Dikjarazzjoni ta’ aċċessibbiltà
Din id-dikjarazzjoni tapplika għall-kontenut ippubblikat fid-dominju: “https://op.europa.eu/webpub/com/general-report-2025/mt/ - jinfetaħ f’tab ġdida.”
Ma tapplikax għal kontenut jew siti web oħrajn ippubblikati fis-sottodominji tiegħu. Dawn is-siti web u l-kontenut tagħhom se jkollhom id-dikjarazzjoni ta’ aċċessibbiltà speċifika tagħhom stess.
Dan is-sit web hu mmaniġġjat mid-DĠ COMM. Hu mfassal biex jintuża minn kemm jista’ jkun nies, inklużi persuni b’diżabbiltajiet.
Għandek tkun tista’:
- tkabbar sa 200 % mingħajr problemi;
- tuża l-biċċa l-kbira tas-sit web bil-keyboard biss;
- tuża l-biċċa l-kbira tas-sit web b’apparat modern li jaqra dak li jkun hemm fuq l-iskrin u b’software li jirrikonoxxi d-diskors (fuq il-kompjuter jew il-mobile tiegħek).
Dan is-sit web hu ddisinjat biex jikkonforma mal-istandard tekniku għas-siti web u l-apps tal-mobile, EN 301 549 v.3.2.1 - PDF file – jinfetaħ f’tab ġdida.. Dan isegwi mill-qrib il-livell “AA” tal-verżjoni 2.1 tal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG) — jinfetaħ f’tab ġdida..
Status tal-konformità
Dan is-sit web hu parzjalment konformi mal-istandard tekniku EN 301 549 v.3.2.1 — PDF file — jinfetaħ f’tab ġdida. u l-Livell AA tal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG) 2.2 — jinfetaħ f’tab ġdida.. Ara “Kontenut mhux aċċessibbli” għal aktar dettalji.
Is-sit web ġie ttestjat l-aħħar fit-13 ta' Frar 2026.
Tħejjija ta’ din id-dikjarazzjoni
Din id-dikjarazzjoni ġiet riveduta fit-13 ta' Frar 2026.
Id-dikjarazzjoni hi bbażata fuq analiżi ta’ kampjun rappreżentattiv tal-paġni web minn kuntrattur estern inkarigat mill-iżvilupp tas-sit web, bl-użu ta’ taħlita ta’ ttestjar manwali u awtomatizzat.
Feedback
Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-aċċessibbiltà tas-sit web “L-UE fl-2025 — Rapport Ġenerali dwar l-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea”. Jekk jogħġbok għarrafna jekk tiltaqa’ ma’ ostakli għall-aċċessibbiltà:
- Telefown: +32 22991111
- E-mail: COMM-Info-Publications@ec.europa.eu
Nippruvaw inwieġbu l-feedback fi żmien 15-il jum ta’ xogħol mid-data tal-wasla tiegħu għand id-dipartiment responsabbli tal-Kummissjoni.
Kompatibbiltà ma’ browsers u teknoloġija assistiva
Is-sit web “L-UE fl-2025 — Rapport Ġenerali dwar l-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea” huwa mfassal biex ikun kompatibbli mat-teknoloġiji assistivi li ġejjin li l-aktar li jintużaw:
- l-aħħar verżjoni tal-browsers Google Chrome, Microsoft Edge, Mozilla Firefox u Apple Safari;
- flimkien mal-aħħar verżjonijiet ta’ JAWS, NVDA, VoiceOver u TalkBack.
Speċifikazzjonijiet tekniċi
L-aċċessibbiltà tas-sit web “L-UE fl-2025 — Rapport Ġenerali dwar l-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea” tiddependi fuq it-teknoloġiji li ġejjin biex jaħdmu mal-kombinazzjoni partikolari ta’ browser tal-web u kwalunkwe teknoloġija ta’ assistenza jew plugins installati fuq il-kompjuter tiegħek:
- HTML
- WAI-ARIA
- CSS
- JavaScript
Kontenut mhux aċċessibbli
Minkejja l-aħjar sforzi tagħna biex niżguraw l-aċċessibbiltà tas-sit web “L-UE fl-2025 — Rapport Ġenerali dwar l-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea”, aħna konxji ta’ xi limitazzjonijiet, li qed naħdmu biex nirranġaw. Hawn taħt hawn deskrizzjoni tal-limitazzjonijiet magħrufin u tas-soluzzjonijiet potenzjali. Jekk jogħġbok ikkuntattjana jekk tiltaqa’ ma’ problema mhux elenkata hawn taħt.
Limitazzjonijiet magħrufin għas-sit web “L-UE fl-2025 — Rapport Ġenerali dwar l-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea”:
- Video player — aċċessibbiltà bil-keyboard: Aħna konxji li hemm xi kwistjonijiet mal-aċċessibbiltà bil-keyboard tal-video player tagħna (meta tagħżel il-lingwa tal-caption mill-menù, mhux possibbli li tuża l-arrow keys biex tmur minn lingwa għal oħra, dan jista’ jsir biss bit-TAB).
- Graffs u ċarts
- Graffs u ċarts — użu tal-kulur: Xi graffs u ċarts fuq is-sit web jiddependu fuq il-kulur biss biex jikkomunikaw l-informazzjoni, u dan ifixkel lin-nies daltoniċi. F’ċarts fejn it-tikketti mhumiex assoċjati viżwalment mat-taqsima kkulurita korrispondenti, meta tikklikkja t-tikketti tal-leġġendi tkun qed tattiva jew tiddiżattiva l-linja, il-bar jew it-taqsima korrispondenti, u dan jippermetti lill-utenti jiċċekkjaw liema tikketta tappartjeni għal liema parti tal-mappa.
- Il-komponenti tal-viżwalizzazzjoni tad-data mhumiex kompletament konformi. Fil-menù ewlieni taċ-ċarts, il-links huma ppreżentati bħala links ankrati, iżda d-destinazzjoni ma teżistix.
- Id-data li fuqha huma bbażati l-graffs u ċ-ċarts tista’ tiġi ddawnlowdjata f’Excel u formati oħra.
Access keys
L-access keys huma tagħmir ta’ navigazzjoni li jippermettulek tuża u tesplora dan is-sit web billi tuża l-keyboard tiegħek. Tista’ ssib aktar informazzjoni fid-dettall dwar l-access keys fil-Linji gwida ta’ Aċċessibbiltà — jinfetaħ f’tab ġdida..
Access keys disponibbli
Dan is-sit juża sistema li tixbah ħafna l-biċċa l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet internazzjonali fir-rigward tal-access keys.
I-access key disponibbli hi:
- L — Ibdel il-lingwa
L-użu tal-access keys fi browsers differenti tal-internet
| Browser | Windows | Linux | Mac |
|---|---|---|---|
| Internet explorer | [Alt] + accesskey, | Mhux applikabbli | |
| Chrome | [Alt] + accesskey | [Alt] + accesskey | [Control] [Alt] + accesskey |
| Firefox | [Alt][Shift] + accesskey | [Alt][Shift] + accesskey | [Control] [Alt] + accesskey |
| Safari | [Alt] + accesskey | Mhux applikabbli | [Control] [Alt] + accesskey |
| Opera |
Opera 15 jew aktar riċenti: [Alt] + accesskey Opera 12.1 jew eqdem: [Shift] [Esc] + accesskey |
||