IRTIRAR FL-UE
KUN AF ID-DRITTIJIET TIEGĦEK
JEKK ĦDIMT F’PAJJIŻ WIEĦED JEW AKTAR TAL-UE SA META TIRTIRA, GĦANDEK NUMRU TA’ DRITTIJIET U TA’ INTITOLAMENTI.
X’JIĠRIMID-DRITTIJIET
TIEGĦEKTAL-PENSJONI?
- Jekk ħdimt f’pajjiżi differenti tal-UE, jista’ jagħti l-każ li akkumulajt drittijiet għall-pensjoni minn kull pajjiż.
- Għandek tistaqsi għal informazzjoni dwar il-ħlas tal-pensjoni tiegħek fil-pajjiż il-ġdid tal-anqas 6 xhur qabel ma tirtira għax it-talba għal pensjoni minn diversi pajjiżi tista’ tieħu diversi xhur biex tkun organizzata.
- Tista’ tibda tirċievi pensjoni meta tilħaq l-età legali tal-irtirar fil-pajjiż fejn tgħix jew li ħdimt l-aħħar fih.
- Billi l-età legali tal-irtirar tvarja fl-UE, għandu mnejn ikollok tistenna aktar fit-tul għal pensjoni tiegħek fi wħud mill-pajjiżi tal-UE.
- Jekk int intitolat għal pensjonijiet minn pajjiżi differenti tal-UE u tirċievi pensjoni qabel ma tieħu oħra, dan jista’ jaffettwa l-ammonti li tirċievi.
- Importanti li tkun taf minn qabel, mill-pajjiżi kollha fejn ħdimt, xi tkun is-sitwazzjoni tiegħek u jekk tistax tibdel id-data meta taqbad tirċievi l-pensjoni.
- Skopri aktar: https://europa.eu/youreurope/pensions_mt
XI DRITTIJIET TA’ RESIDENZA
GĦANDEK BĦALA PENSJONANT?
- Bħala ċittadin tal-UE, tista’ tgħix fi kwalunkwe pajjiż tal-UE għal aktar minn 3 xhur jekk għandek:
- kopertura tal-assigurazzjoni tas-saħħa komprensiva fil-pajjiż li qed jospitak
- biżżejjed dħul biex tgħix mingħajr ma jkollok bżonn appoġġ ta’ introjtu.
- Bħala pensjonant, il-pensjoni u/jew kwalunkwe sors ieħor ta’ dħul ta’ flus hu kkunsidrat bħala introjtu.
- Il-pajjiż ospitanti tiegħek għandu mnejn jitolbok tirreġistra r-residenza tiegħek wara 3 xhur.
- F’ħafna pajjiżi tal-UE, ikun jeħtieġlek iżżomm fuqek il-karta tal-identità jew il-passaport f’kull ħin.
- Jekk tħalli d-dokumenti tal-identità tiegħek id-dar, tista’ tkun immultat jew arrestat temporanjament – iżda ma tistax tkun sforzat li tmur lura f’pajjiżek għal din ir-raġuni biss.
- Jekk inti għext legalment f’pajjiż ieħor tal-UE, għal żmien kontinwu ta’ 5 snin, inti awtomatikament tikseb fih id-dritt ta’ residenza permanenti.
- Il-kontinwità tar-residenza tiegħek mhix affettwata minn:
- assenza temporanja (ta’ anqas minn 6 xhur fis-sena);
- assenza waħda ta’ 12-il xahar konsekuttiv, għal raġunijiet importanti bħal mard serju, xogħol, taħriġ vokazzjonali, eċċ.
- Tista’ titlef id-dritt għal residenza permanenti jekk tgħix barra l-pajjiż għal aktar minn sentejn konsekuttivi.
- Skopri aktar: https://europa.eu/youreurope/pensionresidence_mt
TISTA’ TKUN INT
Itlob il-pensjoni tiegħek f’pajjiż barrani
Sofia, minn Spanja, ħadmet kemm fi Spanja kif ukoll fl-Italja qabel ma marret lura Spanja biex tirtira. Billi ħadmet f’żewġ pajjiżi tal-UE, Sofia akkumulat drittijiet għal pensjoni fit-tnejn li huma. Skont ir-regoli tal-UE, jeħtiġilha tapplika mal-awtoritajiet tal-pensjoni jew fil-pajjiż li bħalissa tinsab tgħix fih (Spanja) jew fil-pajjiż li ħadmet fih l-aħħar (l-Italja). Hi ddeċidiet li tissottometti t-talba għal pensjoni tagħha fi Spanja u minn dak il-mument ’il quddiem, l-awtoritajiet tal-pensjoni hemmhekk huma responsabbli biex jipproċessaw it-talba tagħha u jiġbru flimkien ir-rekords tal-kontribuzzjonijiet tagħha mill-pajjiżi li ħadmet fihom.
TISTA’ TIKSEB KOPERTURA
TAS-SAĦĦA BĦALA PENSJONANT
F’PAJJIŻ BARRANI?
- Jekk tirċievi pensjoni mill-pajjiż fejn tgħix, int u familtek tkunu koperti mis-sistema ta’ assigurazzjoni fuq il-kura tas-saħħa ta’ dak il-pajjiż, irrispettivament jekk tirċevix ukoll pensjonijiet minn pajjiżi oħrajn.
- Jekk ma tirċevix pensjoni jew kwalunkwe introjtu ieħor mill-pajjiż li tgħix fih, int tappartjeni għas-sistema ta’ assigurazzjoni fuq il-kura tas-saħħa tal-pajjiż li fih kont assigurat għall-itwal perjodu ta’ żmien.
- Itlob formola S1 (dik li qabel kienet l-E 106) mingħand il-fornitur tal-assigurazzjoni tas-saħħa fil-pajjiż li minnu qed tiċċaqlaq.
- Agħti l-formola S1 lill-awtorità tal-kura tas-saħħa tal-pajjiż ospitanti meta tasal.
- Dan id-dokument jistabbilixxi d-dritt tiegħek għallkopertura sħiħa tal-kura tas-saħħa fil-pajjiż ta’ residenza tiegħek.
- Jekk kont ħaddiem tranfruntier tal-anqas għal sentejn matul il-5 snin ta’ qabel l-irtirar, int intitolat għall-kura tas-saħħa kemm fil-pajjiż ta’ residenza tiegħek kif ukoll fil-pajjiż li kont taħdem fih.
- Tista’ tkompli tirċievi t-trattament li bdejt fil-pajjiż tax-xogħol preċedenti tiegħek anki wara li tirtira. Biex tagħmel dan, għandek tissottometti formola S3 lill-awtoritajiet tas-saħħa f’dak il-pajjiż.
- Jekk titlob pensjoni ta’ invalidità jew benefiċċju għal inkapaċità, kull pajjiż fejn ħdimt jista’ jinsisti li jeżaminak separatament.
- Żomm f’moħħok li pajjiż wieħed għandu mnejn jevalwak li int serjament inkapaċitat, filwaqt li pajjiż ieħor għandu mnejn ma jikkunsidrax li int inkapaċitat.
- Skopri aktar: https://europa.eu/youreurope/health_mt