ stati u r-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU permezz ta’ sforzi msaħħa mill-ġdid fil-Proċess ta’ Paċi fil-Lvant Nofsani.
Ġew affettwati aktar minn 2.2 miljun persuna, b’mijiet ta’ eluf jiffaċċaw skarsezzi serji ta’ ħtiġijiet bażiċi bħall-ikel, l-ilma u l-kenn. Il-ħsara fl-infrastruttura tal-iskejjel u tal-isptarijiet kompliet tħalli impatt fuq l-aċċess għas-servizzi vitali. It-tfal qed iġorru l-akbar piż, b’ħafna minnhom jiffaċċaw trawma fiżika u psikoloġika. Anki x-Xatt tal-Punent qed jiffaċċa sitwazzjoni li qed tiddeterjora, hekk kif il-vjolenza mifruxa tal-abitanti li ssetiljaw fil-post - iftaħ tab ġdida. qed tintensifika l-ħtiġijiet umanitarji fost il-komunitajiet Palestinjani.
F’nofs dawn l-isfidi, l-UE tibqa’ impenjata bil-missjoni umanitarja tagħha, u tipprovdi għajnuna vitali permezz ta’ assistenza diretta u appoġġ finanzjarju sostanzjali. Din l-għajnuna wiesgħa qed tipprovdi servizzi essenzjali — mill-ikel u l-ilma nadif għall-kura medika, il-kenn, l-edukazzjoni u l-protezzjoni — lil l-aktar persuni fil-bżonn fiż-żoni affettwati. Is-sistema ta’ rispons ta’ emerġenza tal-UE, il-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili - iftaħ tab ġdida., ġiet attivata wkoll 10 darbiet fl-2024 biex tipprovdi assistenza lil Gaża, tikkoordina l-evakwazzjonijiet u tappoġġa lill-pajjiżi ġirien affettwati mill-kriżi.
Minkejja r-riskji sinifikanti għas-sigurtà, l-UE tkompli tipprovdi assistenza permezz tal-Mekkaniżmu, inkluż permezz tal-Kuritur Marittimu ta’ Ċipru - iftaħ tab ġdida., rotta ewlenija fil-baħar li minnha l-Ġermanja, Ċipru, ir-Rumanija u s-Slovakkja pprovdew ikel u materjal għall-kenn. Disa’ Stati Membri appoġġaw lill-Ministeru Eġizzjan tas-Saħħa b’assistenza in natura. Il-Mekkaniżmu qed jappoġġa wkoll lis-sħab tiegħu billi jibgħat esperti u jikkoordina l-evakwazzjonijiet mediċi - iftaħ tab ġdida. ta’ pazjenti Palestinjani morda serjament lejn l-Ewropa.
L-UE hi l-akbar donatur internazzjonali tal-poplu Palestinjan.
(*) Inkluż il-€45 miljun addizzjonali mħabbra mill-President von der Leyen f’Settembru.
Fix-Xatt tal-Punent, l-UE u diversi Stati Membri qed jaħdmu mas-sħab umanitarji fuq il-post biex jipproteġu lill-komunitajiet b’riskju ta’ spostament sfurzat u ta’ vjolenza tal-abitanti li ssetiljaw fil-post.
Meta jseħħu diżastri naturali jew jinqalgħu l-kunflitti, miljuni jsibu ruħhom fil-periklu. L-għajnuna umanitarja mbagħad issir vitali, għax din tipprovdi ikel, kenn u kura medika lil dawk l-aktar vulnerabbli.
L-UE tinsab fuq quddiem nett ta’ dawn l-isforzi ta’ sokkors u hija waħda mid-donaturi ewlenin tal-għajnuna umanitarja fid-dinja. Tipprovdi għajnuna bbażata fuq il-ħtiġijiet lil persuni affettwati minn kriżijiet ikkawżati mill-bniedem u minn diżastri naturali madwar id-dinja. Fl-2024, l-UE allokat €2.49 biljun biex tgħin lil aktar minn 300 miljun persuna fil-bżonn.
Il-Kummissjoni qed tniedi operazzjoni ġdida ta’ Pont tal-Ajru Umanitarju għal dawk l-aktar fil-bżonn fis-Sirja, biex tipprovdi kura tas-saħħa ta’ emerġenza u provvisti essenzjali oħra, u qed iżżid il-finanzjament umanitarju tagħha.
Il-baġit globali għall-għajnuna umanitarja ta’ 2.5 biljun ewro jinkludi 956 miljun ewro għall-Afrika Sub-Saħarjana, 665 miljun ewro għal-Lvant Nofsani u t-Tramuntana tal-Afrika, 447 miljun ewro għall-Asja, l-Amerka Latina, il-Paċifiku u l-Karibew, 214-il miljun ewro għall-Ukrajna, il-Balkani tal-Punent u l-Kawkasu, u 205-il miljun ewro għal allokazzjonijiet mhux ġeografiċi.Fir-reġjun tas-Saħel, li jinsab imkisser minħabba kunflitti, kriżijiet klimatiċi u epidemiji, l-UE pprovdiet għajnuna vitali fl-oqsma tal-malnutrizzjoni, l-ispostament, is-saħħa u l-edukazzjoni.L-UE appoġġat lin-nies affettwati minn kunflitti fit-tul u minn avvenimenti estremi tat-temp fil-Lvant u fin-Nofsinhar tal-Afrika.Fl-Afganistan, fejn aktar minn nofs il-popolazzjoni teħtieġ assistenza umanitarja minħabba kunflitti, faqar u t-tibdil fil-klima, l-UE pprovdiet għajnuna kritika kemm fil-pajjiż kif ukoll fil-pajjiżi ġirien, b’enfasi fuq is-sigurtà tal-ikel, il-kura tas-saħħa u l-protezzjoni.F’nofs il-kunflitt li qed jiżdied fl-intensità fil-Myanmar/Burma, l-UE għenet biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet dejjem akbar tal-popolazzjoni lokali u appoġġat lir-refuġjati Rohingya fil-Bangladesh.Il-vittmi ta’ kunflitti u diżastri madwar l-Asja wkoll ingħataw appoġġ.Fl-Amerki, l-UE għenet biex tiġi indirizzata l-kriżi umanitarja fil-Venezwela, appoġġat lill-vittmi ta’ kunflitti fil-Kolombja, assistiet lill-persuni affettwati mill-vjolenza u l-kriminalità fl-Amerka Ċentrali u fi bnadi oħra, għenet lill-persuni spostati fir-reġjun kollu u, fl 2024, għenet biex jiġi organizzat l-ewwel Pont Umanitarju bl-Ajru lejn il-Haiti b’rispons għaż-żieda fil-vjolenza minn gruppi organizzati.
Matul l-2024, l-UE organizzat ukoll diversi avvenimenti ta’ livell għoli biex timmassimizza l-impatt umanitarju. F’Marzu, sar it-tielet Forum Umanitarju Ewropew - iftaħ tab ġdida. fi Brussell, il-Belġju, fejn l-UE ħabbret li se talloka aktar minn €7.7 biljun għall-kriżijiet globali fl-2024.
Ix-xahar ta’ wara, l-UE, il-Ġermanja u Franza organizzaw b’mod konġunt konferenza internazzjonali dwar is-Sudan - iftaħ tab ġdida.. F’April 2023, faqqgħet gwerra ċivili fil-pajjiż, li wasslet għal spostament fuq skala kbira u kriżi umanitarja severa. Bi tweġiba għall-appell tan-Nazzjonijiet Uniti fi Frar 2024, id-donaturi internazzjonali wiegħdu aktar minn €2 biljun waqt il-konferenza. Dawn jinkludu kważi €900 miljun mingħand l-UE u l-Istati Membri tagħha biex jiġu appoġġati l-popolazzjoni ċivili fis-Sudan u r-refuġjati fil-pajjiżi ġirien.
Farchana fiċ-Chad qed tiffaċċja kriżi umanitarja kkawżata mill-influss ta’ refuġjati tal-gwerra Sudaniżi u mill-effetti ta’ diżastri naturali rikorrenti. Issa aktar minn 800,000 persuna qed jiffaċċjaw insigurtà akuta tal-ikel u għandhom bżonn urġenti ta’ għajnuna umanitarja. It-28 u d-29 ta’ April 2024.
Filwaqt li kompliet bl-impenn tagħha li tindirizza l-isfidi umanitarji globali, f’Mejju, l-UE ppresedietil-parti ministerjali ta’ livell għoli tat-tmien Konferenza ta’ Brussell dwar l-appoġġ għall-futur tas-Sirja u r-reġjun - iftaħ tab ġdida.. Il-parteċipanti enfasizzaw il-ħtieġa li tinstab soluzzjoni politika paċifika għall-kunflitt Sirjan u li jingħata appoġġ finanzjarju kontinwu lil dawk affettwati. L-UE u l-Istati Membri tagħha wiegħdu €3.8 biljun f’għotjiet u jibqgħu l-akbar donatur tal-għajnuna lis-Sirja. Dawn il-fondi huma maħsubin għall-ħtiġijiet urġenti tas-Sirjani fis-Sirja, għar-refuġjati fil-pajjiżi ġirien u għall-komunitajiet ospitanti tagħhom.
Is-Sirja issa ilha 13-il sena fi kriżi u qed tiffaċċa ħtiġijiet umanitarji fuq skala bla preċedent. Madwar 7.2 miljun Sirjan għadhom spostati internament u l-ħtieġa ta’ assistenza umanitarja laħqet livell rekord. Minħabba l-kunflitt attwali, in-nisa u t-tfal, jiġifieri aktar minn żewġ terzi tal-popolazzjoni spostata, huma fil-biċċa l-kbira neqsin mill-edukazzjoni formali.
© GOAL
L-impenn tal-UE li tfassal il-futur tal-ġestjoni tal-kriżijiet globali ġie espress b’mod ċar f’Ġunju waqt il-Forum tal-Protezzjoni Ċivili - iftaħ tab ġdida. u waqt il-Konferenza dwar il-Ġestjoni tal-Kriżijiet - iftaħ tab ġdida.. Dan l-impenn jaqbel ħafna mal-opinjoni pubblika, li tappoġġa rispons unifikat għad-diżastri.
Fl-2024, l-UE ħadet passi oħrajn biex issaħħaħ il-Mekkaniżmu tagħha għall-Protezzjoni Ċivili sabiex ittejjeb it-tħejjija, il-prevenzjoni u r-rispons għad-diżastri madwar l-UE u lil hinn minnha (ara l-Kapitoli 4 u 7).
94 % tan-nies fl-UE jaħsbu li l-Istati Membri għandhom jipprovdu għajnuna lil Stati Membri oħra milquta minn diżastru.
91 % jaħsbu li l-Istati Membri għandhom jipprovdu għajnuna lill-pajjiżi mhux tal-UE milquta minn diżastru.
90 % jaħsbu li huwa importanti li l-UE tgħin fil-koordinazzjoni tar-rispons għad-diżastri kullimkien fid-dinja.
90 % jaqblu li fil-ġejjieni għandha tiżdied l-azzjoni koordinata tal-UE f’dan il-qasam.
Sors: Il-Kummissjoni Ewropea, l-Ewrobarometru Speċjali 541 - iftaħ tab ġdida., Frar 2024.