Rapport Speċjali
Nru03 2018

Awditu tal-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku (MIP)

Dwar ir-rapport Aħna eżaminajna l-implimentazzjoni, li saret mill-Kummissjoni Ewropea, tal-Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku li għandha l-għan li tidentifika, tipprevieni u tindirizza żbilanċi makroekonomiċi li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv l-istabbiltà ekonomika f’pajjiż partikolari tal-UE, fiż-żona tal-euro, jew fl-UE kollha kemm hi. Aħna sibna li, għalkemm b’mod ġenerali l-MIP hija mfassla tajjeb, il-Kummissjoni mhijiex qed timplimentaha b’mod li jkun jiżgura l-prevenzjoni u l-korrezzjoni effettivi tal-iżbilanċi. Il-klassifikazzjoni tal-Istati Membri li għandhom żbilanċi mhijiex trasparenti, l-analiżi approfondita li twettqet mill-Kummissjoni, minkejja l-istandard tajjeb tagħha, saret inqas viżibbli, u hemm nuqqas ta’ sensibilizzazzjoni pubblika rigward il-proċedura u l-implikazzjonijiet tagħha. Għalhekk, aħna nagħmlu għadd ta’ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni bil-għan li din ittejjeb sostanzjalment ċerti aspetti tal-ġestjoni tagħha u li tagħti prominenza akbar lill-MIP.

Din il-pubblikazzjoni hija disponibbli bi 23 lingwa fil-format li ġej:
PDF
PDF General Report

Sommarju eżekuttiv

Dwar il-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku

I

Il-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku (MIP) tfasslet biex tindirizza l-iżbilanċi makroekonomiċi fl-UE, bħala rispons għan-nuqqas ta’ għodod ta’ politika għall-prevenzjoni tal-akkumulazzjoni ta’ dawn l-iżbilanċi qabel il-kriżi tal-2008.

II

Il-MIP topera b’ċiklu annwali. Hija tibda bil-pubblikazzjoni, mill-Kummissjoni, ta’ valutazzjoni ekonomika u finanzjarja, magħrufa bħala r-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija (AMR), li jidentifika l-Istati Membri li jinsabu f’riskju ta’ żbilanċi li jkunu jirrikjedu analiżi ulterjuri fil-forma ta’ analiżi fil-fond (IDR). L-iskop tal-IDRs huwa li tintlaħaq konklużjoni dwar jekk jeżistux żbilanċi fl-Istati Membri magħżula, u jekk jenħtieġx li dawn jitqiesu bħala eċċessivi. Fl-aħħar nett, fuq il-bażi tal-analiżi IDR, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipproponi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (CSRs), li eventwalment jiġu adottati mill-Kunsill u jinħarġu għall-Istati Membri biex dawn jindirizzaw l-iżbilanċi tagħhom.

III

Jekk l-iżbilanċi jitqiesu bħala “eċċessivi”, ir-Regolament dwar il-MIP ippreveda li l-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill jattiva “proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv” (EIP). Dan huwa mekkaniżmu ta’ sorveljanza mtejjeb li jinkludi l-possibbiltà ta’ sanzjonijiet għall-Istati Membri taż-żona tal-euro.

X’awditjajna

IV

Il-mistoqsija prinċipali tal-awditjar kienet: “Il-MIP għandha bażi soda u hija implimentata b’mod adegwat?” Aħna vvalutajna l-effettività tal-implimentazzjoni, mill-Kummissjoni, tal-MIP matul il-perjodu mill-2012 sal-2017.

X'sibna

V

Għalkemm, b’mod ġenerali, il-MIP hija mfassla tajjeb, il-Kummissjoni mhijiex qed timplimentaha b’mod li tiżgura l-prevenzjoni u l-korrezzjoni effettivi tal-iżbilanċi.

VI

Il-Kummissjoni tuża s-CSRs rilevanti għall-MIP bħala għodda ewlenija biex tindirizza l-iżbilanċi makroekonomiċi. Madankollu, il-livell ta’ implimentazzjoni kien baxx. Għalkemm l-implimentazzjoni tagħhom hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri, hemm ukoll bosta dgħufijiet fil-mod kif dawn jitfasslu mill-Kummissjoni. Ma teżisti l-ebda rabta sistematika bejn l-iżbilanċi speċifiċi li jiġu identifikati fl-IDR u r-rakkomandazzjonijiet li jiġu proposti. F’xi każijiet, is-CSRs jitqiesu bħala li huma rilevanti għall-MIP, għalkemm dawn huma marbuta biss remotament mal-iżbilanċi makroekonomiċi, jekk xejn, u għaldaqstant jagħmluha aktar diffiċli għall-Istati Membri biex jieħdu azzjoni ta’ rimedju xierqa. Barra minn hekk, is-CSRs rilevanti għall-MIP ma jqisux b’mod suffiċjenti l-politika fiskali, anke meta din tkun rilevanti għall-iżbilanċi mhux fiskali. Hemm xi inkonsistenza bejn is-CSRs għall-Istati Membri individwali u r-rakkomandazzjonijiet li jsiru għaż-żona tal-euro kollha kemm hi. Fl-aħħar nett, xi kultant il-Kummissjoni tissettja skeda ta’ żmien diffikultuża ħafna għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet.

VII

Aħna naqblu mal-partijiet interessati li stħarriġna, li min-naħa tagħhom jiġġudikaw li l-analiżi fl-IDRs hija ta’ kwalità tajba u li l-iżbilanċi jiġu identifikati b’mod korrett. Madankollu, f’dawn l-aħħar snin, l-IDRs saru dejjem inqas viżibbli fir-rappurtar li jsir mill-Kummissjoni, fejn l-analiżi rilevanti għall-MIP u l-parir dwar il-politiki huma inqas prominenti issa wara l-integrazzjoni tagħhom fir-rapporti għall-pajjiżi, li primarjament jittrattaw iil-koordinazzjoni ekonomika ġenerali tal-politiki strutturali. Il-MIP kompliet tiddgħajjef minħabba l-proċess deċiżjonali tal-Kummissjoni rigward il-klassifikazzjoni tal-iżbilanċi, skont is-severità. Filwaqt li l-iżbilanċi jiġu identifikati fil-livell dipartimentali fuq il-bażi ta’ kriterji tekniċi ċari, l-IDRs ma fihomx valutazzjoni ċara tas-severità tagħhom. Il-kriterji li fuqhom huma bbażati d-deċiżjonijiet finali li jittieħdu mill-Kulleġġ tal-Kummissarji huma nieqsa mit-tasparenza.

VIII

Ta’ min josserva li l-Kummissjoni qatt ma rrakkomandat l-attivazzjoni tal-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv, minkejja l-fatt li, sa mill-bidu tal-MIP fl-2012, bosta Stati Membri ġew identifikati bħala li kellhom żbilanċi eċċessivi matul perjodu ta’ żmien twil.

IX

L-ewwel dokument fil-proċess, l-AMR, ma jiffaċilitax b’mod adegwat l-identifikazzjoni bikrija tal-iżbilanċi, peress li juża indikaturi bbażati fuq data skaduta u medji mobbli li, minħabba fihom, l-avvenimenti reċenti ma jkunux jidhru. Barra minn hekk, it-test tal-AMR huwa deskrittiv aktar milli analitiku. Riperkussjonijiet fuq Stati Membri oħra u d-dimensjoni taż-żona tal-euro ma jitqisux fil-fond ħafna, għalkemm sar xi titjib f’dan ir-rigward.

X’nirrakkomandaw

  1. Jenħtieġ li l-Kummissjoni torbot b’mod sistematiku s-CSRs rilevanti għall-MIP mal-iżbilanċi makroekonomiċi. Jenħtieġ li l-miżuri li jiġu proposti jkunu dettaljati biżżejjed, u jenħtieġ li dawn jiffokaw fuq azzjonijiet politiċi biex inaqqsu l-iżbilanċi fit-terminu qasir sa medju. Kull meta jkun possibbli, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel valutazzjonijiet ex ante u ex post tal-impatt tal-azzjonijiet politiċi fuq l-iżbilanċi.
  2. Jenħtieġ li l-IDRs jipprovdu karatterizzazzjoni ċara tas-severità tal-iżbilanċi li Stat Membru jkun qed jiffaċċja. Jenħtieġ li l-Kummissjoni ttejjeb it-trasparenza billi tadotta, tippubblika u tapplika kriterji ċari għall-klassifikar ta’ żbilanċi. Jenħtieġ li din, dment li ma jkunx hemm ċirkustanzi speċifiċi, tirrakkomanda l-attivazzjoni ta’ EIP meta jkun hemm evidenza li Stat Membru jkun qed jiffaċċja żbilanċi eċċessivi. Jekk, f’ċirkustanzi speċifiċi, il-Kummissjoni tuża s-setgħat diskrezzjonali tagħha biex toqgħod lura milli tieħu dan il-pass, jenħtieġ li din tispjega r-raġunijiet tagħha b’mod ċar u pubblikament.
  3. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi IDR komprensiva u ppreżentata separatament b’tul u livell ta’ dettall li jkunu jirriflettu s-severità tas-sitwazzjoni u l-isfidi dwar il-politiki. Jenħtieġ li, minflok it-tabella ta' valutazzjoni, l-IDR tipprovdi aċċess għall-varjabbli speċifiċi għall-pajjiż li tassew ikunu ntużaw fl-analiżi.
  4. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tanalizza b’mod sistematiku l-impatt tal-politika fiskali fuq l-iżbilanċi esterni u fuq il-kompetittività, u jenħtieġ li hija tuża l-MIP biex tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri meta l-problemi fiskali jkunu jaffettwaw l-iżbilanċi esterni direttament.
  5. Jenħtieġ li l-proċess tal-MIP jieħu sistematikament inkunsiderazzjoni l-politiki b’impatti transnazzjonali li jistgħu jirriżultaw f’titjib tar-riekwilibriju simetriku fiż-żona tal-euro. Jenħtieġ li s-CSRs rilevanti għall-MIP ikunu konsistenti mar-rakkomandazzjonijiet għaż-żona tal-euro li jkunu rilevanti għall-iżbilanċi, inklużi dawk dwar il-pożizzjoni fiskali kumplessiva, meta jkun xieraq.
  6. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti prominenza akbar lill-MIP fil-komunikazzjoni tagħha mal-pubbliku. Fil-kuntest ta’ komunikazzjoni effettiva, jenħtieġ li l-Kummissarji rilevanti jkunu jinsabu għad-dispożizzjoni tal-parlamenti tal-Istati Membri, kull meta l-Kummissjoni tkun ivvalutat li l-iżbilanċi huma eċċessivi, biex b’hekk ikunu jistgħu jispjegaw il-loġika għad-deċiżjonijiet tagħha u għar-rakkomandazzjonijiet korrispondenti tal-politika.

Introduzzjoni

Loġika ekonomika u qafas legali

01

Qabel il-kriżi tal-perjodu 2008-2009, il-qafas ta’ governanza ekonomika tal-UE (il-korp ta’ regoli li jirregola l-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri) iffoka fuq is-sostenibbiltà tal-politiki fiskali. Huwa kien essenzjalment limitat biex id-defiċit u d-dejn pubbliċi jibqgħu taħt kontroll. Il-governanza tal-UE għall-politiki mhux fiskali kienet limitata għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-koordinazzjoni mhux vinkolanti tal-politiki ekonomiċi1.

02

Il-kriżi u l-konsegwenzi tagħha wrew li l-qafas ma kienx qabad jew ippreviena l-akkumulazzjoni ta’ żbilanċi makroekonomiċi. F’bosta Stati Membri, influssi kbar ta’ kapital u l-espansjoni ta’ kreditu insostenibbli fis-settur privat kienu rriżultaw f’deterjorament fl-iżbilanċi esterni u fil-kompetittività, investiment eċċessiv f’ċerti oqsma tal-ekonomija u akkumulazzjoni ta’ dejn eċċessiv fis-settur privat. Barra minn hekk, qabel il-kriżi, boom ekonomiku insostenibbli fixkel il-valutazzjoni tal-pożizzjoni fiskali sottostanti, u b’hekk ta’ spiss is-sitwazzjoni kienet tidher aħjar milli fil-fatt kienet. Meta l-iżbilanċi eventwalment skattaw aġġustament diffiċli, dan kellu riperkussjonijiet fuq Stati Membri oħra, u għaldaqstant ipperikola l-istabbiltà finanzjarja u l-prestazzjoni ekonomika tal-UE kollha kemm hi.

03

Bl-għan li jiġu pprevenuti żviluppi simili fil-futur u jiġu appoġġati politiki ta’ sostenn għat-tnaqqis ta’ żbilanċi li jirriżultaw mill-boom ta’ qabel il-kriżi, mekkaniżmu ġdid magħruf bħala l-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku (MIP) ġie introdott fl-2011 bħala parti mis-"six-pack"2 leġiżlattiv ta’ dik is-sena.

04

Il-bażi legali prinċipali għall-MIP hija r-Regolament (UE) Nru 1176/2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (f’dan ir-rapport, dan jissejjaħ "ir-Regolament dwar l-MIP")3.

05

Il-MIP tapplika għall-Istati Membri kollha tal-UE (ħlief dawk li jirċievu assistenza finanzjarja mill-UE taħt il-programmi ta' aġġustament ekonomiku) u ilha tiġi applikata mill-2012 bħala parti miċ-ċiklu annwali ta’ koordinazzjoni u sorveljanza tal-politiki ekonomiċi.

06

B’mod speċifiku, il-MIP timmira lejn id-detezzjoni, il-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta’ "żbilanċi” u "żbilanċi eċċessivi". Dawn it-termini huma ddefiniti fl-Artikolu 2 tar-Regolament dwar il-MIP:

  1. ““żbilanċi” tfisser kwalunkwe xejra li tagħti bidu għal żviluppi makroekonomiċi li qed jaffettwaw negattivament jew għandhom il-potenzjali li jaffettwaw negattivament, il-funzjonament korrett tal-ekonomija ta’ Stat Membru jew tal-unjoni ekonomika u monetarja, jew tal-Unjoni b’mod ġenerali;
  2. “żbilanċi eċċessivi” tfisser żbilanċi severi, inklużi żbilanċi li jxekklu jew li jistgħu jxekklu l-funzjonament korrett tal-unjoni ekonomika u monetarja.”
07

Imbagħad, l-Artikolu 4(3) tar-Regolament dwar il-MIP jiddefinixxi n-natura tal-iżbilanċi:

  1. “żbilanċi interni, inklużi dawk li jistgħu jinħolqu mid-dejn pubbliku u privat; l-iżviluppi tas-swieq finanzjarji u tal-assi, inklużi s-settur tad-djar; l-evoluzzjoni tal-flussi ta’ kreditu fis-settur privat; u l-evoluzzjoni tal-qgħad;
  2. żbilanċi esterni, inklużi dawk li jistgħu jinħolqu mill-evoluzzjoni tal-kont kurrenti u l-pożizzjonijiet ta’ investimenti netti tal-Istati Membri; tar-rati tal-kambju effettivi reali; tal-ishma mis-suq tal-esportazzjoni; u tal-bidliet fl-iżviluppi tal-prezzijiet u l-ispejjeż; u l-kompetittività mhux marbuta mal-prezzijiet, filwaqt li jitqiesu l-komponenti differenti tal-produttività.”
08

Għaldaqstant, ir-Regolament dwar il-MIP jipprevedi l-objettiv doppju li jiġu indirizzati l-iżbilanċi li jaffettwaw lill-ekonomiji individwali tal-Istati Membri, filwaqt li jiġu indirizzati wkoll ir-riperkussjonijiet4 fuq Stati Membri oħra taż-żona tal-euro u tal-UE.

09

Il-MIP hija inkorporata fis-Semestru Ewropew, li huwa l-qafas li ġie introdott fl-2010 għall-koordinazzjoni ġenerali ta’ politiki ekeonomiċi fl-UE kollha. Minbarra l-MIP, is-Semestru Ewropew jinkludi miżuri li jimplimentaw il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST), u politiki strutturali li għandhom l-għan li jistimulaw it-tkabbir fuq terminu twil fil-kuntest tal-istrateġija Ewropa 2020, billi jilħqu l-miri, jirrispettaw il-linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi u l-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi. Il-proċess annwali tas-Semestru Ewropew jilħaq il-quċċata tiegħu permezz tal-proposta, li l-Kummissjoni tagħmel lill-Kunsill, ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (CSRs) f’dawn l-oqsma kollha. Wara li dawn jiġu approvati mill-Kunsill, l-Istati Membri huma mistennija jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet.

10

B’mod ġenerali, id-distinzjoni bejn il-MIP u l-PST hija din: il-MIP tittratta l-iżbilanċi makroekonomiċi inġenerali, filwaqt li l-PST ma jmurx lil hinn mis-sostenibbiltà fiskali. Barra minn hekk, ladarba Stat Membru jkun issodisfa r-rekwiżiti relatati mad-dejn u mad-defiċit, il-PST ma jibqax jipprovdi gwida dwar il-politika fiskali. Min-naħa tiegħu, ir-Regolament dwar il-MIP jipprevedi li r-reazzjonijiet tal-politika għall-iżbilanċi li jiġu identifikati taħt il-MIP jistgħu jinkludu miżuri ta’ politika fiskali u tal-pagi5. Iż-żewġ strumenti ta’ politika huma simili fis-sens illi jagħtu lill-Kummissjoni rwol ta’ infurzar, u għalhekk għandhom element preventiv kif ukoll element korrettiv. Madankollu, il-Kummissjoni ma għandhiex rwol simili ta’ infurzar fl-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020.

11

Il-proċess annwali tal-MIP li jidentifika l-iżbilanċi, jivvaluta s-severità tagħhom u jagħti bidu għall-korrezzjonijiet jiġi ripartit fi stadji. Il-proċess spjegat fir-Regolament dwar il-MIP jingħata fil-qosor fil-Figura 1 (għal aktar dettall ara l-Anness I), u d-dokumenti korrispondenti huma elenkati fl-Anness II.

L-ewwel stadju: Ir-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija

12

L-ewwel stadju fil-proċess huwa l-pubblikazzjoni ta’ Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija (AMR). L-iskop prinċipali għal dan huwa li jiġu identifikati l-Istati Membri li l-Kummissjoni tqis li jinsabu f’riskju li jiġu affettwati mill-iżbilanċi u li għalhekk jirrikjedu analiżi ulterjuri fil-forma ta’ analiżi fil-fond (l-IDR: ara t-tieni stadju). L-AMR juża tabella ta’ valutazzjoni tal-indikaturi magħżula biex jindika l-iżbilanċi interni u esterni (ara l-Anness III)6. Madankollu, l-Artikolu 3(2) tar-Regolament dwar il-MIP jagħmilha ċara li d-deċiżjoni li titnieda IDR ma għandhiex tirriżulta “mill-qari mekkaniku tal-indikaturi tat-tabella ta’ valutazzjoni”.

Figura 1

Flowchart sempliċi tal-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku

Sors: Il-QEA.

It-tieni stadju: Analiżijiet fil-fond

13

L-IDRs jikkonsistu f’analiżi dettaljata taċ-ċirkustanzi speċifiċi għall-pajjiż bl-użu ta’ firxa wiesgħa ta’ għodod analitiċi (bħal miżuri ta’ konnessjonijiet u esponimenti kummerċjali bejn l-Istati Membri), f’informazzjoni kwalitattiva speċifika għall-pajjiż (bħal speċjalizzazzjoni f’ċerti prodotti, kif ukoll mekkaniżmi ta’ negozjar tal-pagi) u, f’ħafna każijiet, f’varjabbli li jkunu differenti minn dawk li hemm fit-tabella ta' valutazzjoni tal-AMR.

14

Il-Kummissjoni tiġbor informazzjoni matul iż-żjarat tagħha lill-Istati Membri. Hija għandha wkoll l-obbligu li tqis kwalunkwe informazzjoni oħra li, skont dak li jkun ġie kkomunikat mill-Istati Membri, titqies rilevanti. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni trid tieħu kont tal-intenzjonijiet ta’ politika tal-Istati Membri u ta’ kwalunkwe rakkomandazzjoni preċedenti mill-Kunsill jew mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku.

15

Ir-Regolament dwar il-MIP jirrikjedi speċifikament li l-IDRs jevalwaw jekk l-Istat Membru inkwistjoni huwiex affettwat mill-iżbilanċi u, jekk ikun il-każ, jekk dawn humiex eċċessivi. Ir-riperkussjonijiet tal-politiki ekonomiċi nazzjonali jridu jitqiesu wkoll. Jekk il-Kummissjoni ma tidentifika l-ebda żbilanċ, il-proċess tal-MIP jintemm għal dak l-Istat Membru f’dik is-sena. Jekk l-iżbilanċi jiġu identifikati, skont xi tkun is-severità tagħhom, il-Kummissjoni tqiegħed lill-Istat Membru jew fil-fergħa preventiva jew inkella f’dik korrettiva tal-MIP.

16

Mill-2015 'il hawn, l-IDRs saru parti mir-rapporti annwali għall-pajjiżi, imwettqa mill-Kummissjoni, tal-proċess annwali tas-Semestru Ewropew. Dawn jinkludu valutazzjonijiet analitiċi, b’firxa wiesgħa, tal-problemi strutturali prinċipali li jaffettwaw Stat Membru f’oqsma bħat-tassazzjoni u l-infiq, l-impjiegi, l-amministrazzjoni pubblika u l-ambjent kummerċjali, kif ukoll tal-progress li l-Istat Membru jkun għamel fl-implimentazzjoni tas-CSRs u lejn il-miri ta’ Ewropa 2020.

It-tielet stadju: Prevenzjoni u korrezzjoni

L-azzjoni preventiva
17

Jekk il-Kummissjoni tqis li Stat Membru għandu żbilanċi makroekonomiċi, din trid tinforma lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew. Fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill jista’ mbagħad jindirizza s-CSRs lill-Istat Membru biex jikkoreġi l-iżbilanċi u bħala prevenzjoni biex dawn ma jsirux “eċċessivi” (f’dan ir-rapport, dawn jissejħu “CSRs rilevanti għall-MIP”). Is-CSRs jiġu adottati f’Lulju u jridu jiġu analizzati kif ukoll, fejn xieraq, aġġustati kull sena. Għal din il-fini, teżisti valutazzjoni sistematika u pubblika tal-progress li sar fl-implimentazzjoni tas-CSRs, ippubblikata fi Frar f’forma ta’ anness korrispondenti għar-rapport għall-pajjiż. Biex timmonitorja l-implimentazzjoni tas-CSRs rilevanti għall-MIP, il-Kummissjoni hija meħtieġa żżomm djalogu permanenti mal-awtoritajiet tal-Istati Membri u mas-sħab soċjali, u twettaq żjarat ta’ informazzjoni, normalment darba fis-sena.

L-azzjoni korrettiva: il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv
18

Jekk il-Kummissjoni tqis li l-iżbilanċ huwa eċċessiv, ikun jerġa’ jeħtieġ, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-MIP, li din tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill jista’ mbagħad jiddeċiedi li jattiva “proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv” (EIP), li tkun tesponi l-Istat Membru għal rekwiżiti u monitoraġġ aktar stretti u, fl-aħħar mill-aħħar, fil-każ tal-Istati Membri taż-żona tal-euro, għall-possibbiltà ta’ sanzjonijiet finanzjarji7.

Ambitu, objettivi u approċċ tal-awditjar

Ambitu u objettivi tal-awditjar

19

Il-mistoqsija prinċipali tal-awditjar kienet “Il-MIP għandha bażi soda u hija implimentata b’mod adegwat?” Għalhekk, f’dan l-awditu aħna vvalutajna l-effettività tal-implimentazzjoni, mill-Kummissjoni, tal-MIP matul il-perjodu mill-2012 sal-20178 kif ukoll, fejn rilevanti, ċerti elementi tat-tfassil tal-proċedura. Aħna eżaminajna l-MIP fid-dettall għal kampjun ta’ erba’ Stati Membri (il-Bulgarija, Spanja, Franza u s-Slovenja), filwaqt li koprejna Stati Membri oħra, fejn kien xieraq, sa livell inqas9.

20

B'mod aktar speċifiku, aħna eżaminajna:

  1. l-effettività tal-implimentazzjoni tal-proċedura abbażi tal-mod kif il-klassifikazzjoni tal-iżbilanċi tal-Istati Membri evolviet u r-raġunijiet sottostanti għall-implimentazzjoni baxxa tas-CSRs rilevanti għall-MIP;
  2. il-proċess ta’ klassifikar tal-iżbilanċi makroekonomiċi fl-Istati Membri;
  3. l-użu, mill-Kummissjoni, ta’ għodod analitiċi u ta’ analiżi ekonomika għall-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-iżbilanċi, u l-preżentazzjoni tar-riżultati li kienet qed tevolvi;
  4. ix-xerqien tat-tabella ta' valutazzjoni u l-AMR kollu kemm hu fil-MIP.
21

Aħna ma vvalutajniex ix-xerqien tas-sollijiet issettjati għall-indikaturi tat-tabella ta' valutazzjoni, u lanqas il-kwalità tad-data tal-istatistika li fuqha huma bbażati. Lanqas ma eżaminajna l-proċedura għall-evalwazzjoni tal-progress fl-implimentazzjoni tas-CSRs rilevanti għall-MIP10.

22

Il-kriterji tal-awditjar tagħna ġew minn:

  1. rekwiżiti regolatorji (b’mod partikolari r-Regolament dwar il-MIP);
  2. ir-regoli u l-proċeduri interni tal-Kummissjoni (eż. struzzjonijiet u linji gwida);
  3. dokumenti maħruġa minn għadd ta’ istituzzjonijiet tal-UE u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra (b’mod partikolari l-FMI u l-OECD) jew li rriżultaw minn riċerka għall-identifikazzjoni tal-aħjar prattika.
23

Dan ir-rapport tal-awditjar huwa t-tieni wieħed f’sensiela ta’ rapporti li kienet ippjanata biex tiżgura kopertura sostanzjali tal-qafas ta’ governanza ekonomika tal-UE. L-ewwel rapport f’din is-sensiela, dwar il-proċedura ta' defiċit eċċessiv (EDP)11, ġie ppubbikat fl-2016.

Approċċ

24

F’Marzu 2016, aħna bgħattna stħarriġ online lill-membri tal-Kumitat tal-Politika Ekonomika (KPE) mill-Istati Membri li kienu suġġetti għall-MIP. L-istħarriġ kopra l-perjodu mill-AMR tal-2012 sal-IDRs tal-2016. Huwa kien jinkludi 46 mistoqsija, kemm kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi, dwar il-fehmiet tal-membri tal-KPE rigward il-MIP. L-istħarriġ għalaq f’Diċembru 2016, sa liema data kienu wieġbu 19 minn 20 membru tal-KPE. Ir-riżultati tal-istħarriġ iggwidaw ix-xogħol tal-awditjar tagħna, u ssir referenza għalihom f’ċerti osservazzjonijiet. It-tweġibiet miġbura għall-mistoqsijiet kwantitattivi jistgħu jinstabu fl-Anness VI.

25

Aħna intervistajna membri tal-persunal minn tliet dipartimenti tal-Kummissjoni (id-DĠ ECFIN, id-DĠ EMPL u s-Segretarjat Ġenerali) u l-kabinetti tal-Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, it-Tassazzjoni u d-Dwana u l-Viċi President għall-Euro u d-Djalogu Soċjali. Aħna eżaminajna firxa ta’ dokumentazzjoni tal-Kummissjoni, kemm fid-dominju pubbliku kif ukoll rekords interni. Iltqajna wkoll ma’ rappreżentanti tal-istituzzjonijiet involuti fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-MIP fl-Istati Membri magħżula (ara l-lista tal-istituzzjonijiet fl-Anness VII).

26

Aħna ddiskutejna l-MIP ma’ rappreżentanti ta’ bosta organizzazzjonijiet li fehmiethom kienu rilevanti għall-awditu (inklużi l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), l-FMI, l-OECD, il-Bank Dinji, il-Parlament Ewropew u, fil-Ġermanja, il-Ministeru Federali tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Enerġija kif ukoll il-Ministeru Federali tal-Finanzi). Organizzajna wkoll panel konsultattiv u fittixna l-parir ta’ esperti indipendenti.

Osservazzjonijiet

Xi Stati Membri ġew identifikati bħala li kellhom żbilanċi matul bosta snin, u l-politiki korrettivi qed jiġu implimentati b’mod insuffiċjenti

27

Din it-taqsima tħares lejn l-evoluzzjoni tal-għadd ta’ Stati Membri fejn l-iżbilanċi ilhom jiġu identifikati sa mill-introduzzjoni tal-MIP. Imbagħad hija turi l-livell ta’ implimentazzjoni tas-CSRs rilevanti għall-MIP, skont kif ġie vvalutat mill-Kummissjoni, u tqis ir-raġunijiet sottostanti.

B’mod ġenerali, l-Istati Membri jibqgħu fi żbilanċ għal bosta snin

28

L-għadd ta’ Stati Membri li ġew identifikati, permezz tal-MIP, bħala li kellhom żbilanċi makroekonomiċi żdied gradwalment bejn l-2012 u l-2015 (minn 12 għal 16). Minkejja dan, aħna nirrikonoxxu l-fatt li dan l-għadd żdied ukoll minħabba l-ħruġ ta’ bosta pajjiżi mill-programmi ta' aġġustament ekonomiku, u minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja mal-UE. Aktar reċentement, ix-xejra kumplessiva nqelbet, u possibbilment tirrifletti l-irkupru ċikliku tal-ekonomiji tal-UE. Madankollu, l-għadd ta’ Stati Membri bi żbilanċi eċċessivi ma naqasx (ara l-Figura 2 u l-Anness VIII).

Figura 2

Għadd ta’ Stati Membri bi żbilanċi

Sors: Il-QEA.

29

Il-Figura 3 turi li, b’mod ġenerali, il-klassifikazzjoni tal-Istati Membri indvidwali baqgħet l-istess minn sena għal oħra. It-titjib kien relattivament rari. Matul l-ewwel ħames snin tal-MIP (l-2012 sal-2016), total kumulattiv ta’ 67 Stat Membru ġew identifikati bħala li kellhom żbilanċi (51) jew żbilanċi eċċessivi (16). F’39 mill-51 każ li juru żbilanċi ma kien hemm l-ebda bidla fis-sena ta’ wara, filwaqt li l-livell ta’ 5 Stati Membri ttella’ sa “żbilanċi eċċessivi”, u 7 Stati Membri rnexxielhom jikkoreġu l-iżbilanċi tagħhom. Mis-16-il Stat Membru bi żbilanċi eċċessivi, 2 biss irnexxielhom joħorġu mill-kategorija s-sena ta’ wara.

Figura 3

Ftit li xejn bidla fil-klassifikazzjoni, 2012-2017

NB: Il-vleġeġ juru kif il-klassifikazzjoni tal-iżbilanċi tal-Istati Membri nbidlet kull sena matul il-perjodu: jew tjiebet, marret għall-agħar, jew inkella ma nbidlet assolutament xejn. Is-somma ta’ dawk iil-bidliet hija ugwali għal 67.

Sors: Il-QEA.

30

Din l-inerzja hija wkoll evidenti jekk wieħed iħares lejn it-12-il Stat Membru li għalihom l-iżbilanċi ġew identifikati fl-2012, l-ewwel sena tal-MIP. Minn dak iż-żmien 'il hawn, f’ċertu punt, 6 mit-12-il Stat Membru spiċċaw bi “żbilanċi eċċessivi” (il-Bulgarija, Ċipru, Franza, l-Italja, is-Slovenja u Spanja). Tnejn biss minn dawk is-sitta rnexxielhom jirritornaw għal żbilanċ “regolari” (is-Slovenja u Spanja), filwaqt li ħallew l-erbgħa l-oħra għad fil-kategorija ta’ “żbilanċ eċċessiv” (erba’ snin wara xulxin għall-Italja, tliet snin għal Franza u l-Bulgarija, u sentejn għal Ċipru12). L-ebda Stat Membru li kellu żbilanċi “eċċessivi” ma seta’ qatt jagħmel biżżejjed titjib biex jispiċċa fil-kategorija ta’ “l-ebda żbilanċ”. L-Anness VIII jittraċċa bis-sħiħ il-klassifikazzjoni ta’ kull Stat Membru mill-2012 'il hawn.

Minkejja l-monitoraġġ frekwenti u intensiv, il-livell ta’ implimentazzjoni tas-CSRs rilevanti għall-MIP, mill-Istati Membri, kien baxx

Standard tajjeb ta’ monitoraġġ mill-Kummissjoni
31

Ir-Regolament dwar il-MIP13 jirrikjedi li l-Kummissjoni timmonitorja l-implimentazzjoni tas-CSRs rilevanti għall-MIP billi, fost affarijiet oħra, tiġbor informazzjoni fl-Istati Membri u żżomm djalogu permanenti mal-awtoritajiet u mas-sħab soċjali. Aħna sibna li, matul iż-żjarat frekwenti ta’ informazzjoni lill-Istati Membri, il-Kummissjoni kellha djalogu sħiħ u ċar ma’ firxa wiesgħa biżżejjed ta’ partijiet interessati fil-livell nazzjonali.

32

Fl-2013, il-Kummissjoni introduċiet il-proċedura ta’ “monitoraġġ speċifiku” għall-Istati Membri bi żbilanċi eċċessivi. Din il-proċedura ġiet estiża fl-2014 għall-Istati Membri magħżula, taż-żona tal-euro, li kellhom żbilanċi ta’ rilevanza sistemika u, fl-2016, għall-Istati Membri kollha bi żbilanċi. Attwalment, il-monitoraġġ speċifiku jikkonsisti fi żjara annwali ta’ informazzjoni lil kull Stat Membru, segwita mill-pubblikazzjoni ta’ rapport ta' progress.

Madankollu, il-livell ta’ implimentazzjoni tas-CSRs rilevanti għall-MIP, mill-Istati Membri, kien baxx
33

Il-Kummissjoni tivvaluta l-livell ta’ implimentazzjoni tas-CSRs bl-użu ta’ klassifikazzjoni kwalitattiva (ara l-Anness V). Fl-2017, il-Parlament Ewropew ibbaża fuq dawn il-valutazzjonijiet biex jevalwa l-implimentazzjoni kumplessiva tas-CSRs rilevanti għall-MIP għall-perjodu 2012-201614. Il-Figura 4 tagħti fil-qosor din l-evalwazzjoni. Aħna nikkonkludu li l-implimentazzjoni tas-CSRs rilevanti għall-MIP kienet ilha persistentement dgħajfa mill-2012, billi l-proporzjon tas-CSRs rilevanti għall-MIP li ġew implimentati bis-sħiħ jew b’mod sostanzjali huwa baxx ħafna15.

Figura 4

Implementazzjoni tas-CSRs rilevanti għall-MIP li nħarġu mill-2012 sal-2016

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq valutazzjonijiet imwettqa mill-Parlament Ewropew (l-Unità tas-Sostenn għall-Governanza Ekonomika (EGOV)) u mill-Kummissjoni Ewropea.

Hemm bosta dgħufijiet li jaffettwaw l-implimentazzjoni tas-CSRs rilevanti għall-MIP
34

Id-dgħufijiet li ġejjin fil-ġestjoni tal-proċess tal-MIP affettwaw b’mod negattiv l-implimentazzjoni tas-CSRs rilevanti għall-MIP: (i) l-ebda rabta sistematika bejn is-CSRs rilevanti għall-MIP u l-iżbilanċi; (ii) l-ebda stima sistematika tal-impatt li s-CSRs rilevanti għall-MIP ikollhom fuq l-iżbilanċi; (iii) inkonsistenza bejn ir-rakkomandazzjonijiet għaż-żona tal-euro kollha kemm hi u s-CSRs rilevanti għall-MIP; (iv) skeda ta’ żmien diffikultuża ħafna għall-implimentazzjoni tas-CSRs rilevanti għall-MIP.

L-ebda rabta sistematika bejn is-CSRs rilevanti għall-MIP u l-iżbilanċi
35

Biex tiġi promossa s-sjieda nazzjonali, u għaldaqstant l-Istati Membri jitħeġġu biex jimplimentaw is-CSRs rilevanti għall-MIP b’mod aktar diliġenti, huwa essenzjali li jiġi ċċarat il-mod kif l-analiżi ekonomika u l-valutazzjoni tal-iżbilanċi wasslu għal rakkomandazzjonijiet speċifiċi tal-politika. Il-gwida proprja tal-Kummissjoni tiddikjara li jenħtieġ li l-IDRs jipprovdu l-bażi analitika għall-formulazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet16, iżda fil-prattika r-rabta mhux ta’ spiss tkun ovvja17. L-istħarriġ tagħna għall-KPE kkonferma din l-impressjoni: meta staqsejna “Huwa ċar liema CSRs huma relatati mal-MIP?”, kwart biss mill-membri tal-KPE wieġbu “dejjem ċar” (ara l-Figura g fl-Anness VI). Fi snin reċenti, ir-rabta hija wisq inqas evidenti minħabba s-simplifikazzjoni kemm tas-CSRs rilevanti għall-MIP (ara l-paragrafi 40 sa 42) kif ukoll tal-IDRs (ara l-paragrafi 67 sa 73).

36

L-ewwel nett, ir-rabta mhux ta’ spiss tkun ovvja, jew inkella tkun dgħajfa ħafna. Dan għaliex il-Kummissjoni ma tifformulax il-proposti tagħha għas-CSRs bil-ħsieb li tindirizza żbilanċi speċifiċi, kif meħtieġ bl-Artikolu 6(1) tar-Regolament dwar il-MIP. Minflok, ir-riformi strutturali jiġu diskussi ma’ Stat Membru fil-kuntest ta’ Ewropa 2020 qabel ma jiġu inklużi fil-proposti li jsiru mill-Kummissjoni, u jistgħu jitqiesu bħala li huma rilevanti għall-MIP anke jekk ikunu marbuta biss remotament mal-iżbilanċi.

37

Barra minn hekk, fl-analiżi li wettaqna tal-erba’ Stati Membri magħżula, aħna sibna ħafna CSRs li tqiesu ħażin bħala li huma rilevanti għall-MIP, peress li l-ebda waħda mill-miżuri rrakkomandati ma kienet tindirizza l-żbilanċi li ġew identifikati fl-IDR. Ara l-Kaxxa 1 għal eżempji.

Kaxxa 1

Eżempji ta’ rabta nieqsa bejn is-CSRs rilevanti għall-MIP u l-IDRs

  • Is-CSR Nru 3/2016 għal Franza indirizzat suġġetti (ir-riformi tal-apprendistat, tat-taħriġ vokazzjonali u tal-benefiċċji tal-qgħad) li ma kinux rilevanti għall-MIP: dawn ma ġewx ittrattati fit-taqsima tal-IDR tar-rapport għall-pajjiż, lanqas ma ssemmew fil-matriċi għall-valutazzjoni tal-MIP (ara l-paragrafu 68), u lanqas ma ssemmew bħala sfida dwar il-politiki, relatata mal-IDR, fis-sommarju eżekuttiv tar-rapport mill-pajjiż. B’mod simili, is-suġġetti li tqajmu fis-CSR Nru 5/2015 u fis-CSR Nru 5/2016 (ir-riforma tas-sistema fiskali Franċiża) ma ġewx ittrattati fit-taqsima tal-IDR tar-rapport għall-pajjiż.
  • Is-CSR Nru 2/2013 għas-Slovenja indirizzat suġġetti (is-sostenibbiltà fuq terminu twil tas-sistema tal-pensjonijiet; il-kura tas-saħħa) li għalihom ma kien hemm l-ebda referenza fl-IDR.
  • Is-CSR Nru 1/2016 għall-Bulgarija qajmet kwistjonijiet (il-miri tal-PST; il-miżuri biex jitjieb il-ġbir tat-taxxi u titnaqqas l-ekonomija informali) li ma ġewx ittrattati fit-taqsima tal-IDR tar-rapport għall-pajjiż u ma ġewx inklużi fil-matriċi għall-valutazzjoni tal-MIP u lanqas ma ġew enfasizzati fis-sommarju eżekuttiv. Is-suġġetti li tqajmu fis-CSR Nru 1/2015 (il-miri tal-PST; il-ġbir tat-taxxi; l-ekonomija moħbija; il-kosteffettività tas-sistema tal-kura tas-saħħa) ġew diskussi fit-taqsima “Problemi strutturali oħra” tar-rapport għall-pajjiż u għalhekk ma kinux konnessi mal-IDR.
  • Is-CSR Nru 9/2013 għal Spanja indirizzat suġġetti (ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika; l-effiċjenza tal-ġudikatura) li ma kinux ittrattati fl-IDR. Is-CSR Nru 2/2015 kienet tirrigwarda r-riformi tal-banek ta’ tfaddil, kwistjoni li għaliha ma kien hemm referenza mkien fir-rapport għall-pajjiż.
38

It-Tabella 1 tindika l-punt sa fejn is-CSRs jitqiesu bħala li huma rilevanti għall-MIP. Fl-2016, aktar minn 80 % tas-CSRs kienu indirizzati għall-Istati Membri li kienu affettwati mill-iżbilanċi, u s-CSRs kollha li kienu indirizzati għall-Istati Membri bi żbilanċi eċċessivi tqiesu bħala li huma rilevanti għall-MIP. Din il-klassifikazzjoni eċċessiva tas-CSRs bħala li huma rilevanti għall-MIP dgħajfet l-effettività u l-kredibbiltà tal-MIP. Dan fil-fatt ġie kkorroborat minn ħafna mill-partijiet interessati li ltqajna magħhom matul iż-żjarat ta’ informazzjoni.

Tabella 1

Proporzjon tas-CSRs li tqiesu bħala li huma rilevanti għall-MIP, fost is-CSRs kollha għall-Istati Membri li kellhom żbilanċi makroekonomiċi, 2012-2016

  Żbilanċi Żbilanċi eċċessivi Total
2012 52.0 %   52.0 %
2013 63.3 % 94.4 % 70.5 %
2014 67.2 % 100.0 % 76.1 %
2015 87.2 % 92.9 % 89.6 %
2016 81.0 % 100.0 % 92.0 %

Sors: Il-QEA.

39

It-tieni problema hija l-fatt li s-simplifikazzjoni tas-CSRs rilevanti għall-MIP u tal-IDRs kompliet toskura r-rabta bejn is-CSRs rilevanti għall-MIP u l-iżbilanċi identifikati.

40

Is-simplifikazzjoni tal-proċess tas-CSRs tmur lura għall-2015, wara li l-Istati Membri għamlu kumment li l-għadd u t-tul eċċessivi tas-CSRs kienu naqqsu mis-sens tagħhom ta’ sjieda u mill-effettività tal-implimentazzjoni. Minn dak iż-żmien 'il hawn, il-Kummissjoni naqqset l-għadd annwali ta’ CSRs rilevanti għall-MIP. Hija naqqset ukoll it-tul medju tagħhom b’madwar 50 % (ara l-Figura 5).

41

B’mod ġenerali, is-simplifikazzjoni tqieset b’mod pożittiv mill-membri tal-KPE (ara l-Figura k fl-Anness VI) u minn ħafna mill-partijiet interessati li ltqajna magħhom matul iż-żjarat ta’ informazzjoni. Madankollu, issa li s-CSRs rilevanti għall-MIP huma iqsar u fformulati f’termini aktar ġenerali, huma ma jindirizzawx speċifikament l-iżbilanċi li jkunu ġew identifikati f’IDR. In-natura ġenerali tagħhom tagħmilha wkoll aktar diffiċli biex titwettaq valutazzjoni ta’ kemm dawn ġew implimentati tajjeb u kemm setgħu kkontribwew għall-eliminazzjoni tal-iżbilanċi. Il-Kaxxa 2 turi l-impatt tas-simplifikazzjoni fuq is-CSRs rilevanti għall-MIP li ntgħażlu għal Franza u Spanja.

Figura 5

Għadd ta’ CSRs rilevanti għall-MIP, u għadd ta’ kliem għal kull CSR rilevanti għall-MIP, 2012-2016

Sors: Il-QEA.

Kaxxa 2

L-impatt tas-simplifikazzjoni fuq is-CSRs rilevanti għall-MIP għal Franza u Spanja

Is-simplifikazzjoni wasslet għal tnaqqis fl-għadd u t-tul tas-CSRs rilevanti għall-MIP.

  2014 2016
  Franza Spanja Franza Spanja
Għadd ta' CSRs
Għadd totali ta’ CSRs 7 8 5 4
Għadd totali ta’ CSRs rilevanti għall-MIP 6 7 5 4
Għadd ta’ kliem fis-CSRs rilevanti għall-MIP
Total 803 978 280 227
Medja 134 140 56 57

Peress li tnaqqsilhom it-tul, is-CSRs rilevanti għall-MIP issa jipprovdu wkoll gwida ta’ politika inqas dettaljata.

2014 2016
Franza

3.Ir-regoli amministrattivi, fiskali u kontabilistiċi tal-kumpaniji jiġu simplifikati u jittieħdu miżuri konkreti għall-implimentazzjoni tal-“pjan ta’ simplifikazzjoni” kontinwu tal-Gvern sa Diċembru 2014. Impedimenti regolatorji għat-tkabbir tal-kumpaniji jiġu eliminati, b’mod partikolari permezz ta’ analiżi tal-kriterji relatati mad-daqs, fir-regolamenti, biex l-effetti ta’ limitu jiġu evitati. Jittieħdu passi għas-simplifikazzjoni u t-titjib fl-effiċjenza tal-politika dwar l-innovazzjoni, notevolment permezz ta’ evalwazzjoni u, jekk meħtieġ, l-adattament tal-“crédit d’impôt recherche”. Jiġi żgurat li r-riżorsi jkunu ffukati fuq il-pilastri l-aktar effettivi tal-kompetittività, u l-impatt ekonomiku tal-innovazzjoni li ġiet żviluppata fil-pilastri jkompli jiġi promoss.

4.Jitneħħew ir-restrizzjonijiet mhux ġustifikati fuq l-aċċess għal u l-eżerċizzju tal-professjonijiet regolati, u jitnaqqsu l-ispejjeż tad-dħul, u l-kompetizzjoni fis-servizzi tiġi promossa. Tittieħed azzjoni ulterjuri biex jitnaqqas il-piż regolatorju li jaffettwa l-funzjonament tas-settur tal-bejgħ bl-imnut, b’mod partikolari permezz ta’ simplifikazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet għall-ftuħ ta’ ħwienet kummerċjali u permezz tat-tneħħija tal-projbizzjoni fuq il-bejgħ b’telf. Filwaqt li jinżammu kundizzjonijiet affordabbli għall-gruppi vulnerabbli, jiġi żgurat li t-tariffi regolati tal-gass u tal-elettriku għall-klijenti domestiċi jiġu ssettjati f’livell xieraq li ma jkunx jirrappreżenta ostaklu għall-kompetizzjoni. Tissaħħaħ il-kapaċità ta’ interkonnessjonijiet tal-elettriku u tal-gass ma’ Spanja; b’mod partikolari, titkabbar il-kapaċità ta’ interkonnessjonijiet tal-gass biex is-suq tal-gass Iberiku jiġi integrat bis-sħiħ mas-suq Ewropew. Fis-settur ferrovjarju, tiġi żgurata l-indipendenza tal-maniġer tal-infrastruttura unifikat ġdid mill-operatur preeżistenti u jittieħdu passi għall-ftuħ ta’ trasport domestiku tal-passiġġieri qabel l-2019.

4.Jitneħħew l-ostakli għall-attività fis-settur tas-servizzi, b’mod partikolari fis-servizzi kummerċjali u l-professjonijiet regolati. Jittieħdu passi għas-simplifikazzjoni u t-titjib fl-effiċjenza tal-iskemi tal-politika dwar l-innovazzjoni. Sa tmiem l-2016, tkompli r-riforma tal-kriterji relatati mad-daqs fir-regolamenti li jimpedixxu t-tkabbir tal-kumpaniji u titkompla s-simplifikazzjoni tar-regoli amministrattivi, fiskali u kontabilistiċi tal-kumpaniji billi jitwettaq il-programm ta’ simplifikazzjoni.

Spanja

6.Tiġi żgurata l-implimentazzjoni ambizzjuża u rapida tal-Liġi Nru 20/1013 dwar l-Unità tas-Suq fil-livelli kollha tal-amministrazzjoni. Tiġi adottata riforma ambizzjuża tas-servizzi professjonali u tal-assoċjazzjonijiet professjonali sa tmiem l-2014, li tiddefinixxi l-professjonijiet li jirrikjedu reġistrazzjoni f'organizzazzjoni professjonali, u t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont tal-korpi professjonali, jinfetħu attivitajiet li jkunu riżervati mingħajr ġustifikazzjon,i u tiġi salvagwardjata l-unità tas-suq fl-aċċess għal u l-implimentazzjoni tas-servizzi professjonali fi Spanja. Jtnaqqsu aktar iż-żmien, l-ispiża u l-għadd ta' proċeduri meħtieġa għat-twaqqif ta' negozju operattiv. Jiġu indirizzati restrizzjonijiet mhux ġustifikati għall-istabbiliment ta’ postijiet tal-bejgħ bl-imnut fuq skala kbira, notevolment permezz ta’ reviżjoni tar-regolamenti ta’ ppjanar reġjonali eżistenti. Jiġu identifikati sorsi ta’ finanzjament għall-istrateġija nazzjonali ġdida għax-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni, u tal-Aġenzija ta’ Riċerka tal-Istat il-ġdida.

4.Titħaffef l-implimentazzjoni tal-liġi dwar l-unità tas-suq fil-livell reġjonali. Tiġi żgurata l-implimentazzjoni, mir-reġjuni awtonomi, tal-miżuri ta’ riforma adottati għas-settur tal-bejgħ bl-imnut. Ir-riforma ppjanata dwar is-servizzi u l-assoċjazzjonijiet professjonali tiġi adottata.

Sors: Il-QEA.

42

Problema oħra hija li, maż-żmien id-diskussjoni dwar il-possibbiltajiet ta’ politika biex l-iżbilanċi jiġu indirizzati (it-taqsima “Sfidi dwar il-politiki”) għebet mill-IDR minn mindu dan id-dokument ingħaqad mar-rapport għall-pajjiż. Flimkien mas-simplifikazzjoni tas-CSRs rilevanti għall-MIP, dan għamilha ħafna aktar diffiċli għall-qarrej biex jifhem il-loġika wara r-rakkomandazzjonijiet. It-Tabella 2 tqabbel ir-rabta bejn l-IDR u s-CSR Nru 3, rilevanti għall-MIP għall-Bulgarija fl-2014 u fl-2015, jiġifieri qabel u wara s-simplifikazzjoni.

Tabella 2

Eżempju tar-rabta li ddgħajfet bejn l-IDRs u s-CSRs rilevanti għall-MIP qabel u wara s-simplifikazzjoni

  CSR Nru 3, rilevanti għall-MIP għall-Bulgarija fl-2014 u fl-2015
  Parir dwar il-politiki tal-IDR Proposti mill-Kummissjoni għal rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż
2014 “Sfidi dwar il-politiki”

Jittejbu l-effiċjenza u l-effettività ta’ politiki attivi tas-suq tax-xogħol

Jiġi vvalutat l-impatt ta’ politiki attivi eżistenti tas-suq tax-xogħol, minbarra li jiġu introdotti miżuri ġodda

Jintrabtu l-eżiti tal-evalwazzjoni mal-politika futura

Jiġu mmirati miżuri għal dawk li huma l-akbar ħtieġa ta’ attivazzjoni u li għandhom l-ogħla impjegabbiltà. F’dan ir-rigward, iż-żgħażagħ mhux attivi u l-persuni b’livell baxx ta’ ħiliet u b’esperjenza professjonali li ilhom qiegħda għal żmien twil, kif ukoll gruppi soċjali vulnerabbli oħra li jkunu ġew identifikati.

Tittejjeb l-effiċjenza tal-Aġenzija tal-Impjiegi billi tiġi żviluppata sistema ta’ monitoraġġ tal-prestazzjoni u billi jiġu mmirati aħjar il-persuni l-aktar vulnerabbli, bħal ħaddiema b’livell baxx ta’ ħiliet u dawk anzjani, il-persuni li ilhom qiegħda għal żmien twil u r-Roma.

It-titjib fil-Prattiki edukattivi u ta’ taħriġ jidher importanti għas-suq tax-xogħol; jistgħu jiġu eżaminati politiki relatati mal-ksib ta’ parteċipazzjoni suffiċjenti, ikkonkretizzata fl-ilħuq ta’ livelli edukattivi ogħla. Jiġu żviluppati prattiki ta’ taħriġ u ta’ tagħlim tul il-ħajja mmirati lejn ħiliet speċifiċi, li għalihom hemm jew jista’ jkun hemm domanda fis-suq tax-xogħol

Miżuri speċifiċi għaż-żgħażagħ jistgħu jinkludu programmi li jkollhom l-għan li jżidu l-livelli edukattivi milħuqa u li jtejbu l-kwalifiki tagħhom permezz ta’ taħriġ immirat. Miżuri ta’ riintegrazzjoni għall-persuni b’esperjenza professjonali li ilhom qiegħda għal żmien twil jistgħu jinkludu azzjonijiet li b’mod effettiv jorbtu l-benefiċċji soċjali mal-parteċipazzjoni fit-taħriġ u l-impjiegi ssussidjati. Programmi li jserrħu fuq ir-responsabbiltà soċjali tan-negozji jistgħu wkoll jiġu eżaminati.


Tiġi estiża l-kopertura u l-effettività tal-politiki attivi tas-suq tax-xogħol biex dawn ikunu jaqblu mal-profili ta’ persuni li jkunu qed ifittxu xogħol, u jitwettaq xogħol ta’ sensibilizzazzjoni għaż-żgħażagħ mhux irreġistrati li jkunu barra mill-impjieg, edukazzjoni jew taħriġ, f’konformità mal-objettivi ta’ garanzija għaż-żgħażagħ.

Jinstab il-bilanċ it-tajjeb bejn il-miżuri attivi u dawk passivi

Titqawwa l-effettività tat-trasferimenti soċjali biex jiġu żgurati standards adegwati tal-għajxien għal min jirċevihom


Sabiex jittaffa l-faqar, jittejbu aktar l-aċċessibbiltà u l-effettività tas-servizzi soċjali u tat-trasferimenti għat-tfal u għall-persuni aktar imdaħħlin fiż-żmien.
     
2015 “Sommarju eżekuttiv”

Il-politiki dgħajfin tas-suq tax-xogħol għadhom jistgħu jeskludu lill-ħaddiema mis-suq tax-xogħol fuq il-bażi ta’ prezzijiet.

In-nuqqas kemm ta’ prattiki edukattivi u ta’ taħriġ immirati kif ukoll ta’ politiki attivi tas-suq tax-xogħol jista’ jxekkel il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u l-impjegabbiltà tal-forza tax-xogħol.

Jiġi żviluppat approċċ integrat għal gruppi fil-marġni tas-suq tax-xogħol, b’mod partikolari ħaddiema aktar imdaħħlin fiż-żmien u żgħażagħ li jkunu barra mill-impjieg, edukazzjoni jew taħriġ.
“IDR”
It-titjib fl-impjegabbiltà ta’ żgħażagħ li jkunu barra mill-impjieg, edukazzjoni jew taħriġ (NEETs) għadu diffikultuż ħafna.

Sors: Il-QEA.

43

Fl-aħħar nett, in-nuqqas ta’ rabta jew ġustifikazzjoni bejn l-IDRs u s-CSRs rilevanti għall-MIP mill-2016 'il quddiem mhuwiex konsistenti ma’ dak li l-Kummissjoni ddikjarat fil-komunikazzjoni tagħha ta’ Ottubru 2015 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bank Ċentrali Ewropew. Biex ittejjeb it-trasparenza u twettaq segwitu fi ħdan il-MIP, f’dak iż-żmien il-Kummissjoni ddikjarat li hija kienet “[…] se tippreżenta wkoll ġustifikazzjoni espliċita ta’ deċiżjonijiet meħuda, inkluż dwar ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi marbuta mal-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku […]” u “[…] tispjega aħjar ir-rabta bejn in-natura tal-iżbilanċi u kif dawn jiġu indirizzati f’rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż”18.

L-ebda stima sistematika tal-impatt li s-CSRs rilevanti għall-MIP ikollhom fuq l-iżbilanċi
44

B’mod ġenerali, il-Kummissjoni ma tipprovdix stimi ex ante jew ex post tal-impatt ekonomiku li s-CSRs rilevanti għall-MIP ikollhom fuq l-iżbilanċi. Dan huwa komprensibbli biss f’każijiet fejn ikun hemm diffikultajiet inerenti biex jiġu kkwantifikat b’mod kredibbli xi wħud mill-impatti minħabba n-natura tal-miżuri ta’ politika rrakkomandati (eż. analiżi tal-kwalità tal-assi jew testijiet tal-istress għas-settur bankarju, titjib fil-koordinazzjoni u fl-effiċjenza tas-servizzi pubbliċi), jew il-fatt li kwalunkwe impatt se jkun fuq terminu twil (riformi edukattivi u tas-suq tax-xogħol).

45

Il-ftit eċċezzjonijiet huma r-referenzi għal studji esterni li jivvalutaw l-effetti tar-riformi strutturali fuq il-prodott domestiku gross (PDG)19 20, u l-eżerċizzju ta’ darba fid-dokumenti ta' ħidma tal-persunal dwar il-programmi nazzjonali ta’ riforma 2014 (PNR) tal-Istati Membri21. Stimar tal-impatt ekonomiku fuq l-iżbilanċi jkun jindika aħjar liema rakkomandazzjonijiet huma l-aktar rilevanti u għandhom il-probabbiltà li jkunu effettivi.

46

Barra minn hekk, ċerti rakkomandazzjonijiet jistgħu jinnewtralizzaw l-impatt ta’ rakkomandazzjonijiet oħra, u hawnhekk jista’ jkun possibbli li tiġi pprovduta stima raġonevoli. Dan huwa l-każ ta’ rakkomandazzjonijiet baġitarji u ta’ CSRs oħra li jkollhom impatt fiskali. Pereżempju, is-CSR Nru 1/2013 rilevanti għall-MIP għal Spanja, Stat Membru taħt l-EDP, kienet tirrigwarda t-twettiq tal-aġġustament fiskali rrakkomandat mill-Kunsill biex il-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-pajjiż tiġi żgurata. Fl-istess waqt, is-CSR Nru 4/2013 rilevanti għall-MIP indirizzat il-ħtieġa li s-servizzi pubbliċi tal-impjiegi jiġu rinfurzati u modernizzati biex tiġi żgurata l-effettività tal-assistenza individwalizzata għall-persuni qiegħda. Il-Kummissjoni ma stmatx jekk l-ispiża għar-reklutaġġ tal-persunal meħtieġ biex jipprovdi appoġġ individwalizzat li aktar minn 6 000 000 persuna li kienu qed ifittxu xogħol kinitx konsistenti mar-restrizzjonijiet fiskali li hija kienet appellat għalihom fl-ewwel rakkomandazzjoni tagħha.

Inkonsistenza fir-rakkomandazzjonijiet għaż-żona tal-euro
47

Mill-2012 ’il hawn, il-Kummissjoni pproponiet ukoll rakkomandazzjonijiet għaż-żona tal-euro kollha kemm hi. Wara l-adozzjoni mill-Kunsill, dawn jiġu indirizzati lill-Grupp tal-Euro tal-ministri tal-finanzi; kif meħtieġ, l-ebda korp tal-UE ma jerfa’ responsabbiltà formali għall-implimentazzjoni tagħhom.

48

Ma hemm l-ebda sistema fil-Kummissjoni biex tiżgura l-konsistenza bejn ir-rakkomandazzjonijiet għaż-żona tal-euro u s-CSRs għall-Istati Membri taż-żona tal-euro.

49

Eżempju wieħed tal-problema jirrigwarda r-rakkomandazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar il-pożizzjoni fiskali taż-żona tal-euro22. Meta l-politika monetarja tkun qed tiffaċċja diffikultajiet fit-tnaqqis tar-rati tal-imgħax, il-ġestjoni tal-pożizzjoni fiskali hija importanti biex it-tkabbir sostenibbli fid-domanda aggregata jiġi żgurat. Madankollu, mhuwiex il-kompitu tal-PST li jinfluwenza l-pożizzjoni fiskali ta’ Stat Membru ladarba dan ikun laħaq il-konformità mal-kriterji ta’ stabbiltà. Għalhekk, il-MIP tipprovdi qafas li fih jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet fiskali li jkunu rilevanti għaż-żona tal-euro kollha kemm hi.

50

F’Novembru 2016, il-Kummissjoni rrakkomandat pożizzjoni fiskali pożittiva sabiex tistimula l-irkupru bħala appoġġ għall-politika monetarja tal-BĊE23. Din ir-rakkomandazzjoni ma kinitx konsistenti mar-rekwiżiti fiskali ssettjati fis-CSRs li nħarġu għall-Istati Membri taż-żona tal-euro xi sitt xhur qabel, li implika pożizzjoni fiskali moderatament restrittiva għaż-żona tal-euro kollha kemm hi għall-2017 u l-2018. Billi l-prospettiva għat-tkabbir tal-PDG ma kinitx marret għall-agħar matul dawk is-sitt xhur, ma kien hemm l-ebda raġuni għall-inkonsistenza. Ma jsir l-ebda mekkaniżmu effettiv biex jiġu ffaċilitati t-tensjonijiet li jistgħu jinqalgħu bejn dak li huwa fiskalment mixtieq għaż-żona tal-euro u s-somma tas-CSRs fiskali għall-Istati Membri.

Skeda ta’ żmien diffikultuża ħafna għall-implimentazzjoni tas-CSRs rilevanti għall-MIP
51

Il-Kummissjoni ddikjarat li hija tistenna li s-CSRs rilevanti għall-MIP jiġu implimentati fi żmien 12 sa 18-il xahar. Billi dan it-tbassir ta’ spiss ikun ottimist wisq, huwa jaffettwa l-istatistika tal-implimentazzjoni. Ħafna CSRs rilevanti għall-MIP huma kumplessi u jirrikjedu rispons minn għadd kbir ta’ partijiet interessati. Għadd kbir ta’ CSRs rilevanti għall-MIP jiġu ripetuti sena wara sena, u għaldaqstant jiġu rreġistrati bħala mhux implimentati. Il-prattika tal-Kummissjoni tikkuntrasta ma’ dik tal-FMI u tal-OECD, li t-tnejn li huma jistrutturaw il-parir tagħhom dwar il-politiki tul linji aktar tematiċi. B’konnessjoni ma’ dan, ara l-paragrafu 78.

52

Din id-diffikultà ġiet, sa ċertu punt, ikkorroborata mir-risposti għall-mistoqsija tal-istħarriġ għall-KPE “Is-CSRs għall-Istat Membru tiegħek huma realistiċi?” Madwar 53 % tal-wiġġieba qisuhom “realistiċi”, 26 % “kemxejn mhux realistiċi” u 11 % “assolutament mhux realistiċi” (ara l-Figura j fl-Anness VI). Ir-raġuni prinċipali li ngħatat għalfejn is-CSRs tqiesu li mhumiex realistiċi kienet l-iskeda ta’ żmien diffikultuża ħafna għall-implimentazzjoni.

Il-klassifikazzjoni tal-iżbilanċi hija nieqsa mit-trasparenza, u l-EIP qatt ma ġiet attivata

53

Din it-taqsima tħares lejn il-loġika u l-proċess wara l-valutazzjoni, imwettqa mill-Kummissjoni, tas-severità tal-iżbilanċi.

Is-sistema tal-kategoriji kienet tipikament kumplessa u suġġetta għal bidla

54

Ir-Regolament dwar il-MIP ippreveda li l-Istati Membri se jkunu evalwati bħala li ma għandhom l-ebda żbilanċ, għandhom żbilanċi, jew għandhom żbilanċi eċċessivi.

55

Madankollu, fl-2012, il-Kummissjoni stabbiliet ħames kategoriji. Dawn espandew għal sitta fl-2013. Fl-2014 intuża sett differenti ta’ sitta n. Il-kategoriji ġew iddifferenzjati skont is-severità tal-iżbilanċi u l-livell ta’ monitoraġġ meħtieġ. Fl-aħħar nett, il-kategoriji tnaqqsu għal erbgħa biss fl-2016 (ara t-Tabella 3). Il-biċċa l-kbira mill-partijiet interessati li tkellimna magħhom laqgħu b’sodisfazzjon it-tnaqqis fuq il-bażi li dan kien issimplifika l-proċedura.

Tabella 3

Evoluzzjoni tal-kategoriji ta’ żbilanċ, 2012-2017

2012 2013 2014 2015 2016 2017
L-ebda żbilanċ L-ebda żbilanċ L-ebda żbilanċ L-ebda żbilanċ
    DK, LU, MT   AT, BE, EE, HU, RO, UK FI
Żbilanċi, li mhumiex eċċessivi iżda jeħtieġ li jiġu indirizzati Żbilanċi, li jistħoqqilhom monitoraġġ u azzjoni politika Żbilanċi, li jirrikjedu monitoraġġ u azzjoni politika Żbilanċi
BE, BG, DK, FI, SE, UK BE, BG, DK, FI, MT, NL, SE, UK BE, BG, DE, FI, NL, SE, UK BE, FI, NL, RO, SE, UK
Żbilanċi serji, li mhumiex eċċessivi iżda jeħtieġ li jiġu indirizzati Żbilanċi, li jirrikjedu monitoraġġ u azzjoni politika deċiżiva Żbilanċi, li jirrikjedu monitoraġġ u azzjoni politika deċiżiva  
FR, HU, IT, SI FR, HU, IT HU DE, HU
Żbilanċi serji ħafna, li mhumiex eċċessivi iżda jeħtieġ li jiġu indirizzati urġentement   Żbilanċi, li jirrikjedu monitoraġġ speċifiku u azzjoni politika deċiżiva
CY, ES   ES, FR, IE ES, IE, SI DE, ES, FI, IE, NL, SE, SI DE, ES, IE, NL, SE, SI
  Żbilanċi eċċessivi, li jirrikjedu azzjoni politika b’saħħitha (monitoraġġ speċifiku) Żbilanċi eċċessivi, li jirrikjedu monitoraġġ speċifiku u azzjoni politika deċiżiva Żbilanċi eċċessivi
ES
Żbilanċi eċċessivi, li jirrikjedu azzjoni politika urġenti (monitoraġġ speċifiku)
  SI HR, IT, SI BG, FR, HR, IT, PT BG, CY, FR, HR, IT, PT BG, CY, FR, HR, IT, PT
Proċedura ta’ Żbilanċ Eċċessiv Proċedura ta’ Żbilanċ Eċċessiv Żbilanċi eċċessivi, li jirrikjedu azzjoni politika deċiżiva u l-attivazzjoni tal-Proċedura ta’ Żbilanċ Eċċessiv Żbilanċ eċċessiv bi pjan ta’ azzjoni korrettiva (Proċedura ta’ Żbilanċ Eċċessiv)

Sors: Il-QEA.

56

Mill-2013 'il hawn, il-klassifikazzjonijiet differenti għandhom inkomuni l-preżenza ta’ kategorijafejn jiġu identifikati żbilanċi eċċessivi iżda, f’dawn il-każijiet, il-Kummissjoni qatt ma pproponiet l-attivazzjoni ta’ EIP. Din il-possibbiltà mhijiex espliċitament prevista fir-Regolament dwar il-MIP (ara l-Kaxxa 3). Mid-dokumentazzjoni tal-Kummissjoni, mhuwiex ċar minn fejn ġiet il-prattika li jiġu identifikati żbilanċi eċċessivi iżda li ma tiġix irrakkomandata l-attivazzjoni ta’ EIP, u jidher li din ġiet deċiża fil-livell politiku. Sa issa, il-Kummissjoni dejjem evitat milli tirrakkomanda l-attivazzjoni tal-EIP iżda mingħajr l-ebda loġika ċara (ara l-paragrafu 63).

Kaxxa 3

Meta jenħtieġ li tiġi attivata l-EIP?

L-Artikolu 2 tar-Regolament dwar il-MIP jiddefinixxi biss “żbilanċi” u “żbilanċi eċċessivi”.

Mill-Artikolu 7(1), dwar il-ftuħ tal-EIP: “Jekk, fuq il-bażi tar-reviżjoni fil-fond imsemmija fl-Artikolu 5, il-Kummissjoni tqis li l-Istat Membru kkonċernat huwa affettwat bi żbilanċi eċċessivi, din għandha tinforma b’dan lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-grupp tal-Euro kif meħtieġ.” L-Artikolu 7(2) imbagħad jiddikjara li l-Kunsill “jista’” jattiva l-proċedura, filwaqt li jindika li dan huwa suġġett għad-diskrezzjoni tal-Kunsill.

Madankollu, il-Kummissjoni tqis li hija tgawdi s-setgħa ta’ diskrezzjoni dwar jekk għandhiex tirrakkomanda l-EIP anke jekk hija tkun tqis li Stat Membru jkun affettwat minn żbilanċi eċċessivi. Skont rapporti li saru, hija tibbaża din l-interpretazzjoni fuq l-Artikolu 121(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jinqara hekk:

“Meta jiġi stabbilit, taħt il-proċedura prevista fil-paragrafu 3, li l-politika ekonomika ta' Stat Membru mhijiex konformi mal-linji direttivi ġenerali previsti fil-paragrafu 2 jew li hemm ir-riskju li tipperikola l-funzjonament xieraq tal-Unjoni ekonomika u monetarja, il-Kummissjoni tista' tindirizza twissija lill-Istat Membru kkonċernat.”

Ir-rabta bejn l-analiżi u l-kategorija ta’ żbilanċi mhijiex dejjem ċara

57

L-Artikolu 5(2) tar-Regolament dwar il-MIP jiddikjara li jenħtieġ li l-IDR “tinkludi stima ta’ jekk l-Istat Membru […] hux milqut mill-iżbilanċi, u jekk dawn l-iżbilanċi humiex żbilanċi eċċessivi”. Dan jimplika li l-Kummissjoni trid tipproduċi rabta ċara bejn l-analiżi ekonomika u l-kategorija magħżula ta’ żbilanċi.

58

Fil-prattika, l-IDRs ma jinkludux xi konklużjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-iżbilanċi għall-Istati Membri. Minflok, din tinsab fil-komunikazzjoni ta’ akkumpanjament, mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, aħna sibna li l-konklużjonijiet irrakkomandati dwar l-iżbilanċi mhux dejjem ikunu bbażati b’mod ċar fuq l-analiżi li tkun twettqet fl-IDR korrispondenti. Pereżempju:

  1. Fl-2015, wara rakkomandazzjoni li saret mid-DĠ ECFIN, l-istatus tal-Bulgarija ttella’ tliet livelli, minn “żbilanċi li jirrikjedu monitoraġġ u azzjoni politika” għal “żbilanċi eċċessivi li jirrikjedu monitoraġġ speċifiku u azzjoni politika deċiżiva”. Id-deċiżjoni biex isir dan kienet fil-biċċa l-kbira bbażata fuq falliment bankarju uniku li seħħ fl-2014 u t-tħassib riżultanti tal-Kummissjoni dwar l-istabbiltà finanzjarja. Il-klassifikazzjoni nżammet fl-2016, għalkemm l-IDR ta’ dik is-sena wriet li l-ebda wieħed mir-riskji finanzjarji li ġew identifikati fl-2015 ma kien immaterjalizza.
  2. Fl-2015, wara rakkomandazzjoni li saret mid-DĠ ECFIN biex il-proċedura tiġi skalata, Franza ttellgħet livell wieħed għal “żbilanċi eċċessivi li jirrikjedu monitoraġġ speċifiku u azzjoni politika deċiżiva”. Madankollu, fil-fehma tagħna, l-IDR ma kinitx identifikat bidliet sinifikanti minn sena għal sena fil-fatturi li fuqhom kienet ibbażata l-valutazzjoni. Fl-istess waqt, għalkemm Franza wkoll kienet taħt l-EDP (il-fergħa korrettiva tal-PST), din il-proċedura ma ġietx skalata minkejja li l-kelma “eċċessiv” dehret biss fl-IDR fir-rigward ta’ defiċits fiskali.
  3. L-IDR tal-2016 għar-Renju Unit (taħt l-EDP mill-2008 'l hawn) ikkonkludiet li ma kien hemm l-ebda żbilanċ, u l-AMR tal-2017 għar-Renju Unit lanqas biss ma kien jirrikjedi IDR. Dan ġara minkejja referenza li saret fl-IDR tal-2016 għal defiċit persistentement kbir (l-akbar wieħed dik is-sena fl-UE) fil-kont kurrenti, u tkabbir kontinwu fil-prezzijiet tad-djar, mill-2013 'il hawn, minn livelli li diġà kienu għoljin b’mod esaġerat.
59

Is-sitwazzjoni ġiet aggravata fl-2017, meta l-IDRs kompluti ġew sostitwiti minn “ommarji” fir-rapporti għall-pajjiżi (ara l-paragrafu 69).

60

It-twaqqit tal-pubblikazzjoni jagħti x’tifhem li l-kompiti tal-analiżi u tal-klassifikazzjoni huma wkoll separati funzjonalment. Fl-2012, fl-2014 u fl-2017, l-IDRs u l-komunkazzjoni li kienu jħabbru l-klassifikazzjoni ġew ippubblikati fl-istess jum, filwaqt li fl-2013 u fl-2016 l-IDRs ġew ippubblikati l-ewwel u l-klassifikazzjoni tal-iżbilanċi ġiet ippubblikata ġimagħtejn wara. Fl-2015, il-klassifikazzjoni tal-iżbilanċi ġiet ippubblikata jum qabel l-IDRs.

Fl-aħħar fażijiet, il-proċess huwa politiku aktar milli tekniku

61

Attwalment, il-Kummissjoni għandha proċess b’bosta stadji għall-klassifikar tal-iżbilanċi. L-ewwel nett, il-persunal tal-Kummissjoni jibgħat parir bil-miktub lill-Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji rigward il-klassifikazzjoni ta’ kull Stat Membru li kien suġġett għal IDR. Aħna sibna li dawn is-suġġerimenti jipprovdu parir tekniku ċar u huma konsistenti bejn il-pajjiżi u matul iż-żmien.

62

Wara li dan il-parir jitqies mill-kabinett tal-Kummissarju u, mill-2014 'il hawn, mill-Viċi President għall-Euro u d-Djalogu Soċjali (li għandu responsabbiltà konġunta għall-MIP) abbozz ta’ komunikazzjoni jintbagħat għal skrutinju lill-kabinetti kollha tal-Kummissarji u, fl-aħħar nett, lill-Kulleġġ tal-Kummissarji nnifsu għall-adozzjoni.

63

Bejn l-2012 u l-2016, ċerti Stati Membri ġew identifikati bħala li kellhom żbilanċi eċċessivi f’16-il okkażjoni. Madankollu, il-Kulleġġ qatt ma bagħat proposta għal EIP lill-Kunsill. Matul l-awditu tagħna, il-Kummissjoni pproduċiet ftit li xejn evidenza li tkun tispjega għalfejn il-Kulleġġ ma pproponiex l-EIP.

64

In-nuqqas ta’ attivazzjoni sistematiku tal-EIP naqqas il-kredibbiltà u l-effettività tal-MIP. Din hija wkoll il-fehma ta’ għadd ta’ partijiet interessati, li jirrappurtaw li n-nuqqas ta’ attivazzjoni dgħajjef il-proċedura f’termini kemm tal-abbiltà tagħha li tindirizza l-iżbilanċi kif ukoll tal-valur ta’ deterrent tagħha. Ir-Rapport tal-Ħames Presidenti24 jissuġġerixxi wkoll l-użu sħiħ tal-MIP, inkluża l-attivazzjoni tal-EIP. Barra dan, il-BĊE ddikjara li l-użu sħiħ u effettiv tal-istrumenti kollha disponibbli taħt il-MIP – inkluża l-fergħa korrettiva tagħha – huwa meħtieġ, u huwa tenna dan il-messaġġ f’diversi okkażjonijiet25.

65

Partijiet interessati oħra jissuġġerixxu li l-użu tal-EIP f’ċirkustanzi li ma jkunux ċari jkun jaffettwa wkoll il-kredibbiltà tagħha, u li jenħtieġ li din tintuża biss f’ċirkustanzi ovvji ħafna.

66

Ir-Regolament dwar il-MIP jafda bis-sħiħ lill-Kummissjoni bil-klassifikar tal-iżbilanċi. Madankollu, aħna qbadna bosta nuqqasijiet fil-mod kif dan isir:

  1. L-ewwel nett, ma ntweritilna l-ebda evidenza li l-Kulleġġ u l-kabinetti għandhom proċedura formali biex iqisu l-parir li jingħata mid-DĠ ECFIN u biex jiddokumentaw l-iskambji tagħhom.
  2. It-tieni nett, qabel l-2017, l-abbozz ta’ komunikazzjoni dwar l-iżbilanċi ġie ċċirkolat tard ħafna lill-Kulleġġ. Dan kiser ir-regoli interni tal-Kummissjoni, li suppost jiżguraw li l-Kulleġġ ikun ta kunsiderazzjoni xierqa lid-deċiżjonijiet tagħha.
  3. It-tielet nett, bħalissa ma hemm l-ebda gwida ċara bil-miktub dwar iċ-ċirkustanzi li fihom il-Kummissjoni tkun trid tiddeċiedi li tipproponi attivazzjoni tal-EIP.

Il-prominenza tal-IDRs naqset konsiderevolment matul iż-żmien. Il-kwalità analitika tibqa’ tajba, iżda jeħtieġ li jsir xi titjib f’xi aspetti ewlenin tal-IDRs

67

Din it-taqsima tħares lejn il-preżentazzjoni tal-IDRs li qed tevolvi u lejn il-kwalità tal-għodod analitiċi u tal-analiżi ekonomika li l-Kummissjoni tuża għall-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-iżbilanċi.

Il-prominenza tal-IDRs naqset konsiderevolment matul iż-żmien

68

Il-konfini bejn l-IDRs u r-rapporti annwali għall-pajjiżi saru dejjem aktar imċajpra. Il-Kummissjoni kellha l-għan li tissimplifika l-analiżi u l-parir tagħha dwar il-politiki għall-Istati Membri fi ħdan il-qafas wiesa’ tas-Semestru Ewropew li tkopri l-koordinazzjoni ta’ politika. Madakollu, il-fużjoni tal-IDRs mar-rapporti għall-pajjiżi naqqset il-fokus fuq il-MIP u l-objettiv distint tagħha li taqbad u tipprevieni l-iżbilanċi.

69

Għall-ewwel tliet snin, l-IDR kienet dokument awtonomu ipprovdut prinċipalment mid-DĠ ECFIN, b’kontribuzzjonijiet mid-DĠ EMPL u minn direttorati ġenerali oħra. Fl-2015, din saret it-Taqsima 2 tar-rapport għall-pajjiż, li l-bqija minnu huwa r-riżultat ta’ analiżi li preċedentement kienet inkluża f'dokument ta' ħidma tal-persunal (li issa ma għadux jinħareġ), li kien jivvaluta l-PNR tal-Istat Membru fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. B'riżultat tal-fużjoni tneħħiet it-taqsima “sfidi dwar il-politiki” tal-IDR (sommarju ta’ sfidi makroekonomiċi ewlenin u risposti possibbli) tneħħiet. Barra minn hekk, it-titli użati fir-rapporti għall-pajjiżi huma standardizzati issa u għalhekk ma jirriflettux is-severità tal-iżbilanċi fl-Istat Membru kkonċernat.

70

Fl-2016, it-tneħħija tat-taqsima “sfidi dwar il-politiki” ġiet indirizzata parzjalment miż-żieda ta’ “matriċi għall-valutazzjoni tal-MIP”, tabella utli li tagħti sommarju tas-sejbiet prinċipali tal-IDR. Madankollu, it-tabella ma tipprovdix xi indikazzjoni tal-miżuri possibbli biex l-isfidi identifikati fl-IDR jiġu indirizzati.

71

Il-format tar-rapporti għall-pajjiżi ġie modifikat aktar fl-2017: minbarra li qassrithom b’mod ġenerali, il-Kummissjoni rrestrinġiet l-IDR għall-matriċi għall-valutazzjoni tal-MIP u għal dikjarazzjoni qasira tas-sejbiet prinċipali (it-Taqsima 3). Dettalji tal-problemi prinċipali kollha, inklużi l-iżbilanċi makroekonomiċi, li jaffettwaw l-Istat Membru jinstabu skont it-tema fit-Taqsima 4 “Prijoritajiet ta’ riforma”. Asterisk fit-titlu jindika suġġetti li huma rilevanti għall-MIP u li jikkontribwixxu għas-sommarju fit-Taqsima 3.

72

Dawn il-bidliet fil-format kienu mmotivati mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni, li l-importanza tiegħu fil-proċess kibret matul iż-żmien. Issa, is-Segretarjat Ġenerali jiggwida wkoll il-ħruġ tar-rapporti għall-pajjiżi permezz ta’ timijiet tal-pajjiżi, organizzati fid-dipartimenti kollha tal-Kummissjoni. Id-DĠ EMPL issa jipprovdi proporzjon akbar tal-input analitiku26, b’mod partikolari dwar l-impjiegi u l-iżviluppi soċjali, u l-IDR/ir-rapport għall-pajjiż ma baqax jinħareġ daqstant mid-DĠ ECFIN. Il-partijiet interessati jirrappurtaw li dawn l-iżviluppi naqqsu l-viżibbiltà tal-MIP.

73

Minn meta twettqet il-fużjoni, il-komunikazzjoni dwar l-IDRs ġiet sostitwita minn komunikazzjoni ferm aktar ġenerali dwar ir-rapporti għall-pajjiżi. Biex jiġġieled kontra din il-problema, f’Ġunju 2015 id-DĠ ECFIN ippubblika stampa ġenerali tas-sejbiet tal-IDR27 ta’ dik is-sena biex jindika l-iżviluppi li kienu komuni fil-pajjiżi kollha u li kienu marbuta max-xenarju ekonomiku li kien qed jinbidel. Madankollu, l-ebda stampa ġenerali ma ġiet ippubblikata fl-2016 jew, sa issa, fl-2017.

74

Issa, l-analiżi tal-iżbilanċi makroekonomiċi hija parti mill-analiżi kumplessiva tal-problemi strutturali fi Stat Membru. Għaldaqstant, l-iżbilanċi tnaqqsitilhom il-prominenza li kellhom meta l-IDR kienet dokument separat. Dan jagħmilha diffiċli biex il-problemi fuq terminu qasir (żbilanċi) jintgħarfu minn dawk fuq terminu twil (tkabbir).

75

Fil-qosor, l-isforzi li saru biex għas-simplifikazzjoni tas-Semestru Ewropew naqqsu l-viżibbiltà tal-MIP. Madankollu, il-komunikazzjoni effettiva hija ta’ importanza ċentrali biex il-pubbliku jkun jista’ jifhem il-proċedura u l-isfidi li l-iżbilanċi makroekonomiċi joħolqu għall-Istati Membri. Jeħtieġ ukoll li l-komunikazzjoni tissaħħaħ sabiex ikun hemm titjib fis-sjieda nazzjonali. Din il-fehma ġiet ripetutament enfasizzata mill-partijiet interessati matul iż-żjarat ta’ informazzjoni li wettaqna.

Minkejja standard tajjeb ta’ analiżi, jeħtieġ li jsir titjib f’xi aspetti tal-IDRs

76

F’Novembru 2016, ħames snin wara l-introduzzjoni tal-MIP, id-DĠ ECFIN ippubblika dokument bit-titlu “The Macroeconomic Imbalance Procedure – Rationale, Process, Application: a Compendium” (Il-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku – Prinċipji ġustifikattivi, Proċess, Applikazzjoni: Kompendju). Fil-biċċa l-kbira, il-Kompendju jibbaża fuq materjal analitiku li ġie ppreżentat lill-kumitati tal-Kunsill jew li ġie ppubblikat qabel f’diversi formats. Il-konsolidazzjoni tal-qafas kollu kemm hu f’din il-pubblikazzjoni, għalkemm tard, hija milqugħa tajjeb billi għenet lill-Istati Membri u lil partijiet interessati oħra jifhmu l-MIP u, b’mod partikolari, il-loġika għal ċerti deċiżjonijiet.

77

Il-Kompendju jiddeskrivi xi għodod analitiċi li d-DĠ ECFIN juża fil-valutazzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi. Madankollu, dan jista’ jittejjeb aktar billi tiġi inkluża informazzjoni dwar l-għodod li jintużaw mill-Kummissjoni f’analiżijiet rikorrenti oħra ta’, pereżempju, l-istabbiltà tas-sistema bankarja, l-iżviluppi rilevanti għall-MIP fis-suq tax-xogħol u l-kwalità tal-politiki tas-suq tax-xogħol.

78

Skont partijiet interessati u esperti li kkonsultajna, l-istandard ta’ analiżi fl-IDRs kien b’mod ġenerali tajjeb. Il-Kummissjoni tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha speċifiċi għall-pajjiż kif ukoll informazzjoni rilevanti oħra li tiġi pprovduta mill-Istati Membri. Xi Stati Membri raw il-ħtieġa li jtejbu l-kondiviżjoni tal-informazzjoni, u l-Kummissjoni reċentement għamlet sforzi f’dan ir-rigward.

79

L-istħarriġ tagħna għall-KPE kkonferma dawn is-sejbiet. Il-maġġoranza l-kbira tal-wiġġieba (89 %) iddeskrivew il-kwalità tal-IDR tal-Istat Membru tagħhom bħala “tajba”, filwaqt li 11 % għażlu “medja”. Ħadd minnhom ma ddeskriva l-kwalità bħala “tajba ħafna”, “ħażina” jew “ħażina ħafna” (ara l-Figura d fl-Anness VI). Meta mqabbel ma’ rapporti simili mill-istituzzjonijiet pari, 68 % tal-membri tal-KPE għażlu “l-ebda differenza”, 26 % qalu “aħjar”, u 5 % qalu li l-IDRs kienu “agħar” (ara l-Figura u fl-Anness VI). Il-wiġġieba kollha qablu li l-IDRs ħadu kont ta’ informazzjoni speċifika għall-pajjiż li kienet rilevanti (53 % “sa livell għoli” u 47 % “sa ċertu livell”, ara l-Figura e fl-Anness VI).

80

Meta mqabbel mar-rapporti ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra (l-FMI, l-OECD), li jużaw approċċ “tematiku”, l-IDRs ta’ spiss isemmu l-istess problemi sena wara sena. Anke meta jitqies il-fatt li xi żbilanċi huma persistenti u ma jistgħux jiġu injorati, dan ta’ spiss jirriżulta f’analiżi repetittiva bi ftit li xejn valur miżjud u messaġġ li jibqa’ b'mod ġenerali l-istess minn sena għal oħra.

81

Ir-Regolament dwar il-MIP jirrikjedi li l-Kummissjoni tieħu inkunsiderazzjoni l-“interkonnessjonijiet kummerċjali u finanzjarji qawwija bejn l-Istati Membri u l-effett laterali tal-linji ta’ politika ekonomika nazzjonali”28. Il-Kummissjoni żviluppat għadd ta’ għodod ekonomiċi29 biex tindirizza dawn l-aspetti.

82

Madankollu, ta’ spiss l-analiżi tar-riperkussjonijiet30 tkun dgħajfa. Fl-erba’ Stati Membri magħżula din ġiet applikata kemxejn b’mod inkonsistenti. Pereżempju, sal-2014 kienet tingħata biss kunsiderazzjoni każwali għall-kontaġju31 sovran (riperkussjoni minn barra) fis-Slovenja. Fil-Bulgarija, ma ngħatat l-ebda kunsiderazzjoni għall-kundizzjonijiet ġenerali tas-suq għall-pajjiż bħala Stat Membru żgħir barra mit-territorju taż-żona tal-euro. Il-fatt li r-riperkussjonijiet jiġu injorati jwassal lill-Kummissjoni biex tiffoka żżejjed fuq żviluppi li jkunu intrinsiċi għal Stat Membru partikolari.

83

Mill-2015 'il hawn, kien hemm politika li jissemmew ukoll ir-riperkussjonijiet 'il barra fl-IDRs tal-ħames l-akbar Stati Membri taż-żona tal-euro. Dan huwa żvilupp pożittiv.

84

Ir-riperkussjonijiet 'il ġewwa ssemmew fl-IDRs fil-kampjun għas-snin kollha, għalkemm il-kopertura u l-profondità kienu jvarjaw. Pereżempju l-kontaġju sovran ma tqiesx f’ħafna dettall, lanqas fl-2012 u fl-2013 meta d-differenzi fir-rendimenti tad-dejn sovran32 kienu partikolarment għoljin.

85

Biex nikkonkludu rigward ir-riperkussjonijiet, l-għodod analitiċi li jintużaw mhumiex konsistentement parti mill-analiżi mwettqa mill-pajjiżi. Madankollu, sar xi titjib speċifikament permezz tal-pubblikazzjoni tal-matriċi għall-valutazzjoni tal-MIP mill-2016 'il quddiem.

86

B’mod ġenerali, l-IDRs ma jivvalutawx il-mod kif il-politika fiskali taffettwa l-iżbilanċi esterni. L-uniku Stat Membru li twettqitlu valutazzjoni komprensiva sa issa huwa l-Ġermanja, li tgawdi minn bilanċ pożittiv kbir fil-kont kurrenti. Madankollu, ma saretl-ebda analiżi simili għall-pajjiżi li għandom defiċit strutturali fil-kont kurrenti, pożizzjoni ta' investiment internazzjonali netta negattiva kbira jew problemi ta’ kompetittività (ara l-Kaxxa 4). Fuq il-front fiskali, l-IDRs huma prinċipalment limitati għal diskussjoni qasira dwar l-iżviluppi tad-dejn fis-settur pubbliku.

Kaxxa 4

Żbilanċi esterni u politika fiskali

Il-Kummissjoni wettqet analiżi bir-reqqa tal-bilanċi pożittivi fil-kontijiet kurrenti tal-Ġermanja fl-IDRs tal-2015 u 2016 tagħha, u kkonkludiet li jenħtieġ li l-pajjiż juża l-ispazju fiskali tiegħu (il-kapaċità tiegħu li jonfoq aktar mingħajr ma jmur kontra l-kriterji tal-PST) biex itejjeb id-domanda domestika u jżid l-investiment pubbliku. Fl-2016, il-Kunsill dgħajjef il-proposta li saret mill-Kummissjoni billi ħassar il-parti tar-rakkomandazzjoni dwar l-ispazju fiskali.

Fl-2017, it-taqsima tal-IDR tar-rapport mill-pajjiż dwar il-Ġermanja kien fiha wkoll analiżi33 tar-riperkussjonijiet pożittivi li politika fiskali espansjonarja jkollha fuq iż-żona tal-euro. Il-Kummissjoni reġgħet ħeġġet lill-Ġermanja biex tuża għodod fiskali, kemm biex tibbilanċja mill-ġdid il-kont kurrenti tagħha kif ukoll biex tgħin lil pajjiżi oħra jibbilanċjaw mill-ġdid id-defiċit estern tagħhom. Ir-referenza għall-impatt tal-politiki fiskali fuq l-iżbilanċi esterni u fuq il-kompetittività kienet żvilupp importanti.

Minkejja dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ma analizzatx il-konnessjoni bejn il-politika fiskali u l-iżbilanċi esterni dgħajfin fi Stati Membri sistemiċi oħra (notevolment Spanja u Franza), u lanqas ma rrakkomandat li dawn jissikkaw il-politika fiskali tagħhom biex jiffavorixxu r-riekwilibriju estern.

L-IDR tal-2015 għal Spanja vvalutat li t-titjib fil-kont kurrenti ewlieni kien permanenti. Billi għamlet dan, hija ttraskurat komponenti ċikliċi importanti, bħad-deprezzament tal-euro, miżuri tal-BĊE li kienu għenu biex ir-rati tal-imgħax fuq id-dejn estern jitbaxxew, u spejjeż tal-importazzjoni li kienu tnaqqsu minħabba prezz taż-żejt ħafna aktar baxx. Fl-IDR tal-2016 tagħha, il-Kummissjoni ħadet vantaġġ mit-titjib li kien sar fil-bilanċ estern ewlieni biex tevita diskussjoni dwar l-evoluzzjoni tal-kont kurrenti strutturali. Il-pożizzjoni ta' investiment internazzjonali netta negattiva kbira ssemmiet ripetutament bħala problema, iżda ma saret l-ebda rabta mal-politika fiskali ta’ Spanja, li kienet diġà espansjonarja minkejja r-ritorn reċenti għal tkabbir b’ritmu li kien aktar mgħaġġel mir-rata potenzjali ta’ tkabbir tal-output.

Fl-IDR tagħha tal-2017 għal Franza, il-Kummissjoni identifikat dgħufijiet fil-kompetittività kif ukoll is-sehem mis-suq, li dejjem qed jonqos, tal-esportazzjonijiet għal sħab kummerċjali ewlenin iżda ma analizzatx il-possibbiltà li tuża politika fiskali biex tippromwovi riekwilibriju estern u tittrasferixxi r-riżorsi lejn is-settur kummerċjabbli.

87

Fil-każ tas-Slovenja u l-Bulgarija, aħna sibna dgħufijiet fl-analiżi tal-iżbilanċi u fir-rakkomandazzjonijiet riżultanti tal-politika (ara l-Kaxxa 5).

Kaxxa 5

Eżempji ta' dgħufijiet fl-analiżijiet tal-iżbilanċi

➢ Dwar is-suġġett tar-riforma tas-suq tax-xogħol, l-IDR tal-2013 għas-Slovenja wissiet li ż-żieda fil-paga minima jkollha impatt negattiv sinifikanti fuq l-impjiegi, u b’hekk possibbilment idewwem l-irkupru tal-impjiegi, filwaqt li żżid il-pressjoni fuq il-pagi ladarba jerġa’ jibda t-tkabbir ekonomiku, u għaldaqstant ikun hemm riskju ta’ tnaqqis ulterjuri fil-kompetittività. Fil-Komunkazzjoni tal-2013 li ħabbret il-klassifikazzjoni, iż-żieda fil-paga minima ngħatat bħala waħda mir-raġunijiet għalfejn ingħatat il-klassifikazzjoni aktar ħarxa tal-MIP fis-Slovenja, biex din spiċċat fil-livell ta’ “żbilanċi eċċessivi”.

Għadd ta’ fatti jagħtu x’jifhmu li jeħtieġ li l-Kummissjoni toqgħod aktar attenta fil-valutazzjoni tagħha:

  • Il-kobor tal-impatt kien ibbażat fuq dokument34 li uża data mill-2008 biex jistma biss l-elastiċità kostanti tad-domanda għall-ħaddiema. Riċerka35 oħra li kienet disponibbli fl-istess żmien issuġġeriet li l-impatt taż-żieda fil-paga minima jkun ħafna iżgħar.
  • Il-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni r-ripartizzjoni, skont is-settur, tal-impjegati li bbenefikaw mill-paga minima biex tifhem l-impatt fuq l-impjiegi u l-kompetittività kumplessiva.
  • Il-valutazzjoni tal-impatt għas-Slovenja kienet differenti ħafna minn dik għal Stati Membri kumparabbli oħra li kienu qed jersperjenzaw żidiet ogħla fil-paga minima, kopertura usa’ tal-impjegati u proporżjon simili tal-paga minima/paga medja (eż. il-Bulgarija).

It-tbassir negattiv tal-impjieg għas-Slovenja fl-aħħar mill-aħħar ma mmaterjalizzax, u dan wassal lill-OECD biex tikkonkludi36: l-eżiti baqgħu konsistenti mat-tbassir ta’ impatt (modest) negattiv.

➢ L-IDR tal-2013 għas-Slovenja ddikjarat li l-banek tal-Istat iġarrbu governanza korporattiva li ta’ spiss tkun tal-aħjar livell u kkonkludiet li l-privatizzazzjoni tkun tgħin biex jiġu indirizzati defiċjenzi ċari ta’ governanza korporattiva, iżda mingħajr ma tat xi eżempju konkret ta’ dawn il-problemi ta’ governanza.

➢ Fl-IDR tagħha tal-2015 għall-Bulgarija, il-Kummissjoni osservat li l-banek tal-Istat iddebitaw, bħala medja, mgħax ogħla fuq is-self korporattiv li kienu qed jagħtu, u rraġunaw li dan il-profil jindika differenzi meta mqabbla mal-bqija tas-sistema bankarja, mhux biss fil-kwalità medja tal-kreditu tal-mutwatarji iżda wkoll fl-istandards ta’ ġestjoni, fil-prattiki ta’ sottoskrizzjoni tal-kreditu, fit-tip ta’ kollateral u fir-riskju sottostanti tal-portafoll. Għal darb’oħra, ma ngħatat l-ebda analiżi jew evidenza ulterjuri biex issostni din l-inferenza.

Il-Kummissjoni ssuktat billi osservat li l-banek tal-Istat kienu rrappurtaw kwalità tal-assi li kienet aħjar mill-pari tagħhom li kellhom sidien barranin, u esprimiet tħassib dwar l-effettività tas-superviżjoni bankarja. Filwaqt li dan il-fatt jista’ jirrifletti prattiki ħżiena ta’ rappurtar kif ukoll ir-riskju ta’ telf moħbi, xorta waħda ma jsostnix il-konklużjoni rigward id-dfferenzi fl-istandards ta’ ġestjoni, fis-sottoskrizzjoni u fil-kollateral.

L-AMR u t-tabella ta' valutazzjoni għandhom rwol limitat fil-MIP

88

Din it-taqsima tħares lejn il-valur miżjud tal-AMR fil-MIP kif ukoll il-karatteristiċi tat-tabella ta' valutazzjoni biex tiffaċilita identifikazzjoni bikrija tal-iżbilanċi.

89

Sa mill-bidu tal-MIP, lit-tul tal-AMR irdoppja u aktar (ara l-Figura 6).

Figura 6

Tul tal-AMR, 2012-2017

Sors: Il-QEA.

90

Madankollu, ma sarx titjib korrispondenti fil-kwalità tal-valutazzjoni, billi d-dokument għadu fil-biċċa l-kbira deskrittiv37:

  1. l-ewwel parti tal-AMR prinċipalment tiddeskrivi xejriet komuni fl-ekonomiji kollha u l-mod kif id-diversi indikaturi tat-tabella ta’ valutazzjoni evolvew. Hija tagħmel dan mingħajr ma tqis l-implikazzjonijiet ta’ dawn l-iżviluppi (riperkussjonijiet jew fatturi kawżali) f’aktar fond, u mingħajr ma tfittex li tidentifika l-motivaturi ta’ xi xejriet;
  2. it-tieni parti tal-AMR sempliċiment tikkonsisti f’deskrizzjoni tat-tabella ta' valutazzjoni u f’valutazzjoni qasira, pajjiż b’pajjiż, tar-riskji u l-aġġustamenti tal-iżbilanċi.
91

L-utilità immedjata tal-AMR biex jiġu identifikati dawk l-Istati Membri f’riskju li jiġu affettwati mill-iżbilanċi, li jeħtieġu IDR, ġiet newtralizzata mill-prattika tal-Kummissjoni li permezz tagħha l-IDRs isiru obbligatorji għal dawk l-Istati Membri li ġew identifikati bħala li kellhom żbilanċi fis-sena preċedenti (ara l-Anness IX). L-inerzja li dan iġib għall-proċess tintwera fil-Figura 7.

Figura 7

Stati Membri li kienu suġġetti għal IDR (2012-2017)

NB: L-asterisks jindikaw l-Istati Membri vvalutati b’“l-ebda żbilanċ” fis-sena meta twettqet l-IDR.

Sors: Il-QEA.

92

It-tabella ta’ valutazzjoni tal-AMR mhumiex imfasslin tajjeb biex jiffaċilitaw l-identifikazzjoni bikrija tal-iżbilanċi makroekonomiċi (li jkunu sejrin għall-agħar):

  1. hija retrospettiva, peress li hija bbażata fuq data ta’ sentejn ilu;
  2. ħafna indikaturi huma jew medji mobbli jew inkella varjabbli tal-istokk (ara t-Tabella 4), u b’hekk idumu aktar biex jaġġustaw jew jirriflettu żviluppi reċenti.

Tabella 4

Indikaturi kkalkulati bħala medja mobbli u varjabbli tal-istokk, 2014-2017

Karatteristika Indikatur
Medja mobbli fuq tliet snin Bilanċ tal-kont kurrenti (% tal-PDG)
Rata tal-kambju effettiva reali (42 sħab kummerċjali, deflatur tal-HICP)
Indiċi tal-kostijiet nominali ta’ unità lavorattiva (2010=100)
Rata tal-qgħad
Rata tal-attività (% tal-popolazzjoni totali ta’ bejn 15-il sena u 64 sena, punti perċentwali)
Rata tal-qgħad fit-tul (% tal-popolazzjoni totali ta’ bejn 15-il sena u 74 sena, punti perċentwali
Rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ - % tal-popolazzjoni attiva ta’ bejn 15-il sena u 24 sena, punti perċentwali)
Medja mobbli fuq ħames snin Sehem mis-suq tal-esportazzjoni (% tal-esportazzjonijiet dinjija)
Varjabbli tal-istokk Pożizzjoni ta' Investiment Internazzjonali Netta (% tal-PDG)
Dejn tas-settur privat, konsolidat (% tal-PDG)
Dejn gross tal-amministrazzjoni pubblika (% tal-PDG)

Sors: Il-QEA.

93

Xi indikaturi importanti rilevanti għad-detezzjoni tal-iżbilanċi mhumiex espliċitament inklużi fit-tabella ta' valutazzjoni. Eżempji jinkludu l-inflazzjoni, il-profittabbiltà korporattiva u self improduttiv.

94

It-tabella ta' valutazzjoni ġiet riveduta f’bosta okkażjonijiet, u saru bidliet fl-għadd, fit-tip u fil-preżentazzjoni tal-indikaturi. Hija ġiet riveduta l-aħħar fl-2016, meta tliet indikaturi soċjali38 ġew promossi mill-istatus “awżiljarju” għat-tabella ta' valutazzjoni ewlenija. Madankollu, dawn it-tliet indikaturi huma reċiprokament korrelatati ħafna, u ftit li xejn huma ta’ użu fl-identifikazzjoni bikrija tal-iżbilanċi peress li jirriflettu l-konsegwenzi tat-tfixkil ekonomiku. Kemm il-wiġġieba għall-istħarriġ li sar għall-KPE (ara l-Figura c fl-Anness VI) kif ukoll il-maġġoranza l-kbira tal-partijiet interessati esprimew il-fehma li dawn l-indikaturi ma tejbux it-tabella ta' valutazzjoni.

95

It-tabella ta' valutazzjoni hija ta’ siwi limitat fl-istadju tal-AMR u ma għandha l-ebda siwi wara dan. Bħalma jkun mistenni, aħna sibna rabta diretta bejn l-għadd ta’ indikaturi “li jaqbżu l-valur ta’ limitu” u kemm id-deċiżjoni biex tinħareġ IDR kif ukoll il-klassifikazzjoni tal-iżbilanċi. Madankollu, fiż-żewġ każijiet ir-relazzjoni f’termini ta’ statistika hija dgħajfa ħafna (ara l-Figura 8), u dan jikkonferma li id-deċiżjoni dwar il-ħruġ ta’ IDR ma tirriżultax b’mod mekkaniku mit-tabella ta' valutazzjoni. Barra minn hekk, għall-analiżi li hija twettaq fl-IDRs, il-Kummissjoni ma tużax indikaturi tat-tabella ta' valutazzjoni, iżda sserraħ fuq sett usa’ ta’ għodod analitiċi kif ukoll fuq data aktar aġġornata39.

Figura 8

Relazzjoni bejn l-għadd ta’ indikaturi li jaqbżu l-valur ta’ limitu u (a) il-ħruġ tal-IDRs, (b) il-klassifikazzjoni tal-iżbilanċi, 2012-2017

Nota: It-tikek suwed jirrappreżentaw il-medja. Il-kategorija “Żbilanċi eċċessivi bl-EIP” ma tintweriex billi l-ebda Stat Membru għadu ma tqiegħed f’din il-kategorija.

Sors: Il-QEA.

96

Minkejja r-rwol limitat tagħha fit-teħid ta’ deċiżjonijiet, id-diskussjonijiet mal-partijiet interessati żvelaw li t-tabella ta' valutazzjoni tirċievi ammont sostanzjali ta’ attenzjoni minħabba li l-għadd ta’ indikaturi li jaqbżu l-valur ta’ limitu jista’ jiġi kkomunikat faċilment. Madankollu, jista’ jkun li qarrejja li ma jkunux esperti ma jiksbux stampa kompleta tan-natura u d-dettall tal-iżbilanċi fi Stat Membru partikolari jekk iserrħu fuq l-għadd ta’ indikaturi li jaqbżu l-valur ta’ limitu minflok jaqraw l-IDR kollha kemm hi. L-inklużjoni tat-tabella ta' valutazzjoni bħala anness għar-rapport għall-pajjiż mill-2016 'il hawn tista’ ssaħħaħ l-impressjoni żbaljata li din hija ta’ importanza ċentrali fil-valutazzjoni tas-severità tal-iżbilanċi.

Konklużjonjiet u rakkomandazzjonijiet

97

Il-konklużjoni kumplessiva tagħna hija li, għalkemm b’mod ġenerali l-MIP hija mfassla tajjeb, il-Kummissjoni mhijiex qed timplimentaha b’mod li jiżgura l-prevenzjoni u l-korrezzjoni effettivi tal-iżbilanċi. Għalhekk, jeħtieġ li l-Kummissjoni ttejjeb sostanzjalment ċerti aspetti tal-ġestjoni tagħha relatata mal-MIP. Pass reċenti ’l quddiem kien l-indirizzar tal-problema tar-riperkussjonijiet ta’ politika fiskali dejqa li xi Stati Membri jkollhom fi żminijiet ta’ outputs batuti fiż-żona tal-euro.

Implimentazzjoni tas-CSRs rilevanti għall-MIP

98

Il-livell ta’ implimentazzjoni tas-CSRs rilevanti għall-MIP, mill-Istati Membri, kien baxx (ara l-paragrafu 33).

99

Huwa biss wara l-abbozzar tas-CSRs li l-Kummissjoni tiddeċiedi liema huma rilevanti għall-MIP. Anke hawn, f’xi każijiet, din il-klassifikazzjoni mhijiex xierqa minħabba li r-rabta mal-analiżi IDR tkun l-aktar l-aktar parzjali jew remota. Ir-rakkomandazzjonijiet li tqiesu bħala li huma rilevanti għall-MIP huma ta’ spiss taħlita ta’ miżuri li jindirizzaw problemi strutturali rigward it-tkabbir potenzjali u dawk li jindirizzaw l-iżbilanċi makroekonomiċi fit-terminu qasir sa medju. Xi kultant, is-CSRs rilevanti għall-MIP lanqas biss ma jkunu relatati mal-iżbilanċi makroekonomiċi (ara l-paragrafi 35 sa 38; 43).

100

Wara s-simplifikazzjoni li twettqet fl-2015, issa s-CSRs rilevanti għall-MIP huma issa iqsar u fformulati f’termini aktar ġenerali minn qabel. Dan għamilha aktar diffiċli biex jiġu vvalutati l-implimentazzjoni tagħhom u l-kontribut tagħhom għall-eliminazzjoni tal-iżbilanċi. L-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tagħhom hija diffikultuża ħafna (ara l-paragrafi 39 sa 42; 51 sa 52).

101

Fl-aħħar nett, ma hemm l-ebda valutazzjoni ex ante jew ex post sistematika tal-impatt ekonomiku tas-CSRs rilevanti għall-MIP (ara l-paragrafi 44 sa 46).

Rakkomandazzjoni 1

  1. Jenħtieġ li l-Kummissjoni torbot b’mod sistematikuis-CSRs rilevanti għall-MIP mal-iżbilanċi makroekonomiċi li jiġu identifikati fl-IDR. Jenħtieġ li l-miżuri inklużi fis-CSRs rilevanti għall-MIP ikunu dettaljati biżżejjed biex l-implimentazzjoni tagħhom twassal għal tnaqqis sostantiv u evidenti fl-iżbilanċi.
  2. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddistingwi b’mod ċar bejn l-azzjonijiet politiċi tal-MIP li jkunu maħsuba biex inaqqsu l-iżbilanċi fit-terminu qasir sa medju bil-ħsieb li jiġu evitati kriżijiet, u r-riformi li għandhom l-għan li jipprevienu l-akkumulazzjoni ta’ żbilanċi billi tistimula t-tkabbir potenzjali fit-terminu twil.
  3. Kull fejn possibbli, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel valutazzjonijiet ex ante u ex post tal-impatt, fuq l-iżbilanċi, tal-azzjonijiet politiċi ppreżentati fis-CSRs rilevanti għall-MIP.
  4. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi skeda ta’ żmien realistika biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tas-CSRs rilevanti għall-MIP.

Jenħtieġ li dawn il-miżuri jkunu fis-seħħ għaċ-ċiklu tal-MIP tal-2019 (li jibda fil-ħarifa tal-2018).

Klassifikazzjoni tal-iżbilanċi

102

L-IDRs infushom ma jinkludux xi lkonklużjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-iżbilanċi għall-Istati Membri. Barra minn hekk, ta’ spiss ir-rabta bejn l-analiżi ekonomika fl-IDR u l-klassifikazzjoni tal-iżbilanċi mhijiex dejjem ċara. Il-problema marret għall-agħar minn mindu l-IDRs kompluti ġew sostitwiti minn “sommarji” fir-rapporti għall-pajjiżi (ara l-paragrafi 57 sa 60).

103

Id-dipartimenti tal-Kummissjoni jużaw sett ċar ta’ kriterji biex jipproponu lill-Kulleġġ il-mod kif jenħtieġ li jiġu kklassifikati l-iżbilanċi. Madankollu, l-evidenza għall-awditjar tagħti x’tifhem li hemm nuqqas ta’ proċess formali għat-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-livell politiku, u li l-Kummissjoni xi kultant tikser ir-regoli interni proprji tagħha (ara l-paragrafi 61 sa 62; 66).

104

Il-Kummissjoni qatt ma pproponiet l-attivazzjoni tal-EIP, għalkemm b’bosta okkażjonijiet hija qieset il-possibbiltà li tagħmel dan. L-interpretazzjoni mill-Kummissjoni tar-Regolament dwar il-MIP hija li dijanjożi tal-iżbilanċi eċċessivi mhux neċessarjament tirrikjedi li hija tipproponi l-attivazzjoni tal-EIP (ara l-paragrafi 63 sa 65).

Rakkomandazzjoni 2

  1. Kif meħtieġ bir-Regolament dwar il-MIP, fl-IDRs, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi karatterizzazzjoni ċara tas-severità tal-iżbilanċi li Stat Membru jkun qed jiffaċċja.
  2. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta, tippubblika u tapplika kriterji u proċessi ċari għall-klassifikazzjoni tal-iżbilanċi.
  3. Dment li ma jkunx hemm cirkustanzi speċifiċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrakkomanda l-attivazzjoni ta’ EIP meta jkun hemm evidenza li Stat Membru jkun qed jiffaċċja żbilanċi eċċessivi, partikolarment fejn ikun hemm riskju għoli ta’ instabbiltà, fejn l-iżbilanċi jkunu persistenti jew kellhom riperkussjonijiet, jew fejn l-azzjonijiet korrettivi ma kinux sodisfaċenti. Jekk, f’ċirkustanzi speċifiċi, il-Kummissjoni tuża s-setgħat diskrezzjonali tagħha biex toqgħod lura milli tieħu dan il-pass, jenħtieġ li din tispjega r-raġunijiet tagħha b’mod ċar u pubblikament.

    Jenħtieġ li dawn il-miżuri jkunu fis-seħħ għaċ-ċiklu tal-MIP tal-2019 (li jibda fil-ħarifa tal-2018).

  4. Fil-kuntest tal-analiżi tal-MIP tal-2019, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipproponi emendi għar-Regolament dwar il-MIP biex jiġu kkodifikati ċ-ċirkustanzi li fihom il-Kummissjoni ma tkunx tirrakkomanda l-attivazzjoni ta’ EIP anke meta hija tkun ikkonkludiet li Stat Membru jkun qed jiffaċċja żbilanċi eċċessivi.

Karatteristiċi tal-IDRs

105

Mill-2015 'il hawn, l-IDRs ġew inkorporati gradwalment fir-rapporti għall-pajjiżi, li primarjament jittrattaw il-koordinazzjoni ekonomika ġenerali tal-politiki strutturali, u l-konfini bejn iż-żewġ dokumenti saru dejjem aktar imċajpra. Fl-2017, l-analiżijiet dettaljati tal-problemi prinċipali kollha rigward Stat Membru nġiebu flimkien f’taqsima unika tar-rapport għall-pajjiż, fejn dawn jinqasmu skont it-tema u tingħata indikazzjoni tas-suġġetti li jkunu rilevanti għall-MIP (ara l-paragrapfi 68 sa 72).

106

Dawn l-iżviluppi naqqsu l-viżibbiltà tal-MIP u għamluha dejjem aktar diffiċli biex jiġu identifikati l-isfidi rilevanti għall-MIP. It-tqassir tal-IDRs kompla dgħajjef aktar ir-rabta bejn l-analiżi ekonomika u kemm il-klassifikazzjoni tal-iżbilanċi kif ukoll is-CSRs rilevanti għall-MIP li rriżultaw (ara l-paragrafi 59; 73 sa 75).

107

Barra minn hekk, it-tabella ta' valutazzjoni mhijiex kruċjali għall-IDR iżda l-inklużjoni tagħha, mill-2016 'il hawn, bħala anness għar-rapport għall-pajjiż tagħti l-impressjoni li hija tabilħaqq kruċjali (ara l-paragrafi 95 sa 96).

Rakkomandazzjoni 3

  1. Sabiex tipprovdi valutazzjoni ċara tas-severità tal-iżbilanċi makroekonomiċi li Stat Membru jkun qed jiffaċċja u sabiex tiffaċilita l-identifikazzjoni tar-rispons l-aktar adatt, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi IDR komprensiva u ppreżentata separatament b’tul u livell ta’ dettall li jkunu jirriflettu s-severità tas-sitwazzjoni u l-isfidi dwar il-politiki.
  2. Jenħtieġ li l-Kummissjoni ma tippubblikax it-tabella ta' valutazzjoni flimkien mal-IDR, iżda jenħtieġ li hija tipprovdi aċċess għad-database bil-varjabbli speċifiċi għall-pajjiż li tassew ikunu ntużaw fl-analiżi tagħha.

Jenħtieġ li dawn il-miżuri jkunu fis-seħħ għaċ-ċiklu tal-MIP tal-2019 (li jibda fil-ħarifa tal-2018).

Rikonoxximent tal-impatt tal-politika fiskali fuq l-iżbilanċi esterni u fuq il-kompetittività

108

Minkejja xi ripetizzjoni minn sena għal sena, ġeneralment l-IDRs ikun fihom standard tajjeb ta’ analiżi. Madankollu, l-impatt tal-politiki fiskali fuq l-iżbilanċi esterni ma jkunx dejjem parti mill-analiżi jew ma jitteħidx inkunsiderazzjoni fil-formulazzjoni tas-CSRs rilevanti għall-MIP, anke meta IDR tkun identifikat żbilanċi fil-pożizzjonijiet esterni li jkunu marbutin ferm mal-politika fiskali. Il-Kummissjoni hija konxja ta’ dawn il-konnessjonijiet iżda b’mod ġenerali hija tqis li l-problemi fiskali huma koperti mill-PST. Madankollu, il-PST huwa limitat għas-sostenibbiltà fiskali, ma jqisx l-effetti tal-politika fiskali fuq l-iżbilanċi esterni u ma jsemmi xejn dwar il-politika fiskali tal-Istati Membri li jissodisfaw il-kriterji ta’ sostenibbiltà tagħhom (ara l-paragrafi 78 sa 80; 86 sa 87).

Rakkomandazzjoni 4

Fejn xieraq, jenħtieġ li l-Kummissjoni tanalizza b’mod sistematiku l-impatt tal-politika fiskali fuq l-iżbilanċi esterni u fuq il-kompetittività fl-IDRs, u jenħtieġ li hija tuża l-MIP biex tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri meta l-problemi fiskali jkunu jaffettwaw l-iżbilanċi esterni direttament. Jenħtieġ li dan japplika kemm għall-Istati Membri li jkollhom bilanċi pożittivi kbar fil-kontijiet kurrenti kif ukoll għal dawk li jkollhom defiċits kbar.

Jenħtieġ li din il-miżura tkunu fis-seħħ għaċ-ċiklu tal-MIP tal-2019 (li jibda fil-ħarifa tal-2018).

Dimensjoni taż-żona tal-euro

109

Il-MIP hija ffukata wisq fuq l-ekonomiji individwali u mhijiex iffukata biżżejjed fuq ir-riperkussjonijiet. B’riżultat ta’ dan, is-CSRs rilevanti għall-MIP ma jippromwovux biżżejjed l-azzjonijiet politiċi li jkollhom impatt ta’ benefiċċju fuq l-Istati Membri u lanqas ma jħeġġu r-riekwilibriju simetriku fi ħdan iż-żona tal-euro (ara l-paragrafi 81 sa 85).

110

Is-CSRs mhux dejjem ikunu konsistenti mar-rakkomandazzjonijiet li jsiru mill-Kummissjoni għaż-żona tal-euro kollha kemm hi (ara l-paragrafi 47 sa 50).

Rakkomandazzjoni 5

  1. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, permezz tal-proċess tal-MIP, tieħu sistematikament inkunsiderazzjoni l-politiki b’impatti transnazzjonali li jistgħu jirriżultaw f’titjib tar-riekwilibriju simetriku fiż-żona tal-euro.
  2. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel is-CSRs, rilevanti għall-MIP, konsistenti mar-rakkomandazzjonijiet għaż-żona tal-euro li jkunu rilevanti għall-iżbilanċi, inklużi dawk dwar il-pożizzjoni fiskali kumplessiva, meta jkun xieraq.

Jenħtieġ li dawn il-miżuri jkunu fis-seħħ għaċ-ċiklu tal-MIP tal-2019 (li jibda fil-ħarifa tal-2018).

Viżibbiltà u komunikazzjoni tal-MIP

111

Komunikazzjoni effettiva hija kruċjali sabiex jissaħħu kemm is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar il-MIP kif ukoll l-objettiv distint tagħha li taqbad, ittaffi u tipprevieni l-iżbilanċi makroekonomiċi, flimkien mal-isfidi li l-iżbilanċi joħolqu għall-Istati Membri. Jeħtieġ ukoll li l-komunikazzjoni tissaħħaħ sabiex ikun hemm titjib fis-sjieda nazzjonali (ara l-paragrafi 1 sa 6; 54 sa 56; 68 sa 72; 88 sa 91; 94 sa 96).

Rakkomandazzjoni 6

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti prominenza akbar lill-MIP billi:

  1. iżżid ir-referenzi tagħha għall-proċedura fil-komunikazzjoni li jkollha mal-Istati Membri;
  2. tqiegħed lill-Kummissarji rilevanti għad-dispożizzjoni tal-parlamenti tal-Istati Membri, kull meta l-Kummissjoni tkun ivvalutat li l-iżbilanċi huma eċċessivi, biex b’hekk ikunu jistgħu jispjegaw il-loġika għad-deċiżjonijiet tagħha u għar-rakkomandazzjonijiet korrispondenti tal-politika.

Jenħtieġ li dawn il-miżuri jkunu fis-seħħ għaċ-ċiklu tal-MIP tal-2019 (li jibda fil-ħarifa tal-2018).

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-28 ta’ Novembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE
President

Annessi

Anness I

Flowchart dettaljata tal-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku

Sors: Il-QEA.

Anness II

Lista ta’ dokumenti ppubblikati li huma rilevanti għall-MIP

Sors: Il-QEA.

Anness III

Sett attwali ta’ indikaturi ewlenin

Indikaturi Sollijiet indikattivi
Bilanċ tal-kont kurrenti, % tal-PDG
(medja fuq tliet snin)
-4/6 %
Pożizzjoni ta' investiment internazzjonali netta (% tal-PDG) -35 %
Rata tal-kambju effettiva reali, 42 sħab kummerċjali, deflatur tal-HICP
(% tal-bidla fuq tliet snin)
±5 % (żona tal-euro)
±11 % (żona mhux tal-euro)
Sehem mis-suq tal-esportazzjoni, % tal-esportazzjonijiet dinjija
(% tal-bidla fuq ħames snin)
-6 %
Indiċi tal-kostijiet nominali ta’ unità lavorattiva (2010 = 100)
(% tal-bidla fuq tliet snin)
9 % (żona tal-euro)
12 % (żona mhux tal-euro)
Indiċi tal-prezzijiet tad-djar (2010 = 100), imnaqqas
(% tal-bidla fuq sena)
6 %
Fluss ta’ kreditu fis-settur privat, konsolidat
(% tal-PDG)
14 %
Dejn tas-settur privat, konsolidat
(% tal-PDG)
133 %
Dejn gross tal-amministrazzjoni pubblika
(% tal-PDG)
60 %
Rata tal-qgħad (medja fuq tliet snin) 10 %
Total tal-obbligazzjonijiet tas-settur finanzjarju, mhux konsolidat
(% tal-bidla fuq sena waħda)
16.5 %
Rata tal-attività - % tal-popolazzjoni totali ta’ bejn 15-il sena u 64 sena
(bidla tal-punti perċentwali fuq tliet snin)
-0.2 pp
Rata tal-qgħad fit-tul - % tal-popolazzjoni attiva ta’ bejn 15-il sena u 74 sena
(bidla tal-punti perċentwali fuq tliet snin)
0.5 pp
Rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ - % tal-popolazzjoni attiva ta’ bejn 15-il sena u 24 sena
(bidla tal-punti perċentwali fuq tliet snin)
2 pp

Sors: Il-QEA.

Anness IV

Għażla tal-Istati Membri għall-kampjun tal-awditjar

Il-kampjun kien ibbażat fuq l-ewwel erba’ snin tal-MIP u fuq lista qasira tal-Istati Membri li kienet teskludi:

  • Stati Membri li għalihom ma nħarġet l-ebda IDR fl-ewwel erba’ snin:
    • Stati Membri taħt programm ta' aġġustament ekonomiku, li ma tqisux għall-MIP matul il-perjodu ta’ programmazzjoni: l-Irlanda, il-Greċja, Ċipru, il-Portugall, ir-Rumanija;
    • Stati Membri li għalihom l-AMR ikkonkluda, f’mill-inqas sena waħda, li huma ma kinux affettwati minn, jew f’riskju li jkunu affettwati minn żbilanċi: ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovakkja;
  • Stati Membri li għalihom il-valutazzjoni kienet stabbli: il-Belġju, l-Ungerija, il-Finlandja, l-Iżvezja, ir-Renju Unit;
  • il-Kroazja, li ssieħbet mal-Unjoni Ewropea reċentement biss.

B’hekk kien jifdal il-Bulgarija, Spanja, Franza, l-Italja u s-Slovenja.

Peress li Franza u l-Italja ntgħażlu għall-awditu tal-EDP u jikkondividu għadd ta’ karatteristiċi (Stati Membri akbar u li ilhom stabbiliti fiż-żona tal-euro), aħna ddeċidejna li neskludu wieħed minnhom. Franza ntgħażlet minħabba varjazzjoni akbar fil-valutazzjoni tagħha għall-iżbilanċi.

Il-lista finali kienet kampjun rappreżentattiv ta’ Stati Membri kbar u żgħar, kemm fiż-żona tal-euro kif ukoll barra minnhom.

Għalkemm żgħir, il-kampjun ta’ erba’ Stati Membri kien jirrappreżenta bejn wieħed u ieħor kwart tal-popolazzjoni u tal-PDG tal-UE.

Anness V

Klassifikazzjoni kwalitattiva għall-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tas-CSRs

Il-Kummissjoni tuża l-kategoriji li ġejjin biex tivvaluta l-implimentazzjoni tas-CSRs:

  • Implimentazzjoni sħiħa: L-Istat Membru jkun adotta u implimenta miżuri li jindirizzaw is-CSR b’mod xieraq.
  • Progress sostanzjali: L-Istat Membru jkun adotta miżuri, li l-biċċa l-kbira minnhom kunu ġew implimentati.
  • Xi progress: L-Istat Membru jkun ħabbar jew adotta miżuri biex jindirizza s-CSR. Dawn il-miżuri jkunu promettenti, iżda mhux kollha kemm jkunu ġew implimentati għad u l-implimentazzjoni ma tkunx ċerta fil-każijiet kollha.
  • Progress limitat: L-Istat Membru jkun ħabbar xi miżuri biex jindirizza s-CSR, iżda dawn ikunu jidhru insuffiċjenti u/jew l-adozzjoni/l-implimentazzjoni tagħhom tkun f’riskju.
  • L-ebda progress: L-Istat Membru la jkun ħabbar u lanqas ma jkun adotta xi miżura biex jindirizza s-CSR.

Anness VI

Stħarriġ tal-membri tal-KPE

Sors: Il-QEA.

Anness VII

Żjarat lill-awtoritajiet u lil entitajiet oħra tal-Istati Membri

  Istituzzjoni
Suprema tal-Awditjar
Rappreżentanza tal-Unjoni Ewropea Ministeru tal-Finanzi Kunsill Fiskali Bank Ċentrali Ministeru tax-Xogħol Kamra tal-Kummerċ u Industrija Oħrajn
Il-Bulgarija Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xjenza, IME, ABB
Franza   Segretarjat Ġenerali għall-Affarijiet Ewropej, MEDEF, CFDT, France Strategie, Conseil d’Analyse Economique, OFCE, Coe-Rexecode
Is-Slovenja   IMAD, Holdings ta’ Dejn sovran tas-Slovenja
Spanja     Kabinett Ekonomiku tal-Presidenza, Ministeru tal-Ekonomija, CEOE, Cepyme, FEDEA, FROB

Sors: Il-QEA.

Anness VIII

Evoluzzjoni tal-klassifikazzjoni tal-Istati Membri, 2012-2017

Sors: Il-QEA.

Anness IX

Għadd u tip ta’ analiżijiet fil-fond

  2012-2017 %
IDRs konklużi meta kien hemm l-iżbilanċi 80 88.9
IDRs konklużi meta ma kienx hemm l-iżbilanċi 10 11.1
Total 90 100
      Sena 2
  2013-2017   IDR L-ebda IDR
      Żbilanċi Żbilanċi eċċessivi L-ebda żbilanċ L-ebda IDR Programm ta' aġġustament ekonomiku
Sena 1 IDR Żbilanċi 39 5 7 0 1
Żbilanċi eċċessivi 2 14 0 0 0
L-ebda żbilanċ 0 0 0 9 0
L-ebda IDR L-ebda IDR 3 0 3 39 0
Programm ta' aġġustament makroekonomiku 2 2 0 0 12
Pajjiż ġdid fl-UE 0 1 0 0 0
Total 46 22 10 48 13

Sors: Il-QEA.

Risposta tal-kummissjoni

Sommarju eżekuttiv

V

Il-Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku (MIP) ġiet introdotta f’nofs il-kriżi finanzjarja u ekonomika tal-2008-2009, bil-għan li tissaħħaħ is-sorveljanza makroekonomika tal-UE f’oqsma mhux koperti mill-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST).

L-avvenimenti ta’ wara l-kriżi finanzjarja tal-2008-2009 enfasizzaw il-ħtieġa li tissaħħaħ is-sorveljanza makroekonomika f’aspetti lil hinn mill-politika fiskali. L-aspetti makrofinanzjarji u makrostrutturali li qed jixprunaw l-akkumulazzjoni ta’ żbilanċi kemm esterni (eż. l-iżbilanċi kbar tal-kont kurrenti) u l-iżbilanċi interni (akkumulazzjoni tad-dejn żejjed jew għall-bini ta’ bżieżaq immobiljari) żvelaw ruħhom bħala fatturi ewlenin li jwasslu għall-kriżijiet tal-bilanċ tal-pagamenti u kriżi tad-dejn, u l-bżonn ta’ għajnuna finanzjarja f’xi każijiet.

L-isforzi tas-sorveljanza tal-MIP għandhom l-għan kemm biex tiġi evitata l-akkumulazzjoni ta’ xejriet mhux sostenibbli jew vulnerabbiltajiet u biex ikun żgurat aġġustament xieraq ta’ żbilanċi eżistenti. L-MIP ġiet introdotta f’perjodu li fih għadd ta’ Stati Membri kienu diġà għaddejjin minn proċess ta’ stralċjar ta’ żbilanċi eżistenti. B’hekk, l-għan tal-MIP fl-ewwel snin tal-implimentazzjoni tagħha kien partikolarment li timmonitorja l-korrezzjoni ta’ żbilanċi u toħroġ rakkomandazzjonijiet mmirati sabiex jagħmlu l-oqfsa ta’ politika effettiva u sostenibbli filwaqt li jitrażżnu l-ispejjeż soċjali. Is-sorveljanza tal-MIP kopriet firxa wiesgħa ta’ oqsma ta’ politika u ġiet msaħħa b’sorveljanza ekonomika akbar tal-UE. Rakkomandazzjonijiet fil-qafas tal-parti preventiva tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, l-istrateġija Ewropa 2020, il-Linji Gwida Ġenerali tal-Politika Ekonomika, il-Linji Gwida dwar l-Impjiegi, u l-MIP, ġew integrati f’pakkett wieħed tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill Speċifiċi għall-Pajjiż (CSRs), u allinjati mas-Semestru Ewropew komuni.

Minkejja l-objettivi korrettivi primarjament tas-sorveljanza tal-MIP matul l-ewwel snin ta’ implimentazzjoni, il-Proċedura ta’ Żbilanċ Eċċessiv (EIP) għadha qatt ma twettqet. Għall-pajjiżi li għalihom ġew identifikati żbilanċi eċċessivi, il-Kummissjoni, aktar milli tirrakkomanda lill-Kunsill għat-tnedija immedjata tal-EIP, immirata l-ewwel li żżid l-impenji ta’ politika f’konformità mal-isfidi identifikati. Għal dak il-għan, hija ħarġet CSRs aktar dettaljati u marbuta biż-żmien, u implimentat proċess intensifikat ta’ monitoraġġ speċifiku tar-rispons tal-politika, filwaqt li żammet miftuħa l-possibbiltà li jinfetaħ EIP fi stadju aktar tard.

Kif irrappurtat fil-Komunikazzjoni dwar ir-rieżami tal-2014 fuq il-MIP, l-esperjenza tal-ewwel snin ta’ applikazzjoni tissuġġerixxi li l-proċedura għenet sabiex titqajjem kuxjenza dwar l-isfidi u ħolqot bażi għal kunsens lejn tweġibiet ta’ politika. L-applikazzjoni tal-MIP kienet soġġetta għal tagħlim inkrementali u ta’ feedback, u tissaħħaħ permezz ta’ djalogu kontinwu bejn il-Kummissjoni u l-Kunsill, b’konverġenza lejn prattiki aktar stabbli. L-evidenza tissuġġerixxi wkoll li s-sorveljanza tal-MIP kienet assoċjata ma’ progress aktar b’saħħtu fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ta’ politika, minkejja l-fatt li dik l-azzjoni politika kienet f’ħafna każijiet mhux biżżejjed biex jiġi żgurat progress sodisfaċenti f’termini tal-indirizzar tal-isfidi sottostanti. Ir-rieżami tal-2014 enfasizza l-ħtieġa li tiżdied it-trasparenza u titjieb il-Komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-MIP.

Implimentazzjoni effettiva tal-MIP hija fost il-prijoritajiet tal-Kummissjoni, kif indikat fir-rapport ta’ Ġunju 2015 “Nikkompletaw l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa” ta’ Jean-Claude Juncker, f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ Donald Tusk, Jeroen Dijsselbloem, Mario Draghi u Martin Schulz, u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Ottubru 2015 “Dwar passi lejn l-ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja”1. Il-MIP effettiva ser teħtieġ l-ewwel nett qafas trasparenti u stabbli, fejn ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati d-deċiżjonijiet meħuda fil-kuntest tal-MIP ġew komunikati b’mod ċar. Is-segwitu għall-identifikazzjoni ta’ żbilanċi eċċessivi, għandu jimplika l-attivazzjoni adegwata ta’ sorveljanza, biex jiġi żgurat rispons politiku qawwi biżżejjed f’konformità mal-isfidi. Bil-għan li jittieħed kont aħjar tad-dimensjoni taż-żona tal-euro fl-attivazzjoni tal-MIP, il-kunsiderazzjonijiet taż-żona tal-euro ġew integrati aħjar fl-analiżi u fir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni.

Kmieni fl-2016, il-Kummissjoni ppubblikat Kompendju tal-MIP2. Il-Kompendju jippreżenta r-raġunament tal-MIP, juri l-aspetti legali u proċedurali tal-MIP, jiddiskuti prinċipji, kriterji u oqfsa analitiċi użati fl-implimentazzjoni tal-MIP, u jirrieżamina l-applikazzjoni fil-prattika. Billi jsir dan, il-Kompendju tal-MIP jipprovdi ġabra ta’ informazzjoni rilevanti li tgħin biex wieħed jifhem dak li l-MIP hija, kif taħdem, kif l-applikazzjoni tagħha evolviet sa mill-introduzzjoni tagħha. Dik il-pubblikazzjoni għandha l-għan li tikkontribwixxi għal implimentazzjoni trasparenti tal-MIP, f’konformità mal-Komunikazzjoni tal-2014 dwar rieżami tal-MIP u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Ottubru 2015 “Dwar passi lejn l-ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja”. Pass ieħor fid-direzzjoni ta’ aktar trasparenza kienet il-prattika li jinġabru fil-qosor ir-riżultati tar-rieżamijiet fil-fond (IDRs) f’matriċi għall-valutazzjoni ddedikati tal-MIP fl-IDRs mill-2016.

VI

B’mod ġenerali, l-evidenza tindika li l-pajjiżi taħt is-sorveljanza tal-MIP rċevew iżjed CSRs u kellhom rata ogħla ta’ konformità meta mqabbla ma’ CSRs mhux marbuta mal-MIP. L-istħarriġ imwettaq mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri fost il-membri tal-Kumitat tal-Politika Ekonomika (KPE) juri li madwar 10 % biss tal-membri intervistati jqisu l-MIP ineffettiva. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri kollha huma mistennija li jimplimentaw is-CSRs, rilevanti għall-MIP u dawk mhux rilevanti għall-MIP.

Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li d-disinn ta’ CSRs rilevanti għall-MIP kien konsistenti mal-objettiv li jiġu indirizzati l-iżbilanċi identifikati, u din hija fehma komuni tal-membri mistħarrġa fl-istħarriġ tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għall-kwestjonarju, għalkemm għad hemm lok għal titjib fil-komunikazzjoni.

CSRs dwar il-finanzi pubbliċi fil-kuntest tal-PST ġew indikati bħala rilevanti għall-MIP għal pajjiżi fejn id-dejn pubbliku għoli huwa element li jikkontribwixxi għall-identifikazzjoni ta’ żbilanċi jew fejn it-tnaqqis ta’ defiċits fiskali jikkontribwixxu għall-korrezzjoni ta’ defiċits kbar fil-kont kurrenti identifikati bħala parti mill-iżbilanċi. Fi Stati Membri li għandhom surplus fil-kont kurrenti, l-IDRs analizzaw ir-rabtiet bejn għadd ta’ miżuri fiskali u l-pożizzjoni esterna. Għal dawk il-pajjiżi għadd ta’ miżuri CSRs ta’ natura fiskali li potenzjalment jikkontribwixxu għall-indirizzar ta’ surpluses pożittivi kbar ġew indikati bħala rilevanti għall-MIP.

Id-dikjarazzjoni li hemm inkonsistenzi bejn CSRs rilevanti għall-MIP u r-rakkomandazzjonijiet għaż-żona tal-euro tirriżulta mill-fatt għall-ħtieġa ta’ konsistenza bejn ir-rakkomandazzjonijiet għaż-żona tal-euro u MIP CSRs japplikaw biss għal pajjiżi li jirċievu CSRs li huma fl-istess ħin rilevanti għall-MIP u li għalihom hemm rakkomandazzjoni pertinenti għaż-żona tal-euro. Mhux ir-rakkomandazzjonijiet kollha taż-żona tal-euro ma huma rilevanti għall-MIP, peress li l-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom huwa usa’. Mhux il-pajjiżi kollha jirċievu ir-rakkomandazzjonijiet marbuta mal-MIP, peress li xi pajjiżi ma jkunux taħt is-sorveljanza tal-MIP. Mhux il-pajjiżi kollha jirċievu rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi (CSRs) li ġejjin miż-żona tal-euro, peress li mhumiex sfidi rilevanti jew ma jkollhomx għalfejn iwettqu politiki speċifiċi jew hemm limitazzjonijiet li jiġġustifikaw li ma jkunux speċifiċi għall-pajjiż.

VII

L-integrazzjoni ta’ IDRs f’rapporti tal-pajjiżi permettiet biex sovrapożizzjonijiet jitnaqqsu u ma preġudikatx iċ-ċarezza tal-valutazzjoni IDR. Li appoġġat interazzjoni aktar b’saħħitha mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati rilevanti, ittejjeb il-fehim u s-sjieda ta’ sfidi u sforzi ta’ aġġustament.

L-IDRs jirrappurtaw l-evidenza u l-argumenti li jsostnu d-deċiżjonijiet dwar il-kategorizzazzjoni tal-iżbilanċi tal-MIP. Il-konklużjonijiet tal-IDR mhumiex irrapportati fl-IDR infushom; iżda f’Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li takkumpanja l-IDRs. Dan huwa ġġustifikat hekk kif il-konklużjonijiet tal-IDR, skont l-imsemmi regolament, għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-kuntest ġenerali, l-aspetti sistemiċi, l-interdipendenzi bejn il-pajjiżi, u għalhekk jeħtieġ li jkunu bbażati fuq qari sħiħ tal-pakkett IDR.

Il-Kummissjoni ma tikkondividix il-fehma li l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-MIP iddgħajfet. Il-Kummissjoni (fis-sens tal-Kulleġġ tal-Kummissarji u s-servizzi tal-Kummissjoni) taġixxi bħala entità sħiħa meta tieħu deċiżjonijiet fil-kuntest tal-MIP, u r-Regolament li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-Kummissjoni kollha kemm hi.

Għal deċiżjonijiet li jaqgħu taħt il-MIP, bħal fil-każ ta’ deċiżjonijiet oħra, il-Kummissarji jirċievu parir dirett mis-servizzi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom u indirettament minn servizzi oħra tal-Kummissjoni permezz ta’ Kummissarji oħra u l-uffiċċji privati rispettivi. Il-Kulleġġ jista’ jeżerċita l-prerogattiva tiegħu li ma jsegwix il-pariri tas-servizzi, peress li mhuwiex legalment obbligat li jsegwi tali opinjonijiet, u mhuwiex mitlub li jipprovdi ġustifikazzjonijiet meta ma jagħmilx hekk.

VIII

Il-Kummissjoni mhix marbuta li tirrakkomanda t-tnedija ta’ Proċedura ta’ Żbilanċ Eċċessiv għall-Istati Membri identifikati bi żbilanċi eċċessivi.

IX

It-tabella ta’ valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq fatturi varjabbli ta’ kwalità tad-dejta għolja. Tbassir u dejta preliminari ma jintużawx għal dik ir-raġuni.

Għadd ta’ varjabbli li l-imġiba tagħhom tkun partikolarment volatili fir-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta’ Twissija (AMR) tat-tabella ta’ valutazzjoni huma fuq medja ta’ tliet snin sabiex jiġi evitat li jirriflettu l-aktar żviluppi temporanji.

L-AMR jipprovdi punt ta’ tluq biex tiġi vvalutata l-evoluzzjoni ta’ varjabbli li jistħoqqilhom sorveljanza aktar mill-qrib fil-kuntest tal-MIP, jiġifieri fl-IDR. L-AMR mhuwiex maħsub bħala sistema ta’ twissija bikrija, li huwa konsistenti mal-fatt li l-indikaturi AMR mhumiex magħmula bl-aktar dejta jew previżjonijiet preliminari aġġornati.

(a)

Jekk jogħġbok ara t-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ta’ hawn taħt.

Introduzzjoni

04

Il-qafas legali MIP jikkonsisti mir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 dwar il-“prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi”, u r-Regolament (UE) Nru 1174/2011 dwar “miżuri ta’ infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi”, li ġew adottati skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat” jew “TFUE”) li jittrattaw il-koordinazzjoni tal-politika ekonomika (l-Artikoli 121 u 136 TFUE). Ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 jagħti fil-qosor il-proċedura, filwaqt li r-Regolament (UE) Nru 1174/2011 id-dettalji ta’ mekkaniżmu ta’ infurzar ibbażat fuq sanzjonijiet finanzjarji li japplikaw biss għall-Istati Membri taż-żona tal-euro.

08

Il-MIP għandha l-għan li ssaħħaħ il-governanza ekonomika tal-UE fuq it-twessigħ ta’ stabbiltà makrofinanzjarja lil hinn mis-sorveljanza baġitarja biex tinkludi qafas għall-prevenzjoni ta’ żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi u biex l-Istati Membri affettwati jkunu megħjuna biex jieħdu azzjonijiet korrettivi qabel ma d-diverġenzi jrabbu l-għeruq.

Ir-raġuni prinċipali għall-miżura ta’ sorveljanza supranazzjonali tissejjes fuq il-fatt li l-iżbilanċi makroekonomiċi fi Stat Membru wieħed jista’ jkollhom rilevanza wkoll għal Stati Membri oħra. Dan jirriżulta mhux biss minħabba l-fatt li f’oqsma ekonomiċi integrati ħafna, żviluppi ekonomiċi fi Stat Membru wieħed jinxterdu lejn pajjiżi oħra, iżda wkoll minħabba l-fatt li, jekk ma jiġux indirizzati, l-iżbilanċi makroekonomiċi jistgħu jikkompromettu l-funzjonament xieraq tal-unjoni monetarja u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-politiki komuni tagħha, bħalma huma s-Suq Uniku. Għalhekk, fil-qafas tal-MIP, l-iżbilanċi huma evalwati mhux biss minn perspettiva nazzjonali, iżda wkoll mil-lat tal-implikazzjonijiet għaż-żona tal-euro u l-Unjoni kif meħtieġ skont ir-Regolament dwar l-MIP.

10

Fil-każ tal-parti preventiva tal-PST għandu l-għan li jieħu miżuri biex jipprevjeni ksur ta’ limiti fiskali ta’ “Maastricht”, filwaqt li l-parti korrettiva għandha l-għan li tiżgura korrezzjoni malajr ladarba jiġi ddeterminat jekk jseħħx ksur u jiġi identifikat żbilanċ eċċessiv. Il-parti preventiva għalhekk testendi lil hinn mid-defiċit nominali u rekwiżiti tad-dejn. Sanzjonijiet għall-infurzar tal-parti korrettiva tal-PST huma previsti fil-każ ta’ Stati Membri taż-żona tal-euro f’każ ta’ ksur ripetut tar-rekwiżiti skont il-proċedura.

Fil-każ tal-MIP, kemm il-parti preventiva kif ukoll dik korrettiva timmira lejn il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi. L-azzjoni korrettiva tindirizza l-iżbilanċi ta’ severità ogħla u l-infurzar tagħha jistgħu jużaw sanzjonijiet f’każ ta’ ksur ripetut tar-rekwiżiti skont il-proċedura għall-Istati Membri taż-żona tal-euro.

Kemm ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 kif ukoll il-parti preventiva tas-sehem tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir għandhom l-istess bażi legali fit-Trattat (l-Artikoli 121 u 136 TFUE). Il-bażi fit-Trattat għall-parti korrettiva tal-PST hija l-Artikolu 126 TFUE.

L-istrateġija Ewropa 2020 mhijiex proċedura ta’ sorveljanza komparabbli mal-MIP jew il-PST. Hija strateġija magħmula minn azzjonijiet tal-UE, il-miri u l-użu integrat ta’ proċeduri ta’ sorveljanza. Sorveljanza minbarra l-PST u l-MIP issir fil-qafas tal-Linji Gwida Ġenerali tal-Politika Ekonomika (ibbażat fuq l-Artikolu 121 tat-TFUE, bażi legali komuni mal-MIP) u l-Linji Gwida dwar l-Impjiegi (abbażi tal-Artikolu 148 tat-TFUE).

Osservazzjonijiet

29

Il-klassifikazzjoni ta’ żbilanċi hija kkaratterizzata minn ċertu grad ta’ stabbiltà hekk kif jistgħu jgħaddu diversi snin biex jiġu kkoreġuti l-iżbilanċi, b’mod partikolari iżda mhux biss dawk li jinvolvu livelli għolja ta’ dejn.

33

Id-dokument tal-Parlament ikkwotat (Implimentazzjoni tal-Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku — is-sitwazzjoni attwali (Ġunju 2017)” — PE 497.739) la jirrapporta valutazzjoni negattiva globali dwar l-implimentazzjoni tas-CSRs marbuta mal-MIP mill-2012 u lanqas ma jikkonkludi li dan tal-aħħar kien persistentement dgħajjef. Il-kliem li ġej jinsab f’dak id-dokument dwar l-implimentazzjoni tas-CSRs relatati mal-MIP. “Il-livell ta’ rakkomandazzjonijiet li ma ġewx implimentati għalkollox jew b’mod ferm limitat ilu jiżdied mill-2014”.

Il-figura 4 tindika li s-sehem ta’ “implimentazzjoni sħiħa jew progress sostanzjali” u “xi progress” kien ta’ iktar minn 50 % fl-2013, l-2015 u l-2016.

Mhuwiex ċar liema parametru referenzjarju jew stennija tappoġġa din id-dikjarazzjoni. Parametru referenzjarju possibbli jista’ jkun il-konformità ma’ CSRs mhux relatati mal-MIP. L-evidenza disponibbli tindika li, b’mod ġenerali, l-implimentazzjoni tas-CSR kienet aktar b’saħħitha għal CSRs relatati mal-MIP (ara, pereżempju, il-Kompendju tal-MIP).

Parametru referenzjarju ieħor possibbli jista’ jkun il-perċezzjoni fl-Istati Membri, kemm huma effettivi s-CSRs biex iqajmu azzjoni politika. Il-kwestjonarju mwettaq mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri fost il-membri tal-Kumitat tal-Politika Ekonomika (KPE) jindika li madwar 10 % biss tal-membri intervistati jqisu s-sorveljanza tal-MIP bħala ineffettiva.

L-Istati Membri MIP irċevew ukoll b’mod ġenerali għadd akbar ta’ CSRs meta mqabbla ma’ Stati Membri oħra.

34

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu VI.

35

Rigward it-titlu fuq il-paragrafu 35, il-Kummissjoni tenfasizza li rabta bejn MIP-CSRs u l-iżbilanċi hija żgurata. Ara t-tweġibiet tal-Kummissjoni għal dan il-paragrafu, il-paragrafu VI. u l-Kaxxa 1.

Kull CSR tinkludi għadd ta’ rakkomandazzjonijiet, fosthom dawk bil-għan li jiġu indirizzati l-iżbilanċi. Skont il-kompożizzjoni attwali tas-CSRs f’termini ta’ miżuri speċifiċi rakkomandati, il-premessi fid-dokumenti legali li jirrapportaw dwar is-CSRs jindikaw li huma rilevanti għall-MIP. Skont il-prattika stabbilita, is-CSRs indikati bħala rilevanti għall-MIP huma dawk li jinkludu kwalunkwe għadd ta’ miżuri indirizzati speċifikament lejn il-korrezzjoni tal-iżbilanċi identifikati għall-pajjiżi taħt is-sorveljanza tal-MIP. Il-prattika tal-Kummissjoni u tal-Kunsill sa mid-dħul fis-seħħ tal-MIP kienet li tenfasizza li s-CSRs ikunu kompletament jew parzjalment rilevanti għall-MIP fil-premessi li jintroduċu s-CSRs.

F’xi każijiet, l-iżbilanċi jistgħu jiġu indirizzati permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ politiki. Pereżempju, it-titjib tal-kompetittività jista’ jeħtieġ politiki biex titjieb il-produttività tax-xogħol, biex tiżdied l-effiċjenza fil-ġenerazzjoni tal-enerġija u jitnaqqsu l-ispejjeż tal-enerġija, biex jiġi evitat it-tkabbir fil-kost tax-xogħol eċċessiv, eċċ. Għaldaqstant, jista’ jiġri li s-CSRs relatati, pereżempju, ma’ taħriġ, enerġija, jew il-formazzjoni tal-pagi huma kollha indikati bħala rilevanti għall-MIP, minkejja li għandhom rwol rilevanti fih innifsu li jmur lil hinn mill-indirizzar tal-isfidi marbuta mal-MIP, minħabba n-nuqqas ta’ rabta, diretta jew indiretta għall-isfida tal-MIP sottostanti li mhux dejjem tidher b’mod ċar.

B’mod ġenerali, diġà fl-2016, madwar 10 % biss mill-membri mistħarrġa tal-EPC sabuha mhux ċara liema mis-CSRs huma marbuta mal-MIP, u d-90 % l-oħra isibuha dejjem jew xi pjuttost ċar.

37

L-eżempji fil-Kaxxa 1 ma humiex ma jappoġġaw b’mod adegwat din l-osservazzjoni għar-raġunijiet iddikjarati hawn taħt.

Il-kaxxa 1

L-ewwel punt: Dwar CSRs lil Franza: Elementi ta’ apprendistat u ta’ taħriġ jistgħu jiġu kkunsidrati li għandhom rwol importanti fil-formazzjoni ta’ ħiliet tal-forza tax-xogħol, li jikkontribwixxu għall-kompetittività, sfida marbuta mal-MIP għal Franza.

It-tieni punt: Dwar CSRs lil Slovenja: Il-pressjoni li popolazzjoni li qed tixjieħ, titfa’ pressjoni fuq is-sostenibbiltà tas-sistemi tal-pensjonijiet u tal-kura fit-tul tas-Slovenja jissemmew fis-sommarju eżekuttiv tar-rapport tal-pajjiż.

It-tielet punt: Dwar CSRs lil Bulgarija: It-taqlib fis-settur bankarju Bulgaru fis-sajf tal-2014 u l-appoġġ konsegwenti mill-baġit pubbliku kienu wara deterjorament drastiku tal-qagħda fiskali fl-2014. Fl-2015, kien hemm riskju ċar ta’ aktar miżuri meħtieġa biex jappoġġaw is-settur. Ir-rabta bejn is-sitwazzjoni fis-settur fiskali u finanzjarju, kif ukoll l-isfida ewlenija ta’ finanzjament tal-gvern ġiet spjegata fil-Kapitolu 1 tar-rapport tal-pajjiżi tal-2015 (paġni 8–9), fejn kontroreferenza għat-Taqsima IDR (il-Kapitolu 2, il-paragrafi 2.1 u 2.2) tista’ tinstab ukoll.

Ir-reġim tal-bord tal-munita fil-Bulgarija effettivament jagħmel il-gvern tiegħu biss mutwanti tal-aħħar istanza. Għalhekk, l-ispejjeż kollha tal-likwidità u d-dispożizzjonijiet kapitali għas-settur bankarju, inkluża l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti, kellhom jitħallsu mill-gvern. Dan jagħmel is-CSR fiskali wkoll rilevanti ħafna għal stabbiltà makrofinanzjarja u l-MIP.

L-awtoritajiet Bulgari rrikonoxxew ukoll ir-riskji għall-istabbiltà makrofinanzjarja. Fl-2016, il-gvern issellef fondi addizzjonali u inkluda dispożizzjonijiet għal self straordinarju fil-baġit f’każ li s-settur finanzjarju jeħtieġ li jiġu appoġġat. Dan juri b’mod ċar l-għarfien tagħhom tar-riskji involuti u l-ftehim tar-rilevanza għall-istabbiltà makrofinanzjarja.

Għal dawn ir-raġunijiet kollha, is-CSR 1 fl-2015 u fl-2016 kienu kkunsidrati bħala rilevanti għall-MIP.

Ir-raba’ punt: Dwar CSRs lil Spanja: Il-premessa (17) għas-CSR tal-2016 imsemmija tistqarr li “l-isfond ċentralizzat ħafna [tal-amministrazzjoni Spanjola] jitlob għal koordinazzjoni mtejba bejn il-varji amministrazzjonijiet pubbliċi, kemm għat-tnaqqis tal-ispejjeż u biex jiġi limitat il-piż amministrattiv fuq kumpaniji u unitajiet domestiċi.” Ir-rapport mill-pajjiż jispjega ulterjorment li amministrazzjoni pubblika aktar effiċjenti tista’ tikkontribwixxi għal finanzi pubbliċi sodi, biex b’hekk jiġi indirizzat l-iżbilanċ ta’ dejn għoli, u għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv fuq kumpaniji, biex b’hekk jitjiebu l-kompetittività u l-produttività (totali tal-fatturi) (p.78).

Fir-rigward tas-CSR tal-2015: Ir-riforma tas-settur bankarju tat-tfaddil hi koperta fir-rapport tar-rebbiegħa 2015 tas-Sorveljanza ta’ Wara l-Programm (PPS) (pp. 17–20);

Għal Spanja, il-MIP twettaq il-monitoraġġ anke b’koordinazzjoni mas-Sorveljanza ta’ Wara l-Programm, speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam mas-settur finanzjarju. Din hija raġuni oħra għalfejn is-CSRs mhumiex ristretti għal kwistjonijiet koperti fl-IDRs; pereżempju kwistjonijiet koperti wkoll fir-rapport PPS (ara d-Dokument Okkażjonali 193, Mejju 2014, Kapitolu 4 għal riforma tas-settur finanzjarju).

38

Jekk parti mis-CSR hija rilevanti għall-MIP, is-CSR kollha hija mmarkata bħala rilevanti għall-MIP. Dan huwa l-kriterju prudenzjali minħabba l-oġġettività tagħha. Madankollu, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-konformità tapplika biss għall-parti rilevanti għall-MIP u ġiet applikata b’mod konsistenti.

39

It-tnaqqis fl-għadd ta’ CSRs jirrifletti wkoll l-evoluzzjoni tal-iżbilanċi u x’jimplika għall-ħtieġa ta’ azzjoni politika.

L-għadd ta’ MIP-CSRs tnaqqas sa ċertu punt meta mqabbel ma’ non-MIP-CSRs. Jekk jogħġbok ara ċ-ċifri għall-2015 u l-2016 fl-aħħar ringieli tat-Tabella 1.

41

Ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 35.

42

Għalkemm it-taqsima “L-isfidi tal-Politika” ma kinitx inkluża, mill-2016 l-inklużjoni ta’ matriċi għall-valutazzjoni tal-MIP fir-rapport tal-pajjiż ħolqot rabta bejn is-sitwazzjoni attwali bil-korrezzjoni ta’ żbilanċi, il-progress tal-politika u l-lakuni ta’ politika.

43

Pass importanti ttieħed mill-Komunikazzjoni ta’ Ottubru 2015 bl-inklużjoni ta’ matriċi għall-valutazzjoni tal-MIP fir-rapporti tal-pajjiżi sa mill-2016.

44

Il-Kummissjoni mhux dejjem tikkwantifika sistematikament l-impatt ta’ CSRs għal għadd ta’ raġunijiet, b’mod partikolari:

  • L-effetti ta’ miżuri jiddependu wkoll fuq il-mod speċifiku kif l-Istati Membri għażlu li jimplimentaw u jikkonformaw mas-CSRs għaliex huma jħallu fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri dwar kif għandhom jipproċedu sabiex jikkonformaw magħhom.
  • Ir-rabta bejn l-istrumenti politiċi u l-iżbilanċi jistgħu jiġu affettwati minn fatturi varji, b’mod li r-riżultati mhux dejjem jistgħu jiġu faċilment taħt il-kontroll ta’ dawk li jfasslu l-politika.
  • Valutazzjonijiet tal-impatt ex-ante eżawrjenti huma soġġetti għal inċertezza kbira u jiddependu fuq suppożizzjonijiet, inkluż dwar it-tibdil fl-imġiba minn atturi oħra u partijiet kkonċernati. Għall-istess raġuni rakkomandazzjonijiet minn istituzzjonijiet internazzjonali oħrajn komparabbli mhumiex sistematikament mirfuda minn kwantifikazzjonijiet ġodda.
  • Xi CSRs mhumiex xierqa għal kwantifikazzjoni, għax ma jkunux jistgħu jiġu mmudellati bħala bidla parametrika fil-mudelli disponibbli (il-gruppi ta’ riformi li jtejbu l-governanza). Għalhekk, valutazzjoni sħiħa tal-pakkett ta’ CSRs tirriskja li ma tkun mhux kompluta jew mhux bilanċjata hekk kif is-CSRs kollha ma jkunux jistgħu jiġu koperti iżda biss subsett li huma xierqa għal kwantifikazzjoni.

Madankollu, xi kwantifikazzjonijiet ta’ miżuri possibbli ġew ippreżentati għal każijiet speċifiċi u l-Kummissjoni għandha l-għan li twettaq eżerċizzji bħal dawn kull fejn dan ikun possibbli.

46

Huwa importanti li jitqies li ma hemm l-ebda kontradizzjoni bejn ir-rakkomandazzjonijiet baġitarji u rakkomandazzjonijiet oħrajn b’impatt fiskali għaliex ir-rakkomandazzjonijiet baġitarji mhumiex ifformulati b’tali mod li jipprekludu rikompożizzjoni tal-infiq jew tad-dħul konsistenti mas-CSRs l-oħra.

48

Hemm rakkomandazzjonijiet għaż-żona tal-euro li għandhom x’jaqsmu ma’ oqsma li huma barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-MIP. Mhux l-Istati Membri kollha rċevew CSRs rilevanti għall-MIP. Mhux l-Istati Membri kollha huma kkonċernati direttament minn rakkomandazzjoni taż-żona speċifika, hekk kif l-isfidi identifikati hemmhekk mhumiex kondiviżi b’mod ugwali mill-Istati Membri kollha taż-żona tal-euro. Il-ħtieġa għal konsistenza bejn ir-rakkomandazzjonijiet għaż-żona tal-euro u MIP-CSRs japplikaw biss għall-Istati Membri li jkunu kkonċernati minn rakkomandazzjoni għaż-żona tal-euro pertinenti għal kwistjonijiet MIP u fl-istess ħin jirċievu MIP relatata ma’ CSR fl-istess żona.

49

Il-MIP ma tistax tintuża biex tipprovdi rakkomandazzjonijiet fiskali erga omnes. Skont ir-Regolament dwar il-MIP, rakkomandazzjonijiet marbuta mal-MIP jistgħu jinħarġu biss lil Stati Membri identifikati bi żbilanċi. Rakkomandazzjonijiet marbuta mal-MIP jistgħu jinkludu miżuri fiskali, jekk rilevanti bil-għan li jiġu indirizzati l-iżbilanċi identifikati fl-Istat Membru kkonċernat.

50

Dawn l-osservazzjonijiet mhumiex rilevanti għall-MIP.

51

Kemm hu xieraq li l-perjodu ta’ żmien jista’ jiġi vvalutat biss kontra r-rekwiżiti eżatti tas-CSRs. Għandha tingħata kunsiderazzjoni debita wkoll għall-urġenza possibbli ta’ azzjoni biex tikkonforma ma’ MIP-CSRs.

Il-formulazzjoni tal-kliem u l-enfasi ta’ CSRs jistgħu jinbidlu minn sena għal oħra biex jitqiesu l-aħħar żviluppi dwar kwistjonijiet li għandhom jibqgħu rilevanti għall-istabbiltà makroekonomika. Huwa l-każ ukoll li xi kultant ittieħdu miżuri iżda mhux biżżejjed biex jiġi indirizzat l-iżbilanċ inkwistjoni.

54

Rigward it-titlu fuq il-paragrafu 54, il-Kummissjoni tinnota li s-sistema ta’ kategoriji baqa’ stabbli matul dawn l-aħħar snin. Jekk jogħġbok ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 55.

55

Is-sistema ta’ sitt kategoriji baqgħet stabbli bejn l-2013 u l-2015; il-bidla fil-formulazzjoni tal-kliem bejn l-2013 u l-2014 kienet tikkonċerna biss il-fatt li l-prattika ta’ monitoraġġ speċifiku, introdotta fl-2013, ftit wara il-konklużjonijiet tal-IDR u immedjatament applikata, issemmiet fil-kategorizzazzjoni tal-iżbilanċi mill-2014.

56

L-identifikazzjoni ta’ żbilanċi eċċessivi ma jikkoinċidix mat-tnedija tal-Proċedura ta’ Żbilanċ Eċċessiv.

Il-kaxxa 3

L-Artikolu 1(1) tar-Regolament jistabbilixxi “regoli dettaljati għall-identifikazzjoni ta’ żbilanċi makroekonomiċi, kif ukoll il-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta’ żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fl-Unjoni”. Hekk kif il-premessa 9 tar-Regolament tagħmilha ċara, regoli speċifiċi stabbiliti għal dak l-għan huma stabbiliti sabiex “tkun supplimentata l-proċedura tas-sorveljanza multilaterali msemmija fil-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 121 tat-TFUE”.

F’dak l-isfond tal-għan tar-Regolament mhuwiex il-Parlament u l-Kunsill, bħala koleġiżlaturi fl-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni sekondarja fil-forma ta’ Regolament biex ineħħu s-setgħa diskrezzjonarja miżmuma mill-Kummissjoni skont il-liġi primarja fil-forma tal-Artikolu 121(4) tat-TFUE.

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 ma toħloq l-ebda setgħa jew proċedura ġdida. Jiddefinixxi l-kundizzjonijiet taħt liema setgħa bbażata fuq it-Trattat (l-Artikolu 121(4) tat-TFUE jew il-proċedura ta’ sorveljanza multilaterali) għandha tiġi eżerċitata fi ħdan is-sitwazzjoni partikolari tal-MIP. Għalhekk il-Kummissjoni mhijiex marbuta li tiftaħ il-proċedura ladarba ċerti ċirkostanzi jitqajmu skont l-Artikolu 121(4) tat-TFUE tal-monopolju tal-inizjattiva tal-Kummissjoni, li t-Trattati b’xort’oħra jiggarantixxu, tibqa’ sħiħa. Il-Kummissjoni żżomm is-setgħa diskrezzjonali tagħha li tiftaħ jew li ma tiftaħx proċedura. Att ta’ leġiżlazzjoni sekondarja ma tistax iċċaħħad lill-Kummissjoni s-setgħa ta’ diskrezzjoni kif mfassla mit-Trattati. Il-premessa 22 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 — li tgħid li “jekk ikunu identifikati żbilanċi makroekonomiċi severi (…) għandha tinbeda proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv (…)” — għandu jinqara f’dan l-isfond. Dan ma jimponi l-ebda obbligu fuq il-Kummissjoni biex tippreżenta rakkomandazzjoni, iżda jesprimi x-xewqa politika tal-koleġiżlatur biex l-affarijiet isiru b’mod partikolari.

58

Il-konklużjonijiet tal-IDR jinsabu f’Komunikazzjoni għar-raġunijiet li ġejjin:

L-ewwel nett, il-konsistenza fil-klassifikazzjoni madwar id-diversi Stati Membri għandha tiġi żgurata u timplika li IDR ma tistax tinqara b’mod iżolat.

It-tieni nett, li l-kategorizzazzjoni tal-MIP teħtieġ li tieħu kont tal-aspetti sistemiċi, inklużi l-effetti sekondarji u l-kuntest ġenerali (ara l-Artikolu 5(2) tar-Regolament 1176/2011 u l-Kompendju MIP, il-paġna 48). Tali evalwazzjoni hija bbażata fuq il-qari tal-pakkett sħiħ tal-IDRs u fuq informazzjoni rilevanti.

It-tielet nett, l-Artikolu 5(2) tar-Regolament 1176/2011 għandu jinkludi iżda mhuwiex limitat biss għall-elementi speċifikament stabbiliti fl-ewwel sentenza ta’ dik id-dispożizzjoni. Il-Kummissjoni hija obbligata tieħu inkunsiderazzjoni serje ta’ fatturi oħra li huma wkoll stabbiliti fl-Artikolu 5(2) (l-iżviluppi ekonomiċi fl-Unjoni u fiż-żona tal-euro; l-oriġini tal-iżbilanċi; iċ-ċirkostanzi ekonomiċi prevalenti; ir-rakkomandazzjonijiet jew l-istediniet tal-Kunsill taħt il-PST u s-Semestru Ewropew; l-intenzjonijiet politiċi tal-Istat Membru taħt rieżami). Barra minn hekk, l-għażla tal-koleġiżlaturi li jużaw fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 5(2), il-kelma “jinkludu” (u mhux, pereżempju “tikkonsisti”) turi li l-Kummissjoni hija awtorizzata li tieħu elementi oħra inkunsiderazzjoni. Ma hemm l-ebda rekwiżit li l-valutazzjoni tal-iżbilanċi f’ħin partikolari jikkunsidra biss informazzjoni inkluża fl-aħħar prodott IDR, hekk kif informazzjoni rilevanti tista’ tiġi inkluża f’dokumenti pubbliċi oħra (eż., kwistjonijiet preċedenti IDR, AMR, tbassir).

(a)

Fil-każ tal-Bulgarija, kien hemm aspett preventiv għal dawk il-kategorizzazzjonijiet, billi jiġi kkunsidrat l-Artikolu 2(1) tar-Regolament 1176/2011: “(…) l-iżviluppi li qed jaffettwaw negattivament jew għandhom il-potenzjali li jaffettwaw negattivament, it-funzjonament xieraq tal-ekonomija ta’ Stat Membru (…)” (il-korsiv tagħna). Jekk tittieħed (ċertu) azzjoni biex jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni, eżitu naturali u tajjeb ikun li r-riskju li lejh kien jipponta ma mmaterjalizzax, li huwa eżattament kif il-proċessi ta’ ħidma preventiva jaħdmu.

In-nuqqas li terġa’ tinkiseb il-fiduċja fis-sistema bankarja u jiġi kkontrollat l-irtirar tad-depożiti f’Ġunju 2014, kien jaggrava l-kriżi tal-likwidità u kien hemm riskju li din tinbidel fi kriżi ta’ solvenza. In-nuqqas tal-korp superviżorju li jiskopri problemi sinifikanti fir-raba’ l-akbar bank tal-pajjiż wera nuqqasijiet fil-prassi superviżorji tas-settur finanzjarju u fis-superviżjoni tar-riskju tal-konċentrazzjoni. Filwaqt li r-riskji immedjati kienu naqsu fl-2015, il-kawżi sottostanti ma kinux għadhom ġew indirizzati fiż-żmien tal-pubblikazzjoni tal-IDR. Il-kategorizzazzjoni tal-“iżbilanċi eċċessivi” kienet meqjusa meħtieġa biex tixpruna azzjoni deċiżiva mill-awtoritajiet sabiex jiġu indirizzati l-kawżi sottostanti tal-problemi u tnaqqas il-possibbiltà ta’ sitwazzjonijiet bħal dawn jerġgħu jitfaċċaw fil-futur.

Id-deterjorament fl-istabbiltà makrofinanzjarja ġenerali hija evidenzjata wkoll b’żieda b’mod qawwi fid-defiċit tal-baġit bħala riżultat tal-appoġġ tal-gvern lis-settur finanzjarju u anki taż-żieda ferm akbar fid-dejn tal-gvern biex jiżgura finanzjament għal miżuri ulterjuri possibbli għas-settur finanzjarju. Degradar ta’ klassifikazzjoni ta’ kreditu konsegwenti, tipikament assoċjat ma’ żieda fl-ispejjeż ta’ finanzjament, kienu konferma oħra tal-vulnerabbiltajiet u r-riskji sinifikanti.

L-istess konklużjoni ntlaħqet mill-FMI (l-Artikolu IV tar-rapport tal-persunal): In-nuqqas tal-Corporate Commercial Bank (KTB) fis-sajf li għadda kixef nuqqasijiet fl-oqfsa tas-sueperviżjoni u tal-ġestjoni tal-kriżijiet tal-Bulgarija, filwaqt li jenfasizza wkoll ir-rabta bejn ir-riskji finanzjarji u fiskali taħt tal-bord tal-munita. Azzjoni deċiżiva hija meħtieġa biex tittejjeb is-sorveljanza tas-settur finanzjarju u tiġi żgurata l-fiduċja fis-sistema bankarja.

(b)

Il-kategorizzazzjoni ta’ Franza fil-MIP kienet eskalata fl-2015 minħabba r-rispons ta’ politika mhux suffiċjenti. Kif indikat fl-IDR, li żied ir-riskji li jirriżultaw mid-deterjorament kemm fil-kompetittività tal-kostijiet kif ukoll mhux tal-kostijiet, flimkien ma’ profittabbiltà baxxa, u dejn għoli u li qed jogħla Franċiż, fil-kuntest ta’ tkabbir ekonomiku baxx u inflazzjoni baxxa.

Ir-riskju sistemiku għaż-żona tal-euro kien fattur ieħor li jwassal għar-rikategorizzazzjoni ta’ żbilanċi eċċessivi minħabba r-rabtiet kummerċjali u finanzjarji qawwija tal-ekonomija Franċiża ma’ Stati Membri oħra.

B’mod ġenerali, din id-deċiżjoni ma kinitx sempliċiment ibbażata fuq kunsiderazzjonijiet ta’ finanzi pubbliċi. Minflok, kienet tinvolvi valutazzjoni usa’ tal-prestazzjoni ekonomika u l-prospetti tal-pajjiż, l-azzjoni politika meħuda, u r-riskji għal ekonomiji oħrajn fiż-żona tal-euro.

(c)

Ir-riskji ma kinux dehru b’mod ċar minn Marzu sa Novembru 2016, u għalhekk ma kienx hemm għalfejn ta’ rieżami tal-valutazzjoni tal-IDR tal-2016 li r-Renju Unit ma kienx qed jiġi affettwat minn żbilanċi.

60

Iż-żmien tal-pubblikazzjoni tal-Komunikazzjoni chapeau ma għandu l-ebda rabta mal-konsistenza fil-kategorizzazzjoni tal-iżbilanċi mal-kontenut tal-IDRs.

61

Rigward it-titlu hawn fuq fil-paragrafu 61, il-Kummissjoni tenfasizza li l-proċess ta’ teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni hija bbażata fuq ammont kbir ta’ xogħol analitiku u tekniku mwettaq mis-servizzi tal-Kummissjoni. Il-Kulleġġ tal-Kummissarji u s-servizzi jaġixxu bħala entità sħiħa. Il-ħidma analitika u teknika hija parti integrali tad-deċiżjonijiet finali. Dan huwa kkonfermat mill-fatt li aktar minn 70 % tal-Istati Membri jikkunsidraw li l-klassifikazzjoni MIP hija “preċiża” jew “pjuttost preċiża” (ara l-figura f tal-istħarriġ tal-QEA fl-Anness VI).

Barra minn hekk, 94.7 % tal-Istati Membri jqisu li l-kwalità ġenerali CR/IDR hija mill-inqas fuq l-istess livell ma’rapporti tekniċi ppubblikati minn istituzzjonijiet internazzjonali oħrajn (l-FMI, l-OECD,…), filwaqt li 26.3 % iqisu li huwa saħansitra aħjar (ara l-figura u tal-istħarriġ tal-QEA fl-Anness VI). Ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-Kummissjoni kollha kemm hi u l-Kummissjoni hija l-parti awditjata tal-awditu.

Il-Kulleġġ tal-Kummissarji u s-servizzi jaġixxu bħala entità sħiħa. Il-Kummissarji jirċievu parir dirett mis-servizzi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom u indirettament minn servizzi oħra tal-Kummissjoni permezz ta’ Kummissarji oħra u l-uffiċċji privati rispettivi. Il-Kulleġġ jista’ jeżerċita l-prerogattiva tiegħu li ma jsegwix il-pariri tas-servizzi, peress li mhuwiex legalment obbligat li jsegwi tali pariri, u mhuwiex mitlub li jipprovdi ġustifikazzjonijiet.

Barra minn hekk, il-Kulleġġ jista’ jieħu elementi oħrajn inkunsiderazzjoni, minbarra servizzi ta’ konsulenza dwar il-kwistjoni speċifika, li f’xi każijiet jistgħu jsiru disponibbli biss wara li jsiru l-analiżijiet.

B’mod ġenerali, il-fatt li sentenza tiġi eżerċitata wkoll mill-Membri tal-Kummissjoni Ewropea u mhux biss mis-servizzi kkonċernati mhijiex neċessarjament indikazzjoni li l-proċeduri huma ppolitiċizzati iżda li l-Kummissarji u l-uffiċċji privati tagħhom jikkontribwixxu għall-evalwazzjoni tas-sustanza, li jikkumplimentaw il-valutazzjoni pprovduta mis-servizzi f’xi każijiet.

64

Il-Kummissjoni għamlet evalwazzjoni differenti. Fil-Komunikazzjoni tagħha ta’ Ottubru 2015 “Dwar passi lejn l-Ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja”, il-Kummissjoni ddikjarat li "il-Kummissjoni se tiżgura segwitu xieraq għall-identifikazzjoni ta’ żbilanċi eċċessivi. Dan jeħtieġ ġudizzju ekonomiku u impenn attiv mal-Istati Membri sabiex jiġu indirizzati l-isfidi speċifiċi tagħhom u tiġi żgurata s-sjieda tar-riformi domestiċi. Il-Kummissjoni se tistabbilixxi l-kategoriji, tiċċara l-kriterji li jiggwidaw id-deċiżjoni tagħha, u tispjega aħjar ir-rabta bejn in-natura tal-iżbilanċi u kif dawn jiġu indirizzati f’rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż. (…) Il-Proċedura ta’ Żbilanċ Eċċessiv tista’ tinfetaħ f’każ ta’ nuqqas ta’ impenn għar-riformi u n-nuqqas ta’ progress fl-implimentazzjoni, u se tintuża f’każ ta’ żbilanċi makroekonomiċi serji li jipperikolaw il-funzjonament xieraq tal-unjoni ekonomika u monetarja, bħal dawk li wasslu għall-kriżi. Il-Kummissjoni se tistieden ukoll involviment ikbar tal-Kunsill f’monitoraġġ speċifiku ta’ pajjiżi bi żbilanċi eċċessivi li għalihom il-Proċedura ta’ Żbilanċ Eċċessiv ma tkunx attivata.”3

Sa mill-pubblikazzjoni tal-Komunikazzjoni ta’ Ottubru 2015, il-Kummissjoni wettqet l-impenji li ħadet hemmhekk. L-implimentazzjoni tal-MIP saret aktar trasparenti, b’rikonoxximent mill-Istati Membri.

Is-severità tal-iżbilanċi naqas f’ħafna Stati Membri, li jiġġustifika n-nuqqas ta’ attivazzjoni tal-Proċedura ta’ Żbilanċ Eċċessiv sa mill-Komunikazzjoni ta’ Ottubru 2015.

66

Il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-MIP jirrispetta bis-sħiħ ir-regoli interni tal-Kummissjoni.

(a)

Din l-osservazzjoni ma tidhirx pertinenti għaliex mhijiex speċifika għall-MIP u m’hemm l-ebda relazzjoni bejn kwistjonijiet proċedurali osservati mill-QEA u l-mertu tad-deċiżjonijiet finali. Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet jinvolvu deliberazzjoni bejn diversi Kummissarji u l-uffiċċji tagħhom permezz tat-telefon u permezz ta’ laqgħat u mezzi oħra ta’ komunikazzjoni verbali. L-urġenza, is-sensittività politika u dik potenzjali tas-suq ma jiġġustifikawx traċċabbiltà iebsa ta’ minuti dettaljati ta’ kull diskussjoni bejn il-partijiet varji għal kull Stat Membru li għalih tkun saret IDR.

Ara wkoll it-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-paragrafi 61-62.

(b)

Ir-regoli ta’ proċedura jipprovdu li d-dokumenti għandhom jiġu ċċirkolati f’ċertu numru ta’ jiem qabel il-laqgħa tal-Kulleġġ li għandhom jiżguraw li l-Membri tal-Kummissjoni jistgħu jħejju kif jixraq u jipparteċipaw fit-teħid ta’ deċiżjonijiet. Dawn ir-regoli huma stabbiliti biss fl-interess tal-Membri tal-Kulleġġ. Dan ifisser li l-Membri jkunu jistgħu jirrinunzjaw fuq ir-rispett tal-iskadenza jekk iqisu li huma jistgħu jħejju f’perjodu iqsar ta’ żmien. Dan mhu xej ġdid u ċertament mhux bi ksur tar-regolamenti interni tal-Kummissjoni. Is-sottomissjoni tardiva ta’ kwalunkwe dokument bl-ebda mod ma taffettwa l-mertu jew il-validità tad-deċiżjoni.

(c)

Kriterji kkodifikati ex-ante dwar il-ftuħ ta’ Proċedura ta’ Żbilanċ Eċċessiv ma jkunux rakkomandabbli kif hi meħtieġa sentenza biex tqis li l-iżbilanċi makroekonomiċi huma multidimensjonali u fenomeni kumplessi filwaqt li jieħdu forom evoluttivi li jikkonċernaw firxa wiesgħa ta’ oqsma u strumenti ta’ politika. Huwa għalhekk li jinstab spazju għal sentenza, flimkien ma’ regoli, li jiġi inkluż fil-mekkaniżmi ta’ sorveljanza u r-raġuni għalfejn ir-Regolament 1176/2011 ma jikkodifikax id-definizzjoni ta’ żbilanċ jew żbilanċ eċċessiv.

68

L-amalgamazzjoni ta’ analiżijiet IDR u mhux IDR għenet biex jitnaqqsu d-duplikazzjonijiet li jistgħu jseħħu bejn IDR u Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal.

L-esperjenza tissuġġerixxi li IDR baqgħet identifikabbli fil-format attwali (anki bis-saħħa ta’ matriċi MIP u sommarju kapitolu IDR), u tirkib bejn IDR u l-partijiet eliminati fir-Rapport tal-Pajjiż mhux IDR.

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill (ECOFIN) dwar IDRs u l-implimentazzjoni tas-CSRs tal-2016 laqgħu l-analiżi integrata u saħqu fuq il-ħtieġa li l-analiżijiet IDR jibqgħu identifikabbli u trasparenti b’mod ċar fir-rapporti tal-pajjiżi.

74

Taqsima fir-rapport tal-pajjiż jipprovdi valutazzjoni ġenerali tas-sitwazzjoni attwali mal-analiżi ta’ prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi. L-analiżi fil-fond hija mwettqa f’taqsimiet tematiċi, u l-elementi kollha ta’ analiżi pertinenti mal-IDR huma indikati.

L-istħarriġ li sar mill-QEA fost membri tal-EPC juri li l-ebda wieħed mill-Membri intervistati jqisu l-IDR/CR bħala kamp ta' applikazzjoni limitat (Figura r fl-Anness VI) u lanqas IDR qasir wisq (Figura q fl-Anness VI).

L-ammont ottimali ta’ analiżi u t-tul li ħadet fl-IDR/CR għandu jitqies f’analiżi akkumulat, pereżempju ippubblikata fl-IDRs/CRs preċedenti u l-lakuni li fadal.

75

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 68.

80

L-IDRs huma marbuta li jkunu ffukati fuq l-iżbilanċi, li mhuwiex il-każ ta’ rapporti speċifiċi ta’ pajjiż oħrajn. Jinkludi l-identifikazzjoni tagħhom u wkoll l-infurmar dwar il-korrezzjoni tal-iżbilanċi identifikati aktar kmieni.

82

Approċċi ta’ mmudellar avvanzat li ġew segiwti għall-analiżijiet tal-effetti konsegwenzjali.

L-IDRs jkunu analizzati b’mod sistematiku minn effetti konsegwenzjali miż-żona tal-euro kbira tal-Istati Membri sa mill-2015, hekk kif effetti konsegwenzjali x’aktarx li se jkunu akbar fid-daqs jekk ġejjin minn ekonomiji kbar. Analiżijiet addizzjonali ta’ effetti konsegwenzjali ‘l ġewwa u ‘l barra huma inklużi fejn rilevanti, fuq il-bażi ta’ żviluppi attwali jew mistennija li jinvolvu possibbilment effetti transfruntiera importanti.

Huwa importanti li jkun rikonoxxut li ċerti tipi ta’ effetti konsegwenzjali (eż. effetti ta’ kontaġju permezz tal-fiduċja tas-suq finanzjarju) jista’ jinħoloq biss fuq il-bażi ta’ suppożizzjonijiet u konġetturi u jkollhom limitazzjonijiet.

L-analiżi ekonomika ppreżentata fl-IDRs hija bbażata wkoll fuq l-aħħar tbassir makroekonomiku, li, minħabba d-disinn tagħhom, jikkunsidraw il-kondizzjonijiet ġenerali tas-suq, inkluża l-possibbiltà ta’ kontaġju minn barra li jirrifletti l-kundizzjonijiet sovrani.

84

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 82.

85

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 82.

86

Il-politika fiskali hija mmonitorjata fil-qafas tal-PST. L-evoluzzjoni tad-dejn tal-gvern hija mmonitorjata wkoll fil-qafas tal-MIP, fl-IDRs, inkluż minn perspettiva li tħares ’il quddiem. Dak jinkludi pajjiżi fejn id-dejn pubbliku għoli huwa element li jikkontribwixxi għall-identifikazzjoni ta’ żbilanċi jew fejn it-tnaqqis ta’ defiċits fiskali jikkontribwixxu għall-korrezzjoni ta’ defiċits kbar fil-konti kurrenti identifikati bħala parti mill-iżbilanċi.

F’għadd ta’ Stati Membri b’dejn pubbliku kbir, l-implikazzjonijiet li jirriżultaw minn firxiet miżjuda fuq id-dejn tal-gvern ġew analizzati.

Fi Stati Membri li għandhom surplus fil-kont kurrenti, l-IDRs analizzaw ir-rabtiet bejn għadd ta’ miżuri fiskali u l-pożizzjoni esterna. Għal dawn, għadd ta’ miżuri CSRs ta’ natura fiskali li potenzjalment jikkontribwixxu għall-indirizzar ta’ surpluses pożittivi kbar ġew indikati bħala rilevanti għall-MIP.

Il-kaxxa 4

Ir-raba’ paragrafu: Il-kont kurrenti aġġustat ċiklikament, jiġifieri aġġustat għal differenzi fil-produzzjoni f’pajjiżhom u barra minn pajjiżhom u b’hekk jirrifletti t-tnaqqis fid-domanda domestika fi Spanja. Il-kont kurrenti aġġustat ċiklikament kif ikkalkulat mill-Kummissjoni laħaq -1.2 % tal-PDG fl-2014 (figura mill-2015) minn -9.2 % tal-PDG fl-2008, li jissuġġerixxi li ħafna mit-titjib huwa indipendenti minħabba pożizzjonijiet ċikliċi (IDR/CR 2015).

Il-ħames paragrafu: Fil-każ ta’ Franza, b’differenza mill-każ tal-Ġermanja, is-sors ewlieni ta’ riskji ta’ żbilanċi mhuwiex rifless fil-pożizzjoni esterna. Madankollu, il-konsolidazzjoni fiskali hija parti mill-analiżijiet MIP u Franza ġiet rakkomandata li tissikka l-politika fiskali tagħha wkoll bħala mezz ta’ bilanċjar mill-ġdid tas-settur estern tagħha.

87

Kaxxa 5 ma tappoġġax b’mod adegwat din l-osservazzjoni; ara t-tweġibiet għall-Kaxxa 5.

Il-kaxxa 5

L-ewwel vleġġa: Id-deċiżjonijiet tal-istatus tal-Kummissjoni 2013 MIP ġew ippreżentati u spjegati fil-Komunikazzjoni rilevanti ta’ April 2013: ir-riskji li jirriżultaw minn politiki dwar il-paga minima huma msemmija fil-qosor, iżda dan ma jinsabx fost ir-raġunijiet ewlenin (pp. 9–10).

L-ewwel punt: L-elastiċità tad-domanda għax-xogħol huwa parametru li tkun stabbli tul iż-żmien u ma għandux għalfejn jiġi stmat kull sena. Id-differenzi fir-riżultati jirriflettu wkoll suppożizzjonijiet differenti, jiġifieri n-nuqqas ta’ impatt fuq pagi ogħla mill-paga minima fil-każ tar-referenza ikkwotata.

It-tieni punt: Il-paga minima hija analizzata fl-IDR Sloven taħt it-titolu “Kompetittività u l-prestazzjoni tal-esportazzjoni” li tiċċara il-qofol tal-analiżi. L-IDR tiddikjara li “l-paga minima kienet imbuttata ‘l fuq sew mill-pagi bażiċi nnegozjati f’xi ftehimiet kollettivi settorjali, saħansitra għal kompiti li jeħtieġu edukazzjoni medja”.

It-tielet punt: Valutazzjonijiet analitiċi fl-IDRs huma speċifiċi għall-pajjiż. Il-kundizzjonijiet fis-Slovenja fl-2013 u fil-Bulgarija fl-2016 mhumiex strettament paragunabbli.

It-tieni vleġġa: Istituzzjonijiet internazzjonali oħra bħall-FMI jikkondividu l-analiżi tal-Kummissjoni li tirrigwarda l-pożizzjoni relattivament dgħajfa ta’ Banek tal-Istat, ara pereżempju l-Art. IV il-konklużjonijiet tas-17 ta’ Jannar 2014.

It-tielet vleġġa: L-analiżi turi li hemm differenza fil-qligħ fuq l-assi bejn iż-żewġ gruppi ta’ banek. Il-Kummissjoni mbagħad ikkonkludiet numru ta’ raġunijiet li setgħu wasslu għal dak ir-riżultat. Dan huwa kkumplimentat aktar tard fir-rapport b’analiżi tal-istatistika tal-kwalità, li juri li l-banek b’sjieda domestika jirrapportaw kwalità aħjar tal-assi.

90

M’hemmx argumenti ċari li jindikaw li ma kien hemm l-ebda titjib fil-kwalità tal-analiżi fl-AMR. Fil-fatt, maż-żmien l-AMR ġie imsaħħaħ permezz ta’ analiżi u informazzjoni addizzjonali.

Kważi 90 % tal-membri EPC sabu l-analiżi tal-AMR effettiva biex jiġu identifikati l-Istati Membri li jistgħu jkunu affettwati minn żbilanċi makroekonomiċi (tweġibiet għall-mistoqsija b tal-istħarriġ għal membri EPC kif inkluż fl-Anness VI ma’ dan ir-rapport) — li huwa l-għan tal-AMR.

91

L-għażla tal-ewwel sett tal-Istati Membri sabiex jiġu analizzati f’IDR kienet kompletament imħaddma permezz ta’ analiżi tal-AMR.

Il-prattika prudenzjali li għandhom jgħaddu minn IDR għal Stati Membri diġà identifikat bi żbilanċi għal evalwazzjoni tal-evoluzzjoni tal-iżbilanċi u l-korrezzjoni possibbli tagħhom timplika li maġġoranza ta’ IDRs kienu r-riżultat ta’ żbilanċi li diġà ġew identifikati.

Madankollu, l-AMR xorta kellu rwol fl-għażla tal-pajjiżi li għandhom jgħaddu minn IDR minkejja ma ġew identifikati l-ebda żbilanċi diġà.

Hekk kif in-numru ta’ Stati Membri identifikati bi żbilanċi jaqa’, id-deċiżjoni li tiftaħ IDRs tiddependi dejjem iżjed fuq l-analiżi tal-AMR.

Il-prattika prudenzjali ta’ ħruġ u IDRs għall-pajjiżi kollha li għalihom huma diġà identifikati żbilanċi mhijiex ikkontestata, peress li tevita r-riskju ta’ IDRs neqsin meta jkun meħtieġ. Din il-prattika, flimkien mal-evoluzzjoni li ħafna drabi tkun bil-mod tal-varjabbli ekonomiċi rilevanti li jirfdu l-iżbilanċi inevitabbilment twassal għal ċertu grad ta’ stabbiltà tas-sett ta’ pajjiżi magħżula għal IDRs; hija toħloq ukoll element ta’ konsistenza matul iż-żmien.

92

It-tabella ta’ valutazzjoni tal-MIP m’għandix l-għan prinċipali li tipprovdi sistema ta’ twissija bikrija. Dan iservi bħala tagħmir għall-iffiltrar biex jinstabu każijiet prima facie ta’ żbilanċi possibbli li jistħoqqilhom aktar investigazzjoni u jipprovdi l-possibbiltà ta’ traċċar tal-evoluzzjoni ta’ indikaturi li jissuġġerixxu l-bini ta’ riskji. L-għan huwa li jkun hemm kopertura wiesgħa ta’ riskji għall-istabbiltà makroekonomika pjuttost minn tbassir ta’ kriżijiet ta’ tip speċifiku ħafna.

It-tabella ta’ valutazzjoni hija miżmuma, aġġornata u modifikata mis-servizzi tal-Kummissjoni f’konsultazzjoni mal-Kunsill u l-Parlament. Il-ħidma teknika dwar it-tabella ta’ valutazzjoni hija mwettqa minn Kumitati tal-Kunsill, b’mod partikolari l-Kumitat għall-Politika Ekonomika tal-Kunsill ECOFIN u l-Grupp ta’ Ħidma LIME tiegħu.

  1. It-tabella ta' valutazzjoni AMR ma tużax dejta preliminari jew tbassir. L-istatistika stabbli hi disponibbli biss b’dewmien.
  2. Medja ta’ permessi li tnaqqas ir-riskju li l-qari ta’ xi indikaturi ikun jiddependi fuq varjazzjonijiet temporanji.
93

Teżisti tensjoni bejn il-varjabbli potenzjalment rilevanti kollha inklużi fit-tabella ta’ valutazzjoni u ż-żamma ta’ tabella ta' valutazzjoni parsimonjuża kif meħtieġ mir-Regolament 1176/2011.

L-inflazzjoni jkollha korrelazzjoni għolja ma’ varjabbli preżenti fit-tabella ta’ valutazzjoni, jiġifieri rata ta’ tkabbir fil-kostijiet ta’ unità lavorattivi u tibdil fil-prezzijiet reali tad-djar, u b’hekk ma żżidx informazzjoni addizzjonali.

Dejta ta’ self improduttiv fuq bażi komparabbli ma kinitx disponibbli sa dan l-aħħar (l-ewwel dejta pubblika ġiet rilaxxata mill-BĊE fl-2015).

94

L-inklużjoni ta’ dawk l-indikaturi jippermetti fehim aħjar tal-konsegwenzi soċjali tal-iżbilanċi, inkluż matul il-korrezzjoni tagħhom, biex b’hekk tgħin l-irfinar tal-MIP.

L-inklużjoni ta’ dawn il-varjabbli fit-tabella ta’ valutazzjoni ma tbiddilx il-fokus fuq l-MIP, li tibqa’ mmirata lejn il-prevenzjoni tal-emerġenza ta’ żbilanċi makroekonomiċi dannużi u l-iżgurar tal-korrezzjoni tagħhom.

95

In-numru ta’ indikaturi “jteptpu” mhuwiex l-element ewlieni li jixpruna analiżi tal-AMR. Skont ir-Regolament tal-MIP, il-qari tat-tabella ta’ valutazzjoni huwa mekkaniku u tiġi kkunsidrata l-informazzjoni rilevanti addizzjonali.

Ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 92.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

97

Ir-rieżami li ġej tal-applikazzjoni tal-MIP mill-Kummissjoni skont ir-Regolament 1176/2011 (Artikolu 16) ser jitwettaq fl-2019. Ir-riżultati tiegħu se jkunu pubbliċi u jiġu diskussi mal-Istati Membri u partijiet interessati oħra. Dan jikkostitwixxi wkoll l-aktar żmien propizju għal rieżami tal-qafas, li aħjar isir b’mod komprensiv, organiku u b’mod konsistenti bl-eżerċizzju ta’ segwitu sar-rieżami tal-2019. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri ser jittieħdu inkunsiderazzjoni kif xieraq. Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet għandha tqis ir-rieżami tal-MIP tal-2019, iżda ser tfittex li tibda l-implimentazzjoni ta’ xi miżuri diġà fiċ-ċiklu tal-2018/19, b’mod partikolari fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet 3.ii, 4, 5 u 6.

98

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 33.

99

Kull CSR tinkludi għadd ta’ rakkomandazzjonijiet, fosthom dawk bil-għan li jiġu indirizzati l-iżbilanċi. Skont il-kompożizzjoni attwali tas-CSRs f’termini ta’ miżuri speċifiċi rakkomandati, il-premessi fid-dokumenti legali li jirrapportaw dwar is-CSRs jindikaw li huma rilevanti għall-MIP. Kif spjegat fit-tweġiba għall-paragrafu 38, skont il-prattika stabbilita, is-CSRs indikati bħala rilevanti għall-MIP huma dawk li jinkludu kwalunkwe għadd ta’ miżuri indirizzati speċifikament lejn il-korrezzjoni tal-iżbilanċi identifikati għall-pajjiżi taħt is-sorveljanza tal-MIP.

CSRs indikati bħala rilevanti għall-MIP għandhom f’kull każ miżuri li jgħinu biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi. Kif spjegat fit-tweġiba għall-paragrafu 35, il-firxa ta’ miżuri bħal dawn xi kultant hija wiesgħa, u li dawk il-miżuri jistgħu jkollhom simultanjament impatt li jmur lil hinn mill-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi. Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet ir-rabta bejn il-miżuri u l-iżbilanċi hija inqas ċara f’xi każijiet.

100

Kemm hu xieraq il-perjodu ta’ żmien jista’ jiġi vvalutat biss kontra r-rekwiżiti eżatti tas-CSRs. Għandha tingħata kunsiderazzjoni debita wkoll għall-urġenza ta’ azzjoni biex tikkonforma ma’ MIP-CSRs biex jiġi evitat li l-iżbilanċi jevolvu fi kriżi serja jekk ma jiġux indirizzati.

101

Il-Kummissjoni mhux dejjem tikkwantifika sistematikament l-impatt ta’ CSRs għal għadd ta’ raġunijiet, b’mod partikolari: l-effetti tagħhom jiddependu wkoll fuq il-mod speċifiku kif l-Istati Membri jagħżlu li jimplimentaw u jikkonformaw mas-CSRs; ir-rabta bejn l-istrumenti politiċi u l-iżbilanċi tista’ tiġi affettwata minn diversi fatturi; xi CSRs mhumiex xierqa għal kwantifikazzjoni li jimplika li valutazzjoni bbażata biss fuq subsett ta’ miżuri li huma iktar faċli biex jiġu kkwantifikati se jipprovdu stampa żbilanċjata; valutazzjonijiet tal-impatt ex-ante eżawrjenti huma soġġetti għal inċertezza kbira u jiddependu fuq suppożizzjonijiet.

Rakkomandazzjoni 1
  1. Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni;

    CSRs diġà huma fformulati b’tali mod li jiġu indirizzati l-iżbilanċi identifikati. Jista’ jkun hemm lok biex issir rabta aktar ċara f’dokumenti tal-Kummissjoni

    CSRs jħallu grad ta’ diskrezzjoni lill-Istati Membri dwar kif għandhom jipproċedu sabiex jikkonformaw magħhom, sabiex tkun żgurata s-sjieda tal-miżuri u tar-riformi mill-Istati Membri. Mhuwiex ovvju li rakkomandazzjoni aktar dettaljata għandha impatt iktar qawwi fuq l-iżbilanċi.

  2. Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni;
  3. Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni;

    Kif mistqarr fit-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 44, il-Kummissjoni mhux dejjem tikkwantifika sistematikament l-impatt ta’ CSRs għal għadd ta’ raġunijiet, b’mod partikolari:

    • L-effetti ta’ miżuri jiddependu wkoll fuq il-mod speċifiku kif l-Istati Membri għażlu li jimplimentaw u jikkonformaw mas-CSRs għaliex huma jħallu fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri dwar kif għandhom jipproċedu sabiex jikkonformaw magħhom.
    • Ir-rabta bejn l-istrumenti politiċi u l-iżbilanċi jistgħu jiġu affettwati minn fatturi varji, b’mod li r-riżultati mhux dejjem jistgħu jiġu faċilment taħt il-kontroll ta’ dawk li jfasslu l-politika.
    • Valutazzjonijiet tal-impatt ex-ante eżawrjenti huma soġġetti għal inċertezza kbira u jiddependu fuq suppożizzjonijiet, inkluż dwar it-tibdil fl-imġiba minn atturi oħra u partijiet kkonċernati. Għall-istess raġuni rakkomandazzjonijiet minn istituzzjonijiet internazzjonali oħrajn komparabbli mhumiex sistematikament mirfuda minn kwantifikazzjonijiet ġodda.
    • Xi CSRs mhumiex xierqa għal kwantifikazzjoni, għax ma jkunux jistgħu jiġu mmudellati bħala bidla parametrika fil-mudelli disponibbli (il-gruppi ta’ riformi li jtejbu l-governanza). Għalhekk, valutazzjoni sħiħa tal-pakkett ta’ CSRs tirriskja li tkun mhux kompluta jew mhux bilanċjata hekk kif is-CSRs kollha ma jkunux jistgħu jiġu koperti iżda biss subsett li huma xierqa għal kwantifikazzjoni.

    Madankollu, xi kwantifikazzjonijiet ta’ miżuri possibbli ġew ippreżentati għal każijiet speċifiċi u l-Kummissjoni għandha l-għan li twettaq eżerċizzji bħal dawn kull fejn dan ikun possibbli.

  4. Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni, bil-fehim li l-iskadenzi standrad tas-Semestru Ewropew għall-implimentazzjoni tas-CSRs japplikaw, fejn possibbli, b’eċċezzjonijiet ġustifikati b’mod adegwat, għal każijiet fejn fil-ħin meta tinħareġ ir-rakkomandazzjoni diġà huwa ċar li l-iskadenzi standard mhux se jkunu realistiċi għal miżura speċifika.

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 97.

102

Il-konklużjonijiet dwar il-klassifikazzjonijiet ta’ żbilanċi jinsabu f’Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li takkumpanja l-IDRs, u hija bbażata fuq IDR. Il-klassifikazzjoni tal-MIP ta’ Stat Membru speċifiku tiġi ddeterminata prinċipalment minn analiżi IDR iżda hemm wkoll aspetti oħra li jridu jiġu kkunsidrati u li huma konsistenti mar-Regolament (UE) Nru 1176/2011:

  • Sabiex tiġi żgurata konsistenza bejn il-pajjiżi fil-valutazzjoni, il-konklużjonijiet tal-IDR iridu jqisu l-pakkett sħiħ tal-IDRs. Barra minn hekk, il-kategorizzazzjoni tal-MIP tieħu kont tal-aspetti sistemiċi (ara Kompendju, paġna 48). Tali evalwazzjoni hi neċessarjament bbażata fuq il-qari tal-pakkett sħiħ tal-IDRs.
  • L-Artikolu 5(2) tar-Regolament 1176/2011 jipprovdi li l-Kummissjoni fil-valutazzjoni tagħha tieħu inkunsiderazzjoni serje ta’ fatturi (l-iżviluppi ekonomiċi fl-Unjoni u fiż-żona tal-euro; l-oriġini tal-iżbilanċi; iċ-ċirkostanzi ekonomiċi prevalenti; ir-rakkomandazzjonijiet jew l-istediniet tal-Kunsill taħt il-PST u s-Semestru Ewropew; l-intenzjonijiet politiċi tal-Istat Membru taħt rieżami).
  • Ma hemm l-ebda rekwiżit li l-valutazzjoni tal-iżbilanċi fis-sena t tikkunsidra biss informazzjoni inkluża fl-IDR prodotta fil-ħin t, hekk kif informazzjoni rilevanti tista’ tiġi inkluża f’dokumenti pubbliċi oħra (eż., kwistjonijiet preċedenti IDR, AMR, tbassir).
  • Il-Kummissjoni tiddiskuti fuq l-IDR kif ukoll dwar aspetti oħra qabel ma tiddeċiedi dwar il-kategoriji.

Il-ħtieġa li jittieħed kont ta’ dawk l-aspetti, u b’mod partikolari fil-pakkett sħiħ ta’ IDRs, tiġġustifika prattika jew rappurtar tal-konklużjonijiet tal-IDR għal pajjiżi kollha MIP fil-Komunikazzjoni magħmula apposta.

103

Ir-Regolament tal-MIP jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-Kummissjoni kollha kemm hi. Ara wkoll it-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-paragrafi 61 u 66.

104

Kif mistqarr fit-tweġiba tal-Kummissjoni għall-Kaxxa 3, l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) 1176/2011 jistabbilixxi “regoli dettaljati għall-identifikazzjoni ta’ żbilanċi makroekonomiċi, kif ukoll il-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta’ żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fl-Unjoni”. Hekk kif il-premessa 9 tar-Regolament tagħmilha ċara, regoli speċifiċi stabbiliti għal dak l-għan huma stabbiliti sabiex “tkun supplimentata l-proċedura tas-sorveljanza multilaterali msemmija fil-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 121 tat-TFUE”.

F’dak l-isfond tal-għan tar-Regolament mhuwiex il-Parlament u l-Kunsill, bħala koleġiżlaturi fl-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni sekondarja fil-forma ta’ Regolament, biex ineħħu s-setgħa diskrezzjonarja miżmuma mill-Kummissjoni skont il-liġi primarja fil-forma tal-Artikolu 121(4) tat-TFUE.

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 ma toħloq l-ebda setgħa jew proċedura ġdida. Jiddefinixxi l-kundizzjonijiet taħt liema setgħa bbażata fuq it-Trattat (l-Artikolu 121(4) tat-TFUE jew il-proċedura ta’ sorveljanza multilaterali) għandha tiġi eżerċitata fi ħdan is-sitwazzjoni partikolari tal-MIP. Għalhekk il-Kummissjoni mhijiex marbuta li tiftaħ il-proċedura ladarba ċerti ċirkostanzi jitqajmu skont l-Artikolu 121(4) tat-TFUE tal-monopolju tal-inizjattiva tal-Kummissjoni, li t-Trattati b’xort’oħra jiggarantixxu, tibqa’ sħiħa. Il-Kummissjoni żżomm is-setgħa diskrezzjonali tagħha li tiftaħ jew li ma tiftaħx proċedura. Att ta’ leġiżlazzjoni sekondarja ma tistax iċċaħħad lill-Kummissjoni s-setgħa ta’ diskrezzjoni kif mfassla mit-Trattati. Il-premessa 22 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 — li tgħid li “jekk ikunu identifikati żbilanċi makroekonomiċi severi (…) għandha tinbeda proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv (…)” - għandu jinqara f’dan l-isfond. Dan ma jimponi l-ebda obbligu fuq il-Kummissjoni biex tippreżenta rakkomandazzjoni, iżda jesprimi x-xewqa politika tal-koleġiżlatur biex l-affarijiet isiru b’mod partikolari.

Rakkomandazzjoni 2
  1. Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni;
  2. Il-Kummissjoni ma taċċettax din ir-rakkomandazzjoni.

    Ir-raġunijiet għall-klassifikazzjoni tal-iżbilanċi huma ppubblikati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li takkumpanja l-IDRs u l-Kummissjoni taqbel li r-raġunijiet li wasslu għall-klassifikazzjoni eventwali tal-iżbilanċi għandhom ikunu ċari. Il-proċessi li ġew segwiti għall-analiżijiet tal-iżbilanċi huma diskussi regolarment mal-Istati Membri f’kumitati tal-Kunsill, u ġew ippubblikati fil-Kompendju riċenti tal-MIP.

    Il-Kummissjoni għamlet għad-dominju pubbliku numru ta’ prinċipji li huma segwiti fl-identifikazzjoni u l-valutazzjoni ta’ żbilanċi fil-Kompendju tal-MIP u tejbet it-trasparenza ta’ dik il-valutazzjoni fl-IDRs permezz ta’ matriċi għall-valutazzjoni tal-MIP.

    L-adozzjoni ta’ regoli ta’ deċiżjoni ex-ante għall-klassifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi mhijiex rakkomandabbli minħabba li dawn il-kwistjonijiet jeħtieġu ġudizzju minħabba li l-kwistjonijiet li għandhom jiġu analizzati huma multidimensjonali, kumplessi u li jevolvu fid-dawl tal-kuntest ekonomiku. B’mod konsistenti, ir-Regolament 1176/2011 ma jikkodifikax id-definizzjoni ta’ żbilanċ jew żbilanċ eċċessiv.

  3. Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni biex itejjeb il-komunikazzjoni dwar għaliex l-EIP mhuwiex irrakkomandat.

    Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 97.

  4. Il-Kummissjoni ma taċċettax din ir-rakkomandazzjoni.

Il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza li l-kriterji kodifikati dwar l-attivazzjoni tal-Proċedura ta’ Żbilanċ Eċċessiv ma jkunux rakkomandabbli bħala valutazzjoni sinifikanti tal-iżbilanċi u s-segwitu tagħhom jeħtieġ ġudizzju bħala żbilanċi makroekonomiċi jista’ jkollhom ħafna sorsi differenti, jieħdu l-forom li qed jevolvu u jirrigwardaw firxa wiesgħa ta’ oqsma u strumenti ta’ politika u jirrikjedu li jitqiesu lista twila ta’ elementi speċifiċi għall-pajjiż u bejn il-pajjiżi. L-introduzzjoni ta’ tali kriterji lanqas ma tikkonforma mal-ispirtu tar-Regolament 1176/2011, li ma jikkodifikax il-kunċett ta’ żbilanċ jew żbilanċ eċċessiv.

105

L-amalgamazzjoni ta’ analiżijiet IDR u mhux IDR għenet biex jitnaqqsu d-duplikazzjonijiet li jistgħu jseħħu bejn IDR u Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal. L-esperjenza tissuġġerixxi li IDR baqgħet identifikabbli fil-format attwali (anki bis-saħħa ta’ matriċi MIP u sommarju kapitolu IDR), u tirkib bejn IDR u l-partijiet eliminati fir-Rapport tal-Pajjiż mhux IDR.

106

Sakemm l-analiżi meħtieġa tal-iżbilanċi hija mwettqa u adegwatament artikolata u komunikata, is-separazzjoni jew l-integrazzjoni ta’ IDRs fir-rapport tal-pajjiż huwa immaterjali.

Rakkomandazzjoni 3
  1. Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni;

    Il-Kummissjoni taqbel li l-analiżijiet IDR jeħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jkunu żviluppati biżżejjed u artikolati biex jimlew lakuni analitiċi rilevanti.

    Il-Kummissjoni ma taqbilx li aktar żbilanċi severi neċessarjament jeħtieġu dokumenti analitiċi ta’ daqs akbar għaliex dan jiddependi wkoll fuq jekk lakuni analitiċi mtlew fl-analiżi preċedenti.

    Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li l-integrazzjoni tal-IDRs fir-rapporti tal-pajjiżi għenet biex jitnaqqas it-tirkib bla bżonn u ma timplikax anqas komunikazzjoni ċara mill-analiżijiet IDR.

  2. Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni li ma tippubblikax t-tabella ta’ valutazzjoni mal-IDR.

Il-pubblikazzjoni tal-varjabbli tat-tabella ta’ valutazzjoni speċifiċi għall-pajjiż fl-IDRs mhijiex meħtieġa mir-Regolament u r-rwol tat-tabella ta’ valutazzjoni huwa prinċipalment fl-għażla ta’ pajjiżi għal IDRs, mhux l-analiżi tal-IDR innifsha.

Il-Kummissjoni taċċetta informazzjoni fuq l-għoti ta’ aċċess għal settijiet ta’ dejta użati f’analiżijiet IDR.

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 97.

108

L-analiżijiet IDR jinkludu aspetti marbuta mal-finanzi pubbliċi. Is-sorveljanza MIP hi mwettqa b’kont meħud ta’ sorveljanza fil-kuntest tal-PST f’konformità mar-Regolament 1176/2011, u biex tiġi żgurata l-konsistenza. CSRs dwar il-finanzi pubbliċi fil-kuntest tal-PST ġew indikati bħala rilevanti għall-MIP għal Stati Membri fejn id-dejn pubbliku għoli huwa element li jikkontribwixxi għall-identifikazzjoni ta’ żbilanċi f’pajjiżi partikolari jew fejn it-tnaqqis ta’ defiċits fiskali jikkontribwixxi għall-korrezzjoni ta’ defiċits kbar fil-kont kurrenti identifikati bħala parti mill-iżbilanċi. F’pajjiżi li għandhom surpluses fil-kont kurrenti, l-IDRs analizzaw ir-rabtiet bejn għadd ta’ miżuri fiskali u l-pożizzjoni esterna. Għal dawk l-Istati Membri, għadd ta’ miżuri CSRs ta’ natura fiskali li potenzjalment jikkontribwixxu għall-indirizzar ta’ surpluses pożittivi kbar ġew indikati bħala rilevanti għall-MIP.

Rakkomandazzjoni 4

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

Il-Kummissjoni se tkompli timplimenta s-sorveljanza MIP b’kont meħud ta’ sorveljanza fil-kuntest tal-PST f’konformità mar-Regolament 1176/2011, u biex tiġi żgurata l-konsistenza bejn iż-żewġ proċessi.

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 97.

109

Approċċi ta’ mmudellar avvanzat li ġew segiwti għall-analiżijiet tal-effetti konsegwenzjali.

L-analiżi analizzat b’mod sistematiku effetti konsegwenzjali tal-pajjiżi kbar miż-żona tal-euro, hekk kif effetti konsegwenzjali x’aktarx se jkunu akbar fid-daqs jekk ġejjin minn ekonomiji kbar. Analiżijiet addizzjonali ta’ effetti konsegwenzjali ‘l ġewwa u ‘l barra huma inklużi fejn rilevanti, fuq il-bażi ta’ żviluppi attwali jew mistennija li jinvolvu possibbilment effetti transfruntiera importanti.

Huwa importanti li jkun rikonoxxut li ċerti tipi ta’ effetti konsegwenzjali (eż. effetti ta’ kontaġju permezz tal-fiduċja tas-suq finanzjarju) jista’ jinħoloq biss fuq il-bażi ta’ suppożizzjonijiet u konġetturi u jkollhom limitazzjonijiet.

Edizzjonijiet reċenti tal-AMR sistematikament ddiskutew id-dimensjoni taż-żona tal-euro tal-iżbilanċi. Il-konklużjonijiet tal-IDR jagħmlu referenza għal effetti konsegwenzjali u kunsiderazzjonijiet sistemiċi għal għadd ta’ Stati Membri.

110

Id-dikjarazzjoni li hemm inkonsistenzi bejn CSRs rilevanti għall-MIP u r-rakkomandazzjonijiet għaż-żona tal-euro tirriżulta mill-fatt għall-ħtieġa ta’ konsistenza bejn ir-rakkomandazzjonijiet għaż-żona tal-euro u CSRs rilevanti għall-MIP japplikaw biss għal pajjiżi li jirċievu CSRs li huma fl-istess ħin rilevanti għall-MIP u li għalihom hemm rakkomandazzjoni pertinenti għaż-żona tal-euro. Mhux ir-rakkomandazzjonijiet kollha taż-żona tal-euro ma huma rilevanti għall-MIP, peress li l-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom huwa usa’. Mhux l-Istati Membri kollha jirċievu r-rakkomandazzjonijiet marbuta mal-MIP, peress li xi Stati Membri ma jkunux taħt is-sorveljanza tal-MIP. Mhux l-Istati Membri kollha jirċievu rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi (CSRs) li ġejjin miż-żona tal-euro, jekk m’għandhomx sfidi sinifikanti jew ma jkollhomx għalfejn iwettqu politiki speċifiċi jew jekk hemm limitazzjonijiet li jiġġustifikaw li ma jkunux speċifiċi għall-pajjiż.

Rakkomandazzjoni 5
  1. Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni u tqis li diġà qiegħda timplimentaha.

    L-implimentazzjoni tal-MIP diġà tieħu inkunsiderazzjoni l-aspetti sistemiċi taż-żona tal-euro u l-kuntest ta’ riekwilibriju, u dawn il-kunsiderazzjonijiet kienu r-raġuni tal-klassifikazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet tal-iżbilanċi tal-MIP.

  2. Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni;

CSRs marbuta mal-MIP huma maħruġa biss lil pajjiżi identifikati bi żbilanċi. CSRs marbuta mal-MIP jeħtieġ li jkunu konsistenti mar-rakkomandazzjonijiet rilevanti pertinenti għall-MIP taż-żona tal-euro. CSRs marbuta mal-MIP jistgħu jinkludu miżuri fiskali, jekk meħtieġa biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi identifikati fl-Istat Membru kkonċernat. Il-MIP ma tistax tintuża biex tipprovdi rakkomandazzjonijiet fiskali erga omnes. Il-Kummissjoni tqies li l-konsistenza mar-rakkomandazzjoni taż-żona tal-euro dwar il-pożizzjoni fiskali hija xierqa biss jekk din tkun ġustifikata fuq il-bażi tal-iżbilanċi identifikati għall-Istat Membru kkonċernat.

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 97.

Rakkomandazzjoni 6

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni u diġà qiegħda timplimentaha.

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 97.

Abbrevjazzjonijiet u akronimi

AMR: Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija

BĊE: Bank Ċentrali Ewropew

CSR: Rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż

DĠ ECFIN: Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-Kummissjoni

DĠ EMPL: Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni tal-Kummissjoni

EDP: Proċedura ta’ defiċit eċċessiv

EIP: Proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv

FMI: Fond Monetarju Internazzjonali

IDR: Analiżi fil-fond

KPE: Kumitat tal-Politika Ekonomika tal-Kunsill tal-UE

MIP: Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku

OECD: Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi

PNR: Programm nazzjonali ta' riforma

PST: Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir

Glossarju

Kumitat tal-Politika Ekonomika (KPE): Korp konsultattiv għall-Kummissjoni u l-Kunsill, li ġie stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 74/122/KEE tat-18 ta’ Frar 1974. Il-KPE jikkontribwixxi għall-ħidma tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-UE. Huwa jinkludi żewġ delegati minn kull Stat Membru, tnejn mill-Kummissjoni u tnejn mill-BĊE.

Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST): Ftehim li jorbot lill-Istati Membri kollha tal-UE u li ilu fis-seħħ mill-1997 (b’riformi fl-2005 u fl-2011) rigward l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Maastricht li jindirizza is-sostenibbiltà tal-politiki fiskali tal-Istati Membri, essenzjalment billi jżomm id-defiċit u d-dejn pubbliċi f’livelli aċċettabbli.

Programm nazzjonali ta' riforma: Dokument li jinħareġ kull sena u li jippreżenta l-politiki u l-miżuri, tal-Istat Membru, għas-sostenn tat-tkabbir u tal-impjiegi u għall-ilħuq tal-miri ta' Ewropa 2020.

Semestru Ewropew: Iċ-ċiklu annwali ta’ koordinazzjoni ta’ politika ekonomika tal-UE. Is-Semestru jkopri politiki fiskali, kif iddeterminat mill-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, il-prevenzjoni ta’ bilanċi makroekonomiċi eċċessivi (taħt il-MIP) u riformi strutturali fil-kuntest tal-istrateġija Ewropa 2020. Dan jirriżulta f’rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li jingħataw lill-Istati Membri.

Strateġija Ewropa 2020: L-aġenda tal-UE għat-tkabbir u l-impjiegi għad-deċennju attwali. L-istrateġija tidentifika ħames miri ewlenin, li huma espressi permezz ta’ seba’ inizjattivi emblematiċi. Il-gvernijiet tal-UE ssettjaw miri nazzjonali biex jgħinu fl-ilħuq tal-miri kumplessivi tal-UE, u jirrappurtaw dwarhom fil-programmi nazzjonali ta’ riforma (PNR) tagħhom.

Noti finali

1 L-Artikoli 121 u 148 tat-TFUE.

2 Sett ta’ ħames regolamenti tal-UE u direttiva li daħlu fis-seħħ fit-13 ta’ Diċembru 2011. Tliet regolamenti jirrigwardaw is-sorveljanza baġitarja u fiskali mtejba, filwaqt li d-direttiva għandha l-għan li tarmonizza l-oqfsa fiskali fl-Istati Membri. L-aħħar żewġ regolamenti jirrigwardaw proċeduri għall-MIP u l-infurzar ta’ azzjonijiet korrettivi.

3 Ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25).

4 Għal definizzjoni ta’ riperkussjoni, ara n-Nota 30 f’qiegħ il-paġna.

5 Il-Premessa 20 tar-Regolament dwar il-MIP.

6 Il-Kummissjoni tieħu kont ukoll ta’ 28 indikatur awżiljarju bħala sors ta’ informazzjoni komplementari (http://ec.europa.eu/eurostat/cache/Imbalance_Scoreboard/MIPs_AUX_EN_banner.html).

7 Ara r-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar miżuri ta’ infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 8).

8 L-analiżi li wettaqna ntemmet bil-pubblikazzjoni tal-IDRs fi Frar 2017, u għalhekk ma koprietx is-CSRs għall-2017.

9 Ara l-Anness IV għal spjegazzjoni tal-metodoloġija ta’ kampjunar tagħna.

10 Il-klassifikazzjoni għall-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tas-CSRs hija ppreżentata fl-Anness V. L-istħarriġ li wettaqna tal-Membri tal-KPE (ara l-paragrafu 24) wera li huma qiesu l-valutazzjonijiet mill-Kummissjoni bħala li kienu b’mod ġenerali preċiżi (ara l-Figura o fl-Anness VI).

11 Ir-Rapport Speċjali Nru 10/2016 “Jeħtieġ li jsir aktar titjib biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv” (http://eca.europa.eu).

12 Minn Mejju 2013 sa Marzu 2016, Ċipru kien suġġett għal programm ta' aġġustament ekonomiku.

13 L-Artikolu 13(1) u (2).

14 L-analiżi fil-fond “Implementation of the Macroeconomic Imbalance Procedure – state-of-play (June 2017)” (Implimentazzjoni tal-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku – is-sitwazzjoni attwali (Ġunju 2017)) - PE 497.739.

15 Il-Kummissjoni tiddefinixxi l-kategorija “xi progress” fil-klassifikazzjoni għall-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tas-CSRs bħala “l-Istat Membru jkun ħabbar jew adotta miżuri biex jindirizza s-CSR. Dawn il-miżuri jkunu promettenti, iżda mhux kollha kemm jkunu ġew implimentati għad u l-implimentazzjoni ma tkunx ċerta fil-każijiet kollha.” Dan il-livell ta’ implimentazzjoni mhux dejjem jista’ jitqies bħala tnaqqis ta’ żbilanċi bi probabbiltà raġonevoli.

16 Id-Dokument Istituzzjonali 039 tal-Kummissjoni Ewropea, Novembru 2016, “The Macroeconomic Imbalance Procedure – Rationale, Process, Application: A Compendium” (Il-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku – Prinċipji ġustifikattivi, Proċess, Applikazzjoni: Kompendju), p. 50.

17 Il-QEA hija tal-fehma li l-proċess loġiku jkun jibda mill-identifikazzjoni tal-iżbilanċi u mbagħad jgħaddi għall-kunsiderazzjoni tal-possibbiltajiet ta’ politika (inklużi l-istimi tal-effetti) u jibqa’ sejjer sal-ispeċifikazzjoni tas-CSRs.

18 COM(2015) 600 final tal-21 ta’ Ottubru 2015 “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Bank Ċentrali Ewropew dwar passi lejn l-Ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja”, p. 9.

19 Ir-rapport għall-pajjiż li sar fl-2015 għal Spanja (p. 59) josserva li, peress li l-effetti ta’ konnessjonijiet ’il quddiem kienu relattivament kbar, l-effett ta’ moderazzjoni tal-prezzijiet permezz ta’ kompressjoni tal-marġni tal-profitt, ta’ riforma għat-titjib tal-kompetizzjoni fis-servizzi professjonali, x’aktarx li jkun ta’ benefiċċju għall-bqija tal-ekonomija, u r-rapport jirreferi għal studju mwettaq mill-Kummissjoni (“The Economic Impact of Professional Services Liberalisation” (L-Impatt Ekonomiku tal-Liberalizzazzjoni tas-Servizzi Professjonali), European Economy, Economic Papers 533, Settembru 2014) dwar l-effetti ta’ ostakli regolatorji f’erba’ professjonijiet fl-UE mill-2008 sal-2011.

20 Fl-ewwel “Review of progress on policy measures relevant for the correction of macroeconomic imbalances” (Analiżi tal-progress fir-rigward tal-miżuri ta’ politika rilevanti għall-korrezzjoni ta’ żbilanċi makroekonomiċi) tagħha għal Franza fl-2014, il-Kummissjoni tirrakkonta s-sejbiet ta’ studju tal-2014 imwettaq mill-OECD dwar l-effetti ta’ riformi mwettqa u mħabbra mill-Gvern Franċiż mill-2012 'il hawn.

21 Il-Kummissjoni użat mudell makroekonomiku (Quest) biex tistma kif ir-riformi strutturali fi Stat Membru partikolari jkunu jaffettwaw it-tkabbir jekk l-Istat Membru jċekken in-nuqqas bil-medja tat-tliet l-aħjar prestaturi tal-UE fir-rigward tal-indikaturi ekonomiċi ewlenin.

22 Il-pożizzjoni fiskali hija stima tal-impuls volontarju kkawżat mill-politika fiskali.

23 COM(2016) 727 tas-6 ta’ Novembru 2016.

24 “Nikkompletaw l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa”, rapport minn Jean-Claude Juncker f'kooperazzjoni mill-qrib ma’ Donald Tusk, Jeroen Dijsselbloem, Mario Draghi u Martin Schulz, Ġunju 2015, p. 8: “Il-fergħa korrettiva [tal-MIP] għandha tintuża b’mod deċiżiv. Għandha tiskatta hekk malli jiġu identifikati żbilanċi eċċessivi u tintuża biex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni (tar-riformi).”

25 Il-BĊE, Bulletin Ekonomiku, il-Ħarġa Nru 2, Marzu 2017, il-Kaxxa 7, p. 63. Għal dikjarazzjonijiet oħra ara l-Bulletin Ekonomiku, il-Ħarġa Nru 2, Marzu 2015, il-Kaxxa 5, p. 48 u l-Bulletin Ekonomiku, il-Ħarġa Nru 2, Marzu 2016, il-Kaxxa 8, p. 57.

26 The Macroeconomic Imbalance Procedure – Rationale, Process, Application: a Compendium (Il-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku – Prinċipji ġustifikattivi, Proċess, Applikazzjoni: Kompendju), il-Kaxxa 3.1, p. 34.

27 Id-Dokument Okkażjonali Nru 228, Macroeconomic Imbalances - Main findings of the in-depth reviews 2015 (Żbilanċi makroekonomiċi - Sejbiet prinċipali tal-analiżijiet fil-fond għall-2015).

28 L-Artikolu 5(2) tar-Regolament dwar il-MIP.

29 Il-Kummissjoni żviluppat għadd ta’ tekniki ta’ valutazzjoni ekonomika li huma rilevanti. Pereżempju, dawn jinkludu valutazzjonijiet tal-iżviluppi tal-pagi transnazzjonali kif ukoll valutazzjonijiet tal-flussi finanzjarji.

30 Riperkussjoni hija żvilupp fi Stat Membru wieħed li għandu impatt fuq l-ekonomiji ta’ Stat Membru ieħor jew aktar. Riperkussjoni 'l ġewwa tirreferi għall-impatt fuq Stat Membru partikolari minn Stat Membru ieħor jew oħrajn. Riperkussjoni 'l barra tirreferi għall-impatt minn Stat Membru partikolari fuq Stat Membru ieħor jew oħrajn.

31 Kontaġju sovran huwa meta movimenti negattivi, fl-ispejjeż tas-self ta’ pajjiż, iseħħu b’mod korrelatat ma’ dawk ta’ pajjiż ieħor.

32 Firxa tad-dejn sovran hija d-differenza fil-punti perċentwali li pajjiż jiffaċċja fl-ispejjeż tas-self tiegħu meta mqabbel ma’ punt ta’ riferiment. Fiż-żona tal-euro, normalment il-punt ta’ riferiment huwa r-rata tal-imgħax fuq is-self li tintuża mill-Gvern Ġermaniż.

33 SWD(2017) 71 final “Country report - Germany 2017 - including an in-depth review on the prevention and correction of macroeconomic imbalances” (Rapport għall-pajjiż - Il-Ġermanja 2017 - inkluża analiżi fil-fond dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi), il-Kaxxa 3.1, p. 18.

34 Id-Dokument ta’ Ħidma Nru 3/2010 tal-IMAD “Estimation of the Impact of the Minimum Wage Rise in Slovenia” (Stima tal-impatt taż-Żieda fil-Paga Minima fis-Slovenja).

35 Il-Bank tas-Slovenja, “Price Stability Report” (Rapport dwar l-Istabbiltà tal-Prezzijiet), April 2010, il-Kaxxa 2.2.

36 L-OECD, “Connecting people with jobs: The labour market, activation policies and disadvantaged workers in Slovenia” (Nikkollegaw lin-nies mal-impjiegi: Is-suq tax-xogħol, politiki ta’ attivazzjoni u ħaddiema żvantaġġati fis-Slovenja), 2016, p. 52.

37 Madankollu, aħna nilqgħu b’interess iż-żieda ta’ kaxxa li ġġib it-titlu “Id-dimensjoni taż-żona tal-euro ta’ żbilanċi makroekonomiċi” fl-AMRs 2016 u 2017.

38 Ir-rata tal-attività, ir-rata tal-qgħad fit-tul u r-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ.

39 Għall-qgħad, l-IDRs jirreferu għat-tabelli “Indikaturi ekonomiċi, finanzjarji u soċjali ewlenin” (li ilhom preżenti fl-IDR mill-2014) u “Indikaturi tas-suq tax-xogħol u dawk soċjali” (mill-2015 'il hawn); għall-kont kurrenti huma jirreferu għal dettalji speċifiċi għas-sena preċedenti. L-analiżi IDR tas-settur finanzjarju tuża firxa wiesgħa ta’ varjabbli addizzjonali (eż. rati tad-depożiti, xejra u differenzjal tal-kundizzjonijiet ta’ self, marġni tal-imgħax nett, profittabbiltà tal-banek).

 

1 COM(2015) 600 finali tal-21 ta’ Ottubru 2015 ‘KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, U LILL-BANK ĊENTRALI EWROPEW ‘Dwar passi lejn l-Ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja’.

2 ‘Il-Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku. Ir-Raġunament, il-Proċess, l-Applikazzjoni: Kompendju” (il-Kummissjoni Ewropea, 2016).

3 COM(2015) 600 finali tal-21 ta’ Ottubru 2015 ‘KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, U LILL-BANK ĊENTRALI EWROPEW Dwar passi lejn l-Ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja’.

Avveniment Data
Adozzjoni tal-APM / Bidu tal-awditu 31.5.2016
L-abbozz tar-rapport jintbagħat uffiċjalment lill-Kummissjoni (jew lil parti awditjata oħra) 28.9.2017
Adozzjoni tar-rapport finali wara l-proċedura kontradittorja 28.11.2017
Ir-risposti uffiċjali tal-Kummissjoni (jew ta’ parti awditjata oħra) riċevuti bil-lingwi kollha 15.12.2017

Tim tal-awditjar

Ir-rapporti speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditi tal-prestazzjoni u tal-konformità tagħha f'dak li jirrigwarda oqsma baġitarji jew suġġetti ta' ġestjoni speċifiċi. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar biex timmassimizza l-impatt tagħhom billi tqis ir-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta' introjtu jew ta' nfiq involut, l-iżviluppi li jkunu għad iridu jseħħu u l-interess politiku u pubbliku.

Dan ir-rapport twettaq mill-Awla IV tal-Awditjar, li hija mmexxija minn Baudilio Tomé Muguruza, Membru tal-QEA, u li tiffoka fuq l-oqsma ta’ regolamentazzjoni tas-swieq u ekonomija kompetittiva. L-awditu tmexxa mill-Membru tal-QEA Neven Mates. Fit-tħejjija tar-rapport, huwa ngħata appoġġ minn Georgios Karakatsanis, Kap tal-kabinett u Marko Mrkalj, Attaché; Zacharias Kolias, Direttur; u Giuseppe Diana, Kap tal-kompitu. It-tim tal-awditjar kien magħmul minn Stefano Sturaro, Shane Enright, Maëlle Bourque u Katia Mesonero-Herrera.

Mix-xellug għal-lemin: Maëlle Bourque, Giuseppe Diana, Stefano Sturaro, Neven Mates, Marko Mrkalj, Shane Enright, Zacharias Kolias, Georgios Karakatsanis.

Kuntatt

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors

Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).

Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2018

PDF ISBN 978-92-872-8846-2 ISSN 1977-5741 doi:10.2865/320184 QJ-AB-17-023-MT-N
HTML ISBN 978-92-872-8839-4 ISSN 1977-5741 doi:10.2865/729849 QJ-AB-17-023-MT-Q

© L-Unjoni Ewropea, 2018

Għal kull użu jew riproduzzjoni ta’ ritratti jew materjal ieħor li ma jaqax taħt id-drittijiet tal-awtur tal-Unjoni Ewropea, irid jintalab il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.

KIF TIKKUNTATTJA LILL-UE

Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f’dan is-sit: https://europa.eu/european-union/contact_mt

Bit-telefown jew bil-posta elettronika
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:

  • bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
  • fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew
  • bil-posta elettronika permezz: https://europa.eu/european-union/contact_mt

KIF ISSIB TAGĦRIF DWAR L-UE

Onlajn
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: http://europa.eu

Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tniżżel mill-internet jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li xi wħud minnhom huma bla ħlas u xi oħrajn bil-ħlas, mill-EU Bookshop fl-indirizz li ġej: http://bookshop.europa.eu. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tal-informazzjoni lokali tiegħek (ara http://europa.eu/contact).

Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1951 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: http://eur-lex.europa.eu

Dejta Miftuħa mill-UE
Il-portal tad-Dejta Miftuħa mill-UE (http://data.europa.eu/euodp/mt/data) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-dejta mill-UE. Id-dejta tista’ titniżżel mill-internet u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.