
Assistenza ta’ qabel l-adeżjoni mogħtija mill-UE lit-Turkija: Ir-riżultati li nkisbu sa issa għadhom limitati
Dwar ir-rapport Bħala sieħeb ewlieni f’dak li jirrigwarda l-politika barranija u kandidat għas-sħubija mal-UE, it-Turkija hija l-pajjiż li l-aktar jibbenefika mill-assistenza tal-UE fost il-pajjiżi li jinsabu barra mit-territorju tagħha. Aħna awditjajna l-effettività ta’ EUR 3.8 biljun li ngħataw bħala assistenza ta’ qabel l-adeżjoni fl-oqsma tal-istat tad-dritt, il-governanza u r-riżorsi umani. Sibna li, b’mod ġenerali, l-assistenza hija mfassla tajjeb u l-proġetti jagħtu outputs. Madankollu, minħabba n-nuqqas ta’ rieda politika u minħabba l-fatt li l-Kummissjoni ftit li xejn għamlet użu minn kundizzjonijiet, l-assistenza tal-UE ma indirizzatx biżżejjed xi wħud mill-ħtiġijiet fundamentali u ħafna drabi s-sostenibbiltà tar-riżultati qed tkun kompromessa. B’hekk aħna nqisu li l-effettività tal-finanzjament hija limitata u nagħmlu għadd ta’ rakkomandazzjonijiet għal titjib, inkluż immirar aħjar tal-fondi u użu akbar tal-kundizzjonalità.
Sommarju eżekuttiv
IL-assistenza finanzjarja li l-UE kienet qed tippjana li tagħti lit-Turkija mill-2007 sal-2020 permezz tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) tammonta għal aktar minn EUR 9 biljun. L-objettiv tagħna kien li nivvalutaw it-tfassil u l-effettività tal-IPA għat-Turkija, li l-iskop tiegħu huwa li jallinja l-pajjiż kandidat mal-acquis u jsaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tiegħu. Aħna eżaminajna l-perjodi ta' programmazzjoni tal-IPA I (2007-2013) u tal-IPA II (2014-2020) u ffukajna fuq is-setturi prijoritarji tal-istat tad-dritt, il-governanza u r-riżorsi umani (jiġifieri l-edukazzjoni, l-impjieg u l-politiki soċjali), li għalihom kien ġie allokat baġit ta’ EUR 3.8 biljun. Minħabba d-dewmien fl-implimentazzjoni tal-IPA II, aħna stajna neżaminaw biss l-implimentazzjoni tal-IPA I, notevolment permezz ta’ 15-il proġett tal-IPA I li ammontaw għal EUR 112-il miljun minn EUR 1.5 biljun li kienu ġew ikkuntrattati taħt l-IPA I għal dawn is-setturi.
IIAħna kkonkludejna li l-Kummissjoni kienet iddefiniet b’mod xieraq l-objettivi tal-IPA, b’mod partikolari minħabba li hija identifikat tajjeb ir-rekwiżiti meħtieġa biex isir progress lejn l-adeżjoni mal-UE u kienet wettqet valutazzjonijiet konklużivi tal-approċċ settorjali. Madankollu, fil-prattika, il-fondi li ntnefqu taħt l-IPA ma indirizzawx biżżejjed xi ħtiġijiet fundamentali fis-setturi tal-istat tad-dritt u tal-governanza, fejn xi riformi kritiċi għadhom ma seħħewx. F’oqsma fejn kien hemm aktar rieda politika, bħad-dwana, l-impjieg u t-tassazzjoni, il-proġetti tal-IPA I ikkontribwew għall-allinjament tat-Turkija mal-acquis u għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tagħha. Madankollu, is-sostenibbiltà ta’ dawn ir-riżultati hija kompromessa minħabba d-diffikultajiet fl-infiq tal-fondi disponibbli taħt l-IPA u r-rigress tar-riformi. Għalhekk, aħna nqisu li l-effettività tal-IPA kienet biss limitata.
IIIFir-rigward tat-tfassil tal-IPA, aħna sibna li l-Kummissjoni ssettjat l-objettivi tal-IPA b’mod adegwat billi dawn kienu speċifiċi u konsistenti mal-qafas legali. B’mod aktar konkret, l-objettivi tal-IPA għall-istat tad-dritt, il-governanza u r-riżorsi umani kienu rilevanti u bbażati fuq il-ħtiġijiet li t-Turkija kienet identifikat sabiex tallinja lilha nfisha mal-acquis u ssaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tagħha.
IVMadankollu, fir-realtà, il-fondi li ntnefqu taħt l-objettivi tal-IPA I bilkemm indirizzaw xi wħud mill-ħtiġijiet fundamentali: l-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġustizzja, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-livelli għolja u l-kriminalità organizzata, il-libertà tal-istampa, il-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess u r-rinfurzar tal-awditjar estern u tas-soċjetà ċivili. Skont l-analiżi li l-Kummissjoni stess wettqet, il-progress li sar f’dawn l-oqsma ma kienx sodisfaċenti għal bosta snin, peress li hemm nuqqas ta’ rieda politika min-naħa tal-awtoritajiet Torok.
VIl-Kummissjoni ddeċidiet li timplimenta l-IPA II permezz tal-approċċ settorjali, jiġifieri li l-IPA jkun jappoġġa riformi fis-setturi kollha minflok proġetti awtonomi. Qabel ma applikat dan l-approċċ il-ġdid, il-Kummissjoni vvalutat kemm is-setturi kienu lesti li jassorbu l-finanzjament taħt l-IPA II. Dawn il-valutazzjonijiet settorjali pprevedew analiżi rilevanti u konklużiva li ppermettiet li jiġi identifikat fejn l-IPA II seta’ jiġi implimentat bl-użu tal-approċċ settorjali. Madankollu, il-valutazzjonijiet mhux dejjem kienu komprensivi, notevolment fil-każ ta’ tlieta mill-ħames kriterji ta’ valutazzjoni użati: il-koordinazzjoni tad-donaturi fit-Turkija, l-analiżi baġitarja settorjali u l-qafas ta’ valutazzjoni tal-prestazzjoni tagħha.
VIMinbarra l-finanzjament mill-UE, il-kundizzjonalità tal-IPA tista’ tikkontribwixxi biex tistimula l-proċess ta’ riforma. Minkejja l-progress insodisfaċenti kontinwat li ġie enfasizzat fir-Rapporti tagħha dwar it-Turkija, aħna sibna li l-Kummissjoni ftit li xejn kienet għamlet użu mill-kundizzjonalità tal-IPA biex tappoġġa r-riformi fis-setturi prijoritarji fejn il-progress ma kienx sodisfaċenti. B’mod partikolari, il-Kummissjoni rarament użat kundizzjonijiet bħall-possibbiltà li tirriċentralizza l-ġestjoni ta’ proġetti tal-IPA jew li tapplika miżuri korrettivi jekk il-kundizzjonijiet tal-proġetti ma jkunux ġew issodisfati. Barra minn hekk, il-possibbiltà li twaqqaf il-finanzjament taħt l-IPA I f’każ li l-prinċipji tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt ma jiġux rispettati ma kinitx riflessa b’mod espliċitu fir-regolamenti dwar l-IPA II.
VIIFir-rigward tal-implimentazzjoni tal-IPA, il-proġetti li ġew awditjati ġeneralment wasslu l-outputs intenzjonati, li kkontribwew għall-allinjament tat-Turkija mal-acquis u għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tagħha, anke jekk dawn spiss iddewmu. Aħna sibna li s-sostenibbiltà ta’ dawn ir-riżultati pożittivi hija kompromessa, prinċipalment minħabba n-nuqqas ta’ rieda politika, li kien aggravat mis-sensji estensivi li seħħew, mis-sospensjonijiet tal-uffiċjali pubbliċi u mir-restrizzjonijiet fuq is-soċjetà ċivili.
VIIIKien hemm nuqqasijiet fil-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-proġetti, pereżempju l-fatt li ċerti proġetti ma kinux magħżula fil-qafas tal-MOR tal-Kummissjoni, u li ċerti indikaturi xi drabi ma kinux rilevanti jew affidabbli, jew li ma kinux akkumpanjati minn linja bażi rilevanti.
IXSors ieħor ta’ tħassib huwa li minħabba dewmien ġenerali fil-programmazzjoni u l-implimentazzjoni, l-IPA ddewwem b’mod sinifikanti. Dan wassal għal tnaqqis fil-finanzjament u fiż-żmien li l-awtoritajiet Torok kellhom biex jimplimentaw il-baġit u l-proġetti sussegwenti tal-IPA II, u se jkompli jikkontribwixxi għal dewmien fis-sejħiet għall-offerti u l-ikkuntrattar tal-proġetti. Ir-raġunijiet għal dan id-dewmien kienu magħrufa: kapaċità amministrattiva dgħajfa f’xi ministeri f’dak li jirrigwarda t-tħejjija ta’ proposti għall-proġetti, it-tranżizzjoni għall-approċċ settorjali u dawran eċċessiv tal-persunal fis-CFCU, li jimmaniġġja l-biċċa l-kbira mill-fondi taħt l-IPA li jintnefqu fit-Turkija.
XDan ir-rapport jippreżenta ħames rakkomandazzjonijiet li jistgħu jitkejlu biex isir titjib fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni li tingħata lit-Turkija. Barra minn hekk, ir-riżultati tal-awditjar se jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-analiżi ta' nofs it-terminu tal-IPA II li l-Kummissjoni biħsiebha twettaq, kif ukoll fit-tfassil tal-programmi futuri ta’ assistenza ta’ qabel l-adeżjoni favur il-pajjiżi involuti fit-tkabbir tal-UE.
Introduzzjoni
01Peress li tinsab f’salib it-toroq bejn l-Ewropa u l-Lvant Nofsani (il-Figura 1), ir-Repubblika tat-Turkija tradizzjonalment kellha rwol prinċipali fir-relazzjonijiet internazzjonali. Hija sieħeb ewlieni tal-UE f’dak li jirrigwarda d-difiża, il-politika barranija u l-kummerċ. Fil-kuntest tal-kriżi tar-refuġjati, it-Turkija saret saħansitra aktar importanti għall-UE u viċi versa (eż. id-djalogu dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża, il-“Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija” b’valur ta’ EUR 3 biljun).
Figura 1
Mappa tat-Turkija li turi l-erbat ibliet fejn saru ż-żjarat tal-awditjar
Il-konfini u l-ismijiet li jidhru fuq din il-mappa u d-deżinjazzjonijiet użati fuq din il-mappa ma jimplikawx l-approvazzjoni jew l-aċċettazzjoni uffiċjali mill-Unjoni Ewropea.
Sors: Il-Eurostat.
B’aktar minn 80 miljun abitant, it-Turkija għandha waħda mill-akbar popolazzjonijiet Musulmani fid-dinja, komunitajiet kbar ta’ Kurdi u Rom, u għadd ta’ minoranzi reliġjużi (Kristjani, Lhud).
03Mis-snin ħamsin, it-Turkija bdiet timxi bil-mod iżda b’mod konsistenti lejn l-UE; hija tirrikonoxxi l-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u, mill-1999, saret pajjiż kandidat għas-sħubija mal-UE1. Mill-elezzjonijiet ġenerali tal-2002, il-partit fil-gvern, u għalhekk dak li mexxa l-pajjiż, kien il-partit konservattiv “Partit għall-Ġustizzja u l-Iżvilupp” jew “AKP”2, taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru u, mill-2014, il-President tar-Repubblika, Recep Tayyip Erdoğan.
04Sadanittant, il-proċess tan-negozjati għall-adeżjoni mal-UE mexa verament bil-mod u, sal-2017, 16 biss minn 35 kapitolu kienu nfetħu għan-negozjati tal-adeżjoni (kien ingħalaq kapitolu wieħed biss). L-Anness II juri l-istatus tal-proċess ta’ adeżjoni tat-Turkija, kapitolu b’kapitolu.
05Dan il-proċess ta’ adeżjoni huwa akkumpanjat mill-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni li tingħata mill-UE u li hija magħmula mill-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA), li l-għan tiegħu huwa li jappoġġa lill-pajjiżi kandidati fl-allinjament progressiv tagħhom mal-istandards u l-politiki tal-UE, bil-ħsieb li dawn il-pajjiżi jsiru Membri tal-Unjoni Ewropea, spiss magħrufin bħala l-acquis (ara l-Kaxxa 1).
Kaxxa 1
Sħubija mal-UE
Fl-istituzzjonijiet tal-UE, il-prinċipji, il-politiki, il-liġijiet, il-prattiki, l-obbligi u l-objettivi eżistenti tal-UE spiss jissejħu l-acquis. L-acquis jinsab fil-qalba tan-negozjati tal-adeżjoni, u jikkonsisti f'35 kapitolu differenti li jridu jiġu nnegozjati bejn l-UE u kull pajjiż kandidat, inkluża t-Turkija. Pereżempju, il-Kapitolu 23 ikopri l-ġudikatura u d-drittijiet fundamentali u l-Kapitolu 32 ikopri l-kontroll finanzjarju u l-awditjar. Minbarra dan, l-acquis fih ukoll il-“kriterji ta' Copenhagen”, li jinkludu l-eżistenza ta’ istituzzjonijiet stabbli li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem kif ukoll il-protezzjoni tal-minoranzi (ara https://ec.europa.eu/neighbourhood-enlargement/policy/conditions-membership_en).
Fi sħubija mal-awtoritajiet Torok, l-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni tikkonsisti fl-iffinanzjar mill-Kummissjoni Ewropea ta’ proġetti f’firxa wiesgħa ta’ oqsma ta' politika, bħall-istat tad-dritt, il-governanza, l-agrikoltura, l-infrastruttura (eż. l-ambjent, it-trasport), u l-iżvilupp tar-riżorsi umani permezz tal-edukazzjoni, l-impjieg u l-politiki soċjali. Bl-allokazzjonijiet ippjanati taħt l-IPA I (2007-2013) li jammontaw għal EUR 4.58 biljun u dawk ippjanati taħt l-IPA II (2014-2020) li jammontaw għal EUR 4.49 biljun (ara l-Anness III), it-Turkija hija l-pajjiż li l-aktar jibbenefika mill-għajnuna tal-UE fost il-pajjiżi li jinsabu barra mit-territorju tagħha. Il-Kummissjoni timmaniġġja l-IPA assistita mill-Istati Membri tal-UE, bħala membri tal-Kumitat tal-IPA II3.
07Filwaqt li l-Kummissjoni terfa’ r-responsabbiltà kumplessiva għall-ġestjoni tal-IPA, hija għaddiet lill-awtoritajiet Torok ir-responsabbiltà li jimmaniġġjaw il-biċċa l-kbira mill-IPA taħt il-modalità ta’ “ġestjoni indiretta” tal-fondi tal-UE. Din il-modalità ta’ ġestjoni baġitarja ppermettiet lill-Kummissjoni tiddelega l-ġestjoni baġitarja lill-awtoritajiet Torok, taħt ir-responsabbiltà proprja tagħha u f’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba4. Dan l-approċċ deċentralizzat li jintuża għal-ġestjoni tal-IPA jixbah il-modalità ta’ ġestjoni kondiviża li tintuża għall-biċċa l-kbira mill-fondi tal-UE, bħalma jiġri fil-każ tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali jew il-Fond Soċjali Ewropew li t-tnejn huma mmaniġġjati mill-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri tal-UE.
08Fit-Turkija, dan l-approċċ jirrikjedi li l-awtoritajiet Torok iwettqu l-ippjanar, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-awditjar tal-fondi taħt l-IPA f’konformità ma’ sett kombinat ta’ regoli tal-UE u regoli nazzjonali. Filwaqt li l-Koordinatur Nazzjonali tal-IPA (NIPAC) huwa responsabbli għall-koordinazzjoni bejn id-diversi partijiet interessati Torok, hija l-Unità Ċentrali tal-Finanzi u l-Kuntratti (CFCU) tat-Teżor li timmaniġġja 87.2 % tal-fondi taħt l-IPA I u 84.2 % tal-fondi taħt l-IPA II5, taħt is-superviżjoni ta’ Uffiċjal Nazzjonali Awtorizzanti (NAO).
09Il-Kummissjoni implimentat l-IPA I bl-użu tal-approċċ tradizzjonali skont il-proġett, li jfisser li jittieħdu deċiżjonijiet ta’ finanzjament għall-proġetti individwali. L-approċċ settorjali huwa l-għażla strateġika tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-IPA II. Taħt dan l-approċċ, id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament huma bbażati fuq l-objettivi tal-politiki settorjali nazzjonali. L-għan huwa li l-isforzi tal-gvern f’settur partikolari jiġu kkomplementati, u b’hekk jiżdiedu s-sinerġiji u s-sjieda nazzjonali tal-politiki pubbliċi u tad-deċiżjonijiet dwar l-allokazzjonijiet tar-riżorsi fi ħdan dan is-settur. Għalhekk, il-finanzjament taħt l-IPA jkun jiffoka fuq l-ilħuq tal-objettivi tal-politiki settorjali nazzjonali u l-ksib tar-riżultati li huma rilevanti għall-adeżjoni6. L-approċċ settorjali jiġi applikat fuq bażi ta’ settur b’settur, wara li titwettaq valutazzjoni mill-Kummissjoni.
10Mill-2013 'il hawn, kien hemm rigress tar-riformi fit-Turkija. Il-pożizzjoni tat-Turkija fir-rigward tal-UE ddgħajfet b’mod partikolari minn meta seħħ it-tentattiv ta’ kolp ta’ stat militari f’Lulju 2016, minħabba l-fatt li t-Turkija sejħet stat ta’ emerġenza u rrikorriet għal sospensjonijiet, sensji u detenzjonijiet estensivi. Dawn il-miżuri repressivi li ttieħdu wara l-kolp ta’ stat, u li l-gvern Tork iddefenda bħala miżuri kontra t-terroriżmu, affettwaw il-firxa kollha tas-soċjetà Torka: il-ġudikatura, il-pulizija, il-ġendarmerija, l-armata, is-servizz pubbliku, l-universitajiet, l-għalliema, l-avukati, il-midja u l-komunità tan-negozju7.
11L-iskala enormi ta’ dawn il-miżuri mhux biss affettwat il-kapaċità amministrattiva tat-Turkija, iżda kkumplikat ukoll u dewmet l-allinjament tagħha mal-acquis. Fil-Kaxxa 2 jingħataw tliet eżempji ta’ miżuri ta’ dan it-tip fit-tliet setturi koperti minn dan l-awditu. F’Novembru 2016, f’kuntest ta’ relazzjonijiet politiċi bejn l-UE u t-Turkija li kienu sejrin għall-agħar, il-Parlament Ewropew talab lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri tal-UE biex jiffriżaw temporanjament in-negozjati tal-adeżjoni li kienu għaddejjin mat-Turkija8.
Kaxxa 2
Eżempji ta’ miżuri li ttieħdu wara l-kolp ta’ stat fit-Turkija
Qrati u prosekuzzjoni pubblika
Minn meta seħħ it-tentattiv ta’ kolp ta’ stat f’Lulju 2016, aktar minn 4 000 imħallef u prosekutur ingħataw is-sensja jew ġew sospiżi, ċifra li tirrappreżenta madwar terz tat-total ta’ imħallfin u prosekuturi fit-Turkija f’dak iż-żmien. Madwar 2 400 minnhom intbagħtu l-ħabs, u dan affettwa l-livelli kollha tal-ġudikatura, mill-qrati tal-prim'istanza sal-Qorti Kostituzzjonali. Dawn is-sensji u r-reklutaġġ sussegwenti estensivi ta’ mħallfin ġodda, ġew irrappurtati li jikkostitwixxu theddida serja għall-prestazzjoni u l-indipendenza tal-ġudikatura9.
Servizz pubbliku: l-istituzzjoni suprema tal-awditjar tat-Turkija
Peress li għandha setgħat ġudizzjarji, minbarra l-funzjonijiet tagħha relatati mal-awditjar estern, il-Qorti tal-Awdituri Torka hija istituzzjoni pubblika ewlenija fil-kuntest tal-Kapitoli 23 u 32. F’Diċembru 2016, hija kellha tnaqqis ta’ 17 % fil-persunal tagħha inkarigat mill-awditjar, tnaqqis ta’ 166 membru tal-persunal li kienu jinkludu 96 awditur li nżammu f’detenzjoni. Matul l-ewwel sitt xhur tal-2017, 41 awditur ieħor ġew sospiżi u nżammu f’detenzjoni10.
Skejjel u universitajiet
Sa April 2017, bejn wieħed u ieħor 40 000 għalliem kienu ngħataw is-sensja jew ġew sospiżi fil-pajjiż. Il-livelli kollha ta’ edukazzjoni ntlaqgħu, mill-iskejjel u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ sal-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja. Dawn is-sensji u s-sospensjonijiet estensivi wasslu għall-għeluq ta’ ħafna istituzzjonijiet, u dan se jkollu impatt detrimentali dejjiemi fuq l-edukazzjoni, l-impjieg u l-politiki soċjali Torok11.
Ambitu u approċċ tal-awditjar
12L-objettiv tagħna kien li nivvalutaw it-tfassil u l-effettività tal-implimentazzjoni tal-IPA fit-Turkija, li l-iskop tiegħu kien li jallinja l-pajjiż kandidat mal-acquis u jsaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tiegħu. L-awditu ffoka fuq it-tweġiba għall-mistoqsija li ġejja: “L-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni li l-UE tat lit-Turkija kienet imfassla tajjeb u kienet effettiva?” Din il-mistoqsija nqasmet f'żewġ sottomistoqsijiet prinċipali:
- Il-Kummissjoni fasslet l-IPA fit-Turkija b’mod xieraq?
- L-IPA ppermetta li jingħata appoġġ effettiv lis-setturi prijoritarji tiegħu fit-Turkija?
L-aħħar rapport tal-awditjar li nħareġ mill-QEA dwar l-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni mogħtija lit-Turkija ġie ppubblikat fl-200912. Minn dak iż-żmien 'il hawn, l-IPA ġie implimentat f’żewġ perjodi ta' programmazzjoni konsekuttivi u r-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija evolvew b’mod sinifikanti. Huwa mistenni li dan ir-rapport jittieħed inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni fl-analiżi ta' nofs it-terminu li hija twettaq dwar l-IPA II, kif ukoll fl-istrateġija tal-UE rigward l-allokazzjonijiet għall-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni li tingħata lit-Turkija taħt l-IPA II (2014-2020) u għall-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss.
14Aħna ffukajna fuq tliet setturi prijoritarji li ġew iddefiniti mill-Kunsill u li huma validi kemm għall-perjodu ta' programmazzjoni tal-IPA I (2007-2013) kif ukoll għal dak tal-IPA II (2014-2020), b’allokazzjoni totali ta’ EUR 3.8 biljun13:
- L-istat tad-dritt, inklużi d-drittijiet fundamentali, l-affarijiet interni u l-ġustizzja, b’allokazzjoni totali ta’ EUR 1.2 biljun;
- Il-governanza, inkluż appoġġ lis-soċjetà ċivili, ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u l-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi (ĠFP), b’allokazzjoni totali ta’ EUR 1.6 biljun; u
- Ir-riżorsi umani, inklużi l-edukazzjoni, l-impjieg u l-inklużjoni soċjali, b’allokazzjoni totali ta’ EUR 1 biljun.
Taħt l-IPA I, il-fondi tal-UE kkuntrattati għal dawn is-setturi ammontaw għal EUR 1.5 biljun. Minn dawn, aħna eżaminajna 15-il proġett b’valur totali ta’ EUR 112-il miljun (7.5 %)14, li kienu jikkostitwixxu l-kampjun tagħna. Aħna għażilna dawn il-proġetti biex ikollna kopertura bbilanċjata tal-oqsma differenti ta' politika u d-diversi reġjuni ġeografiċi li rċevew assistenza ta’ qabel l-adeżjoni fis-setturi tal-istat tad-dritt, il-governanza u r-riżorsi umani. Aħna eżaminajna l-implimentazzjoni tal-proġetti, kif ukoll it-tipi ta’ sħab inkarigati mill-implimentazzjoni (sħab Torok jew organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti).
16Parti importanti minn xogħolna kienet li ssir valutazzjoni ta’ x’riżultati kienu nkisbu permezz tal-programmi u l-proġetti tal-UE15. Aħna ġbarna evidenza permezz ta’ analiżi dokumentarja u ta’ intervisti li kellna ma’ diversi dipartimenti tal-Kummissjoni, mad-Delegazzjoni tal-UE f’Ankara, mal-awtoritajiet Torok, ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u ma’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ)16. L-awditu kien jinkludi żjara ta' ġimagħtejn fit-Turkija li saret f'Marzu 2017. Huwa ma kienx jinkludi appoġġ li ngħata permezz tal-“Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija”17.
17Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, kull referenza għall-IPA li ssir f’dan ir-rapport tkopri kemm l-IPA I kif ukoll l-IPA II. Minħabba dewmien ġenerali fil-programmazzjoni u fl-implimentazzjoni, aħna ma stajniex nivvalutaw il-proġetti tal-IPA II fis-setturi magħżula għal dan l-awditu, li jirrappreżentaw allokazzjonijiet ta’ EUR 2 biljun taħt l-IPA II.
Osservazzjonijiet
Il-Kummissjoni ddefiniet b’mod xieraq l-objettivi tal-IPA, iżda sabitha diffiċli biex tappoġġa r-riformi ta’ setturi sħaħ u għamlet użu limitat mill-kundizzjonalità
18F’din it-taqsima, aħna eżaminajna jekk l-IPA fit-Turkija kienx tfassal tajjeb mill-Kummissjoni sabiex jingħata appoġġ għar-riformi meħtieġa biex isir progress lejn l-adeżjoni mal-UE. B'mod partikolari, aħna eżaminajna jekk il-Kummissjoni:
- Allinjatx l-objettivi strateġiċi tagħha għat-Turkija mal-objettivi regolatorji tal-IPA u indirizzatx il-ħtiġijiet tat-Turkija fis-setturi li ġew awditjati;
- Applikatx b’mod xieraq l-approċċ settorjali biex tgħaddi l-finanzjament taħt l-IPA II, fuq il-bażi ta’ valutazzjonijiet settorjali rilevanti, konklużivi u komprensivi taħt l-IPA; u
- Issettjatx u applikatx kundizzjonijiet rilevanti sabiex tistimula r-riformi meħtieġa fit-Turkija.
Il-Kummissjoni ssettjat l-objettivi tal-IPA b’mod adegwat iżda, fil-prattika, xi ħtiġijiet fundamentali fis-setturi tal-istat tad-dritt u tal-governanza ma ġewx indirizzati biżżejjed
19Il-Kummissjoni ssettjat objettivi speċifiċi tal-programmi tal-IPA fid-dokumenti tagħha ta’ strateġija, jiġifieri t-tisħiħ tal-kapaċità tat-Turkija li tissodisfa l-obbligi ta’ sħubija mal-UE u l-appoġġ lir-riformi politiċi, kif ukoll l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali18. Dawn l-objettivi strateġiċi tal-IPA ġew spjegati f’aktar dettall fil-ftehimiet ta’ finanzjament li l-Kummissjoni kkonkludiet mal-awtoritajiet Torok. Dawn l-objettivi kienu kollha konformi mal-bażi legali tal-IPA, li tistipula l-objettivi legali tal-IPA f’dak li jirrigwarda l-allinjament tal-pajjiż kandidat mal-acquis, inklużi l-kriterji ta' Copenhagen, u t-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tal-pajjiż19.
20L-objettivi tal-IPA għat-tliet setturi prijoritarji jiġifieri l-istat tad-dritt, il-governanza u r-riżorsi umani kienu rilevanti, peress li kienu bbażati fuq il-ħtiġijiet li t-Turkija kienet identifikat b’mod ċar fil-pjanijiet nazzjonali tagħha għall-allinjament mal-acquis u fil-pjanijiet ta’ żvilupp pluriennali, kif ukoll f’aktar minn 40 strateġija nazzjonali li ilha li żviluppat mill-2007 biex issaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tagħha.
21Aħna eżaminajna l-fondi tal-IPA I li ntnefqu fit-tliet setturi prijoritarji magħżula u sibna li, fil-prattika, fis-setturi tal-istat tad-dritt u tal-governanza, xi riformi fundamentali li kienu neċessarji għall-adeżjoni tat-Turkija mal-UE20 ma kinux ġew indirizzati biżżejjed prinċipalment minħabba n-nuqqas ta’ rieda politika tal-awtoritajiet Torok.
Xi ħtiġijiet fundamentali ma ġewx indirizzati biżżejjed fis-settur tal-istat tad-dritt
22L-appoġġ li ngħata permezz tal-IPA fis-settur tal-istat tad-dritt kien maħsub biex iressaq firxa wiesgħa ta’ korpi statali sensittivi, bħal ministeri, aġenziji, forzi tal-pulizija u l-ġudikatura, eqreb lejn l-acquis, prinċipalment permezz ta’ pariri u taħriġ f’oqsma identifikati mit-Turkija fil-pjanijiet nazzjonali tagħha għall-allinjament mal-acquis, kif ukoll fil-pjanijiet ta’ żvilupp pluriennali u fl-istrateġiji nazzjonali.
23Madankollu, 4.4 % biss tal-ammonti totali li ġew ikkuntrattati taħt l-IPA I fis-settur tal-istat tad-dritt kienu indirizzaw l-oqsma ta' politika li ġejjin, fejn il-progress li sar ilu konsistentement jitqies bħala insodisfaċenti mill-Kummissjoni fir-Rapporti Annwali tagħha dwar it-Turkija mill-201421:
- l-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġustizzja22 (EUR 7.6 miljun ikkuntrattati);
- il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata23 (EUR 9.5 miljun); u
- il-libertà tal-istampa24 (EUR 2.7 miljun, ara l-Kaxxa 3).
Kaxxa 3
Finanzjament taħt l-IPA b’appoġġ għal-libertà tal-istampa (2007-2016)
Sa tmiem l-2016, żewġ proġetti biss relatati mal-libertà tal-istampa kienu ġew implimentati bl-għajnuna ta’ finanzjament taħt l-IPA I ikkuntrattat fit-Turkija għal ammont totali ta’ EUR 2.7 miljun. L-ebda proġett relatat mal-libertà tal-istampa għadu ma ġie implimentat taħt l-IPA II. Barra minn hekk, taħt l-IPA II, it-Turkija ma aċċettatx l-indikatur kompost tal-Kummissjoni relatat mal-libertà tal-istampa, billi dehrilha li dan l-indikatur “mhuwiex raġonevoli”. L-indikatur jgħaqqad flimkien l-indikaturi relatati mal-libertà tal-istampa tal-organizzazzjonijiet nongovernattivi Freedom House u Reporters Mingħajr Fruntieri sabiex jikklassifika l-pajjiżi differenti u jkejjel il-progress li jkunu għamlu matul is-sena. Fi snin reċenti u speċjalment wara t-tentattiv ta’ kolp ta’ stat f’Lulju 2016, il-Kummissjoni sistematikament irrappurtat attakki serji li saru kontra l-libertà tal-istampa fit-Turkija, bħalma għamlu wkoll Amnesty International, Freedom House u Reporters Mingħajr Fruntieri.
Sinjal ieħor li jindika li l-Kummissjoni u l-awtoritajiet Torok ma tawx biżżejjed attenzjoni lil dawn l-oqsma ta’ politika huwa n-nuqqas ta’ indikaturi biex ikejlu l-progress li jkun sar fil-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess25 u fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-livelli għolja26.
Xi ħtiġijiet fundamentali ma ġewx indirizzati biżżejjed fis-settur tal-governanza
25Fis-settur tal-governanza, il-Kummissjoni pprovdiet appoġġ, prinċipalment permezz ta’ pariri u taħriġ, għal ħtiġijiet speċifiċi ħafna relatati mar-riformi tal-amministrazzjoni pubblika u f’xi wħud mill-komponenti taċ-ċiklu baġitarju, bħall-ġbir tat-taxxi, l-awditjar intern u l-istatistika.
26Madankollu, minkejja l-importanza tal-awditjar estern u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-proċess ta’ adeżjoni u r-rwol tagħhom fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, l-IPA ma indirizzax ir-rinfurzar tal-awditjar estern u ftit li xejn ittratta l-kapaċità tat-Turkija biex tikkoopera mas-soċjetà ċivili27. Minkejja l-kobor tal-ħtiġijiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Torok, li l-Kummissjoni taf bihom, l-ammont allokat baqa’ baxx minħabba kapaċità ta’ assorbiment limitata tal-awtoritajiet Torok (ara l-Kaxxa 4).
Kaxxa 4
Finanzjament taħt l-IPA b’appoġġ għas-soċjetà ċivili Torka (2007-2016)
L-ebda strateġija nazzjonali ma indirizzat il-ħtiġijiet tas-soċjetà ċivili fit-Turkija, fejn kemm il-libertà tal-għaqda kif ukoll il-libertà tal-espressjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ġew limitati serjament, u l-kapaċità tagħhom ġiet imdgħajfa minn restrizzjonijiet burokratiċi sproporzjonati fuq il-libertà tal-għaqda u l-libertà tal-espressjoni tagħhom, kif ukoll fuq il-ġbir ta’ fondi28. Xi wħud mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ddikjaraw li ma kinux għadhom jistgħu jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet, bl-argument li l-impjegati taċ-ċivil Torok kienu qed jibżgħu jittrattaw magħhom u li l-fondi nazzjonali kienu qed jiġu mmirati lejn organizzazzjonijiet li jappoġġaw lill-gvern.
Bejn l-2015 u l-2016, l-għadd ta’ membri tal-assoċjazzjonijiet Torok favur id-drittijiet, inklużi d-drittijiet fundamentali, naqas minn 200 096 għal 50 598 (-75 %)29. F’dan il-kuntest, l-IPA I iffinanzja proġetti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għal total ta’ EUR 36 miljun (5.5 % tal-ammonti totali taħt l-IPA I li ġew ikkuntrattati fis-settur tal-governanza), li ftit minnhom biss kienu relatati mal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-protezzjoni ta’ vittmi tal-kriminalità organizzata.
Minkejja xi dgħufijiet, il-valutazzjonijiet dwar l-approċċ settorjali tal-Kummissjoni pprovdew informazzjoni rilevanti biex jiġi identifikat fejn l-approċċ settorjali seta’ jiġi implimentat
27Filwaqt li l-bażi legali tal-IPA II ma tiddefinix b’mod espliċitu l-approċċ settorjali (ara l-paragrafu 9) u li dan l-approċċ mhuwiex legalment vinkolanti għall-benefiċjarju30, il-Kummissjoni inkludietu fl-istrateġija tagħha tat-tkabbir31. Kemm il-pajjiż ikun lest jadotta approċċ settorjali jiġi ddeterminat permezz ta’ valutazzjonijiet settorjali tal-Kummissjoni fi sħubija mal-awtoritajiet Torok. Skont il-Kummissjoni, l-approċċ settorjali huwa proċess kontinwu li jkun irid jitwettaq matul iċ-ċiklu kollu ta’ programmazzjoni32. Din il-valutazzjoni hija bbażata fuq ħames kriterji ta’ valutazzjoni ewlenin:
- Strateġiji settorjali nazzjonali ddefiniti tajjeb;
- Qafas istituzzjonali, tmexxija u l-kapaċità li tiġi implimentata l-istrateġija settorjali;
- Koordinazzjoni tad-donaturi, inkluż fil-livell settorjali33;
- Implimentazzjoni tal-politiki bbażata fuq analiżi baġitarja settorjali u allokazzjonijiet realistiċi skont is-settur; u
- Oqfsa ta’ valutazzjoni tal-prestazzjoni għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni.
Għas-setturi li ġew awditjati, il-valutazzjonijiet settorjali ppermettew li, fl-2016, il-Kummissjoni tikkonkludi li kienu biss is-settur tar-riżorsi umani u s-sottosetturi tal-ġustizzja u tal-affarijiet interni fi ħdan is-settur tal-istat tad-dritt li kienu lesti jassorbu l-finanzjament taħt l-IPA II permezz tal-approċċ settorjali34. Għalkemm il-valutazzjonijiet settorjali pproduċew analiżi settorjali rilevanti u konsistenti bbażata fuq ħames kriterji ewlenin, l-analiżi li wettaqna ppermettitilna nikxfu d-dgħufijiet li ġejjin:
- Għas-settur tal-istat tad-dritt, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-affarijiet interni ma ppermettietx li tintlaħaq konklużjoni dwar jekk it-Turkija kinitx effettivament lesta biex tapplika l-approċċ settorjali; u
- Il-valutazzjonijiet settorjali tal-Kummissjoni ma koprewx biżżejjed l-impatt ta’ xi dgħufijiet sinifikanti fl-amministrazzjoni pubblika tat-Turkija (ara l-Kaxxa 5) fuq tlieta mill-ħames kriterji ta’ valutazzjoni ewlenin (ara l-paragrafu 27).
Kaxxa 5
Dgħufijiet fl-amministrazzjoni pubblika tat-Turkija (2014-2017) li ma kinux koperti biżżejjed fil-valutazzjonijiet settorjali tal-Kummissjoni
Kriterju ta’ valutazzjoni Nru 3: koordinazzjoni tad-donaturi
Il-valutazzjonijiet tal-Kummissjoni ma koprewx id-diffikultajiet iffaċċjati mill-Ministeru għall-Affarijiet tal-UE (MEUA), li huwa responsabbli għall-koordinazzjoni tad-donaturi fil-kuntest tal-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni. Huwa ċar li r-rwol tiegħu jinkludi l-għoti ta’ appoġġ għall-allinjament tat-Turkija mar-regoli tal-akkwist tal-UE35, kif ukoll il-kofinanzjament tal-fażijiet preparatorji tal-proġetti ta' infrastruttura ffinanzjati mill-Bank Ewropew tal-Investiment36. Minkejja r-rilevanza u l-importanza tal-IPA, is-Sottosegretarjat tat-Teżor, li huwa inkarigat mill-koordinazzjoni kumplessiva tad-donaturi fit-Turkija, ma involviex il-MEUA fil-laqgħat tiegħu mal-Bank.
Barra minn hekk, fi żmien iż-żjara tal-awditjar tagħna, il-MEUA ma kellux aċċess għad-database ċentrali tad-donaturi, u dan ipprevenieh milli jieħu kontroll effettiv tal-koordinazzjoni tad-donaturi fil-livell settorjali.
Kriterju ta’ valutazzjoni Nru 4: analiżi baġitarja settorjali
L-implimentazzjoni tal-politiki fit-Turkija hija bbażata fuq pjanijiet ta’ nfiq ta’ nofs it-terminu li jitħejjew mill-Ministeru tal-Finanzi (għan-nefqa operazzjonali) u mill-Ministeru tal-Iżvilupp (għan-nefqa ta’ investiment). Madankollu, il-valutazzjonijiet tal-Kummissjoni ma kinux jinkludu l-fatt li l-ebda wieħed mill-ministeri ma kien abbozza l-pjanijiet ta’ nfiq tiegħu f’biżżejjed dettall biex ikun jista’ jiġi vvalutat jekk id-daqs u t-tip tagħhom kinux dawk meħtieġa biex it-Turkija tkun tista’ timplimenta l-objettivi tal-politiki settorjali37. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni u partijiet interessati oħra ma setgħux ikollhom stampa ċara tal-allokazzjonijiet baġitarji tat-Turkija minn perspettiva settorjali. Barra minn hekk, għalkemm it-Turkija kienet għamlet stima tal-ispejjeż għall-ħtiġijiet tal-kapaċità amministrattiva tagħha matul l-IPA I38, hija kienet għadha ma għamlitx dan minn meta nbeda l-IPA II fl-2014. Mingħajr stima tal-ispejjeż għall-ħtiġijiet u mingħajr pjanijiet ċari ta’ nfiq settorjali, huwa diffiċli li jiġi żgurat li s-setturi koperti mill-IPA jirċievu l-proporzjon xieraq tal-finanzjament limitat li huwa disponibbli.
Kriterju ta’ valutazzjoni Nru 5: qafas ta’ valutazzjoni tal-prestazzjoni
In-NIPAC għandu rwol ċentrali fil-ġestjoni finanzjarja tajba tal-IPA. Madankollu, il-valutazzjonijiet tal-Kummissjoni ma kinux jirriflettu d-dgħufijiet serji tan-NIPAC inkonnessjoni mal-monitoraġġ tal-prestazzjoni. Fl-2015, l-awdituri tal-Kummissjoni kienu diġà osservaw li n-NIPAC ma kellu l-ebda mekkaniżmu jew proċedura biex jagħmel użu mir-riżultati tal-monitoraġġ u li hu kien iqis il-proċess sempliċiment bħala formalità. Barra minn hekk, aħna osservajna li il-monitoraġġ tal-proġetti tal-IPA kien iserraħ kompletament fuq iż-żjarat ta’ monitoraġġ imwettqa mid-Delegazzjoni tal-UE u fuq il-qafas ta’ “monitoraġġ orjentat lejn ir-riżultati” (MOR) tal-Kummissjoni. Filwaqt li ż-żjarat ta’ monitoraġġ li twettqu mill-Awtorità tal-Awditjar tal-IPA fit-Turkija u mill-uffiċċju tan-NAO ffukaw fuq il-legalità u r-regolarità tal-nfiq, il-qafas tal-MOR, li jeżisti sempliċiment minħabba l-finanzjament u l-għarfien espert tal-UE, jista’ jimmonitorja biss porzjon mill-proġetti tal-IPA kull sena. Barra minn hekk, in-NIPAC għad ma għandux il-kapaċità li jikkomplementa l-qafas tal-MOR f’dak li jirrigwarda l-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-proġetti.
Barra minn hekk, aħna sibna li l-valutazzjonijiet settorjali tal-Kummissjoni kienu għadhom ma jistgħux jieħdu inkunsiderazzjoni l-impatt li s-sensji u s-sospensjonijiet estensivi, wara t-tentattiv ta’ kolp ta’ stat f’Lulju 2016, kellhom fuq il-kapaċità amministrattiva tat-Turkija (ara l-Kaxxa 2).
Il-Kummissjoni ftit li xejn għamlet użu mill-kundizzjonalità tal-IPA biex tappoġġa l-proċess ta’ riformi fis-setturi prijoritarji
30Minbarra l-finanzjament u d-djalogu kemm ta' politika kif ukoll dak politiku, mezz ieħor li l-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha biex tappoġġa r-riformi fis-setturi prijoritarji fit-Turkija hija l-kundizzjonalità. Il-kundizzjonalità hija l-issettjar u l-użu ta' ċerti kundizzjonijiet qabel ma jiġu ffirmati l-kuntratti jew isiru l-pagamenti relatati mal-assistenza Fil-każ tal-IPA, l-istrateġiji suċċessivi tat-tkabbir użati mill-Kummissjoni rreferew kemm-il darba għal "kundizzjonalità stretta" iżda ma ddefinewx it-terminu b’mod speċifiku39. Taħt l-IPA, il-kundizzjonalità tista’ tintuża fil-livell politiku, notevolment permezz ta’ parametri referenzjarji ta' ftuħ u ta' għeluq li jirrigwardaw in-negozjati tal-adeżjoni, kif ukoll fil-livell tal-proġetti.
31Aħna analizzajna l-qafas legali tal-IPA biex nidentifikaw it-tipi differenti ta’ kundizzjonalità disponibbli. Aħna eżaminajna l-punt sa fejn il-Kummissjoni effettivament użathom fit-Turkija sabiex tappoġġa l-proċess ta’ riformi fis-setturi prijoritarji tal-istat tad-dritt, il-governanza u r-riżorsi umani.
32Fil-livell politiku, il-leġiżlatur tal-UE, bħala l-awtorità baġitarja, għandu s-setgħa li jnaqqas l-assistenza fil-futur. Minbarra dan, taħt l-IPA I, il-Kunsill kellu l-possibbiltà li jissospendi l-assistenza taħt l-IPA mingħajr ma jkollu għalfejn jissospendi n-negozjati tal-adeżjoni jekk il-prinċipji tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt ma jkunux ġew irrispettati40. Reċentement, il-Parlament Ewropew talab għal sospensjoni tal-fondi kollha ta' qabel l-adeżjoni jekk in-negozjati tal-adeżjoni jiġu sospiżi41. Madankollu, aħna sibna li, taħt l-IPA II, il-leġiżlatur tal-UE ma kienx espliċitament ippreveda possibbiltà ta’ dan it-tip42.
33Taħt ir-regolamenti dwar l-IPA, il-Kummissjoni tista’ tuża żewġ tipi ewlenin ta’ kundizzjonalità biex tistimula r-riformi:
- Fi tmiem l-2017 u tmiem l-2020 (għall-IPA II), hija tista’ tiddeċiedi li ma tagħtix il-premju tal-prestazzjoni lill-pajjiż benefiċjarju tal-IPA għall-progress li jkun wettaq fl-allinjament mal-UE, l-implimentazzjoni effiċjenti tal-IPA u l-ksib ta’ riżultati tajbin43; u
- Hija tista’ “tirriċentralizza” l-ġestjoni tal-proġetti tal-IPA, effettivament tieħu f’idejha l-ġestjoni ta’ dawn il-proġetti li qabel kienet f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali.
Fi żmien l-awditu, minkejja li aċċennat il-progress insodisfaċenti kontinwat li ġie enfasizzat fir-Rapporti tagħha dwar it-Turkija (ara l-paragrafu 23), il-Kummissjoni kienet għadha ma ħadet l-ebda azzjoni rigward l-ippremjar tal-prestazzjoni. Madankollu, hija sussegwentement iddeċidiet li tieħu f’idejha l-ġestjoni ta’ EUR 18-il miljun għal proġetti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li oriġinarjament kienet ippjanat li jkunu mmaniġġjati mill-awtoritajiet Torok44.
34Fil-livell tal-proġetti, il-Kummissjoni tista’ tissettja l-kundizzjonijiet tal-proġetti qabel ma jiġu ffirmati l-kuntratti jew ma jsirux pagamenti u, jekk dawn ma jiġux issodisfati, tista’ tieħu miżuri korrettivi, bħall-ikkanċellar tal-proġett jew it-tnaqqis tal-ambitu u tal-finanzjament tiegħu. Il-Kummissjoni effettivament issettjat kundizzjonijiet f’4 mill-15-il proġett li ġew awditjati; dawn l-4 proġetti kienu kollha fis-settur tal-istat tad-dritt. Il-Kummissjoni ma ssettjatx kundizzjonijiet45 għal proġett wieħed f’dan is-settur46, u għall-ebda wieħed mill-ħames proġetti fis-settur tal-governanza u l-ħames proġetti fis-settur tar-riżorsi umani. Aħna sibna tliet proġetti fejn id-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma ssettjatx il-kundizzjonijiet tal-proġetti qabel ma ffirmat il-kuntratti, u dan affettwa b’mod negattiv ir-riżultati tal-proġetti (ara l-Kaxxa 6).
Kaxxa 6
Proġetti fejn in-nuqqas ta’ kundizzjonijiet tal-proġetti affettwa b’mod negattiv ir-riżultati tal-proġetti
Titjib fl-effiċjenza tas-sistema tal-ġustizzja kriminali fit-Turkija (Proġett Nru 4)
Dan il-proġett, li tfassal fl-2009 biex isir titjib fl-effiċjenza tas-sistema tal-ġustizzja kriminali fit-Turkija, kellu l-għan li jingħata taħriġ lil imħallfin, prosekuturi, reġistraturi tal-qrati, konsulenti legali u uffiċjali tal-Ministeru tal-Ġustizzja. Il-proġett twettaq bejn Marzu 2012 u Diċembru 2014, u kien jinkludi t-twettiq ta’ kurrikulu ta’ taħriġ, kif ukoll it-taħriġ ta’ aktar minn 300 persuna fil-liġi kriminali u fil-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali. Il-proġett kellu wkoll l-għan li jinħoloq grupp kbir ta’ ħarrieġa għall-Akkademja tal-Ġustizzja. Il-kundizzjonijiet tal-proġett ma kinux jinkludu perijodu minimu li matulu persuni li jkunu bbenefikaw mit-taħriġ kellhom jibqgħu fil-kariga tagħhom sabiex japplikaw dak li jkunu tgħallmu jew biex iħarrġu lill-kollegi pari tagħhom. Dan kellu riperkussjonijiet deplorevoli billi r-rata għolja ta’ dawran tal-persunal fil-ġudikatura tat-Turkija hija problema strutturali li ġiet aggravata mill-miżuri li ttieħdu wara l-kolp ta’ stat47.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Torok ma setgħux jipprovdulna informazzjoni dwar jekk dawn il-professjonisti legali li bbenefikaw mit-taħriġ baqgħux fil-kariga tagħhom. B’hekk, mhuwiex magħruf jekk il-persuni jekk dawn il-persuni għadhomx qed jaħdmu fl-istess qasam u humiex f’pożizzjoni li jħarrġu lill-kollegi pari tagħhom.
Tisħiħ tas-soċjetà ċivili fit-Turkija u tad-djalogu tagħha mas-settur pubbliku (Proġett Nru 8)
L-objettiv tal-proġett kien li jistimula l-involviment attiv tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-promozzjoni tal-pluraliżmu u l-valuri tal-integrazzjoni Ewropea, kif ukoll il-kooperazzjoni mas-settur pubbliku Tork. Dan kien jinkludi l-adozzjoni ta’ kodiċi ta’ kondotta li kellu jintuża mill-amministrazzjoni pubblika fid-djalogu tagħha mas-soċjetà ċivili. Dan il-proġett, li sar f’kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Affarijiet tal-UE (MEUA), kien suġġett għal erba’ emendi kuntrattwali u ġie estiż bi 18-il xahar. Fl-aħħar mill-aħħar, huwa ftit li xejn ikkontribwixxa għall-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u s-settur pubbliku minħabba li l-Kummissjoni ma esiġietx li l-awtoritajiet Torok jadottaw strateġija nazzjonali għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-kodiċi ta’ kondotta, jew li jeliminaw xi wħud mir-restrizzjonijiet burokratiċi li jaffettwaw l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Minħabba li dawn ir-restrizzjonijiet huma r-responsabbiltà tal-uffiċċju tal-Prim Ministru (eż. konsultazzjonijiet mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-kuntest ta’ governanza tajba, kontroll tal-fondazzjonijiet) u tal-Ministeru tal-Intern (eż. liġijiet kontra t-terroriżmu, kontroll tal-assoċjazzjonijiet, infurzar tal-liġijiet), il-kundizzjonijiet tal-proġetti kien imisshom inkludew ukoll dawn il-ministeri. Barra minn hekk, minħabba l-ambjent diffiċli li fih joperaw l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (ara l-Kaxxa 4), huwa probabbli li l-finanzjament tagħhom taħt l-IPA jkompli jkun dipendenti ħafna fuq id-donaturi.
Promozzjoni ta’ impjieg irreġistrat (Proġett Nru 13)
Fil-kuntest tal-ġlieda tat-Turkija kontra l-ekonomija informali estensiva tagħha, l-objettiv tal-proġett kien li jippromwovi l-impjieg irreġistrat billi jsaħħaħ il-gwida u l-kapaċità ta’ spezzjoni tal-Istituzzjoni tas-Sigurtà Soċjali fil-kuntest Tork fejn il-pagi spiss jitħallsu fi flus kontanti. Billi l-Istituzzjoni tas-Sigurtà Soċjali tillimita l-kontrolli tagħha għal każijiet li jiġu attivati minn ilmenti minflok ma twettaq valutazzjoni tar-riskji, il-kapaċità tagħha li tiġġieled b’mod effettiv kontra x-xogħol mhux iddikjarat hija limitata48. Minkejja dan, ma żdiditx il-kundizzjoni li l-mudell ta’ spezzjoni bbażat fuq l-ilmenti jinbidel għal wieħed ibbażat fuq ir-riskji.
Minkejja d-dewmien fl-implimentazzjoni, il-proġetti tal-IPA wasslu l-outputs intenzjonati, iżda s-sostenibbiltà tagħhom hija kompromessa minħabba n-nuqqas ta’ rieda politika
35Mill-2007 'l quddiem, l-IPA kien l-uniku strument ta' finanzjament mill-UE li ġie stabbilit biex jassisti lit-Turkija fl-allinjament tagħha mal-acquis u biex isaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tagħha. Aħna eżaminajna l-effettività tal-implimentazzjoni tal-IPA fis-setturi prijoritarji tal-istat tad-dritt, il-governanza u r-riżorsi umani, u rajna jekk il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Torok:
- kinux wasslu l-outputs intenzjonati tal-proġetti u kinux immonitorjaw ir-riżultati;
- kinux wasslu dawn l-outputs mingħajr dewmien jew kinux immitigaw id-dewmien; u
- kinux ipproduċew riżultati sostenibbli.
Aħna eżaminajna 15-il proġett tal-IPA I, li kollha kienu mmaniġġjati taħt ġestjoni indiretta u kellhom organizzazzjonijiet pubbliċi Torok bħala l-benefiċjarji finali tagħhom49. Mill-kampjun tagħna, 14-il proġett kienu ġew implimentati sal-punt fejn kien possibbli li nevalwaw ir-riżultati miksuba50.
B’mod ġenerali, l-IPA wassal l-outputs intenzjonati, iżda dawn spiss iddewmu
37Xogħolna kien ibbażat fuq l-analiżi li wettaqna tal-indikaturi ta’ monitoraġġ, rapporti tal-kuntratturi, rapporti dwar iż-żjarat ta’ monitoraġġ li saru mid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea f’Ankara u mill-awtoritajiet Torok, minuti tal-kumitati ta' tmexxija jew ta’ korpi ekwivalenti oħra li jimmaniġġjaw il-proġetti, rapporti dwar il-MOR51, żjarat fuq il-post52, u intervisti mal-Kummissjoni u mal-benefiċjarji tal-proġetti53.
38B’mod ġenerali, aħna sibna li fi 13 minn dawn l-14-il proġett tal-IPA I, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Torok kienu wasslu l-outputs tal-proġetti previsti fil-kuntratti. B’hekk, dawn il-proġetti rrinfurzaw il-kapaċità amministrattiva tal-pajjiż fis-setturi rilevanti. Madankollu, 8 mill-14-il proġett li kienu għaddejjin iddewmu (ara l-Anness IV).
39Filwaqt li l-Kummissjoni u l-awtoritajiet Torok kienu mmonitorjaw l-outputs tal-proġetti, l-analiżi li wettaqna tad-dokumentazzjoni dwar il-monitoraġġ li kienet disponibbli, identifikat in-nuqqasijiet li ġejjin fil-monitoraġġ tal-prestazzjoni:
- Il-qafas tal-MOR, kif applikat għat-Turkija, ma kien jinkludi la kuntratti ta’ provvista, u lanqas kuntratti fis-settur tar-riżorsi umani54;
- F’6 mill-15-il proġett tal-IPA I li ġew awditjati, l-indikaturi tar-riżultati ma kinux dejjem ċari jew affidabbli. Barra minn hekk, il-valuri bażi ta’ dawn l-indikaturi kienu spiss neqsin, u b’hekk ir-riżultati ma setgħux jitkejlu bi tqabbil mas-sitwazzjoni inizjali55. Il-Kaxxa 7 turi eżempju ta’ proġett ta’ dan it-tip.
Kaxxa 7
Promozzjoni tal-inklużjoni soċjali f’żoni b’popolazzjoni għolja tar-Rom (il-Proġett Nru 15): Eżempju ta’ monitoraġġ dgħajjef tal-prestazzjoni
Fl-2016 u l-2017, il-Ministeru tal-Familja u l-Politiki Soċjali tat-Turkija implimenta dan il-proġett ta’ EUR 8.4 miljun fil-pajjiż kollu. Il-proġett kien jikkonsisti f’assistenza teknika, l-istabbiliment ta’ unitajiet ta’ koordinazzjoni soċjali, u l-provvediment ta’ tagħmir għall-uffiċċji u tal-IT, strumenti mużikali, tagħmir sportiv, kartolerija, ġugarelli tat-tfal u kontejners (ara l-Istampa 1).
Il-parteċipazzjoni tar-Rom hija mistennija li tiġi rrappurtata permezz ta’ 21 indikatur. Madankollu, fin-nuqqas ta’ statistika affidabbli dwar ċittadini Torok ta’ oriġini Rom, l-ebda wieħed mill-indikaturi ma huwa speċifiku għal dan is-segment tal-popolazzjoni. Filwaqt li xi wħud minn dawn l-indikaturi huma rilevanti, bħal “ir-rata ta’ assenteiżmu naqset bi 30 % fl-iskejjel primarji pilota” jew “ir-rata ta’ attendenza fl-iskejjel preprimarji żdiedet b’10 % fid-distretti fil-mira”, indikaturi oħra huma vagi, bħal “il-mudell ta’ koordinazzjoni tas-servizzi soċjali għandu jiġi żviluppat”, “tħejja ktieb ta’ gwida modulari dwar l-inklużjoni soċjali li qed jintuża b’mod attiv” u “1 200 membru tal-persunal tal-NGOs li jaħdmu fil-provinċji fil-mira żiedu l-għarfien tagħhom dwar titjib fil-forniment ta’ servizzi lill-grupp fil-mira billi pparteċipaw f’taħriġ u seminars.” Barra minn hekk, meta nbeda proġett, erba’ indikaturi tal-prestazzjoni biss kellhom valuri bażi previsti u l-ebda wieħed minn dawn il-valuri bażi ma kien disponibbli.
Stampa 1
L-iskola Cevatpașa f’Bayrampașa, Istanbul, żviluppat l-offerta edukattiva tagħha għat-tfal Rom f’kontejner fiż-żona tal-logħob tagħha (Proġett Nru 15)

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
Proġetti tal-IPA għar-riżorsi umani
40Sabiex it-Turkija tkun allinjata mal-Kapitolu 19 – Politika soċjali u impjiegi, l-IPA appoġġa proġetti relatati mal-edukazzjoni, l-impjieg u l-inklużjoni soċjali. Dawn, bħalma kien il-każ għall-Istituzzjoni tas-Sigurtà Soċjali fil-ġlieda tagħha kontra x-xogħol mhux irreġistrat (ara l-Proġett Nru 13, il-Kaxxa 6), kienu mmirati għall-bini tal-kapaċità, jew biex b’hekk jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ gruppi fil-mira speċifiċi fi ħdan il-popolazzjoni Torka (ara l-Proġetti Nru 11, Nru 12, Nru 14 u Nru 15). Fil-każ ta’ dawn il-proġetti tal-aħħar, il-gruppi fil-mira ngħataw l-opportunità li jużaw tagħmir għat-tagħlim (eż. kurrikuli, tagħmir tal-IT), kif ukoll li jirċievu konsulenza u taħriġ:
- Nisa li jiddependu fuq xogħol mhux irreġistrat fir-reġjun ta’ Trabzon fejn jiġi kkultivat il-ġellewż (Proġett Nru 11);
- Intraprendituri żgħażagħ u negozji żgħar fir-reġjun tal-kapitali ta’ Ankara (Proġetti Nru 12 u Nru 14); u
- Tfal Rom fil-pajjiż kollu (Proġett Nru 15, ara l-Kaxxa 7).
Il-ħames proġetti li ġew awditjati kienu tlestew għalkollox, għalkemm tlieta minnhom iddewmu b’aktar minn xahrejn (il-Proġetti Nru 11, Nru 13 u Nru 1556). Filwaqt li dan id-dewmien ma kellux impatt fuq ir-riżultati tal-proġetti, kien sintomatiku tad-dgħufija fil-kapaċità amministrattiva tal-Ministeru tax-Xogħol u tas-Sigurtà Soċjali Tork li minħabba f’dan ma rnexxilux jimplimenta l-proġetti tal-IPA fil-ħin (ara l-paragrafu 46).
Proġetti tal-IPA għall-governanza tajba
42F’dan is-settur, l-IPA iffinanzja għadd limitat ta’ proġetti li tfasslu apposta, u li għalihom l-awtoritajiet Torok kienu lesti jużaw fondi taħt l-IPA sabiex it-Turkija tkun allinjata mal-acquis57 u tkun tista’ ssaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tagħha. Il-proġetti li ġew awditjati kellhom l-għan jew li jsaħħu l-kooperazzjoni bejn is-settur pubbliku u s-soċjetà ċivili (ara l-Proġett Nru 8, il-Kaxxa 6), jew li jgħinu fil-bini tal-kapaċità tal-istituzzjonijiet pubbliċi bħal:
- In-NAO, għas-superviżjoni tal-ġestjoni tal-IPA fit-Turkija (Proġett Nru 6);
- L-Amministrazzjoni Fiskali, għall-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa permezz ta’ pagi mhux iddikjarati (il-Proġett Nru 7, li kien għadu ma ġiex implimentat fiż-żmien meta sar l-awditu);
- Il-Ministeru tal-Intern għat-tisħiħ tal-ippjanar lokali (Proġett Nru 9); u
- L-Amministrazzjoni Doganali Torka (Proġett Nru 10, ara l-Kaxxa 8).
Il-proġetti Nru 6, Nru 9 u Nru 10 li ġew implimentati fis-settur tal-governanza twettqu fil-ħin. Dawn il-proġetti kkontribwew għal governanza tajba tal-finanzi pubbliċi (ĠFP) tat-Turkija u għar-riformi fl-amministrazzjoni tagħha. Madankollu, fil-każ tal-Proġett Nru 8 (ara l-Kaxxa 6), l-impatt tad-dewmien ġie mmitigat biss bl-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni ta’ modifika fit-tfassil tal-proġett u ta’ estensjoni ta’ 18-il xahar, u dan huwa sintomu tal-kapaċità amministrattiva dgħajfa tal-MEUA biex jimplimenta l-proġetti tal-IPA fil-ħin (ara l-paragrafu 46).
Kaxxa 8
“Modernizzazzjoni tal-Amministrazzjoni Doganali Torka” (Proġett Nru 10)
Dan il-proġett, li huwa l-aktar wieħed reċenti f’sensiela ta’ seba’ proġetti doganali tal-UE fit-Turkija u li għandu valur ta’ EUR 7 miljun, effettivament inbeda fl-2015 u huwa mistenni li jkun ikkompletat kompletament sa Frar 2018. L-iskop tiegħu huwa li jgħin biex tiżdied il-kapaċità amministrattiva, teknika u ta’ sorveljanza tal-Amministrazzjoni Doganali Torka f’konformità mal-Kapitolu 29 (Unjoni Doganali). Għal dan il-għan, il-proġett kien jinkludi t-tħejjija għall-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali Torka, il-bini tal-kapaċità fl-infurzar transkonfinali tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, it-titjib tal-istandards ta’ kwalità fil-Laboratorji doganali, ristrutturar organizzattiv tal-amministrazzjoni, u l-provvista ta’ sistemi mobbli ta’ spezzjoni fil-fruntieri internazzjonali tat-Turkija (ara l-Istampa 2).
Fiż-żmien meta sar l-awditu, komponent wieħed kien jinsab għaddej (u miexi tajjeb) u l-ħames komponenti l-oħra kienu twettqu fil-ħin u tkejlu mill-indikaturi rilevanti tal-output. Pereżempju, fil-każ ta’ “riformulazzjoni tal-leġiżlazzjoni sekondarja relatata mal-irkupru, il-ħlas lura u r-remissjoni tad-dazju doganali” u ta’ “analiżi tal-ħtiġijiet rigward l-infurzar doganali tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali”, l-awtoritajiet irrappurtaw li huma kkompletaw u qablu dwar il-valutazzjonijiet tad-diskrepanzi fil-leġiżlazzjoni Torka.
Stampa 2
Vettura mobbli ta’ spezzjoni ffinanzjata taħt l-IPA li qed tintuża fl-ajruport internazzjonali Esenboğa f’Ankara għall-ispezzjoni ta’ bagalji li jaslu mill-istiva ta’ inġenji tal-ajru (Proġett Nru 10)

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
Proġetti tal-IPA għall-istat tad-dritt
44Bil-ħsieb li t-Turkija tkun allinjata mal-acquis58u li tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tagħha f’oqsma magħżula relatati mal-istat tad-dritt, il-ħames proġetti li ġew awditjati kellhom l-għan li jgħinu fil-bini tal-kapaċità l-kapaċità fis-setturi li ġejjin:
- Ġustizzja: L-istabbiliment ta’ netwerk ta’ kelliema ġudizzjarji (Proġett Nru 2, ara l-Kaxxa 9) u l-forniment ta’ għarfien espert u taħriġ lil professjonisti fil-qasam tal-ġustizzja kriminali (Proġett Nru 4);
- Affarijiet interni: It-tneħħija ta’ mini u ż-żieda fil-kapaċità ta’ sorveljanza fil-fruntieri tal-Lvant tat-Turkija (Proġett Nru 1), l-istabbiliment ta’ netwerk ta’ kumitati tas-sorveljanza ċivili (Proġett Nru 3), u l-forniment ta’ tagħmir tal-IT, għarfien espert u taħriġ għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu (Proġett Nru 5).
Kaxxa 9
“Relazzjonijiet imtejba bejn il-midja tal-massa u l-ġudikatura” (Proġett Nru 2)
Dan il-proġett, li ġie implimentat fil-Ministeru tal-Ġustizzja mill-2013 sal-2015, kellu żewġ outputs prinċipali, notevolment li jinħoloq “uffiċċju tal-kelliema ġudizzjarji li jkun adegwat u jiffunzjona” għall-qrati tat-Turkija, kif ukoll “relazzjoni tajba u li tiffunzjona bejn il-ġudikatura u l-midja indipendenti”. Skont ir-rapporti tal-Kummissjoni dwar il-MOR, l-outputs fil-fatt inkisbu, u dan wassal biex il-prestazzjoni kumplessiva tal-proġett titqies bħala “Tajba” (il-punteġġ B), inkluż fir-rigward tas-sostenibbiltà. Il-proġett stabbilixxa b’mod effettiv netwerk ta’ ċentri tal-midja ġudizzjarji, inklużi kelliema ġudizzjarji mħarrġa, f’ħames provinċji pilota u, wara tmiem il-proġett, fil-pajjiż kollu.
Madankollu, billi r-rapporti dwar il-MOR ma ħadux inkunsiderazzjoni l-kundizzjoni kruċjali dwar l-indipendenza tal-midja u, fil-punteġġatura tagħhom, ma qisux id-dawran strutturali tal-persunal fil-Ministeru tal-Ġustizzja u d-dipendenza fuq id-donaturi, aħna tal-fehma li mhuwiex possibbli li dan il-proġett ikun sostenibbli.
Filwaqt li erbgħa mill-ħames proġetti li ġew awditjati twettqu, il-Proġett Nru 1 ma twettaqx kif kien intenzjonat u ma kisibx ir-riżultati mistennija (ara l-Kaxxa 10). Barra minn hekk, erba’ proġetti relatati mal-istat tad-dritt iddewmu b’aktar minn xahrejn (Proġetti Nru 1, Nru 2, Nru 3 u Nru 5)59. F’każ wieħed, dan id-dewmien kellu impatt serju fuq ir-riżultati tal-proġetti (Proġett Nru 1) u wera li l-awtoritajiet Torok ma kinux ippreparati biżżejjed biex jimplimentaw il-proġett. F’każ ieħor (Proġett Nru 5), l-impatt tad-dewmien seta’ jiġi mmitigat bl-awtorizzazzjoni ta’ estensjoni ta’ ħames xhur mill-Kummissjoni. B’mod ġenerali, dan id-dewmien kien sintomatiku tal-kapaċità amministrattiva dgħajfa tal-Ministeru tal-Intern u tal-Ministeru tal-Ġustizzja biex jimplimentaw il-proġetti tal-IPA fil-ħin (ara l-paragrafu 46).
Kaxxa 10
Proġett tat-tneħħija tal-mini fil-fruntieri tal-Lvant tat-Turkija (Proġett Nru°1)
F’Diċembru 2014 ingħata bidu għall-ewwel fażi ta’ dan il-proġett li ġie implimentat mill-Programm ta’ Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti (UNDP) fil-fruntieri tat-Turkija mal-Armenja u mal-Iran. Din il-fażi kienet tikkonsisti f’operazzjoni umanitarja importanti ta’ tneħħija tal-mini, li tant iddewmet li, sa Marzu 2017, kienu tneħħew mini minn inqas minn 15 % tas-superfiċje prevista, u t-tieni fażi tal-proġett li kienet prevista li titwettaq fil-fruntieri mal-Iran u mal-Iraq, u li ddewmet b’21 xahar, ma setgħetx tinbeda. Minkejja li l-ewwel fażi tiegħu ġiet estiża b’7.5 xhur mhux se jkun impossibbli li l-proġett jiġi kkompletat sad-dati ta' skadenza finali tal-programm tal-IPA f’dak li jirrigwarda l-ikkuntrattar u l-pagament, jiġifieri sa tmiem l-2017 u l-2018 rispettivament. Sa Settembru 2017, aktar minn EUR 43 miljun kienu diġà tħallsu.
Il-fallimenti tal-proġett kienu dovuti prinċipalment għan-nuqqas ta’ kapaċità amministrattiva tal-Ministeru għad-Difiża li jipprovdi rekords affidabbli, fil-ħin u kompluti, dwar il-mini, kif ukoll għad-dawran kbir tal-persunal inkarigat mill-proġett. Barra minn hekk, il-Ministeru kkontribwixxa għal aktar dewmien billi dam ma stabbilixxa t-“TURMAC”, l-awtorità Torka għat-tneħħija tal-mini.
Il-programmazzjoni tal-IPA ddewmet b’mod sinifikanti
46Minbarra d-dewmien fl-implimentazzjoni tal-proġetti tal-IPA I, id-dewmien fil-programmazzjoni ta’ dan l-istrument kien sinifikanti u ta’ ħsara minħabba li rriżulta fi tnaqqis tal-finanzjament li kien għadu disponibbli u naqqas iż-żmien li l-ministeri Torok kellhom biex jimplimentaw il-baġit u l-proġetti sussegwenti tal-IPA II.
47Pereżempju, fl-2017, taħt il-Ftehim ta’ Finanzjament tal-IPA li sar fl-2014, l-awtoritajiet Torok kienu għadhom iridu jiffirmaw kuntratti għal aktar minn 93 % (ara t-Tabella 1), li jindika dewmien sinifikanti fl-implimentazzjoni. Dan id-dewmien kien diġà jidher fuq il-bażi tad-daqs tad-diżimpenji relatati maż-żewġ ftehimiet ta’ finanzjament preċedenti, li ammontaw għal aktar minn EUR 110 miljun60.
Ftehim ta' Finanzjament | Finanzjament mill-UE (EUR) |
Ammont diżimpenjat (EUR) |
% tad-diżimpenji | % tal-fondi li jridu jiġu kkuntrattati |
---|---|---|---|---|
2012 | 225,749,161 | 56,437,290 | 25% | Skadut |
2013 | 236,750,014 | 53,979,003 | 23% | Skadut |
2014 | 366,040,000 | Għadu ma ġiex stabbilit | M.A. | 93% |
2015 | 255,100,000 | Għadu ma ġiex stabbilit | M.A. | 92% |
2016 | 477,890,000 | Għadu ma ġiex stabbilit | M.A. | 100% |
Sors: Il-Kummissjoni, Settembru 2017.
48Ir-raġunijiet għal dan id-dewmien huma persistenti u għaldaqstant magħrufin sew mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet Torok61. Fl-2017, it-tliet raġunijiet prinċipali huma kif ġej:
- Skont kemm is-CFCU kif ukoll id-Delegazzjoni tal-UE, il-kapaċità amministrattiva dgħajfa f’xi wħud mill-ministeri fit-tħejjija ta’ proposti għall-proġetti, partikolarment offerti miftuħa, li rriżultat f’dewmien konsiderevoli;
- Id-diffikultajiet li t-Turkija kellha biex tiżgura tranżizzjoni mingħajr xkiel mill-IPA I għall-IPA II, b’mod partikolari meta kienet qed tgħaddi għal approċċ settorjali u b’hekk kienet qed tittratta responsabbiltajiet aktar eżiġenti għall-istrutturi operattivi tal-istituzzjonijiet ewlenin kif jidher fl-Anness VI, bir-riżultat li t-Turkija kellha timmaniġġja proġetti li kienu dejjem aktar kumplessi u numerużi;
- Id-dawran eċċessiv tal-persunal fis-CFCU. Kif jidher fil-Figura 2, id-dawran annwali tal-persunal tas-CFCU mill-2002 'il quddiem ħafna drabi kien ’il fuq minn 20 %.
Figura 2
L-għadd u d-dawran tal-persunal tas-CFCU kull sena minn meta nħolqot
Sors: Analiżi tal-QEA, ibbażat fuq data tas-CFCU (Marzu 2017).
Il-problemi persistenti ta’ persunal fis-CFCU huma ostakolu kritiku fl-implimentazzjoni futura tal-IPA. Id-dawran tal-persunal huwa għoli u r-reklutaġġ frekwenti jfisser li ammont sinifikanti ta’ ħin tax-xogħol irid jiġi ddeikat għall-ikkowċjar u għat-taħriġ ta’ impjegati ġodda.
50Filwaqt li n-NIPAC jikkoordina u jimmonitorja l-programmi kollha tal-IPA bil-ħsieb li jiffaċilita l-implimentazzjoni, in-NAO jakkredita, jimmonitorja u jikkontrolla s-CFCU, kif ukoll l-istrutturi operattivi tal-IPA fit-Turkija62. Għalkemm kien ċar li dawn kienu f’pożizzjoni li jaġixxu, la n-NIPAC u lanqas in-NAO ma ħadu responsabbiltà f’waqtha għad-dewmien ġenerali fil-programmazzjoni tal-IPA. Għalhekk, il-problemi relatati mal-persunal baqgħu jippersistu. Dawn id-diffikultajiet fl-indirizzar tad-dawran eċċessiv tal-persunal tas-CFCU b’mod effettiv se jkomplu jikkontribwixxu għal dewmien fis-sottomissjoni ta’ offerti u fl-iffirmar ta’ kuntratti għal proġetti.
51Kien biss fit-tieni nofs tal-2016 li t-Teżor beda jwettaq analiżijiet dettaljati tal-ammont ta’ xogħol, kif ukoll strateġiji għar-reklutaġġ u ż-żamma tal-persunal għal kull waħda mill-istrutturi operattivi tal-IPA, bil-ħsieb li jnaqqas id-dewmien li akkumula63. Għaldaqstant, għadu kmieni wisq biex ir-riżultati ta’ dawn il-miżuri jiġu evalwati.
Is-sostenibbiltà tal-proġetti hija kompromessa minħabba n-nuqqas ta’ rieda politika
52Sabiex l-IPA jkun jista’ jissodisfa l-obettivi tiegħu ta’ tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tat-Turkija u l-allinjament tal-pajjiż mal-acquis, jeħtieġ li l-kontributi pożittivi tal-proġetti tal-IPA, kif deskritti fil-paragrafi 40 sa 44 (eż. bini tal-kapaċità, disseminazzjoni ta’ prattika tajba tal-UE), jitkomplew matul iż-żmien. Pereżempju, dan huwa l-każ meta riformi leġiżlattivi jew amministrattivi jiġu stabbiliti u jinżammu, meta kodiċijiet ta’ kondotta, gwidi u manwali jibqgħu jintużaw u meta l-persunal imħarreġ jibqa’ jaħdem fil-qasam li għalih ikun tħarreġ.
53Aħna eżaminajna s-sostenibbiltà tal-kampjun tagħna ta’ 15-il proġett permezz ta’ analiżi approfondita tad-dokumentazzjoni relatata mal-proġetti, żjarat fuq il-post u intervisti mal-partijiet interessati tal-proġetti. Fost l-14-il proġett fil-kampjun li kienu ġew implimentati, aħna sibna li f’6 każijjiet il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Torok kien irnexxielhom jikkonvertu l-outputs tal-proġetti f’riżultati li x’aktarx huma sostenibbli: proġett wieħed relatat mal-istat tad-dritt, tlieta relatati mal-governanza u tnejn relatati mar-riżorsi umani64.
54Il-Kaxxa 11 tagħti eżempju ta’ proġett relatat mal-governanza li ġie awditjat u tispjega għalfejn x’aktarx li dan huwa sostenibbli.
Kaxxa 11
Huwa probabbli li l-proġett “Kapaċità ta’ ppjanar ta’ investimenti lokali” (Proġett Nru 9) ikun sostenibbli
Fl-2015 u fl-2016, dan il-proġett pilota b’valur ta’ EUR 2 miljun irriżulta f’titjib tal-kapaċità tal’ ppjanar u koordinazzjoni ta’ investimenti tal-amministrazzjoni pubblika provinċjali Torka permezz tat-tisħiħ tal-kapaċità tagħha li tanalizza u tippromwovi proposti għal investimenti lokali. Il-proġett notevolment irriżulta fit-titħejja ta’ gwida għall-ippjanar ta’ investimenti lokali u fit-tħarriġ ta’ 231 espert fl-ippjanar provinċjali.
Il-probabbiltà li l-proġett ikun sostenibbli hija għolja: Fiż-żmien meta saret iż-żjara tal-awditjar (Marzu 2017), il-gwida għall-ippjanar ta’investimenti lokali kienet għadha qed tintuża u l-biċċa l-kbira mill-esperti fl-ippjanar provinċjali kienu għadhom qed jaħdmu fl-istess qasam. Skont stħarriġ li sar minn konsulent indipendenti, il-maġġoranza kbira tal-wiġġieba (85.5 %) kienu tal-opinjoni li l-esperjenza tagħhom tista’ tiġi rreplikata fit-Turkija kollha. Fattur ewlieni għas-sostenibbiltà tal-proġett kien li huwa bbenefika minn rieda politika f’livell għoli, billi l-Ministru tal-Intern kien espliċitament ħeġġeġ l-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett.
Madankollu, għal tmien proġetti mit-13 l-oħra li ġew implimentati, aħna sibna li l-outputs tal-proġetti kienu kompromessi jew li x’aktarx mhumiex sostenibbli65. Ir-raġunijiet huma ppreżentati fil-qosor fit-Tabella 2.
Nru tal-proġett | Nuqqas ta' rieda politika | Rata għolja ta’ dawran tal-persunal | Kapaċità amministrattiva dgħajfa | L-ebda kundizzjonalità jew kundizzjonalità insuffiċjenti |
---|---|---|---|---|
1 | ✗ | ✗ | ✗ | − |
2 | ✗ | ✗ | − | − |
3 | ✗ | ✗ | ✗ | − |
4 | ✗ | ✗ | − | ✗ |
8 | ✗ | − | ✗ | ✗ |
11 | − | − | ✗ | − |
13 | ✗ | − | − | ✗ |
15 | ✗ | ✗ | − | − |
Sors: Il-QEA, Settembru 2017.
56Aħna sibna li s-sostenibbiltà ta’ dawn it-tmien proġetti tal-IPA I kienet kompromessa prinċipalment minħabba n-nuqqas ta’ rieda politika, li kien aggravat fil-kuntest tar-rigress tar-riformi fit-Turkija (eż. is-sensji u s-sospensjonijiet estensivi ta’ uffiċjali pubbliċi, u r-restrizzjonijiet fuq is-soċjetà ċivili). Eżempju ta’ proġett ta’ dan it-tip jingħata fil-Kaxxa 12 u fl-Istampa 3.
Kaxxa 12
“Titjib tas-sorveljanza ċivili” (Proġett Nru 3)
L-objettiv ta’ dan il-proġett relatat mal-istat tad-dritt kien li jitħejjew bidliet leġiżlattivi, kif ukoll bidliet organizzattivi (kummissjonijiet tas-sigurtà lokali), u li jiġi pprovdut materjal ta’ taħriġ imfassal apposta (ara l-Istampa 3). Il-UNDP implimenta dan il-proġett, b’valur ta’ EUR 3.5 miljun, f’isem il-Ministeru tal-Intern. Il-Ministeru kellu bżonn estensjoni ta’ tmien xhur biex jikkompleta l-proġett prinċipalment minħabba dgħufijiet fil-kapaċità amministrattiva tiegħu, bħan-nuqqas ta’ fehim ċar tal-kunċett ta’ sorveljanza ċivili, il-livell baxx ta’ parteċipazzjoni mill-Ġendarmerija, id-dawran ta’ persunal f’inkarigi ċentrali u l-bidliet amministrattivi. Mhuwiex probabbli li l-proġett ikun sostenibbli għal żewġ raġunijiet prinċipali.
Il-kummissjonijiet tas-sigurtà lokali huma kruċjali għal dan il-proġett u jkunu jeħtieġu l-involviment tas-soċjetà ċivili biex isir titjib fil-kontroll ċivili fuq il-forzi tas-sigurtà interna (pulizija, gwardji tal-kosta u Ġendarmerija). Madankollu, il-fatt li reċentement, il-forzi tas-sigurtà interna tat-Turkija għamlu użu minn setgħat diskrezzjonali temporanji mingħajr sorveljanza ċivili adegwata66 fil-verità dgħajjef is-sorveljanza ċivili ta’ dawn il-forzi.
Filwaqt li l-iskop tiegħu ġie indirizzat minn żewġ proġetti suċċessivi tal-IPA (l-ewwel wieħed fl-2008-2010, u dan il-proġett fl-012-2015), skont ir-rapport finali tal-proġett, huwa kruċjali li jiġu pprovduti aktar riżorsi biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà. Billi huwa ppjanat li ssir it-tielet fażi taħt l-IPA II (IPA 2014), jidher li l-proġett huwa dipendenti ħafna fuq id-donaturi.
Barra minn hekk, it-tnaqqis fil-finanzjament li għadu disponibbli u fiż-żmien li l-ministeri Torok għandhom biex jimplimentaw il-proġetti tal-IPA (ara l-paragrafi 46 u 47) se jnaqqas il-kapaċità tagħhom li jqiegħdu f’sekwenza l-kuntratti sussegwenti relatati mal-istess proġett jew li jissodisfaw il-ħtiġijiet li għadhom ma ġewx indirizzati mill-IPA jew mit-Turkija. Għaldaqstant, id-dewmien fil-programmazzjoni li qed tesperjenza t-Turkija jaffettwa wkoll b’mod dirett is-sostenibbiltà kumplessiva tal-proġetti tal-IPA.
Stampa 3
Kopji tal-istudji tal-esperti, iffinanzjati taħt l-IPA, li tħejjew għall-Ministeru tal-Intern sabiex isir titjib fis-sorveljanza ċivili tal-forzi tas-sigurtà interna tat-Turkija.

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
58Aħna kkonkludejna li l-Kummissjoni kienet iddefiniet b’mod xieraq l-objettivi tal-IPA, b’mod partikolari minħabba li hija identifikat tajjeb ir-rekwiżiti meħtieġa biex isir progress lejn l-adeżjoni mal-UE u kienet wettqet valutazzjonijiet konklużivi tal-approċċ settorjali. Madankollu, fil-prattika, il-fondi li ntnefqu taħt l-IPA ma indirizzawx biżżejjed xi ħtiġijiet fundamentali fis-setturi tal-istat tad-dritt u tal-governanza, fejn xi riformi kritiċi għadhom ma seħħewx. F’oqsma fejn kien hemm aktar rieda politika, bħad-dwana, l-impjieg u t-tassazzjoni, il-proġetti tal-IPA I ikkontribwew għall-allinjament tat-Turkija mal-acquis u għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tagħha. Madankollu, is-sostenibbiltà ta’ dawn ir-riżultati hija kompromessa minħabba d-diffikultajiet fl-infiq tal-fondi disponibbli taħt l-IPA u r-rigress tar-riformi. Għalhekk, aħna nqisu li l-effettività tal-IPA kienet biss limitata.
59Fir-rigward tat-tfassil tal-IPA, aħna sibna li l-Kummissjoni ssettjat l-objettivi tal-IPA b’mod adegwat billi dawn kienu speċifiċi u konsistenti mal-qafas legali. B’mod aktar konkret, l-objettivi tal-IPA għall-istat tad-dritt, il-governanza u r-riżorsi umani kienu rilevanti u bbażati fuq il-ħtiġijiet li t-Turkija kienet identifikat sabiex tallinja lilha nfisha mal-acquis u ssaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tagħha (il-paragrafi 19 sa 20).
60Madankollu, fir-realtà, il-fondi li ntnefqu taħt l-objettivi tal-IPA I bilkemm indirizzaw xi wħud mill-ħtiġijiet fundamentali: l-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġustizzja, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-livelli għolja u l-kriminalità organizzata, il-libertà tal-istampa, il-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess u r-rinfurzar tal-awditjar estern u tas-soċjetà ċivili. Skont l-analiżi li l-Kummissjoni stess wettqet, il-progress li sar f’dawn l-oqsma ma kienx sodisfaċenti għal bosta snin, peress li hemm nuqqas ta’ rieda politika min-naħa tal-awtoritajiet Torok (il-paragrafi 21 sa 26).
Rakkomandazzjoni 1 – Immirar aħjar tal-fondi taħt l-IPA taħt l-objettivi ssettjati
Mill-implimentazzjoni tal-programm tal-IPA 2018 'il quddiem, jenħtieġ li l-Kummissjoni timmira aħjar il-fondi taħt l-IPA f’oqsma fejn ir-riformi meħtieġa biex isir progress kredibbli lejn l-adeżjoni mal-UE għadhom ma seħħewx, b’mod partikolari l-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġustizzja, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-livelli għolja u l-kriminalità organizzata, ir-rinfurzar tal-libertà tal-istampa, il-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess u t-tisħiħ tal-awditjar estern u tas-soċjetà ċivili.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: Mill-implimentazzjoni tal-programm tal-IPA 2018 'il quddiem.
61Il-Kummissjoni ddeċidiet li timplimenta l-IPA II permezz tal-approċċ settorjali, jiġifieri li l-IPA jkun jappoġġa riformi fis-setturi kollha minflok proġetti awtonomi. Qabel ma applikat dan l-approċċ il-ġdid, il-Kummissjoni vvalutat kemm is-setturi kienu lesti li jassorbu l-finanzjament taħt l-IPA II. Dawn il-valutazzjonijiet settorjali pprevedew analiżi rilevanti u konklużiva li ppermettiet li jiġi identifikat fejn l-IPA II seta’ jiġi implimentat bl-użu tal-approċċ settorjali. Madankollu, il-valutazzjonijiet mhux dejjem kienu komprensivi, notevolment fil-każ ta’ tlieta mill-ħames kriterji ta’ valutazzjoni użati: il-koordinazzjoni tad-donaturi fit-Turkija, l-analiżi baġitarja settorjali u l-qafas ta’ valutazzjoni tal-prestazzjoni tagħha (il-paragrafi 27 sa 29).
Rakkomandazzjoni 2 – Titjib fil-valutazzjonijiet tal-approċċ settorjali
Fl-aġġornament li se twettaq tal-valutazzjonijiet tal-approċċ settorjali, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkopri b’mod komprensiv il-karatterstiċi ewlenin kollha tal-koordinazzjoni tad-donaturi fit-Turkija, tal-analiżi baġitarja settorjali u, b’mod partikolari, tal-qafas ta’ valutazzjoni tal-prestazzjoni tagħha.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: Il-31 ta’ Marzu 2019.
62Minbarra l-finanzjament mill-UE, il-kundizzjonalità tal-IPA tista’ tikkontribwixxi biex tistimula l-proċess ta’ riforma. Minkejja l-progress insodisfaċenti kontinwat li ġie enfasizzat fir-Rapporti tagħha dwar it-Turkija, aħna sibna li l-Kummissjoni ftit li xejn kienet għamlet użu mill-kundizzjonalità tal-IPA biex tappoġġa r-riformi fis-setturi prijoritarji fejn il-progress ma kienx sodisfaċenti. B’mod partikolari, il-Kummissjoni rarament użat kundizzjonijiet bħall-possibbiltà li tirriċentralizza l-ġestjoni ta’ proġetti tal-IPA jew li tapplika miżuri korrettivi jekk il-kundizzjonijiet tal-proġetti ma jkunux ġew issodisfati. Barra minn hekk, il-possibbiltà li twaqqaf il-finanzjament taħt l-IPA I f’każ li l-prinċipji tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt ma jiġux rispettati ma kinitx riflessa b’mod espliċitu fir-regolamenti dwar l-IPA II (il-paragrafi 30 sa 34).
63Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-IPA, il-proġetti li ġew awditjati ġeneralment wasslu l-outputs intenzjonati, li kkontribwew għall-allinjament tat-Turkija mal-acquis u għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tagħha, anke jekk dawn spiss iddewmu. Aħna sibna li s-sostenibbiltà ta’ dawn ir-riżultati pożittivi hija kompromessa, prinċipalment minħabba n-nuqqas ta’ rieda politika, li kien aggravat mis-sensji estensivi li seħħew, mis-sospensjonijiet tal-uffiċjali pubbliċi u mir-restrizzjonijiet fuq is-soċjetà ċivili (il-paragrafi 35 sa 38, 40 sa 45 u 52 sa 57).
Rakkomandazzjoni 3 – Użu akbar tal-kundizzjonalità
Fid-dawl tal-impatt li r-rigress tar-riformi diġà qed ikollu fuq is-sostenibbiltà tal-proġetti fit-Turkija, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel użu akbar mill-kundizzjonalità fil-livell politiku u f’dak tal-proġetti billi:
- Tagħmel proposti lill-Kumitat tal-IPA II biex jaġġusta l-allokazzjonijiet totali taħt l-IPA II għas-sena “N”, inklużi ridirezzjoni jew tnaqqis tal-fondi taħt l-IPA II sabiex jiġu indirizzati l-każijiet ta’ rigress fis-setturi tal-istat tad-dritt u tal-governanza identifikati fir-Rapport Annwali tagħha dwar it-Turkija fis-sena “N-1”;
- Tiddeċiedi, sa tmiem l-2017 u l-2020, jekk tagħtix il-premju tal-prestazzjoni lit-Turkija. Din id-deċiżjoni tkun trid tirrifletti l-progress li jkun sar lejn it-tkabbir, l-implimentazzjoni effiċjenti tal-IPA u l-ksib ta’ riżultati tajbin;
- Tagħmel progressivament aktar użu mill-modalità ta’ ġestjoni diretta biex tindirizza l-ħtiġijiet fundamentali fejn ikun hemm nuqqas ta’ rieda politika, b’mod partikolari, għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-livelli għolja u l-kriminalità organizzata, ir-rinfurzar tal-libertà tal-istampa, il-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess u t-tisħiħ tas-soċjetà ċivili.
- Għal proġetti ġodda u meta jkun applikabbli, tissettja kundizzjonijiet fil-forma ta’ rekwiżiti minimi biex tappoġġa t-twassil f’waqtu tal-outputs mistennija u tas-sostenibbiltà. Meta dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfati, ikunu jridu jittieħdu miżuri korrettivi (eż. sospensjoni ta’ pagamenti, kanċellazzjonijiet ta’ proġetti).
Data mmirata għall-implimentazzjoni: (a) mill-31 ta’ Diċembru 2018 'il quddiem; (b): il-31 ta’ Diċembru 2018 u l-31 ta’ Diċembru 2020; (c) u (d): il-31 ta’ Diċembru 2018.
64Kien hemm nuqqasijiet fil-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-proġetti, pereżempju l-fatt li ċerti proġetti ma kinux magħżula fil-qafas tal-MOR tal-Kummissjoni, u ċerti indikaturi xi drabi ma kinux rilevanti jew affidabbli, jew ma kinux akkumpanjati minn linja bażi rilevanti (il-paragrafu 39).
Rakkomandazzjoni 4 – Titjib fil-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-proġetti
Jenħtieġ li l-Kummissjoni twessa’ l-kopertura tar-rapporti tagħha dwar il-MOR li jikkonċernaw operazzjonijiet iffinanzjati mill-UE fit-Turkija u ttejjeb ir-rilevanza u l-affidabbiltà tal-indikaturi tagħha relatati mal-proġetti billi tinkludi d-disponibbiltà tad-data ta’ referenza, meta jkun applikabbli.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: Mill-2018 'il quddiem.
65Sors ieħor ta’ tħassib huwa li minħabba dewmien ġenerali fil-programmazzjoni u l-implimentazzjoni, l-IPA ddewwem b’mod sinifikanti. Dan wassal għal tnaqqis fil-finanzjament u fiż-żmien li l-awtoritajiet Torok kellhom biex jimplimentaw il-baġit u l-proġetti sussegwenti tal-IPA II, u se jkompli jikkontribwixxi għal dewmien fis-sejħiet għall-offerti u l-ikkuntrattar tal-proġetti. Ir-raġunijiet għal dan id-dewmien kienu magħrufa: kapaċità amministrattiva dgħajfa f’xi ministeri f’dak li jirrigwarda t-tħejjija ta’ proposti għall-proġetti, it-tranżizzjoni għall-approċċ settorjali u dawran eċċessiv tal-persunal fis-CFCU, li jimmaniġġja l-biċċa l-kbira mill-fondi taħt l-IPA li jintnefqu fit-Turkija (il-paragrafi 46 sa 51).
Rakkomandazzjoni 5 – Tnaqqis fid-dewmien bl-applikazzjoni selettiva ta’ ġestjoni indiretta
Taħt l-IPA II, jenħtieġ li l-Kummissjoni tapplika ġestjoni indiretta b'mod selettiv, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni l-volum tal-fondi involuti, il-kumplessità tal-proġetti li jkunu jridu jitħejjew u li għalihom tkun trid issir sejħa għall-offerti mill-awtoritajiet Torok, u l-kapaċità tas-CFCU.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: Progressivament, filwaqt li tinbeda immedjatament.
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla III, immexxija mis-Sur Karel PINXTEN, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu, fil-laqgħa tagħha tas-6 ta’ Frar 2018.
Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE
President
Annessi
Anness I
Avvenimenti ewlenin li seħħew fir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija
1950 | 13 ta’ April – It-Turkija ssir membru tal-Kunsill tal-Ewropa |
1954 | 18 ta’ Mejju – It-Turkija tirratifika l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem |
1959 | 31 ta’ Lulju – It-Turkija tippreżenta applikazzjoni ta’ assoċjazzjoni mal-Komunità Ekonomika Ewropea |
1963 | 12 ta’ Settembru – It-Turkija tiffirma l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Komunità Ekonomika Ewropea, li jagħtiha aċċess għall-programmi komunitarji (li aktar tard saru l-programmi tal-Unjoni) |
1987 | 14 ta’ April – It-Turkija tapplika għal sħubija mal-Komunità Ekonomika Ewropea |
1995 | 31 ta’ Diċembru – Il-Ftehim tal-Unjoni Doganali bejn l-UE u t-Turkija jidħol fis-seħħ |
1999 | 12 ta’ Diċembru – Il-Kunsill jikkonferma t-Turkija bħala pajjiż kandidat |
2001 | 24 ta’ Marzu – Il-Kunsill jadotta l-ewwel Sħubija għall-Adeżjoni mat-Turkija; l-aħħar waħda tiġi adottata fit-18 ta’ Frar 2008 |
2005 | 3 ta’ Ottubru – In-negozjati għall-adeżjoni tat-Turkija jibdew formalment |
2006 | 12 ta’ Ġunju – Jinfetaħ l-ewwel kapitolu għan-negozjati mat-Turkija (25 - Xjenza u riċerka) |
2010 | Settembru – Il-Parlament Tork jemenda l-Kostituzzjoni biex l-armata jkollha obbligu akbar li twieġeb għall-azzjonijiet tagħha quddiem il-qrati ċivili, u biex jagħti setgħa akbar lil-leġiżlatura li taħtar l-imħallfin. Dawk li ma qablux mar-referendum qiesu din il-miżura bħala waħda li naqqset l-indipendenza tal-armata u tal-ġudikatura. |
2011 | Diċembru – Billi 13-il kapitolu biss kienu nfetħu mill-2006, il-Kunsill japprova l-Aġenda Pożittiva, li kienet intenzjonata li tagħti impetu ġdid lin-negozjati tal-adeżjoni. |
2013 | Mejju – Ħafna ċittadini Torok jiġu arrestati wara l-protesti li jseħħu fil-Park Gezi f’Istanbul fuq suspett li dawn kienu jaappartjenu għal organizzazzjoni terroristika |
17 u 25 ta’ Diċembru – Erba’ ministri, qraba ta’ membri tal-Kabinett u diversi uffiċjali pubbliċi u negozjanti jiġu akkużati b’korruzzjoni ta’ livell għoli; bosta riassenjazzjonijiet u sensji ta’ prosekuturi, imħallfin u uffiċjali tal-pulizija jsegwu | |
2014 | 14 ta’ Diċembru – Wara azzjonijiet miftiehma ta’ infurzar tal-liġi, diversi ġurnalisti u rappreżentanti tal-midja rinomati Torok jinżammu f’dentenzjoni |
2016 | 30 ta’ Ġunju – Jinfetaħ is-16-il kapitolu għan-negozjati (il-Kapitolu 33 - Dispożizzjonijiet Finanzjarji u Baġitarji) |
15 ta’ Lulju - 24 persuna jmutu u 2 196 jindarbu f’tentattiv ta’ kolp ta’ stat militari. It-Turkija takkuża lill-moviment Gülen, li hija tqis li huwa organizzazzjoni terroristika, għat-tentattiv fallut tal-kolp ta’ stat | |
9 u 10 ta’ Diċembru 2016: Il-Kummissjoni ta' Venezja tadotta opinjonijiet li jqajmu tħassib serju dwar l-użu estensiv ta’ digrieti amministrattivi ppromulgati fi stat ta' emerġenza | |
2017 | 10 u 11 ta’ Marzu – Il-Kummissjoni ta’ Venezja tadotta opinjonijiet li jqajmu tħassib serju dwar l-emenda kostituzzjonali biex jiġu ttrasferiti ċerti setgħat lill-President tar-Repubblika, kif ukoll dwar l-użu estensiv ta’ digrieti amministrattivi ppromulgati fi stat ta' emerġenza f’dak li jirrigwarda l-libertà tal-midja |
16 ta’ April – F’referendum dwar il-kostituzzjoni l-ġdida, il-maġġoranza tal-poplu jivvota favur il-bidla minn demokrazija parlamentari għal sistema presidenzjali fil-pajjiż |
Sors: Il-QEA, fuq il-bażi ta’ data tal-Kummissjoni Ewropea.
Anness II
Status tan-negozjati għall-adeżjoni tat-Turkija mal-UE
Kapitolu | Titolu | Status tan-negozjati għall-adeżjoni |
---|---|---|
1 | Moviment liberu tal-merkanzija | Mhux miftuħ |
2 | Libertà tal-moviment għall-ħaddiema | Mhux miftuħ |
3 | Dritt tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi | Mhux miftuħ |
4 | Moviment liberu tal-kapital | Miftuħ |
5 | Akkwist pubbliku | Mhux miftuħ |
6 | Liġi dwar il-kumpaniji | Miftuħ |
7 | Liġi dwar il-proprjetà intellettwali | Miftuħ |
8 | Politika dwar il-kompetizzjoni | Mhux miftuħ |
9 | Servizzi finanzjarji | Mhux miftuħ |
10 | Soċjetà tal-informazzjoni u l-midja | Miftuħ |
11 | Agrikoltura u żvilupp rurali | Mhux miftuħ |
12 | Sigurtà tal-ikel, politika veterinarja u fitosanitarja | Miftuħ |
13 | Sajd | Mhux miftuħ |
14 | Politika dwar it-trasport | Mhux miftuħ |
15 | Enerġija | Mhux miftuħ |
16 | Tassazzjoni | Miftuħ |
17 | Politika ekonomika u monetarja | Miftuħ |
18 | Statistika | Miftuħ |
19 | Politika soċjali u impjiegi | Mhux miftuħ |
20 | Politika industrijali u dwar l-impriżi | Miftuħ |
21 | Netwerks trans-Ewropej | Miftuħ |
22 | Politika reġjonali u koordinazzjoni tal-istrumenti ta’ politika strutturali | Miftuħ |
23 | Drittijiet ġudizzjarji u fundamentali (Ġudikatura u drittijiet fundamentali) | Mhux miftuħ |
24 | Ġustizzja, libertà u sigurtà | Mhux miftuħ |
25 | Xjenza u riċerka | Magħluq |
26 | Edukazzjoni u kultura | Mhux miftuħ |
27 | Ambjent u tibdil fil-klima | Miftuħ |
28 | Saħħa u ħarsien tal-konsumatur | Miftuħ |
29 | Unjoni doganali | Mhux miftuħ |
30 | Relazzjonijiet esterni | Mhux miftuħ |
31 | Politika estera, ta’ sigurtà u ta’ difiża | Mhux miftuħ |
32 | Kontroll finanzjarju | Miftuħ |
33 | Dispożizzjonijiet finanzjarji u baġitarji | Miftuħ |
34 | Istituzzjonijiet | Mhux miftuħ |
35 | Kwistjonijiet Oħra | Mhux miftuħ |
Sors: Il-Kummissjoni Ewropea, 2017.
Anness III
Setturi koperti mill-IPA fit-Turkija, bl-allokazzjonijiet, il-perċentwali tal-allokazzjoni totali u, għas-setturi prijoritarji magħżula, l-ammonti kkuntrattati
IPA I (2007-2013)
(f’EUR)
Komponenti | Allokazzjoni | % tal-allokazzjonijiet totali | Ammont ikkuntrattat | |
---|---|---|---|---|
Assistenza għat-Tranżizzjoni u l-Bini tal-Istituzzjonijiet (I) | Stat tad-Dritt | 548,702,551 | 11.98% | 452,341,541 |
Governanza | 681,747,546 | 14.88% | 649,386,948 | |
Oħrajn | 388,179,777 | 8.47% | ||
Kooperazzjoni Reġjonali u Transkonfinali (II) | 7,000,000 | 0.15% | ||
Żvilupp Reġjonali (III) | 1,626,891,869 | 35.51% | ||
Żvilupp tar-Riżorsi Umani (IV) | 455,055,077 | 9.93% | 395,641,762 | |
Żvilupp Rurali (V) | 873,890,000 | 19.07% | ||
Total Kumplessiv | 4,581,466,820 | 100% |
IPA II (2014-2020)
(f’EUR)
Setturi | Allokazzjoni | % tal-allokazzjonijiet totali | Ammont ikkuntrattat |
---|---|---|---|
Stat tad-dritt u drittijiet fundamentali | 624,900,000 | 13.91% | 44,793,588 |
Governanza u Demokrazija | 956,500,000 | 21.30% | 170,771,646 |
Enerġija | 93,500,000 | 2.08% | |
Agrikoltura | 912,200,000 | 20.31% | |
Trasport | 442,800,000 | 9.86% | |
Ambjent | 644,600,000 | 14.35% | |
Kompetittività u innovazzjoni | 344,400,000 | 7.67% | |
Edukazzjoni, impjieg u politiki soċjali | 435,000,000 | 9.69% | 0 |
Kooperazzjoni territorjali u reġjonali | 36,995,265 | 0.82% | |
Total Kumplessiv | 4,490,895,265 | 100% |
Nota: Is-setturi magħżula għal dan l-awditu jidhru fuq sfond aħdar.
Sors: Il-Kummissjoni Ewropea, data fit-30.9.2017.
Anness IV
Ħarsa ġenerali lejn il-proġetti tal-IPA I li ġew awditjati
Nru | Proġett | Ammont ikkuntrattat (EUR) | Ammont imħallas (EUR) | % assorbit (imħallas/ikkuntrattat) | Settur | Komponent | Bidu tal-proġett | Tmiem previst | Data estiża | Data reali tat-tmiem | Outputs | Dewmien | Sostenibbiltà | Dewmien (K-I) | Perjodu tal-proġett | % dewmien |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
1 | Żvilupp soċjoekonomiku permezz tat-tneħħija tal-mini u ż-żieda tal-Kapaċità ta’ Sorveljanza fil-Fruntieri tal-Lvant tat-Turkija - Fażi I u II | 65,481,515 | 43,452,609 | 66% | Stat tad-Dritt | Fażi I | 29.05.15 | 29.05.17 | 15.12.17 | 196 | 720 | 27% | ||||
Fażi II | 10.12.15 | 15.03.17 | 31.12.18 | 645 | 455 | 142% | ||||||||||
2 | Relazzjonijiet Imtejba bejn il-Midja tal-Massa u l-Ġudikatura | 1,615,000 | 1,453,500 | 90% | Stat tad-Dritt | 07.05.13 | 15.02.15 | 30.10.15 | 255 | 638 | 40% | |||||
3 | Titjib tas-Sorveljanza Ċivili fit-Turkija - Fażi II | 3,800,000 | 3,433,935 | 90% | Stat tad-Dritt | 27.07.12 | 27.07.14 | 27.03.15 | 240 | 720 | 33% | |||||
4 | Titjib fl-Effiċjenza tas-Sistema tal-Ġustizzja Kriminali fit-Turkija | 3,220,000 | 2,534,872 | 79% | Stat tad-Dritt | 12.03.12 | 12.12.14 | 12.12.14 | 0 | 990 | NA | |||||
5 | Effiċjenza fil-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u Kontra l-Finanzjament tat-Terroriżmu | 2,493,879 | 2,341,879 | 94% | Stat tad-Dritt | Ġemellaġġ | 02.03.15 | 02.03.17 | 01.08.17 | 01.08.17 | 149 | 720 | 21% | |||
Provvista | 16.12.15 | 30.07.16 | 30.07.16 | 0 | 224 | NA | ||||||||||
Total għall-Istat tad-Dritt | 76,610,394 | 53,216,795 | 69% | |||||||||||||
6 | Tisħiħ tal-Kapaċità Istituzzjonali tal-Uffiċċju tan-NAO fit-Turkija biex Iwettaq il-Kompiti tiegħu fl-implimentazzjoni tal-IPA | 220,607 | 192,506 | 87% | Governanza | 21.01.16 | 07.09.16 | 07.09.16 | 0 | 226 | 0% | |||||
7 | Ġlieda kontra l-Ekonomija Informali u Titjib tal-Kapaċità Amministrattiva tal-Amministrazzjoni Fiskali Torka | 2,569,950 | 1,027,980 | 40% | Governanza | 21.03.16 | 21.02.18 | NA | NA | NA | ||||||
NA | NA | NA | ||||||||||||||
8 | Tisħiħ tal-Iżvilupp tas-Soċjetà Ċivili u tal-Kooperazzjoni bejn is-Soċjetà ċivili u s-Settur Pubbliku fit-Turkija (Komponent I) | 3,757,500 | 3,473,908 | 92% | Governanza | 01.06.12 | 26.11.14 | 01.12.15 | 01.12.15 | 365 | 895 | 41% | ||||
9 | Kapaċità ta’ ppjanar ta’ investimenti lokali | 1,714,500 | 1,714,500 | 100% | Governanza | 01.11.14 | 03.11.16 | 03.11.16 | 0 | 722 | 0% | |||||
10 | Modernizzazzjoni tal-Amministrazzjoni Doganali Torka - VIII | 7,083,015 | 4,856,998 | 69% | Governanza | Ġemellaġġ 1 | 21.12.15 | 16.06.16 | 16.06.16 | 0 | 175 | 0% | ||||
Ġemellaġġ 2 | 21.12.15 | 20.09.17 | 20.11.17 | NA | 629 | NA | ||||||||||
Ġemellaġġ 3 | 08.12.15 | 08.06.16 | 08.06.16 | 0 | 180 | 0% | ||||||||||
Servizz 1 | 08.02.16 | 08.02.18 | NA | 720 | NA | |||||||||||
Servizz 2 | 07.03.16 | 06.09.17 | 06.09.17 | 0 | 539 | 0% | ||||||||||
Provvista | 07.09.15 | 17.09.16 | 17.09.16 | 0 | 370 | 0% | ||||||||||
Total tal-Governanza | 15,345,572 | 11,265,892 | 73% | |||||||||||||
11 | Inizjattiva għat-Taħriġ u l-Intraprenditorija fil-qasam tal-Ħwejjeġ | 2,517,049 | 1,482,684 | 59% | Riżorsi umani | Servizz | 20.01.16 | 19.09.17 | 19.09.17 | 0 | 599 | 0% | ||||
Provvista | 31.05.16 | 27.09.16 | 16.01.17 | 109 | 117 | 93% | ||||||||||
12 | Tkabbir u Prosperità tal- Ekosistema Intraprenditorjali f’Ankara biex Jiżdied l-Impjieg taż-Żgħażagħ | 2,086,710 | 1,059,219 | 51% | Riżorsi umani | Servizz | 27.06.16 | 27.10.17 | 27.10.17 | 0 | 480 | 0% | ||||
Provvista | 11.01.16 | 29.03.17 | 15.05.17 | 46 | 438 | 11% | ||||||||||
13 | Promozzjoni ta’ Impjieg Irreġistrat permezz ta’ Gwida u Spezzjoni Aħjar | 4,179,877 | 4,094,551 | 98% | Riżorsi umani | Servizz | 16.09.14 | 15.09.16 | 15.10.16 | 30 | 719 | 4% | ||||
Provvista | 26.03.14 | 26.07.14 | 13.11.14 | 107 | 120 | 89% | ||||||||||
14 | Żvilupp tal-Kapaċitajiet tal-Impjegati u tal-Impjegaturi permezz ta’ Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni | 2,392,321 | 964,321 | 40% | Riżorsi umani | Servizz | 17.12.15 | 17.08.17 | 17.10.17 | 17.10.17 | 60 | 600 | 10% | |||
Provvista | 22.06.16 | 20.10.16 | 15.12.16 | 55 | 118 | 47% | ||||||||||
15 | Promozzjoni tal-inklużjoni soċjali f’żoni b’popolazzjoni għolja tar-Rom | 8,440,644 | 3,912,423 | 46% | Riżorsi umani | Servizz | 09.11.15 | 08.11.17 | 719 | 0% | ||||||
Provvista | 20.10.15 | 01.04.16 | 02.11.16 | 211 | 161 | 131% | ||||||||||
Total tar-Riżorsi umani | 19,616,600 | 11,513,198 | 59% | |||||||||||||
Total Kumplessiv | 111,572,566 | 75,995,885 | 68% |
Sors: Analiżi tal-QEA, ibbażat fuq dati u ċifri tal-Kummissjoni Ewropea fit-30.9.2017.
Outputs | Dewmien | Sostenibbiltà | |
Twasslu | Xahrejn jew inqas | Probabbli | |
Twasslu parzjalment | Aktar minn xahrejn, iżda mmitigat | Kompromessa | |
Ma twasslux | Aktar minn xahrejn, mhux immitigat | Improbabbli | |
L-istadju tal-implimentazzjoni ma ppermettiex li titwettaq valutazzjoni |
Data effettiva tat-tmiem: Tmiem il-kuntratt (data għall-ikkompletar, data ta’ skadenza jew data prevista għall-ikkompletar).
Anness V
Lista ta’ intervisti tal-awditjar li saru fit-Turkija fl-2017
Żjarat | Isem l-entità li saritilha żjara |
---|---|
13 ta’ Marzu | Delegazzjoni tal-UE, Ambaxxatur u diversi unitajiet |
14 ta’ Marzu | Ministeru għall-Affarijiet tal-UE, Ambaxxatur/Koordinatur Nazzjonali tal-IPA u Direttorat tal-Kooperazzjoni Finanzjarja |
14 ta’ Marzu | Qorti tal-Awdituri Torka, President |
15 ta’ Marzu | Ministeru tal-Intern, Dipartiment tal-Affarijiet tal-UE u tar-Relazzjonijiet Barranin |
15 ta’ Marzu | Ministeru tal-Intern (Uffiċċju tal-Ġestjoni tal-Fruntieri, Ċentru Tork tal-Azzjoni Kontra l-Mini), b’delegati mill-Ministeru għad-Difiża |
15 ta’ Marzu | UNDP (uffiċċju tal-proġetti) |
15 ta’ Marzu | Ministeru għall-Affarijiet tal-UE, tim inkarigat mis-soċjetà ċivili |
15 ta’ Marzu | Ministeru tal-Intern, Dipartiment għall-Iżvilupp tal-Istrateġiji |
16 ta’ Marzu | Ministeru tal-Ġustizzja (diversi dipartimenti) |
16 ta’ Marzu | Kunsill tal-Ewropa (uffiċċju tal-proġetti) |
16 ta’ Marzu | Ministeru tal-Finanzi, Amministrazzjoni Fiskali |
16 ta’ Marzu | Bord tal-Kontrolluri tat-Teżor, Awtorità tal-Awditjar tal-IPA |
17 ta’ Marzu | Sottosegretarjat tat-Teżor, Unità Ċentrali tal-Finanzi u l-Kuntratti għall-IPA |
17 ta’ Marzu | Tim ta’ konsulenti prinċipali mill-inizjattiva Appoġġ għal Titjib fil-Governanza u l-Ġestjoni (SIGMA) inkarigat mill-valutazzjoni tat-Turkija |
17 ta’ Marzu | Sottosegretarjat tat-Teżor, Uffiċjal Nazzjonali Awtorizzanti tal-IPA |
20 ta’ Marzu | Bord ta’ Spezzjoni tal-Prim Ministru, Servizz ta' Koordinazzjoni Kontra l-Frodi |
20 ta’ Marzu | Ministeru tad-Dwana u l-Kummerċ, Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet mal-UE u r-Relazzjonijiet esterni u Direttorat Ġenerali għall-Infurzar ta’ Miżuri Doganali |
20 ta’ Marzu | Ministeru tax-Xogħol u tas-Sigurtà Soċjali, Direttorat għall-Assistenza Finanzjarja u l-Assistenza mill-UE |
20 ta’ Marzu | Aġenzija tal-Iżvilupp ta’ Ankara |
21 ta’ Marzu | Bank Dinji |
21 ta’ Marzu | Istituzzjoni tas-Sigurtà Soċjali |
21 ta’ Marzu | Università għat-Teknoloġija, tal-Lvant Nofsani |
21 ta’ Marzu | Ministeru għall-Familja u l-Politiki Soċjali |
21 ta’ Marzu | Ministeru tal-Finanzi (Bord Investigattiv dwar il-Kriminalità Finanzjarja), b’delegati mill-Aġenzija tar-Regolamentazzjoni u s-Superviżjoni Bankarja tat-Turkija |
22 ta’ Marzu | Aġenzija tal-Iżvilupp tal-Baħar l-Iswed tal-Lvant, fi Trabzon |
22 ta’ Marzu | Ċentru ta’ Edukazzjoni Pubblika, f’Giresun |
22 ta’ Marzu | Ministeru tal-Iżvilupp |
22 ta’ Marzu | Delegazzjoni tal-UE |
23 ta’ Marzu | Ċentru tas-Servizzi Soċjali, f’Istanbul |
Sors: Il-QEA. Iż-żjarat kollha saru f’Ankara, ħlief fejn hu indikat mod ieħor.
Anness VI
Ġestjoni indiretta taħt l-IPA I
IPA I
Ġestjoni indiretta taħt l-IPA II
IPA II
Akronimi u abbrevjazzjonijiet
CFCU: Unità Ċentrali tal-Finanzi u l-Kuntratti
ĠFP: Ġestjoni tal-finanzi pubbliċi
IPA: Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni
MEUA: Ministeru għall-Affarijiet tal-UE
MOR: Monitoraġġ orjentat lejn ir-riżultati
NAO: Uffiċjal Nazzjonali Awtorizzanti
NIPAC: Koordinatur Nazzjonali tal-IPA
OSĊ: Organizzazzjoni tas-Soċjetà Ċivili
UNDP: Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti
Noti finali
1 L-Anness I jelenka l-avvenimenti ewlenin li seħħew fir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija.
2 Bit-Tork: “Adalet ve Kalkınma Partisi”.
3 Il-Kumitat tal-IPA II, li huwa ppresedut mill-Kummissjoni, ġie stabbilit bl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II). Huwa ħa f’idejh ir-responsabbiltajiet tal-IPA I “il-Kumitat tal-IPA”, li ġie stabbilit bl-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1085/2006 tas-17 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA).
4 Taħt il-modalità ta’ ġestjoni indiretta, il-kompiti ta' implimentazzjoni tal-baġit jiġu ddelegati u jitwettqu mill-entitajiet fdati mill-Kummissjoni (eż. benefiċjarju tal-IPA II jew entità ddeżinjata minnu, jew organizzazzjonijiet internazzjonali). Ara l-Artikolu 188 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1) (ir-Regolament Finanzjarju). Preċedentement, taħt l-IPA I, il-modalità ta’ ġestjoni baġitarja li kienet ikkonferita lill-awtoritajiet Torok kienet tissejjaħ is-“sistema ta' implimentazzjoni deċentralizzata” jew id-DIS. Għal ħarsa ġenerali grafika ta’ ġestjoni indiretta, ara l-Anness VI.
5 Il-perċentwali huma bbażati fuq id-data tal-Kummissjoni (2017).
6 “Evaluation of Sector approach under IPA II assistance” (Evalwazzjoni tal-Approċċ settorjali taħt l-assistenza mogħtija mill-IPA II), Pjan direzzjonali, id-Direttorat Ġenerali għall-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir, Novembru 2016, u “Mapping of Sector Strategies” (Immappjar tal-Istrateġiji Settorjali), ir-Rapport Finali, it-28 ta’ Frar 2014.
7 Ara r-Rapport Annwali 2016 tal-Kummissjoni dwar it-Turkija, p. 9.
8 Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Novembru 2016 dwar ir-relazzjonijiet UE-Turkija, il-punt 1.
9 Ir-Rapport 2016 tal-Kummissjoni dwar it-Turkija, pp. 18 u 19, u l-artiklu tas-26 ta’ Mejju 2017 “Turkey says purge of judiciary over after sacking 4 000” (https://www.ft.com).
10 L-analiżi li twettqet mill-QEA dwar il-persunal tal-Qorti tal-Awdituri Torka bejn Diċembru 2015 u Diċembru 2016; ir-rapporti dwar l-obbligu ta’ rendikont tal-Qorti tal-Awdituri Torka huma disponibbli bit-Tork fuq www.sayistay.gov.tr. Għar-rapporti għall-istampa, ara l-artiklu (bit-Tork) tal-11 ta’Awwissu 2016 fuq https://www.haberler.com/sayistay-da-feto-operasyonu-8692128-haberi/ u l-artiklu tal-4 ta’ April 2017 “Detention warrants issued for 41 Court of Accounts employees over Gülen links” (https://stockholmcf.org).
11 Ir-Rapport 2016 tal-Kummissjoni dwar it-Turkija, p. 86, u l-artiklu tat-12 ta’ April 2017 “Turkey in turmoil and chaos since purge aimed at dissenters” (arahttps://www.nytimes.com/2017/04/12/world/europe/turkey-erdogan-purge.html?_r=1).
12 Fir-Rapport Speċjali Nru 16/2009, “It-tmexxija tal-Kummissjoni Ewropea tal-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni lit-Turkija”, il-QEA kopriet l-iskema ta’ “Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni tat-Turkija” (predeċessur tal-IPA) u awditjat kampjun ta’ proġetti mill-programmi nazzjonali tal-2002 sal-2004.
13 L-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Frar 2008 dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kundizzjonijiet li jinsabu fis-Sħubija għall-Adeżjoni mar-Repubblika tat-Turkija jinkludi l-prijoritajiet li ġejjin għal perjodu ta’ żmien qasir, bit-tisħiħ tal-“kapaċità amministrattiva” bħala objettiv trażversali: Demokrazija u l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni tal-minoranzi, kif ukoll il-Kapitoli 5-Akkwist pubbliku, 16-Tassazzjoni, 19-Politika soċjali u impjiegi, 23-Ġudikatura u drittijiet fundamentali, 24-Ġustizzja, Libertà u Sigurtà, 29-Unjoni Doganali u 32-Kontroll finanzjarju.
14 L-Anness III jelenka l-allokazzjonijiet kemm għall-IPA I kif ukoll għall-IPA II. L-Anness IV fih il-lista sħiħa ta’ dawn il-proġetti li ġew awditjati.
15 Kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 236/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għall-finanzjament tal-azzjoni esterna, il-Premessa 12 fil-Preambolu u l-Artikolu 12 (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 95).
16 L-Anness V jelenka l-entitajiet pubbliċi kollha li ġew intervistati fit-Turkija. Barra minn hekk, aħna organizzajna tliet laqgħat tal-gruppi fokus fit-Turkija ma’ aktar minn 10 organizzazzjonijiet differenti tas-soċjetà ċivili.
17 Din il-Faċilità se tkun is-suġġett ta’ awditu tal-prestazzjoni li l-QEA se twettaq fl-2018.
18 Għall-IPA I, id-Dokument ta’ Ppjanar Pluriennali (2011-2013) u, għall-IPA II, id-Dokument Indikattiv ta’ Strateġija għat-Turkija (2014-2020).
19 Ara r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA), l-Artikoli 1 u 2 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82); l-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/157/KE tat-18 ta’ Frar 2008 dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kundizzjonijiet li jinsabu fis-Sħubija għall-Adeżjoni mar-Repubblika tat-Turkija (ĠU L 51, 26.2.2008, p. 4); ir-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II), l-Artikoli 1 u 2 (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 11).
20 Ara l-Kaxxa 1 u COM(2012) 600 final tal-10 ta’ Ottubru 2012 “L-Istrateġija tat-Tkabbir u l-Isfidi Ewlenin 2012-2013”, pp. 2 sa 4.
21 Dawn ir-Rapporti huma disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/neighbourhood-enlargement/countries/package_en
22 L-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġustizzja huma parti integrali mill-Kapitolu 23 – Ġudikatura u drittijiet fundamentali. F’dan ir-rigward, fir-Rapport 2014 tagħha dwar it-Turkija (p. 63), il-Kummissjoni semmiet: Il-leġiżlazzjoni li ġiet adottata fil-qasam tal-ġudikatura qajmet tħassib serju fir-rigward tal-indipendenza u l-imparzjalità ġudizzjarja, is-separazzjoni tas-setgħat u l-istat tad-dritt, kif ukoll li jeħtieġ li l-qafas istituzzjonali relatat mad-drittijiet tal-bniedem ikompli jissaħħaħ u jiġi stabbilit rekord ta’ dan.
23 Fir-rigward tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, qasam ta’ politika li huwa wkoll relatat mal-Kapitolu 23, il-Kummissjoni osservat fir-Rapport 2014 tagħha dwar it-Turkija (p. 14) li jeħtieġ li jkun hemm rieda politika akbar u aktar involviment tas-soċjetà ċivili biex jinkisbu riżultati fuq il-post u biex b’hekk jiġi stabbilit rekord ta’ investigazzjonijiet, akkużi u kundanni.
24 Il-libertà tal-istampa hija dritt tal-bniedem li huwa inkluż fil-kriterji ta’ Copenhagen (ara l-Kaxxa 1). Fl-2015, għal dak li jirrigwarda l-libertà tal-espressjoni, il-midja u l-internet, il-Kummissjoni semmiet, fir-Rapport tagħha dwar it-Turkija (p. 22), li wara bosta snin ta’ progress, kien ġie osservat rigress serju matul is-sentejn preċedenti.
25 Ara r-Rapport dwar it-Turkija li nħareġ mill-GRECO f’Ottubru 2015, u li indirizza l-prinċipji etiċi, ir-regoli tal-kondotta u l-kunflitti ta’ interess tal-imħallfin (ara l-paragrafi 125, 160 sa 163).
26 Ara r-Rapport 2016 ta’ Transparency International dwar il-Balkani tal-Punent u t-Turkija, fejn ġie ddikjarat li t-Turkija għandha rekord medjokru ħafna fir-rigward tal-prosekuzzjoni tal-korruzzjoni, speċjalment fost l-uffiċjali pubbliċi ta’ livell għoli.
27 L-awditjar estern huwa parti integrali mill-Kapitolu 32 – Kontroll finanzjarju. Fir-rigward tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, soċjetà ċivili attiva turi pluraliżmu effettiv li jimplika rispett għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, l-istat tad-dritt u l-possibbiltà ta’ bidla soċjali u politika. L-attivitajiet tas-soċjetà ċivili jistgħu jistimulaw u jespandu l-ispazju għad-djalogu u l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ interess pubbliku, inklużi dawk relatati mal-proċess ta’ adeżjoni mal-UE. It-Turkija partikolarment teħtieġ approċċi aktar inklużivi għall-formulazzjoni tal-politika u għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jkunu ta’ interess pubbliku. (id-Dokument Indikattiv ta’ Strateġija għat-Turkija (2014-2020), pp. 11 u 12).
28 “Thematic Evaluation of EU’s Support to civil society in the Western Balkans and Turkey” (Evalwazzjoni Tematika tal-Appoġġ mogħti mill-UE lis-soċjetà ċivili fil-Balkani tal-Punent u fit-Turkija), IBF Consulting, April 2012; “Civil Society Needs Assessment Report” (Rapport ta’ Valutazzjoni dwar il-Ħtiġijiet tas-Soċjetà Ċivili), TACSO, Frar 2014; ir-Rapporti 2015 u 2016 tal-Kummissjoni dwar it-Turkija (2.4); il-kontribut ta’ TÜSEV għar-Rapport 2015 ta’ Civicus dwar l-Istat tas-Soċjetà Ċivili, pp. 96-98.
29 Analiżi mwettqa mill-QEA u bbażata fuq data li ħareġ il-Ministeru tal-Intern tat-Turkija, l-24 ta’ Marzu 2017.
30 L-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2014 dwar ir-regoli speċifiċi tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 231/2014; il-Ftehim Qafas tal-11 ta’ Frar 2015 rigward l-IPA II bejn ir-Repubblika tat-Turkija u l-Kummissjoni Ewropea.
31 COM(2013) 700 final tas-16 ta’ Ottubru 2013 “Strateġija tat-Tkabbir u Sfidi Ewlenin 2013-2014”, pp. 3, 7 u 16.
32 “Mapping of Sector Strategies” (Immappjar tal-Istrateġiji Settorjali), ir-Rapport Finali, it-28 ta’ Frar 2014, p. 3.
33 Taħt id-“Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna” (2005), li t-Turkija ffirmat, il-pajjiż benefiċjarju jkun meħtieġ jissettja miri realistiċi f’għadd żgħir ta’ setturi u jevita d-duplikazzjoni tal-għajnuna mogħtija mid-donaturi. Dawn il-prinċipji japplikaw ukoll għall-IPA.
34 Id-Dokument ta' Ppjanar Strateġiku (SPD) dwar is-Soċjetà ċivili, p. 20. L-SPD dwar il-ġudikatura u d-drittijiet fundamentali, p. 14. L-SPD dwar id-drittijiet fundamentali, p. 11. L-SPD dwar l-affarijiet interni, p. 23. Il-Proċeduri Operattivi Standard (SOP), p. 30.
35 Fil-kuntest tal-allinjament tat-Turkija mal-Kapitolu 5, skont ir-Rapport Annwali 2016 tal-Kummissjoni dwar it-Turkija (pp. 20, 21 u 43 sa 45), “għad fadal diskrepanzi kbar fl-allinjament tagħha” mar-regoli tal-akkwist pubbliku tal-UE (eż. it-trasparenza fil-proċess ta’ sejħiet għall-offerti, ħafna eċċezzjonijiet legali għall-acquis).
36 Il-Bank Ewropew tal-Investiment huwa wieħed mill-akbar fornituri ta’ self mill-UE lit-Turkija; dan is-self jirrappreżenta aktar minn tliet darbiet tal-ammont ta’ finanzjament li jingħata lit-Turkija taħt l-IPA (ara https://euaidexplorer.ec.europa.eu/DevelopmentAtlas.do).
37 Ara l-Liġi dwar il-Ġestjoni u l-Kontroll tal-Finanzi Pubbliċi Nru 5018 ta’ Awwissu 2012 (traduzzjoni uffiċċjali bl-Ingliż), pp. 6 u 11. Il-Programmi Annwali ta’ Investiment bit-Tork (“Yili Yatirim Programi”) għas-snin 2009-2017.
38 Għall-IPA I, ara l-Pjan Nazzjonali għall-Adozzjoni tal-Acquis (2008); għall-IPA II, ara l-10 Pjan Nazzjonali ta’ Żvilupp (2014-2018), il-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali konsekuttivi għall-Adeżjoni mal-UE (2014-2019) u l-Programm ta’ riforma ekonomika ta’ qabel l-adeżjoni (2017).
39 Skont l-istrateġija tat-tkabbir 2011-2012 tal-Kummissjoni, "l-impenn, il-kundizzjonalità u l-kredibbiltà tpoġġew fil-qalba tal-proċess ta' adeżjoni u tas-suċċess tiegħu" (p. 2) u l-kundizzjonalità kollha tkun rigoruża, eżiġenti u stretta (p. 18 u p. 23). L-istrateġija tat-tkabbir 2012-13 tal-Kummissjoni rreferiet għal kundizzjonalità stretta (pp. 2, 3, 16 u 22), kif irreferiet ukoll l-istrateġija tat-tkabbir 2014 (pp. 2 u 19) u l-istrateġija tat-tkabbir 2015 (p. 12).
40 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006, l-Artikolu 21 dwar is-sospensjoni tal-assistenza: “Fejn pajjiż benefiċjarju jonqos milli jirrispetta dawn il-prinċipji [tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt kif ukoll id-drittijiet tal-bniedem u tal-minoranzi u l-libertajiet fundamentali] jew l-impenji li hemm fis-Sħubija rilevanti mal-UE, jew fejn il-progress biex jintlaħqu l-kriterji tas-sħubija ma jkunx biżżejjed, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jieħu l-miżuri xierqa dwar kull assistenza li tkun ingħatat taħt dan ir-Regolament”.
41 Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2017 dwar ir-Rapport 2016 tal-Kummissjoni dwar it-Turkija (il-punt 25).
42 Ara d-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew fil-paġna 25 annessa mar-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 11).
43 L-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 231/2014 jirreferi għal “progress partikolari magħmul lejn is-sodisfazzjon tal-kriterji għas-sħubija; u/jew implimentazzjoni effiċjenti tal-assistenza ta' qabel l-adeżjoni li permezz tagħha jinkisbu riżultati partikolarment tajbin”.
44 Id-Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2016) 4889 final tal-20 ta’ Lulju 2016 li tadotta Faċilità tas-Soċjetà Ċivili u Programm tal-Midja għas-snin 2016-2017 taħt l-IPA II.
45 Ara l-Anness IV, il-proġett Nru 4 u l-Proġetti Nru 7 sa Nru 15.
46 Il-Proġett Nru 4, mal-Ministeru tal-Ġustizzja.
47 Ibbażat fuq l-analiżi li saret mill-QEA tad-data pprovduta mill-Ministeru tal-Ġustizzja, l-għadd ta’ mħallfin u prosekuturi ttrasferiti kien ta’ 2 072 fl-2013, li kompla jiżdied b’mod kostanti għal 2 517 (2014), u kien laħaq it-3 746 qabel ma seħħ it-tentattiv ta’ kolp ta’ stat f’Lulju 2016. Minkejja li l-Ministeru tal-Ġustizzja stqarr li din ir-rotazzjoni obbligatorja ta’ mħallfin u prosekuturi kienet dovuta għall-pekuljaritajiet ġeografiċi tal-pajjiż u għall-ħtieġa li jiġu żgurati servizzi ġudizzjarji f’żoni mbiegħda, il-mod li bih din ir-rotazzjoni qed tiġi applikata mhuwiex ibbażat fuq kriterji oġġettivi. Ara: Id-dokument tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Imħallfin, Resolution on the Situation of the Judiciary in Turkey (Riżoluzzjoni dwar is-Sitwazzjoni tal-Ġudikatura fit-Turkija), it-8 ta’ Ottubru 2015; id-dokument tal-Kummissjoni ta’ Venezja, Interim Opinion on the Draft Law on Judges and Prosecutors of Turkey (Opinjoni Interim dwar l-Abbozz ta’ Liġi dwar l-Imħallfin u l-Prosekuturi tat-Turkija), (CDL-AD(2011)004), id-29 ta’ Marzu 2011, il-paragrafi 47-49; id-dokument tal-Kummissjoni Internazzjonali tal-Ġuristi “Turkey: the Judicial System in Peril” (It-Turkija: is-Sistema Ġudizzjarja tinsab f’Periklu), 2016, p. 17.
48 Ara “Technical assistance for promoting registered employment through better guidance and inspection” (Assistenza teknika għall-promozzjoni ta’ impjieg irreġistrat permezz ta’ gwida u spezzjoni aħjar), rapport inizjali għall-Ministeru tax-Xogħol u tas-Sigurtà Soċjali, Frar 2015, partikolarment p. 6.
49 Is-CFCU tat-Turkija ffirmat l-impenji kuntrattwali kollha għal 14-il proġett, ħlief għall-Proġett Nru 3. Minħabba s-sensittività politika tiegħu, dan il-proġett li jirrigwarda s-sorveljanza ċivili tal-forzi tas-sigurtà interna ġie ffirmat mid-Delegazzjoni tal-UE f’Ankara u mhux mis-CFCU.
50 Il-Proġett Nru 7 huwa mistenni li jkun ikompletat sa Frar 2018.
51 Minn 15-il proġett li ġew awditjati, 6 kienu suġġetti għall-MOR. Il-Monitoraġġ Orjentat lejn ir-Riżultati (MOR) huwa analiżi indipendenti ta’ interventi esterni ffinanzjati mill-UE permezz ta’ valutazzjonijiet fuq il-post. Il-metodoloġija tiegħu tuża ħames kriterji ta’ evalwazzjoni (rilevanza, effiċjenza, effettività, impatt, u sostenibbiltà) u tagħti punteġġi minn A (“tajjeb ħafna”) sa D (“defiċjenzi serji”), biex b’hekk tiżgura li d-data li tinġabar dwar proġetti li jkunu għaddejjin tkun kumparabbli. Ara https://europa.eu/capacity4dev/rom/blog/what-results-oriented-monitoring-rom
52 Għall-proġetti applikabbli kollha ħlief il-Proġett Nru 1 (raġunijiet ta’ sigurtà). Minħabba restrizzjonijiet ta’ ħin, għall-Proġetti Nru 11 u Nru 15 iż-żjarat kienu limitati għal ftit siti.
54 Din id-dgħufija tapplika għal 7 mill-15-il proġett li ġew awditjati.
55 Dan kien il-każ għall-Proġetti Nru 2 u Nru 3 relatati mal-istat tad-dritt, għall-Proġetti Nru 6, Nru 7 u Nru 8 relatati mal-governanza, kif ukoll għall-Proġett Nru 15 relatat mar-riżorsi umani.
56 L-implimentazzjoni tal-kuntratti ta’ provvista tal-Proġetti Nru 11 u 13 ħadet tmien xhur minflok erbgħa; għall-kuntratt ta’ provvista tal-Proġett Nru 15, ħadet 12-il xahar minflok ħames xhur. Ara l-Anness IV.
57 Konformità mal-“kriterji politiċi ta’ Copenhagen” (L-eżistenza ta’ istituzzjonijiet stabbli li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem kif ukoll ir-rispett u i-protezzjoni tal-minoranzi), li ġew stabbiliti fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li saret f’Ġunju 1993 f’Copenhagen (Proġett Nru 8), il-Kapitolu 16 – Tassazzjoni (Proġett Nru 7) u l-Kapitolu 29 – Unjoni doganali (Proġett Nru 10).
58 Konformità mal-“Kriterji politiċi ta’ Copenhagen” (Proġetti Nru 1 sa Nru 5), il-Kapitolu 23 – Ġudikatura u drittijiet fundamentali (Proġetti Nru 2 u Nru 4) u l-Kapitolu 24 – Ġustizzja, libertà u sigurtà (Proġetti Nru 1, Nru 3 u Nru 5).
59 Il-Proġett Nru 1 (Fażi 1) ħa 30.5 xhur minflok 24 xahar, u ż-żewġ fażijiet tiegħu kienu għadhom mhux kompluti; il-Proġett Nru 2 ħa 29.5 xhur minflok 21 xahar; il-Proġett Nru 3 ħa 33 xahar minflok 24 xahar, il-Proġett Nru 5 (komponent ġemellaġġ) ħa 29 xahar minflok 24 xahar. Ara l-Anness IV.
60 Ara http://www.cfcu.gov.tr/FinancialAgreements
61 Fl-2009, il-QEA kienet diġà ġibdet l-attenzjoni għan-“nuqqas ta’ persunal ikkwalifikat u mħarreġ kif suppost biex jipproċessa l-volum tal-baġit u l-proġetti” fil-livell tal-awtoritajiet Torok. Ara r-Rapport Speċjali Nru 16/2009 tal-QEA, il-paragrafu 38.
62 Il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tan-NIPAC u tan-NAO huma stipulati fl-Artikoli 22 u 25 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 718/2007 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (ĠU L 170, 29.6.2007, p. 1), kif ukoll fl-Artikoli 4, 8 u 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2014 tat-2 ta’ Mejju 2014 dwar ir-regoli sepċifiċi tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (ĠU L 132, 3.5.2014, p. 32).
63 Dawn il-kompiti twettqu prinċipalment bis-saħħa tal-Proġett Nru 6 tal-IPA, relatat mal-governanza, li ġie awditjat.
64 Il-Proġetti Nri 5, 6, 9, 10, 12 u 14 (ara l-Anness IV).
65 Għall-proġett Nru 7, minħabba li ma kienx għadda biżżejjed żmien wara tmiem il-proġett, aħna ma stajniex inwettqu valutazzjoni tas-sostenibbiltà għal dan il-proġett tal-governanza.
66 Ara r-Rapporti 2015 u 2016 tal-Kummissjoni dwar it-Turkija, il-Kapitolu 24 u p. 5 rispettivament.
Avveniment | Data |
---|---|
Adozzjoni tal-APM / Bidu tal-awditu | 17.1.2017 |
L-abbozz tar-rapport jintbagħat uffiċjalment lill-Kummissjoni (jew lil parti awditjata oħra) | 7.12.2017 |
Adozzjoni tar-rapport finali wara l-proċedura kontradittorja | 6.2.2018 |
Ir-risposti uffiċjali tal-Kummissjoni (jew ta’ parti awditjata oħra) riċevuti bil-lingwi kollha | 8.3.2018 |
Tim tal-awditjar
Ir-rapporti speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditi li twettaq ta’ politiki u programmi tal-UE, jew ta’ suġġetti relatati mal-ġestjoni minn oqsma speċifiċi tal-baġit tal-UE. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar biex timmassimizza l-impatt tagħhom billi tqis ir-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta' introjtu jew ta' nfiq involut, l-iżviluppi li jkunu għad iridu jseħħu u l-interess politiku u pubbliku.
Dan l-awditu tal-prestazzjoni twettaq mill-Awla III tal-Awditjar, Azzjoni esterna/Sigurtà u ġustizzja, li hija mmexxija minn Karel Pinxten, Membru tal-QEA. L-awditu twettaq minn Bettina Jakobsen, Membru tal-QEA, li ngħatat appoġġ minn Katja Mattfolk, Kap tal-Kabinett u Kim Storup, Attaché tal-Kabinett; Alejandro Ballester Gallardo, Maniġer Prinċipali; Dennis Wernerus, Kap tal-Kompitu; Nicola Berloco, Cyril Messein u Alexandre Tan, Awdituri. Fiona Urquhart ipprovdiet appoġġ lingwistiku.

Kuntatt
IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG
Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors
Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).
Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2018
ISBN 978-92-872-9554-5 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/94863 | QJ-AB-18-006-MT-N | |
HTML | ISBN 978-92-872-9604-7 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/896096 | QJ-AB-18-006-MT-Q |
© L-Unjoni Ewropea, 2018
Għal kull użu jew riproduzzjoni ta’ ritratti jew materjal ieħor li ma jaqax taħt id-drittijiet tal-awtur tal-Unjoni Ewropea, irid jintalab il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.
KIF TIKKUNTATTJA LILL-UE
Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f’dan is-sit: https://europa.eu/european-union/contact_mt
Bit-telefown jew bil-posta elettronika
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:
- bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
- fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew
- bil-posta elettronika permezz: https://europa.eu/european-union/contact_mt
KIF ISSIB TAGĦRIF DWAR L-UE
Onlajn
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: http://europa.eu
Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tniżżel mill-internet jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li xi wħud minnhom huma bla ħlas u xi oħrajn bil-ħlas, mill-EU Bookshop fl-indirizz li ġej: https://op.europa.eu/mt/web/general-publications/publications. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tal-informazzjoni lokali tiegħek (ara https://europa.eu/european-union/contact_mt).
Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1951 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: http://eur-lex.europa.eu
Dejta Miftuħa mill-UE
Il-portal tad-Dejta Miftuħa mill-UE (http://data.europa.eu/euodp/mt/home?) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-dejta mill-UE. Id-dejta tista’ titniżżel mill-internet u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.