| Pajjiż li… | (A) jista’ jissieħeb fl-UE |
(B) ma jistax jissieħeb fl-UE |
|---|---|---|
| 1. ma jkollux libertà tal-istampa | LE | IVA |
| 2. japplika l-piena tal-mewt | LE | IVA |
| 3. iħalli liċ-ċittadini tiegħu jipprotestaw kontra l-gvern | IVA | LE |
| 4. il-parlament tiegħu jiġi elett regolarment | IVA | LE |
| 5. l-armata tiegħu tiddetermina l-politika u tista’ saħansitra tintervjeni fl-affarijiet interni b’setgħa militari | LE | IVA |
| 6. niesu jitqiesu innoċenti sakemm jinsabu ħajta minn qorti | IVA | LE |
| 7. għandu partit politiku wieħed biss li jibqa’ dejjem fil-gvern | LE | IVA |
| 8. iħares lill-minoritajiet, anke meta l-maġġoranza tkun kontrihom | IVA | LE |
| Min …? | Il-Parlament Ewropew | Il-Kunsill Ewropew | Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea | Il-Kummissjoni Ewropea | Il-Qorti tal-Ġustizzja |
|---|---|---|---|---|---|
| 1. iressaq proposti għal liġijiet tal-UE | LE | LE | LE | IVA | LE |
| 2. japprova l-liġijiet tal-UE | IVA | LE | IVA | LE | LE |
| 3. huwa magħmul minn rappreżentant/membru wieħed minn kull pajjiż tal-UE | LE | IVA | IVA | IVA | IVA |
| 4. jiġi elett direttament | IVA | LE | LE | LE | LE |
| 5. imexxi l-baġit | LE | LE | LE | IVA | LE |
| 6. jirrappreżenta l-interessi tal-poplu | IVA | LE | LE | LE | LE |
| 7. jirrappreżenta l-interessi tal-pajjiżi tal-UE/tal-gvernijiet tagħhom | LE | IVA | IVA | LE | LE |
| 8. jirrappreżenta l-interess tal-UE kollha | LE | LE | LE | IVA | LE |
| 9. jiddeċiedi dwar l-interpretazzjoni tal-liġijiet tal-UE | LE | LE | LE | LE | IVA |
| 10. jiddefinixxi d-direzzjoni politika ġenerali tal-UE | LE | IVA | LE | LE | LE |
Issa taf ħafna fuq l-istituzzjonijiet Ewropej, imma taf l-ismijiet u l-uċuh tal-persuni li jmexxuhom? Taf min hu bħallissa:
Roberta Metsola
Il-President tal-Parlament Ewropew
Charles Michel
Il-President tal-Kunsill Ewropew
Ursula von der Leyen
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea
Josep Borrell Fontelles
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea
| Eżempji | Il-moviment liberu tal-persuni | Il-moviment liberu tal-merkanzija | Il-moviment liberu tas-servizzi | Il-moviment liberu tal-kapital |
|---|---|---|---|---|
| 1. Nista’ nixtri karozza użata minn pajjiż ieħor u neħodha f’pajjiżi mingħajr ma nħallas dazji doganali. | LE | IVA | LE | LE |
| 2. Nista’ nivvjaġġa kull fejn nixtieq fl-UE. | IVA | LE | LE | LE |
| 3. Nista’ nistudja f’pajjiż ieħor tal-UE. | IVA | LE | LE | LE |
| 4. Il-ġenituri tiegħi jistgħu jqabbdu lil xi ħadd minn pajjiż ieħor tal-UE biex jibdlilhom il-madum tal-kamra tal-banju. | LE | LE | IVA | LE |
| 5. Il-ġenituri tiegħi jistgħu jibagħtuli xi flus, mingħajr spejjeż żejda, fil-pajjiż fejn inkun qed nistudja. | LE | LE | LE | IVA |
| 6. Nista’ naħdem f’pajjiż ieħor tal-UE. | IVA | LE | LE | LE |
| 7. Nista’ nixtri prodotti online minn pajjiż ieħor tal-UE mingħajr ma nħallas dazji doganali. | LE | IVA | LE | LE |
Il-liġijiet tal-UE stabbilew regoli stretti għat-tikkettar ta’ ċertu prodotti bħall-ikel, ix-xorb u l-prodotti kożmetiċi. It-tikketti għandhom l-għan li jipproteġu s-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, u jgħinuhom jagħmlu l-għażliet it-tajba. Mingħajr tikkettar xieraq, prodott ma jitħalliex jitqiegħed fis-suq.
Il-markatura CE hija tikketta ta’ sikurezza li turi li l-prodott jikkonforma mal-istandards tas-saħħa, tas-sikurezza u ambjentali tal-UE.
L-ekotikketta tal-UE tingħata lil prodotti u servizzi ekoloġiċi. Din hija skema volontarja li daħlet fl-1980 b’liġi tal-UE.
It-tikketta tal-enerġija tal-UE tgħidilna l-effiċjenza enerġetika ta’ xi apparat partikolari, bi skala minn A sa G. L-A (aħdar) ikollu l-aqwa effiċjenza enerġetika u l-G (aħmar) ikollu l-inqas effiċjenza enerġetika. Fl-1 ta’ Marzu 2021 daħlet verżjoni ġdida ta’ din it-tikketta għal ċertu kategoriji ta’ prodotti (il-friġis, il-friżi, il-magni tal-ħasil tal-platti, il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ u t-televixins). U fis-snin li ġejjin se jiżdiedu għadd ta’ prodotti oħra.
Il-logo organiku tal-UE jurik li l-prodott jirrispetta r-regoli tal-UE għas-settur tal-biedja organika. Għall-prodotti pproċessati, dan ifisser li mill-inqas 95% tal-ingredjenti agrikoli jkunu organiċi.
It-tliet logos tal-kwalità tal-UE jindikaw karatteristiċi ta’ prodotti tal-ikel relatati mal-post ġeografiku tal-produzzjoni tagħhom jew mal-kompożizzjoni jew il-metodu tal-produzzjoni tradizzjonali tagħhom.