Il-programmi spazjali tal-UE Galileo u Copernicus: is-servizzi ġew varati, iżda l-adozzjoni teħtieġ spinta ulterjuri
Dwar ir-rapport:Galileo, is-sistema globali ta’ navigazzjoni bis-satellita, u Copernicus, il-programm ta’ osservazzjoni tad-Dinja, huma emblematiċi tal-politika spazjali tal-UE. Dawn jipprovdu servizzi siewja li jippermettu navigazzjoni u kronometraġġ b’aktar akkuratezza, kif ukoll iwasslu data siewja dwar id-Dinja.
Madankollu, għad ma hemm l-ebda strateġija komprensiva għall-promozzjoni tal-adozzjoni ta’ dawn is-servizzi u l-ebda qafas statistiku kunċettwali biex il-benefiċċji tal-programmi jiġu vvalutati b’mod affidabbli.
Aħna sibna nuqqasijiet fil-monitoraġġ tal-adozzjoni u osservajna li xi karatteristiċi ewlenin ta’ Galileo għadhom mhumiex disponibbli. L-objettivi u l-impatt ta’ bosta azzjonijiet ewlenin li jappoġġaw l-adozzjoni tas-servizzi pprovduti minn Galileo u minn Copernicus ma kinux ċari, u l-Kummissjoni ħadet vantaġġ mill-potenzjal li tippromwovi dawn is-servizzi fil-leġiżlazzjoni jew fl-istandards tal-UE parzjalment biss.
Aħna nagħmlu rakkomandazzjonijiet biex dawn il-problemi jiġu rimedjati.
Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.
Sommarju eżekuttiv
IGalileo, is-sistema globali ta’ navigazzjoni bis-satellita, u Copernicus, il-programm ta’ osservazzjoni tad-Dinja, huma emblematiċi tal-politika spazjali tal-UE. Dawn jippermettu navigazzjoni u kronometraġġ b’aktar akkuratezza u jwasslu data siewja dwar id-Dinja, kif ukoll jgħinu fil-monitoraġġ tal-ambjent, l-art u l-oċeani. Il-programmi jinvolvu spejjeż sinifikanti u fuq terminu twil għall-baġit tal-UE, li sa tmiem l-2020 kienu jammontaw għal madwar EUR 18-il biljun.
IIFl-Istrateġija Spazjali għall-Ewropa tagħha tal-2016, il-Kummissjoni għamlet impenn li tisfrutta aħjar il-potenzjal tal-programmi spazjali tal-UE, billi timmassimizza l-benefiċċji tagħhom għas-soċjetà u għall-ekonomija tal-UE. Hija stabbiliet u ffinanzjat azzjonijiet iddedikati biex tistimula l-użu ta’ servizzi, data u applikazzjonijiet spazjali u għamlet impenn li tiżgura li l-leġiżlazzjoni tal-UE tappoġġa l-adozzjoni tas-servizzi spazjali, fejn ikun iġġustifikat u ta’ benefiċċju.
IIIL-awditu li wettaqna vvaluta l-miżuri li ttieħdu mill-Kummissjoni mill-2014 ’il hawn biex tippromwovi l-adozzjoni tas-servizzi li ġejjin mill-programmi spazjali tal-UE Galileo u Copernicus, lejn il-kisba tal-benefiċċji ekonomiċi u soċjetali mistennija. Aħna eżaminajna jekk il-Kummissjoni (a) żviluppatx strateġija komprensiva u li tħares ’il quddiem għall-promozzjoni tal-adozzjoni tas-servizzi, li tinkludi l-atturi rilevanti kollha, (b) stabbilietx sistemi sodi għall-valutazzjoni tal-benefiċċji ta’ dawn is-servizzi u għall-monitoraġġ tal-ilħuq tal-objettivi strateġiċi tal-programmi, (c) iffinanzjatx azzjonijiet li kkontribwew b’mod effettiv għal adozzjoni tas-servizzi li tista’ titkejjel, u (d) ħaditx miżuri xierqa għall-ħolqien ta’ qafas regolatorju li jkun jappoġġa l-adozzjoni tas-servizzi spazjali.
IVDan l-awditu kellu l-għan li jivvaluta l-effettività tal-miżuri li ttieħdu mill-Kummissjoni biex tippromwovi l-adozzjoni tas-servizzi spazjali. Aħna nistennew li r-riżultati tal-awditjar u r-rakkomandazzjonijiet tagħna se jipprovdu valur miżjud billi jgħinu lill-Kummissjoni biex tippromwovi b’mod effettiv l-adozzjoni tas-servizzi spazjali tal-UE fil-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid għall-perjodu 2021-2027, u biex timmonitorja aħjar l-ilħuq tal-objettivi tal-programmi.
VIl-konklużjoni ġenerali tagħna hija li l-programmi spazjali tal-UE Galileo u Copernicus jipprovdu servizzi u data siewja, li l-Kummissjoni ppromwoviet b’diversi modi iżda ma għamlitx biżżejjed biex tisfrutta l-potenzjal sħiħ tal-programmi u tikkapitalizza fuq l-investiment sinifikanti li sar biex jinkisbu l-benefiċċji mistennija.
VIIs-servizzi ta’ Galileo diġà jtejbu l-akkuratezza tan-navigazzjoni u jsir użu tajjeb mid-data ta’ Copernicus fil-monitoraġġ ta’ xi wħud mill-politiki tal-UE, iżda l-Kummissjoni għad ma għandha l-ebda strateġija komprensiva għall-promozzjoni tal-adozzjoni tal-programmi spazjali tal-UE li tinkludi l-atturi u l-entitajiet rilevanti kollha fil-livell tal-UE u f’dak tal-Istati Membri. Barra minn hekk, l-approċċi tagħha għall-appoġġ tal-adozzjoni huma marbuta biss parzjalment ma’ objettivi strateġiċi speċifiċi li jistgħu jitkejlu u huma aċċettati, realistiċi u marbuta mal-ħin, li jispjegaw b’mod ċar dak li jenħtieġ li jinkiseb.
VIIIl-Kummissjoni ma indirizzatx in-natura frammentata tas-swieq tas-servizzi fl-approċċ proprju tagħha u rċeviet biss ftit li xejn informazzjoni dwar l-istrateġiji u l-approċċi tal-Istati Membri, li jvarjaw sinifikattivament, fl-użu tas-servizzi fl-amministrazzjonijiet tagħhom u fl-appoġġ għall-adozzjoni.
VIIIMa hemm l-ebda qafas statistiku kunċettwali li huwa rikonoxxut b’mod ġenerali fl-UE għall-istimar tal-benefiċċji tas-servizzi spazjali, u l-istimi tal-Kummissjoni għandhom nuqqasijiet f’termini ta’ metodoloġija u ta’ kopertura. Dan jagħmilha diffiċli biex il-benefiċċji tal-programmi jiġu stmati b’mod affidabbli. L-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni użati jipprovdu biss informazzjoni bażika u ma jkejlux l-ilħuq tal-objettivi prinċipali tal-programmi.
IXL-azzjonijiet li ttieħdu mill-Kummissjoni kienu mmirati lejn l-appoġġ għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda fin-navigazzjoni, l-aċċess għad-data ta’ Copernicus u l-użu tagħha, is-sensibilizzazzjoni dwar il-programmi, u l-adozzjoni mis-suq. Madankollu, l-objettivi u l-impatt ta’ bosta azzjonijiet ewlenin ma kinux ċari u l-potenzjal għal sinerġiji għadu mhuwiex qed jiġi sfruttat. Barra minn hekk, hemm karatteristiċi ewlenin tas-sistema Galileo li għadhom mhumiex disponibbli, u dan jista’ jfixkel l-abbiltà tagħha li tikseb is-suq għal dawn is-servizzi.
XIl-Kummissjoni adottat regolamenti dwar is-sikurezza fit-toroq u s-servizzi ta’ emerġenza biex tiffaċilita l-adozzjoni ta’ Galileo, iżda għad hemm ftit li xejn azzjoni f’oqsma oħra jew f’segmenti oħra tas-suq. Minbarra dan, għadha ma twettqet l-ebda analiżi komprensiva biex jiġi identifikat fejn l-użu ta’ Copernicus jista’ jiġi promoss aħjar fil-leġiżlazzjoni tal-UE. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri ma għandhom ukoll l-ebda stampa ġenerali sistematika tal-ostakli regolatorji jew amministrattivi li jistgħu jinibixxu l-użu tas-servizzi spazjali.
XISabiex jiġi sfruttat aħjar il-potenzjal tal-programmi spazjali tal-UE, jenħtieġ li l-Kummissjoni:
- tiżviluppa strateġija komprensiva għall-appoġġ tal-adozzjoni tas-servizzi spazjali tal-UE;
- tiżviluppa qafas kunċettwali għall-istimar tal-benefiċċji tal-programmi spazjali tal-UE u ttejjeb il-kejl tal-prestazzjoni;
- tiżgura stat ta’ tħejjija sħiħa ta’ Galileo u timmira aħjar l-azzjonijiet lejn l-adozzjoni tas-servizzi spazjali tal-UE; u
- tuża l-qafas regolatorju aħjar biex tiġi appoġġata l-adozzjoni tas-servizzi spazjali tal-UE.
Introduzzjoni
Il-programmi spazjali tal-UE
01Fis-snin disgħin, l-Unjoni Ewropea saret involuta fl-iżvilupp tal-programmi spazjali. Ir-raġuni inizjali għal din l-inizjattiva kienet li jiġi pprovdut appoġġ għar-radjunavigazzjoni bis-satellita lin-networks trans-Ewropej tat-trasport. Barra minn hekk, kien hemm ħtieġa għal sistema għall-osservazzjoni globali tad-Dinja bis-satellita biex tipprovdi informazzjoni dwar l-ambjent, tippermetti l-fehim u l-mitigazzjoni tal-effetti tat-tibdil fil-klima, u tiżgura s-sigurtà ċivili.
02Attwalment, l-UE għandha tliet programmi spazjali emblematiċi:
- Galileo hija sistema ċivili u globali ta’ navigazzjoni bis-satellita (GNSS). Il-programm, li beda fl-1999, għandu l-għan li jipprovdi sinjali ta’ navigazzjoni u ta’ ħin preċiżi ħafna li jkunu indipendenti minn sistemi eżistenti oħra. Attwalment, hemm 26 satellita fl-orbita. Is-sistema Galileo ilha tipprovdi servizzi inizjali mill-2016: sinjal miftuħ għal applikazzjonijiet ta’ volum għoli tar-radjunavigazzjoni bis-satellita bħal navigazzjoni ta’ vetturi bil-mutur jew servizzi tat-telefonija mobbli, “servizz pubbliku regolat” (PRS) għal utenti governattivi fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża, u servizz ta’ tfittxija u salvataġġ, li jgħin biex persuni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jiġu lokalizzati u salvati aktar malajr. Aktar servizzi huma ppjanati li jkunu disponibbli fil-ftit snin li ġejjin; it-tieni ġenerazzjoni ta’ Galileo b’karatteristiċi ġodda diġà qed titħejja u l-ewwel satelliti huma previsti li jiġu varati mill-2024 ’il quddiem.
- EGNOS, is-Sistema Ewropea ta’ Navigazzjoni b’Kopertura Ġeostazzjonarja ilha mill-2009 tipprovdi servizzi ta’ navigazzjoni għall-utenti tal-avjazzjoni, għall-utenti marittimi u għall-utenti bbażati fuq l-art billi ttejjeb l-akkuratezza tad-data mis-Sistema Amerikana ta’ Pożizzjonament Globali (GPS). EGNOS tikkonsisti fi 3 satelliti ġeostazzjonarji u 40 stazzjon tal-art1.
- Copernicus għandu l-għan li jipprovdi informazzjoni akkurata u affidabbli dwar l-osservazzjoni tad-Dinja fil-qasam tal-politiki tal-ambjent, l-agrikoltura, il-klima, is-sigurtà, is-sorveljanza marittima u politiki oħra tal-UE. Huwa l-akbar programm ta’ dan it-tip fid-dinja u huwa l-kontribut tal-UE għas-Sistema tas-Sistemi għall-Osservazzjoni Globali tad-Dinja (GEOSS)2. Copernicus sar operazzjonali bil-varar tal-ewwel satellita tiegħu fl-2014. Attwalment, huwa għandu tmien satelliti (“Sentinels”) fl-orbita, b’Sentinels addizzjonali li għandhom jiġu varati fil-futur.
Il-mobilizzazzjoni u l-operat tas-sistemi satellitari tal-UE jinvolvu spejjeż sinifikanti u fuq terminu twil għall-baġit tal-UE. Mill-bidu tal-programmi sa tmiem l-2020, it-total tal-infiq tal-UE ammonta għal aktar minn EUR 18-il biljun. Galileo u EGNOS huma ffinanzjati bis-sħiħ mill-baġit tal-UE3. Madwar żewġ terzi mill-programm Copernicus huma ffinanzjati mill-baġit tal-UE, bl-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) u partijiet terzi oħra jikkontribwixxu l-bqija tal-ispejjeż tiegħu.
04L-operat tas-sistemi satellitari u l-mobilizzazzjoni ta’ satelliti ġodda se jinvolvu wkoll spejjeż sinifikanti għall-baġit tal-UE fil-futur. Il-programm spazjali uniku l-ġdid li jibda fl-2021, u li jakkomoda l-programmi emblematiċi eżistenti, se jinvolvi baġit ta’ aktar minn EUR 14-il biljun għall-finanzjament tal-operazzjonijiet ta’ Galileo, EGNOS u Copernicus u l-evoluzzjoni ulterjuri tagħhom sal-20274.
Il-katina tal-valur tal-programmi spazjali tal-UE
05It-tliet programmi emblematiċi kollha huma primarjament iġġustifikati mill-ħtieġa tal-UE għal aċċess indipendenti għal servizzi spazjali li jipprovdu informazzjoni dwar in-navigazzjoni u l-kronometraġġ kif ukoll data ta’ osservazzjoni tad-Dinja. Jenħtieġ li s-servizzi pprovduti minn dawn il-programmi jippromwovu wkoll it-tkabbir tas-swieq għal applikazzjonijiet u servizzi bbażati fuq il-GNSS u fuq l-osservazzjoni tad-Dinja fi ħdan u lil hinn mis-Suq Intern tal-UE. Jenħtieġ li dan iwassal ukoll għal opportunitajiet ġodda tas-suq u jappoġġa l-istrateġija Ewropa 2020 u l-objettivi tagħha ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv5.
06Fil-katina tal-valur għall-attivitajiet spazjali normalment ikun hemm distinzjoni bejn:
- is-settur upstream li jkopri attivitajiet li jwasslu għall-iżvilupp ta’ infrastruttura spazjali, il-produzzjoni ta’ satelliti u ta’ stazzjonijiet tal-art, il-mobilizzazzjoni fl-ispazju u l-operat tagħhom; u
- is-settur downstream, li jkopri l-akkwiżizzjoni u l-ħżin ta’ data spazjali, l-iżvilupp ta’ prodotti jew servizzi li jużaw sinjali jew data tal-immaġnijiet bis-satellita (utenti intermedji), u l-utenti finali li jużaw in-navigazzjoni, is-servizzi ta’ kronometraġġ jew l-applikazzjonijiet ta’ osservazzjoni tad-Dinja fin-negozji jew fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum6.
Il-Figura 1 turi din il-katina tal-valur għall-programmi spazjali tal-UE.
Figura 1
Katina tal-valur tal-programmi spazjali tal-UE
Sors: il-QEA.
L-Istrateġija Spazjali għall-Ewropa tal-2016 tal-Kummissjoni
07Biex tagħti viżjoni fuq terminu twil għal politika Ewropea dwar l-ispazju7, fl-2016, il-Kummissjoni adottat l-Istrateġija Spazjali għall-Ewropa tagħha. Fid-dawl tal-investimenti sinifikanti li saru fl-infrastruttura spazjali u l-ispejjeż operatorji sinifikanti li kienu jinvolvu, wieħed mill-erba’ għanijiet strateġiċi ddefiniti fl-istrateġija kien li jiġi sfruttat aħjar il-potenzjal tal-programmi spazjali tal-UE billi jiġu mmassimizzati l-benefiċċji tagħhom għas-soċjetà u għall-ekonomija tal-UE. Ibbażat fuq il-qafas diġà eżistenti għall-programmi spazjali tal-UE, fl-istrateġija tagħha l-Kummissjoni għamlet impenn li tistimula l-użu ta’ servizzi, data u applikazzjonijiet spazjali fil-politiki tal-UE, kull meta dawn jipprovdu soluzzjonijiet effettivi8. Hija għamlet impenn ukoll li tiżgura li l-leġiżlazzjoni tal-UE tappoġġa l-adozzjoni tas-servizzi spazjali fejn ikun iġġustifikat u ta’ benefiċċju, f’konformità mal-miżuri ta’ akkumpanjament fil-livell nazzjonali u dak reġjonali. Il-Parlament Ewropew appoġġa dawn l-impenji f’żewġ riżoluzzjonijiet9.
08Il-finanzjament mill-UE ddedikat biex jappoġġa l-adozzjoni kien sar disponibbli taħt il-programmi spazjali jew bħala parti minn Orizzont 2020, il-Programm Qafas tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni10. B’kollox, għall-perjodu 2014-2020, madwar EUR 565 miljun ġew impenjati mill-Kummissjoni, l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (GSA), u l-entitajiet inkarigati ta’ Copernicus. Il-Figura 2 turi ripartizzjoni ta’ dan l-ammont għal kull entità u programm.
Figura 2
Baġit għall-appoġġ għall-adozzjoni tas-servizzi spazjali tal-UE (2014-2020)
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-Kummissjoni (ammonti li ġew impenjati sat-30.6.2020).
Ġestjoni tal-programmi spazjali tal-UE
09Il-Kummissjoni, l-ESA, u diversi entitajiet oħra tal-UE u mhux tal-UE jikkondividu l-ġestjoni tal-programmi spazjali tal-UE f’kooperazzjoni mal-Istati Membri.
Ir-rwol tal-Kummissjoni
10Il-Kummissjoni għandha responsabbiltà kumplessiva għall-programmi spazjali tal-UE. Hija tissorvelja l-implimentazzjoni tagħhom u tħejji l-programmi ta’ ħidma annwali ta’ Galileo u Copernicus. Timmaniġġja wkoll b’mod dirett xi wħud mill-azzjonijiet li jappoġġaw l-adozzjoni tas-servizzi ta’ Galileo u Copernicus.
11Għaż-żewġ programmi, il-Kummissjoni tippresiedi kumitat magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri u delegati mill-entitajiet involuti direttament fil-programmi, biex tiżgura l-koordinazzjoni tagħhom. Għal Copernicus, grupp ta’ ħidma speċifiku (il-“Forum tal-Utenti”) jassisti lill-Kumitat fl-identifikazzjoni tar-rekwiżiti tal-utent, fil-verifikazzjoni tal-konformità tas-servizz u fil-koordinazzjoni tal-utenti tas-settur pubbliku.
Ir-rwol tal-Aġenzija Spazjali Ewropea
12L-ESA hija organizzazzjoni intergovernattiva li ġiet stabbilita fl-1975 u għandha għarfien espert estensiv fil-qasam tal-ispazju11. Filwaqt li mhijiex korp tal-UE, hija għandha rwol essenzjali fil-programmi tal-UE, billi tipprovdi għarfien espert fil-koordinazzjoni teknika tal-programmi u fit-tfassil, l-iżvilupp, l-akkwist u l-operat tas-sistemi satellitari12. B’mod parallel, l-ESA għandha l-programmi proprji tagħha li jappoġġaw l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ta’ pożizzjonament, ta’ navigazzjoni u ta’ kronometraġġ li jużaw sinjali mill-GNSS u li jippromwovu l-użu tal-osservazzjoni tad-Dinja f’applikazzjonijiet xjentifiċi jew kummerċjali.
Ir-rwol tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea
13Il-GSA, li hija aġenzija tal-UE, hija responsabbli għas-superviżjoni tal-infrastrutturi, l-iżgurar tat-twassil tas-servizzi, kif ukoll il-monitoraġġ u l-iżvilupp tas-swieq għal Galileo u EGNOS. Hija kienet timmaniġġja wkoll il-programm Elementi Fundamentali li appoġġa l-iżvilupp ta’ settijiet ta’ ċipep, antenni u riċevituri lesti għas-suq li jintużaw għal Galileo u EGNOS, u proġetti taħt il-programm Orizzont 2020 tal-UE għal dawn iż-żewġ sistemi. Taħt il-programm spazjali l-ġdid, Aġenzija ġdida tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali (EUSPA) se tissostitwixxi u tkun is-suċċessur tal-GSA. Fost ir-responsabbiltajiet tagħha hemm il-promozzjoni tal-adozzjoni tas-servizzi ta’ Galileo, EGNOS u Copernicus.
L-entitajiet inkarigati ta’ Copernicus u s-servizzi tagħhom
14Il-programm Copernicus jikkonsisti fi tliet komponenti li l-ġestjoni tagħhom ġiet fdata lil diversi entitajiet tal-UE u mhux tal-UE (ara l-Figura 3):
- il-koordinazzjoni teknika, l-operat tas-satelliti Sentinel u tal-missjonijiet kontribwenti tal-ESA, tal-Istati Membri jew ta’ sħab internazzjonali oħra (“komponent spazjali”), kif ukoll it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ data mhux ipproċessata. Dan il-komponent huwa kondiviż bejn l-ESA u l-Organizzazzjoni Ewropea għall-Esplojtazzjoni ta’ Satelliti Meteoroloġiċi (EUMETSAT), li hija organizzazzjoni oħra mhux tal-UE. L-EUMETSAT se topera wkoll il-missjonijiet futuri tas-Sentinels 4, 5 u 6;
- il-forniment tas-servizzi ta’ Copernicus (“komponent tas-servizzi”), u
- il-ġbir ta’ data anċillari minn sistemi ta’ monitoraġġ ibbażati fuq l-art, fuq il-baħar jew fl-ajru (“komponent in situ”), li għaliha jew huma responsabbli l-Istati Membri jew inkella li ġejja minn kontributuri voluntiera.
Figura 3
Komponenti u servizzi ta’ Copernicus
Sors: il-Kummissjoni Ewropea.
Is-servizzi ta’ Copernicus huma prodotti jew applikazzjonijiet tad-data relatati mal-art, l-ambjent tal-baħar, il-monitoraġġ tal-atmosfera u tat-tibdil fil-klima, il-ġestjoni ta' emerġenzi, u l-applikazzjonijiet ta’ sigurtà. Dawn huma kombinament tad-data mhux ipproċessata li ġejja mis-Sentinels u minn satelliti oħra ma’ data anċillari. Hemm aktar minn 500 prodott ta’ dan it-tip u l-għadd tagħhom qed jevolvi b’mod kostanti (ara l-eżempji fil-Kaxxa 1). L-utenti tad-data mhux ipproċessata u tal-prodotti huma primarjament esperti li jikkombinawhom ma’ data oħra. Huma jużawhom fir-riċerka jew jittrasformawhom f’applikazzjonijiet għall-utenti finali, bħall-awtoritajiet pubbliċi, in-negozji jew il-konsumaturi. Id-data u s-servizzi ta’ Copernicus huma ffinanzjati mill-Programm, iżda jiġu pprovduti mingħajr ħlas u jenħtieġ li, bħala regola, ma jinterferixxux ma’ offerti ta’ servizzi kummerċjali.
Kaxxa 1
Eżempji ta’ prodotti ta’ Copernicus
CORINE Land Cover (CLC)

Is-CLC tipprovdi informazzjoni armonizzata dwar il-kopertura tal-art u l-użu tal-art għall-Istati Membri kollha. Id-data tas-CLC tintuża, pereżempju, biex jiġu żviluppati applikazzjonijiet jew analiżijiet li jappoġġaw ippjanar urban jew spazjali, jew għal prodotti ġeospazjali bħal software tan-navigazzjoni.
Analiżi u Previżjoni tal-Mewġ tal-Baħar Mediterran

Il-prodott jipprovdi analiżi tal-mewġ u previżjonijiet tal-mewġ għall-Baħar Mediterran. Id-data tintuża, pereżempju, għal applikazzjonijiet li jappoġġaw lill-awtoritajiet tal-port, lill-missjonijiet ta’ tfittxija u salvataġġ, jew lill-operaturi ta’ vapuri kummerċjali.
Sorsi: is-Servizz ta’ Monitoraġġ tal-Art ta’ Copernicus, u s-Servizz ta’ Monitoraġġ tal-Ambjent tal-Baħar ta’ Copernicus.
Ir-rwol tal-Istati Membri
16L-Istati Membri għandhom rwol importanti fl-adozzjoni tas-servizzi spazjali tal-UE. Huma jaħdmu fi sħubija mal-UE u mal-entitajiet l-oħra iżda jistgħu jadottaw l-istrateġiji jew il-programmi spazjali proprji tagħhom u jwettqu l-azzjonijiet proprji tagħhom biex jappoġġaw l-adozzjoni tas-servizzi pprovduti mill-programmi spazjali tal-UE. Huma mhumiex obbligati li jikkoordinaw dawn l-azzjonijiet mal-Kummissjoni. Il-PRS ta’ Galileo (ara l-paragrafu 02) jindirizza direttament il-ħtiġijiet tal-awtoritajiet nazzjonali. Flimkien mal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE jew internazzjonali oħra, l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali Ewropej li ġew inkarigati bid-definizzjoni, l-implimentazzjoni, l-infurzar jew il-monitoraġġ ta’ servizz jew politika pubblika huma l-“utenti ewlenin” ta’ Copernicus13.
Ambitu u approċċ tal-awditjar
17L-awditu kellu l-għan li jivvaluta l-effettività tal-miżuri li ttieħdu mill-Kummissjoni biex tippromwovi l-adozzjoni tas-servizzi li ġejjin mill-programmi spazjali tal-UE, lejn il-kisba tal-benefiċċji ekonomiċi u soċjetali mistennija pprovduti minn dawn is-servizzi.
18B’mod partikolari, aħna eżaminajna jekk il-Kummissjoni:
- żviluppatx strateġija komprensiva u li tħares ’il quddiem għall-promozzjoni tal-adozzjoni tas-servizzi pprovduti mill-programmi spazjali tal-UE, li tinkludi l-atturi rilevanti kollha;
- stabbilietx sistemi sodi għall-valutazzjoni tal-benefiċċji pprovduti mill-programmi spazjali tal-UE u għall-monitoraġġ tal-ilħuq tal-objettivi strateġiċi;
- ħaditx azzjoni effettiva biex iżżid l-adozzjoni tas-servizzi; u
- ħaditx miżuri xierqa favur il-ħolqien ta’ qafas regolatorju, li jappoġġa l-adozzjoni tas-servizzi pprovduti minn Copernicus u Galileo.
Ir-riżultati ta’ dan l-awditu u r-rakkomandazzjonijiet se jipprovdu valur miżjud billi jgħinu lill-Kummissjoni biex tippromwovi b’mod aktar effettiv, fil-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid għall-perjodu 2021-2027, l-adozzjoni tas-servizzi spazjali pprovduti mill-programmi spazjali Galileo u Copernicus u biex timmonitorja aħjar l-ilħuq tal-objettivi relatati li huma assoċjati mal-programmi.
20F’dan il-qafas, aħna rrieżaminajna l-approċċi u l-azzjonijiet li ttieħdu mill-Kummissjoni, il-GSA u l-entitajiet inkarigati ta’ Copernicus, fl-appoġġ għall-adozzjoni tas-servizzi pprovduti mill-programmi spazjali Galileo u Copernicus.
21Aħna awditjajna kampjun ta’ 30 azzjoni li ġew iffinanzjati mill-2014 ’il hawn. Dan il-kampjun kopra azzjonijiet ewlenin li kienu ttieħdu mill-Kummissjoni u mill-entitajiet l-oħra, li kellhom l-għan li jtejbu sinifikattivament l-adozzjoni tas-servizzi spazjali tal-UE kif ukoll l-għotjiet relatati mal-proġetti taħt il-programm Orizzont 2020 tal-UE. Barra minn hekk, aħna użajna s-servizzi ta’ esperti esterni fil-valutazzjoni tal-kwalità tal-proġetti u għal appoġġ tekniku ġenerali. 22
Kellna wkoll laqgħat ma’ rappreżentanti tal-entitajiet responsabbli għall-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika nazzjonali dwar l-ispazju fir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, Franza u l-Italja. Għażilna dawn l-Istati Membri mill-grupp ta’ pajjiżi li kienu adottaw strateġiji jew pjanijiet proprji biex jappoġġaw l-adozzjoni tas-servizzi spazjali pprovduti mill-programmi spazjali tal-UE. Iltqajna wkoll ma’ rappreżentanti ta’ diversi organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati li jirrappreżentaw l-industriji downstream Ewropej14.
23Minħabba l-ambitu speċifiku ħafna tagħha u l-importanza finanzjarja limitata tagħha, aħna ma inkludejniex lil EGNOS fl-ambitu ta’ dan l-awditu u lanqas l-azzjonijiet relatati mal-adozzjoni tal-PRS ta’ Galileo, li huwa suġġett għal dispożizzjonijiet u azzjonijiet speċifiċi.
Osservazzjonijiet
Għad trid tiġi żviluppata strateġija komprensiva tal-UE li tkopri l-adozzjoni tas-servizzi spazjali
Xi wħud mill-objettivi għall-adozzjoni tas-servizzi spazjali tal-UE ma kinux ġew iddefiniti b’mod suffiċjenti
24Kif indikat aktar ’il fuq (ara l-paragrafu 05), iż-żewġ programmi spazjali tal-UE huma assoċjati mill-qrib mal-objettiv tal-promozzjoni tat-tkabbir tas-swieq għal applikazzjonijiet u servizzi bbażati fuq il-GNSS u fuq l-osservazzjoni tad-Dinja u għaldaqstant jappoġġaw l-objettivi ta’ politika ġenerali ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Madankollu, billi l-qafas legali li jirregola l-programmi jiddefinixxi dawn l-objettivi b’mod ġenerali ħafna biss, aħna eżaminajna jekk il-Kummissjoni kinitx żviluppat strateġija komprensiva u li tħares ’il quddiem biex tappoġġa l-adozzjoni tas-servizzi, li kienet tinkludi l-atturi rilevanti kollha, u ddefinejna miri u riżultati realistiċi.
25L-Istrateġija Spazjali tal-2016 (ara l-paragrafu 07) tiddeskrivi f’termini ġenerali ħafna l-objettivi u l-azzjonijiet għall-appoġġ għall-adozzjoni tas-servizzi ta’ Galileo u Copernicus: Il-Kummissjoni għamlet ħilitha biex timmassimizza l-benefiċċji pprovduti mill-programmi spazjali tal-UE, torbot aħjar is-settur spazjali ma’ politiki u oqsma ekonomiċi oħra fil-livell tal-UE u fl-Istati Membri kollha, u tottimizza l-benefiċċji li l-ispazju jġib lis-soċjetà u lill-ekonomija usa’ tal-UE15. Hija semmiet ukoll xi azzjonijiet ġenerali li għandhom jittieħdu biex jintlaħaq dan l-objettiv, bħall-introduzzjoni ta’ Galileo fi swieq speċifiċi, jew it-twettiq ta’ kampanji ta’ informazzjoni u l-appoġġ għan-networks tal-utenti ta’ Copernicus, kif ukoll it-titjib tal-aċċess għad-data ta’ Copernicus16.
26Fl-istrateġija, il-Kummissjoni ma ddefinietx il-benefiċċji li għandhom jinkisbu u ma stabbilietx miri jew prijoritajiet ċari, fejn tispjega dak li realistikament jista’ jkun mistenni mill-“massimizzazzjoni” tal-benefiċċji. Hija la stabbiliet perjodu ta’ żmien li matulu jenħtieġ li dawn il-benefiċċji jimmaterjalizzaw, u lanqas ma ddefiniet indikaturi adatti li jippermettulha timmonitorja l-kisba tal-benefiċċji. Għalhekk sar diffiċli mill-bidu nett li jiġi vvalutat jekk l-azzjonijiet li ttieħdu kinux laħqu l-objettivi strateġiċi u kinux kisbu r-riżultati mixtieqa.
L-approċċ tal-Kummissjoni għall-promozzjoni tal-adozzjoni ta’ Galileo u Copernicus huwa appoġġat biss parzjalment b’miri li jistgħu jitkejlu
27Għaż-żewġ programmi spazjali, il-Kummissjoni tħejji programmi ta’ ħidma annwali (AWP), li jinkludu pjanijiet ta’ implimentazzjoni li jagħtu dettalji dwar l-azzjonijiet u l-baġits assoċjati17. L-iskop tal-AWP huwa li jippermetti l-finanzjament ta’ azzjonijiet u l-monitoraġġ tal-attivitajiet relatati mal-programmi, li jitwettqu mill-Kummissjoni, il-GSA u l-entitajiet inkarigati ta’ Copernicus.
28Għal Galileo, il-Kummissjoni għadha ma żviluppatx strateġija komprensiva biex tappoġġa l-adozzjoni. Barra minn hekk, filwaqt li l-AWP isemmi objettivi ġenerali, bħal “sensibilizzazzjoni” jew “tisħiħ tal-adozzjoni mis-suq u tal-standards”, u jiddefinixxi l-azzjonijiet u l-istadji importanti prinċipali, għal ħafna azzjonijiet ma hemm l-ebda mira li tista’ titkejjel, u r-riżultati miksuba mhumiex ċari u lanqas huma marbuta mal-ħin. Pereżempju, fil-Programm ta’ Ħidma 2018, il-Kummissjoni riedet trawwem l-adozzjoni mis-suq tas-servizzi Galileo u EGNOS barra mill-UE permezz ta’ proġetti ta’ applikazzjoni ddedikati u attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni, jew tiżgura li Galileo u EGNOS kienu indirizzati b’mod xieraq fid-dokumenti ta’ politika u inkorporati fl-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp fil-qasam tal-vetturi awtonomi. Madankollu, mhuwiex kompletament ċar mill-AWP liema riżultati preċiżi kienu mistennija għall-adozzjoni mis-suq, u sa meta l-Kummissjoni kienet qed tistenna li tiksibhom.
29Il-GSA adottat strateġija għall-iżvilupp tas-suq u, fid-dokumenti ta’ programmazzjoni pluriennali tagħha, bħala parti mill-qafas tal-prestazzjoni tagħha bħala aġenzija tal-UE, iddefiniet objettivi strateġiċi speċifiċi li jistgħu jitkejlu u huma aċċettati, realistiċi u marbuta mal-ħin. Hija ddefiniet ukoll miri u riżultati ċari għall-attivitajiet tagħha. Minħabba r-rwol tagħha fil-Programm Galileo, l-istrateġija kienet iffukata fuq l-iżvilupp tas-swieq għas-servizzi tal-GNSS fl-Ewropa, li huwa biss parti mis-suq potenzjali.
30Għal Copernicus, il-Kummissjoni għadha ma żviluppatx strateġija komprensiva biex tappoġġa l-adozzjoni. Madankollu, biex tikkomplementa l-attivitajiet tal-entitajiet inkarigati ta’ Copernicus, u fuq il-bażi ta’ analiżi tal-lakuni u tal-ħtiġijiet għal intervent18, fl-2016 il-Kummissjoni ħolqot qafas għall-attivitajiet ta’ adozzjoni mill-utenti ta’ Copernicus, li kellu l-għan li (I) jissensibilizza, (II) jiffaċilita l-aċċess għad-data u għas-servizzi ta’ Copernicus, (III) jappoġġa l-atturi downstream u (IV) jingrana l-azzjonijiet li jittieħdu mill-Kummissjoni mal-Istati Membri u mal-entitajiet inkarigati ta’ Copernicus, u li kien jiddefinixxi sett ta’ azzjonijiet ewlenin li jappoġġaw l-adozzjoni19. Il-biċċa l-kbira minn dawn l-azzjonijiet saru parti mill-AWP ta’ Copernicus. Madankollu, għal ħafna minnhom, l-AWP iddefinixxa l-output mistenni b’mod vag biss bħal “sensibilizzazzjoni akbar” jew “viżibbiltà mtejba”. Il-Kummissjoni ma ħejjietx aktar dokumenti ta’ programmazzjoni li kienu jispjegaw dak li riedet tikseb b’“involviment mal-partijiet ikkonċernati nazzjonali, reġjonali jew lokali”, jew bit-“trawwim tad-dimensjoni transsettorjali ta’ Copernicus” (ara t-Tabella 1).
Tabella 1
Objettivi u azzjonijiet għall-appoġġ għall-adozzjoni mill-utenti ta’ Copernicus
| Objettiv | Azzjoni | Skop tal-azzjoni | Output mistenni skont l-AWP |
|---|---|---|---|
| (I) Żieda fis-sensibilizzazzjoni dwar Copernicus | Network ta’ Copernicus Relays | Involviment mal-partijiet ikkonċernati nazzjonali, reġjonali jew lokali | Żieda fis-sensibilizzazzjoni tan-Network nazzjonali ta’ helpdesks/punti ta’ informazzjoni ta’ Copernicus. |
| Network ta’ Copernicus Academy | Titnaqqas il-lakuna bejn il-ħiliet diġitali u l-użu tad-data, u tiġi permessa l-adozzjoni tad-data ta’ Copernicus f’setturi ġodda | ||
| Sessjonijiet ta’ taħriġ u ta’ informazzjoni | Għoti ta’ eżempji lil min jattendi dwar l-aċċess għad-data ta’ Copernicus u l-użu tagħha |
|
|
| Rapport dwar is-Suq ta’ Copernicus | Preżentazzjoni ta’ opportunitajiet u ħolqien ta’ swieq ġodda | - | |
| Attivitajiet ta’ Komunikazzjoni ta’ Copernicus | Massimizzazzjoni tal-impatt u r-rilevanza tal-komunikazzjoni | Viżibbiltà mtejba tal-programm Copernicus, sensibilizzazzjoni mill-pubbliku ġenerali, mill-organizzazzjonijiet sħab, mill-istituzzjonijiet u l-atturi Ewropej u mhux Ewropej, eċċ. | |
| Adozzjoni interna ta’ Copernicus fi ħdan il-Kummissjoni | Identifikazzjoni ta’ opportunitajiet u ħtiġijiet fil-Kummissjoni kollha biex jitwasslu prodotti u applikazzjonijiet imfassla apposta | - | |
| (II) Iffaċilitar tal-aċċess għad-data u s-servizzi ta’ Copernicus | Uffiċċju ta’ appoġġ għall-adozzjoni mill-utenti ta’ Copernicus | Koordinazzjoni u appoġġ tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ adozzjoni mill-utenti f'kollegament mal-Istati parteċipanti ta’ Copernicus | Tmexxija tal-uffiċċju ta’ appoġġ għall-Adozzjoni mill-Utenti ta’ Copernicus. |
| Organizzazzjoni ta’ stħarriġiet regolari dwar is-sodisfazzjon | Jitqawwew id-dimensjonijiet xprunati mill-utenti ta’ Copernicus | - | |
| Produzzjoni ta’ stejjer u materjal ta’ suċċess u preżentazzjoni ta’ Copernicus lil setturi differenti tas-suq | Trawwim tad-dimensjoni transsettorjali ta’ Copernicus | Viżibbiltà mtejba tal-programm Copernicus, sensibilizzazzjoni mill-pubbliku ġenerali, mill-organizzazzjonijiet sħab, mill-istituzzjonijiet u l-atturi Ewropej u mhux Ewropej, eċċ. | |
| Stabbiliment ta’ djalogu regolari mal-industrija permezz tal-forum tal-utenti ta’ Copernicus | Estensjoni tal-gruppi ta’ utenti għal oħrajn li mhumiex utenti ewlenin | Sensibilizzazzjoni akbar dwar Copernicus. | |
| (III) Appoġġ għal atturi, riċerkaturi u fornituri ta’ servizzi pubbliċi downstream | Żgurar ta’ prevedibbiltà massima għall-utenti | Żgurar ta’ disponibbiltà u żvilupp fuq terminu twil tas-satelliti Sentinel | - |
| Delineazzjoni tal-programm Copernicus | Evoluzzjoni tal-prodotti ta’ Copernicus | Definizzjoni tal-evoluzzjoni tas-servizz. | |
| Il-Programm ta’ Negozji Ġodda ta’ Copernicus | Appoġġ għall-ħolqien u t-tkabbir ta’ negozji li jużaw id-data ta’ Copernicus |
|
|
| Żieda fis-sinerġiji bejn Copernicus u Orizzont 2020 | Kontribut għall-innovazzjoni fis-settur downstream ta’ Copernicus | Żgurar tal-komplementarjetà, il-konsistenza u r-rabtiet bejn Copernicus u programmi oħra bħal Orizzont 2020. | |
| Il-Programm ta’ Ħiliet ta’ Copernicus | Żvilupp ta’ azzjonijiet biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet b’rabta mal-ħiliet fuq terminu qasir u medju | Promozzjoni u implimentazzjoni ta’ Copernicus fil-qafas tal-azzjoni. | |
| Promozzjoni tal-internazzjonalizzazzjoni permezz ta’ strumenti ta’ politika eżistenti bħall-COSME | Iffaċilitar tal-aċċess għas-swieq internazzjonali għall-kumpaniji Ewropej ta’ osservazzjoni tad-Dinja | Żieda fl-għarfien tal-programm f’fora internazzjonali u attrazzjoni ta’ utenti ġodda. Tixrid tal-għarfien dwar data, informazzjoni u prodotti. | |
| (IV) Ingranaġġ tal-azzjonijiet li jittieħdu mill-Kummissjoni mal-Istati Membri u l-entitajiet inkarigati | Tissaħħaħ il-koordinazzjoni fost l-attivitajiet ta’ adozzjoni mill-utenti, imwettqa mill-entitajiet inkarigati | Appoġġ lill-entitajiet inkarigati ta’ Copernicus fl-attivitajiet tagħhom ta’ adozzjoni mill-utenti | - |
| Ftehim Qafas ta’ Sħubija Caroline Herschel | Promozzjoni tal-adozzjoni mill-utenti ta’ Copernicus u tal-applikazzjonijiet spazjali |
|
Sors: il-Kummissjoni Ewropea.
Fl-2019, il-Kummissjoni stabbiliet l-InnovFin Space Equity Pilot (ISEP) taħt l-Istrument Finanzjarju Uniku ta’ Ekwità tal-UE, biex tistimula investimenti f’fondi ta’ kapital li l-istrateġiji tagħhom huma mmirati lejn it-teknoloġiji spazjali upstream u downstream, il-kummerċjalizzazzjoni u l-adozzjoni mis-suq. Proġetti relatati mal-ispazju jistgħu jkunu eliġibbli wkoll taħt il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), li madankollu meta kkonkludejna l-awditu kien jappoġġa biss proġetti fl-industrija spazjali upstream, jew taħt il-programm tal-UE għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-Intrapriżi ż-Żgħar u ta’ Daqs Medju (COSME)20 u, fil-qafas ta’ strateġiji nazzjonali ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti, mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali21. Madankollu, billi dawn l-istrumenti ma kinux imfassla speċifikament għall-appoġġ tal-adozzjoni, huma ma jiġux immonitorjati għal dan l-iskop u għaldaqstant il-kontribut tagħhom għall-adozzjoni tas-servizzi spazjali tal-UE mhuwiex magħruf.
Il-Kummissjoni tuża tajjeb id-data ta’ Copernicus fil-monitoraġġ tal-politika, iżda għad trid tiżviluppa strateġija komprensiva biex ittejjeb aktar l-użu tagħha
32Fl-2015, il-Kummissjoni wettqet eżerċizzju ta’ mmappjar biex tidentifika l-użu potenzjali għad-data ta’ Copernicus fi ħdanha, pereżempju, għall-monitoraġġ tal-politiki jew għall-promozzjoni tal-użu tal-osservazzjoni tad-Dinja fit-testi leġiżlattivi tal-UE.
33Fl-2019, evalwazzjoni interna mwettqa miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni sabet li filwaqt li ħafna servizzi tal-Kummissjoni rrikonoxxew il-benefiċċju tal-monitoraġġ globali u użaw data għall-analiżijiet, huma ma sfruttawx bis-sħiħ id-data u l-informazzjoni relatati ma’ Copernicus u mal-osservazzjoni tad-Dinja22. Madankollu, sal-ġurnata tal-lum, l-evalwazzjoni, li ma kinitx tinkludi aġenziji tal-UE jew korpi oħra tal-UE, ma ġietx segwita minn analiżi aktar bir-reqqa tal-lakuni, u l-Kummissjoni għadha ma żviluppatx strateġija biex ittejjeb aktar l-użu tad-data ta’ Copernicus u ta’ data oħra ta’ osservazzjoni tad-Dinja fi ħdan il-Kummissjoni u istituzzjonijiet jew korpi oħra tal-UE li jkopru l-oqsma ta’ politika rilevanti kollha.
Ir-rwol tal-entitajiet inkarigati ta’ Copernicus fl-appoġġ għall-adozzjoni ma kienx ġie ddefinit b’mod ċar u l-approċċi tagħhom kienu jvarjaw
34Ir-Regolament Nru 377/2014 jirrikjedi li l-entitajiet inkarigati ta’ Copernicus jiżguraw l-adozzjoni min-naħa tas-settur pubbliku. Mill-2014 sal-2020, dawn l-entitajiet kellhom baġit totali ta’ madwar EUR 43 miljun biex jappoġġaw l-adozzjoni (ara l-Figura 4).
Figura 4
Baġits tal-entitajiet inkarigati ta’ Copernicus għall-appoġġ għall-adozzjoni (2014-2020)
Sors: il-QEA, fuq il-bażi ta’ data pprovduta mill-Kummissjoni (ammonti li ġew impenjati sat-30.6.2020).
Aħna sibna li l-ftehimiet ta’ delega bejn il-Kummissjoni u l-entitajiet inkarigati ta’ Copernicus ma jiddefinixxux b’mod ċar il-kompiti tagħhom fl-appoġġ għall-adozzjoni. Il-baġits disponibbli għall-attivitajiet ta’ promozzjoni kienu jvarjaw sinifikattivament, u dan jgħodd ukoll għall-approċċi tal-entitajiet fil-promozzjoni tas-servizzi u l-prodotti ta’ Copernicus. Pereżempju, l-entità inkarigata mis-Servizz ta’ Monitoraġġ tal-Ambjent tal-Baħar ta’ Copernicus (CMEMS), Mercator Océan International, adottat strateġija ta’ adozzjoni mill-utenti, li permezz tagħha hija kellha l-għan li testendi s-servizz tagħha għal komunitajiet ta’ utenti ġodda. Hija kellha wkoll baġit speċifiku biex tappoġġa l-identifikazzjoni ta’ każijiet ta’ dimostrazzjoni (jiġifieri proġetti żgħar individwali f’applikazzjonijiet downstream) li jippromwovu s-CMEMS.
36Min-naħa l-oħra, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, li hija inkarigata mill-komponent Pan-Ewropew tas-Servizz ta’ Monitoraġġ tal-Art ta’ Copernicus (CLMS), ma kellha l-ebda strateġija ta’ adozzjoni u kellha biss baġit limitat ħafna għall-promozzjoni ta’ dawn is-servizzi, għalkemm dan il-komponent huwa sinifikattivament importanti għall-adozzjoni23. Barra minn hekk, ma kellhiex informazzjoni suffiċjenti dwar min kienu l-utenti tas-servizzi u dwar x’kienu qed jagħmlu bid-data.
Hemm koordinazzjoni limitata tal-istrateġiji ta’ adozzjoni li jintużaw mill-Istati Membri
37L-Istati Membri u l-ESA huma sħab mill-qrib fil-programmi spazjali tal-UE iżda ma għandhom l-ebda obbligu li jikkoordinaw l-istrateġiji jew il-miżuri spazjali proprji tagħhom mal-Kummissjoni jew mal-GSA. Filwaqt li l-kooperazzjoni bejn l-ESA, li stabbiliet programm biex jiġi appoġġat l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ta’ pożizzjonament, ta’ navigazzjoni u ta’ kronometraġġ, u l-GSA hija waħda mill-qrib ħafna, qabel l-2019 din tal-aħħar kienet irċeviet biss ftit li xejn informazzjoni dwar l-istrateġiji u l-azzjonijiet tal-Istati Membri fl-appoġġ għall-adozzjoni tas-servizzi ta’ Galileo.
38Fl-2019, il-GSA analizzat informazzjoni disponibbli dwar il-programmi spazjali nazzjonali tal-Istati Membri u sabet li 18-il Stat Membru kellhom strateġija spazjali nazzjonali24. Filwaqt li erba’ Stati Membri kienu adottaw programmi nazzjonali speċifiċi biex jappoġġaw l-adozzjoni tas-servizzi ta’ Galileo u EGNOS, huma ma kinux ikkoordinaw il-programmi tagħhom mal-GSA25. L-ebda pjan direzzjonali komuni għadu ma ġie maqbul bejn il-GSA u l-Istati Membri biex l-isforzi jiġu ffukati fuq is-segmenti li huma l-aktar fil-bżonn ta’ appoġġ mill-UE jew biex jiġu ingranati l-isforzi nazzjonali.
39Għal Copernicus, l-Istati Membri għandhom rwol importanti, billi l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali huma utenti ewlenin tal-programm. Fl-analiżi tagħha tal-201626, il-Kummissjoni sabet differenzi sinifikanti fost l-Istati Membri f’dak li jirrigwarda l-istadji ta’ żvilupp tagħhom. Għalkemm il-Kummissjoni wettqet għadd ta’ azzjonijiet, dawn ma kinux parti minn approċċ strateġiku komprensiv biex jiġu indirizzati speċifikament il-ħtiġijiet differenti fit-tfassil tal-azzjonijiet meħuda minnha biex tappoġġa l-adozzjoni. Dan huwa rifless ukoll fir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt li l-Kummissjoni wettqet fl-2018, fejn huwa ddikjarat li Copernicus ma rnexxilux jattira suffiċjentement utenti potenzjali minn barra l-komunitajiet tal-utenti spazjali tradizzjonali, u li identifikat il-ħtieġa li titqawwa l-integrazzjoni tad-data spazjali f’oqsma ta’ politika oħra u f’setturi ekonomiċi oħra27.
40Minbarra għadd limitat ħafna ta’ atturi akbar, il-fornituri Ewropej ta’ applikazzjonijiet li jużaw data ta’ osservazzjoni tad-Dinja jikkonsistu f’ħafna intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju speċjalizzati28. Mil-lat tad-domanda, fl-2016, is-settur pubbliku kien jirrappreżenta aktar minn nofs is-suq downstream Ewropew tal-osservazzjoni tad-Dinja fl-Ewropa. Madankollu, id-domanda hija frammentata ħafna, b’ħafna awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali li huma utenti potenzjali tas-servizzi spazjali. Dan jista’ jkun ostaklu għal użu kosteffettiv tas-servizzi spazjali min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi u l-Istati Membri kollha.
41Fl-erba’ Stati Membri magħżula, aħna sibna differenzi sinifikanti fil-mod kif l-awtoritajiet kienu integraw il-programmi spazjali tal-UE fil-politiki nazzjonali u appoġġaw l-adozzjoni (ara l-Kaxxa 2).
Kaxxa 2
Differenzi sinifikanti fl-appoġġ għall-adozzjoni mogħti mill-Istati Membri
Il-Ġermanja u Franza kienu adottaw programmi ta’ ħidma nazzjonali, li assistew lill-amministrazzjonijiet nazzjonali fl-adozzjoni ta’ Copernicus u ta’ servizzi spazjali oħra, iżda ma kinux wettqu analiżi komprensiva ta’ kif l-użu tagħhom jista’ jtejjeb l-effiċjenza u l-effettività tal-amministrazzjonijiet pubbliċi tagħhom. Ir-Repubblika Ċeka kienet inkludiet l-adozzjoni mill-utenti fil-pjan spazjali nazzjonali tagħha, iżda kien għad irid jiġi żviluppat programm ta’ ħidma speċifiku.
Fi Franza, il-programm kien ikopri biss is-servizzi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ żewġ ministeri29. Madankollu s-CNES, li hija l-Aġenzija Spazjali Franċiża, imxiet mill-promozzjoni unika tas-servizzi spazjali u daħlet fi sħubiji speċifiċi ma’ amministrazzjonijiet pubbliċi, aġenziji għall-iżvilupp ekonomiku u inizjattivi li jappoġġaw negozji ġodda biex jiġu ffaċilitati l-mobilizzazzjoni, l-adozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ applikazzjonijiet spazjali, biex ikun hemm konnessjoni aħjar bejn is-settur spazjali u l-atturi mhux spazjali, u biex jiġi ffaċilitat it-trasferiment tal-għarfien bħala sors ta’ innovazzjoni.
L-Italja adottat strateġija nazzjonali biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-programmi spazjali tal-UE b’mod olistiku u bil-ħsieb li jissaħħaħ it-tkabbir ekonomiku30. B’kuntrast mal-approċċ tradizzjonali ta’ appoġġ għal proġetti żgħar individwali f’applikazzjonijiet downstream (“każijiet ta’ dimostrazzjoni”), in-novità tal-istrateġija kienet li tiffoka fuq l-iżvilupp ekonomiku u l-investiment mis-settur privat, u ppjanat li tgħaqqad id-domanda tal-awtoritajiet governattivi lokali jew reġjonali li ma jużawx il-potenzjal tas-servizzi spazjali. Dan huwa mistenni li joħloq sinerġiji bejn l-awtoritajiet pubbliċi u jippermettilhom jibbenefikaw minn soluzzjonijiet kosteffettivi.
Dawn l-inizjattivi nazzjonali wrew potenzjal fit-titjib tal-użu ta’ applikazzjonijiet spazjali, iżda għadhom limitati għall-Istati Membri kkonċernati u ma indirizzawx speċifikament is-suq tal-UE. Aħna sibna li l-Kummissjoni ma kellhiex stampa ġenerali aġġornata tas-sitwazzjoni kumplessiva ta’ tali inizjattivi nazzjonali u ma kinitx qisithom fl-approċċ strateġiku proprju tagħha.
Il-programmi spazjali tal-UE jipprovdu benefiċċji iżda hemm informazzjoni limitata dwar il-firxa tagħhom
Ma hemm l-ebda qafas kunċettwali rikonoxxut għall-valutazzjoni tal-benefiċċji tas-servizzi spazjali
43Il-forniment ta’ servizzi spazjali huwa assoċjat ma’ għadd ta’ benefiċċji ekonomiċi u soċjetali. Dawn il-benefiċċji ġejjin kemm mis-settur upstream kif ukoll mis-settur downstream (ara l-Figura 5):
Figura 5
Tipi ta’ benefiċċji ġġenerati minn Copernicus u Galileo
Sors: il-QEA.
Ma hemm l-ebda qafas kunċettwali rikonoxxut għall-istimar tal-benefiċċji fil-qasam tal-infrastruttura spazjali, u lanqas sistema strutturata għall-kumpilazzjoni ta’ data statistika dwar il-benefiċċji tas-servizzi spazjali. Barra minn hekk, la hemm definizzjoni uffiċjali tal-katina tal-valur tal-ekonomija spazjali u lanqas definizzjoni maqbula ta’ “attivitajiet downstream”.
45Fl-2012, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) ippubblikat Manwal dwar il-kejl tal-ekonomija spazjali, li jipproponi xi metodi, sorsi u sett ta’ indikaturi31. Għalkemm il-Kummissjoni użat xi informazzjoni mill-manwal, hija ma qisitx li din kienet adatta għall-kejl tal-ekonomija spazjali tal-UE u segwiet approċċ proprju tagħha għad-determinazzjoni tal-benefiċċji soċjoekonomiċi li jirriżultaw minn Copernicus u Galileo, simili għal dawk użati minn atturi spazjali Ewropej oħra. Fin-nuqqas ta’ qafas kunċettwali stabbilit, huwa diffiċli li l-benefiċċji li jirriżultaw mis-servizzi spazjali jiġu stmati b’mod affidabbli, li dawn jitqabblu ma’ setturi ekonomiċi oħra, jew li titfassal analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji tal-programmi spazjali.
Il-metodoloġija li tintuża mill-Kummissjoni għad-determinazzjoni tal-benefiċċji tas-servizzi spazjali għandha nuqqasijiet
46Fl-2018, il-Kummissjoni ddikjarat li l-impatt tas-servizzi pprovduti mill-programmi spazjali tal-UE dwar it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi fl-UE eventwalment se jkun akbar mill-investimenti pubbliċi sostanzjali magħmula fil-programmi spazjali tal-UE32. Hija appoġġat din id-dikjarazzjoni permezz ta’ bosta studji, li stmaw il-benefiċċji li jirriżultaw mill-programmi spazjali tal-UE. Tali stimi huma importanti wkoll fil-valutazzjoni tal-impatt ta’ programmi spazjali ġodda. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-istima tal-benefiċċji tal-programmi tkun ibbażata kemm fuq metodoloġija li tkun soda u, fejn applikabbli, konsistenti, kif ukoll fuq data realistika. Aħna eżaminajna jekk il-Kummissjoni kinitx applikat b’mod konsistenti metodoloġija soda bejn iż-żewġ programmi u jekk l-istudji kinux użaw sorsi ta’ data affidabbli.
47Il-benefiċċji ekonomiċi tal-programmi spazjali jistgħu jiġu espressi permezz tal-Valur Miżjud Gross (VMG) tal-kumpaniji attivi fis-setturi spazjali upstream u downstream. Il-VMG jikkorrispondi għall-valur iġġenerat fis-settur tal-produzzjoni u jista’ jitkejjel billi t-total tal-introjti kollha gwadanjati fil-proċess tal-produzzjoni ta’ oġġetti u ta’ servizzi jingħadd flimkien mat-taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjonijiet, u jitnaqqsu s-sussidji. Madankollu, il-metodu li l-Kummissjoni tuża biex tistma l-introjtu ġġenerat kemm minn Copernicus kif ukoll minn Galileo ma kienx konformi mal-qafas kunċettwali stabbilit fir-Regolament Nru 549/2013, li jintuża għall-kalkolu tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) fl-UE33, u għaldaqstant irriżulta li dan it-tip ta’ benefiċċju ma tkejjilx b’akkuratezza.
48Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-benefiċċji ta’ Galileo kienet differenti minn dik ta’ Copernicus. Lil benefiċċji mhux monetarji, bħall-kontribut għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew il-ħajjiet li ġew salvati bis-saħħa tal-GNSS, kienu ġew attribwiti valuri monetarji, li rriżultaw f’valutazzjonijiet differenti għall-istess benefiċċji. Eżempji ta’ nuqqasijiet fil-kalkolu tal-benefiċċji li jirriżultaw mill-programmi spazjali tal-UE jintwerew fil-Kaxxa 3. B’riżultat ta’ dan, l-impatt ekonomiku fuq it-tkabbir u l-impjiegi jista’ jiġi stmat b’mod insuffiċjenti, filwaqt li l-benefiċċji kumplessivi reali tal-programmi jistgħu jiġu stmati b’mod eċċessiv.
Kaxxa 3
Eżempji għal nuqqasijiet fil-kalkolu tal-benefiċċji li jirriżultaw mill-programmi spazjali tal-UE
Għal Galileo u Copernicus, il-Kummissjoni stmat il-benefiċċji għall-katina kollha tal-valur (upstream u downstream), iżda ma inkludietx lill-entitajiet pubbliċi, bħal universitajiet, aġenziji spazjali nazzjonali, jew organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ.
Għal Copernicus, fil-valutazzjoni tagħha l-Kummissjoni ma inkludietx l-impatt tal-attivitajiet downstream fuq il-PDG. Fi studju separat li jivvaluta l-benefiċċji ta’ Copernicus għas-settur downstream, il-Kummissjoni inkludiet id-“dħul abilitat”, li huwa l-valur ta’ oġġetti jew ta’ servizzi, li l-produtturi Ewropej ikunu jistgħu jbigħu, bis-saħħa tal-programm. Madankollu, minbarra nuqqas ġenerali ta’ data, dan ma jikkorrispondix għall-introjtu ġġenerat u l-Kummissjoni ma stmatx l-impatti indiretti u diretti li jirriżultaw għas-settur downstream. B’riżultat ta’ dan, l-impatt ekonomiku fuq it-tkabbir u l-impjiegi jista’ jiġi stmat b’mod insuffiċjenti minħabba kopertura insuffiċjenti tal-unitajiet statistiċi rilevanti u nuqqas ta’ data.
Il-valutazzjoni tal-benefiċċji ta’ Galileo kienet tinkludi benefiċċji mhux monetarji, bħat-tnaqqis ta’ emissjonijiet, il-ħin li s-sewwieqa ffrankaw fil-konġestjonijiet tat-traffiku, bis-saħħa tas-sistemi ta’ navigazzjoni, jew l-għadd ta’ ħajjiet li ġew salvati. Bl-istess mod, għal Copernicus, il-valutazzjoni kienet tinkludi l-benefiċċji soċjetali, bħall-ilħuq tal-miri tat-tniġġis tal-arja u inqas esponiment għat-tniġġis tal-arja, it-tnaqqis ta’ emissjonijiet li jagħmlu l-ħsara, it-tnaqqis ta’ inċidenti tat-traffiku fit-toroq, jew it-tnaqqis ta’ diżgrazzji f’diżastri marittimi. Madankollu, minflok ma ġew inklużi fil-lista ta’ indikaturi, dawn ġew irrappurtati f’valuri monetarji, li huwa suġġettiv. Il-Kummissjoni lanqas ma setgħet tirfed is-suppożizzjonijiet tagħha b’evidenza suffiċjenti u b’data affidabbli. Fil-qosor, dan jista’ jwassal biex il-benefiċċji reali taż-żewġ programmi spazjali ma jiġux stmati b’akkuratezza.
Il-Kummissjoni ma għandhiex informazzjoni u indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li huma rilevanti għall-monitoraġġ tal-adozzjoni
49Kemm ir-Regolament Nru 1285/2013 għal Galileo u EGNOS kif ukoll ir-Regolament Nru 377/2014 għal Copernicus, u r-regolament il-ġdid li jistabbilixxi l-programm spazjali tal-UE, jirrikjedu li l-Kummissjoni timmonitorja l-prestazzjoni b’mod regolari. Huma jiddefinixxu wkoll indikaturi bażiċi tal-prestazzjoni34. Minbarra aspetti tekniċi, bħad-disponibbiltà tas-servizzi jew tad-data, il-Kummissjoni trid timmonitorja b’mod regolari l-impatt tas-servizzi fuq id-diversi setturi tal-ekonomija, u tivvaluta jekk l-industriji tal-UE fil-fatt iżidux is-sehem mis-suq tagħhom fis-suq downstream dinji għan-navigazzjoni bis-satellita u fl-osservazzjoni tad-Dinja. Dan jirrikjedi d-definizzjoni ta’ indikaturi rilevanti, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-programmi.
50Għal Galileo, il-GSA ġeneralment tipprovdi indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li huma utli u kumplessivament konsistenti, u li juru l-progress li sar. Madankollu, matul iż-żmien, l-għadd tagħhom kien kiber għal 97 indikatur tal-output u tar-riżultati, u b’hekk il-monitoraġġ tagħhom kien sar kumpless. Xi wħud mill-indikaturi mhumiex ippreżentati f’kuntest li huwa ta’ sinifikat, u b’hekk huwa diffiċli biex dawn jiġu interpretati. Pereżempju, l-indikatur li juri l-għadd ta’ kumpaniji li jikkummerċjalizzaw prodotti li jużaw Galileo juri bidliet annwali, iżda ma jindikax kemm mis-suq rispettiv dawn il-kumpaniji kienu jirrappreżentaw. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda indikatur dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-isforzi mwettqa mill-GSA biex tiżviluppa ċerti swieq aktar minn oħrajn minħabba l-importanza strateġika u ekonomika tagħhom. Sa tmiem dan l-awditu, il-GSA kienet diġà qed taħdem fuq sett ġdid ta’ indikaturi li huwa aktar sempliċi.
51Għall-adozzjoni tas-servizzi ta’ Copernicus, il-Kummissjoni timmonitorja parametri ewlenin, bħall-għadd dejjem jiżdied ta’ utenti ta’ Copernicus irreġistrati mal-ESA jew mal-entitajiet inkarigati l-oħra, il-volumi ta’ data mniżżla, jew l-għadd ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ jew ta’ avvenimenti ta’ promozzjoni organizzati. Madankollu, hemm biss informazzjoni parzjali dwar l-għadd ta’ utenti, minħabba li dawn jistgħu jirreġistraw ukoll ma’ pjattaformi nazzjonali ta’ distribuzzjoni tad-data jew ma’ partijiet terzi oħra. Huwa wkoll diffiċli għall-ESA u l-entitajiet inkarigati l-oħra biex jiġbru informazzjoni dwar min fil-fatt juża d-data ta’ Copernicus u għal liema skopijiet. Il-Kummissjoni ma ddefinietx b’mod ċar l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni relatati mal-adozzjoni għall-entitajiet inkarigati ta’ Copernicus u r-rappurtar tagħhom ma kienx armonizzat. Kien ukoll diffiċli li tinsilet konklużjoni dwar l-adozzjoni reali tas-servizzi mill-għadd ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ jew ta’ avvenimenti ta’ promozzjoni organizzati.
52Ir-Regolament Nru 377/2014 kien jirrikjedi li l-Kummissjoni timmonitorja l-użu tad-data u l-informazzjoni ta’ Copernicus permezz ta’ indikaturi speċifiċi tar-riżultati. Dan kien jinkludi utenti ewlenin, bħall-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali, il-penetrazzjoni fis-suq, l-espansjoni tas-swieq eżistenti, il-ħolqien ta’ swieq ġodda, u l-kompetittività tal-operaturi downstream Ewropej35. Madankollu, id-diversità tal-applikazzjonijiet possibbli ta’ Copernicus tagħmilha diffiċli biex il-Kummissjoni tiġbor data aggregata adatta li tappoġġa dawn l-indikaturi. Fl-2019, il-Kummissjoni ppubblikat rapport dwar is-suq, li kien jindika li fl-2017 madwar 72 % tal-kumpaniji tal-osservazzjoni tad-Dinja fl-Ewropa kienu diġà qed jużaw id-data jew is-servizzi ta’ Copernicus, meta mqabbla ma’ 66 % fl-201636, iżda kien hemm wisq ftit li xejn informazzjoni dwar kemm l-utenti ewlenin kienu jużaw Copernicus, jew dwar kemm is-servizzi kienu kkontribwew għat-tqawwija tal-kompetittività tal-operaturi downstream Ewropej.
Sar progress konsiderevoli biex jiġi abilitat l-użu tas-servizzi ta’ Galileo iżda hemm karatteristiċi ewlenin li għadhom mhumiex disponibbli biex jitgawdew il-benefiċċji sħaħ
53Wara l-GPS u l-GLONASS Russa, Galileo hija t-tielet GNSS li tipprovdi servizzi ta’ navigazzjoni u ta’ kronometraġġ. Meta beda s-servizzi inizjali fl-2016, il-programm Galileo diġà kellu dewmien ta’ tmien snin meta mqabbel mal-pjanijiet inizjali37. Bħala l-ewwel GNSS miftuħa fil-livell dinji, il-GPS kellha vantaġġ sinifikanti u l-biċċa l-kbira mit-tagħmir ta’ riċezzjoni jużaha. Għalkemm is-servizzi ta’ Galileo wrew akkuratezza ogħla mis-servizzi l-oħra tal-GNSS, wara avveniment avvers kbir fl-2019 li rriżulta fin-nuqqas ta’ disponibbiltà tas-sistema għal sitt ijiem, il-partijiet rilevanti (il-GSA, il-Kummissjoni u l-ESA) kellhom jaħdmu b’mod konsistenti fuq azzjonijiet biex iżidu l-istabbiltà, ir-robustezza u r-reżiljenza ta’ Galileo. Barra minn hekk, fornituri oħra dalwaqt jistgħu jiksbu livell simili ta’ akkuratezza. Attwalment ġenerazzjoni ġdida ta’ satelliti tal-GPS b’akkuratezza mtejba qed tiġi mobilizzata fl-ispazju u mistennija li tkun operazzjonali fis-snin li ġejjin.
54F’dan il-kuntest, il-GSA kellha tidentifika s-segmenti tas-suq li huma l-aktar rilevanti għas-servizzi ta’ Galileo u tfassal azzjonijiet għall-iżvilupp ta’ dawn is-swieq. Aħna analizzajna jekk il-GSA kinitx wettqet riċerka effettiva dwar is-suq u jekk l-azzjonijiet li kienet ħadet kinux segwew ħtiġijiet li kienu stabbiliti b’mod ċar, kinux immirati lejn l-appoġġ għall-adozzjoni u kellhomx impatt li jista’ jitkejjel fuq l-użu tas-servizzi ta’ Galileo.
Is-suċċess ulterjuri tas-servizzi ta’ Galileo jiddependi b’mod partikolari mid-disponibbiltà ta’ karatteristiċi ewlenin
55Aħna sibna li l-GSA kienet identifikat b’mod effettiv is-segmenti ewlenin tas-suq attwali għas-servizzi tal-GNSS bħal smartphones, manifatturi tal-karozzi, jew produtturi ta’ tagħmir ta’ stħarriġ, u r-rekwiżiti tagħhom.
56Il-GSA stabbiliet kuntatti mill-qrib mal-manifatturi tal-apparati fil-livell dinji u ppromwoviet id-disponibbiltà fis-suq ta’ ċipep u riċevituri lesti għal Galileo. Kisba kbira kienet li, sal-2020, fornituri ewlenin li jirrappreżentaw aktar minn 95 % tas-suq tas-settijiet ta’ ċipep tal-GNSS ipproduċew ċipep u moduli lesti għal Galileo, u riċevituri kompatibbli ma’ Galileo huma disponibbli f’ħafna segmenti tas-suq u normalment huma interoperabbli ma’ GNSS oħra. Dan jikkontribwixxi għat-titjib tal-akkuratezza kumplessiva tan-navigazzjoni, iżda ma jfissirx li t-tagħmir jew ir-riċevituri jagħtu prijorità lil Galileo għall-akkwiżizzjoni ta’ sinjal. Il-GPS għad għandha penetrazzjoni qawwija fis-suq u jrid jgħaddi ż-żmien sakemm il-biċċa l-kbira mill-utenti jadottaw teknoloġiji kompatibbli ma’ Galileo fid-diversi segmenti kollha tas-suq.
57Is-Servizz b’Akkuratezza Għolja (HAS) u Servizz ta’ Awtentikazzjoni ta’ Messaġġi tan-Navigazzjoni (Navigation Message Authentication Service (OSNMA) huma karatteristiċi ewlenin (“differenzjaturi”) ta’ Galileo. L-OSNMA jikkonsisti f’firma diġitali tas-sinjali ta’ navigazzjoni biex tiġi żgurata l-awtentiċità tagħhom. Servizz ta’ Awtentikazzjoni Kummerċjali (CAS), li jipprovdi sinjal kriptat ta’ Galileo, huwa mistenni li jkun disponibbli biex jipproteġi kontra attakki ta’ ripetizzjoni (replay) fuq is-sinjal. Tali servizzi mhumiex ipprovduti minn GNSS oħra u għaldaqstant huma punt ta’ bejgħ uniku ta’ Galileo. Is-CAS huwa wkoll l-uniku servizz ta’ Galileo li l-Kummissjoni ppjanat li tagħmel disponibbli bi ħlas u li għaldaqstant jista’ jiġġenera dħul għall-baġit tal-UE.
58Għalkemm huwa ppjanat li tkun kompletament operazzjonali sa tmiem l-2020, is-sistema Galileo għadha ma kisbitx dan l-istatus. L-iżvilupp kemm tal-HAS kif ukoll tal-OSNMA akkumula aktar dewmien. L-ittestjar huwa ppjanat għall-2021, biex l-industriji jkunu jistgħu jivvalidaw ir-riċevituri kompatibbli iżda s-servizzi jistgħu ma jkunux disponibbli qabel l-2024. Is-CAS għadu qed jiġi ddefinit u mhuwiex ċar meta se jkun operazzjonali. Filwaqt li dan ma jinibixxix l-iżvilupp ta’ swieq potenzjali, huwa jista’ jfixkel l-abbiltà tas-sistema Galileo li tikseb is-suq għal dawn is-servizzi u għaldaqstant tikkapitalizza fuq l-investimenti rispettivi f’Galileo qabel ma GNSS oħra jipprovdu servizzi simili.
L-azzjonijiet għall-appoġġ għall-evoluzzjoni u l-użu tas-servizzi ta’ Galileo huma ta’ kwalità tajba iżda għad hemm riskji għall-adozzjoni effettiva tagħhom
59Mill-2014 ’il hawn, il-GSA ġarrbet madwar EUR 22 miljun għall-iżvilupp tas-suq u għall-appoġġ għall-adozzjoni tas-servizzi ta’ Galileo u EGNOS. Sa nofs l-2020, il-GSA tat ukoll għotjiet ta’ EUR 141 miljun għal 79 proġett taħt il-programm Orizzont 2020 u ffinanzjat appoġġ ta’ madwar EUR 41 miljun għal 14-il proġett taħt il-programm Elementi Fundamentali tagħha.
60Aħna osservajna li mill-pubblikazzjoni tas-sejħiet għal proposti ta’ proġett sat-tmiem ta’ proġett jistgħu jgħaddu aktar minn erba’ snin. Fis-swieq tat-teknoloġija li qed jinbidlu malajr, naraw riskju ġenerali li r-riżultati tal-proġetti jilħqu jsiru obsoleti sakemm jasal iż-żmien meta jkunu disponibbli.
61Bħala parti mill-kampjun tagħna (ara l-paragrafu 21), aħna rrieżaminajna tmien azzjonijiet li l-GSA kienet appoġġat taħt il-programm Orizzont 2020, il-programm Elementi Fundamentali, jew bħala parti mill-iżvilupp tas-suq, li kienu ġew ikkompletati fiż-żmien meta wettaqna l-awditu. Aħna sibna li l-azzjonijiet ġeneralment indirizzaw ħtieġa teknika stabbilita b’mod ċar jew kienu mmirati lejn suq promettenti, kienu ta’ kwalità teknika xierqa, u laħqu objettivi f’termini ta’ output u ta’ twaqqit. Madankollu, xi swieq għadhom qed jiżviluppaw u l-kontribut tal-proġetti għall-adozzjoni jista’ jiġi vvalutat biss fuq żmien itwal. F’każijiet oħra, l-adozzjoni tista’ tiddependi minn jekk klijenti potenzjali ta’ soluzzjonijiet innovattivi jkollhomx il-finanzjament meħtieġ (ara l-Kaxxa 4).
Kaxxa 4
Fattur li jfixkel l-adozzjoni ta’ azzjonijiet iffinanzjati mill-UE li jappoġġaw is-servizzi ta’ Galileo
F’każ minnhom, il-GSA appoġġat l-iżvilupp ta’ prototip prekummerċjali biex turi l-fattibbiltà teknika tal-użu ta’ Galileo f’sistemi tat-trasport intelliġenti u għall-monitoraġġ ta’ infrastrutturi urbani. Madankollu, tliet snin wara t-tmiem tal-proġett, kien għad ma hemmx prodott disponibbli fis-suq. Skont il-GSA, il-muniċipalitajiet interessati fil-proġett kellhom limitazzjonijiet finanzjarji biex jimplimentaw teknoloġiji ġodda fi ħdan il-qasam tat-trasport intelliġenti.
Azzjonijiet li ttieħdu mill-Kummissjoni biex tiġi appoġġata l-adozzjoni tad-data ta’ Copernicus kienu frammentati, u s-sinerġiji ma kinux qed jiġu sfruttati
Bosta azzjonijiet ewlenin li ttieħdu mill-Kummissjoni kellhom objettivi li ma kinux ċari, kienu frammentati u kellhom nuqqas ta’ finanzjament
62Mill-2014 ’il hawn, il-Kummissjoni appoġġat direttament l-adozzjoni ta’ Copernicus b’madwar EUR 30 miljun. Barra minn hekk, madwar EUR 83 miljun kienu disponibbli biex jiġu ffaċilitati modi ġodda ta’ aċċess għad-data ta’ Copernicus. Għall-appoġġ għall-adozzjoni ta’ Copernicus taħt il-programm Orizzont 2020, ingħataw għotjiet ta’ EUR 194 miljun għal 79 proġett li jiffukaw speċifikament fuq l-adozzjoni mis-suq u fuq l-evoluzzjoni tas-servizzi ta’ Copernicus. Bħala parti mill-kampjun tagħna, aħna rrieżaminajna sitt azzjonijiet ewlenin li ġew appoġġati direttament mill-Kummissjoni (ara l-paragrafu 30) u tmien proġetti ffinanzjati taħt il-programm Orizzont 2020, li kellhom l-għan li jappoġġaw l-adozzjoni u li kienu ġew ikkompletati saż-żmien meta wettaqna l-awditu.
63Biex iżżid is-sensibilizzazzjoni dwar Copernicus, il-Kummissjoni stabbiliet in-networks Copernicus Academy u Copernicus Relays. L-objettiv tal-Copernicus Academy huwa li jappoġġa l-adozzjoni mill-universitajiet u miċ-ċentri ta’ riċerka, billi lill-organizzazzjonijiet ta’ riċerka pubbliċi jipprovdilhom materjal għall-korsijiet u informazzjoni ddedikata; in-network Copernicus Relays għandu l-għan li jifhem aħjar il-ħtiġijiet tal-utenti, iżid is-sensibilizzazzjoni fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, u jxerred l-aħjar prattiki.
64Aħna sibna li mill-2017 ’il hawn, il-Kummissjoni kienet involuta b’suċċess ma’ aktar minn 160 membru tal-Akkademja fis-27 Stat Membru kollha, kif ukoll f’xi pajjiżi terzi, u aktar minn 90 sieħeb tan-network Copernicus Relays inklużi awtoritajiet nazzjonali, aġenziji tal-gvern, raggruppamenti tal-innovazzjoni, kumpaniji li joperaw fis-settur spazjali, kif ukoll istituti universitarji u organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ. Fl-2019, in-network Copernicus Relays organizza madwar 200 avveniment ta’ sensibilizzazzjoni. Madankollu, is-sħab ma jirċevux finanzjament dirett u ma hemm l-ebda informazzjoni dwar jekk jikkontribwixxux għal adozzjoni strutturata mill-utenti li jkollha impatt fuq terminu twil fil-livelli nazzjonali, reġjonali jew lokali.
65Kif stabbilit fl-Istrateġija Spazjali għall-Ewropa tagħha tal-2016, il-Kummissjoni appoġġat ukoll negozji ġodda. Għal dan il-fini, hija organizzat jew appoġġat finanzjarjament premjijiet biex jiġu appoġġati ideat innovattivi (“Hackathons” jew “Masters”) u stabbiliet Programmi ta’ Aċċellerazzjoni u ta’ Inkubazzjoni. Filwaqt li l-Copernicus Accelerator iffinanzja annwalment l-ikkowċjar ta’ madwar 40 kumpanija innovattiva minn mentors b’esperjenza, il-Programm Copernicus Incubation appoġġa madwar 20 kumpanija innovattiva li jużaw Copernicus b’għotja ta’ EUR 50 000 minbarra l-appoġġ li diġà kienu rċevew minn inizjattivi oħra ta’ inkubazzjoni, pereżempju, l-inkubaturi tan-negozju tal-ESA stess. Madankollu, l-għadd ta’ negozji ġodda appoġġati kien żgħir, u l-Kummissjoni ma ċċaratx l-għanijiet tagħha fl-appoġġ ta’ dawn il-programmi. Ma kienx hemm monitoraġġ ulterjuri tal-progress li sar min-negozji l-ġodda wara t-tmiem tal-perjodu ta’ aċċellerazzjoni jew ta’ inkubazzjoni. Għalhekk, għadu mhuwiex possibbli li jiġi vvalutat jekk dawn iż-żewġ inizjattivi kinux ikkontribwew għall-appoġġ ta’ negozji ġodda b’mod effettiv u effiċjenti.
66Azzjoni ewlenija oħra, il-Ftehim Qafas ta’ Sħubija (FPA) Caroline Herschel, kienet immirata lejn kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-Istati Membri interessati. Taħt l-FPA, entitajiet pubbliċi, bħal aġenziji spazjali jew istituti ta’ riċerka fi 22 Stat Membru, jipproponu proġetti lill-Kummissjoni u jagħtu għotjiet biex jappoġġaw azzjonijiet taħt 3 objettivi speċifiċi (“livelli”), fejn il-baġit tal-UE jappoġġa sa 85 % tal-ispejjeż (ara t-Tabella 2):
Tabella 2
Objettivi u azzjonijiet tal-Ftehim Qafas ta’ Sħubija Caroline Herschel
| Livell | Objettiv | Azzjonijiet |
| 1 | Appoġġ għall-adozzjoni mill-utenti fil-livell nazzjonali | Avvenimenti ta’ informazzjoni, ta’ taħriġ jew ta’ innovazzjoni, djalogu ma’ atturi, żvilupp ta’ azzjonijiet u servizzi downstream fil-livell nazzjonali. |
| 2 | Appoġġ għall-adozzjoni fil-livell globali, inkluża l-adozzjoni transfruntiera u internazzjonali mill-utenti Ewropej | Avvenimenti ta’ informazzjoni, ta’ taħriġ jew ta’ innovazzjoni, djalogi ma’ atturi, pilotaġġ ta’ applikazzjonijiet u servizzi downstream fil-livell multinazzjonali. |
| 3 | Appoġġ għas-soluzzjonijiet tan-negozju u l-applikazzjonijiet innovattivi | Żvilupp ta’ applikazzjonijiet u servizzi downstream, promozzjoni ta’ azzjonijiet innovattivi nazzjonali u multinazzjonali. |
Sors: il-Kummissjoni Ewropea.
L-FPA jippermetti li l-Kummissjoni tappoġġa direttament l-adozzjoni flimkien ma’ sħab nazzjonali u għaldaqstant tingrana l-azzjonijiet tagħha. Madankollu, minħabba għadd kbir ta’ azzjonijiet iżgħar u iżolati bħal sessjonijiet ta’ ħidma, taħriġ jew proġetti taħt id-diversi livelli, l-implimentazzjoni tiegħu kienet frammentata. L-impatt ġenerali mistenni u r-relazzjoni mal-istrateġiji nazzjonali għall-appoġġ għall-adozzjoni baqgħu fil-biċċa l-kbira mhux ċari. Pereżempju, il-programm kien jinkludi azzjonijiet immirati lejn l-iżvilupp ta’ katalgu tal-aħjar prattiki biex iservi bħala ispirazzjoni għal utenti potenzjali ġodda ta’ Copernicus fis-settur pubbliku, jew biex joħloq sensibilizzazzjoni dwar kif is-servizzi ta’ Copernicus jistgħu jappoġġaw l-amministrazzjonijiet pubbliċi. Billi l-użu ta’ data ta’ osservazzjoni tad-Dinja huwa kumpless u jirrikjedi għarfien espert, l-azzjonijiet appoġġati mill-FPA jirrikjedu miżuri komplementari bħar-reklutaġġ ta’ esperti fl-amministrazzjonijiet nazzjonali, li mhuwiex żgurat.
68Għall-2018, li hija l-ewwel sena tal-programm, il-Kummissjoni bbaġitjat kontribuzzjoni ta’ EUR 6 miljun. Madankollu, fiż-żmien meta wettaqna l-awditu, ħafna proġetti kienu mdewma, prinċipalment minħabba li l-ftehimiet jew il-kuntratti ta’ għotja ġew iffirmati tard u minħabba dewmien fl-arranġamenti ta’ prefinanzjament. Għall-azzjonijiet li ttieħdu fil-Programm ta' Ħidma Annwali 2019, il-finanzjament ta’ EUR 8 miljun ippjanat mill-UE seħħ biss wara dewmien sinifikanti. Ftehimiet ta’ għotja speċifiċi setgħu għaldaqstant jiġu ffirmati biss f’Settembru 2020, fi żmien meta l-finanzjament tal-azzjonijiet għall-Programm ta’ Ħidma 2020 kien għadu inċert.
Il-proġetti ffinanzjati taħt il-programm Orizzont 2020 huma ġeneralment ta’ kwalità tajba iżda l-impatt tagħhom fuq l-adozzjoni ta’ Copernicus ma jistax jiġi vvalutat
69Il-programm Orizzont 2020 kien pilastru importanti fl-isforzi tal-Kummissjoni biex tappoġġa l-adozzjoni ta’ Copernicus. Fil-parti tal-programm iddedikata għall-ispazju kienu ġew inklużi azzjonijiet immirati, iżda l-applikanti li kienu jużaw data ta’ osservazzjoni tad-Dinja kienu eliġibbli wkoll taħt partijiet tal-programmi ta’ ħidma ta’ Orizzont 2020 li ma kinux relatati mal-ispazju38.
70Aħna rrieżaminajna s-sejħiet għal proposti dwar l-adozzjoni ta’ Copernicus tal-Programmi ta’ Ħidma 2014/15 u 2016/17 ta’ Orizzont 2020 u, għal tmien proġetti kkompletati, analizzajna jekk dawn kinux ikkontribwew għal adozzjoni sinifikanti tas-servizzi ta’ Copernicus.
71Il-proġetti li rrieżaminajna kienu teknikament plawżibbli u kienu jissodisfaw il-biċċa l-kbira mill-objettivi ddefiniti fil-programmi ta’ ħidma. Madankollu, għal tlieta minn sitt proġetti mmirati speċifikament lejn l-adozzjoni mis-suq, ma kienx ċar jekk il-benefiċjarji kienx irnexxielhom jiżviluppaw servizzi li kapaċi jiġġeneraw fatturat sinifikanti għall-parteċipanti, jew jiksbu użu sinifikattivament usa’ ta’ Copernicus. Aħna osservajna wkoll li għal xi wħud mis-sejħiet għal proposti l-impatt mistenni kien ambizzjuż ħafna, billi l-għadd żgħir ta’ proġetti li ngħataw finanzjament għamilha improbabbli li jintlaħaq dan l-objettiv (ara l-Kaxxa 5).
Kaxxa 5
L-objettivi huma ambizzjużi iżda l-impatt huwa limitat
Skont is-sejħa għal proposti EO-1-2016 Downstream applications, il-Kummissjoni riedet ittejjeb il-potenzjal tal-industrija Ewropea biex tieħu vantaġġ mill-opportunitajiet tas-suq u tistabbilixxi tmexxija fil-qasam, kif ukoll biex tagħti spinta lill-attività kummerċjali. Madankollu, ħames proġetti biss ingħataw appoġġ. Minkejja r-riżultati promettenti minn xi wħud, minħabba l-għadd żgħir u l-ambitu limitat tagħhom, x’aktarx li dawn ma jkollhomx impatt sinifikanti fuq l-industrija Ewropea fl-intier tagħha.
L-awtoritajiet pubbliċi huma utenti ewlenin ta’ Copernicus. Taħt is-sejħa EO-2-2016 Downstream services for public authorities, il-Kummissjoni riedet tvara azzjonijiet ta’ innovazzjoni mmexxija mid-domanda min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi, li għandhom l-għan li jippersonalizzaw l-informazzjoni ta’ Copernicus. L-intenzjoni kienet li jiġu stabbiliti:
- gruppi ta’ xerrejja għas-servizzi ta’ osservazzjoni tad-Dinja;
- applikazzjonijiet nazzjonali, reġjonali jew lokali abilitati għal Copernicus, b’appoġġ għall-awtoritajiet pubbliċi, li jippromwovu azzjonijiet ibbażati fuq l-osservazzjoni tad-Dinja; u
- ktajjen ta’ provvista sostenibbli għat-twassil ta’ servizzi downstream ibbażati fuq l-osservazzjoni tad-Dinja lill-awtoritajiet pubbliċi.
Madankollu, wara din is-sejħa, il-Kummissjoni rċeviet biss żewġ proposti għal proġetti li minnhom għotja waħda setgħet tingħata lil proġett fl-osservazzjoni tal-baħar tad-Dinja.
Il-Kummissjoni tiffaċilita l-aċċess għad-data ta’ Copernicus, iżda l-potenzjal għas-sinerġiji mhuwiex qed jiġi sfruttat
72L-aċċess xieraq għad-data u għall-prodotti ta’ Copernicus huwa essenzjali għal adozzjoni effettiva tas-servizzi. Aħna eżaminajna jekk il-Kummissjoni kellhiex approċċ kosteffettiv u sinerġetiku fl-għoti ta’ tali aċċess għad-data u s-servizzi ta’ Copernicus.
73L-ESA u l-EUMETSAT stabbilew ċentri tad-data fejn l-utenti jistgħu jniżżlu d-data mhux ipproċessata pprovduta mis-Sentinels. Bħala parti mill-infrastruttura, 13-il Stat Membru tal-UE ffinanzjaw u operaw siti mera nazzjonali għad-data ta’ Copernicus, is-segmenti terrestri kollaborattivi (CollGS)39, xi wħud minnhom b’servizzi addizzjonali għall-utenti tagħhom. L-entitajiet inkarigati bil-komponenti tas-servizz għamlu l-prodotti ta’ Copernicus disponibbli permezz tas-soluzzjonijiet proprji tagħhom għall-aċċess għad-data.
74Billi l-ammont ta’ data u informazzjoni ġġenerat mill-programm Copernicus kien jippreżenta sfida għat-tniżżil tradizzjonali tad-data, fl-2016 ġiet stabbilita task force magħmula minn rappreżentanti mill-Kummissjoni, l-ESA, l-EUMETSAT, l-Istati Membri u l-pajjiżi parteċipanti ta’ Copernicus. Din it-task force pproponiet li jiġu stabbiliti soluzzjonijiet għat-titjib tad-disponibbiltà tad-data u tal-prodotti ta’ Copernicus40. Bħala parti minn din l-inizjattiva, il-Kummissjoni ffinanzjat il-ħolqien ta’ Servizzi ta’ Aċċess għad-Data u għall-Informazzjoni (DIAS). Madankollu, ma nkisibx segment terrestri integrat, u d-data ta’ Copernicus għadha disponibbli fuq firxa ta’ pjattaformi operati mill-ESA, mill-entitajiet inkarigati ta’ Copernicus, mill-Istati Membri u mill-operaturi privati.
75Id-DIAS huma pjattaformi diġitali innovattivi bbażati fuq il-cloud, li jinsabu fl-UE, li jippermettu lill-utenti jisfruttaw volumi kbar ta’ data ta’ Copernicus u data spazjali oħra, mingħajr ma jkollhom għalfejn jittrasferuhom u jaħżnuhom fuq in-networks tal-kompjuter proprji tagħhom. L-iskop kien li tissaħħaħ il-kompetizzjoni fost dawn il-pjattaformi, u mas-servizzi eżistenti, u li dawn jiġu kkombinati ma’ servizzi kummerċjali addizzjonali biex il-pjattaformi jsiru ekonomikament sostenibbli u indipendenti mill-finanzjament pubbliku fit-terminu twil.
76Meta ġew stabbiliti l-pjattaformi DIAS, kien hemm inċertezza dwar l-għadd ta’ utenti potenzjali li jkunu lesti jħallsu għas-servizzi u għaldaqstant jiżguraw is-sostenibbiltà ekonomika tal-pjattaformi. Il-Kummissjoni eventwalment iddeċidiet li tappoġġa ħames pjattaformi ta’ dan it-tip sal-2021. Madankollu, l-għadd tagħhom għamilha aktar diffiċli biex jiġi attirat għadd suffiċjenti ta’ utenti, sabiex tinkiseb massa kritika, jittieħdu benefiċċji mill-effetti tan-network u għaldaqstant ikun hemm kompetizzjoni effettiva ma’ operaturi mhux tal-UE li jipprovdu servizzi simili. Minn meta l-pjattaformi DIAS saru operazzjonali f’nofs l-2018, l-użu tas-servizzi tagħhom baqa’ baxx ħafna meta mqabbel mal-għadd kumplessiv ta’ utenti attivi ta’ Copernicus, b’għadd żgħir biss ta’ utenti li attwalment qed iħallsu għal xi wħud minnhom. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma ppromwovietx suffiċjentement l-użu tas-servizzi taħt strumenti ddedikati oħra li jappoġġaw l-adozzjoni, bħal Orizzont 2020, billi ħeġġet lill-benefiċjarji biex jużaw din l-għodda l-ġdida għall-ipproċessar tad-data tagħhom.
77Il-Kummissjoni għad ma għandhiex strateġija dwar kif tintegra aktar l-aċċess għad-data ta’ Copernicus u l-ipproċessar tagħha, b’mod kosteffiċjenti: Mit-13-il CollGS, wieħed biss ġie implimentat bl-użu ta’ infrastruttura DIAS u li għaldaqstant wera interess lejn il-konverġenza. Il-Kummissjoni għadha wkoll ma ċċaratx kif l-aċċess għad-data ta’ Copernicus u għal data spazjali oħra, kif ukoll l-ipproċessar tagħha, ikunu jiġu integrati fl-inizjattiva tagħha tal-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa41. Din l-inizjattiva għandha l-għan li tindirizza l-frammentazzjoni tal-infrastrutturi tad-data fl-UE inġenerali, billi tiżviluppa faċilitajiet għall-ħżin, għall-kondiviżjoni u għall-użu mill-ġdid tad-data xjentifika, kif ukoll l-iskambju ta’ ideat dwar settijiet differenti ta’ data, inkluża d-data ta’ osservazzjoni tad-Dinja.
Il-miżuri regolatorji jistgħu jiffaċilitaw l-adozzjoni tas-servizzi spazjali tal-UE iżda għad hemm lakuni
78Fl-Istrateġija Spazjali għall-Ewropa tagħha tal-2016, il-Kummissjoni għamlet impenn ukoll li tieħu miżuri regolatorji (fejn ikun iġġustifikat u ta’ benefiċċju), biex tintroduċi Galileo fi swieq jew f’oqsma speċifiċi u, fuq żmien itwal, biex tistimula l-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet spazjali permezz ta’ miżuri ta’ standardizzazzjoni.
79Aħna vvalutajna jekk il-Kummissjoni kinitx identifikat b’mod effettiv tali opportunitajiet għal azzjonijiet regolatorji jew ta’ standardizzazzjoni biex tiġi appoġġata l-adozzjoni tas-servizzi spazjali u jekk kinitx ħadet azzjoni fir-rigward tagħhom. Billi d-dispożizzjonijiet legali eżistenti jistgħu wkoll jinibixxu l-użu tas-servizzi spazjali (pereżempju, regoli tal-amministrazzjonijiet pubbliċi li jipprojbixxu l-użu tad-data spazjali jew tas-servizzi spazjali), aħna eżaminajna wkoll jekk il-Kummissjoni u l-Istati Membri magħżula kinux ħadu passi biex jidentifikaw u jneħħu tali ostakli.
Azzjoni regolatorja ffaċilitat l-użu ta’ apparati kompatibbli ma’ Galileo, iżda hija meħtieġa azzjoni ulterjuri
80Is-servizzi ta’ navigazzjoni u kronometraġġ bis-satellita huma suġġetti għal għadd kbir ta’ standards tekniċi u regolamenti. Dawn jistgħu jkunu regoli tal-UE, regoli nazzjonali jew standards stabbiliti minn ftehimiet internazzjonali jew minn organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni. Tali miżuri jistgħu jappoġġaw l-adozzjoni tas-servizzi spazjali, minħabba li jippermettu li l-manifatturi tat-tagħmir jistandardizzaw il-prodotti tagħhom u jiżguraw l-interoperabbiltà tas-sistemi. Billi s-sistemi ta’ navigazzjoni bis-satellita jużaw frekwenzi tar-radju, huma meħtieġa wkoll standards biex is-sinjali jiġu protetti mill-interferenzi.
81Il-Kummissjoni diġà adottat miżuri regolatorji biex tiffaċilita l-adozzjoni tas-servizzi ta’ Galileo fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq u f’dak tas-servizzi ta’ emerġenza42. Dawn l-inizjattivi appoġġaw b’mod effettiv it-tagħmir ta’ karozzi u mobiles ġodda b’settijiet ta’ ċipep kompatibbli ma’ Galileo, li jippermettu lil dawk li jintervienu f’emerġenza jaslu fuq il-post tal-inċident aktar malajr. Barra minn hekk, fl-2020, standard internazzjonali rilevanti li kien jipprivileġġa l-użu tal-GPS bħala s-sinjal ta’ navigazzjoni ppreferut tal-apparati ġie aġġornat, u issa jippermetti li l-manifatturi tal-apparati jagħżlu l-GNSS ippreferuta, li x’aktarx jappoġġa użu aktar mifrux tas-servizzi ta’ Galileo.
82Fl-2017, studju tal-Kummissjoni identifika lakuni u ħtiġijiet futuri għall-istandardizzazzjoni biex tiġi appoġġata l-penetrazzjoni ta’ Galileo u EGNOS fis-suq u ppropona pjanijiet direzzjonali għal segmenti differenti tas-suq43. Il-Kummissjoni elaborat ukoll Pjan Ewropew ta’ Navigazzjoni bir-Radju, li jipprovdi inventarju tas-sistemi eżistenti u emerġenti tan-navigazzjoni bir-radju u jagħti stampa ġenerali tal-leġiżlazzjoni tal-UE rilevanti għan-navigazzjoni bir-radju44. Wara konsultazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni ddefiniet tliet oqsma ta’ prijorità, fejn ir-regolamentazzjoni jew l-istandardizzazzjoni tista’ tkun ta’ benefiċċju45:
- Trasport u mobbiltà intelliġenti: l-avjazzjoni bl-ekwipaġġ, l-inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ u awtonomi, is-sistemi intelliġenti tat-trasport bit-triq, it-trasport marittimu, u t-trasport bil-ferrovija;
- Interkonnettività intelliġenti: is-servizzi bbażati fuq il-lokalizzazzjoni (pereżempju fi smartphones), l-apparati konnessi, magħrufa bħala Internet tal-Oġġetti (IoT), u l-interazzjoni mal-amministrazzjonijiet pubbliċi; u
- Infrastrutturi intelliġenti: servizzi ta’ kronometraġġ u ta’ sinkronizzazzjoni f’infrastrutturi kritiċi bħall-enerġija, it-telekomunikazzjoni jew it-trasport.
Meta ġie konkluż dan l-awditu, kien sar progress moderat: Immappjar tal-attivitajiet imwettqa mill-Kummissjoni u mill-GSA, dwar l-iżvilupp ta’ standards downstream kompatibbli ma’ Galileo, kien ġie inkluż fil-programm ta’ ħidma ta’ Galileo għall-2020, u jinsabu għaddejjin studji u proġetti fil-qasam tat-traffiku tal-ajru, it-trasport bit-triq u l-applikazzjonijiet marittimi. Madankollu, biex dawn ikunu effettivi, f’dawn is-setturi hija meħtieġa azzjoni regolatorja komplementari speċifika għas-settur. Għal oqsma importanti ta’ applikazzjoni tal-GNSS, l-istandards iridu jiġu maqbula mill-korpi internazzjonali, u dan jista’ jkun kumpless u jieħu ħafna ħin. F’oqsma rilevanti, ir-regolamentazzjoni speċifika għas-settur, pereżempju, għat-trasport bit-triq u l-loġistika, il-karozzi awtonomi jew id-droni għadha inkompleta jew nieqsa. Attwalment il-Kummissjoni timmonitorja dawn l-isfidi, iżda ma teżisti l-ebda skeda ta’ żmien għall-ħruġ ta’ regolamentazzjoni jew standards adatti għal kull politika jew segment tas-suq u li għaldaqstant tiffaċilita aktar l-adozzjoni ta’ Galileo.
84Aħna osservajna wkoll li ftit sar progress fil-qasam tal-interkonnettività intelliġenti u tal-konnessjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi (barra mill-PRS): għad ma hemm l-ebda standard biex titqawwa l-pożizzjoni ta’ Galileo f’applikazzjonijiet rilevanti tal-IoT jew tal-intelliġenza artifiċjali. Biex iċ-ċittadini jiġu konnessi mal-amministrazzjoni pubblika, l-azzjonijiet li ttieħdu mill-Kummissjoni ġew limitati għall-bdiewa li jużaw in-navigazzjoni bis-satellita, bħala parti minn proġett ta’ pjattaforma diġitali.
Fir-regolamenti tagħha, il-Kummissjoni ma tippromwovix b’mod suffiċjenti l-użu tal-Osservazzjoni tad-Dinja
85L-eżerċizzju ta’ mmappjar imwettaq mill-Kummissjoni fl-2015 (ara l-paragrafu 32) sab, fost oħrajn, li l-leġiżlazzjoni tal-UE tista’ tgħin biex il-politiki tal-UE jiġu implimentati b’mod aktar effiċjenti u jitnaqqas il-piż amministrattiv. Pass sinifikanti ’l quddiem kien l-adozzjoni ta’ bażi ġuridika, li tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jużaw l-osservazzjoni tad-Dinja għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-politika agrikola komuni46. Madankollu, aħna osservajna li sar biss ftit li xejn progress f’setturi oħra, fejn il-leġiżlazzjoni tista’ tgħin biex jiġi promoss aħjar l-użu tad-data ta’ Copernicus u ta’ data oħra ta’ osservazzjoni tad-Dinja. Sal-ġurnata tal-lum, huma biss ftit ħafna d-dispożizzjonijiet legali tal-UE, bħar-Regolament 2018/841 dwar l-użu tal-art u l-monitoraġġ tal-forestrija bl-iskop li tintlaħaq il-mira tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, li jirrikjedu li jsir l-aħjar użu minn Copernicus u Galileo għall-ġbir tad-data47. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma wettqitx analiżi komprensiva dwar fejn il-leġiżlazzjoni tal-UE tista’ tippromwovi aħjar l-użu tad-data ta’ osservazzjoni tad-Dinja.
Ftit li xejn kien hemm azzjoni fl-identifikazzjoni ta’ ostakli regolatorji jew amministrattivi għall-adozzjoni tas-servizzi spazjali
86Minbarra l-istandards tekniċi li jistgħu jipprevienu l-użu tal-potenzjal sħiħ tal-programmi spazjali tal-UE (ara l-paragrafu 81), jista’ jkun hemm ukoll ostakli regolatorji jew amministrattivi fil-konfront tal-użu tas-servizzi ta’ osservazzjoni tad-Dinja u dawk tan-navigazzjoni, pereżempju, fl-infurzar tal-liġi, jew fejn ir-regoli dwar l-akkwist ma jippermettux l-użu ta’ tali servizzi. Barra minn hekk, l-użu ta’ teknoloġiji ġodda bbażati fuq data tas-Sentinels jista’ jirrikjedi bidliet sinifikanti fil-proċeduri amministrattivi u fis-sistemi tal-IT48.
87Aħna sibna li l-Kummissjoni ma kellha l-ebda stampa ġenerali sistematika tal-mod kif l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri użaw id-data spazjali u jekk kienx hemm xi ostakli regolatorji li kienu qed jipprevienu l-użu tagħha. Fl-Italja, l-awtoritajiet nazzjonali kienu stabbilew grupp ta’ ħidma ta’ livell għoli biex jidentifika l-ostakli regolatorji nazzjonali u Ewropej possibbli li jistgħu jaffettwaw l-adozzjoni ta’ prodotti u servizzi pprovduti minn Copernicus u Galileo, iżda r-riżultati ta’ dan ix-xogħol kienu għadhom ma kinux disponibbli. Fir-Repubblika Ċeka, fil-Ġermanja u fi Franza, l-awtoritajiet nazzjonali kienu għadhom ma wettqux analiżi ta’ dan it-tip.
Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
88Il-konklużjoni ġenerali tagħna hija li l-programmi spazjali tal-UE Galileo u Copernicus jipprovdu servizzi u data siewja, li l-Kummissjoni ppromwoviet b’diversi modi iżda ma għamlitx biżżejjed biex tisfrutta bis-sħiħ il-potenzjal tagħhom. Huma meħtieġa aktar sforzi għall-kapitalizzazzjoni fuq l-investiment sinifikanti li sar biex jinkisbu l-benefiċċji soċjetali u ekonomiċi mistennija u għaldaqstant biex is-Suq Intern tal-UE jitqawwa.
89Fl-Istrateġija Spazjali għall-Ewropa tagħha tal-2016, il-Kummissjoni għamlet ħilitha biex timmassimizza l-benefiċċji ekonomiċi u soċjetali pprovduti mill-programmi spazjali Ewropej iżda ma stabbilietx miri u prijoritajiet ċari, li jispjegaw dak li jista’ jkun realistikament mistenni taħt “massimizzazzjoni”, u lanqas ma stabbiliet perjodu ta’ żmien għall-ilħuq ta’ dawn l-objettivi (il-paragrafi 24 sa 26).
90Għad ma hemm l-ebda strateġija komprensiva għall-promozzjoni tal-adozzjoni tal-programmi spazjali tal-UE, u l-approċċi tal-Kummissjoni huma marbuta biss parzjalment ma’ objettivi strateġiċi speċifiċi li jistgħu jitkejlu u huma aċċettati, realistiċi u marbuta mal-ħin, li jispjegaw b’mod ċar dak li jenħtieġ li jinkiseb (il-paragrafi 27 sa 31).
91Internament, il-Kummissjoni tagħmel użu tajjeb mid-data ta’ Copernicus fil-monitoraġġ tal-politiki. Madankollu, hija ma tisfruttax bis-sħiħ il-potenzjal tad-data u għadha ma żviluppatx strateġija biex tkompli ttejjeb l-użu tagħha fi ħdan il-Kummissjoni u istituzzjonijiet jew korpi oħra tal-UE (il-paragrafi 32 u 33).
92Il-Kummissjoni ma ddefinietx b’mod ċar ir-rwol tal-entitajiet inkarigati ta’ Copernicus fl-appoġġ għall-adozzjoni. Konsegwentement, mhux kollha kellhom strateġija ddedikata u l-approċċi tagħhom fl-appoġġ għall-adozzjoni kienu jvarjaw (il-paragrafi 34 u 36).
93Il-Kummissjoni u l-GSA rċevew biss ftit li xejn informazzjoni dwar l-istrateġiji u l-approċċi tal-Istati Membri fl-appoġġ għall-adozzjoni. L-approċċi tal-Istati Membri magħżula kienu jvarjaw iżda minkejja inizjattivi promettenti biex is-settur spazjali jiġi konness aħjar ma’ atturi mhux spazjali, ma kien hemm l-ebda analiżi komprensiva ta’ fejn is-servizzi ta’ Copernicus jistgħu jtejbu l-effiċjenza u l-effettività tal-amministrazzjonijiet pubbliċi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għadha ma indirizzatx l-istruttura frammentata tas-swieq għas-servizzi spazjali fl-approċċ proprju tagħha (il-paragrafi 37 sa 42).
Rakkomandazzjoni 1 – Tiġi żviluppata strateġija komprensiva biex tiġi appoġġata l-adozzjoni tas-servizzi spazjali tal-UESabiex tappoġġa l-adozzjoni ulterjuri tas-servizzi spazjali tal-UE b’mod aktar effettiv, jenħtieġ li l-Kummissjoni:
- tiżviluppa strateġija komprensiva biex tiġi appoġġata l-adozzjoni tas-servizzi ta’ Galileo u Copernicus, li tinkludi l-atturi u l-entitajiet kollha rilevanti fid-diversi livelli tagħhom, tiċċara r-rwoli tagħhom u tiddefinixxi l-miri realistiċi u li jistgħu jitkejlu li għandhom jintlaħqu;
- tidentifika flimkien mal-Istati Membri fejn is-servizzi spazjali tal-UE jistgħu jtejbu l-effiċjenza u l-effettività tal-amministrazzjonijiet pubbliċi bil-ħsieb li tindirizza l-istruttura frammentata tas-swieq.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: 2023
94Il-forniment ta’ servizzi spazjali huwa assoċjat ma’ għadd ta’ benefiċċji ekonomiċi u soċjetali, iżda ma hemm l-ebda qafas kunċettwali u statistiku li huwa rikonoxxut b’mod ġenerali għall-istimar ta’ dawn il-benefiċċji. Dan jagħmilha diffiċli biex dawn il-benefiċċji jiġu kkwantifikati b’mod affidabbli u jitqiegħdu f’perspettiva, bi tqabbil mal-ispejjeż tal-programmi spazjali (il-paragrafi 43 sa 45).
95L-istimi tal-benefiċċji, imwettqa mill-Kummissjoni, għandhom nuqqasijiet f’termini ta’ metodoloġija u ta’ kopertura. Il-valutazzjoni tal-benefiċċji taż-żewġ programmi ma kinitx komparabbli u xi benefiċċji jistgħu jiġu stmati b’mod eċċessiv jew b’mod insuffiċjenti (il-paragrafi 46 sa 48).
96Il-Kummissjoni trid timmonitorja regolarment ir-riżultati miksuba bl-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni rilevanti. Filwaqt li għal Galileo, il-GSA għandha sistema kumplessivament konsistenti ta’ indikaturi tal-output u tar-riżultati, l-għadd kbir ta’ indikaturi jżid il-kumplessità u l-interpretazzjoni tagħhom xi drabi hija diffiċli. Għal Copernicus, l-indikaturi jipprovdu biss informazzjoni bażika ħafna dwar l-adozzjoni tas-servizzi u ma jinfurmawx dwar l-ilħuq tal-objettivi ewlenin tal-programm (il-paragrafi 49 sa 52).
Rakkomandazzjoni 2 – Jiġi żviluppat qafas kunċettwali għall-istimar tal-benefiċċji tal-programmi spazjali tal-UE u jsir titjib fil-kejl tal-prestazzjoniSabiex tistma l-benefiċċji ekonomiċi u soċjetali tas-servizzi spazjali b’mod aktar affidabbli u konsistenti, u timmonitorja b’mod aktar effettiv l-ilħuq tal-objettivi ewlenin, jenħtieġ li l-Kummissjoni:
- tiżviluppa qafas kunċettwali għall-istimar tal-benefiċċji ekonomiċi u soċjetali tal-programmi spazjali tal-UE, li jinvolvi lil partijiet ikkonċernati oħra bħall-OECD, l-ESA u l-Istati Membri, u tarmonizza l-valutazzjoni tal-benefiċċji tal-programmi spazjali tal-UE, abbażi ta’ metodi sodi u data affidabbli; u
- timmonitorja l-ilħuq tal-objettivi ddefiniti mill-programmi spazjali abbażi ta’ sett ta’ indikaturi tal-prestazzjoni xierqa.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: 2024
97Sar progress tajjeb biex jiġu abilitati r-riċevituri kompatibbli ma’ Galileo u l-adozzjoni tagħhom f’ħafna segmenti rilevanti tas-suq, iżda d-disponibbiltà ta’ karatteristiċi ewlenin ta’ Galileo ddewmet sinifikattivament, u dan jista’ jfixkel l-abbiltà tagħha li tikseb is-suq għal dawn is-servizzi (il-paragrafi 55 sa 58).
98L-azzjonijiet li ttieħdu biex tiġi appoġġata l-adozzjoni tas-servizzi ta’ Galileo kienu ta’ kwalità teknika xierqa, u laħqu objettivi f’termini ta’ output u ta’ twaqqit. Madankollu, għal ħafna mill-proġetti li rrieżaminajna, għad mhuwiex magħruf jekk l-iżvilupp ta’ prodotti innovattivi huwiex se jwassal għal adozzjoni sinifikanti mis-suq, li jista’ jiġi vvalutat biss fuq żmien itwal (il-paragrafi 59 sa 61).
99L-azzjonijiet ewlenin li ttieħdu mill-Kummissjoni għal Copernicus kellhom l-għan li joħolqu sensibilizzazzjoni dwar il-programm, jappoġġaw lin-negozji l-ġodda u jikkooperaw aktar mill-qrib mal-Istati Membri biex itejbu l-adozzjoni. Madankollu, l-objettivi u l-impatt ta’ bosta minn dawn l-azzjonijiet ma kinux iddefiniti b’mod ċar, il-kontribut tagħhom għal adozzjoni strutturata mill-utenti ma kienx ċar, u xi wħud minnhom kellhom nuqqas ta’ finanzjament (il-paragrafi 62 sa 68).
100Għal azzjonijiet relatati ma’ Copernicus, taħt il-programm Orizzont 2020, il-Kummissjoni appoġġat proġetti li ġeneralment kienu ta’ kwalità tajba, iżda l-għadd żgħir tagħhom għamilha improbabbli li jinkiseb l-impatt mistenni. Għal xi wħud mill-proġetti, il-kontribut tagħhom għall-adozzjoni ma kienx ċar (il-paragrafi 69 sa 71).
101Il-Kummissjoni ffaċilitat l-aċċess għad-data ta’ Copernicus u għas-servizzi bbażati fuq il-cloud, iżda attwalment id-data hija pprovduta permezz ta’ għadd ta’ kanali. Il-potenzjal għaI sinerġiji għadu mhuwiex qed jiġi sfruttat u l-Kummissjoni ma ċċaratx l-integrazzjoni ta’ Copernicus fl-inizjattiva tal-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa (il-paragrafi 72 sa 77).
Rakkomandazzjoni 3 – Jiġi żgurat stat ta’ tħejjija sħiħa ta’ Galileo u l-azzjonijiet jiġu mmirati aħjar lejn l-adozzjoni tas-servizzi spazjali tal-UESabiex tappoġġa aħjar l-adozzjoni u tipprovdi aċċess effiċjenti għad-data u l-prodotti spazjali, jenħtieġ li l-Kummissjoni:
- tagħmel l-arranġamenti tekniċi u legali meħtieġa għal stat ta’ tħejjija sħiħa tad-differenzjaturi ta’ Galileo;
- għal azzjonijiet ewlenin, tiddefinixxi b’mod ċar l-objettivi u l-impatt mistenni kif ukoll tfittex il-komplementarjetà mal-azzjonijiet tal-Istati Membri; u
- tiżviluppa, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u ma’ atturi rilevanti oħra, qafas fuq terminu twil għal approċċ aktar sostenibbli u aktar integrat tal-aċċess għad-data u l-prodotti ta’ Copernicus, u tfittex l-integrazzjoni ta’ Copernicus f’infrastrutturi bbażati fuq il-cloud fl-UE.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: 2024
102Fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq u f’dak tas-servizzi ta’ emerġenza, ir-regolament tal-Kummissjoni kkontribwixxa għall-kompatibbiltà tal-apparati ma’ Galileo, li jwiegħed użu aktar mifrux tas-servizzi ta’ Galileo. Madankollu, azzjonijiet oħra f’oqsma ta’ prijorità għadhom qed jitħejjew u għad ma hemmx skeda ta’ żmien li turi meta jistgħu jkunu mistennija regolamentazzjoni jew standards f’kull qasam ta’ politika jew segment tas-suq (il-paragrafi 80 sa 84).
103Fl-osservazzjoni tad-Dinja, il-Kummissjoni ma ppromwovietx suffiċjentement l-użu tad-data ta’ Copernicus fil-leġiżlazzjoni tal-UE, u għadha ma wettqitx analiżi komprensiva ta’ fejn il-leġiżlazzjoni tal-UE tista’ tippromwovi aħjar l-użu tagħha (il-paragrafu 85).
104L-ostakli regolatorji jew amministrattivi jistgħu jinibixxu l-użu tas-servizzi spazjali. Madankollu, il-Kummissjoni u l-Istati Membri magħżula ma kellhom l-ebda stampa ġenerali sistematika dwar tali ostakli u kif dawn setgħu jitneħħew (il-paragrafi 86 u 87).
Rakkomandazzjoni 4 – Isir użu aħjar mill-qafas regolatorju biex tiġi appoġġata l-adozzjoni tas-servizzi spazjali tal-UESabiex tistimula u tiffaċilita l-adozzjoni ulterjuri tas-servizzi taħt il-programmi spazjali tal-UE, jenħtieġ li l-Kummissjoni:
- twettaq analiżi ta' fejn il-leġiżlazzjoni jew l-istandards tal-UE jistgħu jippromwovu l-aħjar użu tad-data u l-prodotti ta’ Copernicus;
- tidentifika, flimkien mal-Istati Membri, l-ostakli regolatorji u amministrattivi li jinibixxu l-adozzjoni tas-servizzi spazjali tal-UE u tappoġġahom biex ineħħu tali ostakli; u
- tiddefinixxi skedi ta’ żmien għal kull segment tas-suq rilevanti, fejn ir-regolamentazzjoni jew l-istandardizzazzjoni jistgħu jiffaċilitaw l-użu ta’ Galileo u timmonitorjahom mill-qrib.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: 2024
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Alex Brenninkmeijer, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fit-23 ta’ Marzu 2021.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Klaus-Heiner Lehne
Il-President
Annessi
Anness I – Baġit għall-Programmi Spazjali tal-UE
| Galileo u EGNOS | |||
| (f’miljun EUR) | qabel l-2014 | 2014-2020 | TOTAL |
| Fażi ta’ żvilupp ta’ Galileo | 1 380 | 1 380 | |
| Fażi ta’ mobilizzazzjoni ta’ Galileo | 2 473 | 2 825 | 5 298 |
| Fażi ta’ esplojtazzjoni ta’ Galileo | 2 940 | 2 940 | |
| Esplojtazzjoni ta’ EGNOS | 426 | 1 514 | 1 940 |
| Riċerka tal-GNSS | 240 | 426 | 666 |
| L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea | 58 | 206 | 265 |
| Nefqa amministrattiva u nefqa operazzjonali oħra | 34 | 79 | 113 |
| Spejjeż oħra | 82 | 82 | |
| Total għal Galileo u EGNOS | 4 693 | 7 990 | 12 684 |
| Copernicus (parti ffinanzjata mill-UE) | |||
| Infrastruttura ta’ Copernicus | 778 | 3 503 | 4 281 |
| Servizzi ta’ Copernicus | 512 | 764 | 1 276 |
| Nefqa amministrattiva | 96 | 96 | |
| Total għal Copernicus | 1 290 | 4 363 | 5 653 |
| Total għall-programmi spazjali kollha | 5 983 | 12 353 | 18 336 |
Anness II – Azzjonijiet ewlenin fl-Istrateġija Spazjali għall-Ewropa tal-2016
| Objettivi | Azzjonijiet prinċipali | |
| 1. L-isfruttament totali (il-massimizzazzjoni) tal-benefiċċji tal-ispazju għas-soċjetà u għall-ekonomija tal-UE | ||
| 1.1. Jingħata stimolu għall-adozzjoni tas-servizzi u tad-data spazjali |
| |
| ||
| ||
| 1.2. Isir progress fil-programmi spazjali tal-UE u jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-utenti ġodda |
| |
| ||
| 2. It-trawwim ta’ settur tal-ispazju Ewropew globalment kompetittiv u innovattiv | ||
| 2.1. L-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni u l-iżvilupp tal-ħiliet |
| |
| ||
| ||
| ||
| 2.2. It-trawwim tal-intraprenditorija u opportunitajiet ġodda ta’ negozju |
| |
| ||
| ||
Anness III – Miżuri regolatorji li jiffaċilitaw l-adozzjoni tas-servizzi ta’ Galileo
| Regolament | Qasam |
| Id-Direttiva (UE) 2019/520 tad-19.3.2019 dwar l-interoperabbiltà tas-sistemi elettroniċi ta’ pedaġġ u l-faċilitazzjoni tal-iskambju transfruntier ta’ informazzjoni dwar in-nuqqas ta’ ħlas ta’ tariffi tat-triq fl-Unjoni | Trasport bit-triq |
| Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/320 tat-12 ta’ Diċembru 2018 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 3(3)(g) ta’ dik id-Direttiva sabiex jiżgura l-lokalizzazzjoni ta’ min qed iċempel f’komunikazzjonijiet ta’ emerġenza minn apparat mobbli | Lokalizzazzjoni ta’ persuni f’każ ta’ emerġenza |
| Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 tat-18 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, l-ittestjar, l-installazzjoni, l-operazzjoni u t-tiswija ta’ takografi u l-komponenti tagħhom | Lokalizzazzjoni ta’ vetturi li għandhom massa ta’ aktar minn 3,5 tunnellati (fit-trasport tal-merkanzija) u li jġorru aktar minn disa’ persuni inkluż ix-xufier (fit-trasport tal-passiġġieri) |
| Ir-Regolament (UE) 2015/758 tad-29 ta’ April 2015 li jikkonċerna rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-iskjerament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE | Assistenza ta’ emerġenza għal karozzi u vetturi kummerċjali ħfief |
Akronimi u abbrevjazzjonijiet
AWP: Programmi ta’ ħidma annwali
BEI: Il-Bank Ewropew tal-Investiment
C3S: Servizz dwar it-Tibdil fil-Klima ta’ Copernicus
CAMS: Servizz ta’ Monitoraġġ tal-Atmosfera ta’ Copernicus
CEMS: Servizzi ta’ Ġestjoni ta’ Emerġenzi ta’ Copernicus
CLMS: Servizzi ta’ Monitoraġġ tal-Art ta’ Copernicus
CMEMS: Servizz ta’ Monitoraġġ tal-Ambjent tal-Baħar ta’ Copernicus
CollGS: Segment Terrestri Kollaborattiv
CORINE: Programm tal-UE għall-koordinazzjoni tal-informazzjoni dwar l-ambjent
COSME: Programm tal-UE għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju
DIAS: Servizzi ta’ Aċċess għad-Data u għall-Informazzjoni
ECMWF: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Previżjonijiet Metereoloġiċi fuq Perijodu Medju
EGNOS: Sistema Ewropea ta’ Navigazzjoni b’Kopertura Ġeostazzjonarja
ESA: L-Aġenzija Spazjali Ewropea
EUMETSAT: L-Organizzazzjoni Ewropea għall-Esplojtazzjoni ta’ Satelliti Meteoroloġiċi
EUSPA: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali
FEI: Fond Ewropew tal-Investiment
GIS: Sistema ta’ Informazzjoni Ġeografika
GLMS: Servizz Globali ta’ Monitoraġġ tal-Art ta’ Copernicus
GNSS: Sistema Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita
GSA: L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea
IoT: Internet tal-Oġġetti
JRC: Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka
OECD: L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi
PRS: Servizzi Pubbliċi Regolati
Glossarju
Copernicus: Il-programm tal-UE ta’ osservazzjoni u monitoraġġ tad-Dinja, li jiġbor u jipproċessa data minn satelliti u sensuri bbażati fid-Dinja biex jipprovdi informazzjoni ambjentali u ta’ sigurtà.
Galileo: Sistema globali Ewropea ta’ navigazzjoni bis-satellita.
Segment terrestri: L-elementi kollha bbażati fuq l-art ta’ sistema ta’ inġenju spazjali, li jintużaw biex jikkontrollaw l-inġenju spazjali u jwettqu rilej tad-data.
Sentinels: Flotta ta’ satelliti li jipprovdu data ta’ osservazzjoni tad-Dinja taħt il-programm Copernicus.
Sistema Ewropea ta’ Navigazzjoni b’Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS): Sistema abbażi ta’ satellita li ssaħħaħ is-sinjali mill-GPS u tagħmilhom adatti għall-applikazzjonijiet kritiċi tas-sikurezza bħall-avjazzjoni.
Utenti ewlenin ta’ Copernicus: Għall-fini tar-Regolament dwar Copernicus, istituzzjoni jew korp tal-UE, jew awtorità Ewropea, nazzjonali, reġjonali jew lokali inkarigata bid-definizzjoni, l-implimentazzjoni, l-infurzar jew il-monitoraġġ ta’ servizz pubbliku jew politika pubblika.
Risposti tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea
Sommarju eżekuttiv
Tweġiba komuni għall-paragrafi V sa X.L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (GSA) ikkontribwixxiet b’mod sinifikanti għall-adozzjoni ta’ Galileo bil-bini ta’ għarfien sod tas-suq u tal-utenti, bit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet direzzjonali ta’ adozzjoni mal-komunitajiet tal-utenti u bit-trawwim tal-iżvilupp ta’ teknoloġiji u applikazzjonijiet tal-utenti. Galileo kiseb kważi żewġ biljun utent sa tmiem l-2020. Il-GSA taqbel li l-attivitajiet tas-suq u l-adozzjoni mill-utenti ta’ Galileo għandhom ikomplu jiżguraw li Galileo jkompli jintuża, biex titlesta l-adozzjoni fis-swieq b’ċikli aktar bil-mod u għad-differenzjaturi. Il-GSA se ssir EUSPA u se testendi r-rwol tagħha fl-iżvilupp tas-suq ta’ Copernicus, filwaqt li trawwem sinerġiji ma’ Galileo.
Il-GSA tirrikonoxxi li ma hemmx qafas kunċettwali u statistiku komuni għall-istima tal-benefiċċji tas-servizzi spazjali fl-UE. Għalhekk, il-GSA żviluppat metodoloġija fil-qasam tal-GNSS. Il-GSA tirrikonoxxi li metodoloġija bħal din għandha nuqqasijiet marbuta mad-disponibbiltà ta’ informazzjoni statistika fil-livell nazzjonali iżda tqis li għadha soda. Il-ħolqien tal-EUSPA se jrawwem allinjament metodoloġiku aktar mill-qrib tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ tas-suq u l-istima tal-benefiċċji għall-komponenti kollha tal-programm spazjali.
Osservazzjoni 29
Il-GSA tilqa’ l-osservazzjoni tal-QEA dwar l-istrateġija għall-iżvilupp tas-suq li tabilħaqq ikkontribwixxiet għall-adozzjoni sinifikanti attwali ta’ Galileo.
Il-GSA tikkonferma l-fokus fuq l-Ewropa, skont il-mandat tagħha, iżda tixtieq tissottolinja li ħafna attivitajiet tal-GSA kienu indirizzati b’dimensjoni internazzjonali. Il-GSA ħadmet ma’ partijiet ikkonċernati mid-dinja kollha, bħall-manifatturi taċ-chipsets, il-produtturi tal-karozzi, il-linji tal-ajru, irrispettivament minn jekk il-lokalità tagħhom kinitx fl-Ewropa jew barra mill-Ewropa.
Osservazzjoni 37
Huwa rilevanti li jkun innotat li l-Istati Membri m’għandhom l-ebda obbligu li jikkoordinaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom mal-GSA.
Osservazzjoni 44
Il-GSA hija konxja li m’hemmx qafas kunċettwali u statistiku komuni għall-istima tal-benefiċċji tas-servizzi spazjali fl-UE. Għalhekk, il-GSA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea, żviluppat metodoloġija fil-qasam tal-GNSS.
Osservazzjoni 47
Fir-rigward ta’ Galileo, wara skambji mal-QEA, l-approċċ għall-istima tal-Valur Miżjud Gross (GVA) ġie aġġornat u issa, fil-fehma tal-GSA, huwa aktar konformi mal-qafas kunċettwali għall-kalkolu tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) fl-UE. Qabel l-iskambji mal-QEA, il-GSA żviluppat approċċ speċifiku biex tikkalkula dan it-tip ta’ benefiċċji fi sforz biex tingħeleb il-kwistjoni tan-nuqqas ta’ eżistenza ta’ kategorija nazzjonali għall-GNSS downstream.
Osservazzjoni 48
Fir-rigward ta’ Galileo, il-GSA mmonetizzat il-benefiċċji għas-soċjetà bħat-tnaqqis tal-emissjonijiet, il-ħin li s-sewwieqa ffrankaw fil-konġestjonijiet tat-traffiku, bis-saħħa tas-sistemi tan-navigazzjoni, jew l-għadd ta’ ħajjiet salvati, skont ir-regoli tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt u dejjem bl-użu tas-sors l-aktar affidabbli għall-monetizzazzjoni. B’riżultat ta’ dan, minkejja xi nuqqasijiet, fil-fehma tal-GSA, l-istima tal-benefiċċji għadha soda, eżawrjenti u pproduċiet stimi f’konformità ma’ dawk ta’ sistemi tal-GNSS simili.
Osservazzjoni 56
Il-GSA tenfasizza li r-riċevitur u t-tagħmir jipprijoritizzaw sinjali għan-navigazzjoni normalment ibbażati fuq ġeometrija ottimali tas-satelliti.
Konklużjoni 90
Fir-rigward ta’ Galileo, il-GSA adottat strateġija ta’ żvilupp tas-suq kif deskritt fil-paragrafu 29 tar-rapport tal-QEA.
Konklużjoni 93
Jekk jogħġbok ara t-tweġiba tal-GSA għall-paragrafu 37.
Konklużjoni 94
Jekk jogħġbok ara t-tweġiba tal-GSA għall-paragrafu 44.
Konklużjoni 95
Jekk jogħġbok ara t-tweġiba tal-GSA għall-paragrafu 48.
Tim tal-awditjar
Ir-rapporti speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditi li twettaq ta’ politiki u programmi tal-UE, jew ta’ suġġetti relatati mal-ġestjoni minn oqsma baġitarji speċifiċi. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar biex timmassimizza l-impatt tagħhom billi tqis ir-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta’ introjtu jew ta’ nfiq involut, l-iżviluppi li għad iridu jseħħu u l-interess politiku u pubbliku.
Dan l-awditu tal-prestazzjoni twettaq mill-Awla IV tal-Awditjar, Regolamentazzjoni tas-swieq u ekonomija kompetittiva, li hija mmexxija minn Alex Brenninkmeijer, Membru tal-QEA. L-awditu tmexxa minn Mihails Kozlovs, Membru tal-QEA, li ngħata appoġġ minn Edite Dzalbe, Kap tal-Kabinett u minn Laura Graudiņa, Attaché tal-Kabinett; John Sweeney, Maniġer Prinċipali; Sven Kölling, Kap tal-Kompitu; Agnieszka Plebanowicz, Maria-Isabel Quintela u Aleksandar Latinov, awdituri.
Noti finali
1 Ir-regoli kemm għal EGNOS kif ukoll għal Galileo huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita, ĠU L 347, 20.12.2013, p. 1.
2 Il-programm Copernicus ġie stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 377/2014 tat-3 ta’ April 2014, ĠU L 122, 24.4.2014, p. 44, u jibni fuq il-GMES, li hija l-inizjattiva preċedenti tal-UE għall-monitoraġġ tad-dinja, u li ġiet stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 911/2010 tat-22 ta’ Settembru 2010, ĠU L 276, 20.10.2010, p. 1.
3 Għal aktar dettalji ara l-Anness I.
4 Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni 541/2014/UE; COM(2018) 447 final, 6.6.2018.
5 L-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013 u l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 377/2014.
6 Ara, pereżempju, l-OECD (2007), The Space Economy at a Glance 2007, OECD Publishing.
7 L-Artikolu 189 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ĠU C 326, 26.10.2012, p. 47.
8 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tas-26.10.2016: Strateġija Spazjali għall-Ewropa; COM(2016) 705 final.
9 Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar l-iżvilupp tas-suq spazjali (2016/2731 (RSP) u r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Settembru 2017 dwar Strateġija Spazjali għall-Ewropa (2016/2325 (INI)).
10 Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE; ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).
11 L-Istati Membri tal-ESA huma l-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, il-Finlandja u l-Iżvezja, u bħala Stati Membri mhux tal-UE hemm in-Norveġja, l-Iżvizzera u r-Renju Unit. Il-Latvja u s-Slovenja huma membri assoċjati.
12 L-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013 u l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 377/2014.
13 L-Artikolu 3(9) tar-Regolament (UE) Nru 377/2014.
14 L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kumpaniji tat-Telerilevament, is-Servizzi ta’ Galileo, in-Network tar-Reġjuni Ewropej li Jużaw it-Teknoloġiji tal-Ispazju.
15 Ara COM(2016) 705 final, p. 3.
16 Għal lista ta’ azzjonijiet ewlenin previsti fl-Istrateġija Spazjali tal-2016 ara l-Anness II.
17 L-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013 u l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) Nru 377/2014.
18 Copernicus User Uptake Engaging with public authorities, the private sector and civil society.
19 Fostering the uptake of Copernicus and space applications; id-DĠ GROW (2016), aġġornat f’Lulju 2017.
20 Ir-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (COSME) (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE, ĠU L 347, 20.12.2013, p. 33.
21 Ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006, ĠU L 347, 20.12.2013, p. 289.
22 Copernicus and Earth Observation in Support of EU policies – Part I: Copernicus Uptake in the European Commission, 2020.
23 Copernicus Market report, 2019, p. 32.
24 Il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, il-Finlandja u l-Iżvezja.
25 Il-Belġju, l-Irlanda, l-Awstrija u l-Finlandja.
26 Ara n-Nota 18 f’qiegħ il-paġna.
27 Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni 541/2014/UE; SWD(2018) 327 final, 6.6.2018, p. 11.
28 L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kumpaniji tat-Telerilevament u l-Istħarriġ tal-Industrija 2020.
29 Plan d’applications satellitaires (2018).
30 Il-Pjan Strateġiku “Space Economy” (2016).
31 L-OECD (2012): OECD Handbook on Measuring the Space Economy, OECD Publishing.
32 Il-Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni 541/2014/UE; SWD(2018) 327 final, 6.6.2018, p. 7.
33 Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea, ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1.
34 L-Artikoli 12 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013 u l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) Nru 377/2014. L-Artikolu 101 tar-Regolament futur li jistabbilixxi l-programm spazjali tal-UE (ara n-Nota 4 f’qiegħ il-paġna).
35 L-Artikolu 4(3)(c) u (d) tar-Regolament (UE) Nru 377/2014.
36 Copernicus Market Reports, 2016 u 2019, p. 8.
37 Ara wkoll ir-Rapport Speċjali Nru 7/2009: “Il-ġestjoni tal-fażi ta’ żvilupp u validazzjoni tal-programm Galileo”.
38 Ara l-Kapitolu 5 iii) tal-programmi ta’ ħidma biannwali ta’ Orizzont 2020.
39 Il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Awstrija, il-Portugall, ir-Rumanija u l-Finlandja. Anki Spanja, l-Ungerija u l-Polonja kienu qed jiżviluppaw jew qed jippjanaw li jistabbilixxu pjattaformi nazzjonali.
40 Operational Implementation Plan - Proposed approach to implement the roadmap and annexes of the Integrated Ground Segment and Big Data Governance Task Force, 15.6.2016.
41 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Inizjattiva Cloud Ewropea – Il-bini ta’ data kompetittiva u ekonomija tal-għarfien fl-Ewropa, COM(2016) 178 final tad-19.4.2016.
42 Ara l-Anness III.
43 Overview of EGNSS downstream standardisation and assessment of gaps and future needs, 1.2.2018.
44 European Radio Navigation Plan, 9.3.2018.
45 Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni – EGNSS downstream standards development, SWD(2019) 454, 20.12.2019.
46 Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/746 tat-18 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 fir-rigward ta’ modifiki ta’ applikazzjonijiet uniċi u talbiet u verifiki tal-ħlas, ĠU L 125, 22.5.2018, p. 1.
47 Ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE, ĠU L 156, 19.6.2018, p. 1.
48 Ir-Rapport Speċjali Nru 4/2020: “L-użu ta’ teknoloġiji ġodda ta’ immaġni għall-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni: b’mod ġenerali sar progress kostanti, iżda għall-monitoraġġ tal-klima u tal-ambjent dan seħħ aktar bil-mod”.
49 Kucera, J., Janssens-Maenhout, G., Brink, A., Greidanus, H., Roggeri, P., Strobl, P., Tartaglia, G., Belward A., M. Dowell, Copernicus u l-Osservazzjoni tad-Dinja b’appoġġ għall-politiki tal-UE — Parti I: L-adozzjoni ta’ Copernicus fil-Kummissjoni Ewropea, EUR 30030 EN, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2020, ISBN 978-92-76-14559-2, doi:10.2760/024084, JRC118879.
50 Workshop ta’ Copernicus: It-trawwim ta’ sinerġiji fl-attivitajiet ta’ adozzjoni mill-utenti ta’ Copernicus fil-livell Ewropew u nazzjonali, id-19 ta’ Ġunju 2019.
51 https://www.nist.gov/news-events/news/2019/10/economic-benefits-global-positioning-system-us-private-sector-study
52 COM(2020) 66 final tad-19.2.2020.
Kronoloġija
| Avveniment | Data |
|---|---|
| Il-Memorandum ta’ Ppjanar tal-Awditjar (APM) jiġi adottat / L-awditu jinbeda | 22.10.2019 |
| L-abbozz ta’ rapport jintbagħat uffiċjalment lill-Kummissjoni (jew lil entità oħra awditjata) | 27.1.2021 |
| Ir-rapport finali jiġi adottat wara l-proċedura kontradittorja | 23.3.2021 |
| Ir-risposti uffiċjali tal-Kummissjoni jaslu bil-lingwi kollha | 16.4.2021 |
| Ir-risposti uffiċjali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea jaslu bil-lingwi kollha | 14.4.2021 |
Kuntatt
IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG
Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors
Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).
Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2021
| ISBN 978-92-847-5925-5 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/65270 | QJ-AB-21-007-MT-N | |
| HTML | ISBN 978-92-847-5910-1 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/119160 | QJ-AB-21-007-MT-Q |
DRITTIJIET TAL-AWTUR
© L-Unjoni Ewropea, 2021.
Il-politika tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) dwar l-użu mill-ġdid hija implimentata bid-Deċiżjoni Nru 6-2019 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-politika tad-data miftuħa u l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti.
Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor (eż. f’avviżi individwali dwar id-drittijiet tal-awtur), il-kontenut tad-dokumenti tal-QEA, li huwa proprjetà tal-UE, huwa liċenzjat taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution 4.0 International (CC BY 4.0). Dan ifisser li l-użu mill-ġdid huwa awtorizzat, dment li l-awturi jingħataw kreditu xieraq u li l-bidliet jiġu indikati. Il-persuni li jużaw mill-ġdid dan il-kontenut ma jistgħux ibiddlu s-sinifikat jew il-messaġġ oriġinali tad-dokumenti. Il-QEA ma għandhiex tkun responsabbli għal kwalunkwe konsegwenza relatata mal-użu mill-ġdid.
Inti meħtieġ tikseb drittijiet addizzjonali ċari jekk kontenut speċifiku juri individwi privati identifikabbli, pereżempju f’ritratti li jkun fihom il-membri tal-persunal tal-QEA, jew jekk ikun jinkludi xogħlijiet ta’ parti terza. Fejn ikun inkiseb permess, tali permess għandu jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b’mod ċar kwalunkwe restrizzjoni dwar l-użu.
Biex tuża jew tirriproduċi kontenut li ma jkunx proprjetà tal-UE, inti jista’ jkun li jkollok titlob il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.
Figura 5: Ikoni magħmulin minn Pixel perfect minn fuq https://flaticon.com.
Software jew dokumenti li jkunu koperti mid-drittijiet ta’ proprjetà industrijali, bħal privattivi, trademarks, disinji rreġistrati, logos u ismijiet, huma esklużi mill-politika tal-QEA dwar l-użu mill-ġdid u inti ma għandekx il-liċenzja biex tużahom.
Il-familja ta’ Siti Web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan id-dominju europa.eu, tipprovdi links għal siti ta’ partijiet terzi. Peress li dawn ma jaqgħux taħt il-kontroll tal-QEA, inti mħeġġeġ biex teżamina l-politiki tagħhom dwar il-privatezza u dwar id-drittijiet tal-awtur.
Użu tal-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri
Ma jistax isir użu mil-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tagħha minn qabel.
Kif tikkuntattja lill-UE
Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f'dan is-sit: https://europa.eu/european-union/contact_mt
Bit-telefown jew bil-posta elettronika
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:
- bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
- fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew
- bil-posta elettronika permezz: https://europa.eu/european-union/contact_mt
Kif issib tagħrif dwar l-UE
Onlajn
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: https://europa.eu/european-union/index_mt
Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tniżżel mill-internet jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li xi wħud minnhom huma bla ħlas u xi oħrajn bil-ħlas, minn: https://op.europa.eu/mt/publications. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tal-informazzjoni lokali tiegħek (ara https://europa.eu/european-union/contact_mt).
Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1952 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: http://eur-lex.europa.eu
Dejta Miftuħa mill-UE
Il-portal tad-Dejta Miftuħa mill-UE (https://copenhagenizeindex.eu/) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-dejta mill-UE. Id-dejta tista’ titniżżel mill-internet u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.
