KAPITLU 2
Ewropa sostenibbli, prospera u kompetittiva
Id-deskrizzjoni tar-ritratt
Il-prosperità tal-Ewropa tiddependi minn ekonomija kompetittiva, sostenibbli u reżiljenti li tipprovdi opportunitajiet għan-nies u n-negozji tagħha, issa u fil-futur. Fl-2025, l-Unjoni Ewropea saħħet il-bażi industrijali tagħha, ħaffet it-tranżizzjonijiet nodfa u diġitali u approfondiet is-Suq Uniku. Iggwidata mill-Boxxla għall-Kompetittività u mill-Patt għal Industrija Nadifa, ħadmet biex tneħħi d-diskrepanza fl-innovazzjoni, tnaqqas id-dipendenzi, u tallinja l-ambizzjoni klimatika u t-tkabbir ekonomiku. Inizjattivi ġodda biex titnaqqas il-burokrazija, tiġi mmodernizzata t-tassazzjoni u tiġi appoġġata l-kompetizzjoni ġusta se jgħinu lin-negozji, speċjalment lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, biex jirnexxu bejn il-fruntieri. L-investimenti strateġiċi f’teknoloġiji nodfa, fl-innovazzjoni diġitali u fil-materja prima kritika qed jixprunaw il-kompetittività fit-tul, filwaqt li l-Unjoni tat-Tfaddil u tal-Investimenti u l-Fond Ewropew għall-Kompetittività, flimkien ma’ Orizzont Ewropa, għandhom l-għan li jidderieġu aktar kapital fl-industriji futuri tal-Ewropa. In-nies jibqgħu ċentrali għal Ewropa kompetittiva, u l-unjoni tal-ħiliet, imnedija fl-2025, se tagħtihom il-ħiliet meħtieġa għal ekonomija li qed tinbidel (ara l-Kapitlu 4).
Il-Boxxla għall-Kompetittività
Il-Boxxla għall-Kompetittività - iftaħ tab ġdida. hija l-pjan direzzjonali li se jiggwida l-ħidma tal-UE dwar il-kompetittività għall-5 snin li ġejjin. Huwa bbażat fuq ir-rapporti ta’ Draghi - iftaħ tab ġdida. u ta’ Letta - iftaħ tab ġdida. u jsegwi tliet prinċipji ta’ orjentazzjoni - iftaħ tab ġdida.: tnaqqis fid-diskrepanza fl-innovazzjoni; pjan konġunt għad-dekarbonizzazzjoni u l-kompetittività; u t-tisħiħ tas-sigurtà ekonomika billi jitnaqqsu d-dipendenzi eċċessivi. Dawn il-prinċipji huma appoġġati minn miżuri orizzontali li se jagħtu lok għall-kompetittività u jsaħħuha fl-ekonomija tal-UE.
Faċilitaturi orizzontali
għall-kompetittività tal-UE
- It-tnaqqis tal-burokrazija.
- It-tneħħija tal-ostakli fis-Suq Uniku.
- Il-possibbiltà ta’ finanzjament tal-investiment aktar effiċjenti.
- Il-promozzjoni ta’ ħiliet u impjiegi ta’ kwalità.
- L-iżgurar ta’ koordinazzjoni aħjar tal-politiki bejn l-UE u l-Istati Membri.
Inlestu s-Suq Uniku
Filwaqt li l-boxxla tipprovdi d-direzzjoni strateġika (l-innovazzjoni, id-dekarbonizzazzjoni, is-sigurtà) fit-triq lejn il-kompetittività, it-tlestija tas-Suq Uniku tiżgura li l-perkors ikun ħieles mill-ostakli. Fil-21 ta’ Mejju, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet Strateġija għas-Suq Uniku - iftaħ tab ġdida. biex ikun aktar faċli li jsir in-negozju fl-UE. L-istrateġija tiffoka fuq kif il-provvista transfruntiera tas-servizzi u l-moviment transfruntier tal-oġġetti jsiru aktar bla xkiel u fuq kif jiġi żgurat li r-regoli tas-Suq Uniku jiġu infurzati malajr u b’mod effiċjenti. Is-Suq Uniku żied il-prodott domestiku gross tal-UE b’mill-inqas 3–4 % u ħoloq 3.6 miljun impjieg sa mit-twaqqif tiegħu. L-integrazzjoni sħiħa tas-Suq Uniku tirdoppja l-kisbiet li diġà nkisbu u tagħmel lill-UE aktar kompetittiva.
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni ppubblikat ir-rapport tal-2024 dwar il-politika tal-kompetizzjoni - iftaħ tab ġdida.. Ħarġet ukoll ir-rapport annwali dwar is-Suq Uniku u l-Kompetittività tal-2025 - iftaħ tab ġdida., li jsegwi l-progress tal-UE fir-rigward ta’ disa’ xprunaturi ewlenin tal-kompetittività.
Miżuri ewlenin fl-ambitu tal-Istrateġija għal Suq Uniku
- Jitneħħew l-aktar 10 ostakli li jagħmlu ħsara, magħrufa bħala l-“agħar għaxra - iftaħ tab ġdida.”, li qed ifixklu l-fluss bla xkiel ta’ oġġetti u servizzi fis-Suq Uniku.
- Jiġu indirizzati l-isfidi li jiffaċċjaw setturi speċifiċi tas-servizzi meta joperaw bejn il-fruntieri.
- Isir aktar faċli għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) li joperaw fis-Suq Uniku.
- Jiġi ssimplifikat l-ambjent tan-negozju permezz tad-diġitalizzazzjoni.
- Tissaħħaħ il-kooperazzjoni tal-Istati Membri fl-infurzar tar-regoli tas-Suq Uniku.
F’Lulju, ġiet approvata l-adozzjoni tal-euro mill-Bulgarija mill-1 ta’ Jannar 2026, u b’hekk din saret il-21 Stat Membru taż-żona tal-euro.
Nimmodernizzaw u nissimplifikaw il-proċeduri doganali għall-oġġetti tal-kummerċ elettroniku
F’Novembru, l-Istati Membri laħqu ftehim biex jabolixxu l-limitu ta’ eżenzjoni mid-dazju doganali ta’ €150 - iftaħ tab ġdida., filwaqt li ttrasformaw il-mod kif jiġu ttrattati l-oġġetti tal-kummerċ elettroniku u kellhom l-għan li joħolqu kundizzjonijiet ekwi bejn il-kummerċ elettroniku u l-bejgħ bl-imnut tradizzjonali. Dan jimmarka l-ewwel kisba tal-proposta ta’ riforma doganali - iftaħ tab ġdida. tal-2023, li għandha l-għan li tindirizza l-isfidi tal-kummerċ elettroniku li jirriżultaw miż-żieda f’oġġetti ta’ valur baxx li jaslu direttament mal-konsumaturi tal-UE minn pajjiżi mhux tal-UE.
Nimmodernizzaw ir-regoli tal-VAT għall-era diġitali
F’Mejju, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea qabel dwar pjan ġdid - iftaħ tab ġdida. għar-regoli tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT, value added tax). Il-bidliet jiffukaw fuq l-importazzjonijiet tal-kummerċ elettroniku u t-tassazzjoni ta’ oġġetti mibjugħa minn barra l-UE. L-għan huwa li jiġi inċentivat l-użu tal-Punt Uniku ta’ Servizz għall-VAT - iftaħ tab ġdida., li jissimplifika d-dikjarazzjoni u l-ġbir tal-VAT, inaqqas il-burokrazija għan-negozji tal-UE u jappoġġa l-isforzi biex tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT.
Il-pakkett storiku tal-VAT fl-Era Diġitali - iftaħ tab ġdida. ġie adottat - iftaħ tab ġdida. f’Marzu, u dan jimmarka pass sinifikanti ’l quddiem fid-diġitalizzazzjoni u l-immodernizzar tas-sistema tal-VAT tal-UE. Dan se jagħmel is-sistema aktar favorevoli għan-negozju, aktar stretta fuq il-frodi u mgħammra aħjar biex tindirizza l-isfidi tal-ekonomija tal-pjattaformi li qed tikber.
Innaqqsu l-piżijiet amministrattivi
Il-ħolqien ta’ ambjent favorevoli għan-negozju jfisser ukoll li jiġu ffaċilitati r-rekwiżiti amministrattivi, speċjalment għall-SMEs. Minflok 27 liġi nazzjonali differenti, l-UE trid toħloq liġi tal-kumpaniji unika u fakultattiva għall-UE kollha, magħrufa bħala t-28 reġim - iftaħ tab ġdida., biex in-negozji jkunu jistgħu jistabbilixxu ruħhom u joperaw kullimkien fl-UE b’mod aktar faċli u malajr, bl-użu ta’ għodod diġitali u proċeduri simplifikati. L-għan tiegħu huwa li jissimplifika n-negozju transfruntier u jagħmilha aktar faċli għall-kumpaniji biex jattiraw l-investiment.
Barra minn hekk, l-UE qed tappoġġa lill-SMEs fil-ġestjoni tal-kumplessitajiet assoċjati mas-sanzjonijiet. L-UE għandha aktar minn 40 reġim ta’ sanzjonijiet - iftaħ tab ġdida. fis-seħħ biex tipprevjeni l-kunflitt jew tirreaġixxi għall-kriżijiet. F’Marzu, il-Kummissjoni nediet l-Helpdesk tas-Sanzjonijiet tal-UE - iftaħ tab ġdida., punt uniku ta’ servizz li joffri riżorsi, avvenimenti u Servizz ta’ Appoġġ għall-Konformità. Il-Helpdesk jgħin lill-SMEs jifhmu s-sanzjonijiet u jikkonformaw magħhom, filwaqt li jipprovdi gwida lil dawk li jsibuha diffiċli biex iwettqu d-diliġenza dovuta b’mod indipendenti.
Il-Kartieri Ewropej tan-Negozju - iftaħ tab ġdida. proposti huma għodod diġitali li se jagħmluha aktar faċli għall-kumpaniji ta’ kull daqs biex jinteraġixxu u jikkomunikaw b’mod sigur mal-awtoritajiet pubbliċi u ma’ negozji oħra fi kwalunkwe post fl-UE. Il-kumpaniji u l-awtoritajiet pubbliċi se jkunu jistgħu jidentifikaw, jawtentikaw u jiskambjaw id-data b’effett legali sħiħ fl-UE. Il-Kartieri tan-Negozju huma msejsa fuq il-Qafas Ewropew għall-Identità Diġitali - iftaħ tab ġdida. u jiffurmaw parti mill-aġenda usa’ ta’ simplifikazzjoni.
Biex titnaqqas il-kumplessità tat-taxxa, il-Kunsill adotta emenda tad-Direttiva dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni - iftaħ tab ġdida. (DAC9 - iftaħ tab ġdida.). Din tagħmilha possibbli għall-gruppi ta’ intrapriżi multinazzjonali li jippreżentaw dikjarazzjoni tat-taxxa kumplimentari waħda għall-grupp kollu, minflok ma jkollhom jippreżentaw bosta dikjarazzjonijiet f’kull ġuriżdizzjoni. L-awtoritajiet tat-taxxa se jibbenefikaw ukoll minn sistema standardizzata għall-iskambju tal-informazzjoni.
Permezz tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku - iftaħ tab ġdida. tagħha, l-UE se tappoġġa 109 riformi - iftaħ tab ġdida. biex tgħin lill-Istati Membri jtejbu l-kundizzjonijiet tan-negozju, ineħħu d-diskrepanza fl-innovazzjoni, jibnu ekonomija b’emissjonijiet żero netti u jsaħħu s-sigurtà ekonomika tal-UE. Fosthom, 38 riforma se jtaffu speċifikament il-piżijiet fuq l-SMEs u jappoġġaw lill-istart-ups u lill-iscale-ups.
Fl-aħħar nett, l-UE qed tirrieżamina wkoll ir-regoli tagħha stess biex tneħħi l-ostakli amministrattivi fis-Suq Uniku (ara t-taqsima “Nissimplifikaw ir-regoli” fil-Kapitlu 8).
Politika tal-kompetizzjoni
L-UE tissalvagwardja l-kompetittività fit-tul u Suq Uniku b’saħħtu billi tiżgura l-infurzar konsistenti tar-regoli li jippromwovu l-kompetizzjoni ġusta - iftaħ tab ġdida. fost in-negozji fl-Istati Membri kollha. Permezz tal-infurzar tal-istrumenti tal-politika tal-kompetizzjoni tagħha (l-antitrust, il-kontroll tal-amalgamazzjonijiet u l-għajnuna mill-Istat), il-Kummissjoni żżomm kundizzjonijiet ekwi fis-Suq Uniku, filwaqt li tħeġġeġ lill-kumpaniji jinvestu, jagħmlu innovazzjoni u jikbru, u joffru lill-konsumaturi oġġetti u servizzi bl-aktar termini favorevoli.
Il-Kummissjoni qiegħda fil-proċess li tirrevedi l-linji gwida tal-UE dwar l-amalgamazzjonijiet, li jindirizzaw, b’mod partikolari, l-innovazzjoni, ir-reżiljenza, l-investiment, is-sostenibbiltà u l-effiċjenza. Dan se jqis ix-xejriet usa’ rilevanti għall-produttività u l-kompetittività tal-ekonomija tal-UE kollha kemm hi.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed twettaq rieżami - iftaħ tab ġdida. tal-implimentazzjoni tar-Regolament dwar is-Sussidji Barranin - iftaħ tab ġdida. li jikkonċerna l-indirizzar tad-distorsjonijiet tas-suq minn sussidji barranin. Rapport dwar dan is-suġġett għandu jkun lest sa Lulju 2026; sadanittant, l-infurzar ikompli. Pereżempju, f’Novembru, il-Kummissjoni approvat l-akkwiżizzjoni ta’ Covestro - iftaħ tab ġdida. minn Abu Dhabi National Oil Company wara investigazzjoni fil-fond - iftaħ tab ġdida., soġġetta għal impenji vinkolanti offruti miż-żewġ partijiet.
Niżguraw kompetizzjoni ġusta
- Fl-2025 ittieħdu
370
deċiżjoni ta’ amalgamazzjoni. - Fl-2025 ittieħdu
350
deċiżjoni ta’ għajnuna mill-Istat. - Ġew imposti
€3.97 biljun
f’multi fuq il-kumpaniji li jiksru l-liġi tal-kompetizzjoni tal-UE.
Immexxu l-industrija nadifa u kompetittiva ’l quddiem
Quddiem il-kriżi planetarja tripla tat-tibdil fil-klima, it-telf tal-bijodiversità u t-tniġġis (ara l-Kapitlu 5), u bl-2024 bħala l-aktar sena sħuna qatt irreġistrata skont ir-Rapport Ewropew dwar l-Istat tal-Klima tal-2024 - iftaħ tab ġdida., l-UE tibqa’ impenjata li tbiddel ir-rispons tagħha għal dawn l-isfidi f’opportunitajiet għat-tkabbir sostenibbli u t-tmexxija globali fit-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa. Il-Patt għal Industrija Nadifa - iftaħ tab ġdida. huwa ċentrali għal dan l-isforz, billi jallinja l-politika dwar il-klima mal-kompetittività u l-indipendenza strateġika. Dan se jħaffef id-dekarbonizzazzjoni industrijali u jgħin biex jiġi żgurat li jinkiseb l-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050, kif stabbilit fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima - iftaħ tab ġdida..
L-UE tkompli tagħmel progress li jista’ jitkejjel fir-rigward tal-azzjoni klimatika. Skont ir-Rapport ta’ Progress dwar l-Azzjoni Klimatika tal-2025 - iftaħ tab ġdida., l-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra totali tal-UE naqsu bi 2.5 % fl-2024, meta mqabbla mal-2023. L-emissjonijiet issa huma aktar minn 37 % taħt il-livelli tal-1990, jew 39 % għall-emissjonijiet domestiċi biss, filwaqt li l-ekonomija tal-UE hija 71 % akbar milli kienet fl-1990. Id-diżakkoppjament kontinwu tal-emissjonijiet mit-tkabbir ekonomiku jikkonferma li azzjoni klimatika effettiva tista’ tinkiseb flimkien ma’ prosperità ekonomika sostnuta.
Id-degradazzjoni ambjentali u t-tibdil fil-klima huma wkoll ta’ theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà. Fl-2025, ir-rapport ta’ progress - iftaħ tab ġdida. tal-UE dwar l-implimentazzjoni tal-komunikazzjoni konġunta dwar il-klima u s-sigurtà - iftaħ tab ġdida. jesplora din ir-rabta, filwaqt li jenfasizza kif dawn il-kwistjonijiet issa jidhru b’mod prominenti fl-iskambji tal-UE mal-pajjiżi sħab u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, u kif din l-enfasi msaħħa qed tixpruna inizjattivi konkreti.
F’Ġunju, il-Kummissjoni adottat il-Qafas għall-Għajnuna mill-Istat tal-Patt għal Industrija Nadifa - iftaħ tab ġdida.. Dan jippermetti lill-Istati Membri jappoġġaw l-enerġija nadifa, id-dekarbonizzazzjoni industrijali u l-manifattura tat-teknoloġija nadifa taħt kundizzjonijiet simplifikati, u jipprovdi appoġġ immirat għall-kostijiet tal-elettriku lill-utenti li jużaw ħafna enerġija. Barra minn hekk, f’Ottubru, ġiet ippreżentata l-viżjoni globali tal-UE dwar il-klima u l-enerġija - iftaħ tab ġdida. biex tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-UE fis-swieq globali. Billi tapprofondixxi s-sħubijiet eżistenti u tibni sħubijiet ġodda ta’ benefiċċju reċiproku mas-sħab internazzjonali, l-istrateġija żżid dimensjoni esterna għall-Patt għal Industrija Nadifa u għandha l-għan li tixpruna tranżizzjoni globali nadifa u reżiljenti.
Linji ta’ azzjoni ewlenin biex nindirizzaw l-isfidi tal-industrija
Nagħmlu l-enerġija aktar affordabbli (ara t-taqsima “Enerġija nadifa u affordabbli” hawn taħt).
Niffaċilitaw il-provvista u nistimulaw id-domanda tas-suq għal prodotti u materjali nodfa.
Nimmobilizzaw ir-riżorsi finanzjarji għall-investiment fid-dekarbonizzazzjoni u l-kompetittività.
Niggarantixxu l-aċċess għall-materja prima billi nagħmlu progress fir-rigward tal-ekonomija ċirkolari tal-UE.
Nistabbilixxu sħubijiet internazzjonali għall-aċċess għas-swieq globali (ara l-Kapitlu 7).
Nibnu forza tax-xogħol adattata għal industrija dekarbonizzata, nipprovdu impjiegi ta’ kwalità u niżguraw tranżizzjoni ġusta (ara l-Kapitlu 4).
Inizjattivi mmirati lejn l-industriji li qed jiffaċċjaw sfidi uniċi
Dan huwa pjan direzzjonali lejn it-tnaqqis tal-kostijiet tal-enerġija, it-tisħiħ tal-protezzjoni tal-kummerċ, il-prevenzjoni tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, it-tisħiħ taċ-ċirkolarità, il-mobilizzazzjoni tal-investiment u s-salvagwardja tal-impjiegi. Bħala parti mill-pjan, il-Kummissjoni ppreżentat proposta - iftaħ tab ġdida. biex tipproteġi l-industrija tal-azzar tal-UE mill-impatti inġusti tal-kapaċità żejda globali.
Dan il-pjan jiddeskrivi miżuri li jgħinu biex jitnaqqsu l-kostijiet tal-enerġija u tal-materja prima, jiġu appoġġati teknoloġiji nodfa u ċirkolari, tinħoloq Alleanza tas-Sustanzi Kimiċi Kritiċi, jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti regolatorji u jiġu indirizzati sustanzi perikolużi bħas-sustanzi perfluworoalkilati u polifluworoalkilati (PFAS, perfluoroalkyl and polyfluoroalkyl substances) (“sustanzi kimiċi dejjiema”).
Dan il-pjan se jappoġġa t-tranżizzjoni lejn vetturi nodfa, konnessi u awtomatizzati u se jgħin biex jiġi sfruttat il-potenzjal innovattiv tas-settur. Ġiet proposta - iftaħ tab ġdida. miżura ta’ flessibbiltà - iftaħ tab ġdida. biex tgħin lill-manifatturi jilħqu l-miri tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju għall-2025 għal karozzi u vannijiet ġodda. Il-pjan ta’ azzjoni jinkludi t-tnedija ta’ pakkett ta’ investiment “battery booster”, li jagħmel disponibbli €1.8 biljun biex jgħin lill-manifatturi tal-batteriji tal-UE jespandu u jżidu l-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni ppreżentat ukoll pakkett awtomobilistiku - iftaħ tab ġdida., inkluża proposta għar-reviżjoni tal-istandards tad-diossidu tal-karbonju għall-karozzi u l-vannijiet, proposta dwar flotot korporattivi nodfa, strateġija “Battery Booster” u proposta għal Omnibus Awtomobilistiku.
Inizjattivi tal-2025 biex jixprunaw it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa
- Iċ-Ċentru għall-Appoġġ tad-Disinn - iftaħ tab ġdida. ta’ Proġetti Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni - iftaħ tab ġdida. ġie stabbilit biex jgħin lill-Istati Membri jħaffu t-tfassil ta’ proġetti innovattivi ġodda.
- Intlaħaq ftehim politiku dwar l-emenda tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima - iftaħ tab ġdida., li għandha l-għan li tnaqqas l-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra tal-UE b’90 % sal-2040 (meta mqabbla mal-livelli tal-1990), filwaqt li ssaħħaħ l-importanza tal-implimentazzjoni tal-Patt għal Industrija Nadifa. Dan se jagħti lill-investituri ċertezza fit-tul, irawwem l-innovazzjoni, isaħħaħ it-tmexxija industrijali tan-negozji tal-UE u jtejjeb is-sigurtà tal-enerġija tal-UE.
- Il-valutazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima - iftaħ tab ġdida. kkonfermat li, dment li l-Istati Membri jimplimentaw kemm il-miżuri diġà miftiehma fil-livell tal-UE kif ukoll dawk stabbiliti fil-pjanijiet, l-UE tibqa’ fit-triq it-tajba biex kollettivament tikseb il-mira tal-2030 ta’ tnaqqis ta’ 55 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra u sehem tal-enerġija rinnovabbli ta’ mill-inqas 42.5 %.
- Tħabbru €2.9 biljun f’finanzjament - iftaħ tab ġdida. għal 61 proġett li jużaw it-teknoloġija mill-aktar avvanzata b’emissjonijiet żero netti u €643 miljun għal ħames proġetti ta’ manifattura taċ-ċelloli tal-batteriji tal-vetturi elettriċi permezz tal-Fond għall-Innovazzjoni - iftaħ tab ġdida., bl-użu tad-dħul mis-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet - iftaħ tab ġdida..
- It-30 Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (COP30) saret mill-10 sal-21 ta’ Novembru f’Belém, il-Brażil. L-UE ħadmet mas-sħab - iftaħ tab ġdida. biex tiggarantixxi l-ftehim Global Mutirão - Fajl PDF, iftaħ tab ġdida., li jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li ż-żieda fit-temperatura globali tiġi limitata għal 1.5 °C u li nitbiegħdu mill-fjuwils fossili. Il-Ftehim iniedi Aċċelleratur tal-Implimentazzjoni Globali u l-inizjattiva “Missjoni ta’ Belém għal-limitu ta’ 1.5 °C”, biex iħeġġeġ impenji klimatiċi aktar b’saħħithom u jgħin lill-pajjiżi jpoġġu l-pjanijiet klimatiċi tagħhom fil-prattika.
- Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill laħqu ftehim politiku - iftaħ tab ġdida. biex jissaħħaħ u jiġi ssimplifikat il-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri - iftaħ tab ġdida.. Ir-reviżjoni teżenta 90 % tal-importaturi mill-obbligi ta’ rapportar, li jirrappreżentaw inqas minn 1 % tal-emissjonijiet integrati fl-oġġetti importati, u b’hekk timminimizza l-piżijiet amministrattivi filwaqt li tippreserva l-għanijiet klimatiċi tal-UE.
- Il-Kummissjoni adottat il-Pjan ta’ Azzjoni RESourceEU - iftaħ tab ġdida. biex tappoġġa l-isforzi tal-UE ħalli tiggarantixxi l-materja prima kritika, bħall-minerali tal-art rari, il-kobalt u l-litju. Ara l-Kapitlu 7 għal informazzjoni dwar is-sħubijiet tal-materja prima kritika konklużi mas-sħab globali fl-2025.
Enerġija nadifa u affordabbli
Biex twettaq il-Patt għal Industrija Nadifa, l-UE teħtieġ enerġija affordabbli. Fi Frar, il-Kummissjoni ppreżentat Pjan ta’ Azzjoni għal Enerġija Affordabbli - iftaħ tab ġdida., li jintroduċi miżuri fl-immedjat biex jitnaqqsu l-kostijiet tal-enerġija billi jiġu antiċipati l-benefiċċji tal-enerġija rinnovabbli, l-iffrankar tal-enerġija, l-integrazzjoni aktar profonda tas-suq u interkonnessjonijiet aħjar tal-enerġija. Il-pjan għandu l-għan li jipprovdi għajnuna lill-unitajiet domestiċi li qed jiffaċċjaw kontijiet għoljin tal-enerġija u lill-industriji li qed jitħabtu ma’ kostijiet għoljin tal-produzzjoni. Huwa proġettat li l-iffrankar kumplessiv kien ta’ €45 biljun fl-2025, li jiżdied għal €130 biljun fis-sena sal-2030 u €260 biljun sal-2040.
Il-pjan REPowerEU - iftaħ tab ġdida. tal-UE, imniedi fl-2022, diġà għamel progress sostanzjali fl-iżgurar li ċ-ċittadini u n-negozji jkollhom aċċess għal enerġija li tkun affordabbli, sigura u sostenibbli. Biex tintemm id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili Russi u tissaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-UE, il-Kummissjoni ppubblikat il-Pjan Direzzjonali REPowerEU - iftaħ tab ġdida. f’Mejju, segwit minn proposta leġiżlattiva - iftaħ tab ġdida. f’Ġunju biex l-importazzjonijiet tal-gass u taż-żejt mir-Russja jitneħħew gradwalment sa tmiem l-2027. Il-Parlament u l-Kunsill laħqu ftehim politiku proviżorju - iftaħ tab ġdida. dwar l-inizjattiva f’Diċembru.
Biex tkompli ssaħħaħ is-sigurtà tal-enerġija tal-UE, il-Kummissjoni qed taħdem fuq reviżjoni tal-qafas tas-sigurtà tal-enerġija tal-UE. F’Diċembru, ipproponiet - iftaħ tab ġdida. ukoll li timmodernizza u tespandi l-infrastruttura tal-grilja tal-UE permezz tal-pakkett dwar il-grilji Ewropej u l-inizjattiva tal-Awtostradi tal-Enerġija.
F’Lulju, il-Kummissjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment żborżaw €3.66 biljun - iftaħ tab ġdida. mill-Fond għall-Modernizzazzjoni - iftaħ tab ġdida. biex jappoġġaw 34 proġett tal-enerġija nadifa, li wħud minnhom jiffukaw fuq l-effiċjenza enerġetika. F’Settembru, nedew l-inizjattiva tal-Effiċjenza Enerġetika fl-Intrapriżi Żgħar u ta’ Daqs Medju - iftaħ tab ġdida., programm ta’ finanzjament ta’ €17.5 biljun li mistenni jgħin lil aktar minn 350 000 kumpanija jnaqqsu l-konsum tal-enerġija tagħhom.
Fid-9 ta’ Frar, l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja ssinkronizzaw il-grilji tal-elettriku tagħhom man-Network tal-Ewropa Kontinentali, f’kooperazzjoni mal-Polonja. L-UE appoġġat dan il-proġett strateġiku Ewropew b’finanzjament ta’ aktar minn €1.3 biljun, li jirrappreżenta 75 % tal-kostijiet tal-investiment. Dan jimmarka l-integrazzjoni sħiħa tal-istati Baltiċi fis-suq tal-enerġija tal-UE. Il-pass itemm id-dipendenza fuq is-sistemi Belarussi u Russi u jsaħħaħ ir-reżiljenza tal-enerġija reġjonali u tal-UE.
Il-progress fl-enerġija rinnovabbli kompla fl-UE, bis-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli jammontaw għal 47 % tal-ġenerazzjoni tal-elettriku fl-2024. Fl-2025, ġiet ipprovduta metodoloġija komuni tal-UE - iftaħ tab ġdida. għall-kalkolu tal-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja minn fjuwils b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. Kważi €1 biljun mill-Fond għall-Innovazzjoni, iffinanzjati permezz tad-dħul mis-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet, ingħataw lil 15-il proġett tal-idroġenu rinnovabbli - iftaħ tab ġdida.. Dawn il-proġetti huma mistennija jipproduċu kważi 2.2 miljun tunnellata ta’ idroġenu rinnovabbli fuq 10 snin, u b’hekk jipprevjenu 15-il miljun tunnellata ta’ emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju.
L-Istati Membri jżommu d-dritt li jagħżlu t-taħlita enerġetika tagħhom, u għal xi wħud, l-enerġija nukleari tibqa’ vitali għad-dekarbonizzazzjoni, il-kompetittività industrijali u s-sigurtà tal-enerġija. F’Mejju, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka nieda ċentru ta’ mmudellar diġitali - iftaħ tab ġdida. biex jappoġġa l-innovazzjoni f’oqsma bħar-reatturi modulari żgħar u l-ippjanar tal-enerġija. Il-Kummissjoni ppubblikat ukoll komunikazzjoni aġġornata tal-Programm Indikattiv Nukleari - iftaħ tab ġdida., li tipprovdi ħarsa ġenerali lejn ix-xejriet tal-iżvilupp nukleari u l-ħtiġijiet tal-investiment madwar l-UE, flimkien ma’ gwida dwar is-sikurezza nukleari, il-ġestjoni tal-iskart, il-ħiliet u l-kooperazzjoni internazzjonali.
L-ekonomija ċirkolari hi kruċjali biex tissaħħaħ is-sigurtà ekonomika, ir-reżiljenza, il-kompetittività u d-dekarbonizzazzjoni tal-UE. Biex tħaffef it-tranżizzjoni tagħha lejn iċ-ċirkolarità, l-UE ħabbret li se tipproponi att dwar l-ekonomija ċirkolari fl-2026, imsejjes fuq it-tieni Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari - iftaħ tab ġdida.. L-għan huwa li jiġi stabbilit suq uniku għall-materja prima sekondarja, tiżdied il-provvista ta’ materjali riċiklati ta’ kwalità għolja u tiġi stimulata d-domanda għal dawn il-materjali fl-UE.
- Fl-2024, ir-rata taċ-ċirkolarità tal-UE laħqet it-
12.2 %. - L-għan huwa li din ir-rata tiġi rduppjata għal
24 % sal-2030.
Il-Kummissjoni adottat ukoll il-pjan ta’ ħidma tal-2025–2030 - iftaħ tab ġdida. għar-Regolament dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli - iftaħ tab ġdida. u r-Regolament dwar it-Tikkettar tal-Enerġija - iftaħ tab ġdida.. Il-pjan jistabbilixxi lista ta’ prodotti li għandhom jingħataw prijorità għall-introduzzjoni ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn u tikkettar tal-enerġija matul il-5 snin li ġejjin biex isiru sostenibbli, ikunu jistgħu jissewwew, ċirkolari u effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Barra minn hekk, ir-regoli riveduti dwar il-konsum tal-enerġija tal-apparat elettriku fil-modalità standby, fil-modalità mitfi u fil-modalità standby man-network - iftaħ tab ġdida. bdew japplikaw fid-9 ta’ Mejju.
Sforzi oħra biex inkomplu nagħmlu progress fir-rigward tal-ekonomija ċirkolari tal-UE
- Ir-reviżjoni mmirata tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart - iftaħ tab ġdida. daħlet fis-seħħ fis-16 ta’ Ottubru - iftaħ tab ġdida.. Din tintroduċi miżuri ġodda, inklużi rekwiżiti obbligatorji ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, biex tittejjeb iċ-ċirkolarità tat-tessuti u titnaqqas il-ħela tal-ikel.
- Ir-Regolament propost dwar il-vetturi li ma għadhomx jintużaw - iftaħ tab ġdida. se jistimula ċ-ċirkolarità fl-industrija awtomobilistika u jtejjeb id-disponibbiltà ta’ materjali sekondarji u spare parts użati affordabbli.
- Valutazzjoni - iftaħ tab ġdida. tar-Regolament tal-UE dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti - iftaħ tab ġdida. wriet li fil-biċċa l-kbira dan laħaq l-objettivi tiegħu u kkontribwixxa għal standards ambjentali u soċjali ogħla fil-prattiki tar-riċiklaġġ tal-bastimenti.
- Ġew adottati regoli - iftaħ tab ġdida. biex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jużaw sistemi kompletament diġitali għat-trasport tal-iskart fis-Suq Uniku, jissimplifikaw il-vjeġġi tal-iskart intra-UE, jiżguraw ir-riċiklaġġ fl-aktar faċilitajiet xierqa u jnaqqsu l-piżijiet u l-kostijiet amministrattivi.
- Pakkett ta’ miżuri - iftaħ tab ġdida. propost se jsaħħaħ ir-riċiklaġġ tal-plastik tal-UE u jħaffef it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari.
Evalwazzjoni - iftaħ tab ġdida. tad-Direttiva dwar Skart ta’ Tagħmir Elettriku u Elettroniku - iftaħ tab ġdida. enfasizzat il-lakuni fil-ġbir tal-iskart elettroniku, l-irkupru tal-materja prima kritika, u l-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur.
Il-proġett ta’ innovazzjoni Photorama - iftaħ tab ġdida., li hu ffinanzjat mill-UE, għandu l-għan li jtejjeb iċ-ċirkolarità permezz tal-irkupru ta’ materja prima bħall-ħġieġ, l-aluminju, ir-ram, il-fidda, l-indju, u s-siliċju minn pannelli solari qodma. Tangermünde, il-Ġermanja, nhar il-15 ta’ April 2025. © L-Unjoni Ewropea. L-użu mill-ġdid hu permess biss għal skopijiet ta’ edukazzjoni u informazzjoni.
Trasport sostenibbli
Biex tibqa’ kompetittiva, l-UE teħtieġ network tat-trasport sostenibbli u konness sew, li jsaħħaħ l-integrazzjoni u l-mobbiltà reġjonali. Fl-2025, il-Kummissjoni għażlet 94 proġett tat-trasport - iftaħ tab ġdida. biex tirċievi kważi €2.8 biljun f’għotjiet tal-UE fl-ambitu tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa - iftaħ tab ġdida. għall-modernizzazzjoni tal-ferroviji, tal-passaġġi fuq l-ilma interni u tar-rotot marittimi fin-Network Trans-Ewropew tat-Trasport - iftaħ tab ġdida.. Hija għażlet ukoll aktar minn 100 proġett li se jirċievu madwar €1 biljun f’għotjiet tal-Faċilità għall-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi - iftaħ tab ġdida. biex tappoġġa l-varar ta’ infrastruttura tal-fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fil-portijiet u fl-ajruporti u tul sezzjonijiet ewlenin tat-toroq.
Barra minn hekk, il-Pjan ta’ Investiment għat-Trasport Sostenibbli - iftaħ tab ġdida. jipprovdi qafas strateġiku biex titħaffef id-dekarbonizzazzjoni tat-trasport tal-UE billi tingħata spinta lill-investiment fi fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju għas-setturi tal-avjazzjoni u tat-trasport fuq l-ilma. Il-miżuri ppreżentati skont il-pjan huma mistennija jimmobilizzaw mill-inqas €2.9 biljun sa tmiem l-2027. Bħala inizjattiva ewlenija skont il-pjan, tnediet koalizzjoni tal-Istati Membri pijunieri biex jiġu appoġġati l-produzzjoni u l-użu ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi. Dan il-grupp biħsiebu jorganizza rkantijiet doppji, li joffru ċertezza tad-dħul fit-tul għall-produtturi u kuntratti kompetittivi fl-immedjat għax-xerrejja tal-fjuwil, bl-ewwel irkant ippjanat għall-2026.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ppreżentat pjan ambizzjuż - iftaħ tab ġdida. biex tħaffef l-iżvilupp tal-ferroviji ta’ veloċità għolja u tqassar b’mod sinifikanti l-ħinijiet tal-ivvjaġġar bil-ferrovija fl-UE.
Titjib futur tar-rotot ferrovjarji
Stadju importanti ieħor intlaħaq bil-progress tal-Mina ta’ Bażi ta’ Brenner - iftaħ tab ġdida., konnessjoni ferrovjarja ta’ 56 km bejn l-Awstrija u l-Italja tul il-Kuritur Skandinavu-Mediterranju tan-Network Trans-Ewropew tat-Trasport. L-UE pprovdiet aktar minn €2.3 biljun f’finanzjament għall-mina u r-rotot ta’ aċċess tagħha permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Il-Bank Ewropew tal-Investiment iffirma wkoll ftehim ta’ finanzjament b’valur ta’ €875 miljun - iftaħ tab ġdida., appoġġat minn InvestEU - iftaħ tab ġdida., għal-linja ferrovjarja ta’ veloċità għolja bejn Liżbona u Porto tal-Portugall.
Fl-2025, l-implimentazzjoni tal-pakkett dwar l-ekoloġizzazzjoni tal-merkanzija tal-2023 - iftaħ tab ġdida. għamel progress b’mod kostanti. Intlaħaq ftehim politiku dwar ir-regolament li jirregola l-użu tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja - iftaħ tab ġdida. u dwar ir-regolament CountEmissionsEU - iftaħ tab ġdida.. Dawn il-miżuri se jagħmlu t-trasport tal-merkanzija aktar effiċjenti u sostenibbli billi jipprovdu inċentivi aktar b’saħħithom għat-trakkijiet b’emissjonijiet baxxi, itejbu l-ġestjoni tal-infrastruttura ferrovjarja u jtejbu d-disponibbiltà tal-informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra relatati mat-trasport.
Biex tħeġġeġ it-trasport bit-triq sostenibbli, il-Kummissjoni pproponiet - iftaħ tab ġdida. li l-vetturi heavy-duty b’emissjonijiet żero jiġu eżentati mill-pedaġġi stradali sa Ġunju 2031 u ħarġet komunikazzjoni - iftaħ tab ġdida. u proposta leġiżlattiva - iftaħ tab ġdida. biex tgħin fit-tħaffif tal-adozzjoni ta’ vetturi b’emissjonijiet żero jew baxxi fil-flotot korporattivi, li jammontaw għal madwar 60 % tar-reġistrazzjonijiet kollha tal-karozzi fl-UE. Barra minn hekk, l-Inizjattiva dwar Kurituri tat-Trasport Nodfa - iftaħ tab ġdida., approvata minn disa’ Stati Membri, għandha l-għan li tħaffef il-varar tal-infrastruttura tal-irriċarġjar għall-vetturi heavy-duty tul il-kurituri ewlenin tal-merkanzija bit-triq. Biex ittejjeb il-kwalità tal-arja u s-sikurezza fit-toroq madwar l-UE, il-Kummissjoni pproponiet ukoll reviżjoni komprensiva tar-regoli tal-UE dwar is-sikurezza fit-toroq u r-reġistrazzjoni tal-vetturi - iftaħ tab ġdida..
It-tranżizzjoni nadifa u diġitali tal-industrija awtomobilistika tkompli tiġi sostnuta mir-riċerka u l-innovazzjoni. Tliet sħubijiet - iftaħ tab ġdida., 2Zero, CCAM u BATT4EU, iffirmaw memorandum ta’ qbil - Fajl PDF, iftaħ tab ġdida. biex jikkollaboraw fuq aġenda kondiviża tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-ambitu ta’ Orizzont Ewropa - iftaħ tab ġdida. (ara t-taqsima “Appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni” hawn taħt). Il-programm ta’ ħidma għar-Riċerka u l-Innovazzjoni ta’ Orizzont Ewropa qed jiġbor ukoll €1 biljun bejn l-2025 u l-2027 biex jappoġġa l-inizjattivi f’oqsma bħas-sewqan awtonomu, il-batteriji abbażi tal-litju tal-ġenerazzjoni li jmiss u l-flotot tal-vetturi elettriċi heavy-duty.
Matul is-sena, il-Kummissjoni bdiet taħdem fuq Strateġija Portwarja tal-UE - iftaħ tab ġdida. u Strateġija Marittima Industrijali tal-UE - iftaħ tab ġdida., biex issaħħaħ il-kompetittività, is-sostenibbiltà u r-reżiljenza tas-sistema tat-trasport fuq l-ilma tal-UE, li tgħaqqad il-portijiet, is-settur tat-tbaħħir u l-industrija. Gwida informali - iftaħ tab ġdida. ġdida dwar ix-xiri konġunt u l-istandards għat-tagħmir elettriku tal-immaniġġar tal-kontejners fil-portijiet għandha l-għan li tħaffef il-bidla mid-diżil għall-makkinarju elettriku u tnaqqas l-emissjonijiet.
Fl-aħħar nett, biex is-settur tat-trasport jinżamm kompetittiv u jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ ħaddiema, tnedew diversi inizjattivi biex il-karrieri tat-trasport isiru aktar attraenti. Dawn jinkludu r-rakkomandazzjonijiet - iftaħ tab ġdida. biex in-nisa jiġu attirati lejn is-settur tat-trasport u jinżammu fih, il-pjattaforma n-Nisa fit-Trasport - iftaħ tab ġdida., l-attivitajiet min-network ta’ ambaxxaturi għad-diversità fit-trasport - iftaħ tab ġdida. u konferenza - iftaħ tab ġdida. dwar kif il-professjonijiet tat-trasport isiru aktar attraenti għaż-żgħażagħ.
Ninvestu fit-teknoloġiji pijunieri
Il-kompetittività fit-tul tal-UE tiddependi mit-tmexxija f’teknoloġiji kritiċi bħas-supercomputing, l-intelliġenza artifiċjali (IA) u l-computing kwantistiku. Biex issaħħaħ din it-tmexxija, il-Kummissjoni se talloka €1.3 biljun - iftaħ tab ġdida. fl-ambitu tal-Programm Ewropa Diġitali - iftaħ tab ġdida., ħalli tvara teknoloġiji vitali għall-futur tal-UE u s-sovranità teknoloġika tagħha.
Ir-rapport dwar l-Istat tad-Deċennju Diġitali 2025 - iftaħ tab ġdida. irrieżamina l-progress lejn l-għanijiet diġitali tal-UE għall-2030. Filwaqt li kien hemm avvanzi f’oqsma bħall-kopertura bażika tal-5G u l-varar tal-edge, ir-rapport enfasizza l-lakuni kontinwi fit-teknoloġiji fundamentali, fil-ħiliet diġitali u fil-protezzjoni ta’ gruppi vulnerabbli, filwaqt li enfasizza l-ħtieġa għal investiment pubbliku u privat akbar.
F’Settembru, il-Kummissjoni ppreżentat Strateġija Ewropea għall-Infrastrutturi tar-Riċerka u tat-Teknoloġija - iftaħ tab ġdida. biex issaħħaħ il-kapaċità tar-riċerka u tat-teknoloġija tal-UE, li tkopri kollox minn laboratorji avvanzati, strumenti xjentifiċi kbar u ċentri tad-data sa linji pilota, ambjenti tal-ittestjar u kmamar nodfa. Din l-infrastruttura hija essenzjali għall-eċċellenza xjentifika, il-kompetittività u s-sovranità teknoloġika tal-UE.
F’April, ġie ppubblikat il-Pjan ta’ Azzjoni għal Kontinent tal-IA - iftaħ tab ġdida., li jistabbilixxi pjanijiet għall-iżvilupp ta’ gigafabbriki tal-IA mgħammra b’aktar minn 100 000 proċessur avvanzat. B’kollox, waslu 77 espressjoni ta’ interess biex jiġu stabbiliti faċilitajiet bħal dawn f’60 sit fi 16-il Stat Membru. Bħala parti mill-pjan ta’ azzjoni, l-UE nediet InvestAI - iftaħ tab ġdida., inizjattiva ġdida li mistennija timmobilizza sa €200 biljun f’investiment pubbliku u privat għall-infrastruttura tal-IA. Tnedew żewġ strateġiji biex titħaffef l-adozzjoni tal-IA fl-industrija u x-xjenza Ewropea, jiġifieri l-Istrateġija għall-Applikazzjoni tal-IA - iftaħ tab ġdida. u l-Istrateġija Ewropea għall-Intelliġenza Artifiċjali fix-Xjenza - iftaħ tab ġdida..
L-ewwel Summit dwar l-IA fix-Xjenza - iftaħ tab ġdida., li sar f’Novembru, immarka t-tnedija tar-Riżorsa għax-Xjenza tal-IA fl-Ewropa - iftaħ tab ġdida., istitut virtwali li se jappoġġa lir-riċerkaturi bil-finanzjament, il-kapaċità tal-computing, id-data, u l-bini tat-talent u tal-ħiliet.
L-2025 rat ukoll id-dħul fis-seħħ tal-ewwel regoli tal-Att dwar l-IA - iftaħ tab ġdida. u r-regoli tal-UE dwar il-mudelli tal-IA bi skop ġenerali - iftaħ tab ġdida. (ara wkoll il-Kapitlu 6). Dan immarka avvanzi kbar fin-network Ewropew tas-supercomputers - iftaħ tab ġdida., b’JUPITER - iftaħ tab ġdida. isir l-ewwel supercomputer fuq skala eksa - iftaħ tab ġdida. tal-Ewropa. Matul is-sena tnedew 6 fabbriki ġodda tal-IA - iftaħ tab ġdida., li ngħaqdu mat-13 li diġà kienu fis-seħħ. Tlettax-il pajjiż - iftaħ tab ġdida. intgħażlu wkoll biex jistabbilixxu antenni tal-fabbriki tal-IA, maħsuba biex jikkomplementaw il-fabbriki tal-IA - iftaħ tab ġdida. eżistenti. Il-pajjiżi li jospitaw il-fabbriki tal-IA huma l-Bulgarija, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja, il-Finlandja u l-Iżvezja. Id-Danimarka, l-Estonja, in-Norveġja, il-Portugall u t-Turkija huma pajjiżi sħab tal-fabbriki tal-IA. Dan sar filwaqt li tqiesu l-impatti negattivi li l-użu dejjem akbar tal-IA u l-espansjoni tal-infrastruttura taċ-ċentri tad-data għandhom fuq id-domanda għall-enerġija u għall-ilma.
Pajjiżi ospitanti tal-fabbriki tal-IA
Id-dijagramma turi d-19-il sit kollha tal-fabbriki tal-IA f’16-il Stat Membru. Dawn huma Brain++ fil-Bulgarija; C Z A I fiċ-Ċekja; J A I F u Hammer Hai fil-Ġermanja; Pharos fil-Greċja; 1 Health AI u BSC A I F fi Spanja; AI 2 F fi Franza; Italia fl-Italja; Lit AI fil-Litwanja; L-A I F fil-Lussemburgu; N L A I F fin-Netherlands; A T A I fl-Awstrija; Gaia AI u Piast A I F fil-Polonja; Ro AI fir-Rumanija; Slaif fis-Slovenja; Lumi A I F fil-Finlandja; u Mimer fl-Iżvezja.
Flimkien mal-IA, it-teknoloġiji kwantistiċi huma mistennija jittrasformaw il-mod kif nindirizzaw l-isfidi kumplessi, mill-avvanz tal-mediċina sal-protezzjoni tal-infrastruttura kritika. F’Lulju, il-Kummissjoni ppreżentat l-Istrateġija Kwantistika tal-Ewropa - iftaħ tab ġdida., bl-għan li l-Ewropa ssir mexxejja globali f’dan il-qasam sal-2030 permezz ta’ aktar riċerka, ekosistemi aktar b’saħħithom, investiment privat akbar u l-iżvilupp ta’ ħiliet kwantistiċi madwar il-kontinent.
Fl-2025, l-UE kompliet timplimenta wkoll l-att Ewropew dwar iċ-ċipep - iftaħ tab ġdida.. Il-kapaċità tal-manifattura taċ-ċipep kompliet tespandi, inkluż permezz tat-tnedija ta’ linji pilota - iftaħ tab ġdida. fl-ambitu tal-Inizjattiva Ċipep għall-Ewropa.
L-ekonomija spazjali — li tkopri l-attivitajiet ekonomiċi kollha possibbli permezz tat-teknoloġiji u tad-data spazjali, mill-infrastruttura satellitari għas-servizzi li jiddependu minnha — hija qasam ieħor li fih l-UE għandha l-għan li tistabbilixxi lilha nnifisha bħala mexxejja globali. L-inizjattiva tal-Kummissjoni Viżjoni għall-Ekonomija Spazjali Ewropea - iftaħ tab ġdida. se tappoġġa dan l-għan, filwaqt li l-att tal-UE dwar l-ispazju - iftaħ tab ġdida. se jarmonizza r-regolamentazzjoni relatata mal-ispazju fl-Istati Membri kollha (ara l-Kapitlu 3).
Nawtonomizzaw lill-utenti u lin-negozji permezz tal-unjoni tad-data
Fl-2025, flimkien mal-introduzzjoni li għaddejja tal-ispazji komuni Ewropej tad-data - iftaħ tab ġdida., daħal fis-seħħ l-Att tal-UE dwar id-Data - iftaħ tab ġdida.. Dan jagħti lill-utenti kontroll akbar fuq id-data minn apparati konnessi u joħloq opportunitajiet ġodda għan-negozji biex jiżviluppaw is-servizzi. Tnediet ukoll Strateġija għal Unjoni tad-Data - iftaħ tab ġdida. biex id-data issir aċċessibbli għall-IA, filwaqt li jiġi żgurat li n-negozji fl-UE jkollhom aċċess għal data ta’ kwalità għolja biex tgħinhom jikkompetu globalment u jixprunaw l-innovazzjoni.
Skont l-Att dwar is-Servizzi Diġitali - iftaħ tab ġdida., ir-riċerkaturi li jissodisfaw sett ta’ kundizzjonijiet speċifiċi se jingħataw aċċess għad-data interna mill-fornituri ta’ pjattaformi online kbar ħafna u magni tat-tiftix online kbar ħafna. Att delegat - iftaħ tab ġdida. jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċeduri tekniċi meħtieġa biex jingħata lok għal aċċess sigur għar-riċerka verifikata. Barra minn hekk, il-Portal online tal-Aċċess għad-Data tad-DSA - iftaħ tab ġdida. jappoġġa l-proċess ta’ ġestjoni tal-aċċess għad-data u jiffaċilita l-iskambju tal-informazzjoni.
Niżguraw swieq diġitali sikuri, ġusti u miftuħa
L-UE kompliet issaħħaħ il-qafas diġitali tagħha permezz tal-implimentazzjoni tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali u l-Att dwar is-Swieq Diġitali - iftaħ tab ġdida.. Flimkien, dawn il-liġijiet jiżguraw ambjent online aktar sikur għall-utenti u kundizzjonijiet ekwi għan-negozji, filwaqt li jsaħħu t-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont u swieq ġusti u miftuħa fix-xenarju diġitali tal-UE. Għal aktar dettall dwar kif l-UE qed tagħmel l-ispazji online aktar sikuri, inkluż billi tipproteġi lill-minorenni permezz tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali (ara l-Kapitlu 6).
L-UE kif infurzat l-Att dwar is-Swieq Diġitali u l-Att dwar is-Servizzi Diġitali fl-2025?
ATT DWAR IS-SWIEQ DIĠITALI
Investigazzjonijiet ġodda:
- investigazzjoni dwar Alphabet talli potenzjalment naqqset il-klassifikazzjoni tal-kontenut tal-pubblikaturi tal-media fit-tfittxija fuq Google;
- investigazzjoni tas-suq dwar Amazon Web Services u Microsoft Azure minħabba li possibbilment huma gateways importanti.
Investigazzjonijiet għaddejjin:
- deċiżjonijiet ta’ nuqqas ta’ konformità - iftaħ tab ġdida. kontra Apple u Meta;
- deċiżjoni ta’ għeluq - iftaħ tab ġdida. waħda kontra Apple;
- deċiżjonijiet ta’ speċifikazzjoni - iftaħ tab ġdida. li joħorġu gwida formali għal Apple;
- żewġ settijiet ta’ sejbiet preliminari - iftaħ tab ġdida. dwar l-awtopreferenzjar u l-influwenzar tal-għażliet rigward Alphabet;
- sett wieħed ta’ sejbiet preliminari - iftaħ tab ġdida. dwar il-mudell tan-negozju ta’ Apple.
Matul l-2025, il-Kummissjoni organizzat djalogi regolatorji mal-kumpaniji l-kbar tat-teknoloġija maħtura bħala gwardjani biex tħeġġeġ il-konformità bikrija mar-rekwiżiti tal-Att dwar is-Swieq Diġitali. Meta kien meħtieġ, hija ħadet ukoll azzjoni ta’ infurzar.
Fit-23 ta’ April, il-Kummissjoni adottat l-ewwel deċiżjonijiet tagħha ta’ nuqqas ta’ konformità, u mmultat €500 miljun lil Apple talli kisret ir-regoli tal-att kontra l-influwenzar tal-għażliet, u €200 miljun lil Meta talli naqset milli toffri lill-utenti alternattiva inqas intensiva fid-data għar-reklamar personalizzat.
L-ATT DWAR IS-SERVIZZI DIĠITALI
Investigazzjonijiet għaddejjin:
- Meta: sejbiet preliminari - iftaħ tab ġdida. dwar nuqqas ta’ trasparenza u nuqqas li jiġu pprovduti għodod adegwati biex jiġi rrapportat il-kontenut u jiġu appellati d-deċiżjonijiet dwar il-moderazzjoni tal-kontenut;
- TikTok: sejbiet preliminari - iftaħ tab ġdida. dwar nuqqas ta’ trasparenza — il-Kummissjoni aċċettat u għamlet sensiela ta’ impenji - iftaħ tab ġdida. vinkolanti wkoll mill-pjattaforma biex tindirizza n-nuqqasijiet fir-repożitorju tar-reklamar tagħha;
- Temu: sejbiet preliminari - iftaħ tab ġdida. dwar prodotti illegali fis-suq tiegħu;
- AliExpress: sejbiet preliminari dwar nuqqas ta’ konformità — barra minn hekk, il-Kummissjoni aċċettat u għamlet vinkolanti sensiela ta’ impenji - iftaħ tab ġdida. mill-pjattaforma biex tissalvagwardja lill-utenti tagħha u ssaħħaħ it-trasparenza;
- X: deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ konformità - iftaħ tab ġdida. u multa għal nuqqas ta’ trasparenza.
Ir-riċerka, l-innovazzjoni, ix-xjenza u t-teknoloġija jeħtieġ li jkunu fiċ-ċentru tal-ekonomija tal-UE biex jixprunaw il-kompetittività. Fl-2025, il-finanzjament ta’ Orizzont Ewropa kompla jappoġġa lir-riċerkaturi u lill-innovaturi, b’mod partikolari billi inkluda negozji ġodda f’setturi bħall-kwantum, il-bijoteknoloġija u t-teknoloġija nadifa. Il-programmi ta’ ħidma ta’ Orizzont Ewropa għall-2025 - iftaħ tab ġdida. u għall-2026–2027 - iftaħ tab ġdida. allokaw aktar minn €7 biljun u €14-il biljun rispettivament biex jappoġġaw ir-riċerka u l-innovazzjoni.
Għal kull €1 investita f’Orizzont Ewropa, l-ekonomija tal-UE tiggwadanja sa €11 - iftaħ tab ġdida..
Minbarra l-appoġġ permezz tal-finanzjament, l-UE qed toħloq ukoll ambjent aħjar għar-riċerka u l-innovazzjoni permezz tal-Aġenda ta’ Politika taż-Żona Ewropea tar-Riċerka għall-2025–2027 - iftaħ tab ġdida.. L-istrateġija Ewropea għall-Infrastrutturi tar-Riċerka u tat-Teknoloġija li għadha kif tnediet se tiffaċilita l-ġbir tar-riżorsi, tgħin biex tiġi evitata d-duplikazzjoni u ssaħħaħ l-aċċessibbiltà u l-kollaborazzjoni bejn il-fruntieri għal infrastrutturi bħal dawn (ara wkoll it-taqsima “Ninvestu f’teknoloġiji pijunieri” hawn fuq).
Finanzjament ewlieni għar-riċerka fl-ambitu ta’ Orizzont Ewropa
- Il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni - iftaħ tab ġdida. huwa programm li jappoġġa l-identifikazzjoni u l-espansjoni ta’ teknoloġiji u innovazzjonijiet rivoluzzjonarji. Fl-2025, huwa alloka aktar minn €1.4 biljun - iftaħ tab ġdida. biex jidentifika, jiżviluppa u jespandi teknoloġiji trasformattivi bbażati fuq ir-riċerka u innovazzjonijiet rivoluzzjonarji.
- Tħabbru aktar minn €1.25 biljun f’finanzjament biex tiġi appoġġata r-riċerka permezz tal-iżvilupp tal-karriera, it-taħriġ u l-mobbiltà tar-riċerkaturi fl-ambitu tal-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie - iftaħ tab ġdida.. Dan jinkludi €22.5 miljun għall-proġett pilota l-ġdid “Agħżel l-Ewropa għax-Xjenza” - iftaħ tab ġdida..
- Tnedew tliet sħubijiet Ewropej ġodda - iftaħ tab ġdida. dwar il-materjali avvanzati, it-tessuti u l-fotovoltajċi biex imexxu ’l quddiem it-tmexxija teknoloġika u l-għanijiet ta’ sostenibbiltà tal-UE.
- Tnedew sħubijiet kofinanzjati Ewropej ġodda, bħall-Agrikoltura tad-Data - Fajl PDF, iftaħ tab ġdida., li se jħaffu t-trasformazzjoni diġitali tal-agrikoltura Ewropea.
Agħżel l-Ewropa
L-UE qed taħdem biex issir l-aktar destinazzjoni attraenti fid-dinja għar-riċerkaturi u l-innovaturi. L-inizjattiva “Agħżel l-Ewropa” - iftaħ tab ġdida., pakkett ta’ miżuri ta’ €500 miljun ippreżentati f’Mejju, għandha l-għan li tattira u żżomm l-aqwa talent xjentifiku minn madwar id-dinja billi toffri finanzjament sod u stabbli, libertà akbar tar-riċerka u kundizzjonijiet tal-għajxien attraenti. Fix-xhur ta’ wara tħabbru miżuri addizzjonali, biex b’hekk l-ammont totali tela’ għal €874 miljun. Jidher li l-inizjattiva hija attraenti ħafna, u qed tirriżulta f’għadd rekord ta’ applikazzjonijiet għal għotjiet tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka u fellowships Marie Skłodowska-Curie. Ir-riċerkaturi jistgħu jaċċessaw biljuni ta’ euro f’opportunitajiet ta’ finanzjament permezz tal-pjattaforma EURAXESS - iftaħ tab ġdida..
L-Istrateġija għax-Xjenzi tal-Ħajja Ewropej
Ix-xjenzi tal-ħajja jikkontribwixxu kważi €1.5 triljun għall-ekonomija tal-UE u jappoġġaw 29 miljun impjieg. B’universitajiet ewlenin, prestazzjoni b’saħħitha tal-privattivi u rwol dejjem akbar fis-saħħa, l-ikel u s-sostenibbiltà, dan is-settur huwa vitali għall-kompetittività tal-UE. L-Istrateġija għax-Xjenzi tal-Ħajja Ewropej - iftaħ tab ġdida. għandha l-għan li tagħmel lill-UE l-aktar post attraenti fid-dinja għax-xjenzi tal-ħajja sal-2030.
L-approċċ fi tliet fażijiet tal-Istrateġija għax-Xjenzi tal-Ħajja Ewropej
- L-ottimizzazzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni biex tissaħħaħ il-kompetittività globali.
- L-iżgurar ta’ aċċess malajr għas-suq għall-innovazzjonijiet fix-xjenzi tal-ħajja.
- It-tisħiħ tal-fiduċja, l-adozzjoni u l-użu ta’ dawn l-innovazzjonijiet.
L-att propost tal-UE dwar il-bijoteknoloġija - Fajl PDF, iftaħ tab ġdida., waħda mill-inizjattivi ewlenin li tifforma parti mill-istrateġija, għandu l-għan li jsaħħaħ il-kompetittività tal-UE fil-bijoteknoloġija billi jiffaċilita t-trasformazzjoni tar-riċerka f’innovazzjonijiet lesti għas-suq. Dan se jissimplifika l-provi kliniċi u joħloq ambjent aktar ta’ appoġġ għall-kumpaniji u l-innovaturi, filwaqt li jgħin biex it-terapiji mill-aktar avvanzati jaslu għand il-pazjenti tal-UE aktar malajr.
Dan huwa kkomplementat minn inizjattivi bħall-HERA Invest - iftaħ tab ġdida., li permezz tagħhom il-Kummissjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment jipprovdu finanzjament tar-riskju biex jgħinu lill-SMEs jiżviluppaw għodod u teknoloġiji mediċi strateġiċi għal UE aktar sikura u aktar b’saħħitha. Inħoloq ukoll ċentru ġdid tal-bijoteknoloġija u tal-bijomanifattura - iftaħ tab ġdida. biex jappoġġa lill-kumpaniji innovattivi, b’mod partikolari lin-negozji ġodda u lill-SMEs, ħalli jġibu prodotti u ideat ġodda fis-suq.
F’Novembru, il-Kummissjoni ppreżentat l-Istrateġija dwar il-Bijoekonomija - iftaħ tab ġdida., li tistabbilixxi modi kif isir użu aħjar mir-riżorsi bijoloġiċi, l-eċċellenza xjentifika u l-bażi industrijali tal-UE biex tiddekarbonizza l-ekonomija tagħha u tissostitwixxi l-materjali u l-prodotti mill-fjuwils fossili.
Start-ups u scale-ups
F’Mejju, il-Kummissjoni nediet l-Istrateġija tal-UE għall-kumpaniji Start-up u Scale-up - iftaħ tab ġdida. biex l-Ewropa ssir l-aħjar post fejn jitwaqqfu u jitkabbru l-kumpaniji xprunati mit-teknoloġija. Allinjata mal-inizjattiva “Agħżel l-Ewropa”, l-istrateġija għandha l-għan li ssaħħaħ il-kompetittività tal-UE billi tappoġġa negozji innovattivi matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, mill-ħolqien u t-tkabbir sal-maturità fl-UE.
F’Ottubru, il-Kummissjoni ħabbret ukoll il-Fond Scale-up Europe - iftaħ tab ġdida., fond ġdid ta’ diversi biljuni ta’ euro maħluq fi sħubija ma’ investituri privati biex jiġu appoġġati l-kumpaniji promettenti tat-teknoloġija profonda tal-UE. Il-Fond, li mistenni jitnieda fl-2026, se jiffoka fuq il-kapital tat-tkabbir u l-investimenti fi stadju avvanzat f’firxa wiesgħa ta’ kumpaniji teknoloġiċi strateġiċi tal-UE, f’oqsma li jinkludu l-IA, it-teknoloġiji kwantistiċi, is-semikondutturi, ir-robotika u s-sistemi awtonomi.
Il-Kummissjoni nediet ukoll stħarriġ biex tiġbor il-feedback pubbliku - iftaħ tab ġdida. dwar il-Karta ta’ Aċċess għall-Utenti Industrijali għall-Infrastrutturi tar-Riċerka u tat-Teknoloġija li jmiss. Il-Karta għandha l-għan li ttejjeb l-aċċess tal-kumpaniji għal dawn l-infrastrutturi, u tagħtihom lok jittestjaw, jespandu u jivvalidaw prodotti ġodda aktar malajr.
Nipproteġu l-proprjetà intellettwali
L-UE tagħti appoġġ finanzjarju lill-SMEs biex jiġġestixxu u jipproteġu aħjar l-assi intanġibbli tagħhom. Matul is-sena, il-Kummissjoni u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea - iftaħ tab ġdida. nedew il-Fond għall-SMEs tal-2025 - iftaħ tab ġdida., skema ta’ għotjiet imfassla biex tgħin lill-SMEs jipproteġu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tagħhom, inklużi l-privattivi, it-trademarks, id-disinji industrijali u l-varjetajiet ġodda ta’ pjanti.
Barra minn hekk, tnieda b’suċċess - iftaħ tab ġdida. proċess - iftaħ tab ġdida. li jagħti lok għal flussi tad-data ħielsa u sikuri bejn l-UE u l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi. Dan se jissimplifika l-proċess ta’ protezzjoni tal-privattivi għall-innovaturi Ewropej u jikkontribwixxi għat-tkabbir u l-kompetittività fis-suq tal-UE.
L-Unjoni tat-Tfaddil u tal-Investiment
Bħala faċilitatur orizzontali tal-Boxxla għall-Kompetittività, Unjoni tat-Tfaddil u tal-Investimenti b’saħħitha hija ċentrali biex tinbena sistema finanzjarja tal-UE aktar profonda, aktar likwida u aktar integrata li taqdi aħjar il-ħtiġijiet taċ-ċittadini u tan-negozji tal-UE. Billi ssaħħaħ il-kapaċità tas-sistema finanzjarja li tgħaqqad it-tfaddil mal-investiment produttiv, l-UE għandha l-għan li tappoġġa l-ħtiġijiet ta’ investiment ewlenin tal-Istati Membri f’oqsma ewlenin bħall-innovazzjoni diġitali, it-tranżizzjoni klimatika u d-difiża.
F’Marzu, il-Kummissjoni ppreżentat l-Istrateġija tal-Unjoni tat-Tfaddil u tal-Investimenti - iftaħ tab ġdida., li tistabbilixxi kif is-swieq kapitali u s-settur bankarju jistgħu jgħaqqdu lil dawk li jfaddlu, u li qed ifittxu opportunitajiet ta’ investiment aħjar ma’ negozji li jeħtieġu finanzjament. L-istrateġija għandha l-għan li tawtonomizza lil dawk li jfaddlu biex ikabbru l-ġid finanzjarju tagħhom u tgħin lin-negozji jespandu, filwaqt li tagħti spinta lill-ekonomija u l-kompetittività tal-UE. Dan jinkludi t-tneħħija tal-ostakli għas-Suq Uniku, inkluż permezz tal-infurzar tar-regoli tal-UE.
Il-miżuri mmirati se jiffukaw fuq l-awtonomizzazzjoni taċ-ċittadini biex jingħataw l-għodod it-tajba ħalli jiġu appoġġati l-benesseri finanzjarju tagħhom; u b’hekk ikun aktar faċli għall-kumpaniji biex jaċċessaw sorsi diversifikati ta’ finanzjament, inkluż bejn il-fruntieri; jitneħħew l-ostakli li jipprevjenu suq kapitali integrat bis-sħiħ; u tiġi żgurata superviżjoni aktar b’saħħitha u aktar armonizzata tas-swieq finanzjarji.
L-UE ħadet ukoll diversi passi oħra biex tiżviluppa l-Unjoni tat-Tfaddil u tal-Investiment. Dawn kienu jinkludu l-ilħuq ta’ ftehim politiku - iftaħ tab ġdida. biex jitqassar iċ-ċiklu ta’ saldu tat-titoli; il-preżentazzjoni ta’ proposta - iftaħ tab ġdida. bl-għan li terġa’ tingħata l-ħajja lit-titolizzazzjoni b’appoġġ għas-self mill-banek; u l-inkoraġġiment ta’ żieda fil-parteċipazzjoni bl-imnut fis-swieq kapitali permezz ta’ titjib fl-inizjattivi ta’ tfaddil, investiment u litteriżmu finanzjarju - iftaħ tab ġdida.. Miżuri addizzjonali ffukaw fuq l-għajnuna liċ-ċittadini biex jiżguraw introjtu adegwat għall-irtirar billi jtejbu l-aċċess għal pensjonijiet supplimentari aħjar - iftaħ tab ġdida., jilħqu ftehim politiku - iftaħ tab ġdida. dwar l-istrateġija dwar l-investiment bl-imnut u jsaħħu l-integrazzjoni u s-superviżjoni tas-swieq kapitali tal-UE - iftaħ tab ġdida.. Dawn ir-riformi għandhom l-għan li jissimplifikaw ir-regoli, jappoġġaw l-innovazzjoni u jneħħu l-ostakli transfruntiera fis-sistema finanzjarja tal-UE.
Fergħat tal-Unjoni tat-Tfaddil u tal-Investiment
- Ċittadini u tfaddil.
- Integrazzjoni u skala.
- Investiment u finanzjament.
- Superviżjoni effiċjenti tas-Suq Uniku.
Settur bankarju
Sabiex jiġu ppreservati l-kompetittività u l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji tal-UE, il-Kummissjoni pproponiet - iftaħ tab ġdida. li jinżamm it-trattament tal-likwidità attwali għal tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli fl-immedjat skont ir-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital - iftaħ tab ġdida.. Barra minn hekk, ipposponiet - iftaħ tab ġdida. l-applikazzjoni tar-regoli ta’ Basel III dwar ir-riskju tas-suq - iftaħ tab ġdida. (Rieżami Fundamentali tal-Portafoll tan-Negozjar) sal-1 ta’ Jannar 2027. Flimkien, dawn il-miżuri għandhom l-għan li jiżguraw kundizzjonijiet ekwi għall-banek tal-UE globalment, jissalvagwardjaw il-likwidità fis-suq u jallinjaw il-qafas prudenzjali tal-UE mal-iżviluppi internazzjonali.
Fl-2025, il-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa - iftaħ tab ġdida. ċċelebrat l-ewwel anniversarju tagħha. L-inizjattiva tappoġġa l-investiment f’teknoloġiji kritiċi fi tliet oqsma ewlenin: it-teknoloġiji diġitali u t-teknoloġija profonda; it-teknoloġiji nodfa u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi; u l-bijoteknoloġiji. Matul is-sena li għaddiet, immobilizzat aktar minn €13.1 biljun billi ġabret l-investiment minn 11-il programm tal-UE biex tagħti spinta lill-kompetittività tal-UE f’dawn it-tliet oqsma.
