KAPITLU 5
Insostnu l-kwalità tal-ħajja fl-Ewropa
Id-deskrizzjoni tar-ritratt
Il-kwalità tal-ħajja tal-Ewropa tiddependi fuq ekosistemi li jaħdmu u li jipprovdu għal saħħitna, għall-attivitajiet ekonomiċi tagħna u għal provvista sigura u affordabbli ta’ ikel ta’ kwalità. L-Ewropa għandha fost l-aktar ikel tajjeb għas-saħħa u tal-aqwa kwalità fid-dinja, u dan bis-saħħa tal-bdiewa, tas-sajjieda u tas-settur agroalimentari usa’. Fl-2025, l-Unjoni Ewropea ssoktat ħidmietha biex tiżgura li l-biedja tibqa’ parti ewlenija mill-istil tal-ħajja Ewropew, filwaqt li stinkat ukoll fuq it-tibdil fil-klima biex tiżgura s-sigurtà tal-ikel u tal-ilma. L-ilma hu riżorsa meħtieġa kullimkien. Jekk ninvestu f’ekonomija li tuża l-ilma bil-għaqal, inkunu qed insaħħu r-reżiljenza u l-kompetittività tal-ekonomija tal-UE, u fl-istess ħin nippromwovu r-riċerka, l-innovazzjoni, teknoloġiji ġodda u l-iżvilupp tal-ħiliet biex l-UE tibqa’ tkun pijuniera bħala sors tal-għarfien.
Il-Viżjoni għall-Agrikoltura u għall-Ikel
Il-biedja tinsab fil-qalba nett tal-ħajja Ewropea Filwaqt li tibni fuq ir-rapport tad-Djalogu Strateġiku dwar il-Futur tal-Agrikoltura tal-UE - iftaħ tab ġdida., u b’konsultazzjoni mal-Bord Ewropew għall-Agrikoltura u għall-Ikel - iftaħ tab ġdida., fi Frar il-Kummissjoni Ewropea pproponiet il-Viżjoni għall-Agrikoltura u għall-Ikel - iftaħ tab ġdida. bil-għan li tiżgura l-kompetittività u s-sostenibbiltà fit-tul tas-settur tal-biedja u tal-ikel tal-UE.
L-erba’ oqsma ta’ prijorità tal-Viżjoni għall-Agrikoltura u għall-Ikel
- Attraenza. Nagħmlu l-biedja karriera vijabbli u attraenti.
- Kompetittività. Insaħħu l-pożizzjoni tas-settur fis-swieq dinjin.
- Valida għall-futur. Niżguraw l-innovazzjoni u s-sostenibbiltà għal reżiljenza fit-tul.
- Konnessjoni. Nagħrfu l-valur tal-ikel, u nrawmu kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol ġusti fiż-żoni rurali.
L-UE qed tirriforma l-Politika Agrikola Komuni - iftaħ tab ġdida. (PAK) tagħha, li tiżgura provvista stabbli tal-ikel, tissalvagwardja l-introjtu tal-bdiewa, tħares l-ambjent u żżomm iż-żoni rurali vibranti. Il-PAK riformata se twarrab imqar €300 biljun biex tappoġġa l-introjtu u għal waqt xi kriżijiet, maħsuba għal dawk li l-aktar jeħtiġuhom, fosthom il-bdiewa żgħażagħ, l-azjendi agrikoli żgħar u mħallta, u dawk li joperaw f’żoni b’restrizzjonijiet naturali.
Il-pakkett ta’ simplifikazzjoni tal-PAK - iftaħ tab ġdida., adottat f’Diċembru, jappoġġa l-kompetittività, ir-reżiljenza u d-diġitalizzazzjoni tas-settur agrikolu, u b’mod partikolari lill-bdiewa żgħażagħ u organiċi. Bis-saħħa tal-miżuri, il-bdiewa jistgħu jiffrankaw sa €1.58 biljun fis-sena u l-amministrazzjonijiet nazzjonali sa €210 miljun fis-sena, filwaqt li l-pagamenti, ċerti rekwiżiti, u l-għodod għall-kriżijiet isiru aktar flessibbli u aktar faċli biex jiġu mmaniġġjati.
Biex tħejji ruħha għall-futur, l-UE qed tieħu azzjoni biex tipprovdi qafas ibbażat fuq l-evidenza ħalli taġġusta l-politiki tagħha, sew dawk li jaqgħu taħt il-PAK u sew dawk li le. Bħala parti minn dan l-isforz, f’Mejju tnediet sensiela ta’ ħidma ġdida dwar il-bhejjem - iftaħ tab ġdida. biex tappoġġa lil dan is-settur, li hu partikolarment vulnerabbli għal diversi xokkijiet u għall-kompetizzjoni dinjija. Hemm fatturi oħra li qed jaffettwaw ferm ukoll lis-settur agrikolu, li jvarjaw minn bidliet fl-aspettattivi tal-konsumaturi sad-domandi klimatiċi u ambjentali.
Il-Kummissjoni ppreżentat ukoll Strateġija għat-Tiġdid Ġenerazzjonali - iftaħ tab ġdida. biex tappoġġa l-ġenerazzjoni li jmiss tal-bdiewa billi tindirizza l-ostakli ewlenin li qed isibu l-bdiewa żgħażagħ u ġodda u tagħmel il-ħajja rurali aktar attraenti.
Appoġġ pubbliku għall-Politika Agrikola Komuni
78 %
tan-nies fl-UE jafu bil-PAK, l-akbar persentaġġ mill-2007 ’l hawn.
77 %
tan-nies fl-UE jaqblu li l-PAK tgħin lill-UE biex tiżgura provvista stabbli tal-ikel f’kull mument.
71 %
tan-nies fl-UE jaqblu li l-PAK tgħin lill-UE tipprovdi ikel sikur, tajjeb għas-saħħa, sostenibbli u ta’ kwalità għolja.
Sors: Il-Kummissjoni Ewropea, Ewrobarometru Speċjali 556 - iftaħ tab ġdida., Jannar 2025.
Inizjattivi tal-2025 li jappoġġaw lill-bdiewa fir-reġjuni milquta minn diżastri
- €109 miljun f’appoġġ ta’ emerġenza għall-bdiewa affettwati mit-tibdil fil-klima u d-diżastri naturali fiċ-Ċekja, fi Spanja, fil-Kroazja, f’Ċipru, fil-Latvja, fl-Ungerija u fis-Slovenja.
- €5 miljun f’appoġġ eċċezzjonali lis-setturi tal-ħalib u tal-laħam tal-majjal fil-Ġermanja.
- €50 miljun f’appoġġ ta’ emerġenza għall-bdiewa tal-frott, tal-ġewż u tal-ħaxix affettwati mit-tibdil fil-klima fil-Bulgarija, fil-Latvja, fil-Litwanja, fl-Ungerija, fil-Polonja u fir-Rumanija.
- €14-il miljun biex jgħinu u jikkumpensaw lill-bdiewa fiż-żoni affettwati minn tifqigħat tal-influwenza avjarja fil-Polonja.
- Bidliet eċċezzjonali fl-iskema POSEI - iftaħ tab ġdida. biex il-bdiewa f’Mayotte jiksbu l-għajnuna ħalli jerġgħu jibdew il-produzzjoni wara ċ-ċiklun Chido.
- Inqas burokrazija biex il-produtturi tal-frott u l-ħxejjex u l-produtturi tal-inbid f’Valenzja, Spanja, jsibu l-għajnuna biex jqumu fuq saqajhom wara l-ħsarat fl-għelejjel u fil-faċilitajiet tal-produzzjoni li ġarrbu minħabba temp eċċezzjonali.
Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet firxa ta’ miżuri - iftaħ tab ġdida. biex tiżgura li s-settur tal-inbid tal-Ewropa jibqa’ kompetittiv, reżiljenti, u forza ekonomika vitali fid-deċennji li jmiss. Is-settur qed iħabbat wiċċu ma’ bosta sfidi, fosthom bidliet fix-xejriet tal-konsumaturi, tibdil fil-klima, u inċertezza fis-suq.
Il-provvisti tal-ilma tal-Ewropa huma mhedda dejjem aktar. Madwar 20 % tat-territorju tal-Ewropa u 30 % tal-popolazzjoni tagħha huma affettwati kull sena minn stress tal-ilma.
Sors: L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, L-Istat tal-Ilma tal-Ewropa 2024 — Il-ħtieġa ta’ aktar reżiljenza tal-ilma - iftaħ tab ġdida., l-2024.
L-ilma hu pilastru tal-ħajja u tal-ekonomija, u jaqdi rwol vitali fil-biedja, fis-sajd, fil-proċessi industrijali tal-produzzjoni u fis-sanità. Iżda skont rapporti fl-2025, l-ilma tal-Ewropa qed iġarrab ħafna stress - iftaħ tab ġdida., inkluż minħabba t-tniġġis, l-għargħar, l-iskarsezzi u n-nixfiet.
L-Istrateġija Ewropea għar-Reżiljenza tal-Ilma - iftaħ tab ġdida., adottata f’Ġunju, għandha l-għan li tirrestawra u tipproteġi ċ-ċiklu tal-ilma, tibni ekonomija li tuża l-ilma bil-għaqal ħalli tixpruna l-kompetittività, u tiżgura ilma nadif u affordabbli u sanità għal kulħadd. Biex tipproteġi lin-nies, l-assi u l-infrastruttura vitali minn riskji akbar ta’ għargħar, l-istrateġija tippreżenta aktar minn 50 miżura speċifika - iftaħ tab ġdida. f’ħames oqsma ta’ prijorità.
Oqsma ta’ prijorità tal-azzjoni tal-UE dwar ir-reżiljenza tal-ilma
- Il-governanza u l-implimentazzjoni biex jixtered l-għarfien u tiġi ffaċilitata l-bidla.
- Aktar finanzjament tal-UE u kooperazzjoni mal-Bank Ewropew tal-Investiment biex ikun żgurat l-investiment u tiġi modernizzata l-infrastruttura.
- Diġitalizzazzjoni u użu tal-intelliġenza artifiċjali biex l-implimentazzjoni ta’ tekniki effiċjenti għall-ġestjoni tal-ilma ssir aktar malajr u aktar faċli.
- Riċerka u innovazzjoni għal settur tal-ilma aktar kompetittiv.
- Sigurtà u tħejjija biex jitnaqqas ir-riskju ta’ diżastri u tiżdied ir-reżiljenza kollettiva.
Biex tappoġġa l-konservazzjoni tal-oċeani, ix-xjenzi tal-oċeani, is-sajd sostenibbli, l-akkwakultura u l-ekonomija blu, waqt il-Konferenza tal-2025 tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Oċeani, il-Kummissjoni ħabbret l-inizjattiva ewlenija tagħha, il-Patt Ewropew għall-Oċeani - iftaħ tab ġdida., u investiment ta’ biljun euro - iftaħ tab ġdida. għall-oċeani. Il-patt ilaqqa’ flimkien il-politiki tal-UE dwar l-oċeani f’qafas ta’ referenza uniku, u jiżviluppa strateġija komprensiva li taħtaf l-opportunitajiet u tindirizza t-theddid għall-oċeani, il-komunitajiet kostali, il-gżejjer u l-aktar reġjuni mbiegħda tal-UE.
Is-sitt prijoritajiet ewlenin tal-Patt Ewropew għall-Oċeani
- Nipproteġu u nirrestawraw is-saħħa tal-oċeani.
- Insaħħu l-kompetittività tal-ekonomija blu sostenibbli tal-UE.
- Inwieżnu lill-komunitajiet kostali, lill-gżejjer u lill-aktar reġjuni mbiegħda tal-UE.
- Insaħħu r-riċerka, l-għarfien, il-ħiliet u l-innovazzjoni tal-oċeani.
- Intejbu s-sigurtà u d-difiża marittima.
- Inżidu d-diplomazija tal-UE dwar l-oċeani u ntejbu l-governanza internazzjonali tal-oċeani.
L-ekonomija blu
L-ekonomija blu tal-UE hija mutur ewlieni tat-tkabbir ekonomiku u tal-innovazzjoni. Din taqdi rwol ewlieni fl-istrateġiji industrijali u tas-sigurtà tal-UE, u tiġbor fi ħdanha setturi tradizzjonali bħas-sajd u t-tbaħħir, flimkien ma’ oqsma emerġenti bħall-enerġija rinnovabbli u l-bijoteknoloġija blu.
Il-Jum Marittimu Ewropew - iftaħ tab ġdida. hu opportunità biex nixħtu l-attenzjoni fuq is-setturi u l-attivitajiet marittimi tal-UE. AquaWind - iftaħ tab ġdida. kien wieħed minn dawn il-proġetti ppreżentati waqt l-avveniment tal-2025. Hu prototip innovattiv li jżewweġ l-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta mal-akkwakultura.
© EnerOcean S.L.
L-akkwakultura — is-sajd għall-ħut, il-frott tal-baħar, l-alga, u l-bqija — tmexxi bl-eżempju fejn tidħol il-produzzjoni sostenibbli tal-ikel fl-UE. F’Lulju, il-Kummissjoni pproponiet li tissimplifika l-ġbir tad-data dwar l-akkwakultura u s-sajd - iftaħ tab ġdida. jonqos il-piż tar-rapportar li jerfgħu l-Istati Membri. Il-kultivazzjoni tal-alga tista’ tgħin għall-bijoekonomija blu tal-Ewropa, għas-sigurtà tal-ikel, għan-newtralità klimatika u għar-restawr tal-oċeani. It-Tieni Summit tal-UE dwar l-Għarfien fuq l-Algi - iftaħ tab ġdida. li sar f’Ottubru f’Berlin, il-Ġermanja, enfasizza l-benefiċċji ekonomiċi u ambjentali tal-kultivazzjoni tal-alga.
L-oċeani u l-ilmijiet
Ir-Rapport ta’ Copernicus tal-2025 dwar l-Istat tal-Oċean - iftaħ tab ġdida. jisħaq fuq il-kriżi tripla li qed iġġarrab id-Dinja minħabba t-tibdil fil-klima, it-tniġġis u t-telf tal-bijodiversità, meta fl-2024 it-temperaturi globali ta’ wiċċ il-baħar laħqu rekord ta’ 21 °C.
Skont id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina - iftaħ tab ġdida., l-Istati Membri jeħtieġ jimmonitorjaw, jipproteġu u jieħdu miżuri biex itejbu l-istatus ambjentali tal-ibħra tagħhom. Ħafna politiki tal-UE kkontribwew biex jonqsu t-tniġġis tal-arja, l-użu tal-pestiċidi u l-iskart tal-plastik fil-baħar, iżda hemm iżjed x’jista’ jsir b’rabta mal-istorbju li jagħmel il-ħsara u r-rilaxx tal-mikroplastik fl-ambjent, it-tniġġis tan-nutrijenti u l-iskart, kif juru l-monitoraġġ u l-prospettiva tal-2025 ta’ Tniġġis Żero - iftaħ tab ġdida. u r-raba’ prospettiva dwar l-arja nadifa - iftaħ tab ġdida.. It-tabella informattiva ta’ Tniġġis Żero - iftaħ tab ġdida. turi l-progress fir-reġjuni u l-bliet magħżula.
Sal-lum, il-missjoni tal-UE: Nirrestawraw l-Oċean u l-Ilmijiet Tagħna sal-2030 - iftaħ tab ġdida. appoġġat aktar minn 1 000 inizjattiva - iftaħ tab ġdida. li jipproteġu u jirrestawraw ekosistemi tal-baħar u tal-ilma ħelu. Il-missjoni tipprovdi approċċ sistemiku għall-protezzjoni u r-restawr tal-oċeani u tal-ibħra u l-ilmijiet tal-Ewropa sal-2030. Fl-2025, l-UE investiet €116-il miljun fi 13-il proġett ġdid - iftaħ tab ġdida. li jiffukaw fuq il-protezzjoni tal-ħabitats tal-ħut migratorju, it-tnaqqis tal-impatt ambjentali tas-sajd, u għajnuniet lill-komunitajiet lokali biex jieħdu f’idejhom ċerti sforzi tar-restawr. Waqt it-Tielet Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Oċeani - iftaħ tab ġdida., l-UE pproponiet ukoll inizjattiva ġdida dwar l-osservazzjoni tal-oċeani u nediet ukoll il-prototip tal-pjattaforma tat-Tewmi Diġitali Ewropew tal-Oċean - iftaħ tab ġdida., għodda diġitali biex tgħin liċ-ċittadini jifhmu, jimmaniġġjaw u jipproteġu l-oċeani.
F’Settembru, bl-appoġġ tal-UE, daħal fis-seħħ il-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar is-Sussidji tas-Sajd - iftaħ tab ġdida. u dan hu pass sostanzjali ’l quddiem favur il-protezzjoni tal-oċeani li jaqbel sewwasew mal-prijoritajiet tal-Patt Ewropew għall-Oċeani.
Fl-20 ta’ Settembru, il-Ftehim dwar il-Bijodiversità lil hinn mill-Ġuriżdizzjoni Nazzjonali - iftaħ tab ġdida., magħruf ukoll bħala t-Trattat dwar l-Ibħra Miftuħa, wasal fis-60 ratifika u beda l-proċess biex jidħol fis-seħħ fil-bidu tal-2026 — mument storiku għall-konservazzjoni dinjija tal-oċeani. L-UE u l-Istati Membri tagħha kienu kruċjali biex javvanzaw dak il-Ftehim, u mexxew il-Koalizzjoni ta’ Ambizzjoni Għolja tal-Bijodiversità lil hinn mill-Ġuriżdizzjoni Nazzjonali - iftaħ tab ġdida. — grupp ta’ iżjed minn 40 nazzjon ilkoll impenjati għal governanza tal-oċeani ambizzjuża u msejsa fuq ix-xjenza. It-tmexxija politika ta’ din il-koalizzjoni kienet vitali biex jitfassal it-trattat u titħaffef ir-ratifika tiegħu.
Miżuri ewlenin għall-protezzjoni tal-oċeani fl-2025
- L-UE wiegħdet aktar minn €300 miljun f’għajnuna għall-isforzi tal-konservazzjoni tal-oċeani biex tappoġġa azzjoni fl-oqsma tal-ekonomija blu sostenibbli, it-tniġġis tal-baħar, iż-żoni protetti tal-baħar, u l-oċeani u t-tibdil fil-klima.
- L-UE għenet biex tiffaċilita ftehimiet internazzjonali dwar il-protezzjoni tal-oċeani, fosthom l-adozzjoni ta’ limiti tal-qbid speċifiċi - iftaħ tab ġdida. għall-ispeċijiet ewlenin kollha tat-tonn tropikali. Irnexxielha wkoll tasal għal ftehim - iftaħ tab ġdida. biex tgħin ħalli sal-2050 jixxejnu l-emissjonijiet netti tal-gassijiet serra mit-tbaħħir dinji.
- L-UE kkonkludiet b’suċċess il-presidenza tagħha tal-2025 tal-Alleanza għar-Riċerka u l-Innovazzjoni dwar l-Oċean Trans-Atlantiku - iftaħ tab ġdida..
Is-sajd
Il-Politika Komuni tas-Sajd - iftaħ tab ġdida. inħolqot biex tiżgura li s-sajd u l-akkwakultura jkunu ambjentalment sostenibbli u jitmexxew b’modi li jkunu konsistenti mal-objettivi li jinkisbu benefiċċji ekonomiċi, soċjali u relatati mal-impjiegi. L-evalwazzjoni tal-2025 tal-politika vvalutat il-prestazzjoni tar-regolament relatat - iftaħ tab ġdida. u jekk għadux adattat għall-iskop tiegħu, bl-involviment ta’ konsultazzjoni estensiva mal-partijiet ikkonċernati u permezz ta’ evidenza minn studji dwar suġġetti bħall-obbligu ta’ ħatt l-art - iftaħ tab ġdida..
L-istudju “Fishers of the future - iftaħ tab ġdida.” stħarreġ ir-rwol tas-sajjieda fis-soċjetajiet tat-22 Stat Membru kostali tal-UE u pproġetta erba’ xenarji potenzjali sal-2050, skont il-firxa tat-tibdil fil-klima u fil-bijodiversità li jġarrbu l-ekosistemi tal-baħar u l-varjazzjonijiet fid-domanda tal-konsumaturi u d-dinamika tas-suq.
Fl-2025, ittieħdu diversi inizjattivi biex jissaħħu d-drittijiet tas-sajjieda Ewropej li joperaw ’il barra mill-ilmijiet tal-UE. Bejn l-UE u r-Renju Unit ġie żgurat aċċess reċiproku sħiħ għall-ilmijiet - iftaħ tab ġdida. għall-attivitajiet tas-sajd sat-30 ta’ Ġunju 2038, filwaqt li memorandum ta’ qbil ġdid mal-Iżlanda - iftaħ tab ġdida. saħħaħ il-kooperazzjoni fejn jidħlu s-sajd sostenibbli u l-affarijiet tal-oċeani. Barra minn hekk, iġġeddu bosta sħubijiet tas-sajd sostenibbli - iftaħ tab ġdida. li lill-bastimenti tal-UE jagħtuhom aċċess għall-ilmijiet tal-Kosta tal-Avorju - iftaħ tab ġdida. u ta’ São Tomé u Príncipe - iftaħ tab ġdida. għal 4 snin, u għal dawk tal-Gżejjer Cook - iftaħ tab ġdida. għal 7 snin.
Aktar minn nofs il-miżuri deskritti fl-Istrateġija għall-Bijodiversità għall-2030 - iftaħ tab ġdida. issa huma fis-seħħ, u ħafna mill-inizjattivi li fadal mexjin ġmielhom, fosthom bl-implimentazzjoni tar-Regolament dwar ir-Restawr tan-Natura - iftaħ tab ġdida..
L-adozzjoni tal-Liġi dwar il-Monitoraġġ tal-Ħamrija - iftaħ tab ġdida., l-ewwel liġi tal-UE li qatt saret dwar il-ħamrija, tindirizza proċessi ewlenin ta’ degradazzjoni tal-ħamrija, bħall-erożjoni, it-telf tal-materja organika, is-salinizzazzjoni, il-kontaminazzjoni, il-kompattazzjoni, l-issiġillar u t-telf tal-bijodiversità tal-ħamrija. Id-Direttiva l-ġdida - iftaħ tab ġdida. għandha l-għan li tinkludi wkoll miżuri dwar il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija.
Il-progress ta’ Missjoni Ħamrija - iftaħ tab ġdida. fl-2025
- €561.5 miljun f’finanzjament.
- 63 proġett tar-riċerka, b’aktar minn 1 400 parteċipant.
- 45 mill-100 laboratorju ħaj u fanal - iftaħ tab ġdida. li hemm ippjanati.
Il-Pjan Direzzjonali għall-Krediti tan-Natura - iftaħ tab ġdida. hu opportunità biex simultanjament jinkiseb introjtu mingħand sorsi pubbliċi u privati tal-finanzjament għar-restawr tan-natura. Dan hu maħsub biex jixpruna l-bijodiversità u jħares il-ħabitats billi jinċentiva l-investiment privat favur ir-restawr u l-manutenzjoni tan-natura.
F’Diċembru, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta reviżjoni mmirata - iftaħ tab ġdida. tar-regolament tal-UE dwar prodotti mingħajr deforestazzjoni, biex din tissimplifika l-implimentazzjoni tiegħu. Fl-2025, il-Kummissjoni ppubblikat ukoll l-ewwel lista ta’ valutazzjoni komparattiva - iftaħ tab ġdida., għodda li tikklassifika lill-pajjiżi skont ir-riskju tagħhom ta’ deforestazzjoni minħabba l-produzzjoni tal-baqar, il-kawkaw, il-kafè, iż-żejt tal-palm, il-gomma, is-sojja u l-injam.
© ASakoulis – stock.adobe.com
Bis-saħħa tad-Direttiva tal-UE dwar l-Għasafar - iftaħ tab ġdida. u l-proġetti apposta permezz tal-programm LIFE - iftaħ tab ġdida., l-Ewropa tispikka bħala wieħed mill-ftit postijiet fid-dinja li qed itejbu jew jistabilizzaw in-numri tal-popolazzjonijiet tal-għasafar tal-priża u tal-avultuni, u dawn jinkludu l-irkupru tal-avvultuni suwed u l-avvultuni primi, u l-qawmien mill-ġdid tal-avultuni tal-ħrief fl-Alpi.
Issa li fl-aħħar snin żdiedu l-popolazzjonijiet tal-ilpup fl-Ewropa, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill approvaw emenda għad-Direttiva dwar il-Ħabitats - iftaħ tab ġdida., wara l-emenda tal-istatus ta’ protezzjoni tal-lupu fil-Konvenzjoni ta’ Berna - iftaħ tab ġdida., biex l-Istati Membri jkollhom aktar flessibbiltà fl-immaniġġjar tal-popolazzjonijiet lokali tagħhom tal-ilpup.
Bis-saħħa tad-Direttiva dwar l-Impenji Nazzjonali għat-Tnaqqis tal-Emissjonijiet - iftaħ tab ġdida., l-emissjonijiet tas-sustanzi niġġiesa fl-arja komplew jonqsu - iftaħ tab ġdida. f’ħafna mill-Istati Membri matul is-sena. L-ilma mormi urban hu wieħed mis-sorsi ewlenin tat-tniġġis tal-ilma, jekk ma jinġabarx u ma jiġix trattat skont ir-regoli tal-UE. Id-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Mormi Urban - iftaħ tab ġdida. riveduta, li daħlet fis-seħħ f’Jannar 2025, tindirizza l-bqija tal-isfidi tat-tniġġis u l-isfidi l-ġodda tal-immaniġġjar tal-ilma mormi urban.
Fl-2025, il-Premju tal-Belt Kapitali Ekoloġika tal-Ewropa tal-2027 rebħitu l-belt Ġermaniża Heilbronn - iftaħ tab ġdida., filwaqt li Assen fin-Netherlands u Siena fl-Italja ingħataw kull wieħed il-Premju Ewropew Green Leaf, li juru kif il-bliet jistgħu jkunu minn ta’ quddiem biex jindirizzaw it-tniġġis tal-arja, tal-ilma u tal-istorbju, fl-immaniġġjar tal-iskart u fl-ekonomija ċirkolari, u biex tiżdied il-bijodiversità, jonqsu l-emissjonijiet u jissokta l-adattament għat-tibdil fil-klima.
Matul is-sena daħal fis-seħħ ir-Regolament il-ġdid dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ - iftaħ tab ġdida. bil-għan li jrażżan iż-żidiet fil-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ. Dan se jippromwovi l-prevenzjoni tal-iskart u jneħħi s-sustanzi ta’ tħassib mill-katina tal-valur. F’Lulju, il-Kummissjoni ppubblikat ir-rieżami tal-2025 tal-implimentazzjoni ambjentali - iftaħ tab ġdida. biex tgħin fl-implimentazzjoni tar-regoli tal-UE u żżid l-għarfien fuq l-importanza tagħhom biex niżguraw ambjent san li fih toktor il-prosperità u tissaħħaħ il-kompetittività fit-tul tan-nies li jgħixu fl-UE. Il-Kummissjoni adottat ukoll gwida - iftaħ tab ġdida. biex tgħin lill-Istati Membri japplikaw responsabbiltà estiża tal-produtturi għall-ispejjeż involuti għat-tindif tar-rimi bl-addoċċ.
F’Lulju, il-Kummissjoni ppreżentat il-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid għall-Industrija Ewropea tas-Sustanzi Kimiċi - iftaħ tab ġdida., li tfassal biex isaħħaħ il-kompetittività tas-settur u jixpruna t-tranżizzjoni tas-settur lejn produzzjoni kimika sikura, sostenibbli u innovattiva. L-UE ħadet ukoll azzjoni biex tipprojbixxi l-użu ta’ sustanzi kimiċi dannużi, interferenti endokrinali u bisfenoli fil-ġugarelli mibjugħa fl-UE - iftaħ tab ġdida., filwaqt li ġie restritt l-użu tal-PFAS (“sustanzi kimiċi dejjiema”) fil-fowms tat-tifi tan-nar - iftaħ tab ġdida.. F’April, il-Kummissjoni ppubblikat gwida - iftaħ tab ġdida. biex tgħin lill-kumpaniji josservaw ir-restrizzjonijiet il-ġodda tal-mikroplastiċi. Barra minn hekk, f’Ġunju kien hemm qbil bejn il-koleġiżlaturi fuq regoli ġodda u aktar ċari dwar id-deterġenti - iftaħ tab ġdida. li se jgħinuna nipproteġu aħjar is-saħħa tan-nies u l-ambjent.
Miżuri tal-2025 li jgħinu fil-monitoraġġ tat-tniġġis
- Ftehim politiku - iftaħ tab ġdida. dwar l-aġġornament tal-mandat tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima. Bħala parti mir-rwol akbar tagħha, l-aġenzija se tuża għodod tas-sorveljanza aktar b’saħħithom biex taqbad u tiskoraġġixxi r-rimi illegali fil-baħar, filwaqt li se tiżviluppa wkoll is-sistemi tagħha tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet.
- Il-Kummissjoni adottat regolament li jistabbilixxi Tikketta volontarja tal-Emissjonijiet tat-Titjiriet - iftaħ tab ġdida., li tipprovdi metodoloġija ċara u affidabbli biex jiġu kkalkulati l-emissjonijiet tat-titjiriet. Din se tgħin lill-passiġġieri jieħdu deċiżjonijiet infurmati u tipproteġihom minn dikjarazzjonijiet qarrieqa ta’ greenwashing.
- Intlaħaq qbil politiku - iftaħ tab ġdida. fuq ir-regolament propost CountEmissionsEU - iftaħ tab ġdida., li joħloq qafas komuni tal-UE għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri.
- Għadd ta’ regoli ġodda tal-kategorija tal-impronta ambjentali - iftaħ tab ġdida. tal-ħwejjeġ u ż-żraben se jipprovdu metodu armonizzat u bbażat fuq ix-xjenza biex jiġi vvalutat l-impatt ambjentali tal-prodotti tul iċ-ċiklu tagħhom.
- L-adozzjoni tal-pakkett “sustanza waħda, valutazzjoni waħda - iftaħ tab ġdida.”, maħsub biex jissimplifika l-valutazzjoni tal-perikli u tar-riskji tas-sustanzi kimiċi madwar l-UE u jtejjeb l-aċċess għall-informazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi fuq pjattaforma komuni tad-data.
85 %
tan-nies fl-UE jemmnu li t-tibdil fil-klima hu problema serja.
81 %
tan-nies fl-UE jaqblu mal-għan tal-UE kollha li tikseb in-newtralità klimatika sal-2050.
77 %
tan-nies fl-UE jaqblu li l-prezz ekonomiku tal-ħsara minħabba t-tibdil fil-klima hu ferm ogħla mill-investiment meħtieġ għal tranżizzjoni lejn emissjonijiet żero netti.
Sors: Il-Kummissjoni Ewropea, Ewrobarometru Speċjali 565 - iftaħ tab ġdida., Ġunju 2025.
Mir-Rapport Ewropew tal-2024 dwar l-Istat tal-Klima - iftaħ tab ġdida., ippubblikat fl-2025, joħroġ li l-2024 kienet l-aktar sena sħuna rreġistrata, u kienet ukoll l-ewwel sena b’temperatura medja li taqbeż il-1.5 °C iżjed mil-livelli preindustrijali.
Fir-reġjuni ċentrali, tal-Lvant u tax-Xlokk tagħha, l-Ewropa esperjenzat temperaturi rekord fl-2024. Minħabba maltempati qawwija u għargħar mifrux - iftaħ tab ġdida. tilfu ħajjithom 335 ruħ matul is-sena, u hu stmat li ntlaqtu madwar 413 000 persuna.
Teżisti evidenza - iftaħ tab ġdida. li kull parti tal-oċean issa tinsab mhedda minħabba t-tibdil fil-klima, it-telf tal-bijodiversità u t-tniġġis, u dan jaffettwa l-ekosistemi, is-sigurtà tal-ikel, l-ekonomiji, il-komunitajiet kostali u r-regolazzjoni tal-klima dinjija.
L-hekk imsejħa “Strateġija għal Unjoni tal-Preparatezza - iftaħ tab ġdida.” (ara l-Kapitlu 3) tirrikonoxxi wkoll it-tibdil fil-klima bħala fattur ewlieni li jżid ir-riskji, u tenfasizza l-importanza tal-antiċipazzjoni u l-prevenzjoni, u ta’ approċċ ħolistiku għall-immaniġġjar tar-riskji. Għal dan il-għan, bdiet il-ħidma fuq il-Qafas Integrat għar-Reżiljenza Klimatika Ewropea u l-Ġestjoni tar-Riskji - iftaħ tab ġdida..
Il-missjoni tal-UE: Adattament għat-Tibdil fil-Klima - iftaħ tab ġdida. permezz ta’ Orizzont Ewropa - iftaħ tab ġdida. ssarraf l-Istrateġija ta’ Adattament tal-UE - iftaħ tab ġdida. f’azzjoni speċifika. Fl-2025, tnedew 18-il proġett ġdid ta’ missjoni - iftaħ tab ġdida. biex jiżdiedu l-approċċi ppruvati, l-adattament jiddaħħal fil-livelli kollha ta’ governanza, jitħeġġu soluzzjonijiet sistemiċi u transsettorjali, u jitwieżnu l-aktar gruppi soċjali vulnerabbli.
B’baġit ġenerali ta’ €2.3 biljun, l-opportunitajiet ta’ finanzjament 2025–2027 permezz tal-programm LIFE - iftaħ tab ġdida. għandhom l-għan li jagħtu spinta lit-tranżizzjoni tal-UE lejn ekonomija nadifa, ċirkolari, kompetittiva u reżiljenti għat-tibdil fil-klima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni investiet €86 miljun fi proġetti integrati strateġiċi ġodda - iftaħ tab ġdida. li huma ffokati fuq it-titjib tal-kwalità u d-disponibbiltà tal-ilma, it-tindif tax-xmajjar imniġġsa, protezzjoni aħjar kontra n-nirien u l-għargħar, u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. L-Istrateġija Ewropea għar-Reżiljenza tal-Ilma tindirizza wkoll l-impatti tat-tibdil fil-klima bħall-għargħar u n-nixfiet.
Il-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili - iftaħ tab ġdida. hu maħsub biex itejjeb il-kooperazzjoni fejn tidħol il-protezzjoni ċivili bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi parteċipanti ħalli tissaħħaħ il-prevenzjoni tad-diżastri u anki t-tħejjija u r-rispons għalihom, inkluż tal-avvenimenti klimatiċi (ara l-Kapitlu 3).
L-UE qed tibni unjoni tas-saħħa Ewropea - iftaħ tab ġdida. b’saħħitha, li tiżgura d-disponibbiltà tal-provvisti mediċi u li dawn ikunu affordabbli u innovattivi; l-Istati Membri kollha huma ppreparati għal kriżijiet tas-saħħa u jirrispondu għalihom flimkien; u l-Istati Membri jaħdmu biex itejbu l-prevenzjoni, it-trattament u l-kura ta’ wara għal ċertu mard bħall-kanċer u l-mard tal-qalb.
Tul l-ewwel 100 jum tal-mandat tagħha, il-Kummissjoni pproponiet l-Att dwar il-Mediċini Kritiċi - iftaħ tab ġdida. biex ittejjeb id-disponibbiltà, il-forniment u l-produzzjoni tal-mediċini kritiċi fl-UE. Dan l-Att se jgħin biex il-pazjenti fl-UE jkunu żgurati aċċess għall-mediċini li jeħtieġu, meta jkollhom bżonnhom. Biex jikkomplementa l-Att dwar il-Mediċini Kritiċi, intlaħaq ftehim politiku dwar il-pakkett tal-farmaċewtiċi - iftaħ tab ġdida.. Din hija l-ewwel riforma ewlenija tal-leġiżlazzjoni farmaċewtika tal-UE mill-2004 ’l hawn.
Matul is-sena beda jitħaddem l-Ispazju Ewropew tad-data dwar is-Saħħa - iftaħ tab ġdida.. Dan hu pedament tal-unjoni tas-saħħa Ewropea u tappa fit-trasformazzjoni diġitali tal-UE. F’Jannar, il-Kummissjoni ppreżentat ukoll il-pjan ta’ azzjoni dwar iċ-ċibersigurtà tal-isptarijiet u l-fornituri tal-kura tas-saħħa - iftaħ tab ġdida. biex tkompli ssaħħaħ is-sigurtà diġitali tas-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħna.
F’Diċembru, il-Kummissjoni ppreżentat l-ewwel pjan Ewropew tax-xorta tiegħu dwar is-saħħa kardjovaskulari - iftaħ tab ġdida. biex tindirizza l-kawża ewlenija tal-mewt fl-Ewropa. Il-pjan il-ġdid għandu l-għan li jnaqqas l-għadd ta’ mwiet qabel iż-żmien minħabba l-mard tal-qalb fl-UE permezz ta’ prevenzjoni aħjar u sejbien kmieni, trattament u mmaniġġjar ta’ dan il-mard.
Il-Kummissjoni ppreżentat Pjan tal-Unjoni għall-Prevenzjoni, it-Tħejjija u r-Rispons - iftaħ tab ġdida. bħala sett ta’ għodod għal dawk li jfasslu l-politika u għall-meniġers tal-kriżijiet li jaħdmu fl-emerġenzi tas-saħħa. Din hi azzjoni ewlenija biex titwettaq l-Istrateġija għal Unjoni tal-Preparatezza fis-settur tas-saħħa. Il-Kummissjoni kompliet tavvanza proġetti importanti biex issaħħaħ it-tħejjija tal-UE għal emerġenzi tas-saħħa futuri, billi inawgurat ċentru ġdid għall-iżvilupp tal-vaċċini - iftaħ tab ġdida. u ffaċilitat l-aċċess għall-mediċini permezz ta’ ftehimiet ġodda tal-akkwist konġunt.
Il-Kummissjoni ppreżentat ukoll l-Istrateġija għall-Kontromiżuri Mediċi - iftaħ tab ġdida. biex issaħħaħ il-protezzjoni tal-UE kontra t-theddid prijoritarju għas-saħħa, inkluż il-viruses b’potenzjal pandemiku, ir-reżistenza għall-antimikrobiċi, it-theddid għas-saħħa kkawżat mit-tibdil fil-klima, it-theddid relatat mal-kunflitti armati u t-theddid kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari.
Miżuri għall-prevenzjoni u t-trattament tal-mard
- Aktar minn 90 % tal-miżuri li hemm fil-Pjan tal-Ewropa għall-Ġlieda kontra l-Kanċer diġà twettqu - iftaħ tab ġdida. jew qed jitwettqu, bl-għajnuna sinifikanti tal-Missjoni tal-UE: Il-Kanċer - iftaħ tab ġdida. u l-programm Orizzont Ewropa.
- Ingħatat awtorizzazzjoni tal-UE għall-kummerċjalizzazzjoni taż-Zuranolone - iftaħ tab ġdida., mediċina għall-kura tad-dipressjoni postpartum, li għaliha ma kien ġie approvat l-ebda trattament speċifiku qabel.
- Ingħatat awtorizzazzjoni wkoll għal mediċina li tittratta ċerti disturbi konjittivi ħfief - iftaħ tab ġdida. tul l-ewwel stadji tal-Alzheimer’s, u din hija l-ewwel mediċina tax-xorta tagħha li qatt awtorizzat l-UE.
- Ġiet implimentata Azzjoni Konġunta dwar id-Dimensja u s-Saħħa - iftaħ tab ġdida. permezz ta’ €4.5 miljun mill-programm L-UE għas-Saħħa - iftaħ tab ġdida. biex tgħin lill-Istati Membri jindirizzaw id-dimensja b’mod komprensiv, minn titjib fil-litteriżmu u l-għarfien dwar is-saħħa, skrinjar u prevenzjoni primarja, sa appoġġ lill-persuni li jgħixu bid-dimensja u b’disturbi newroloġiċi oħra.
- Tnediet Azzjoni Konġunta dwar il-Mard Respiratorju - iftaħ tab ġdida. bi kważi €5 miljun mill-programm L-UE għas-Saħħa biex jiġi indirizzat il-mard respiratorju kroniku u tittejjeb is-saħħa tal-pulmun madwar l-Ewropa.
Bis-saħħa tal-Istrateġija tagħha għas-Saħħa Globali - iftaħ tab ġdida., l-UE għamlet passi sostanzjali - iftaħ tab ġdida. biex jissaħħu s-sistemi tas-saħħa u titwessa’ l-kopertura universali tas-saħħa, u biex jittejbu t-tħejjija u r-rispons għat-theddid tas-saħħa ta’ bejn il-fruntieri. F’dan il-kuntest, fl-2025, il-Kummissjoni ffirmat ftehimiet ġodda mal-Health Emergency Readiness tal-Kanada - iftaħ tab ġdida. u mal-Organizzazzjoni tas-Saħħa Pan-Amerikana - iftaħ tab ġdida.. Il-Kummissjoni pprovdiet ukoll €9.4 miljun biex tappoġġa s-sħubija biex jitħaffef l-ittestjar u s-sekwenzjar tal-Mpox fl-Afrika - iftaħ tab ġdida.. Din se ssaħħaħ is-sejbien u l-monitoraġġ tal-Mpox, u tappoġġa wkoll it-testijiet innovattivi.
It-12-il Forum tas-Sħubija għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi li qed Jiżviluppaw - iftaħ tab ġdida., li sar f’Kigali, ir-Rwanda, analizza l-progress li għamlet din is-sħubija storika tal-provi kliniċi mal-Afrika. Sal-lum, is-sħubija investiet iżjed minn €1.5 biljun fuq 477 studju kliniku, li wasslu għal mediċini ġodda fosthom l-ewwel żewġ vaċċini fid-dinja kontra l-malarja.
L-UE tappoġġa l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa - iftaħ tab ġdida. (WHO), bħala l-awtorità ewlenija dwar is-saħħa dinjija fis-sistema tan-NU. L-UE kien ilha mill-2020 attiva u impenjata f’ħidma mal-pajjiżi tad-WHO u korpi rilevanti oħra biex tasal għal Ftehim ambizzjuż dwar il-Pandemiji - iftaħ tab ġdida.. Adottat fl-2025, dan il-ftehim għandu l-għan li jtejjeb il-prevenzjoni ta’ pandemiji dinjin futuri, u anki t-tħejjija u r-rispons għalihom. Id-WHO nediet il-verżjoni 2.0 tas-sistema tal-Intelligence dwar l-Epidemiji minn Sorsi Miftuħa - iftaħ tab ġdida. fiċ-Ċentru tal-Pandemiji tad-WHO f’Berlin, il-Ġermanja, b’appoġġ mill-qrib mill-UE u l-Istati Membri tagħha. Bħalissa l-UE hi involuta wkoll f’ħidma fuq is-Sistema tal-Aċċess u l-Qsim tal-Benefiċċji tal-Patoġeni - iftaħ tab ġdida..