Rapport Speċjali
07 2022

Strumenti ta’ internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs:
għadd kbir ta’ azzjonijiet ta’ appoġġ, iżda li mhumiex kompletament koerenti jew ikkoordinati

Dwar ir-rapport:Aħna vvalutajna jekk il-politika tal-UE għall-internalizzazzjoni tal-SMEs hijiex appoġġata minn strateġija koerenti u kkoordinata u jekk in-Network Enterprise Europe u l-inizjattiva Startup Europe ikkontribwewx b’suċċess għall-internalizzazzjoni tal-SMEs.

Filwaqt li l-Kummissjoni poġġiet fis-seħħ ħafna azzjonijiet biex tagħti appoġġ lill-internalizzazzjoni tal-SMEs, dawn l-azzjonijiet m’għandhomx koerenza u koordinazzjoni suffiċjenti. In-Network Enterprise Europe laħaq il-miri tiegħu, iżda jeħtieġ aktar viżibbiltà u kopertura aħjar f’pajjiżi terzi. Startup Europe jindirizza biss il-ħtiġijiet tal-istart ups fuq terminu qasir u m’għandhiex monitoraġġ u koordinazzjoni suffiċjenti.

Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni iżżid is-sensibilizzazzjoni, il-koerenza u s-sostenibbiltà tal-azzjonijiet, iżżidi il-viżibbiltà tan-Network Enterprise Europe, il-kooperazzjoni tagħha ma’ programmi simili, il-kopertura ġeografika tagħha u ttejjeb il-monitoraġġ u tal-effettività fuq terminu twil ta’ Startup Europe.

Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu tat-TFUE.

Din il-pubblikazzjoni hija disponibbli bi 24 lingwa fil-format li ġejt:
PDF
PDF Rapport Speċjali: Strumenti ta’ internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs

Sommarju eżekuttiv

I L-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) jiffurmaw is-sinsla tal-ekonomija tal-UE. Huma jammontaw għal madwar 99 % tan-negozji kollha u jirrappreżentaw 65 % tal-impjiegi kollha fis-settur tan-negozju mhux finanzjarju.

II Il-kummerċ internazzjonali huwa mutur kritiku għall-ekonomija tal-UE, minħabba li aktar minn 90 miljun impjieg jiddependu mill-esportazzjonijiet. Minkejja l-importanza tagħhom għall-ekonomija, l-SMEs ma jikkontribwux għall-kummerċ internazzjonali bl-istess mod bħal kumpaniji akbar; l-SMEs jirrappreżentaw biss 30 % tal-esportazzjonijiet totali (skont il-valur) lejn pajjiżi mhux tal-UE.

III Fil-perjodu 2014-2020, il-kontribuzzjoni mill-UE għal strumenti li jimmiraw speċifikament l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs ammontat għal madwar EUR 850 miljun, inkluż madwar EUR 450 miljun ta’ finanzjament tal-UE għan-Network Enterprise Europe u EUR 30 miljun għal Startup Europe. Dawn l-istrumenti huma kkomplementati minn azzjonijiet tal-UE li jkopru l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs bħala waħda fost ħafna oqsma, bħall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, Orizzont 2020 jew l-istrumenti tal-Politika Barranija.

IV Dan ir-rapport speċjali huwa l-aktar wieħed reċenti f’sensiela ta’ pubblikazzjonijiet tal-QEA li jeżaminaw l-appoġġ li jingħata lill-SMEs. Huwa jiffoka fuq żewġ strumenti ewlenin tal-UE li, fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, jappoġġaw l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs, kemm fis-suq uniku tal-UE kif ukoll f’pajjiżi mhux tal-UE, jiġifieri n-Network Enterprise Europe u l-inizjattiva Startup Europe. L-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs hija ta’ interess kbir għall-Parlament Ewropew u għal partijiet ikkonċernati rilevanti oħra minħabba l-importanza tagħha biex jiġi mmassimizzat il-potenzjal tal-UE għat-tkabbir, b’mod partikolari permezz tal-esportazzjonijiet. L-awditu huwa mistenni li jikkontribwixxi għaż-żieda fil-koerenza u fil-koordinazzjoni tal-programmi tal-UE f’dan il-qasam ta’ politika importanti u għat-tisħiħ tas-sistemi ta’ monitoraġġ tal-Kummissjoni tal-implimentazzjoni kumplessiva tal-istrateġija tagħha għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs minn stadju bikri tal-perjodu ta’ programmazzjoni

V Aħna awditjajna l-istrateġija tal-UE għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs u tnejn mill-inizjattivi ewlenin li huma mmaniġġjati direttament mill-Kummissjoni f’dan il-qasam, in-Network Enterprise Europe u l-inizjattiva Startup Europe. Il-mistoqsija prinċipali tal-awditu kienet, jekk l-appoġġ li jingħata mill-UE għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs kienx koerenti u kkoordinat u jekk ikkontribwiex b’suċċess għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs.

VI Aħna sibna li l-istrateġija tal-UE identifikat b’mod korrett l-ostakli prinċipali għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs, u li l-UE u l-Istati Membri daħħlu fis-seħħ għadd kbir ta’ azzjonijiet biex jappoġġaw l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs. Madankollu, azzjonijiet importanti li kienu inklużi fl-istrateġija ma ġewx implimentati b’suċċess. B’mod partikolari, ma hemm l-ebda inventarju aġġornat tal-azzjonijiet rilevanti kollha f’dan il-qasam, li jippermetti li jiġu identifikati lakuni, duplikazzjonijiet u sinerġiji potenzjali fost l-azzjonijiet eżistenti. Barra minn hekk, is-sostenibbiltà finanzjarja tal-azzjonijiet tal-UE mhux dejjem ġiet indirizzata b’mod suffiċjenti, u b’hekk xi azzjonijiet ma tkomplewx minkejja li taw riżultati pożittivi.

VII In-Network Enterprise Europe (EEN) laħaq il-miri tiegħu, iżda għadu mhux ċar kemm huwa ppromwova l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs. Barra minn hekk, il-prestazzjoni tal-EEN tvarja fost il-pajjiżi u l-konsorzji, u l-membri tal-EEN jistgħu jibbenefikaw minn appoġġ addizzjonali f’ċerti oqsma – bħall-aċċess għal finanzjament. Il-kooperazzjoni bejn l-EEN u strumenti oħra qed taħdem tajjeb fil-livell tal-UE iżda mhux daqshekk tajjeb bejn l-istrumenti tal-UE u dawk nazzjonali.

VIII Startup Europe tindirizza l-ħtiġijiet tan-negozji ġodda, iżda fuq terminu qasir biss, billi l-proġetti ffinanzjati kollha waqfu fi tmiem l-għotja u b’mod ġenerali, l-attivitajiet iffaċċjaw kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà. Il-Kummissjoni ma għandha l-ebda struttura kumplessiva għall-koordinazzjoni tal-inizjattiva, li jirriżulta f’kooperazzjoni limitata bejn proġetti differenti, kif ukoll bejn Startup Europe u strumenti oħra tal-UE u dawk nazzjonali. Il-monitoraġġ tar-riżultati huwa effettiv biss fil-livell ta’ proġetti individwali, li jirriżulta f’informazzjoni limitata dwar il-kisbiet kumplessivi ta’ Startup Europe. Barra minn hekk, f’xi każijiet l-inizjattiva wasslet biex negozji ġodda jiġu akkwistati minn entitajiet barra mit-territorju tal-UE.

IX Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni:

  • iżżid is-sensibilizzazzjoni, il-koerenza, il-koordinazzjoni u s-sostenibbiltà tal-appoġġ li jingħata għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs;
  • iżżid il-viżibbiltà tan-Network Enterprise Europe, il-kooperazzjoni tiegħu ma’ programmi simili oħra, is-sensibilizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ taħriġ tiegħu u l-kopertura ġeografika ta’ sħab kummerċjali ewlenin tal-UE minn pajjiżi terzi;
  • ittejjeb il-monitoraġġ u tal-effettività fuq terminu twil ta’ Startup Europe.

Introduzzjoni

01 L-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) jiffurmaw is-sinsla tal-ekonomija tal-UE. Madwar 99 % tan-negozji kollha fl-UE, li jipproduċu ftit aktar minn nofs l-output ekonomiku tal-UE mis-settur mhux finanzjarju, huma SMEs. Dawn il-21 miljun ditta jimpjegaw madwar 100 miljun persuna, u b’hekk huma responsabbli għal 65 % tal-impjiegi kollha fis-settur tan-negozju mhux finanzjarju1.

02 L-internazzjonalizzazzjoni hija fattur sinifikanti tat-tkabbir fl-UE. Hemm ukoll effett pożittiv fuq l-impjiegi meta l-kumpaniji jikbru permezz tal-kummerċ internazzjonali. Fi ħdan l-UE, 56 miljun impjieg jiddependu mill-kummerċ intra-UE2, u aktar minn 38 miljun mill-esportazzjonijiet lejn pajjiżi mhux tal-UE3. Filwaqt li ċifri preċiżi dwar is-sehem tal-impjiegi fl-SMEs fil-kummerċ internazzjonali (kemm fl-UE kif ukoll barra mit-territorju tagħha) mhumiex disponibbli, huwa stmat li l-SMEs esportaturi jirrappreżentaw biss 30 %, skont il-valur, tal-esportazzjonijiet totali lejn pajjiżi mhux tal-UE4.

03 Is-swieq Ewropej u dawk globali huma għalhekk importanti għat-tkabbir tal-SMEs. Id-daqs żgħir tagħhom ma jfissirx – jew ma għandux ifisser – li ma jistgħux jippruvaw jiksbu l-istess benefiċċji mill-kummerċ transfruntier bħal kumpaniji akbar. U minħabba l-iskala tas-settur tal-SMEs, il-miżuri li jgħinu lill-SMEs jikbru jista’ jkollhom effett sinifikanti fuq l-impjiegi u t-tkabbir fl-UE.

Ostakoli għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs

04 L-“internazzjonalizzazzjoni” huwa l-proċess li bih jiżdied l-involviment tal-kumpaniji fis-swieq internazzjonali (kemm tal-UE kif ukoll mhux tal-UE), primarjament permezz tal-esportazzjonijiet, iżda wkoll permezz tal-importazzjonijiet u l-kooperazzjoni teknika. Firxa ta’ fatturi interni u esterni tista’ tipprevieni lill-SMEs milli jinvolvu lilhom infushom fl-internazzjonalizzazzjoni malajr daqs negozji akbar. Dawn jinkludu nuqqas ġenerali ta’ għarfien dwar il-kummerċ internazzjonali jew l-opportunitajiet ta’ negozju xi mkien ieħor, liġijiet barranin kumplessi, reġimi doganali u ostakoli amministrattivi oħra, riżorsi u kapaċitajiet limitati (inkluż l-aċċess għal finanzjament), averżjoni għar-riskju, u nuqqas ta’ sensibilizzazzjoni tal-iskemi pubbliċi ta’ appoġġ. L-għajnuna li tingħata lill-SMEs biex jegħlbu dawn l-ostakli tinsab fuq quddiem fl-aġenda tal-UE, u jinsabu fis-seħħ għadd ta’ inizjattivi li jindirizzaw il-ħtiġijiet tagħhom.

Strateġija tal-UE għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs

05 Il-politika kumplessiva tal-UE lejn l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs, kemm fis-suq uniku kif ukoll barra mit-territorju tal-UE, toħroġ mis- Small Business Act (SBA)5. Huwa l-pedament tal-appoġġ għall-SMEs, u għandu l-għan li jipprovdi koerenza fost il-ħafna strumenti u azzjonijiet tal-UE li jippromwovu t-tkabbir internazzjonali tal-SMEs Ewropej. Huwa jistabbilixxi wkoll il-prinċipji li jirregolaw l-inizjattivi tal-UE f’dan il-qasam (ara l-Kaxxa 1), u jħeġġeġ lill-Istati Membri jsegwu prinċipji u prijoritajiet simili fil-politiki proprji tagħhom li jappoġġaw l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs.

Kaxxa 1

Small Business Act – Prinċipji għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs

L-objettivi ġenerali tal-SBA għandhom 10 prinċipji bħala bażi. Huma għandhom l-għan li jippromwovu t-tkabbir tal-SMEs billi jgħinu lin-negozji ż-żgħar jindirizzaw l-ostakli li jxekklu l-iżvilupp tagħhom. Mill-10 prinċipji, 2 iħeġġu lill-UE u lill-Istati Membri biex jgħinu lill-SMEs jibbenefikaw mill-internazzjonalizzazzjoni:

  • Għajnuna lill-SMEs biex jibbenefikaw aktar mill-opportunitajiet offruti mis-suq uniku (il-Prinċipju VII);
  • Inkoraġġiment u appoġġ lill-SMEs biex jibbenefikaw mit-tkabbir tas-swieq (il-Prinċipju X).

06 Il-prinċipji stabbiliti fl-SBA ġew segwiti mill-Komunikazzjoni tal-2011 tal-Kummissjoni “Negozju Żgħir, Dinja Kbira”, li stabbiliet Strateġija tal-UE għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs. L-istrateġija kellha l-għan li tindirizza l-isfidi (il-Figura 1), iġġib koerenza mal-firxa ta’ azzjonijiet eżistenti b’appoġġ għat-tkabbir internazzjonali tal-SMEs Ewropej, u tistabbilixxi l-prinċipji li jenħtieġ li jirregolaw kwalunkwe inizjattiva tal-UE f’dan il-qasam mill-2014 ’il quddiem.

Figura 1 – Sfidi fil-qasam tal-appoġġ għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs

Sors: COM(2011) 702 final – “Negozju Żgħir, Dinja Kbira – sħubija ġdida li tgħin lill-SMEs jaħtfu l-opportunitajiet globali”.

07 Sabiex jiġu indirizzati l-isfidi identifikati, l-istrateġija tal-UE dwar l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs stabbiliet l-objettivi li ġejjin:

  • li tipprovdi lill-SMEs Ewropej b’informazzjoni li tkun faċilment aċċessibbli u adegwata dwar kif jespandu n-negozju tagħhom fis-swieq internazzjonali;
  • li ttejjeb il-koerenza tal-attivitajiet ta’ appoġġ eżistenti;
  • li ttejjeb il-koordinazzjoni, il-kollaborazzjoni, u l-kosteffettività tal-programmi eżistenti tal-UE, tal-programmi tal-UE u tal-Istati Membri, u tal-inizjattivi pubbliċi u privati;
  • li timla l-lakuni eżistenti fis-servizzi ta’ appoġġ;
  • li tistabbilixxi kundizzjonijiet ekwivalenti u tipprovdi appoġġ ugwali lill-SMEs mill-Istati Membri kollha tal-UE.

08 Barra minn hekk, l-istrateġija stabbiliet prinċipji gwida ewlenin li jenħtieġ li jirregolaw kwalunkwe inizjattiva fil-livell tal-UE f’dan il-qasam:

  • Il-komplementarjetà u l-addizzjonalità: kwalunkwe azzjoni li tittieħed fil-livell tal-UE jenħtieġ li tikkomplementa u mhux tidduplika l-attivitajiet ta’ appoġġ għan-negozji li diġà qed jitwettqu mill-Istati Membri u/jew minn organizzazzjonijiet privati;
  • Is-sussidjarjetà u tqassim xieraq tax-xogħol: kwalunkwe azzjoni li tittieħed mill-UE jenħtieġ li timla l-lakuni jew issaħħaħ is-servizzi ta’ appoġġ eżistenti fejn il-ħtiġijiet ma jiġux issodisfati – jew ma jiġux issodisfati b’mod suffiċjenti – minn organizzazzjonijiet pubbliċi jew privati oħra;
  • Sostenibbiltà: Is-servizzi tal-UE ta’ appoġġ għan-negozji jenħtieġ li jkunu bbażati fuq domanda li tintwera fis-suq. Huma jistgħu jiġu ffinanzjati fuq terminu qasir minn fondi pubbliċi suġġetti għar-Regolament Finanzjarju, iżda jenħtieġ li jiġu ffinanzjati minnhom infushom kemm jista’ jkun fuq terminu twil, biex tiġi evitata l-kompetizzjoni mal-fornituri privati ta’ servizzi;
  • L-effiċjenza fl-użu tal-fondi pubbliċi: f’konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, għal kull attività jenħtieġ li jiġu stabbiliti objettivi speċifiċi, li jistgħu jitkejlu u jinkisbu, rilevanti u marbuta mal-ħin (SMART), kif ukoll jenħtieġ li tiġi ppjanata evalwazzjoni xierqa;
  • Kundizzjonijiet ekwivalenti fl-Istati Membri kollha: jenħtieġ li jingħata appoġġ ugwali lill-SMEs mill-Ewropa kollha.

09 Il-Kummissjoni impenjat lilha nfisha li twettaq għadd ta’ azzjonijiet biex timplimenta l-istrateġija u biex tilħaq l-objettivi ta’ hawn fuq. Dawn l-azzjonijiet inkludew it-tnedija ta’ mmappjar fil-fond u analiżi sussegwenti tal-azzjonijiet ta’ appoġġ eżistenti fil-livell tal-UE u f’dak Nazzjonali, it-tisħiħ tan-Network Enterprise Europe (EEN), bħala l-istrument prinċipali tal-UE biex jipprovdi appoġġ dirett għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs u l-promozzjoni ta’ raggruppamenti u networks għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs.

10 Mill-2015 sal-2021, l-SBA u l-istrateġija għall-internazzjonalizzazzjoni ġew ikkomplementati minn għadd ta’ komunikazzjonijiet dwar il-kummerċ internazzjonali, is-suq uniku, in-negozji ġodda u n-negozji li qed jespandu, l-aċċess għal finanzjament, u suġġetti oħra b’impatt fuq l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs (l-Anness I). Flimkien mal-SBA, dawn jiffurmaw il-qafas ta’ politika kumplessiva tal-Kummissjoni f’dan il-qasam.

Strumenti, rwoli u responsabbiltajiet prinċipali tal-UE b’appoġġ għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs

11 L-UE stabbiliet diversi strumenti biex tappoġġa l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs, li jvarjaw b’mod konsiderevoli f’termini ta’ approċċ u objettivi. Huma jvarjaw minn networks ta’ appoġġ għal informazzjoni u pariri ġenerali għall-assistenza finanzjarja u għodod tal-IT, kif ukoll portali u helpdesks li jipprovdu informazzjoni dwar ir-rekwiżiti regolatorji għall-kummerċ internazzjonali. Xi strumenti jimmiraw esklussivament l-SMEs (u saħansitra l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs), filwaqt li għal oħrajn, l-SMEs jidhru f’wieħed biss minn bosta oqsma ta’ appoġġ. Il-kontribuzzjoni mill-UE għal strumenti mmirati speċifikament lejn l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs (l-EEN, l-Inizjattiva Start-up Europe, in-Network Ewropew tal-Clusters, iċ-Ċentru għall-Kooperazzjoni Industrijali UE-Ġappun, iċ-Ċentru tal-SMEs tal-UE għaċ-Ċina, in-Network ELAN LATAM, in-NETWORK ENRICH, EU Gateway, Eurostars u l-IPR-Helpdesk) ammontat għal madwar EUR 850 miljun fil-perjodu 2014-2020.

12 L-istrumenti u l-azzjonijiet multipli fil-qasam huma mqabbla mal-għadd kbir ta’ organizzazzjonijiet u servizzi li jimmaniġġjawhom. Għal ħarsa ġenerali lejn l-istrumenti prinċipali u d-dipartimenti responsabbli tal-UE, ara t-Tabella 1 u għal deskrizzjoni aktar dettaljata tal-istrumenti differenti ara l-Anness II. L-istrumenti tal-UE huma kkomplementati minn skemi ta’ appoġġ fl-Istati Membri, li l-biċċa l-kbira minnhom huma implimentati permezz ta’ organizzazzjonijiet nazzjonali u reġjonali għall-promozzjoni tal-kummerċ (TPOs) u assoċjazzjonijiet tal-SMEs.

Tabella 1 – Strumenti prinċipali tal-UE u DĠ/korpi responsabbli

Tip ta’ strument Strument DĠ/korpi
Appoġġ kumplessiv għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs Network Enterprise Europe DĠ GROW / EISMEA
Startup Europe DĠ CONNECT
Programmi ta’ finanzjament Strument għall-SMEs / Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC) DĠ RTD / EISMEA
Il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej DĠ REGIO
Eurostars (EUREKA) DĠ RTD
Strumenti finanzjarji Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) / COSME / InnovFin BEI / FEI / DĠ GROW /
DĠ RTD /
DĠ ECFIN
Strumenti u proġetti ġeografiċi Ċentru għall-Kooperazzjoni Industrijali UE-Ġappun DĠ GROW
Ċentru tal-UE tal-SMEs (iċ-Ċina) DĠ INTPA
ELAN network (l-Amerika Latina) DĠ INTPA
ENRICH network (il-Brażil, iċ-Ċina u l-Istati Uniti tal-Amerka) DĠ RTD
ICI+ fix-Xlokk tal-Asja (SEA) DĠ INTPA
EU Gateway / Missjonijiet Business Avenues għax-Xlokk tal-Asja Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
Għodod tal-IT, bażijiet tad-data, helpdesks Access2Markets (li qabel kienet il-Bażi tad-Data tal-Aċċess għas-Suq) DĠ TRADE
Pjattaforma Ewropea għall-Kollaborazzjoni bejn ir-Raggruppamenti (ECCP) DĠ GROW
Helpdesks tal-SMEs tar-Reġistru tal-Proprjetà Intellettwali DĠ GROW
DĠ TRADE
DĠ INTPA

Sors: il-QEA, ibbażat fuq l-“Overview of EU instruments contributing to the internationalisation of European businesses” tal-Kummissjoni.

13 Fost il-ħafna strumenti tal-UE għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs, l-EEN u l-inizjattiva Startup Europe huma ta’ rilevanza speċifika. Huma l-ewwel punt ta’ kuntatt għall-SMEs u għan-negozji ġodda li jkunu qed ifittxu appoġġ konsultattiv u networking biex jinternazzjonalizzaw lilhom infushom. Konsegwentement, l-awditu tagħna ffoka speċifikament fuq dawn iż-żewġ strumenti.

Network Enterprise Europe

14 L-EEN huwa l-għodda primarja tal-Kummissjoni għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs u l-akbar network ta’ appoġġ fid-dinja għall-SMEs b’ambizzjonijiet internazzjonali. L-objettiv prinċipali tiegħu huwa li jipprovdi servizzi b’valur miżjud li jgħinu lill-SMEs Ewropej biex isaħħu l-kompetittività u s-sostenibbiltà tagħhom, u l-kapaċitajiet ta’ innovazzjoni biex jikbru u jinnegozjaw fl-Ewropa u lil’hinn minnha.

15 L-EEN tnieda fl-2008. Taħt il-COSME, l-EEN ingħata EUR 385 miljun matul il-perjodu 2015-2021, jew madwar EUR 55 miljun fis-sena. Matul l-istess perjodu madwar EUR 11-il miljun fis-sena ġew ipprovduti minn Orizzont 2020 għal servizzi relatati mal-innovazzjoni għall-SMEs flimkien mal-finanzjament ipprovdut mill-organizzazzjonijiet ospitanti tal-EEN (kofinanzjament mill-UE sa massimu ta’ 60 % tal-baġit tal-EEN).

16 L-EEN għall-perjodu 2015-2021 jikkonsisti f’aktar minn 600 organizzazzjoni membru f’60 pajjiż. Dawn jinkludu aġenziji ta’ żvilupp reġjonali, ċentri tat-teknoloġija, organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għall-innovazzjoni, universitajiet u istituti ta’ riċerka, u kmamar tal-kummerċ u tal-industrija. Dawn jinġabru flimkien f’konsorzji reġjonali li jintgħażlu permezz ta’ sejħiet miftuħa għal proposti. Il-konsorzji kollha jridu jkunu jistgħu jipprovdu servizzi ta’ appoġġ ta’ kwalità għolja lin-negozji, u l-membri jenħtieġ li jkollhom esperjenza ppruvata ta’ ħidma mal-SMEs.

17 Is-servizzi ta’ appoġġ tal-EEN ikopru firxa wiesgħa ta’ attivitajiet biex jgħinu lill-SMEs tal-UE jinnovaw, jikbru u jespandu, kemm fl-UE kif ukoll lil hinn minnha. Huma jinkludu l-għoti ta’ għarfien espert, kuntatti u avvenimenti biex jiġu mħeġġa sħubijiet internazzjonali, u pariri dwar is-swieq internazzjonali u l-innovazzjoni (il-Figura 2).

Figura 2 – Servizzi tal-EEN

Sors: il-QEA.

Startup Europe

18 Il-Kummissjoni nediet l-inizjattiva Startup Europe fl-2012 biex tgħin lin-negozji ġodda ta’ teknoloġija avvanzata jikbru fis-swieq Ewropej u dawk internazzjonali. Il-ħtiġijiet ta’ negozji ġodda huma differenti minn dawk ta’ SMEs stabbiliti sew, u jinsabu f’riskju ogħla li jinxtraw qabel ma jkunu jistgħu jsiru kompletament żviluppati bis-sħiħ internazzjonalment.

19 Biex tgħin lin-negozji ġodda jiksbu suċċess fis-suq fl-UE u barra mit-territorju tagħha, Startup Europe tipprovdi finanzjament lill-bennejja tal-ekosistema, li huma organizzazzjonijiet li jgħaqqdu n-negozji ġodda tal-UE mal-investituri u partijiet ikkonċernati oħra u jagħtuhom l-informazzjoni u l-appoġġ li jeħtieġu biex jikbru u jinternazzjonalizzaw. Fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, Startup Europe nefqet EUR 30 miljun biex tippromwovi 22 proġett, u laħqet aktar minn 1 000 negozju f’madwar 60 ekosistema ta’ negozji ġodda madwar l-UE.

Ambitu u approċċ tal-awditjar

20 Dan ir-rapport speċjali jibni fuq sensiela ta’ pubblikazzjonijiet tal-QEA li jeżaminaw l-appoġġ li jingħata lill-SMEs6. Huwa jiffoka fuq l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs kemm fis-suq uniku tal-UE kif ukoll f’pajjiżi mhux tal-UE, u fuq attivitajiet implimentati għal dak il-għan fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020. L-awditu twettaq f’koordinazzjoni mal-awditu li wettaqna dwar l-appoġġ mill-FEŻR għall-kompetittività tal-SMEs.

21 Kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill enfasizzaw l-importanza li l-SMEs u n-negozji ġodda innovattivi jiġu appoġġati sabiex jiġi mmassimizzat il-potenzjal tal-UE għat-tkabbir. Fil-każ tal-Parlament, l-impatt sinifikanti tal-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs fuq it-tkabbir u l-impjiegi kien ta’ interess partikolari għall-kumitati dwar il-kummerċ internazzjonali u l-industrija, ir-riċerka u l-enerġija. Aħna nantiċipaw li l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ta’ dan l-awditu se jikkontribwixxu biex jiżdiedu l-koerenza u l-koordinazzjoni fost il-ħafna strumenti tal-UE fil-qasam, b’mod partikolari l-EEN u l-Inizjattiva Startup Europe. Barra minn hekk, l-awditu huwa mistenni li jsaħħaħ is-sistemi ta’ monitoraġġ tal-Kummissjoni tal-implimentazzjoni kumplessiva tal-istrateġija tagħha għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs f’dan l-istadju bikri tal-perjodu ta’ programmazzjoni.

22 L-awditu vvaluta jekk l-appoġġ li jingħata mill-UE kienx koerenti u kkoordinat u jekk kkontribwiex b’suċċess għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs. B’mod partikolari għandu l-għan li jwieġeb il-mistoqsijiet dwar jekk:

  • l-appoġġ li jingħata mill-UE għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs huwiex koerenti u kkoordinat; u
  • l-EEN u Startup Europe, bħala tnejn miż-żewġ azzjonijiet ewlenin li huma mmaniġġjati direttament mill-Kummissjoni, humiex qed jikkontribwixxu b’suċċess għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs.

23 L-awditu għaqqad evidenza minn firxa ta’ sorsi:

  • laqgħat mal-esperti u mar-rappreżentant tal-partijiet ikkonċernati inklużi l-assoċjazzjonijiet prinċipali ta’ appoġġ għall-SMEs tal-UE;
  • analiżi dokumentarja mhux fuq il-post; kwestjonarji bil-miktub u intervisti strutturati mas-servizzi tal-Kummissjoni (id-DĠ GROW, id-DĠ KUMMERĊ, id-DĠ RTD, id-DĠ CONNECT, id-DĠ REGIO u d-DĠ INTPA, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, is-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija), l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs (Eismea), il-BEI, il-FEI, it-TPOs u l-assoċjazzjonijiet tal-SMEs; stħarriġ tal-membri tal-EEN dwar il-kontribut tal-EEN għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs u l-koordinazzjoni/kooperazzjoni tiegħu mal-istrumenti prinċipali tal-UE f’dan il-qasam (ara l-Anness II għal dettalji tal-metodoloġija tal-istħarriġ);
  • stħarriġ tat-TPOs dwar l-istrumenti prinċipali tal-UE għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs u l-komplementarjetà tagħhom mal-istrumenti nazzjonali f’dan il-qasam (ara l-Anness II għal dettalji tal-metodoloġija tal-istħarriġ);
  • analiżi tas-sostenibbiltà finanzjarja u l-kontinwità ta’ strumenti ġeografiċi magħżula tal-UE ppreżentati fit-Tabella 2 u tal-proġetti ta’ Startup Europe; analiżi tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni tagħhom man-Network Enterprise Europe.

Osservazzjonijiet

L-implimentazzjoni mill-Kummissjoni tal-istrateġija għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs ma kinitx kompleta

24 L-istrateġija għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs identifikat għadd ta’ sfidi għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs (ara l-paragrafu 4). Sabiex tindirizza dawn l-isfidi, l-istrateġija stabbiliet, fost l-oħrajn, l-objettivi li ġejjin:

  • li tipprovdi lill-SMEs b’informazzjoni faċilment aċċessibbli u adegwata dwar kif jespandu n-negozju tagħhom;
  • li ttejjeb il-koerenza tal-attivitajiet ta’ appoġġ;
  • li timla l-lakuni eżistenti fis-servizzi ta’ appoġġ.

25 Sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi, il-Kummissjoni impenjat lilha nfisha fl-istrateġija għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs għal għadd ta’ azzjonijiet, inkluż:

  • l-immappjar tal-provvista eżistenti ta’ servizzi ta’ appoġġ biex fil-futur ikun jista’ jsir approċċ aktar razzjonali u koerenti;
  • il-ħolqien ta’ gateway virtwali uniku għall-informazzjoni għall-SMEs li jixtiequ jagħmlu negozju lil hinn mill-fruntieri tal-UE;
  • li l-iskemi ta’ appoġġ fil-livell tal-UE jsiru aktar konsistenti biex jiżdied l-impatt tagħhom;
  • il-promozzjoni ta’ raggruppamenti u networks għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs.

Ma hemm l-ebda ħarsa ġenerali sħiħa tal-appoġġ għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs u hemm nuqqas ta’ koordinazzjoni

26 Meta l-Kummissjoni nediet l-istrateġija għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs fl-2011, hija identifikat aktar minn 300 programm ta’ appoġġ b’baġit ta’ aktar minn EUR 2 miljun li jassistu l-internazzjonalizzazzjoni tan-negozju fl-UE u fl-Istati Membri tagħha7. Minn dak iż-żmien ’il hawn, dan l-għadd kompla jiżdied, u qajjem tħassib dwar il-periklu potenzjali ta’ skemi ta’ appoġġ li qed jipproliferaw u li mhumiex ikkoordinati tajjeb f’dan il-qasam8.

27 Biex tiżdied il-koerenza fost l-għadd kbir ta’ strumenti, u biex jiġu identifikati d-duplikazzjoni, il-frammentazzjoni, il-lakuni u s-sinerġiji potenzjali, il-Kummissjoni impenjat lilha nfisha li twettaq studju fil-fond li jimmappja l-attivitajiet eżistenti ta’ appoġġ għall-SMEs fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, kemm pubbliċi kif ukoll privati, u analiżi sussegwenti sabiex jiġu identifikati d-duplikazzjoni u l-frammentazzjoni, kif ukoll il-lakuni u s-sinerġiji potenzjali fl-attivitajiet eżistenti ta’ appoġġ għall-SMEs. L-istudju9 kopra s-27 Stat Membru tal-UE kollha u 25 pajjiż ieħor magħżula u rriżulta f’inventarju ta’ 1 156 servizz ta’ appoġġ (734 fl-UE u 422 f’pajjiżi oħra). Minkejja l-kopertura wiesgħa tiegħu, huwa kkonkluda li kien għad hemm mijiet ta’ servizzi ta’ appoġġ li ma setgħux jiġu inklużi fl-inventarju.

28 Fl-2015, il-Kummissjoni ppubblikat “Overview of EU instruments contributing to internationalisation of European Business”, li kienet aktar limitata, u li sussegwentement ġiet aġġornata fl-2017, fl-2019 u fl-202010. Għalkemm il-ħarsa ġenerali hija utli, il-fatt li ma tinkludix strumenti nazzjonali jillimita l-valur tagħha f’termini ta’ koerenza fil-pajsaġġ estensiv tal-attivitajiet ta’ appoġġ promossi kemm mill-UE kif ukoll mill-Istati Membri.

29 L-attivitajiet promossi fl-Istati Membri permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) huma partikolarment importanti għall-koerenza u l-koordinazzjoni ma’ azzjonijiet oħra tal-UE f’dan il-qasam. Aħna sibna li, għalkemm il-FEŻR kien jirrappreżenta l-akbar sehem tal-baġit tal-UE ddedikat għall-kompetittività tal-SMEs, inkluża l-internazzjonalizzazzjoni11, il-Kummissjoni ma stabbilietx kodiċi tal-kategorija ta’ intervent speċifiku għal azzjonijiet li jippromwovu l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs permezz tal-FEŻR għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020. B’riżultat ta’ dan, l-informazzjoni dwar proġetti speċifiċi f’dan il-qasam ma kinitx sistematikament aċċessibbli u ma kinitx użata għall-analiżi u l-koordinazzjoni. Għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027, ir-Regolament (UE) Nru 2021/106012 jinkludi kodiċi speċifiku tal-kategorija ta’ intervent: “l-iżvilupp tan-negozju u l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs”, li x’aktarx iżid it-trasparenza tal-azzjonijiet kofinanzjati mill-UE f’dan il-qasam.

30 Minkejja l-għadd kbir ta’ azzjonijiet imħabbra fl-istrateġija u n-natura trażversali tal-politika dwar l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs, ma ġie maħtur l-ebda servizz speċifiku tal-Kummissjoni biex jiċċentralizza u jikkoordina l-implimentazzjoni tal-istrateġija. B’riżultat ta’ dan, il-koordinazzjoni fost is-servizzi tal-Kummissjoni ħadmet tajjeb ħafna f’xi oqsma (eż. il-kapitoli dwar l-SMEs fil-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles (FTAs)) iżda dan kien inqas il-każ għad-diversi networks kofinanzjati mill-UE, bħall-EEN, Startup Europe jew l-ELAN network, kif jidher fit-taqsimiet sussegwenti ta’ dan ir-rapport.

L-aċċessibbiltà għall-informazzjoni dwar l-appoġġ għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs żdiedet iżda s-sensibilizzazzjoni dwar il-benefiċċji tal-FTA għadha limitata

31 Il-Kummissjoni impenjat lilha nfisha għal għadd ta’ azzjonijiet biex ittejjeb l-aċċess tal-SMEs għall-informazzjoni li jeħtieġu biex jidħlu fi swieq ġodda. Fl-2014, il-Kummissjoni stabbiliet il-portal tal-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs bl-għan li tipprovdi informazzjoni utli u aċċessibbli lill-SMEs dwar is-servizzi kollha disponibbli għalihom f’dan il-qasam. Madankollu, il-Kummissjoni sabet li huwa diffiċli ħafna li tinżamm informazzjoni aġġornata dwar is-servizzi ta’ appoġġ pubbliku u privat fl-UE u barra mit-territorju tagħha. Barra minn hekk, il-forniment ta’ data minn servizzi ta’ appoġġ privat permezz ta’ portal pubbliku li għalih il-Kummissjoni ma setgħetx tkun responsabbli ppreżenta sfidi legali addizzjonali. Dawn id-diffikultajiet wasslu għall-għeluq tal-portal fl-2017.

32 Fl-2020, il-Kummissjoni nediet il-portal Access2Markets, li jgħaqqad il-Bażi tad-Data preċedenti tal-Aċċess għas-Suq, il-Helpdesk tal-Kummerċ tal-UE u tinkludi wkoll il-bażi tad-data tar-“regoli tal-oriġini” f’għodda waħda u l-għodda ta’ awtovalutazzjoni tar-“regoli tal-oriġini” (ROSA)13 (ara l-Kaxxa 2). Iż-żewġ għodod ġew ikklassifikati b’mod pożittiv ħafna mir-rispondenti għall-istħarriġ tagħna tal-membri tal-EEN u tat-TPOs nazzjonali.

Kaxxa 2

Il-portal Access2Markets u l-għodda ta’ awtovalutazzjoni tar-“regoli tal-oriġini”: essenzjali għat-titjib tal-mod kif l-SMEs jibbenefikaw mill-użu tal-FTAs

Il-portal multilingwi tal-UE Access2Markets, li tnieda f’Ottubru 2020, juri l-impenn tal-Kummissjoni li tipprovdi informazzjoni xierqa u faċilment aċċessibbli dwar ir-rekwiżiti regolatorji fl-FTAs konklużi mill-UE, kif ukoll gwida dwar kif għandu jsir negozju barra l-pajjiż skont dawk il-ftehimiet. Huwa fih informazzjoni għal kull prodott għall-pajjiżi kollha tal-UE u aktar minn 135 suq tal-esportazzjoni dwar:

  • tariffi u taxxi
  • proċeduri doganali
  • regoli tal-oriġini
  • ostakoli kummerċjali
  • rekwiżiti tal-prodott
  • statistika

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea, DĠ Trade.

Il-partijiet ikkonċernati u l-assoċjazzjonijiet tal-SMEs jirrapportaw14 li tnejn mill-ostakoli prinċipali għal benefiċċji akbar mill-użu tal-vantaġġi tal-FTAs mill-SMEs huma sensibilizzazzjoni dgħajfa u l-kumplessità tal-proċeduri tar-“regoli tal-oriġini”, li jiddeterminaw, l-oriġini ta’ prodott u b’hekk, jekk humiex applikabbli tariffi preferenzjali skont l-FTA. Fi ħdan Access2Markets, il-Kummissjoni nediet l-għodda ta’ awtovalutazzjoni tar-"regoli tal-oriġini” (ROSA) biex tgħin lin-negozji, partikolarment lill-SMEs, jiddeċiedu jekk humiex koperti minn dawk il-proċeduri.

33 L-introduzzjoni ta’ kapitoli speċifiċi tal-SMEs fl-FTAs bejn l-UE u pajjiżi terzi15 kienet kisba sinifikanti għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs matul il-perjodu 2014-2020. Kif huwa enfasizzat fl-istrateġija għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs, dawn il-kapitoli huma mfassla biex jgħinu lill-SMEs jirċievu benefiċċji taħt FTAs billi jeliminaw l-ostakoli tariffarji u dawk mhux tariffarji, filwaqt li jipprovdu qafas regolatorju komprensiv u mekkaniżmi istituzzjonali biex jidentifikaw il-problemi fl-implimentazzjoni tar-regoli.

34 Sabiex jibbenefikaw mill-FTAs iffirmati mill-UE, l-SMEs jridu jsiru konxji kemm tal-vantaġġi potenzjali li jistgħu jġibu kif ukoll ta’ kif jissodisfaw rekwiżiti kumplessi bħal dawk dwar ir-regoli tal-oriġini. Is-sensibilizzazzjoni u l-komunikazzjoni huma r-responsabbiltà kollettiva tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri, tal-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi u tat-TPOs.

35 Fl-2019, stħarriġ mill-Kumitat tar-Reġjuni / Eurochambres ta’ rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati reġjonali u lokali u tal-kmamar tal-kummerċ nazzjonali u reġjonali fl-UE16 sab li l-SMEs kienu għadhom mhumiex infurmati biżżejjed dwar l-FTAs, u aktar minn 70 % tar-rispondenti ddikjaraw li kien hemm informazzjoni prattika insuffiċjenti dwar kif jintuża l-ftehim17.

36 L-intervisti tagħna mal-Kummissjoni kif ukoll ir-risposti tagħha għall-kwestjonarji bil-miktub tagħna wrew ukoll li s-sensibilizzazzjoni tal-vantaġġi tal-FTAs għall-SMEs għadha qed turi nuqqasijiet. B’mod aktar speċifiku, l-FTAs għadhom mhumiex promossi b’mod suffiċjenti, u l-portal Access2Market mhuwiex marbut ma’ portali oħra ta’ informazzjoni relatati mal-kummerċ bħas-siti web nazzjonali tat-TPOs. Barra minn hekk, fl-istħarriġ tagħna tat-TPOs Nazzjonali, kważi 80 % tar-rispondenti esprimew ix-xewqa ta’ aktar allinjament bejn l-UE u l-Istati Membri fir-rigward tal-promozzjoni tal-FTAs permezz ta’ korp ta’ konsultazzjoni għal din il-kwistjoni speċifika.

Mhux il-proġetti kollha jiksbu sostenibbiltà u kontinwità fuq terminu twil

37 In-networks iffinanzjati mill-UE fil-kuntest tal-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs jieħdu ż-żmien biex jistabbilixxu l-konnessjonijiet meħtieġa, u jeħtieġ li jkunu magħrufa b’mod mifrux sabiex jipprovdu appoġġ siewi lill-SMEs. Din il-kontinwità tista’, fil-prinċipju, tinkiseb b’żewġ modi differenti: jew is-servizzi ta’ appoġġ jirċievu finanzjament pubbliku fuq terminu twil, jew jirnexxilhom jiġġeneraw l-introjtu u b’hekk isiru finanzjarjament sostenibbli.

38 L-istrateġija għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs tagħti preferenza espliċita lil din tal-aħħar, u s-sostenibbiltà tkun waħda mill-prinċipji ewlenin tal-istrateġija. Dan il-prinċipju jeħtieġ li s-servizzi ta’ appoġġ għan-negozji tal-UE jkunu bbażati fuq domanda li tintwera fis-suq. Huma jistgħu jiġu ffinanzjati fuq terminu qasir minn fondi pubbliċi suġġetti għar-Regolament Finanzjarju, iżda jenħtieġ li jiġu ffinanzjati minnhom infushom kemm jista’ jkun fuq terminu twil. Dan ma jipprekludix finanzjament kontinwu fuq terminu twil lil strument oħra tal-Kummissjoni b’appoġġ għall-internalizzazzjoni tal-SMEs bħall-EEN.

39 Eżempju ta’ servizzi ta’ appoġġ b’arranġamenti ta’ finanzjament pubbliku fuq terminu twil li saru fil-bidu huwa ċ-Ċentru għall-Kooperazzjoni Industrijali UE-Ġappun u l-EU Gateway / Missjonijiet ta’ Negozju lejn il-Ġappun, li t-tnejn ilhom joperaw għal aktar minn 30 sena (ara l-Kaxxa 3).

Kaxxa 3

Iċ-Ċentru għall-Kooperazzjoni Industrijali UE-Ġappun: livell għoli ta’ sodisfazzjon dwar l-addizzjonalità u l-kooperazzjoni mal-EEN

Għal aktar minn 30 sena, iċ-Ċentru tal-UE fil-Ġappun kien qed jaġixxi biex jiffaċilita l-aċċess għas-swieq Ġappuniżi għan-negozji Ewropej b’mod ġenerali, u għall-SMEs b’mod partikolari. Kemm l-istħarriġ tagħna tal-membri tal-EEN kif ukoll dak tat-TPOs nazzjonali żvelaw livell għoli ta’ sodisfazzjon bis-servizzi pprovduti miċ-Ċentru, inkluża l-kooperazzjoni mal-EEN, li jagħmlu wieħed mill-aktar BCCs bi klassifikazzjoni għolja f’pajjiż mhux tal-UE.

Ir-raġunijiet probabbli għal-livelli għoljin ta’ sodisfazzjon huma l-kontinwità (abbażi ta’ sħubija twila u ta’ suċċess mal-awtoritajiet Ġappuniżi), ir-rwol taċ-Ċentru bħala membru tal-EEN u punt ta’ kuntatt nazzjonali għall-programmi tar-riċerka u l-innovazzjoni, u l-interazzjoni mill-qrib tiegħu mal-partijiet ikkonċernati ewlenin, inklużi t-TPOs (li taw liċ-Ċentru klassifikazzjoni tas-sodisfazzjon ta’ aktar minn 90 %) u l-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi.

Sors: il-QEA, ibbażat fuq stħarriġ tat-TPOs nazzjonali u tal-membri tal-EEN u fuq data tal-Kummissjoni.

40 Min-naħa l-oħra, aħna sibna li matul il-perjodu 2014-2020, il-kontinwità kienet ġeneralment problema għall-proġetti kofinanzjati taħt l-ELAN, ICI+ fix-Xlokk tal-Asja (ICI+SEA) u l-inizjattiva Startup Europe. Kollha kemm huma ffaċċjaw problemi fl-iżvilupp ta’ dħul suffiċjenti, u b’hekk, biex isiru finanzjarjament sostenibbli kif mitlub fil-ftehim ta’ għotja. B’riżultat ta’ dan, huma ma tkomplewx, minkejja li xi wħud ġew ivvalutati b’mod pjuttost pożittiv fir-rapporti ta’ monitoraġġ (ara l-eżempji fil-Kaxxa 4 għall-ELAN u ICI+SEA, u l-paragrafi 67-70għad-diskontinwità tal-proġetti ta’ Startup Europe).

Kaxxa 4

Is-sostenibbiltà ta’ għadd ta’ proġetti kofinanzjati mill-UE li tniedu matul l-2014-2020 ma nkisbitx

Network Ewropew u Latino-Amerikan għas-Servizzi tan-Negozju u l-Innovazzjoni (ELAN)

In-Network Ewropew u Latino-Amerikan għas-Servizzi tan-Negozju u l-Innovazzjoni (ELAN) tnieda fl-2015 b’baġit totali tal-UE f’kofinanzjament ta’ aktar minn EUR 10 miljun. Is-sejħa għal proposti għaż-żewġ komponenti tal-ELAN – Servizzi tan-Negozju (ELANbiz), kif ukoll in-Network tan-Negozju bbażat fuq it-Teknoloġija (in-network ELAN), kienet tinkludi r-rekwiżit li sa tmiem il-ftehim ta’ għotja jsiru finanzjarjament sostenibbli. Minkejja dan ir-rekwiżit, u minkejja rapporti pożittivi dwar l-operazzjonijiet u l-appoġġ tagħhom mill-partijiet ikkonċernati, fl-aħħar mill-aħħar iż-żewġ komponenti ma tkomplewx minħabba li ma kinux saru finanzjarjament sostenibbli, u l-Kummissjoni ma kellhiex riżorsi baġitarji biex tiffinanzja estensjoni tal-proġetti.

Proġetti tal-ICI+ fix-Xlokk tal-Asja

L-objettiv kumplessiv tal-istrument ICI+ kien li jiżdiedu u jiġu ddiversifikati l-kummerċ u l-investiment min-negozji Ewropej, b’mod partikolari l-SMEs, fil-Kambodja, fl-Indoneżja, fil-Laos, fil-Malażja, fil-Myanmar, fil-Filippini u fil-Vjetnam. Fit-tfassil tal-proġetti tal-ICI+ fir-reġjun, il-Kummissjoni ma għamlitx valutazzjoni tal-impatt speċifika ta’ għażliet ta’ politika differenti, bil-għan li ttejjeb l-infiq u tiżgura s-sostenibbiltà meta jkunu ntemmu l-ftehimiet ta’ għotja. Minkejja valutazzjonijiet pożittivi tal-proġetti u r-rekwiżit kuntrattwali biex il-proġetti jsiru sostenibbli, id-dħul iġġenerat kien limitat u l-proġetti ma tkomplewx meta l-għotjiet korrispondenti ntużaw kollha.

41 Ir-rata ta’ sodisfazzjon espressa mill-partijiet ikkonċernati ewlenin, bħall-membri tal-EEN, għall-istrumenti u l-azzjonijiet fuq perjodu ta’ żmien qasir kienet inqas minn 45 % – sostanzjalment inqas minn dik għall-istrumenti u l-azzjonijiet li kisbu kontinwità fuq terminu twil (ara t-Tabella 2).

Tabella 2 – Analiżi ta’ strumenti magħżula tal-UE għall-kontinwità u s-sodisfazzjon fuq terminu twil b’kooperazzjoni mal-EEN

Strument tal-UE Kontinwità fuq terminu twil Rata ta’ sodisfazzjon tal-membri tal-EEN dwar il-kooperazzjoni
Ċentru għall-Kooperazzjoni Industrijali UE-Ġappun Iva 69 %
Helpdesks tal-SMEs tar-Reġistru tal-Proprjetà Intellettwali Iva 80 %
Pjattaforma Ewropea għall-Kollaborazzjoni bejn ir-Raggruppamenti (ECCP) Iva 49 %
Eurostars (EUREKA) Iva 67 %
Strument għall-SMEs / Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC) Iva 72 %
Ċentru tal-UE tal-SMEs (iċ-Ċina) Parzjali 44 %
EU Gateway / Missjonijiet Business Avenues għax-Xlokk tal-Asja Parzjali 35 %
Startup Europe Le 35 %
ENRICH network (il-Brażil, iċ-Ċina u l-Istati Uniti tal-Amerka) Parzjali 18 %
ELAN (l-Amerika Latina) Le 15 %
ICI + fil-pajjiżi SEA Le Mhux applikabbli

Sors: stħarriġ tal-QEA tal-membri tal-EEN, rieżaminar tad-dokumentazzjoni tal-Kummissjoni u intervisti mas-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni.

L-istrateġija għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs ma ġietx evalwata sistematikament

42 Sabiex tmexxi l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet kollha mħabbra fl-istrateġija għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs, il-Kummissjoni impenjat lilha nfisha li timmonitorja l-progress u tevalwa perjodikament l-effettività tal-istrateġija, bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati kbar kollha.

43 Filwaqt li seħħew laqgħat u fora regolari mar-rappreżentanti tal-SMEs u ma’ partijiet ikkonċernati oħra (eż. il-ġimgħa Ewropea tal-SMEs, l-Assemblea tal-SMEs u laqgħat regolari mat-TPOs nazzjonali), l-implimentazzjoni tal-istrateġija ma ġietx evalwata speċifikament jew b’mod komprensiv kif deskritt hawn fuq. B’riżultat ta’ dan, ma kien hemm l-ebda rappurtar komprensiv dwar l-implimentazzjoni tagħha.

44 F’Mejju 2021, il-Kummissjoni pproduċiet dokument ta’ ħidma tal-persunal intitolat “Annual Single Market Report”. Dan huwa rapport tal-istatus tal-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji industrijali u tal-SMEs tal-UE għall-2020. Madankollu, l-informazzjoni pprovduta dwar azzjonijiet speċifiċi li jippromwovu l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs hija ġenerali ħafna, u mhijiex suffiċjenti għall-iskopijiet ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni.

L-EEN qiegħed jikseb il-miri prinċipali tiegħu, iżda hemm viżibbiltà u kopertura subottimali f’pajjiżi terzi

L-EEN laħaq l-objettivi kumplessivi tiegħu iżda għad m’għandux viżibbiltà suffiċjenti

45 Għall-perjodu 2015-2021, ġew stabbiliti żewġ settijiet ta’ miri u indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) għall-EEN:

  • l-indikaturi fir-regolament COSME18 b’miri ta’ livell għoli għall-EEN fl-intier tiegħu (ara t-Tabella 3); u
  • il-miri tas-“Sistema ta’ Titjib tal-Prestazzjoni” miftiehma f’livell aktar baxx bejn l-EISMEA u kull konsorzju.

46 Fir-rapport final tal-attività għall-2020 tal-EEN, il-Kummissjoni osservat li l-miri aggregati ta’ livell għoli kienu ntlaħqu, iżda ma tat l-ebda informazzjoni dwar il-progress fir-rikonoxximent tal-EEN mill-SMEs.

Tabella 3 – Indikaturi tal-COSME għall-EEN: ilħuq tal-objettivi

Objettiv speċifiku Mira fuq terminu twil (2020) Sitwazzjoni fl-2020
E.1. Għadd ta’ ftehimiet ta’ sħubija ffirmati (kull sena) 2 500 2 503
E.2. Rikonoxximent tal-EEN fost il-popolazzjoni tal-SMEs Żieda
(minn 8 % fl-2015)
Għadha mhux irrappurtata
E.3. Rata ta’ sodisfazzjon tal-klijenti (% tal-SMEs li jiddikjaraw li huma sodisfatti, valur miżjud ta’ servizzi speċifiċi pprovduti mill-EEN) 82 % 92 %19
E.4. Għadd ta’ SMEs li jirċievu servizzi ta’ appoġġ (kull sena) 500 000 232 348
(riżultati taħt il-mira minħabba bidla fil-metodu ta’ kalkolu fl-2017-2018)
E.5. Għadd ta’ SMEs li jużaw servizzi diġitali (inkluż servizzi ta’ informazzjoni elettroniċi) ipprovduti mill-EEN (miljuni) 2.3 14.1

Sors: Ir-rapport finali tal-attività għall-2020 tal-EEN.

47 Fil-livell tal-konsorzju tal-EEN, ir-rapport finali tal-attività għall-2020 iddikjara li, b’mod kollettiv, l-EEN kien qabeż il-miri tiegħu għall-indikaturi fejn kienu ġew stabbiliti l-miri. Madankollu, iċ-ċifri għall-għadd ta’ ftehimiet ta’ sħubija ffirmati u ta’ servizzi ta’ konsulenza pprovduti mill-konsorzji juru li l-prestazzjoni tvarja b’mod sinifikanti bejn il-pajjiżi: minn 24 kisba għal kull membru tal-persunal (ekwivalenti ta’ ingaġġ full-time) fl-Irlanda u 20 fil-Litwanja, għal 2, 3 jew 4 f’ħafna pajjiżi oħra. Dawn il-varjazzjonijiet fil-prestazzjoni huma attribwiti għal kwistjonijiet ta’ ġestjoni tal-konsorzju, bidliet li jaffettwaw l-organizzazzjonijiet li jikkoordinaw, u t-tluq ta’ persunal ewlieni.

48 Għalkemm l-EEN, b’mod ġenerali, laħaq l-objettivi ġenerali tiegħu, ma jistax jiġi ddeterminat bis-sħiħ kemm dan sarraf f’titjib reali f’termini ta’ tkabbir tal-SMEs fis-Suq uniku u lil’hinn. Evalwazzjoni interim dwar il-programm COSME li saret fl-201720 ikkonkludiet li, filwaqt li l-EEN kien effettiv, f’dak il-punt ma kienx possibbli jitkejjel l-impatt sħiħ tiegħu. Fi kliem ieħor, għalkemm is-servizzi pprovduti mill-EEN jistgħu jwasslu għal ħafna riżultati pożittivi, bħall-espansjoni, l-innovazzjoni mtejba u t-titjib tal-kapaċità, huwa diffiċli li tinsilet rabta diretta ma’ kull wieħed minn dawn ir-riżultati billi s-servizzi tal-EEN għandhom biss rwol ta’ appoġġ, u r-riżultati konkreti għad iridu jinkisbu mill-SMEs infushom.

49 Il-Kummissjoni għad għandha fil-mira ż-żieda tas-sensibilizzazzjoni dwar l-EEN tal-partijiet ikkonċernati. Għal dan l-għan, l-organizzazzjonijiet ospitanti huma meħtieġa jiżguraw li l-attivitajiet tal-EEN tagħhom ikollhom livell għoli ta’ viżibbiltà. Fl-2015, 8 % biss tal-SMEs mistħarrġa fl-Ewrobarometru ta’ dik is-sena kienu konxji tal-EEN, u ċ-ċifra varjat b’mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri. Awditu ta’ komunikazzjoni li twettaq mill-EASME fl-2017-2018 żvela li r-rekwiżiti ta’ viżibbiltà għal ħafna siti web tal-membri tal-EEN ma ġewx issodisfati sistematikament. Dan ġie kkonfermat mill-awditu tagħna: 10 biss mit-30 sit web li eżaminajna wrew il-logo tal-EEN u link għas-servizzi tal-EEN fuq il-paġna ewlenija tagħhom. Il-Kummissjoni ma ppubblikatx ċifra aġġornata kontra l-punt ta’ riferiment għal sensibilizzazzjoni.

Il-koordinazzjoni bejn l-EEN u l-istrumenti nazzjonali mhijiex sfruttata bis-sħiħ

50 Il-koordinazzjoni bejn l-EEN u strumenti oħra tal-UE, strumenti nazzjonali u dawk reġjonali hija importanti biex jiġi żgurat li jkun hemm firxa ta’ appoġġ koerenti, komprensiva u komplementari għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs. Għalkemm mhuwiex rekwiżit formali, il-konsorzji tal-EEN huma mħeġġa jinkludu organizzazzjonijiet li jappoġġaw lill-SMEs fir-reġjun tagħhom, bħala mod kif jestendu l-firxa tagħhom fil-komunità tan-negozju. Barra minn hekk, l-applikanti tal-EEN iridu jiżguraw li l-attivitajiet tagħhom ma jidduplikawx is-servizzi diġà pprovduti minn organizzazzjonijiet oħra fl-istess żona ġeografika, u huma mħeġġa jaħdmu mill-qrib ma’ rappreżentanti ta’ networks oħra tal-UE fir-reġjun tagħhom, bħall-punti ta’ kuntatt nazzjonali tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-korpi intermedjarji tal-FEŻR u l-awtoritajiet maniġerjali, u li jikkollaboraw magħhom fuq bażi regolari. Il-gwida tal-EEN għall-applikanti21 tenfasizza li dan jinvolvi livell għoli ta’ involviment regolari tal-partijiet ikkonċernati fl-attivitajiet tal-EEN fil-livelli kollha (lokali, reġjonali u nazzjonali) u djalogu kostanti ma’ fornituri oħra ta’ servizzi ta’ appoġġ.

51 Kważi 70 % tar-rispondenti għall-istħarriġ tagħna tat-TPOs nazzjonali u reġjonali qiesu li l-EEN jipprovdi addizzjonalità għall-SMEs Ewropej lil hinn mill-kapaċità tal-istrutturi ta’ appoġġ nazzjonali għall-internazzjonalizzazzjoni. Madankollu, kien hemm ukoll xewqa għal integrazzjoni aktar b’saħħitha tal-EEN fl-organizzazzjonijiet nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri tal-UE. Il-livelli ta’ sodisfazzjon kienu għoljin fir-rigward tal-kooperazzjoni ma’ ħafna strumenti tal-UE b’appoġġ għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs (ara t-Tabella 2), iżda nħass li l-kooperazzjoni tista’ tissaħħaħ, b’mod partikolari, bi strumenti ta’ appoġġ bħal Startup Europe u n-networks ELAN u ENRICH.

52 Taħt l-EEN għall-perjodu 2015-2021, sabiex tappoġġa l-attivitajiet tal-EEN u trawwem il-kooperazzjoni fuq livell tal-UE bejn il-Kummissjoni u organizzazzjonjiet li joperaw fil-qasam tal-internalizzazzjoni tal-SMEs, il-Kummissjoni kkonkludiet ftehimiet bilaterali separati ma dawn l-organizzazzjonijiet, li saru membri assoċjati li jipprovdu servizzi lill-EEN. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi memoranda ta’ qbil speċifiċi ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.

53 Sa tmiem l-2020, l-EEN kien ikkonkluda ftehimiet bilaterali jew ftehimiet speċifiċi ma’ seba’ membri assoċjati Ewropej, żewġ aġenziji Ewropej, il-helpdesks tar-Reġistru tal-Proprjetà Intellettwali (IPR) u għadd ta’ membri assoċjati nazzjonali. L-EEN kien iffirma wkoll dikjarazzjoni ta’ intenzjoni li jikkoopera mal-Hubs Ewropej ta’ Innovazzjoni Diġitali (EDIH). Madankollu, sa tmiem l-2021, kien għadu ma ġie formalizzat l-ebda ftehim ma’ ħafna strumenti u networks, inkluż in-network ta’ Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali, Startup Europe, in-network ENRICH, il-BEI u l-FEI (biex jiġu promossi l-istrumenti finanzjarji tal-UE permezz tal-EEN), u t-TPOs nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri.

Il-partijiet ikkonċernati identifikaw lakuni fil-kopertura ġeografika ta’ pajjiżi terzi u l-membri tal-EEN jirrappurtaw kwalità varjabbli tas-servizz

54 Il-preżenza tal-EEN madwar id-dinja hija kritika għall-kapaċità tiegħu li jgħin lill-SMEs jiksbu aċċess għas-swieq dinjija. Ix-xogħol tal-EEN jestendi għall-pajjiżi mhux tal-COSME permezz tat-twaqqif ta’ ċentri ta’ kooperazzjoni kummerċjali (BCCs). Dawn jirċievu appoġġ mhux finanzjarju mill-Kummissjoni għall-attivitajiet tal-EEN, b’mod partikolari assistenza teknika u appoġġ u aċċess għall-għodod tal-IT, l-intranet tal-EEN, il-bażijiet tad-data u servizzi online oħra. L-EEN ma għandux il-mezzi jew il-mandat li jipprovdi appoġġ finanzjarju lill-BCCs f’pajjiżi mhux tal-UE. Konsegwentement, il-BCCs jiddependu parzjalment minn kwalunkwe appoġġ finanzjarju li jistgħu jirċievu mill-awtoritajiet nazzjonali u bnadi oħra.

55 Fi tmiem l-2020, l-EEN kien irrappreżentat f’65 pajjiż (prinċipalment pajjiżi li magħhom l-UE għandha interess fil-kooperazzjoni ekonomika u, normalment, ftehim kummerċjali) permezz ta’ 625 organizzazzjoni sieħba. Minn dawn, 427 organizzazzjoni kienu fi Stati Membri tal-UE, 92 f’pajjiżi oħra tal-COSME, 23 fir-Renju Unit, u 73 (bħal BCCs) f’29 pajjiż ieħor (ara l-Figura 3).

Figura 3 – Appoġġ dinji għall-SMEs Ewropej permezz tal-EEN u strumenti oħra tal-UE

Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-Kummissjoni Ewropea.

56 Għalkemm ma hemm l-ebda mira speċifika għall-għadd ta’ BCCs, fl-istħarriġ tagħna tal-membri tal-EEN u fl-intervisti mal-partijiet ikkonċernati, ir-rispondenti spiss semmew għadd ta’ pajjiżi fejn xtaqu jaraw preżenza mtejba tal-BCC. Dawn il-pajjiżi kienu l-Afrika t’Isfel (li magħha l-UE għandha FTA), l-Awstralja (li bħalissa jinsabu f’negozjati kummerċjali mal-UE), iċ-Ċina u l-Emirati Għarab Magħquda. Barra minn hekk, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Organizzazzjonijiet għall-Promozzjoni tal-Kummerċ identifikat lill-Afrika bħala reġjun ideali għall-iżvilupp ta’ forom ġodda ta’ kollaborazzjoni u għall-kisba tal-aċċess għas-suq għall-SMEs tal-UE22, peress li t-TPOs tal-Istati Membri mhumiex irrappreżentati biżżejjed fil-kontinent.

57 F’termini tal-kwalità tas-servizz, l-istħarriġ wera li l-membri tal-EEN huma sodisfatti ħafna b’ċerti BCCs. Ir-rispons, il-kwalità u l-utilità tas-servizzi pprovduti minn oħrajn ġew irrappurtati li huma varjabbli, b’każijiet ta’ kooperazzjoni jew integrazzjoni insuffiċjenti mat-TPOs Ewropej u ftit wisq interess muri mill-esportaturi Ewropej. Fis-sejħa l-ġdida tagħha għal espressjonijiet ta’ interess għal “sħab internazzjonali tan-network” (l-isem il-ġdid għall-BCCs)23, il-Kummissjoni inkludiet b’mod espliċitu TPOs nazzjonali u reġjonali fit-taqsima dwar “it-tip ta’ organizzazzjonijiet imfittxija”, u b’hekk żiedet il-benefiċċji futuri potenzjali tan-network.

Il-membri tal-EEN jkunu jilqgħu aktar taħriġ jew sensibilizzazzjoni fl-aċċess għall-finanzjament u ftehimiet ta’ kummerċ ħieles

58 L-aċċess affidabbli għal finanzjament huwa wieħed mill-ogħla prijoritajiet tal-SMEs, kemm jekk huma kkonċernati mill-internazzjonalizzazzjoni kif ukoll jekk le24. B’risposta għal dan, il-Kummissjoni għamlet sforzi kbar biex tipprovdi lill-SMEs b’firxa wiesgħa ta’ strumenti finanzjarji – li huma implimentati b’mod varjat mill-Kummissjoni, mill-BEI, mill-FEI jew mill-intermedjarji finanzjarji.

59 L-EEN għandu l-għan li jipprovdi informazzjoni u pariri dwar l-istrumenti finanzjarji tal-UE u d-diversi portali tal-UE li joffru informazzjoni dwar l-aċċess għal finanzjament, b’mod partikolari dak tal-Kummissjoni u taċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti (EIAH). Madankollu, il-viżibbiltà u l-aċċessibbiltà online ta’ din l-informazzjoni jvarjaw b’mod konsiderevoli bejn il-membri tal-EEN. Barra minn hekk, kemm l-EIAH kif ukoll il-portal dwar l-Aċċess għall-Finanzi tal-Kummissjoni ma għandhomx informazzjoni u sinjalazzjoni dwar l-EEN.

60 Il-kummenti li saru mir-rispondenti għaż-żewġ stħarriġiet tagħna jikkonfermaw il-ħtieġa li jiġu promossi sensibilizzazzjoni u links aktar faċli għal informazzjoni dwar l-aċċess għall-finanzjament tal-SMEs, b’mod notevoli billi jissaħħaħ ir-rwol tal-EEN f’koordinazzjoni mal-iskemi tal-UE, bħall-portal dwar l-Aċċess għall-Finanzi tal-Kummissjoni u l-EIAH.

61 Fl-2019, il-Kummissjoni pproduċiet gwida b’għadd ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi25. Madankollu, xi wħud mir-rakkomandazzjonijiet prinċipali, inkluż id-deżinjazzjoni ta’ punti ta’ kuntatt tal-FTA permanenti u sessjonijiet speċifiċi ta’ taħriġ dwar l-implimentazzjoni tal-FTA għall-membri tal-EEN (li jaġixxu bħala sorsi ewlenin ta’ informazzjoni u pariri għall-SMEs) għad iridu jiġu implimentati.

62 L-għodod tal-IT u l-bini tal-kapaċità huma mezz dejjem aktar importanti biex is-servizzi tal-EEN isiru aktar iffukati fuq il-klijenti u mfassla apposta għar-rekwiżiti speċifiċi tal-SMEs. L-istħarriġ tagħna wera li l-EEN jeħtieġ li jtejjeb u jiżviluppa aktar l-għodod tiegħu tal-IT għal dan il-għan, minħabba li wieħed minn kull ħames rispondenti esprima nuqqas ta’ sodisfazzjon (livell ogħla ta’ nuqqas ta’ sodisfazzjon milli għal oqsma oħra ta’ appoġġ).

63 L-istħarriġ u l-intervisti tagħna mal-Kummissjoni u d-dipartimenti tal-BEI/FEI indikaw il-bżonn għal aktar taħriġ bil-parteċipazzjoni ta’ esperti tal-BEI u l-FEI. Barra minn hekk, il-possibbiltajiet għal apprendiment interattiv – li jagħti spinta lill-kapaċità tal-SMEs li jittrattaw oqsma speċifiċi u aktar tekniċi, bħall-FTAs u l-aċċess għall-finanzi – huma limitati.

Startup Europe indirizzat ħtiġijiet importanti, iżda s-sostenibbiltà, il-monitoraġġ u l-koordinazzjoni huma varjabbli

64 L-objettiv kumplessiv ta’ Startup Europe huwa li ssaħħaħ l-opportunitajiet ta’ networking għal negozji li qed jespandu u bennejja tal-ekosistema b’teknoloġija avvanzata, biex jitħaffef it-tkabbir tal-ekosistema intraprenditorjali kollha fl-UE. Dan min-naħa tiegħu jappoġġa l-komunitajiet ta’ negozji ġodda lokali billi jgħaqqad in-negozji ġodda, in-negozji li qed jespandu, l-investituri, l-aċċelleraturi, in-networks korporattivi u l-universitajiet.

65 Matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, Startup Europe ġiet implimentata permezz ta’ tliet sejħiet għal proposti (fl-2014, fl-2017, u fl-2019). Kull sejħa kellha baġit limitat ta’ madwar EUR 10 miljun. Filwaqt li s-sejħa tal-2014 iffukat biex tħeġġeġ l-imprendituri tal-web biex jibdew negozju fl-UE u jikbru fuq livell internazzjonali, is-sejħiet tal-2017 u tal-2019 espandew l-ambitu ta’ Startup Europe għan-negozji ġodda kollha ta’ teknoloġija avvanzata u għall-SMEs innovattivi, filwaqt li ħeġġew it-tkabbir u l-espansjoni madwar l-UE u lil hinn minnha.

66 Il-Kummissjoni għażlet 22 proġett mit-3 sejħiet. Il-proġetti normalment ikollhom durata ta’ sentejn. Kull wieħed jiġi implimentat minn konsorzju li jgħaqqad is-sħab minn ekosistemi ta’ negozji ġodda differenti madwar l-UE u jipprovdi opportunitajiet ta’ networking għan-negozji ġodda u għan-negozji li qed jespandu. L-għadd ta’ sħab fil-konsorzji jvarja minn 3 sa 15. Il-Kaxxa 5 tippreżenta xi eżempji ta’ objettivi u attivitajiet tal-proġett li huma implimentati permezz ta’ Startup Europe. L-Anness IV fih deskrizzjonijiet qosra tal-proġetti kollha ta’ Startup Europe li ġew ffinanzjati matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020.

Kaxxa 5

Eżempji ta’ proġetti ta’ Startup Europe

Access2Europe kellu l-għan li jissimplifika l-informazzjoni disponibbli online u jlaqqa’ lill-persuni adatti flimkien biex jimmultiplika l-possibbiltajiet li n-negozji ġodda tal-UE jespandu u jkabbru d-dħul u jżommu impjegati kwalifikati billi jgħaqqad l-ekosistemi ta’ negozji ġodda ta’ Berlin, Pariġi, Barċellona, u Tallinn.

Sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi, Access2Europe għażel negozji ġodda biex jipparteċipaw fi “vjaġġar ta’ skoperta” ta’ tliet ijiem, li matulhom setgħu jimmassimizzaw il-konnessjonijiet u jiltaqgħu mal-partijiet ikkonċernati. Total ta’ 99 negozju ġdid b’121 parteċipant ħadu sehem fl-ivvjaġġar ta’ skoperta fl-4 bliet sħab.

Inizjattiva oħra, attivitajiet ta’ “support & match”, ippermettiet 41 negozju ġdid jibdew l-attivitajiet tagħhom fis-swieq internazzjonali. L-element ta’ “support” (appoġġ) kien jikkonsisti minn spazju għal uffiċċji bla ħlas, sessjonijiet ta’ ħidma immexxija minn esperti u laqgħat individwali għal dħul fis-suq b’suċċess, kif ukoll aċċess liberu għal avvenimenti teknoloġiċi ewlenin u espożizzjoni permezz tal-kanali ta’ komunikazzjoni tas-sħab. L-element ta’ “match” (pariġġar) kien jinkludi introduzzjonijiet għall-atturi korporattivi u finanzjarji rilevanti.

My-Gateway kellu l-għan li jsaħħaħ il-kapaċitajiet ta’ negozji ġodda ta’ teknoloġija avvanzata u ta’ SMEs innovattivi fir-reġjun tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, billi jgħaqqad l-ekosistemi ta’ negozji ġodda ta’ Budapest, Lisbona, Tel Aviv, Salamanca, Brussell, Londra, Cluj, Maribor, Praga, u Madrid biex isiru konnessi aħjar, jiksbu skopertura ogħla għas-swieq u biex ikollhom aċċess imtejjeb u ffaċilitat għall-opportunitajiet ta’ finanzjament u t-talent.

Il-proġett ikkontribwixxa għall-espansjoni tal-komunità ta’ Startup Europe billi fetaħ il-bieb għal negozji ġodda mill-Balkani. Tfassal “mudell għall-akkwiżizzjoni tat-talenti” biex jgħin lill-universitajiet tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant jistabbilixxu konnessjonijiet bejn l-istudenti intraprenditorjali u n-negozji ġodda li jkunu qed ifittxu forza tax-xogħol b’ħiliet. “Mudell ta’ trasferiment tat-teknoloġija” iffoka fuq kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn ir-riċerka u l-iżvilupp u n-negozji ġodda billi pprovda assistenza fit-tranżizzjoni tat-teknoloġiji mill-istadju tar-riċerka għall-iżvilupp industrijali. Ġew organizzati sessjonijiet ta’ ħidma “Access to finance” biex itejbu l-fehim tan-negozji ġodda tax-xenarju tal-finanzjament, u biex jagħmlu konnessjoni mal-investituri u ma’ atturi oħra ewlenin tal-ekosistema.

Il-proġetti ta’ Startup Europe ma għandhomx kontinwità

67 Il-proġetti magħżula kollha kellhom l-għan li jindirizzaw ostakolu wieħed jew aktar li jxekklu t-tkabbir u jipprevjenu lin-negozji milli jespandu jew jikbru f’kumpaniji pan-Ewropej jew globali. Dawn kienu marbuta b’mod ċar mal-isfidi tipiċi li qed jiffaċċjaw in-negozji ġodda u n-negozji li qed jespandu, jiġifieri l-aċċess għal finanzjament, l-aċċess għal swieq ġodda, ir-reklutaġġ ta’ impjegati b’ħila u s-sejbien ta’ sħab.

68 Madankollu, dawn il-kontributi għall-objettivi ta’ Startup Europe kienu ta’ durata qasira. L-attivitajiet u l-azzjonijiet tal-proġetti fil-biċċa l-kbira waqfu fi tmiem il-perjodu ta’ għotja korrispondenti, minkejja d-dispożizzjoni fis-sejħiet tal-2017 u tal-2019 li l-proposti tal-proġetti jridu juru s-sostenibbiltà tal-azzjonijiet lil hinn mill-ħajja tal-proġett.

69 L-intervisti tagħna mal-koordinaturi tal-proġetti u mal-persunal tal-Kummissjoni taw xi raġunijiet possibbli għal dan:

  • negozji ġodda li mhumiex lesti jew kapaċi jħallsu għas-servizzi;
  • servizzi li jistgħu jinstabu xi mkien ieħor bla ħlas;
  • negozji ġodda li jsibuha bi tqila biex jieħdu parir estern.

70 Barra minn hekk, il-ftehimiet kollha ta’ għotja kien fihom regola li tipprojbixxi l-profitt, li jfisser li kwalunkwe profitt jitnaqqas mill-għotja. Il-kontribuzzjoni finanzjarja medja tal-UE għall-proġetti kienet għolja ħafna, bi 88 % tal-ispejjeż totali, u f’xi każijiet, 100 % tal-ispejjeż. Konsegwentement, kwalunkwe dħul iġġenerat jista’ awtomatikament inaqqas il-kontribuzzjoni mill-UE. Għalkemm għandha l-ġustifikazzjoni tagħha, ir-regola li tipprojbixxi l-profitt tista’ tiskoraġġixxi lill-konsorzji milli jiġġeneraw dħul, li jnaqqas il-possibbiltajiet ta’ sostenibbiltà finanzjarja u fl-aħħar mill-aħħar il-kontinwità tal-proġetti.

Fl-intier tiegħu, il-monitoraġġ ta’ Startup Europe ma kienx adegwat

71 Kull proposta għal proġett ta’ Startup Europe trid tinkludi lista ta’ riżultati, objettivi intermedji u KPIs speċifiċi għall-proġett li bihom jitkejlu l-progress u r-riżultati. Il-proġetti jirrappurtaw perjodikament dwar il-progress tagħhom u l-Kummissjoni twieġeb b’sejbiet u rakkomandazzjonijiet fl-għamla ta’ rieżamijiet ta’ proġetti uniċi. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni tivvaluta l-kisbiet tal-proġetti b’mod pożittiv. Madankollu, ma stajniex nivvalutaw kemm Startup Europe laħqet l-objettivi kumplessivi tagħha, peress li proġetti individwali għandhom KPIs kompletament differenti li ma jistgħux jiġu aggregati.

Koordinazzjoni limitata fi ħdan Startup Europe u lil hinn minnha

72 Il-Kummissjoni tippubblika informazzjoni dwar il-proġetti ta’ Startup Europe u l-avvenimenti li jorganizzaw fuq is-sit web tagħha. Madankollu, aħna ma sibna l-ebda mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni ċentrali, għodda jew korp biex l-inizjattiva timxi lejn l-objettivi kumplessivi tagħha. Kull proġett ġie implimentat separatament, b’kooperazzjoni okkażjonali biss, bħal pereżempju xi membri tal-konsorzju kienu sħab f’aktar minn proġett wieħed.

73 Il-persunal tal-Kummissjoni li jimplimenta Startup Europe xi drabi ltaqa’ ma’ kollegi minn DĠ oħra (eż. f’avvenimenti tal-proġetti). Madankollu, ma kien hemm l-ebda koordinazzjoni regolari u strutturata tal-attivitajiet tad-diversi Direttorati Ġenerali li jappoġġaw in-negozji ġodda u n-negozji li qed jespandu. Il-Kummissjoni lanqas ma kkoordinat l-attivitajiet ta’ Startup Europe ma’ programmi nazzjonali li jipprovdu appoġġ għal negozji ġodda u negozji li qed jespandu. Il-komunikazzjoni tal-2016 tal-Kummissjoni dwar din il-kwistjoni enfasizzat il-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-proġetti tal-EEN u ta’ Startup Europe. Madankollu, dan ukoll ma ġiex stabbilit b’mod strutturat u l-kuntatti bejn iż-żewġ networks huma pjuttost rari. Mir-rispondenti għall-istħarriġ tagħna tal-membri tal-EEN, 35 % biss iddikjaraw li huma sodisfatti bil-livell ta’ kooperazzjoni bejn l-EEN u l-inizjattiva Startup Europe.

Il-kontribuzzjoni lejn l-istrateġija kumplessiva tal-SME ma ġietx ivvalutata

74 Wieħed mill-objettivi tal-politiki u l-istrateġiji tal-UE f’dan il-qasam huwa li jgħinu lin-negozji ġodda u lin-negozji li qed jespandu jibqgħu fl-Ewropa, fejn jistgħu jikbru biex isiru mexxejja globali u joħolqu impjiegi fl-UE26.

75 Madankollu, bosta dokumenti27 tal-Kummissjoni indikaw li negozji ġodda u negozji li qed jespandu promettenti tal-UE ma jirnexxilhomx isiru mexxejja globali fl-Ewropa, billi jinkisbu fi stadju bikri minn korporattivi mhux tal-UE. Il-kumpaniji tal-Istati Uniti huma l-aktar prolifiċi, billi bejn l-2010 u l-2018 kisbu 12 780 negozju ġdid tal-UE (27 % tal-akkwiżizzjonijiet kollha ta’ negozji ġodda tal-UE). F’termini ta’ kapital investit, il-kumpaniji tal-Istati Uniti kienu jirrappreżentaw 55 % tal-valur totali tal-ftehimiet28.

76 Aħna identifikajna żewġ sħab tal-proġetti ta’ Startup Europe, li pparteċipaw f’10 mit-22 proġett, li kienu involuti fir-riċerka għal klijenti korporattivi, inklużi korporattivi mhux tal-UE. Dan kien jinvolvi l-iskrinjar tal-ekosistemi tan-negozji ġodda biex jinsabu negozji ġodda innovattivi ta’ teknoloġija avvanzata li huma ta’ interess potenzjali minħabba l-ħtiġijiet ta’ innovazzjoni tal-klijenti tagħhom. Il-kooperazzjoni li tirriżulta bejn korporattivi u negozji ġodda/negozji li qed jespandu tieħu ħafna għamliet, mil-liċenzjar għas-sħubijiet, għall-akkwiżizzjoni fuq skala sħiħa. L-attivitajiet ta’ pariġġar ta’ proġett wieħed bħal dan ta’ Startup Europe wasslu għal 27 fużjoni u akkwiżizzjoni, u 12 biss minn dawn kienu fl-UE (inklużi 7 kumpaniji akkwirenti mir-Renju Unit, li dak iż-żmien kien għadu parti mill-UE).

77 Filwaqt li l-kooperazzjoni tista’ tkun ta’ benefiċċju għaż-żewġ partijiet, l-akkwiżizzjonijiet mhux tal-UE ta’ negozju ġdid jew negozju li qed jespandi tal-UE jikkunfliġġu mal-politika u l-objettiv tal-istrateġija tal-UE li tgħin lill-kumpaniji jikbru internazzjonalment filwaqt li jibqgħu fl-UE.

Konklużjonijiet

78 L-awditu tagħna sab li l-UE u l-Istati Membri introduċew għadd kbir ta’ azzjonijiet ta’ appoġġ biex jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs, iżda mhumiex kompletament koerenti jew ikkoordinati. L-EEN qiegħed jikseb il-miri prinċipali tiegħu, iżda hemm viżibbiltà u kopertura subottimali f’pajjiżi terzi. Fuq skala iżgħar, Startup Europe turi xi riżultati pożittivi fil-livell tal-proġetti iżda ma għandhiex kontinwità u riżultati kumplessivi li jistgħu jitkejlu.

79 Aħna nikkonkludu li l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-2011 tal-UE għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs għadha mhux kompleta. Filwaqt li l-azzjonijiet ewlenin ġew implimentati mill-inqas parzjalment, bħat-tisħiħ tan-Network Enterprise Europe u l-iżvilupp tal-portal Access2Market, xi azzjonijiet ewlenin għat-titjib tal-koerenza fix-xenarju estensiv tal-inizjattivi tal-UE u tal-Istati Membri ma kinux ta’ suċċess (il-paragrafi 24-29).

80 Il-koordinazzjoni tal-ħafna azzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri li jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs għandha nuqqasijiet f’diversi livelli. Għalkemm il-koordinazzjoni bejn is-servizzi hija effettiva ħafna f’xi oqsma ewlenin tax-xogħol tal-Kummissjoni (eż. il-kooperazzjoni fil-kapitoli dwar l-SMEs għall-FTAs), dan mhuwiex il-każ f’oħrajn, b’mod partikolari fir-rigward tan-networks ta’ internazzjonalizzazzjoni u l-istrumenti tal-UE li jipprovdu aċċess għal finanzjament (il-paragrafi 30-36).

81 Is-sostenibbiltà finanzjarja ta’ għadd ta’ azzjonijiet tal-UE li tniedu matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 ma ġietx indirizzata b’mod suffiċjenti, bir-riżultat li bosta azzjonijiet ma tkomplewx minkejja riżultati pożittivi. Barra minn hekk, la kien hemm rappurtar u monitoraġġ regolari u speċifiċi, u lanqas ma kien hemm evalwazzjoni komprensiva tal-implimentazzjoni tal-istrateġija għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs (il-paragrafi 37-44).

82 In-Network Enterprise Europe laħaq il-miri prinċipali tiegħu, iżda huma meħtieġa aktar sforzi f’termini ta’ viżibbiltà, koordinazzjoni, kopertura ta’ pajjiżi terzi u bini tal-kapaċità (il-paragrafu 45).

83 Fil-biċċa l-kbira, l-EEN laħaq l-objettivi aggregati tiegħu ta’ livell għoli, iżda r-rati ta’ lħuq huma varjabbli f’livelli aktar baxxi. Barra minn hekk, mhux dejjem ikun jista’ jiġi kollegat il-punt sa fejn dan l-ilħuq ikun relatat mal-azzjonijiet tal-EEN. Minkejja titjib fil-kejl tal-prestazzjoni, ħafna membri tal-EEN għadhom ma jissodisfawx b’mod sistematiku r-rekwiżiti ta’ viżibbiltà u komunikazzjoni mmirati lejn aktar sensibilizzazzjoni u aċċessibbiltà (il-paragrafi 45-49).

84 Il-koordinazzjoni bejn l-EEN u strumenti oħra ta’ internazzjonalizzazzjoni fil-livell tal-UE, kif ukoll dak nazzjonali u reġjonali, tifforma l-bażi għal firxa koerenti, komprensiva u komplementari ta’ servizzi ta’ appoġġ. Għalkemm, f’xi każijiet, il-kooperazzjoni bejn l-EEN u strumenti oħra tal-UE hija tajba, ftehimiet formali ta’ kooperazzjoni mhux dejjem tqiegħdu fis-seħħ (il-paragrafi 50-53).

85 Barra mill-UE, l-EEN jopera prinċipalment permezz ta’ ċentri ta’ kooperazzjoni kummerċjali. Ix-xogħol ta’ xi BCCs kien apprezzat ħafna, iżda oħrajn kienu kkritikati għas-servizz u r-rispons dgħajfa tagħhom. Il-membri tal-EEN ilmentaw dwar dak li raw bħala l-preżenza mhux adegwata tal-BCC fi sħab ta’ negozjar ewlenin, bħall-Awstralja, iċ-Ċina, l-Afrika t’Isfel u l-EGħM (il-paragrafi 54-57).

86 Il-membri tal-EEN iqisu li l-appoġġ mogħti mill-Kummissjoni – u b’mod partikolari mill-Eismea – huwa utli. Fl-oqsma speċifiċi ta’ aċċess għal finanzjament u l-FTAs, hemm ħtieġa ta’ taħriġ addizzjonali u kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-Kummissjoni u mal-BEI/FEI biex tingħata spinta lill-bini tal-kapaċità u lill-għarfien espert tekniku. L-għodod tal-IT huma qasam ieħor li fih il-membri tal-EEN jixtiequ jaraw titjib (il-paragrafi 58-63).

87 Startup Europe ffukat fuq il-ħtiġijiet rilevanti ta’ negozji ġodda, iżda l-kontribut tagħha għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs fl-intier tiegħu, mhuwiex ċar u huwa affettwat minn kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà u governanza (il-paragrafi 64-70).

88 Il-Kummissjoni ma għandha l-ebda struttura kumplessiva għall-koordinazzjoni tal-inizjattiva u r-relazzjonijiet tagħha ma’ programmi oħra. Konsegwentement, hemm kooperazzjoni limitata bejn il-proġetti ta’ Startup Europe u bejn Startup Europe u strumenti oħra tal-UE u dawk nazzjonali (il-paragrafi 72-73).

89 Minkejja l-eżistenza ta’ informazzjoni dwar il-progress u l-kisbiet ta’ proġetti individwali, l-għadd limitat ta’ miri, stadji importanti u indikaturi limitati jagħmilha diffiċli biex tiġi vvalutata l-effettività ta’ Startup Europe fil-livell tal-inizjattiva (il-paragrafu 71).

90 F’xi każijiet, is-sħab u l-proġetti tal-konsorzju ta’ Startup Europe kienu involuti f’riċerka u skrinjar għal kumpaniji innovattivi b’potenzjal għoli f’isem korporattivi, li wassal għal akkwiżizzjoni mhux tal-UE ta’ negozji ġodda tal-UE (il-paragrafi 74-77).

Rakkomandazzjonijiet

Rakkomandazzjoni 1 – Żieda fis-sensibilizzazzjoni, fil-koerenza u fis-sostenibbiltà tal-appoġġ għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs

Jenħtieġ li l-Kummissjoni:

  1. tagħmel disponibbli informazzjoni dwar l-istrumenti u l-proġetti eżistenti li jirċievu kofinanzjament mill-UE fil-qasam tal-internazzjonalizzazzjoni, inkluż mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej;
  2. filwaqt li tibni fuq ir-rakkomandazzjoni (a), tanalizza l-firxa ta’ strumenti u proġetti kofinanzjati biex tidentifika kwalunkwe lakuna u duplikazzjoni u biex trawwem sinerġiji;
  3. tinkludi sistematikament is-sostenibbiltà finanzjarja, id-domanda dimostrabbli tas-suq, u l-koordinazzjoni ma’ azzjonijiet u servizzi eżistenti tal-UE u tal-Istati Membri f’evalwazzjonijiet tal-impatt ex ante jew ta’ valutazzjonijiet tal-impatt ta’ strumenti ġodda ta’ internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs;
  4. twettaq evalwazzjoni esterna biex tivvaluta l-effettività tal-istrateġija għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: tmiem l-2023 għal (a) u (c); tmiem l-2024 għar-rakkomandazzjoni (b); u tmiem l-2025 għal rakomandazzjoni (d)

Rakkomandazzjoni 2 – Żieda fil-viżibbiltà tan-Network Enterprise Europe, il-kooperazzjoni tiegħu ma’ programmi simili oħra, l-attivitajiet ta’ taħriġ tiegħu u l-kopertura ġeografika tiegħu

Jenħtieġ li l-Kummissjoni:

  1. ittejjeb il-viżibbiltà tal-EEN billi tivverifika li l-membri tiegħu jipprovdu sinjalazzjoni ċara u prominenti lis-servizzi rilevanti kollha fuq is-siti web tagħhom, u billi tiżgura li ċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investiment u l-portal tal-Kummissjoni ta’ aċċess għal finanzjament ukoll ikollhom rabtiet ċari u prominenti mal-EEN;
  2. kull fejn ikun possibbli, tikkonkludi ftehimiet ta’ kooperazzjoni jew arranġamenti ta’ kooperazzjoni oħra bejn l-EEN u programmi oħra tal-UE, kif ukoll dawk nazzjonali u reġjonali, li jappoġġaw l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs Ewropej;
  3. iżżid it-taħriġ ta’ sensibilizzazzjoni tal-EEN fil-qasam tal-aċċess għal finanzjament u ftehimiet ta’ kummerċ ħieles;
  4. tinkoraġġixxi partijiet eliġibbli fdati biex japplikaw biex isiru Sħab tan-Network Internazzjonali f’pajjiżi terzi fejn dan huwa f’konformità mal-prijoritajiet kummerċjali tal-UE.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: tmiem it-tieni trimestru tal-2022 għar-rakkomandazzjonijiet (a), (b) u (c); tmiem it-tieni trimestru tal-2025 għar-rakkomandazzjoni (d)

Rakkomandazzjoni 3 – Titjib fil-monitoraġġ u fl-effettività fuq terminu twil tal-inizjattiva Startup Europe

Jenħtieġ li l-Kummissjoni ttejjeb il-ġestjoni tal-inizjattiva Startup Europe billi:

  1. tiżviluppa indikaturi u miri speċifiċi biex tkejjel l-effettività kumplessiva tal-inizjattiva, inkluż is-sostenibbiltà tal-attivitajiet tal-proġett;
  2. tiżgura koordinazzjoni u kooperazzjoni ma’ strumenti oħra tal-UE u dawk nazzjonali li jappoġġaw it-tkabbir u l-internazzjonalizzazzjoni tan-negozji ġodda;
  3. tistabbilixxi kriterji tal-għażla biex tingħata prijorità lil proġetti li jgħinu lin-negozji ġodda jiżviluppaw bis-sħiħ il-potenzjal u l-kompetittività tagħhom, u b’hekk jikkontribwixxu għat-tkabbir u l-impjiegi fl-UE.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: tmiem ir-raba’ trimestru tal-2022 għar-rakkomandazzjonijiet (a) u (c); tmiem l-ewwel trimestru tal-2023 għar-rakkomandazzjoni (b)

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Mihails Kozlovs, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-5 ta’ April 2022.

 

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner Lehne
President

Annessi

Anness I – Dokumenti ta’ politika b’impatt fuq l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs

Dokument tal-Kummissjoni Suġġett
“Aħseb l-ewwel fiż-żgħir”. “Small Business Act” – 2008, rivedut fl-2011

Strateġija għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs: “Negozju Żgħir, Dinja Kbira”, COM(2011) 702 final
Politika kumplessiva tal-UE dwar l-SMEs

Strateġija għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs
“Kummerċ għal Kulħadd - Lejn politika aktar responsabbli għall-kummerċ u l-investiment”, COM(2015) 497 final Prinċipji tal-UE għall-kummerċ ma’ pajjiżi mhux tal-UE
“Il-mexxejja li jmiss tal-Ewropa: l-Inizjattiva favur in-Negozji l-ġodda u n-Negozji li qed jespandu”, (COM(2016) 733 final

“Strateġija għall-SMEs għal Ewropa sostenibbli u diġitali”, COM(2020) 103 final
Titjib tal-ekosistema għan-negozji ġodda biex jikbru u jinternazzjonalizzaw

Żieda fl-użu tal-SMEs ta’ prattiki kummerċjali sostenibbli u teknoloġiji diġitali
“L-identifikazzjoni u l-indirizzar tal-ostakli għas-Suq Uniku”, COM(2020) 93 final Indirizzar tal-ostakoli għas-suq uniku
“Rieżami tal-Politika Kummerċjali - Politika Kummerċjali Miftuħa, Sostenibbli u Assertiva”, COM(2021) 66 final Rieżami tal-politika kummerċjali biex jitqiesu l-iżviluppi reċenti, il-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles u l-impatt tal-COVID-19

Sors: il-QEA.

Anness II – Strumenti prinċipali tal-UE li jappoġġaw l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs

Kategorija Strument tal-UE Deskrizzjoni Kontribuzzjoni indikattiva mill-UE
2014-2020
(f’miljun EUR)
DĠ/korp tal-UE responsabbli
Appoġġ kumplessiv għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs Network Enterprise Europe (EEN) L-EEN huwa l-azzjoni prinċipali tal-UE li tipprovdi appoġġ dirett u kumplessiv għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs. Huwa għandu rwol importanti fiċ-ċentralizzazzjoni tal-informazzjoni dwar l-azzjonijiet l-oħra kollha ta’ appoġġ. 450 DĠ GROW
Eismea
Startup Europe Startup Europe hija azzjoni ewlenija tal-UE li tgħin lill-SMEs ġodda jikbru fis-swieq Ewropej u dawk internazzjonali. Hija parti ewlenija tal-Inizjattiva favur in-Negozji ġodda u n-Negozji li qed jespandu. 30 DĠ CONNECT
Programmi ta’ finanzjament Strument għall-SMEs / Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC) L-SMEI jiffoka fuq SMEs ferm innovattivi b’potenzjal qawwi ta’ tkabbir u bi strateġija Ewropea jew globali orjentata lejn it-tkabbir. Huwa kien is-suġġett tar-Rapport Speċjali Nru 02/2020 tal-QEA. Jenħtieġ li s-servizzi ta’ aċċellerazzjoni tan-negozju ta’ dan il-programm jiġu allinjati ma’ azzjonijiet oħra b’appoġġ għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs. 3 000 DĠ RTD
Eismea
Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE-FEŻR) Il-FEŻR jappoġġa firxa wiesgħa ta’ azzjonijiet fir-rigward tal-kompetittività tal-SMEs. Il-baġit tal-UE għall-FEŻR għall-2014-2020 kien ta’ EUR 223 biljun, li minnhom l-EUR 40 biljun għall-Objettiv Tematiku 3 “Koordinazzjoni ta’ azzjonijiet kofinanzjati mill-FEŻR ma’ azzjonijiet oħra ta’ appoġġ” huma l-aktar rilevanti għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs. Objettiv Tematiku 3: 40 000 DĠ REGIO
Eurostars (EUREKA) Eurostars huwa programm immexxi b’mod konġunt mal-membri tan-network Eureka biex jappoġġa l-SMEs innovattivi tar-riċerka u l-iżvilupp li jfittxu li jisfruttaw il-benefiċċji tal-kollaborazzjoni internazzjonali. Il-koerenza u l-koordinazzjoni ma’ azzjonijiet oħra ta’ appoġġ, u l-immirar korrettiv tal-SMEs, huma rilevanti fil-kuntest usa’ tal-appoġġ li jingħata mill-UE għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs. 287 DĠ RTD
Strumenti finanzjarji Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), COSME, InnovFin L-aċċess għal finanzjament huwa sfida ewlenija li qed jiffaċċjaw l-SMEs li qed ifittxu li jinternazzjonalizzaw. Permezz tal-FEIS u l-COSME, l-UE u l-Grupp tal-BEI stabbilew firxa estensiva ta’ strumenti finanzjarji biex jipprovdu appoġġ finanzjarju għall-attivitajiet tal-SMEs, inkluża l-internazzjonalizzazzjoni. Ir-rabtiet ma’ strumenti oħra tal-UE b’appoġġ għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs huma kruċjali għall-qasam kollu. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-EEN jipprovdi appoġġ konsultattiv lill-SMEs dwar l-aċċess għal finanzjament tal-UE. Tieqa għall-SMEs tal-FEIS 5 500

SMEs tal-COSME 1 400

InnovFin 2 600
BEI/FEI
DĠ GROW
DĠ RTD
DĠ ECFIN
Tip ta’ azzjoni Azzjoni tal-UE Ġustifikazzjoni għall-analiżi ta’ koerenza u koordinazzjoni Baġit indikattiv (2014-2020) DĠ/korp tal-UE responsabbli
Strumenti ġeografiċi Ċentru għall-Kooperazzjoni Industrijali UE-Ġappun Iċ-Ċentru tal-UE-Ġappun huwa impriża unika biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-suq Ġappuniż għall-intrapriżi Ewropej u b’mod partikolari għall-SMEs. F’koordinazzjoni ma’ inizjattivi oħra ta’ appoġġ, huwa kruċjali għal dan is-suq importanti. 19.6 DĠ GROW
Ċentru tal-UE tal-SMEs (iċ-Ċina) Konsorzju ta’ strutturi Ewropej multilaterali u bilaterali ta’ appoġġ għan-negozji bbażati fiċ-Ċina (immexxi mill-Assoċjazzjoni ta’ Impriżi Ingliża Ċiniża). Iċ-Ċentru jipprovdi firxa wiesgħa ta’ servizzi lill-SMEs Ewropej li qed ifittxu li jagħmlu negozju fiċ-Ċina. Il-koerenza u s-sostenibbiltà, u l-koordinazzjoni ma’ azzjonijiet oħra tal-UE, huma rilevanti fil-kuntest usa’ tal-appoġġ li jingħata mill-UE għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs. 7 DĠ INTPA
Network ELAN u ELAN BIZ (l-Amerika Latina) L-inizjattiva tan-Network Ewropew u Latino-Amerikan għas-Servizzi tan-Negozju u l-Innovazzjoni (ELAN) kellha żewġ proġetti kofinanzjati mill-UE, komponenti tal-ELAN – Servizzi tan-Negozju (ELANbiz) u n-Network tan-Negozju bbażat fuq it-Teknoloġija (in-network ELAN). Iż-żewġ proġetti pprovdew informazzjoni lill-SMEs Ewropej dwar in-negozju fi swieq speċifiċi tal-Amerika Latina (l-Arġentina, il-Brażil, iċ-Ċilì, il-Costa Rica, il-Messiku u l-Perù). Il-pjattaforma kienet konnessa ma’ faċilitajiet oħra Ewropej u Latino-Amerikani ta’ appoġġ għan-negozji, kemm jekk jinsabu fl-Amerika Latina kif ukoll jekk fl-UE (eż. l-EEN, assoċjazzjonijiet ta’ impriżi, it-TPOs). Il-koerenza u s-sostenibbiltà, u l-koordinazzjoni ma’ azzjonijiet oħra tal-UE, huma rilevanti fil-kuntest usa’ tal-appoġġ li jingħata mill-UE għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs. 10 DĠ INTPA
ENRICH network (il-Brażil, iċ-Ċina u l-Istati Uniti tal-Amerka) Promoss mill-Kummissjoni Ewropea permezz ta’ Orizzont 2020, in-network ENRICH attwalment joffri servizzi biex jgħaqqad ir-riċerka Ewropea, it-teknoloġija u organizzazzjonijiet tan-negozju (inklużi l-SMEs) bi tlett swieq globali ewlenin tal-innovazzjoni: il-Brażil, iċ-Ċina u l-Istati Uniti. L-inizjattiva tal-UE għandha l-għan li tippromwovi l-iżvilupp tan-negozju tal-proġetti tal-UE tar-riċerka u l-innovazzjoni f’dawn it-tliet swieq. Il-koerenza u s-sostenibbiltà, u l-koordinazzjoni ma’ azzjonijiet oħra tal-UE, huma rilevanti fil-kuntest usa’ tal-appoġġ li jingħata mill-UE għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs. 9 DĠ RTD
ICI+ ix-Xlokk tal-Asja L-ICI+ SEA ġie promoss mill-Kummissjoni Ewropea biex jippromwovi l-kooperazzjoni esterna mal-pajjiżi industrijalizzati li huma ffukati fuq l-istimular ta’ inizjattivi minn atturi ekonomiċi u soċjali, korpi privati u pubbliċi fil-Kambodja, fl-Indoneżja, fil-Laos, fil-Malażja, fil-Myanmar, fil-Filippini u fil-Vjetnam, kif ukoll l-interazzjoni bejniethom 15 DĠ INTPA
EU Gateway / Missjonijiet Business Avenues Stabbiliti skont l-Istrument ta’ Sħubija għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni tan-negozju u kummerċjali mal-pajjiżi tal-Asja tax-Xlokk billi jinħolqu rabtiet kummerċjali bejn l-SMEs tal-UE u s-swieq emerġenti fir-reġjun. L-inizjattiva tippromwovi missjonijiet ta’ negozju u avvenimenti ta’ pariġġar fil-Ġappun, fil-Korea, f’Singapore, fil-Malażja, fil-Vjetnam, fit-Tajlandja, fl-Indoneżja, fil-Filippini u fiċ-Ċina, li għandhom l-għan li jsaħħu l-attività tal-SMEs tal-UE f’dawn il-pajjiżi. Il-koerenza u l-koordinazzjoni ma’ azzjonijiet oħra tal-UE fir-reġjun huma rilevanti fil-kuntest usa’ tal-appoġġ li jingħata mill-UE għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs. 60 Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
Għodod tal-IT, bażijiet tad-data, helpdesks Access2Markets (li qabel kienet il-Bażi tad-Data tal-Aċċess għas-Suq) Il-portal Access2Markets huwa l-għodda prinċipali żviluppata mill-Kummissjoni biex tipprovdi informazzjoni ewlenija dwar il-proċeduri tal-importazzjoni lil kumpaniji li jesportaw mill-UE lejn pajjiżi mhux tal-UE. L-utilità, l-użu mill-SMEs, u l-koordinazzjoni ma’ programmi oħra huma kollha rilevanti fil-kuntest usa’ ta’ appoġġ għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs. m/a DĠ TRADE
Pjattaforma Ewropea għall-Kollaborazzjoni bejn ir-Raggruppamenti (ECCP) L-ECCP hija pjattaforma online mnedija mill-Kummissjoni biex tippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali fi ħdan raggruppamenti ta’ SMEs tal-UE. Il-koerenza u l-koordinazzjoni ma’ programmi oħra, b’mod partikolari l-EEN u Startup Europe, huma rilevanti fil-kuntest usa’ ta’ appoġġ għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs. m/a DĠ GROW
Helpdesks tal-SMEs tar-Reġistru tal-Proprjetà Intellettwali Il-helpdesks tal-IPR jipprovdu informazzjoni u pariri dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inklużi kwistjonijiet ta’ internazzjonalizzazzjoni u trasferiment tat-teknoloġija, lill-SMEs tal-UE. Il-Kummissjoni pppromwoviet IPR helpdesks speċifiċi għall-Ewropa, iċ-Ċina, ix-Xlokk tal-Asja, l-Amerika Latina, l-Indja, u mill-2021 anke għall-Afrika. Il-koordinazzjoni ma’ azzjonijiet oħra ta’ appoġġ, b’mod partikolari dawk għal SMEs innovattivi orjentati internazzjonalment, hija kruċjali fil-kuntest usa’ ta’ appoġġ għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs. 7 DĠ GROW
DĠ TRADE
DĠ INTPA

Sors: il-QEA, ibbażat fuq l-“Overview of EU instruments for the internationalisation of European Businesses” tal-Kummissjoni (Novembru 2020) u sorsi oħra tal-Kummissjoni.

Anness III – Metodoloġija tal-istħarriġ

L-awditu kien jinkludi żewġ stħarriġiet: wieħed tal-membri tal-EEN u l-ieħor tal-organizzazzjonijiet għall-promozzjoni tal-kummerċ (TPOs).

Stħarriġ tal-membri tal-EEN

L-istħarriġ tal-membri tal-EEN iffoka fuq il-kontribut tal-EEN għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs u l-koordinazzjoni/kooperazzjoni tiegħu mal-istrumenti prinċipali tal-UE f’dan il-qasam. Huwa ġie indirizzat lil 94 koordinatur tal-EEN u 436 sieħeb tal-EEN u r-rati ta’ rispons rispettivi kienu ta’ 83 % u 31 %.

Mistoqsijiet prinċipali tal-istħarriġ
  1. Kemm inti sodisfatt:
  1. bl-appoġġ ipprovdut lilek mill-EASME?
  1. bil-profil u l-viżibbiltà tan-network lejn l-SMEs?
  1. bl-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs fis-settur u fil-gruppi tematiċi tal-EEN?
  1. Liema pajjiżi, jekk hemm, tqis li huma neqsin minn kopertura suffiċjenti taċ-Ċentru ta’ Kooperazzjoni Kummerċjali (BCC)?
  1. Kemm inti sodisfatt bis-servizzi pprovduti miċ-Ċentri ta’ Kooperazzjoni Kummerċjali (BCCs)?
  1. Kemm inti sodisfatt bl-indikaturi tal-prestazzjoni użati mill-Kummissjoni biex jitkejjel is-suċċess tal-EEN?
  1. Kemm inti sodisfatt li hemm kooperazzjoni suffiċjenti bejn il-programmi u l-istrumenti tal-UE li ġejjin (ġiet inkluża lista dettaljata fil-kwestjonarju) u l-EEN?
  1. Kemm inti sodisfatt bil-kooperazzjoni nazzjonali u reġjonali mal-EEN?
  1. Liema attivitajiet, jekk hemm, taħseb li jenħtieġ li jitneħħew mill-mandat tal-konsorzju tal-EEN tiegħek, jew jiżdiedu miegħu, u għaliex?

It-tweġibiet possibbli għal kull mistoqsija kienu “Sodisfatt ħafna”, “Sodisfatt”, “Mhux sodisfatt”, “Mhux sodisfatt ħafna”, “L-ebda opinjoni / mhux applikabbli”. Minbarra r-risposti standard, ir-rispondenti setgħu jinkludu wkoll suġġerimenti jew jagħmlu kummenti ġenerali.

Stħarriġ tal-organizzazzjonijiet għall-promozzjoni tal-kummerċ

L-istħarriġ tat-TPO ntbagħat lil 32 TPO Ewropew, li minnhom wieġbu 13 (41 %). L-istħarriġ iffoka fuq l-istrumenti prinċipali tal-UE għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs u l-komplementarjetà tagħhom mal-istrumenti nazzjonali f’dan il-qasam.

Mistoqsijiet prinċipali tal-istħarriġ
  1. Kemm inti sodisfatt:
  1. bil-portal Access2Markets (li qabel kien il-Bażi tad-Data dwar l-Aċċess għas-Suq)?
  1. bl-għodda “ROSA” żviluppata mill-Kummissjoni Ewropea biex tgħin lill-SMEs jiddeterminaw ir-regoli tal-oriġini għall-prodotti tagħhom f’konformità mal-ftehimiet kummerċjali tal-UE?
  1. bl-azzjonijiet l-oħra li ġejjin imwettqa mill-Kummissjoni Ewropea biex tippromwovi l-benefiċċji tal-ftehimiet kummerċjali għall-SMEs:
  1. Siti web tal-Kummissjoni, gwidi u materjal ieħor
  2. Taħriġ ipprovdut lill-partijiet ikkonċernati rilevanti
  3. Avvenimenti, konferenzi u seminars, inkluż dawk online
  4. Appoġġ dirett lill-Organizzazzjonijiet nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Kummerċ, inkluż appoġġ tekniku għall-programmi nazzjonali
  1. Liema appoġġ addizzjonali, jekk hemm, jenħtieġ li jiġi pprovdut mill-Kummissjoni biex jiżdied l-isfruttament tal-SMEs tal-Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles u tal-Ftehimiet Kummerċjali Preferenzjali?
  1. Kemm inti sodisfatt bil-valur miżjud tal-istrumenti tal-UE li ġejjin (ġiet inkluża lista dettaljata inkluża fil-kwestjonarju) minbarra l-istrutturi ta’ appoġġ nazzjonali tiegħek għall-internazzjonalizzazzjoni?
  1. Liema mis-servizzi tal-EEN li ġejjin b’appoġġ għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs jipprovdu valur addizzjonali lil hinn minn dak offrut mill-istrutturi nazzjonali?
  1. Informazzjoni, pariri u attivitajiet ta’ appoġġ dwar kwistjonijiet relatati mal-politiki, mal-leġiżlazzjoni u mal-programmi tal-UE
  2. Attivitajiet ta’ sħubija transfruntieri għall-kooperazzjoni kummerċjali, it-trasferiment tat-teknoloġija u s-sħubijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni
  3. Appoġġ speċifiku biex jgħin lill-SMEs jibbenefikaw mis-Suq Uniku
  4. Appoġġ speċifiku biex jgħin lill-SMEs fi swieq terzi permezz tal-EEN/permezz tal-organizzazzjonijiet tal-membri f’pajjiżi terzi
  5. Informazzjoni speċifika dwar l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet kummerċjali għall-benefiċċju tal-SMEs
  6. Informazzjoni dwar l-għotjiet tal-UE disponibbli għall-SMEs, inkluża l-internazzjonalizzazzjoni
  7. Informazzjoni dwar l-istrumenti finanzjarji tal-UE b’appoġġ għall-SMEs, inkluża l-internazzjonalizzazzjoni
  1. Kemm inti sodisfatt bl-integrazzjoni tal-EEN fl-istrutturi rilevanti ta’ appoġġ nazzjonali u reġjonali rilevanti ta’ pajjiżek?
  1. Kemm inti sodisfatt li l-istrumenti eżistenti tal-UE għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs huma:
  1. suffiċjentement magħrufa mit-TPOs nazzjonali u reġjonali?
  2. suffiċjentement magħrufa mill-SMEs Ewropej involuti fl-internazzjonalizzazzjoni?
  3. promossi b’mod adegwat fl-Istati Membri?
  1. B’mod ġenerali, kif inti sodisfatt bil-koordinazzjoni mwettqa bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet tal-Istati Membri biex tiżdied il-komplementarjetà u jiġu evitati d-duplikazzjonijiet bejn l-istrumenti tal-UE u dawk nazzjonali għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs?

Anness IV – Objettivi tal-proġetti ta’ Startup Europe

Isem tal-proġett Deskrizzjoni qasira tal-objettivi
MediaMotorEurope Xprunar ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi innovattivi, inkluż l-AI u l-apprendiment awtomatiku, għall-industriji tal-media u dawk kreattivi għas-suq u għall-klijenti potenzjali.
Scale-up Champions Espansjoni tan-negozji innovattivi madwar l-UE u għajnuna lin-negozji ġodda biex jiksbu suċċess fis-suq billi jżid il-konnessjonijiet fost l-ekosistemi u l-kumpaniji tagħhom, billi jżid l-aċċess għall-klijenti u għall-impjegati u billi jistimula l-investimenti Ewropej f’setturi diġitali tat-teknoloġija profonda.
B-HUB FOR EUROPE Skoperta ta’ negozji ġodda ta’ innovazzjoni b’potenzjal għoli fit-teknoloġija profonda vertikali tal-blockchain u espansjoni tagħhom billi jinfetħu mezzi ġodda tas-suq
STARTUP3 Appoġġ lill-innovaturi kollha minn product-market-fit għal negozju b’saħħtu u sostenibbli, li joffrilhom appoġġ kummerċjali u tekniku mfassal apposta, kif ukoll aċċess għall-kapital u għas-swieq permezz ta’ programm ġdid ta’ negozju u tkabbir. Bħala tali, il-proġett se jappoġġa direttament lill-innovaturi ta’ teknoloġija profonda potenzjali biex jiksbu suċċess fis-suq fuq livell pan-Ewropew u internazzjonali.
Scaleup4Europe Stabbiliment ta’ struttura biex jinkiseb tkabbir transfruntier permezz ta’ kollaborazzjoni ma’ klijenti korporattivi, investituri u istituzzjonijiet pubbliċi.
XEUROPE Promozzjoni tat-tkabbir u tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn l-iżvilupp ta’ ekosistemi ta’ negozji ġodda fir-reġjuni tal-Baltiku u ta’ Visegrad, permezz tat-tisħiħ tal-partijiet ikkonċernati tat-teknoloġija avvanzata u l-konsenja ta’ ħiliet, opportunitajiet, promozzjoni u kapital.
MY-GATEWAY MY-GATEWAY se jindirizza l-kwistjonijiet ewlenin li ġejjin: l-aċċess għan-networks, l-aċċess għal finanzjament, l-aċċess għat-talenti u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet.
Scale-EU2p Scale-EUp2 hija azzjoni mmexxija mis-suq intenzjonata li tidentifika portafoll ta’ minimu ta’ 200 negozju ġdid b’potenzjal għoli permezz tal-erba’ hubs konnessi u li tgħinhom jespandu u jsiru mexxejja fl-Internet emerġenti tal-Oġġetti (IoT).
Access2Europe Simplifikazzjoni tal-informazzjoni disponibbli online u tlaqqigħ flimkien tal-persuni adatti biex jimmultiplikaw il-possibbiltajiet tan-negozji ġodda Ewropej biex jespandu u jkabbru d-dħul u jżommu impjegati kwalifikati
Start-up Lighthouse Tisħiħ tal-ekosistemi tal-ICT għal negozji ġodda b’teknoloġija ta’ tkabbir għoli billi jiġu interkonnessi u jinħolqu sinerġiji ġodda bejn erba’ ċentri ta’ negozji ġodda madwar l-Ewropa kif ukoll il-faċilitazzjoni tal-finanzjament u t-titjib tal-likwidità għall-investimenti Ewropej f’negozji ġodda u negozji li qed jespandu tal-ICT li qed jikbru malajr, u b’hekk jiżdiedu l-opportunitajiet tagħhom għal ħruġ b’suċċess u trasformattiv.
NordicAIP Jistimula l-investimenti Ewropej fis-setturi diġitali u jżid il-fehim reċiproku bejn l-investituri u n-negozji ġodda u n-negozji li qed jespandu tal-ICT
SEP 2.0 Irawwem l-IPOs, jiffaċilita s-sħubijiet kummerċjali u dawk strateġiċi u jżid il-viżibbiltà internazzjonali għan-negozji li qed jespandu Ewropej
Soft-Landing Dan il-Proġett se jgħaqqad ekosistemi iżgħar ta’ negozji ġodda ma’ dawk akbar permezz tal-bini tas-sensibilizzazzjoni u kapaċità għall-espansjoni permezz tal-organizzazzjoni ta’ missjonijiet ta’ skoperta għall-ekosistemi ta’ negozji ġodda.
EDFx Promozzjoni tat-tkabbir fuq terminu twil u ħolqien tal-impjiegi fl-Ewropa billi jittejbu b’mod sinifikanti l-kundizzjonijiet għall-intraprenditorija mmexxija mill-innovazzjoni u bbażata fuq l-internet.
ePlus Ecosystem Jimplimenta ekosistema reali pan-Ewropea intraprenditorjali tal-web billi ma tintużax il-massa unika tal-Ewropa ta’ aktar minn 50,000 riċerkatur; Jiggwida lill-imprendituri fuq l-internet f’kunċetti kummerċjali globali permezz ta’ skema Ewropea ta’ mentoraġġ
Jiżgura l-aċċess għall-kapital jew fi stadju bikri jew f’forma ta’ finanzjament kollettiv.
LIFE Il-proġett LIFE huwa dwar l-apprendiment kollaborattiv mill-falliment fl-intraprenditorija u l-azzjonijiet kollaborattivi biex l-intraprenditorija titmexxa ’l quddiem.
STARTUP-SCALEUP Bini ta’ ekosistema Ewropea madwar erba’ ekosistemi intraprenditorjali konsolidati, biex jiġu pprovduti servizzi lill-imprendituri li jixtiequ jniedu u jkabbru kumpaniji ffukati fuq l-Internet tal-Oġġetti u s-Servizzi (IoTS).
SEP Għandu l-għan li jżid il-komunità tal-intraprenditorija tal-web billi jgħin aktar lil negozji ġodda diġitali biex jespandu u jikbru billi jgħaqqadhom ma’ opportunitajiet ta’ investiment u ta’ akkwiżizzjoni li ġejjin minn korporattivi kbar fl-Ewropa.
MY-WAY L-involviment attiv tan-networks tal-istudenti, l-alumni tagħhom, iċ-ċentri tal-intraprenditorija tal-istudenti u l-konnessjoni tagħhom ma’ networks tan-negozju fi ħdan l-ekosistema tal-intraprenditorija tal-web u l-attivitajiet tagħha, bħall-iżvilupp tas-servizzi ta’ appoġġ (taħriġ, mentoraġġ, aċċess għall-finanzjament, regolamentazzjoni, politika, eċċ.).
DIGISTART Tqarrib tal-aċċelleraturi tan-negozju lejn l-istudenti universitarji; L-iżvilupp ta’ mudell ottimali ta’ kondiviżjoni tar-riżorsi mill-aċċelleraturi tan-negozju biex jaqsmu r-riżorsi tagħhom, speċjalment fil-qasam tal-Programmi tal-Aċċeleratur, il-Mentoraġġ, l-Investituri, l-Infrastruttura ta’ Appoġġ, u Servizzi
TWIST DIGITAL Il-proġett TWIST għandu l-għan li jgħaqqad erba’ ekosistemi u ċentri lokali eżistenti tan-negozji ġodda tal-intraprenditorija tal-web, li jipprovdu servizzi ġodda għall-imprendituri tal-web li għandhom l-għan li jespandu u jikkompetu fis-suq globali.
WELCOME Li l-aħjar atturi ta’ kull ekosistema lokali jinġiebu f’ekosistema Pan-Ewropea billi jiġu pprovduti bl-aħjar appoġġ u servizzi biex l-operazzjonijiet tagħhom jitniedu u jespandu b’mod effiċjenti madwar l-UE, u jiġu esposti għal opportunitajiet ġodda ta’ finanzjament u billi l-intraprendituri tal-web jiġu marbuta ma’ atturi ewlenin.

Akronimi u abbrevjazzjonijiet

BCC Iċ-Ċentru ta’ kooperazzjoni kummerċjali
BEI Il-Bank Ewropew tal-Investiment
COSME Programm tal-UE għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs
DĠ CONNECT Id-Direttorat Ġenerali għan-Networks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija tal-Kummissjoni
DĠ GROW Id-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs tal-Kummissjoni
DĠ INTPA Id-Direttorat Ġenerali għas-Sħubijiet Internazzjonali tal-Kummissjoni
DĠ REGIO Id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana tal-Kummissjoni
DĠ RTD Id-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-Kummissjoni
DĠ TRADE Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ tal-Kummissjoni Ewropea tal-Kummissjoni 
EEN Network Enterprise Europe
EIAH Iċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti
EIC Il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni
Eismea L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs
ELAN Network Kummerċjali Ewropew u Latino-Amerikan ibbażat fuq it-Teknoloġija
ENRICH Network Ewropew taċ-Ċentri ta’ Riċerka u Innovazzjoni
FEI Il-Fond Ewropew tal-Investiment
FEIS Il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi
FEŻR Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali
FSIE Il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej
FTA Ftehimiet ta’ kummerċ ħieles
IPR Reġistru tal-Proprjetà Intellettwali
KPI Indikatur ewlieni tal-prestazzjoni
ROSA Għodda ta’ awtovalutazzjoni tar-“Regoli tal-oriġini”
SBA Small Business Act
SME Intrapriża żgħira jew medja
TPO Organizzazzjoni għall-promozzjoni tal-kummerċ

Glossarju

Assoċjazzjoni Ewropea tal-Organizzazzjonijiet għall-Promozzjoni tal-Kummerċ: Hija l-assoċjazzjoni Ewropea tal-organizzazzjonijiet nazzjonali u reġjonali għall-promozzjoni tal-kummerċ.

Ekosistema ta’ negozji ġodda: Ġabra kondiviża ta’ riżorsi, li ġeneralment tkun tinsab f’distanza ta’ 100 kilometru madwar punt ċentrali, li hija ta’ benefiċċju għal negozji ġodda lokali u tinkludi lil dawk li jfasslu l-politika, l-aċċelleraturi, l-inkubaturi tan-negozju, l-ispazji ta’ koħidma, l-istituzzjonijiet edukattivi u l-gruppi ta’ finanzjament.

Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles: Ftehimiet ta’ kummerċ ħieles ma’ pajjiżi terzi li jippermettu ftuħ reċiproku tas-suq ma’ pajjiżi żviluppati u ekonomiji emerġenti billi jagħtu aċċess preferenzjali għas-swieq.

il-Kummissjoni Ewropea, Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar: Sett ta’ struzzjonijiet interni għall-persunal tal-Kummissjoni sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ “regolamentazzjoni aħjar”, inkluż evalwazzjonijiet komprensivi u valutazzjonijiet tal-impatt biex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni u l-programmi ta’ nfiq ikunu effiċjenti, effettivi, rilevanti u koerenti, u li l-intervent fil-livell tal-UE fil-fatt iżid il-valur.

Negozju ġdid: Impriża ġdida tan-negozju, speċjalment SME jew mikrointrapriża li teħtieġ investiment kapitali.

Negozju li qed jespandi: Kumpanija żgħira li tkun għamlet it-tranżizzjoni minn negozju ġdid għall-istadju tat-tkabbir, iddefinit bħala tkabbir annwali medju fuq perjodu ta’ tliet snin ta’ aktar minn 20 %.

Orizzont 2020 (H2020): Il-programm tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni għall-perjodu 2014-2020.

Portal Access2Markets: Bażi tad-data tal-UE għall-kumpaniji esportaturi, li tagħti informazzjoni dwar id-dazji, it-taxxi, ir-regoli tal-prodotti u rekwiżiti regolatorji oħra għall-pajjiżi kollha tal-UE fuq 120 suq ieħor madwar id-dinja.

Regoli tal-oriġini: Ir-regoli tal-oriġini huma l-kriterji użati biex jiġi ddeterminat mil-liema pajjiż ikun ġej prodott. L-applikazzjoni ta’ tariffi preferenzjali skont ftehim ta’ kummerċ ħieles ma’ pajjiż mhux tal-UE tiddependi miċ-ċertifikat tal-oriġini tal-oġġetti kkonċernati.

SME: Definizzjoni skont id-daqs, li tiġi applikata għal kumpaniji u għal organizzazzjonijiet oħra, fuq il-bażi tal-għadd ta’ impjegati u ta’ ċerti kriterji finanzjarji. L-intrapriżi żgħar jkollhom inqas minn 50 impjegat, u fatturat jew karta tal-bilanċ mhux ogħla minn EUR 10 miljun: l-intrapriżi ta’ daqs medju jkollhom inqas minn 250 impjegat, u fatturat mhux ogħla minn EUR 50 miljun jew total tal-karta tal-bilanċ mhux ogħla minn EUR 43 miljun.

Strument għall-SMEs: Strument finanzjarju, immaniġġjat mill-EASME skont Orizzont 2020, li jipprovdi lill-SMEs b’aċċess faċli għall-fondi għal proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni.

Tim tal-awditjar

Ir-rapporti speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditi li twettaq ta’ politiki u programmi tal-UE, jew ta’ suġġetti relatati mal-ġestjoni minn oqsma baġitarji speċifiċi. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar biex timmassimizza l-impatt tagħhom billi tqis ir-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta’ introjtu jew ta’ nfiq involut, l-iżviluppi futuri u l-interess politiku u pubbliku.

Dan l-awditu tal-prestazzjoni twettaq mill-Awla IV tal-Awditjar, Regolamentazzjoni tas-swieq u ekonomija kompetittiva, li hija mmexxija minn Mihails Kozlovs, Membru tal-QEA. L-awditu tmexxa minn Ivana Maletić, Membru tal-QEA, li ngħatat appoġġ minn Sandra Diering, Kap tal-Kabinett, Tea Japunčić, Attaché tal-Kabinett, u John Sweeney, Maniġer Prinċipali.

Alvaro Garrido-Lestache Angulo kien il-Kap tal-Kompitu, u t-tim tal-awditjar kien kompost minn Wayne Codd, Christian Detry, Satu Levelä-Ylinen, Juan Antonio Vazquez u Wolfgang Schwender, Awdituri. Thomas Everett ipprovda appoġġ lingwistiku.

Mix-xellug għal-lemin: Tea Japunčić, Satu Levelä-Ylinen, Christian Detry, Sandra Diering, Alvaro Garrido-Lestache Angulo, Wayne Codd, Ivana Maletić, Thomas Everett, Wolfgang Schwender, Juan Antonio Vazquez, John Sweeney.

Noti finali

1 Annual Report on European SMEs 2020/2021. SME Performance Review 2020/2021. Il-Kummissjoni Ewropea, Lulju 2021.

2 Højbjerre Brauer Schultz, ibbażat fuq tabelli input-output tal-WIOT u l-Eurostat. Studju tal-2018. 25 years of the European Single Market.

3 Edizzjoni tal-2021. Studju tad-DĠ Trade. EU Exports to the World: Effects on Employment.

4 DG Trade Statistical Guide. Il-Kummissjoni Ewropea, Awwissu 2021.

5 Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir”. “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar" għall-Ewropa”, COM(2008)394 final, rivedut f’COM(2011)78.

6 Ir-Rapport Speċjali Nru 20/2017 tal-QEA dwar il-faċilità ta’ garanzija għall-SMEs, ir-Rapport Speċjali Nru 17/2019 tal-QEAdwar il-kapital ta’ riskju, ir-Rapport Speċjali Nru 02/2020 tal-QEA dwar l-Istrument għall-SMEs, ir-Rapport Speċjali Nru 25/2020 tal-QEA dwar l-Unjoni tas-swieq Kapitali.

7 Opportunities for the internationalisation of European SMEs. Ordnat mill-Kummissjoni Ewropea, 2010.

8 Studju tal-Parlament Ewropew “How to support the internationalisation of SMEs and microenterprises”, 2017.

9 Study on Support Services for SMEs in International Business, il-Kummissjoni Ewropea, 2013.

10 Overview of EU instruments contributing to internationalisation, il-Kummissjoni Ewropea.

11 L-Artikolu 5(3)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.

12 Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi.

13 “Rules of origin in Access2Markets”, id-DĠ TRADE, il-Kummissjoni Ewropea.

14 SMEunited Statement on the World Trade Organisation’s MSMEs Workstream: How to Make International Trade Fit for MSMEs, id-19 ta’ Frar 2020.

15 Rapport tal-Kummissjoni dwar l-Implimentazzjoni tal-Ftehimiet Kummerċjali tal-UE, COM(2020) 705 final.

16 “Implementation of Free Trade Agreements”, il-Kumitat tar-Reġjuni u Eurochambres, 2019.

17 ECON and Eurochambres Survey Results Note on the Implementation of Free Trade Agreements.

18 Regolament (UE) Nru 1287/2013 li jistabbilixxi l-programm COSME.

19 Data mill-istħarriġ tal-2021 tal-EEN dwar is-sodisfazzjon tal-klijenti.

20 Interim Evaluation of the COSME Programme, Anness B tal-Abbozz tar-Rapport finali: Business Management Capacity thematic area (EEN), Technopolis Group għall-Kummissjoni Ewropea, Diċembru 2017.

21 Guide for Applicants, Call for proposals: COS-WP2014-2-1. COSME Enterprise Europe Network 2015-2020.

22 Towards a joint EU-Member States agenda for the internationalisation of SMEs, dokument ta’ pożizzjoni tal-ETPOA, Novembru 2020.

23 Programm tas-Suq Uniku, Call for expressions of interest for International Network Partners of the Enterprise Europe Network, SMP-COSME-2021-EEN-INTERNATIONAL.

24 Il-Kummissjoni Ewropea. L-421 rapport tal-Ewrobarometru Flash dwar l-Internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs. Ottubru 2015.

25 Il-Gwida tal-Kummissjoni u tal-EEN “Enhancing services to improve the export & import performance of European companies under EU Free Trade Agreements (FTAs)”, Novembru 2019.

26 Is-sit web tal-KE dwar it-tmexxija industrijali.

27 EC Funding & tender opportunities website.

28 MTB & Crunchbase, Tech Startup M&As – 2018 Report, il-paġni 11 u 13.

Kuntatt

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors

Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (https://europa.eu).

Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2022

PDF ISBN 978-92-847-7735-8 ISSN 1977-5741 doi:10.2865/943234 QJ-AB-22-005-MT-N
HTML ISBN 978-92-847-7710-5 ISSN 1977-5741 doi:10.2865/868601 QJ-AB-22-005-MT-Q

DRITTIJIET TAL-AWTUR

© L-Unjoni Ewropea, 2022

Il-politika tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) dwar l-użu mill-ġdid hija stabbilita fid-Deċiżjoni Nru 6-2019 tal-QEA dwar il-politika tad-data miftuħa u l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti.

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor (eż. f’avviżi individwali dwar id-drittijiet tal-awtur), kontenut tal-QEA li huwa proprjetà tal-UE huwa liċenzjat taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution 4.0 International (CC BY 4.0). Għalhekk, bħala regola ġenerali, l-użu mill-ġdid huwa awtorizzat dment li jingħata kreditu xieraq u li kwalunkwe bidla tiġi indikata. Dawk li jużaw mill-ġdid il-kontenut tal-QEA ma jistgħux jgħawġu t-tifsira jew il-messaġġ oriġinali. Il-QEA ma għandhiex tkun responsabbli għal kwalunkwe konsegwenza relatata mal-użu mill-ġdid.

Irid jinkiseb permess addizzjonali jekk kontenut speċifiku juri individwi privati identifikabbli, eż. f’ritratti li jkun fihom il-membri tal-persunal tal-QEA, jew jekk ikun jinkludi xogħlijiet ta’ parti terza.

Fejn ikun inkiseb tali permess, dan għandu jikkanċella u jissostitwixxi l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b’mod ċar kwalunkwe restrizzjoni dwar l-użu.

Biex tuża jew tirriproduċi kontenut li ma jkunx proprjetà tal-UE, jista’ jkun meħtieġ li titlob il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.

Software jew dokumenti li jkunu koperti mid-drittijiet ta’ proprjetà industrijali, bħal privattivi, trademarks, disinji rreġistrati, logos u ismijiet, huma esklużi mill-politika tal-QEA dwar l-użu mill-ġdid.

Il-familja ta’ siti web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan id-dominju europa.eu, tipprovdi links għal siti ta’ partijiet terzi. Peress li l-QEA ma għandha l-ebda kontroll fuqhom, dawn, inti mħeġġeġ biex tirrieżamina l-politiki tagħhom dwar il-privatezza u dwar id-drittijiet tal-awtur.

Użu tal-logo tal-QEA

Il-logo tal-QEA ma jridx jintuża mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tagħha minn qabel.

Kif tikkuntattja lill-UE

Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f'dan is-sit: https://europa.eu/european-union/contact_mt

Bit-telefown jew bil-posta elettronika
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:

  • bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
  • fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew
  • bil-posta elettronika permezz: https://europa.eu/european-union/contact_mt

Kif issib tagħrif dwar l-UE

Onlajn
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: https://europa.eu/european-union/index_mt

Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tniżżel mill-internet jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li xi wħud minnhom huma bla ħlas u xi oħrajn bil-ħlas, minn: https://op.europa.eu/mt/publications. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tal-informazzjoni lokali tiegħek (ara https://europa.eu/european-union/contact_mt).

Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1951 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: https://eur-lex.europa.eu

Dejta Miftuħa mill-UE
Il-portal tad-Dejta Miftuħa mill-UE (https://copenhagenizeindex.eu/) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-dejta mill-UE. Id-dejta tista’ titniżżel mill-internet u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.