X’TAGĦMEL JEKK TEĦTIEĠ
RIMBORŻ JEW TISWIJA?

  • Jekk xtrajt oġġetti kullimkien fl-UE li huma difettużi jew ma jidhrux bħalma huma reklamati, il-bejjiegħ għandu jsewwi jew jibdilhom bla ħlas, jew jagħtik tnaqqis fil-prezz/ rimborż sħiħ.
  • B’mod ġenerali, se tkun tista’ titlob għal rimborż sħiħ jew parzjali biss meta ma jkunx possibbli jew konvenjenti biex jissewwew jew jinbidlu l-oġġetti.
  • F’ċerti pajjiżi għandek tinforma l-bejjiegħ fi żmien xahrejn minn meta tiskopri d-difett.
  • Fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi l-oġġetti, jeħtieġlek biss li turi lill-bejjiegħ li l-oġġetti huma difettużi jew mhux kif kienu reklamati.
  • Wara 6 xhur, fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi, jeħtieġlek tipprova li d-difett diġà eżista meta rċevejt l-oġġetti – eż. turi li dan hu minħabba l-kwalità fqira tal-materjali.
  • In-negozjant għandu dejjem jipprovdi soluzzjoni.
  • Għandek perjodu ta’ 14-il ġurnata biex “terġa’ taħsibha” biex tikkanċella u tirritorna xiri magħmul online għal kwalunkwe raġuni.
    • l-perjodu biex terġa’ taħsibha ma japplikax għal ċertu xiri, inklużi biljetti tal-ajru u tal-ferrovija, biljetti ta’ kunċerti, ibbukkjar ta’ lukanda, ibbukkjar ta’ karozza tal-kiri, oġġetti li huma personalizzati, kontenut diġitali online li ġie ddawnlowdjat, jew oġġetti mixtrijin minn individwu privat.
  • Ir-rimborż għandu jingħata fi żmien 14-il ġurnata ta’ ricevuta ta’ kanċellazzjoni iżda l-bejjiegħa jistgħu jittardjaw ir-rimborż tiegħek jekk ma jirċevux l-oġġetti jew l-evidenza li rritornajthom. Jekk l-oġġetti tiegħek bil-ħsara jew għandhom difett, għandhom ukoll ikunu rimborżati l-ispejjeż tat-trasport.
  • Skopri aktar: https://europa.eu/youreurope/guarantee_mt

TISTA’ TKUN INT
Ogħqod attent minn reklamar qarrieqi, moħbi

Johannes kien qed jaqra magażin li ġab storja, li kienet tagħti x’jifhem li nkitbet minn qarrej, dwar marka ta’ kitla. Din kienet tgħid li l-marka kienet tajba ħafna, taħdem sew u kienet popolari. Johannes iddeċieda li jiċċekkjaha online u sab li bosta reċensuri kienu sabu li tinkiser mill-ewwel u li kellha pprezzar eċċessiv. Qalu li kienu ingannati biex jixtruha, billi ma kinux jafu li l-istorja kienet reklamar sponsorjat. Skont il-liġi tal-UE, għandu jkun ċar li din kienet reklamar u kellhom jippubblikaw apoloġija u kjarifika.

Ċerti prattiki kummerċjali huma pprojbiti fi kwalunkwe ċirkostanza. Dawn jinkludu reklamar li jservi ta’ lixka, pretenzjonijiet foloz dwar kura, manipulazzjoni ta’ tfal, reklamar moħbi fil-midja, skemi piramidi, u offerti persistenti mhux mixtieqa.

X’JITQIES BĦALA“TRATTAMENT
INĠUST” META TIXTRI?

  • Meta tixtri oġġetti u servizzi fl-UE, il-liġi tal-UE tipproteġik kontra prattiki kummerċjali inġusti.
  • Il-kumpaniji għandhom jagħtuk informazzjoni preċiża biżżejjed biex tippermettilek tieħu deċiżjoni informata dwar ix-xiri. Jekk ma jagħmlux dan, l-azzjonijiet tagħhom għandu mnejn jiġu kkunsidrati inġusti u int ikollok id-dritt li tfittex kumpens.
  • Int protett kontra 2 kategoriji ewlenin ta’ prattiki kummerċjali inġusti:
    • prattiki qarrieqa,kemm permezz ta’ azzjoni (meta tingħata informazzjoni falza) jew inkella permezz ta’ ommissjoni (meta titħalla barra informazzjoni importanti)
    • prattiki aggressivili għandhom l-għan li jintimidawk biex tixtri
  • Jekk xi ħaġa hi “bla ħlas” ma tistax tkun obbligat li tħallas kwalunkwe ħaġa oħra ħlief l-ispiża:
    • għat-tweġiba tar-reklamar
    • għall-ġbir jew għall-konsenja tal-oġġett
  • Skopri aktar: https://europa.eu/youreurope/unfair_mt

X’GARANZIJI INT
INTITOLAT GĦALIHOM
BĦALA KONSUMATUR?

  • Int dejjem għandek dritt għal minimu ta’ sentejn garanzija legali mingħajr ħlas, irrispettivament jekk xtrajtx l-oġġetti online, f’ħanut jew b’ordni postali.
    • Is-sentejn jibdew hekk kif tirċievi x-xiri tiegħek.
  • Is-sentejn garanzija hu dritt minimu – ir-regoli nazzjonali f’pajjiżek jistgħu jagħtu protezzjoni miżjuda. Id-devjazzjoni mir-regoli għandha tkun fl-aħjar interess tal-konsumatur.
  • Oġġetti second hand ukoll huma koperti bil-garanzija ta’ sentejn. F’ċerti pajjiżi, il-garanzija tista’ tkun anqas minn sentejn iżda ma għandhiex tkun anqas minn sena waħda.
  • Skopri aktar:https://europa.eu/youreurope/guarantee_mt

XI DRITTIJIET INT INTITOLAT
GĦALIHOM GĦALL-KONSENJI?

  • Jeħtieġlek dejjem tkun informat b’mod ċar dwar il-prezz totali għax-xiri tiegħek, inkluż il-konsenja u spejjeż relatati oħrajn.
  • Għandek tagħti l-kunsens espliċitu tiegħek għal kwalunkwe spiża addizzjonali.
  • In-negozjant hu responsabbli għal kwalunkwe ħsara lill-oġġetti mill-ħin tal-ibgħit sakemm tirċevihom.
  • Jekk int ma tiġborx ix-xiri immedjatament jew ordnajtu għal konsenja d-dar, in-negozjant għandu jikkunsinjah fi żmien 30 ġurnata.
  • Jekk ma tirċevihx fi żmien 30 ġurnata jew fil-perjodu miftiehem, għandek tfakkar in-negozjant u tagħtih limitu addizzjonali ta’ żmien raġonevoli biex jikkunsinjah.
  • Jekk huma ma jikkunsinjawhx fiż-żmien tal-iskadenza estiża, int intitolat li ttemm il-kuntratt u tkun rimborżat malajr kemm jista’ jkun.
  • Skopri aktar: https://europa.eu/youreurope/shipping_mt

Din il-pubblikazzjoni hija disponibbli wkoll f'23 lingwa u fil-formati li ġejjin:

PDF PRINT