KAPITLU 8
Inħejju lill-Ewropa għall-futur
Id-deskrizzjoni tar-ritratt
Tul l-2025, l-Unjoni Ewropea stinkat biex tħejji lilha nnifisha għall-isfidi u l-opportunitajiet tal-10 snin li ġejjin. L-istituzzjonijiet tagħna ħadmu flimkien biex isaħħu r-reżiljenza, jissimplifikaw ir-regoli u jiżguraw li l-politiki jagħtu riżultati tanġibbli għall-familji daqskemm għan-negozji. Fus ewlieni ta’ dan l-isforz kien it-tħejjija tal-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid 2028–2034, li tfassal biex jipprovdi baġit aktar sempliċi, aktar flessibbli u li jibqa’ validu fil-futur. Fl-istess ħin, l-UE ressqet riformi biex tnaqqas il-burokrazija, tnaqqas l-ispejjeż u ttejjeb il-ġestjoni tar-riskju finanzjarju. Bi tbassir aktar fit-tul, sħubijiet aktar sodi u infurzar effettiv, l-UE qed tibni qafas għal prosperità u sigurtà fit-tul.
Il-qafas finanzjarju pluriennali 2028–2034
Il-baġit fit-tul tal-UE, il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP), jappoġġa liċ-ċittadini, lill-bdiewa, lir-riċerkaturi, lin-negozji u lir-reġjuni madwar l-UE kollha u lil hinn. Il-QFP attwali (2021–2027) flimkien mal-pjan tal-irkupru NextGenerationEU - iftaħ tab ġdida. kienu vitali biex inqumu fuq saqajna mill-pandemija tal-COVID-19 u mill-kriżi tal-enerġija, jitħarsu miljuni ta’ impjiegi, u jiġu xprunati t-tranżizzjonijiet nodfa u diġitali. Dan ipprovda wkoll appoġġ bla preċedent lill-Ukrajna u saħħaħ is-sigurtà tal-Ewropa fid-dawl tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja.
Fl-2025, il-Kummissjoni Ewropea adottat il-proposta tagħha tal-QFP 2028–2034 - iftaħ tab ġdida., imfassla biex twieġeb għall-isfidi ġeopolitiċi, ekonomiċi u tas-sostenibbiltà li tant qed jikbru. Bi kważi €2 triljun (ekwivalenti għal 1.26 % tal-introjtu nazzjonali gross tal-UE), dan jipprovdi baġit aktar sempliċi, aktar flessibbli u aktar immirat biex jappoġġa l-indipendenza, is-sigurtà, il-prosperità, l-inklużività u r-reżiljenza tal-UE fid-deċennju li ġej.
PROĊESS AKTAR INKLUŻIV U DEMOKRATIKU
Waqt it-tħejjija tal-baġit, il-Kummissjoni mexxiet kampanja mal-Ewropa kollha biex tikseb il-kontribut mingħand il-partijiet ikkonċernati f’kull livell, mill-gvernijiet nazzjonali saċ-ċittadini.
- FRAR
Beda t-Tour d’Europe - iftaħ tab ġdida. biex issir konsultazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istati Membri, partijiet ikkonċernati reġjonali u benefiċjarji tal-baġit tal-UE dwar il-QFP il-ġdid.
Ġie ppubblikat il-pjan direzzjonali - iftaħ tab ġdida. għat-tfassil tal-proposta tal-baġit il-ġdid.
- FRAR–MEJJU
Saret konsultazzjoni pubblika - iftaħ tab ġdida. dwar il-baġit il-ġdid fuq il-portal Semma’ Leħnek.
- MEJJU
Il-Panel taċ-Ċittadini Ewropej dwar il-baġit Ewropew il-ġdid - iftaħ tab ġdida. (ara l-Kapitlu 6) jiftiehem fuq 23 rakkomandazzjoni - iftaħ tab ġdida. għall-baġit il-ġdid.
- IS-16 TA’ LULJU
Ġiet ippubblikata l-ewwel proposta - iftaħ tab ġdida. għall-baġit il-ġdid.
- LULJU–OTTUBRU
Saret konsultazzjoni pubblika - iftaħ tab ġdida. dwar il-proposta fuq il-portal Semma’ Leħnek.
- IT-3 TA’ SETTEMBRU
Ġiet ippubblikata l-proposta finali - iftaħ tab ġdida. għall-baġit fit-tul tal-UE 2028–2034.
Il-proposta tal-QFP tissejjes fuq bosta muturi ewlenin u tagħraf li l-istatus quo ma għadux adegwat:
toħloq baġit aktar sempliċi, aktar aġli u li jħalli impatt akbar;
tindirizza l-ħtieġa li jsir investiment fi prijoritajiet strateġiċi komuni, inkluż id-difiża, il-kompetittività, is-sigurtà u t-tranżizzjonijiet nodfa u diġitali;
timmodernizza l-politiki komuni, bħall-Politika Agrikola Komuni, il-Politika Komuni tas-Sajd u l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;
tibbilanċja l-prevedibbiltà — għal appoġġ għall-investiment fit-tul, il-bdiewa u r-reġjuni — mal-flessibbiltà fejn meħtieġ f’dinja li tant qed tinbidel malajr;
tibgħat messaġġ ċar dwar l-unità, l-indipendenza u l-impenn tal-UE għall-promozzjoni u d-difiża tal-valuri ewlenin tagħna;
tiżgura l-kredibbiltà tal-UE billi tifrex perkors ċar għar-ripagamenti ta’ NextGenerationEU.
Permezz tal-baġit propost:
- se jitwarrbu mqar madwar €296 biljun biex jappoġġaw l-introjtu tal-bdiewa u tas-sajjieda, u jkun hemm mira rurali ta’ 10 % skont il-pjanijiet ta’ sħubija nazzjonali u reġjonali;
- 35 % tal-infiq totali se jitwarrab għall-objettivi klimatiċi u ambjentali, u b’hekk jiġu mobilizzati mqar €700 biljun;
- se jiġu allokati kważi €220 biljun għal investimenti f’reġjuni inqas żviluppati, flimkien ma’ finanzjament stabbli u prevedibbli għar-reġjuni fi tranżizzjoni u dawk aktar żviluppati;
- il-ħarsien tas-saltna tad-dritt u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - iftaħ tab ġdida. jibqa’ mhux negozjabbli;
- il-baġit tal-programm Erasmus+ - iftaħ tab ġdida. jiżdied b’50 %;
- il-baġit għall-infrastruttura tat-trasport jirdoppja biex jittejbu l-konnessjonijiet madwar il-kontinent, u biex in-network ikun adattat għal skopijiet militari;
- se jitwarrbu €131 biljun għad-difiża u l-ispazju — ħames darbiet aktar mill-QFP attwali;
- mira soċjali ta’ 14 % tal-baġit totali għall-pjanijiet ta’ sħubija nazzjonali u reġjonali — apparti dawk imwarrba għall-bdiewa u s-sajjieda, u r-riżorsi mill-Fond Soċjali għall-Klima — se tappoġġa l-iżvilupp tal-ħiliet, it-tnaqqis tal-faqar, u aktar inklużjoni soċjali;
- il-baġit għall-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni kważi se jirdoppja biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-UE, u jiżdied mill-€95 biljun tal-lum għal €175 biljun.
Hekk kif l-UE qed jiżdidulha l-ħtiġijiet finanzjarji, qed tikber il-pressjoni fuq il-baġits nazzjonali u qed joqrob iż-żmien tar-ripagamenti tas-self mill-istrument NextGenerationEU fl-2028, il-Kummissjoni pproponiet modi ġodda biex iżżid ir-riżorsi tagħha stess, ħalli tkun tista’ tiġġenera iktar minn €58.2 biljun fis-sena (bi prezzijiet tal-2025) fi flussi ta’ dħul ġodda u riveduti.
Fil-proposta tagħha għall-QFP li jmiss, il-Kummissjoni tipprevedi l-istabbiliment ta’ tliet fondi ewlenin: fond Ewropew għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, l-agrikoltura u ż-żoni rurali, is-sajd u l-affarijiet marittimi, il-prosperità u s-sigurtà - iftaħ tab ġdida.; fond Ewropew għall-Kompetittività - iftaħ tab ġdida. biex jappoġġa l-iżvilupp, it-tkattir u l-użu ta’ teknoloġiji strateġiċi; u Strument Ewropa Globali - iftaħ tab ġdida. biex ikun hemm finanzjament aktar strateġiku għall-azzjoni esterna madwar id-dinja.
Ir-rieżami nofsani tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE - iftaħ tab ġdida., adottat fl-2025, jallinja mill-ġdid il-finanzjament mill-QFP 2021–2027 biex jgħin lill-Istati Membri u lir-reġjuni jallokaw mill-ġdid ir-riżorsi favur prijoritajiet strateġiċi ġodda, fosthom il-kompetittività, is-sigurtà u d-difiża, it-tħejjija ċivili, l-akkomodazzjoni, ir-reżiljenza tal-ilma u t-tranżizzjoni tal-enerġija.
Nipproteġu l-baġit tal-UE mill-frodi
Li nipproteġu kull ewro hu essenzjali biex niżguraw li l-baġit tal-UE jagħti riżultati għall-popli tagħna. F’Lulju, il-Kummissjoni bdiet rieżami tal-arkitettura tal-UE kontra l-frodi - iftaħ tab ġdida. biex issaħħaħ il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE b’reazzjoni għat-theddid li tant qed jevolvi. Dan it-theddid jinkludi l-frodi transnazzjonali; il-kriminalità organizzata mmirata lejn il-fondi tal-UE; u l-użu ħażin tat-teknoloġiji avvanzati bħall-intelliġenza artifiċjali u l-kriptovaluti.
Insaħħu l-qafas tal-ġestjoni tar-riskju finanzjarju tal-UE
Il-qafas tal-ġestjoni tar-riskju finanzjarju tal-UE jkopri r-riskji marbuta mal-baġit tal-UE, ma’ NextGenerationEU u ma’ strumenti finanzjarji oħra. Fl-2025, il-Kummissjoni saħħet dan il-qafas billi wessgħet ir-rwol - iftaħ tab ġdida. tal-Uffiċjal Kap tar-Riskji indipendenti, li issa qed jissorvelja l-operazzjonijiet finanzjarji kollha tal-UE, inkluż l-għoti u t-teħid tas-self, il-garanziji baġitarji u l-ġestjoni tal-assi. Din il-bidla saret bħala rispons għar-rakkomandazzjonijiet - iftaħ tab ġdida. tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jissaħħu s-sorveljanza u l-ġestjoni tar-riskju tas-self, il-garanziji u l-istrumenti finanzjarji relatati tal-UE.
Is-Semestru Ewropew
Is-Semestru Ewropew - iftaħ tab ġdida. jaqdi rwol importanti fil-governanza ekonomika tal-UE. Il-pakkett tar-rebbiegħa tal-2025 - iftaħ tab ġdida. jimmarka l-konklużjoni tal-ewwel ċiklu annwali sħiħ ta’ sorveljanza makroekonomika permezz tal-qafas ta’ governanza ekonomika riformat - iftaħ tab ġdida., li daħal fis-seħħ f’April 2024. Dan isaħħaħ ir-rwol tas-Semestru mhux biss bħala mezz li jiggwida r-riformi u l-investiment, iżda anki bħala s-sinsla tas-sorveljanza fiskali tal-UE.
Fl-2025, ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi - iftaħ tab ġdida. taw parir lill-Istati Membri biex jiffukaw fuq il-materji tal-kompetittività u s-sigurtà. Għall-ewwel darba, il-pakkett tas-Semestru kien fih ukoll rakkomandazzjonijiet ewlenin dwar il-ħiliet u l-impjiegi ta’ kwalità, b’mod li tkun żgurata l-ġustizzja soċjali.
Ir-rapporti tal-pajjiżi - iftaħ tab ġdida. analizzaw il-politiki fiskali, tat-tassazzjoni, tal-innovazzjoni, tal-klima u ambjentali tal-Istati Membri u tar-reġjuni, flimkien mal-politiki tax-xogħol, soċjali u tas-saħħa tagħhom. Dawn kienu jinkludu wkoll rieżami tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet tal-irkupru u r-reżiljenza u l-programmi tal-politika ta’ koeżjoni.
Is-suċċess tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza
Hekk kif il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) toqrob lejn tmiemha fl-2026, din għadha tixpruna r-riformi u l-investiment madwar l-UE. Fl-2025, il-Kummissjoni ħeġġet lill-Istati Membri jħaffu l-pass filwaqt li jissimplifikaw il-proċessi tagħhom, u wittiet it-triq - iftaħ tab ġdida. biex l-RRF tintemm bla skossi u b’suċċess. Bħala l-fulkru ta’ NextGenerationEU, sa tmiem l-2025 il-Faċilità RRF ipprovdiet madwar €394 biljun lill-Istati Membri, u appoġġat ir-reżiljenza ekonomika u soċjali, flimkien mat-tranżizzjoni ekoloġika u t-tranżizzjoni diġitali.
Ir-raba’ rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-RRF - iftaħ tab ġdida. wera li l-faċilità tejbet l-investiment pubbliku — li mistennija tilħaq 3.8 % tal-prodott domestiku gross fl-2025, żieda minn 3.2 % fl-2019. Dan irnexxielha tiksbu billi appoġġat, fost inizjattivi oħra, id-dekarbonizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tal-produzzjoni u s-servizzi industrijali, l-użu ta’ aktar minn 900 000 stazzjon tal-iċċarġjar tal-vetturi nodfa, u l-konnessjoni ta’ 16 miljun residenza ma’ internet b’veloċità għolja. Skont studju tal-Kummissjoni - iftaħ tab ġdida., b’kollox, l-impatt finanzjarju tal-RRF tul il-perjodu 2020–2030 hu stmat li kien €892 biljun, b’aktar minn €546 biljun f’impatt dirett u aktar minn €345 biljun f’effetti konsegwenzjali fuq l-ekonomiji tal-Istati Membri.
Insaħħu r-reżiljenza tal-UE
L-UE jeħtiġilha ssaħħaħ ir-reżiljenza tagħha biex tipproteġi liċ-ċittadini tagħha u l-prosperità tagħha fid-dawl ta’ theddid dejjem akbar għas-sigurtà, ordni internazzjonali li qed jinbidel u l-impatti dejjem akbar tat-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali. Ir-rapport ta’ prospettiva strateġika tal-2025 - iftaħ tab ġdida. ippubblikat f’Settembru, stabbilixxa l-passi meħtieġa biex niżguraw li l-UE tibqa’ paċifika, leali lejn il-valuri tagħha u impenjata għall-ġid ta’ niesha fi żminijiet ta’ taqlib u inċertezza.
Ir-rapport jipproponi tmien oqsma ta’ azzjoni:
- infasslu viżjoni dinjija koerenti għall-UE;
- inqawwu s-sigurtà interna u esterna;
- nisfruttaw l-intelliġenza artifiċjali u s-setgħa tat-teknoloġija u r-riċerka;
- insaħħu r-reżiljenza ekonomika fit-tul u nħejju ruħna għal diffikultajiet fis-suq tax-xogħol;
- nappoġġaw benesseri sostenibbli u inklużiv;
- infasslu mill-ġdid l-edukazzjoni u l-ħiliet;
- inħarsu d-demokrazija;
- nantiċipaw it-trasformazzjoni demografika u nippromwovu l-ġustizzja interġenerazzjonali.
Ir-rapport jenfasizza l-bżonn li jiġu kkunsidrati wkoll xenarji li mhumiex familjari jew li diffiċli jiġu immaġinati, ħalli t-tbassir fit-tul isir karatteristika permanenti tat-tfassil tal-politika tal-UE. Mill-2026, ir-rapporti annwali ta’ prospettiva se jmorru lil hinn mill-analiżi tax-xejriet biex ikunu jinkludu ttestjar tal-istress tal-politiki f’diversi xenarji, ħalli jiżguraw li l-UE tkun imħejjija aħjar għall-futur.
Nissimplifikaw ir-regoli
Biex l-UE tkun lesta għall-futur, ir-reżiljenza u t-titjib fil-kapaċità ta’ azzjoni jeħtieġ jimxu id f’id ma’ tnaqqis fil-burokrazija u titjib tar-regoli fil-prattika. Filwaqt li ssoktat taħdem skont l-aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar - iftaħ tab ġdida., l-UE żiedet l-impenn tagħha matul is-sena biex tissimplifika l-politiki u l-liġijiet - iftaħ tab ġdida., kif deskritt fil-Komunikazzjoni dwar Ewropa aktar sempliċi u rapida - iftaħ tab ġdida.. Dan l-impenn kien jinkludi djalogi dwar l-implimentazzjoni - iftaħ tab ġdida., li jipprovdu forum fil-livell politiku biex il-Kummissarji tikseb rispons prattiku mingħand il-partijiet ikkonċernati dwar kif ir-regoli u l-programmi tal-UE jaħdmu fil-prattika. Biex jikkomplementaw dawn id-djalogi, kull Kummissarju ħejja rapport ta’ progress annwali dwar is-simplifikazzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar - iftaħ tab ġdida. għall-ewwel nofs tal-2025, li jiddeskrivi l-progress, l-isfidi u l-passi konkreti li jmiss fil-portafolli rispettivi tagħhom.
L-impenn tal-UE għal regolamentazzjoni aħjar diġà qed jagħti r-riżultati: kisbet l-ewwel post f’analiżi tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, relatata mat-trasparenza, l-involviment tal-partijiet ikkonċernati u l-valutazzjoni tal-impatt regolatorju, skont il-Prospettiva tal-Politika Regolatorja tal-OECD tal-2025 - iftaħ tab ġdida..
L-10 pakketti tas-simplifikazzjoni - iftaħ tab ġdida. adottati fl-2025 se jwasslu biex jiġu ffrankati madwar €12-il biljun kull sena fi spejjeż amministrattivi. Il-Kummissjoni għandha l-għan li sal-2029 tnaqqas il-piżijiet amministrattivi bi mqar 25 % għall-kumpaniji kollha u 35 % għall-intrapriżi żgħar u medji.
Niżguraw l-implimentazzjoni effettiva tal-liġi tal-UE
Il-liġijiet jilħqu l-potenzjal kollu tagħhom biss meta jiġu implimentati u applikati bis-sħiħ. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni taħdem mill-qrib mal-Istati Membri biex tgħinhom jimplimentaw il-liġijiet u l-politiki tal-UE - iftaħ tab ġdida.. Meta l-Istati Membri jonqsu milli jagħmlu dan, il-Kummissjoni tista’ tiftaħ proċeduri ta’ ksur - iftaħ tab ġdida. kontrihom. Madankollu, qabelxejn il-Kummissjoni taħdem qatigħ biex tevita li jiġri l-ksur billi toffri gwida prattika, laqgħat, taħriġ u assistenza teknika. Ngħidu aħna, bil-gwida l-ġdida dwar il-kondiviżjoni tad-data relatata mal-batteriji - iftaħ tab ġdida., il-Kummissjoni għenet lill-Istati Membri japplikaw id-dispożizzjonijiet aġġornati tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli - iftaħ tab ġdida.. Din il-gwida tgħin lill-Istati Membri joħolqu approċċ armonizzat għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni bħall-istat taċ-ċarġ, is-saħħa u l-post tal-batterija. Tagħti kjarifiki prattiċi u appoġġ tekniku biex tiżgura implimentazzjoni konsistenti mal-UE kollha.
- Fl-2025 infetħu
552
proċedura ġdida ta’ ksur. - Ingħalqu
554
proċedura oħra. - 71
każ, li jikkonċernaw 21 Stat Membru, tressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. - F’20 każ intalbu sanzjonijiet finanzjarji.
Il-qafas istituzzjonali tal-UE baqa’ jevolvi b’reazzjoni għal prijoritajiet politiċi u strateġiċi ġodda. Fl-2025, il-Polonja u mbagħad id-Danimarka kellhom il-presidenza b’rotazzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u t-tnejn xeħtu enfasi partikolari fuq is-sigurtà u r-reżiljenza.
Filwaqt li l-Kummissjoni ressqet il-proposti leġiżlattivi, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ħadmu bħala koleġiżlaturi biex iwettqu l-prijoritajiet kondiviżi. L-Istati Membri, bl-għajnuna tas-sorveljanza tal-Kummissjoni u l-ħidma ta’ istituzzjonijiet u korpi oħra tal-UE - iftaħ tab ġdida., żguraw implimentazzjoni effettiva mal-UE kollha.
Biex l-UE tiffunzjona tajjeb bħala demokrazija, hemm bżonn kooperazzjoni soda u trasparenti bejn l-istituzzjonijiet tagħha. F’Settembru, il-Parlament u l-Kummissjoni ffinalizzaw in-negozjati - iftaħ tab ġdida. dwar Ftehim Qafas aġġornat li jtejjeb ir-relazzjonijiet interistituzzjonali, il-fiduċja, it-trasparenza u d-djalogu. Il-ftehim hu bbażat fuq disa’ prinċipji politiċi - iftaħ tab ġdida. maqbula mill-President tal-Parlament Ewropew u l-President tal-Kummissjoni Ewropea f’Ottubru 2024.
Il-75 anniversarju tad-Dikjarazzjoni ta’ Schuman
Kull sena fid-9 ta’ Mejju, l-UE tiċċelebra Jum l-Ewropa. Fl-2025, l-okkażjoni kellha tifsira speċjali għax immarkat il-75 anniversarju tad-Dikjarazzjoni ta’ Schuman - iftaħ tab ġdida.. Ippreżentata mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Franċiż Robert Schuman fid-9 ta’ Mejju 1950, id-dikjarazzjoni pproponiet it-twaqqif tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, dik li llum saret l-Unjoni Ewropea.