Dikjarazzjoni ta’ aċċessibbiltà
Din id-dikjarazzjoni tapplika għall-kontenut ippubblikat fid-dominju: “https://op.europa.eu/webpub/com/lets-explore-europe/mt/ - jinfetaħ f’tab ġdida.”
Ma tapplikax għal kontenut u siti web oħrajn ippubblikati fis-sottodominji tiegħu. Dawn is-siti web u l-kontenut tagħhom se jkollhom id-dikjarazzjoni ta’ aċċessibbiltà speċifika tagħhom stess.
Dan is-sit web hu mmaniġġjat mid-DĠ COMM. Hu mfassal biex jintuża minn kemm jista’ jkun nies, inklużi persuni b’diżabbiltajiet.
Għandek tkun tista’:
- tkabbar sa 200% mingħajr problemi;
- tuża l-biċċa l-kbira tas-sit web bil-keyboard biss;
- tuża l-biċċa l-kbira tas-sit web b’apparat modern li jaqra dak li jkun hemm fuq l-iskrin u b’software li jirrikonoxxi d-diskors (fuq il-kompjuter jew il-mobile tiegħek).
Dan is-sit web hu ddisinjat biex jikkonforma mal-istandard tekniku għas-siti web u l-apps tal-mobile, EN 301 549 v.3.2.1 - PDF file – jinfetaħ f’tab ġdida.. Dan isegwi mill-qrib il-livell “AA” tal-verżjoni 2.1 tal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG) - jinfetaħ f’tab ġdida..
Status tal-konformità
Dan is-sit web hu parzjalment konformi mal-istandard tekniku EN 301 549 v.3.2.1 - PDF file – jinfetaħ f’tab ġdida. u l-Livell AA tal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG) 2.1 - jinfetaħ f’tab ġdida. Ara “Kontenut mhux aċċessibbli” għal aktar dettalji.
Is-sit web ġie ttestjat l-aħħar f’Jannar 2026.
Tħejjija ta’ din id-dikjarazzjoni
Din id-dikjarazzjoni ġiet riveduta f’Jannar 2026.
Id-dikjarazzjoni hi bbażata fuq analiżi ta’ kampjun rappreżentattiv tal-paġni web minn kuntrattur estern inkarigat mill-iżvilupp tas-sit web, bl-użu ta’ taħlita ta’ ttestjar manwali u awtomatizzat.
Feedback
Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-aċċessibbiltà tas-sit web “Ejjew nesploraw l-Ewropa!”. Jekk jogħġbok għarrafna jekk tiltaqa’ ma’ ostakli għall-aċċessibbiltà:
- Telefown: +32 2 299 11 11
- E-mail: COMM-Info-Publications@ec.europa.eu
Nippruvaw inwieġbu l-feedback fi żmien 15-il jum ta’ xogħol mid-data tal-wasla tiegħu għand id-dipartiment responsabbli tal-Kummissjoni.
Kompatibbiltà ma’ browsers u teknoloġija assistiva
Is-sit web “Ejjew nesploraw l-Ewropa!” huwa mfassal biex ikun kompatibbli mat-teknoloġiji assistivi li ġejjin li l-aktar li jintużaw:
- l-aħħar verżjoni tal-browsers Google Chrome, Microsoft Edge, Mozilla Firefox u Apple Safari;
- flimkien mal-aħħar verżjonijiet ta’ JAWS, NVDA, VoiceOver u TalkBack.
Speċifikazzjonijiet tekniċi
L-aċċessibbiltà tas-sit web “Ejjew nesploraw l-Ewropa!” tiddependi fuq it-teknoloġiji li ġejjin biex jaħdmu mal-kombinazzjoni partikolari ta’ browser tal-web u kwalunkwe teknoloġija ta’ assistenza jew plugins installati fuq il-kompjuter tiegħek:
- HTML
- WAI-ARIA
- CSS
- JavaScript
Kontenut mhux aċċessibbli
Minkejja l-aħjar sforzi tagħna biex niżguraw l-aċċessibbiltà tas-sit web “Ejjew nesploraw l-Ewropa!”, aħna konxji ta’ xi limitazzjonijiet, li qed naħdmu biex nirranġaw. Hawn taħt hawn deskrizzjoni tal-limitazzjonijiet magħrufin u tas-soluzzjonijiet potenzjali. Jekk jogħġbok ikkuntattjana jekk tiltaqa’ ma’ problema mhux elenkata hawn taħt.
Limitazzjonijiet magħrufin għas-sit web “Ejjew nesploraw l-Ewropa!”:
- Xi elementi għandhom kuntrast baxx tal-kulur.
- Xi immaġnijiet m’għandhomx test alternattiv u/jew deskrizzjoni ddettaljata.