
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal: Wasal iż-żmien biex il-proċess tal-għażla jiġi adattat għall-ħtiġijiet ta’ reklutaġġ li qed jinbidlu
Dwar ir-rapport:
Il-kompetizzjonijiet li jiġu organizzati mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) huma l-bieb għal karriera fis-servizz pubbliku tal-UE. Fi żmien ta’ tibdil fil-ħtiġijiet ta’ reklutaġġ u ta’ tnaqqis fil-livelli tal-persunal, l-istituzzjonijiet tal-UE bdew jiddubitaw mill-adatezza kontinwa tagħhom għall-għażla ta’ persunal ġdid. Aħna sibna li l-kompetizzjonijiet li tmexxew mill-EPSO ippermettew, b’mod ġenerali, li l-istituzzjonijiet jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom għal rekluti bi profili ta’ tip ġenerali, iżda dawn urew li kienu inqas effiċjenti u effettivi biex jiġu rrekulatati kandidati speċjalizzati. Aħna nagħmlu għadd ta’ rakkomandazzjonijiet biex insaħħu l-proċess tal-għażla, nintroduċu qafas ta’ għażla ġdid għall-kandidati speċjalizzati u ntejbu l-kapaċità tal-EPSO biex jaddatta għall-ambjent attwali li qed jinbidel malajr.
Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.
Sommarju eżekuttiv
IKull sena, l-istituzzjonijiet tal-UE jirreklutaw madwar 1 000 membru tal-persunal permanenti ġdid għal karrieri fuq terminu twil, minn aktar minn 50 000 applikant. Dawn il-membri tal-persunal ġodda jintgħażlu minn fost il-kandidati li jgħaddu minn kompetizzjonijiet miftuħa li jitmexxew mill-EPSO, l-uffiċċju tas-selezzjoni tal-persunal tas-servizz pubbliku tal-UE, f’kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet tal-UE.
IIL-EPSO huwa responsabbli biex jattira u jagħżel kandidati adatti f’għedud suffiċjenti biex l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ reklutaġġ tagħhom. L-EPSO jmexxi żewġ tipi prinċipali ta’ kompetizzjonijiet: kompetizzjonijiet kbar għal pożizzjonijiet fil-livell tad-dħul għal kandidati li jkollhom profili ta’ tip ġenerali, bħal amministraturi pubbliċi, avukati, ekonomisti, tradutturi u assistenti segretarjali, u kompetizzjonijiet iżgħar għal kandidati li jkollhom profili u esperjenza li jkunu aktar speċifiċi. Il-proċess tal-għażla għandu tliet fażijiet: l-ippjanar tal-kompetizzjonijiet għas-sena ta’ wara, il-valutazzjoni tal-kandidati f’kull kompetizzjoni permezz ta’ serje ta’ testijiet, u l-pubblikazzjoni tal-listi finali ta’ kandidati minn kull kompetizzjoni, li jkunu għaddew.
IIIIl-proċess tal-għażla bbażat fuq il-kompetizzjoni tal-EPSO ilu għaddej, fil-forma attwali tiegħu, mill-2012. Il-każ rigward ir-reġim lingwistiku li taħtu ġew organizzati l-kompetizzjonijiet tressaq quddiem, u l-istituzzjonijiet tal-UE bdew jiddubitaw mill-effettività tal-proċedura ta’ selezzjoni. F’dan il-kuntest, fit-tieni nofs tal-2019, il-Bord tat-Tmexxija tal-EPSO nieda grupp ta’ riflessjoni interistituzzjonali dwar il-proċess tal-għażla. Ir-rapport tagħna jipprovdi analiżi ulterjuri, konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet li huma ta’ rilevanza għal aġġornament sinifikanti possibbli tal-proċess tal-għażla.
IVL-objettiv tal-awditu tagħna kien li jiġi vvalutat jekk il-proċess tal-għażla tal-EPSO ppermettiex lill-istituzzjonijiet tal-UE li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ reklutaġġ tagħhom għal kull tip ta’ persunal. B’mod partikolari, aħna eżaminajna jekk il-proċess tal-għażla tal-EPSO:
- ġiex ippjanat b’mod adegwat biex jieħu kont tal-ħtiġijiet ta’ reklutaġġ li l-istituzzjonijiet tal-UE jkollhom;
- kienx akkumpanjat minn komunikazzjonijiet effettivi biex jattira ammont suffiċjenti ta’ kandidati;
- ipprovdiex kandidati li għaddew li kienu adatti għall-impjiegi offruti mill-istituzzjonijiet;
- tmexxiex b’mod f’waqtu;
- tmexxiex b’mod li l-ispejjeż ġew minimizzati.
L-awditu ffoka fuq l-attivitajiet tal-EPSO fil-perjodu 2012-2018. Aħna rrieżaminajna l-informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-EPSO; intervistajna membri tal-persunal mill-EPSO u mis-servizzi tar-riżorsi umani f’xi wħud mill-istituzzjonijiet tal-UE; irrieżaminajna kampjun ta’ kompetizzjonijiet miftuħa biex nanalizzaw l-ispejjeż kif ukoll id-durata tagħhom; u wettaqna stħarriġ għall-maniġers f’xi wħud mill-istituzzjonijiet tal-UE.
VIAħna kkonkludejna li l-kompetizzjonijiet kbar li tmexxew mill-EPSO ppermettew, b’mod ġenerali, li l-istituzzjonijiet jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ reklutaġġ tagħhom għal kandidati li kellhom profili ta’ tip ġenerali, matul il-perjodu inkwistjoni. Madankollu, irriżulta li l-proċess kien inqas effiċjenti u effettiv biex jissodisfa l-ħtieġa inqas importanti, iżda li dejjem qed tiżdied tal-istituzzjonijiet, li jirreklutaw kandidati speċjalizzati.
VIIAħna sibna li l-proċess tal-għażla huwa, b’mod ġenerali, effettiv għall-kompetizzjonijiet fuq skala kbira, għar-raġunijiet li ġejjin: l-ippjanar huwa adatt għal dawn il-kompetizzjonijiet; l-EPSO jirnexxilu jattira għadd kbir ta’ kandidati u jippromwovi l-marka “Karrieri mal-UE”, prinċipalment fi Brussell; minkejja għadd ta’ dgħufijiet fil-proċess tal-għażla, il-kwalità kumplessiva tal-kandidati li jgħaddu hija għolja; fis-snin meta l-għadd ta’ kandidati li jgħaddu huwa l-ogħla, l-ispejjeż għall-kompetizzjonijiet huma baxxi; u l-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet regolari mmirati lejn kandidati li għandhom profili ta’ tip ġenerali għenet biex tiġi żgurata disponibbiltà adegwata ta’ rekluti potenzjali.
VIIIAħna sibna wkoll li l-proċess tal-għażla mhuwiex adattat għal kompetizzjonijiet immirati u fuq skala żgħira, li huma dawk l-aktar adatti għall-ħtiġijiet ta’ reklutaġġ attwali tal-istituzzjonijiet tal-UE: l-ippjanar ta’ dawn il-kompetizzjonijiet mhuwiex affidabbli, u jseħħ kmieni wisq biex ikun preċiż; l-EPSO ma jimmirax, b’mod konsistenti, il-komunikazzjonijiet tiegħu b’tali mod biex jattira kandidati adatti għal kompetizzjonijiet speċjalizzati; il-kandidati li jkollhom profili ta’ tip speċjalizzat ħafna jirriskjaw li jiġu eliminati kmieni fil-proċess tal-għażla; meta jkun meħtieġ għadd żgħir biss ta’ persunal speċjalizzat, l-ispejjeż għall-kompetizzjonijiet hija ogħla mill-proċeduri ta’ selezzjoni alternattivi proprji tal-istituzzjonijiet; u kompetizzjonijiet speċjalizzati huma inqas adatti biex jissodisfaw ħtiġijiet urġenti ta’ reklutaġġ milli l-proċeduri proprji tal-istituzzjonijiet.
IXAbbażi tal-osservazzjonijiet tagħna, aħna nirrakkomandaw li:
- jissaħħu l-aspetti ewlenin tal-proċess tal-għażla, u b’mod partikolari jitkejjel is-sodisfazzjon tal-istituzzjonijiet, jiġu indirizzati l-problemi kontinwi tar-reġim lingwistiku, u l-koordinazzjoni bejn l-EPSO u l-istituzzjonijiet;
- jiġi introdott qafas ta’ għażla ġdid għall-kompetizzjonijiet speċjalizzati;
- titjieb il-kapaċità tal-EPSO biex jadatta għal ambjent ta’ reklutaġġ li qed jinbidel malajr, billi jiġi introdott mekkaniżmu għal rieżaminar regolari tal-proċess tal-għażla tiegħu.
Introduzzjoni
01Kull sena, l-istituzzjonijiet tal-UE jirreklutaw madwar 1 000 membru tal-persunal permanenti ġdid (uffiċjali) għal karrieri fuq terminu twil, minn fost aktar minn 50 000 applikant. Dawn il-membri tal-persunal ġodda jintgħażlu mill-kandidati li jkunu għaddew ("kandidati li rnexxew") minn kompetizzjonijiet miftuħa. Il-kwalità tal-output tal-proċess tal-għażla tiddetermina l-kwalità tal-uffiċjali rreklutati, li spiss il-karriera kollha tagħhom tkun fl-istituzzjonijiet tal-UE.
02Mill-2003 ’l hawn, dawn il-kompetizzjonijiet ġew organizzati mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO), f’kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet. Ir-rwol tal-EPSO huwa li jgħin lill-istituzzjonijiet tal-UE billi jipprovdi proċeduri ta’ selezzjoni ta’ kwalità għolja, effiċjenti u effettivi li jippermettulhom li jirreklutaw il-persuna adatta, għall-impjieg xieraq, fil-ħin opportun1. L-EPSO huwa responsabbli biex jattira – permezz ta’ xogħol xieraq ta’ komunikazzjoni – u jagħżel kandidati adatti f’għedud suffiċjenti biex l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ reklutaġġ tagħhom fuq terminu twil. Dawn il-membri l-ġodda tal-persunal jistgħu jinqasmu fi tliet kategoriji: persunal ġenerali (amministraturi pubbliċi, avukati, ekonomisti, eċċ. kif ukoll assistenti segretarjali), lingwisti (tradutturi) u persunal speċjalizzat (esperti tal-IT, xjentisti, eċċ.).
03Il-kompetizzjonijiet ġenerali, li għandhom l-għan li jirreklutaw persunal ġenerali u lingwisti, jattiraw għexieren ta’ eluf ta’ kandidati, u xi lingwi jistgħu jattiraw sa 2 000 applikant għal pożizzjoni ta’ traduttur; dawn il-kompetizzjonijiet jistgħu jkollhom listi ta’ riżerva fejn l-ammont ta’ kandidati li jirnexxu jilħaq il-200; u huma ta’ natura interistituzzjonali. F’dan ir-rapport, aħna nirreferu għalihom bħala kompetizzjonijiet kbar. Il-kompetizzjonijiet speċjalizzati (madwar 42 % tal-kandidati li rnexxew, identifikati bejn l-2012 u l-2018) huma aktar immirati, inqas ta’ spiss ta’ natura interistituzzjonali, u l-għadd ta’ applikanti għal kull qasam huwa aktar limitat.
04L-EPSO huwa uffiċċju interistituzzjonali li jipprovdi servizzi ta’ selezzjoni ta’ persunal għall-istituzzjonijiet kollha tal-UE. Fl-istess ħin, amministrattivament huwa marbut mal-Kummissjoni Ewropea. Il-Bord tat-Tmexxija tal-EPSO huwa l-ogħla korp deċiżjonali tiegħu. Il-membri tiegħu huma d-direttur tal-EPSO u rappreżentant f’livell ta’ maniġment superjuri minn kull istituzzjoni. Il-Bord tat-Tmexxija tal-EPSO jaqbel b’maġġoranza kwalifikata dwar il-prinċipji tal-politika ta’ għażla (li jiġu applikati fil-proċess tal-għażla), l-immaniġġjar tal-listi tal-kandidati li rnexxew (“listi ta’ riżerva”, ara l-Anness III u l-Glossarju) , u japprova b’mod unanimu l-programm ta’ ħidma tal-EPSO, inklużi l-iskedar u l-kalendarju tal-kompetizzjonijiet. Ix-xogħol u d-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija jitħejjew mill-grupp ta’ ħidma tal-EPSO, fejn l-istituzzjonijiet kollha għandhom rappreżentant ukoll, f’livell aktar baxx.
05Fl-2019, il-baġit ġenerali tal-EPSO kien ta’ EUR 23.6 miljun. Il-baġit tal-EPSO baqa’ stabbli matul is-snin. Madwar nofs il-baġit tal-EPSO (EUR 12.8 miljun fl-2019) jintefaq fuq il-persunal tiegħu (madwar 125 persuna, il-biċċa l-kbira minnhom uffiċjali permanenti). L-attivitajiet tal-EPSO huma ppreżentati fil-Figura 1.
Figura 1
L-EPSO f’termini ta’ għadd (perjodu 2012-2018)
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-EPSO għall-perjodu 2012-2018.
Il-proċess tal-għażla tal-EPSO ilu għaddej, fil-forma attwali tiegħu, mill-20122. Huwa tressaq quddiem il-qorti (il-Kawżi C-566/10, T-124/13, T-275/13, T-353/14 u C-621/16) rigward ir-reġim lingwistiku tiegħu, u n-nuqqas ta’ sodisfazzjon min-naħa tal-istituzzjonijiet tal-UE f’dak li jirrigwarda l-proċess tal-għażla tiegħu wassal lill-Bord tat-Tmexxija tal-EPSO biex, fit-tieni nofs tal-2019, iniedi grupp ta’ riflessjoni interistituzzjonali dwar il-proċess tal-għażla.
07Il-proċess tal-għażla għandu tliet fażijiet: l-ippjanar, il-valutazzjoni tal-kandidati, u l-pubblikazzjoni tal-listi ta’ riżerva. Dan il-proċess jibda bil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ reklutaġġ li l-istituzzjonijiet ikollhom għat-tliet snin li jmiss. L-EPSO jiġbor dawn l-istimi biex jipproponi skeda dettaljata, bi skeda ta’ żmien proposta għall-pubblikazzjoni tal-kompetizzjonijiet, għas-sena li jmiss. Din tiġi approvata mill-Bord tat-Tmexxija.
08Il-ħtiġijiet ta’ reklutaġġ għall-persunal ta’ tip ġenerali u għal-lingwisti (ara l-Anness I u l-Anness II) huma espressi bħala għedud totali ta’ membri tal-persunal ġodda meħtieġa. L-istituzzjonijiet huma mistiedna wkoll biex jipprovdu dettalji ulterjuri bħal-lingwi li se jintalbu, jew, jekk ikollhom l-intenzjoni li jirreklutaw persunal speċjalizzat, l-ispeċjalizzazzjonijiet li se jkunu meħtieġa (eż. is-sigurtà, ir-riċerka xjentifika) flimkien ma’ stima tal-għadd ta’ persunal meħtieġ.
09Ladarba kompetizzjoni tkun ġiet approvata, l-EPSO u l-istituzzjonijiet ikkonċernati jabbozzaw l-avviż ta’ kompetizzjoni. Dan l-avviż jistabbilixxi l-qafas legali tal-kompetizzjoni: l-għadd intenzjonat ta’ kandidati li jirnexxu, il-kundizzjonijiet minimi li l-kandidati jridu jissodisfaw sabiex ikunu eliġibbli, inkluż il-livell meħtieġ ta’ esperjenza professjonali, fejn ikun applikabbli, it-testijiet li se jintużaw matul il-kompetizzjoni, u l-marki minimi meħtieġa għal kull wieħed minnhom.
10L-istituzzjonijiet jinnominaw ukoll il-membri tal-bord tal-għażla, li huma responsabbli għall-validazzjoni tal-kontenut tat-testijiet u għall-valutazzjoni tal-kandidati matul il-kompetizzjoni (kif previst fir-Regolamenti tal-Persunal tal-UE).
11It-testijiet ivarjaw minn kompetizzjoni għal oħra, iżda l-istadji fi ħdan kull kompetizzjoni huma normalment simili (ara l-Anness III).
- Qabel l-għażla: kompetizzjonijiet għal persunal ġenerali, u kompetizzjonijiet oħra meta dawn jattiraw aktar minn 1 000 applikant, jibdew bi stadju ta’ qabel l-għażla magħmul minn testijiet psikometriċi bbażati fuq il-kompjuter (mistoqsijiet b’għażla multipla rigward raġunament verbali, numeriku u astratt). Għall-kandidati speċjalizzati, xi drabi dan jista’ jiġi sostitwit minn tgħarbil tas-CVs.
- Ammissjoni: il-fajls tal-applikazzjonijiet tal-kandidati li jkunu kisbu l-aħjar marki fl-istadju ta’ qabel l-għażla jiġu mbagħad rieżaminati mill-bord tal-għażla.
- Talent Screener (Evalwatur tat-talenti): għal xi wħud mill-kompetizzjonijiet, l-istadju ta’ ammissjoni jista’ jiġi segwit minn rieżami tas-CVs tal-kandidati, b’marki mogħtija skont il-kwalifiki u l-esperjenza tal-kandidati.
- Test intermedju: dan l-istadju mhuwiex obbligatorju għall-kompetizzjonijiet kollha u l-użu tiegħu jiddependi mill-istituzzjonijiet ikkonċernati. Jista’ jiġi amministrat waħdu, jew bħala parti mill-istadju li jmiss.
- Ċentru ta’ evalwazzjoni: il-kandidati li jiksbu l-aħjar marki mill-istadji preċedenti mbagħad jipproċedu għaċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, fejn il-bord tal-għażla jevalwahom bi tqabbil ma’ sett ta’ ħiliet u kompetenzi predefiniti. Għall-kandidati li ma għamlux it-testijiet psikometriċi fl-istadju ta’ qabel l-għażla (kompetizzjonijiet speċjalizzati, jew meta l-għadd ta’ applikanti huwa baxx), dawn isiru fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni.
L-ismijiet tal-kandidati li jkunu marru l-aħjar fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni jitniżżlu fuq lista ta’ riżerva. Is-servizzi ta’ reklutaġġ fl-istituzzjonijiet imbagħad ikunu jistgħu jaċċessaw is-CVs tagħhom u jikkuntattjaw lill-kandidati li jkunu rnexxew u li huma jaħsbu li jkunu l-aktar adatti biex jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ reklutaġġ tagħhom. L-EPSO jimmonitorja l-użu tal-listi ta’ riżerva li jsir mill-istituzzjonijiet. Jekk bosta kandidati li jirnexxu jibqgħu fuq lista għal ħafna snin, mingħajr ma jiġu rreklutati, l-EPSO jipproponi lill-Bord tat-Tmexxija li l-lista ma tibqax valida.
13Il-Figura 2 turi l-partijiet ikkonċernati kollha li għandhom rwol fil-proċessi ta’ għażla u tar-reklutaġġ.
Figura 2
Proċess tal-għażla u reklutaġġ: il-partijiet ikkonċernati
Sors: il-QEA.
Ambitu u approċċ tal-awditjar
14Aħna awditjajna lill-EPSO għall-ewwel darba fl-2009 biex nivvalutaw kemm kien issodisfa sew il-mandat tiegħu fis-snin wara l-ħolqien tiegħu. Għaxar snin wara, iddeċidejna li nwettqu awditu ġdid tal-EPSO. F’dan ir-rapport, aħna nindirizzaw ir-rispons tal-EPSO għall-osservazzjonijiet ippreżentati fl-2009, u l-mod kif dan adatta għall-ambjent li qed jinbidel b’mod rapidu, li fih jevolvu l-UE u l-istituzzjonijiet tagħha (eż. tnaqqis ta’ persunal, diġitalizzazzjoni).
15L-objettiv tal-awditu tagħna kien li jiġi vvalutat jekk il-proċess tal-għażla tal-EPSO ppermettiex lill-istituzzjonijiet tal-UE li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ reklutaġġ tagħhom għal kull tip ta’ persunal. B’mod partikolari, aħna eżaminajna jekk il-proċess tal-għażla tal-EPSO:
- ġiex ippjanat biex jieħu kont tal-ħtiġijiet ta’ reklutaġġ li l-istituzzjonijiet tal-UE jkollhom;
- kienx akkumpanjat minn azzjonijiet ta’ komunikazzjoni effettivi biex jiġi attirat ammont suffiċjenti ta’ kandidati;
- ipprovdiex kandidati li għaddew li kienu adatti għall-impjiegi offruti mill-istituzzjonijiet;
- tmexxiex b’mod f’waqtu;
- tmexxiex b’mod li l-ispejjeż ġew minimizzati.3
Matul dan l-awditu, aħna ma vvalutajniex:
- il-kwalità tal-kontenut tat-testijiet li jitfasslu mill-EPSO;
- il-politiki u l-proċeduri interni tal-istituzzjonijiet għar-reklutaġġ;
- il-programmi ta’ taħriġ tal-istituzzjonijiet għal rekluti ġodda.
L-awditu ffoka fuq l-attivitajiet tal-EPSO fil-perjodu 2012-2018. Ir-rapport tagħna jipprovdi analiżi, konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet li huma ta’ rilevanza għall-pjan strateġiku tal-EPSO għall-perjodu 2020-2024. Aħna bbażajna s-sejbiet tagħna fuq l-evidenza li ġejja:
- rieżaminar dokumentarju ta’ dokumenti ewlenin relatati mal-attivitajiet tal-EPSO;
- intervisti li saru matul l-awditu mal-persunal tal-EPSO u persunal ieħor tal-istituzzjonijiet tal-UE;
- rieżaminar ta’ kampjun ta’ kompetizzjonijiet miftuħa organizzati bejn l-2012 u l-2018;
- stħarriġ għall-maniġers intermedji fl-istituzzjonijiet tal-UE.
Il-kampjun ta’ kompetizzjonijiet intgħażel biex ikopri l-firxa ta’ attivitajiet tal-EPSO, u jinkludi t-tipi kollha ta’ kompetizzjonijiet li ġew organizzati mill-EPSO matul il-perjodu 2012-2018. L-għan tal-istħarriġ għall-maniġers kien li jiġbor il-feedback tal-maniġers dwar il-membri tal-persunal irreklutati mill-kompetizzjonijiet miftuħa tal-EPSO u minn mezzi oħra ta’ għażla, biex jitqabblu l-merti tal-proċessi tal-għażla differenti. L-istħarriġ intbagħat lil 471 maniġer, b’rata ta’ rispons kumplessiva ta’ 58 %. Aktar dettalji dwar il-metodoloġija tal-awditjar huma ppreżentati fl-Anness IV.
Osservazzjonijiet
19Biex neżaminaw jekk il-proċess tal-għażla tal-EPSO kienx qed jidentifika l-persuni adatti, għall-impjiegi xierqa, fil-ħin opportun, b’mod li jimminimizza l-ispejjeż:
- aħna rrieżaminajna l-istadji kollha tal-proċess tal-għażla, mill-ippjanar tal-kompetizzjonijiet sal-pubblikazzjoni tal-listi ta’ riżerva;
- qabbilna l-effettività u l-effiċjenza tal-proċess tal-għażla kemm għal kompetizzjonijiet kbar kif ukoll għal dawk speċjalizzati.
Il-kompetizzjonijiet kbar li jitmexxew mill-EPSO, b’mod ġenerali, iwasslu biex il-persuni adatti jsibu l-impjiegi xierqa fuq termini finanzjarji sodi
20L-EPSO twaqqaf prinċipalment biex jorganizza kompetizzjonijiet fuq skala kbira għal persunal ġenerali (għall-grupp ta’ funzjoni kemm tal-amministraturi – AD – kif ukoll tal-assistenti – AST u AST/SC, ara l-Anness I) u għal-lingwisti biex jipprovdi lill-istituzzjonijiet tal-UE għadd suffiċjenti ta’ rekluti biex jilħqu l-ħtiġijiet ta’ reklutaġġ rikorrenti tagħhom. Aħna nkunu nistennew li, jekk se jwettaq dan il-kompitu b’mod effiċjenti, l-EPSO:
- juża l-istimi tal-istituzzjonijiet f’dak li jirrigwarda l-ħtieġa tagħhom għal membri ġodda tal-persunal li jkollhom dawn il-profili, biex jippjana l-iskeda tal-kompetizzjonijiet tiegħu;
- jimplimenta strateġija ta’ komunikazzjoni li x’aktarx tattira kandidati li jkunu adatti għal dawn il-profili;
- juża metodi ta’ ttestjar li jkunu xierqa;
- jiżgura li jmexxi kompetizzjonijiet b’mod li jimminimizza l-ispejjeż;
- jiżgura li l-listi ta’ riżerva jiġu ppubblikati fil-ħin, biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ reklutaġġ li l-istituzzjonijiet ikollhom.
L-ippjanar tal-kompetizzjonijiet huwa adatt sew għal kompetizzjonijiet fuq skala kbira
21L-objettiv tal-proċess ta’ ppjanar tal-EPSO huwa li jinġabru l-ħtiġijiet ta’ reklutaġġ tal-istituzzjonijiet u, abbażi tagħhom, jippreżenta kalendarju ta’ kompetizzjonijiet li għandhom jiġu organizzat matul is-sena ta’ wara, biex jiġi żgurat li dawn il-ħtiġijiet ta’ reklutaġġ jiġu ssodisfati.
22Il-forma attwali tal-proċess ta’ ppjanar tal-EPSO ġiet introdotta fil-Programm ta’ Żvilupp tal-EPSO (EDP), li ġie adottat fl-20084. L-EDP introduċa ċikli ta’ kompetizzjonijiet annwali għal tliet profili tal-persunal: amministraturi ġenerali (prinċipalment maħsuba għar-reklutaġġ ta’ persunal subaltern, u mmirati lejn gradwati universitarji żgħażagħ bi ftit jew l-ebda esperjenza professjonali), assistenti (gruppi ta’ funzjoni AST u AST/SC), u lingwisti.
23Dawn iċ-ċikli annwali jikkorrispondu għall-ħtiġijiet ta’ reklutaġġ interistituzzjonali rikorrenti. Huwa ppjanat li kull ċiklu jibda fi żmien speċifiku fis-sena: pereżempju, ir-reġistrazzjoni għall-amministraturi ġenerali tibda f’Settembru, iżda r-reġistrazzjoni għall-assistenti tibda f’Diċembru. Kompetizzjonijiet speċjalizzati (għal profili ta’ persunal bħall-ġuristi lingwisti) u kompetizzjonijiet ad hoc (għal profili speċifiċi bħal pożizzjonijiet maniġerjali) jiġu organizzati fis-slots ta’ żmien bejn it-tliet ċikli prinċipali. Il-Figura 3 turi ċ-ċiklu annwali ta’ ppjanar.
Figura 3
Ċikli annwali stabbiliti fl-EDP
Sors: l-EPSO.
Biex jiġu organizzati ċ-ċikli tal-kompetizzjonijiet, l-EPSO jitlob lill-istituzzjonijiet parteċipanti kemm qed jistmaw li se jkunu jeħtieġu jirreklutaw persunal ġenerali (amministraturi u assistenti), u lingwisti fis-sena li jmiss. L-EPSO jitlob ukoll lill-istituzzjonijiet biex jindikaw x’tip ta’ membri tal-persunal speċjalizzat jixtiequ jirreklutaw.
25Il-grupp ta’ ħidma tal-EPSO janalizza l-ħtiġijiet espressi mill-istituzzjonijiet u abbażi ta’ dan jiddetermina liema kompetizzjonijiet se jitmexxew fis-sena li jmiss. L-EPSO ma jorganizzax il-kompetizzjonijiet kollha mitluba mill-istituzzjonijiet (ċikli annwali, kompetizzjonijiet speċjalizzati u ad hoc) kull sena. Il-grupp ta’ ħidma jagħti prijorità liċ-ċikli annwali u, ladarba dawn ikunu ġew ippjanati, lil kompetizzjonijiet interistituzzjonali oħra, skont l-għadd mitlub ta’ kandidati li rnexxew, u skont l-għadd ta’ kandidati li rnexxew li għadhom disponibbli fuq listi ta’ riżerva għal profili simili.
26Il-profili ta’ tip ġenerali kienu jirrappreżentaw 37 % tat-talbiet kollha għal-kandidati li jirnexxu, matul il-perjodu 2012-2018, flimkien ma’ 20 % addizzjonali ta’ lingwisti. Minkejja tnaqqis matul iż-żmien, kif jidher fil-Figura 4, il-profili ta’ tip ġenerali u ta’ lingwisti għadhom jikkostitwixxu parti kbira mit-talbiet tal-istituzzjonijiet għal kandidati li jirnexxu, u dan huwa rifless fl-importanza tagħhom fil-proċess tal-ippjanar. Madankollu, dawn ma għadhomx jikkostitwixxu l-maġġoranza tal-membri tal-persunal ġodda mitluba. Id-domanda għat-tradutturi, b’mod speċjali, naqset f’dawn l-aħħar snin, b’riżultat ta’ deċiżjonijiet ta’ reklutaġġ ta’ inqas membri tal-persunal permanenti għal pożizzjonijiet ta’ tradutturi, iż-żieda fl-esternalizzazzjoni, u l-progress teknoloġiku (traduzzjoni awtomatika).
Figura 4
Ħtiġijiet tal-persunal espressi mill-istituzzjonijiet (kandidati li jirnexxu mitluba fl-istadju ta’ ppjanar)
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-EPSO.
Wara li l-istituzzjonijiet jinfurmaw lill-EPSO dwar kemm qed jistmaw li se jkunu jeħtieġu kandidati li jirnexxu, huma għandhom it-tendenza li jirrevedu dawn l-istimi, normalment ’l isfel, meta l-kompetizzjonijiet ikunu qed jiġu organizzati. Bħala medja, aħna sibna li l-istimi tal-istituzzjonijiet huma relattivament preċiżi għall-profili mitluba fiċ-ċikli annwali: l-għadd meħtieġ ta’ persunal ġenerali kien stmat b’mod eċċessiv bi 11 %, u dak ta’ lingwisti bi 18 %. Il-ħtieġa proġettata għal persunal speċjalizzat kienet inqas preċiża: l-għedud meħtieġa ġew stmati b’mod eċċessiv bi 33 %.
28Fil-fehma tagħna, il-proċess ta’ ppjanar huwa adatt sew għall-organizzazzjoni taċ-ċikli annwali tal-kompetizzjonijiet għall-amministraturi ġenerali, l-assistenti u l-lingwisti.
- Huwa mfassal prinċipalment fuq il-ġbir tal-ħtiġijiet għal dawn il-profili.
- Il-livell ta’ preċiżjoni fl-istimi tal-ħtiġijiet ta’ reklutaġġ huwa adegwat għal dawn il-kompetizzjonijiet. Peress li l-ħtiġijiet huma rikorrenti, l-istimi ma għandhomx għalfejn ikunu preċiżi ħafna.
- Abbażi ta’ dawn il-ħtiġijiet, l-EPSO jista’ jippreżenta kalendarju li jiżgura li l-kandidati li jirnexxu jkunu disponibbli fuq bażi regolari.
L-EPSO jattira għadd kbir ta’ kandidati u jippromwovi l-marka “Karrieri mal-UE” prinċipalment fi Brussell
29Kull kompetizzjoni għandha profil għall-applikanti li qed jintalbu, abbażi tar-rekwiżiti minimi tar-Regolamenti tal-Persunal f’termini ta’ livell ta’ edukazzjoni u esperjenza professjonali, u l-ħtiġijiet tal-istituzzjoni rikjedenti (ara l-Anness I u l-Anness II). Xi wħud mill-kompetizzjonijiet jiġu organizzati speċifikament għal istituzzjoni waħda, filwaqt li oħrajn huma ffukati fuq lok wieħed partikolari. Ix-xogħol ta’ komunikazzjoni biex jiġu identifikati u attirati l-applikanti adatti jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-EPSO. Madankollu, meta jfassal l-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni tiegħu, l-EPSO jrid jieħu inkunsiderazzjoni wkoll fatturi esterni bħall-attraenza kumplessiva tal-istituzzjonijiet tal-UE f’xi wħud mill-pajjiżi.
30Il-marka “Karrieri mal-UE” inħolqot fl-2010, parzjalment bħala mod biex tittejjeb l-attraenza tal-UE bħala impjegatur għal gradwati fl-Istati Membri (ara r-Rapport Speċjali Nru 15/2019). Il-marka Karrieri mal-UE jserraħ fuq network ta’ ambaxxaturi mill-istituzzjonijiet (membri tal-persunal li jipparteċipaw f’avvenimenti tal-Karrieri mal-UE, imsejħa ambaxxaturi tal-persunal) u minn universitajiet (studenti inkarigati mit-tixrid ta’ komunikazzjonijiet dwar Karrieri mal-UE fl-università tagħhom, imsejħa ambaxxaturi tal-istudenti).
31Il-marka Karrieri mal-UE hija appoġġata wkoll minn servizzi relatati ma’ karrieri universitarji, u minn punti ta’ kuntatt fl-Istati Membri. L-EPSO jorganizza wkoll avvenimenti mmirati għal “pajjiżi fil-mira”, jiġifieri pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom mhumiex rappreżentati b’mod suffiċjenti f’kompetizzjonijiet jew fost il-persunal tal-UE. Xi wħud minn dawn l-avvenimenti jinkludu għoti ta’ għajnuna lill-awtoritajiet pubbliċi minn dawn il-pajjiżi biex jistabbilixxu strateġiji bil-għan li jippromwovu l-istituzzjonijiet tal-UE bħala impjegaturi u jagħmlu pubbliċità lill-kompetizzjonijiet. L-impatt ta’ dawn l-azzjonijiet fuq il-bilanċ ġeografiku tal-applikanti għall-kompetizzjonijiet għadu ma jidhirx.
32Il-kontenut li jiġi prodott għal Karrieri mal-UE huwa ffukat fuq l-UE bħala impjegatur, mhux fuq kompetizzjonijiet speċifiċi. Dan jinkludi, pereżempju, informazzjoni għal kandidati potenzjali b’diżabbiltajiet jew bżonnijiet speċjali biex jiġi żgurat li huma konxji mill-possibilitajiet offruti mill-istituzzjonijiet u l-postijiet ta’ akkomodazzjoni disponibbli għalihom meta jieħdu sehem f’kompetizzjonijiet.
33Bil-ħolqien tal-marka Karrieri mal-UE, l-EPSO żied l-għadd ta’ avvenimenti relatati mal-karrieri u fieri tal-impjiegi li organizza kull sena, minn 52 fl-2012 għal 109 fl-2018. Il-biċċa l-kbira mill-baġit għall-komunikazzjoni tal-EPSO ġie ttrasferit ukoll għal Karrieri mal-UE, u għal avvenimenti organizzati mill-persunal u l-ambaxxaturi tal-istudenti, kif jidher fil-Figura 5. Il-biċċa l-kbira (69 % bħala medja) minn dawn l-avvenimenti jseħħu fi Brussell, fejn diġà hemm ċerta sensibilizzazzjoni dwar il-possibbiltajiet ta’ impjieg offruti mill-UE minħabba l-preżenza tal-istituzzjonijiet u diversi gruppi ta’ interess (rappreżentazzjonijiet lokali u nazzjonali, kumpaniji ta’ konsulenza u ta’ lobbying privati, eċċ.). Mir-rispondenti fl-istħarriġ li twettaq fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni tal-EPSO, 37 % ddikjaraw rabta diretta mal-istituzzjonijiet: dawn kienu jew jaħdmu fi ħdan l-istituzzjonijiet, jew inkella jaħdmu fis-settur pubbliku fi rwoli relatati mal-UE5.
Il-Figura 5
Il-biċċa l-kbira mill-baġit għall-komunikazzjoni tal-EPSO bħalissa qed jintefaq fuq avvenimenti assoċjati mal-marka Karrieri mal-UE
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-EPSO.
L-avvenimenti barra minn Brussell, fil-biċċa l-kbira, jiġu organizzati mill-Istati Membri, kultant b’xi appoġġ mill-EPSO. Bl-istess mod, il-lista ta’ universitajiet li huma koperti mill-programm għall-ambaxxaturi tal-istudenti titfassal mill-EPSO, iżda hija bbażata fuq suġġerimenti mill-Istati Membri, b’rappreżentanza qawwija mill-fakultajiet tax-xjenzi soċjali, tal-liġi u tal-ekonomija. Irrispettivament min-nazzjonalità tal-applikanti, il-Belġju u l-Lussemburgu jibqgħu l-pajjiżi fejn il-biċċa l-kbira mir-rispondenti għall-istħarriġiet li jitwettqu fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni tal-EPSO jibdew il-proċess tal-kompetizzjoni, b’żewġ terzi minnhom jagħmlu t-testijiet ta’ qabel l-għażla hemmhekk.
35Hemm indikazzjonijiet li l-marka Karrieri mal-UE ma rnexxilhiex tattira għadd suffiċjenti ta’ gradwati jew professjonisti żgħażagħ għal karriera mal-UE. L-applikanti għall-kompetizzjonijiet AD5 (l-aktar grad subaltern għall-amministraturi gradwati) ta’ spiss ikollhom esperjenza professjonali, u l-proporzjon ta’ kandidati taħt l-età ta’ 35 sena qed jonqos. Dan huwa partikolarment evidenti għal xi wħud mill-pajjiżi fil-mira: għal pajjiż minnhom, fl-2018, nofs l-applikanti għall-kompetizzjonijiet AD5 kellhom aktar minn 35 sena. Dan deher ukoll fl-istħarriġ għall-maniġers li wettaqna dwar l-esperjenza reċenti tagħhom fir-reklutaġġ, li indika li 22 % tal-uffiċjali amministraturi li kienu ġew irreklutati reċentement kellhom inqas minn 35 sena. Fost dawn, 62 % kellhom aktar minn 40 sena, li probabbilment ifisser li diġà kellhom mill-inqas 10 snin ta’ esperjenza professjonali meta ngħaqdu mal-istituzzjonijiet, perjodu itwal minn dak li normalment huwa meħtieġ għall-gradi tal-kompetizzjonijiet.
36Ir-reklutaġġ ta’ persuni b’esperjenza għal pożizzjonijiet subalterni jista’ jkun ta’ detriment għall-kompożizzjoni tal-età tal-forza tax-xogħol u għall-ġestjoni tal-karriera. Xi wħud mill-istituzzjonijiet taw bidu għall-programmi proprji tagħhom għal “professjonisti subalterni” biex jindirizzaw in-nuqqas ta’ gradwati żgħażagħ fuq il-listi ta’ riżerva.
37Għaldaqstant, il-biċċa l-kbira mix-xogħol ta’ komunikazzjoni tal-EPSO huwa ċċentrat fuq miżuri li x’aktarx jattiraw kandidati għaċ-ċikli annwali ta’ kompetizzjonijiet, u b’mod partikolari għaċ-ċiklu tal-amministraturi ġenerali. Dan ix-xogħol ta’ komunikazzjoni jsegwi l-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet fiċ-ċikli annwali (ara l-paragrafu 23), u jimmira lejn l-istess persuni, b’mod partikolari għaċ-ċiklu tal-amministraturi ġenerali, jiġifieri gradwati universitarji bi ftit jew l-ebda esperjenza professjonali.
38Fil-fehma tagħna, tali approċċ huwa koerenti, iżda l-ambitu tiegħu huwa limitat ġeografikament u soċjoekonomikament. L-avvenimenti jiġu organizzati f’lokalitajiet fejn in-nies ikunu x’aktarx diġà konxji mill-opportunitajiet ta’ impjieg fl-istituzzjonijiet tal-UE, u l-profili tal-gradwati mmirati huma limitati (l-aktar għax-xjenzi soċjali u għall-gradwati fl-ekonomija). Barra minn hekk, dan l-approċċ ma jippermettix li jiġi attirat għadd suffiċjenti ta’ gradwati jew professjonisti żgħażagħ għal karriera mal-UE.
Minkejja d-dgħufijiet fil-proċess tal-għażla, il-kwalità kumplessiva tal-kandidati li jgħaddu hija għolja
39Il-proċess tal-għażla tal-EPSO (ara l-Anness III għal dettalji) huwa kompetittiv ħafna. Xi wħud mill-kompetizzjonijiet fil-kampjun tagħna bħala l-ewwel pass jużaw testijiet ta’ qabel l-għażla bbażati fuq il-kompjuter. F’kompetizzjonijiet fejn jintużaw tali testijiet, medja ta’ 16.5 % tal-applikanti jaqtgħu qalbhom qabel il-bidu tal-kompetizzjoni u ma jagħmlux dawn it-testijiet ta’ qabel l-għażla. Dawn it-testijiet psikometriċi bbażati fuq il-kompjuter jintużaw minħabba li jitqiesu minn ħafna professjonisti ta’ reklutaġġ bħala wieħed mill-aktar metodi preċiżi biex tiġi prevista l-prestazzjoni futura ta’ impjegat. Madankollu, fil-kompetizzjonijiet tal-EPSO, dawn it-testijiet ma jintużawx biss biex tiġi evalwata l-adegwatezza tal-applikanti għall-impjieg, iżda wkoll, fil-fatt, biex jiġu eliminati l-applikanti sabiex il-proċess tal-kompetizzjoni jsir aktar maniġġabbli.
40Ir-rata ta’ suċċess medja (kandidati li jirnexxu bħala perċentwal tal-għadd ta’ kandidati) għal dawk li jagħmlu mill-inqas l-ewwel test hija ta’ 2 %. Fil-kampjun tagħna, din iċ-ċifra tvarja bejn 27 % għal kompetizzjoni tal-ġuristi lingwisti b’7 kandidati li jirnexxu minn 26 kandidat, u 0.5 % għal kompetizzjoni tat-tradutturi (kandidat wieħed li jirnexxi minn 184 kandidat). Il-Figura 6 turi kif l-għadd ta’ kandidati jitnaqqas f’kull stadju tal-proċess għal kompetizzjoni ġenerali fejn intużaw testijiet ibbażati fuq il-kompjuter.
Il-Figura 6
Il-kompetizzjonijiet miftuħa jinvolvu proċess kompetittiv ħafna
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-EPSO.
Dan il-proċess jirnexxilu jidentifika l-kandidati li jirnexxu li l-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom huma rikonoxxuti mill-maniġers. Fl-istħarriġ li wettaqna għall-maniġers, 88 % iddikjaraw li kienu sodisfatti jew sodisfatti ħafna bil-kwalità tal-kandidati tal-EPSO li rnexxew, li kienu rreklutaw.
42Skont il-maniġers fl-istħarriġ tagħna, il-kandidati li ġew irreklutati permezz tal-EPSO ma kinux ta’ kalibru notevolment ogħla mill-persunal li kienu rreklutaw permezz ta’ mezzi oħra (persunal kuntrattwali u persunal temporanju). Huma qalulna li l-kandidati tal-EPSO li rnexxew li kienu rreklutaw ma wrewx livelli notevolment ogħla tal-ħiliet u kapaċitajiet ewlenin meħtieġa għal karriera fl-istituzzjonijiet (ara l-Figura 7), ħlief, sa ċertu punt, għall-ħiliet ta’ tmexxija.
Figura 7
Skont il-perċezzjoni tal-maniġers, il-membri tal-persunal irreklutati mill-EPSO mhumiex ta’ kwalità ogħla minn dawk irreklutati permezz ta’ mezzi oħra
Sors: il-QEA, ibbażat fuq stħarriġ għall-maniġers mill-Parlament Ewropew, mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Qorti tal-Ġustizzja.
L-EPSO ma għandux mekkaniżmu formali stabbilit biex ikejjel is-sodisfazzjon tal-istituzzjonijiet bis-servizzi li joffri. Id-diskussjonijiet dwar l-adatezza tal-applikanti li jirnexxu jitwettqu b’mod informali matul il-laqgħat tal-grupp ta’ ħidma jew tal-Bord tat-Tmexxija. Jistgħu jiġu stabbiliti gruppi ta’ riflessjoni interistituzzjonali biex jittrattaw problemi akuti, bħall-kanċellazzjoni fil-Qorti ta’ kompetizzjonijiet, jew in-nuqqas ta’ sodisfazzjon b’xi aspetti tal-għażla. Madankollu, l-EPSO ma stabbilixxa l-ebda proċedura biex jindirizza l-problemi identifikati qabel ma dawn isiru serji biżżejjed biex jiġġustifikaw il-ħolqien ta’ tali grupp ta’ riflessjoni.
44Ir-reġim lingwistiku tal-kompetizzjonijiet ilu mit-tieni deċennju tas-seklu 21 jħalli impatti fuq l-effettività tagħhom. Il-kawżi tal-Qorti rriżultaw fil-kanċellazzjoni ta’ kompetizzjonijiet u s-sospensjoni tal-attivitajiet tal-EPSO għal parti kbira mis-sena 2016. Qabel l-2016, l-EPSO kien imexxi kompetizzjonijiet ġenerali bi tliet lingwi: bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż. Wara kontestazzjonijiet legali mill-Istati Membri fit-tieni deċennju tas-seklu 21, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li din il-prattika kienet diskriminatorja u mhux ġustifikata.
45F’Settembru 2016, b’segwitu għax-xogħol ta’ grupp ta’ riflessjoni interistituzzjonali, l-EPSO qaleb għal proċess ta’ żewġ stadji biex jiġu deċiżi l-lingwi użati f’kompetizzjonijiet ġenerali. L-ewwel l-applikanti jiġu mistiedna jiddikjaraw il-lingwi kollha tal-UE li huma għandhom għarfien tagħhom, flimkien mal-livell tagħhom ta’ kompetenza f’dawn il-lingwi. Ladarba dawn kollha jkunu għamlu dan, għall-kompetizzjoni jintużaw il-ħames lingwi ddikjarati l-aktar ta’ spiss. Madankollu, xi partijiet mill-formola ta’ applikazzjoni, bħat-tab tal-evalwatur tat-talenti, jistgħu jimtlew biss bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż. L-ilmenti jistgħu jitressqu wkoll b’għadd stabbilit ta’ lingwi, li mhux neċessarjament jinkludu l-lingwa materna ta’ kull kandidat. Ir-reġim attwali ma ġiex annullat mill-Qorti, iżda dawn il-limitazzjonijiet jistgħu jwasslu għal aktar kontestazzjonijiet legali. Dan iġib miegħu inċertezza kontinwa f’dak li jirrigwarda l-attivitajiet tal-EPSO. Il-Bord tat-Tmexxija tal-EPSO huwa konxju mis-sitwazzjoni, iżda sa tmiem l-2019 ma kienx qabel dwar reġim lingwistiku ġdid li jkun jipprovdi ċertezza tad-dritt għall-organizzazzjoni tal-kompetizzjonijiet.
46Barra minn hekk, il-proċess tal-għażla jserraħ ħafna fuq il-membri tal-persunal li jiġu nnominati mill-istituzzjonijiet tal-UE, biex joqogħdu fuq il-bordijiet tal-għażla. Ir-rwol tagħhom huwa li jivverifikaw l-ammissibbiltà tal-kandidati u li jevalwawhom matul il-proċess tal-għażla. L-EPSO huwa responsabbli għat-taħriġ tagħhom u joffri appoġġ amministrattiv matul il-kompetizzjoni, iżda huwa f’idejn l-istituzzjonijiet biex jivvalutaw il-motivazzjoni u l-impenn tal-membri tal-Bord għall-kompitu, u li jiżguraw li jingħataw biżżejjed żmien biex iwettqu dmirijiethom.
47Il-feedback li ġbarna matul l-awditu – mill-EPSO, mill-presidenti tal-bordijiet tal-għażla, u mill-istituzzjonijiet tal-UE – jagħti x’jifhem li hija sfida għall-partijiet kollha biex isibu persunal kompetenti sabiex joqogħdu fuq il-bordijiet tal-għażla, u biex jiżguraw li t-tmexxija ta’ kompetizzjoni ma tkunx f’kunflitt mal-programm ta’ ħidma tal-istituzzjonijiet. Il-biċċa l-kbira minn dawn il-problemi organizzattivi huma r-riżultat ta’ kooperazzjoni insuffiċjenti bejn l-EPSO u l-istituzzjonijiet.
48Il-Kaxxa 1 turi l-konsegwenzi tat-tqassim tar-responsabbiltajiet bejn l-EPSO u l-istituzzjonijiet f’dak li jirrigwarda x-xogħol tal-bord tal-għażla.
Kaxxa 1
Konsegwenzi tat-tqassim tar-responsabbiltajiet bejn l-EPSO u l-istituzzjonijiet fuq il-membri tal-bord tal-għażla
Skeda ta’ żmien indikattiva tal-kompetizzjonijiet mibgħuta mill-EPSO lill-istituzzjonijiet:
- L-istituzzjonijiet mhux dejjem jgħaddu din l-iskeda ta’ żmien lill-maniġers ta’ membri potenzjali tal-bord tal-għażla, u dan iżid r-riskju ta’ kunflitti bejn l-ammont ta’ xogħol tal-membri tal-persunal u d-dmirijiet tagħhom bħala membri tal-bord tas-selezzjoni.
- Meta dawn fil-fatt ikollhom l-iskeda ta’ żmien, jista’ jiġri li l-maniġers joqogħdu lura milli jirrilaxxaw lill-membri tal-persunal tagħhom li jkollhom l-aħjar prestazzjoni biex jaqdu dmirijiet bħala membri fuq il-bord tal-għażla, u dan iwassal għan-nominazzjoni ta’ membri tal-persunal li ftit li xejn ikunu motivati.
- L-EPSO mhux dejjem iżomm mal-iskeda ta’ żmien inizjali, u b’hekk jinħolqu kunflitti ta’ skedar u jiżdied aktar ir-riskju ta’ dewmien fit-tmexxija tal-kompetizzjoni.
Taħriġ għall-membri tal-bord tal-għażla imwettaq mill-EPSO
- Wara t-taħriġ, l-EPSO ma jikkomunikax mal-istituzzjonijiet dwar l-adatezza jew il-motivazzjoni tal-membri tal-bord tal-għażla.
- L-istituzzjonijiet ma jafux direttament jekk il-membri tal-persunal innominati wrewx li huma tal-livell meħtieġ biex iwettqu l-kompitu.
Fil-fehma tagħna, il-proċess tal-għażla li jitmexxa mill-EPSO huwa, b’mod ġenerali, effettiv biex jidentifika kandidati ta’ kwalità tajba li jirnexxu. Il-proċess huwa selettiv ħafna, u huwa partikolarment xieraq għall-profili ta’ tip ġenerali, li għalihom japplikaw għadd kbir ta’ kandidati. Minkejja dan, il-proċess huwa kkaratterizzat minn dgħufijiet. L-EPSO ma jkejjilx is-sodisfazzjon tal-istituzzjonijiet bis-servizzi li jipprovdi; ma nstabet l-ebda soluzzjoni sodisfaċenti fuq terminu twil għall-inċertezzi tar-reġim lingwistiku; u l-kompetizzjonijiet huma dipendenti mid-disponibbiltà ta’ membri tal-bord tal-għażla li jkunu ta’ kwalità għolja, li mhux dejjem ikun il-każ minħabba t-tqassim tar-responsabbiltajiet bejn l-EPSO u l-istituzzjonijiet.
Fis-snin meta l-għadd ta’ kandidati li jgħaddu huwa l-ogħla, l-ispejjeż għall-kompetizzjonijiet huma baxxi
50L-EPSO għandu spejjeż fissi (nefqa għall-persunal u l-bini) ta’ madwar EUR 15-il miljun fis-sena, irrispettivament minn kemm-il kompetizzjoni jkun qed jorganizza. B’riżultat ta’ dan, l-ispejjeż għall-kompetizzjonijiet tal-EPSO jiddependu mill-volum tal-attività tiegħu: aktar ma jitqiegħdu kandidati li jirnexxu fuq lista ta’ riżerva f’sena partikolari, aktar ikun baxx il-proporzjon ta’ spejjeż fissi fil-ispiża għal kull kandidat li jirnexxi.
51Billi l-EPSO ma jirrappurtax dwar l-ispejjeż għall-kompetizzjonijiet, aħna wettaqna r-rieżaminar proprju tagħna. Aħna analizzajna l-ispiża kumplessiva għal kull kandidat li jirnexxi ta’ 15-il kompetizzjoni (jew gruppi ta’ kompetizzjonijiet taħt l-istess bord tal-għażla) li twettqu bejn l-2012 u l-2018. Aħna ħadna inkunsiderazzjoni l-ispejjeż kollha relatati, kemm jekk dawn kienu tħallsu mill-EPSO (is-salarji tal-persunal tal-EPSO, il-pagamenti lill-fornituri, eċċ.) jew mill-istituzzjonijiet tal-UE (is-salarji tal-membri tal-persunal tagħhom involuti fil-proċess tal-għażla). Aħna qsamna l-ispejjeż fi tliet kategoriji: spejjeż ġenerali (bħal bini u utilitajiet); spejjeż indiretti (marbuta mal-attivitajiet tal-EPSO li huma relatati mal-kompetizzjonijiet, iżda mhux ma’ kompetizzjoni speċifika, bħalma huma s-salarji tal-persunal tal-EPSO); u spejjeż diretti (marbuta ma’ kompetizzjoni speċifika, bħal laqgħat u testijiet f’ċentri ta’ evalwazzjoni).
52Ir-riżultati huma ppreżentati fit-Tabella 1 hawn taħt. Bħala medja, fil-profili kollha, l-ispiża għal kull kandidat li jirnexxi hija ta’ madwar EUR 24 000. Ripartita skont il-grupp ta’ funzjoni, din l-ispiża tikkostitwixxi EUR 25 000 għal kandidat AD li jirnexxi, EUR 21 900 għal kandidat AST li jirnexxi u EUR 15 300 għal kandidat AST-SC li jirnexxi (hemm kompetizzjoni waħda biss ta’ dan it-tip fil-kampjun tagħna).
Tabella 1 – Spiża għal kull kandidat ta’ kompetizzjoni EPSO li jirnexxi
Referenza | Profil | Kandidati li għamlu t-testijiet | Kandidati li rnexxew | Spiża għal kull kandidat li għamel it-testijiet | Spiża għal kull kandidat li rnexxa |
EPSO/AST-SC/06/17 | Segretarji/skrivani AST/SC1 u SC2 | 4 121 | 359 | EUR 1 334 | EUR 15 318 |
EPSO/AD/287/14 | Tradutturi AD5 | 237 | 34 | EUR 2 597 | EUR 18 105 |
EPSO/AD/289/14 | Ġuristi lingwisti AD7 | 364 | 14 | EUR 782 | EUR 20 324 |
EPSO/AST/130/14Qasam 4: Ġestjoni tal-proġetti | Assistenti fis-settur tal-bini AST3 | 1 054 | 18 | EUR 351 | EUR 20 567 |
EPSO/AD/318/15(Għażliet 1 u 2) | Tradutturi AD5 | 762 | 25 | EUR 694 | EUR 21 158 |
EPSO/AD/249/13Qasam 1: Makroekonomija | Amministraturi AD7 | 1 068 | 41 | EUR 835 | EUR 21 748 |
EPSO/AD/347/17 | Esperti fil-midja u fil-komunikazzjoni diġitali AD6 | 1 860 | 63 | EUR 750 | EUR 22 138 |
EPSO/AST/144/17 (sitt lingwi) | Assistenti lingwistiċi AST1 | 2 010 | 35 | EUR 403 | EUR 23 162 |
EPSO/AD/233/12 | Tradutturi AD5 | 1 751 | 70 | EUR 940 | EUR 23 525 |
EPSO/AD/331/16 (l-oqsma kollha) | Esperti tal-ICT AD7 | 1 629 | 191 | EUR 2 808 | EUR 23 947 |
EPSO/AD/301/15 | Amministraturi AD5 | 20 985 | 159 | EUR 188 | EUR 24 802 |
EPSO/AD/354/17-LV | Ġuristi lingwisti AD7 | 26 | 7 | EUR 6 900 | EUR 25 630 |
EPSO/AD/236 - 239/12 | Interpreti tal-konferenzi AD5 u AD7 | 275 | 30 | EUR 3 064 | EUR 28 089 |
EPSO/AD/332/16 EPSO/AD/334/16 EPSO/AD/336/16 |
Ġuristi lingwisti AD7 | 1 170 | 26 | EUR 663 | EUR 29 814 |
EPSO/AD/256 - 259/13 | Interpreti tal-konferenzi AD5 u AD7 | 501 | 13 | EUR 1 036 | EUR 39 936 |
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-EPSO.
53L-EPSO twaqqaf fi żmien meta l-istituzzjonijiet kellhom ħtieġa li jirreklutaw għadd kbir ta’ persuni kull sena minħabba t-tkabbir li sar fil-perjodu 2004-2007. L-istruttura tal-ispejjeż tiegħu tirrifletti din is-sitwazzjoni. Fil-kampjun tagħna, il-kompetizzjonijiet li għalihom l-ispiża kienet l-aktar baxxa għal kull kandidat li rnexxa huma dawk fejn l-għadd finali ta’ kandidati li rnexxew huwa pjuttost għoli (EPSO/AST-SC/06/17) jew li twettqu fi snin ta’ attività għolja bħall-2014 (dik is-sena ġew identifikati 1 200 kandidat li rnexxew) u l-2015 (1 636 kandidat li rnexxa).
54Fattur importanti ieħor fl-ispejjeż għall-kompetizzjonijiet huwa l-proporzjon bejn il-kandidati li jagħmlu t-testijiet u l-kandidati li jirnexxu. It-testijiet ta’ qabel l-għażla jinvolvu spiża ta’ bejn EUR 48 u EUR 92 għal kull kandidat li jagħmel it-testijiet, skont xi tkun il-kompetizzjoni; għalhekk, meta jintużaw, jistgħu jżidu b’mod sostanzjali l-ispiża finali għal kull kandidat li jirnexxi. Il-Kaxxa 2 tippreżenta eżempji ta’ dan l-impatt.
Kaxxa 2
L-aħjar proporzjon bejn l-għadd totali ta’ kandidati u l-kandidati li jirnexxu
Għaż-żewġ kompetizzjonijiet fil-kampjun tagħna li kellhom l-aktar spiża baxxa għal kull kandidat li rnexxa (EPSO/AST-SC/06/17 u EPSO/AD/287/14), il-proporzjon tat-tnejn li huma bejn l-għadd totali ta’ kandidati li għamlu t-testijiet u l-għadd ta’ kandidati li rnexxew kien bejn 8 u 15, u dan żamm f’livell raġonevoli l-ispejjeż ta’ qabel l-għażla.
Barra minn hekk, il-Kompetizzjoni EPSO/AD/287/14 twettqet f’sena ta’ attività għolja, li naqqas aktar l-ispiża għal kull kandidat li rnexxa (EUR 18 105).
Il-Kompetizzjoni EPSO/AD/301/15 kellha għadd estremament kbir ta’ kandidati li għamlu t-testijiet (20 985), u dan wassal għal żieda fl-ispejjeż ta’ qabel l-għażla. Għaldaqstant, għalkemm twettqet f’sena ta’ attività għolja, u għalkemm il-lista ta’ riżerva kienet relattivament kbira (it-tieni l-akbar fil-kampjun tagħna), l-ispiża tagħha għal kull kandidat li rnexxa kienet relattivament għolja (EUR 24 802). Madankollu, din il-kompetizzjoni għandha l-aktar spiża baxxa għal kull kandidat li għamel it-testijiet (EUR 188) minħabba li l-kompetizzjonijiet tal-amministraturi ġenerali huma maħsuba biex jittrattaw għadd kbir ta’ applikanti.
Fil-fehma tagħna, l-istruttura tal-ispejjeż hija maħsuba biex timminimizza l-ispejjeż għall-kompetizzjonijiet fuq skala kbira. Dan jirrifletti l-istruttura inizjali tal-EPSO meta kien mistenni li jimmaniġġja kompetizzjonijiet li jkollhom għadd kbir ta’ applikanti u li kull sena jiidentifika għadd kbir ta’ kandidati li jirnexxu.
Kompetizzjonijiet ġenerali regolari għenu biex tiġi żgurata disponibbiltà adegwata ta’ rekluti potenzjali
56Flimkien maċ-ċiklu annwali, l-EDP introduċa mira ta’ 9 sa 10 xhur għad-durata tal-kompetizzjonijiet. Meta l-EDP daħal fis-seħħ, id-durata tagħhom tjiebet b’mod konsiderevoli: qabel l-2010, it-tul medju ta’ kompetizzjoni kien ta’ 18-il xahar, u dan naqas għal 13-il xahar għall-perjodu 2012-2018. Il-Figura 8 turi l-iskeda ta’ żmien attwali tal-proċess ta’ għażla u ta’ reklutaġġ, kif ukoll id-durata l-aktar rapida (14-il xahar) u dik l-aktar bil-mod (aktar minn 4 snin) bejn l-ippjanar u r-reklutaġġ.
Figura 8
Durata tal-proċess tal-għażla tal-persunal tal-UE, mill-ippjanar sar-reklutaġġ.
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-EPSO.
Id-durata kumplessiva medja ta’ kompetizzjoni ġenerali ta’ AD5 (grad tad-dħul), ta’ 13-il xahar, hija kemxejn itwal mill-proċeduri mmexxija minn organizzazzjonijiet oħra internazzjonali, biex jintgħażlu rekluti għall-programmi tagħhom għall-professjonisti żgħażagħ (bejn 10 xhur u 12-il xahar). Id-durata tal-kompetizzjonijiet tiġi kkomunikata fir-rapporti annwali tal-attività tal-EPSO, iżda l-ebda azzjoni ma tiġi ppreżentata biex jinstab rimedju għall-fatt li l-kompetizzjonijiet konsistentement jieħdu aktar fit-tul biex jiġu kkompletati milli huwa stabbilit fl-EDP.
58Iċ-ċikli annwali tal-kompetizzjonijiet huma maħsuba biex jiżguraw li d-disponibbiltà ta’ rekluti ġodda tkun kostanti, peress li dawn huma profili li r-reklutaġġ tagħhom jseħħ matul is-sena kollha. Madankollu, il-puntwalità (il-pubblikazzjoni tal-lista “fil-ħin opportun”) ma ġietx ikkunsidrata fit-tfassil taċ-ċikli annwali fl-EDP, ħlief li l-listi ta’ riżerva ma kinux ippjanati li jiġu ppubblikati f’Lulju/Awwissu meta l-attività hija baxxa. Id-data mistennija tal-pubblikazzjoni tal-listi ta’ riżerva (Mejju/Ġunju għall-amministraturi, Settembru għall-assistenti u Diċembru għal-lingwisti) ma tikkorrispondi għall-ebda mudell ta’ reklutaġġ partikolari fl-istituzzjonijiet. Il-kompetizzjonijiet speċjalizzati u ad hoc jiġu organizzati meta s-slots ta’ żmien isiru disponibbli (ara l-paragrafu 23) u l-pubblikazzjoni tal-listi ta’ riżerva tagħhom ssir fuq bażi ta’ mill-aktar fis possibbli aktar minflok tiġi stabbilita għal data preċiża.
59Fil-fehma tagħna, l-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet kbar regolari ġeneralment għenet biex tiġi żgurata disponibbiltà adegwata ta’ rekluti ġenerali potenzjali. Madankollu, din is-sistema ma tiħux kont tat-twaqqit tal-ħtiġijiet ta’ reklutaġġ li l-istituzzjonijiet ikollhom. Il-kompetizzjonijiet tal-EPSO għadhom itwal mill-miri stabbiliti fl-EDP.
Il-proċess tal-għażla tal-EPSO għal profili ta’ tip speċjalizzat mhuwiex adatt għall-ħtiġijiet ta’ reklutaġġ attwali li l-istituzzjonijiet tal-UE jkollhom
60Il-kuntest tar-reklutaġġ fl-istituzzjonijiet inbidel minn meta l-EDP tfassal u ġie implimentat. Kien hemm tnaqqis fil-persunal, u xi deċiżjonijiet strateġiċi biex għal xi impjiegi l-uffiċjali jiġu sostitwiti b’membri tal-persunal temporanju. Mill-2012 ’il hawn, il-biċċa l-kbira mill-kompetizzjonijiet li ġew organizzati mill-EPSO kellhom listi ta’ riżerva b’inqas minn 20 kandidat li rnexxew (ara t-Tabella 2).
Tabella 2 – Kompetizzjonijiet tal-EPSO, skont id-daqs tal-lista ta’ riżerva, għall-perjodu 2012-2018
Għadd ta’ kandidati li rnexxew, imniżżlin fil-lista ta’ riżerva | 2012 | 2013 | 2014 | 2015 | 2016 | 2017 | 2018 | Medja għall-perjodu |
Minn 1 sa 10 | 52 % | 36 % | 15 % | 61 % | 33 % | 59 % | 10 % | 44 % |
Minn 11 sa 20 | 14 % | 18 % | 23 % | 18 % | 41 % | 11 % | 30 % | 21 % |
Minn 21 sa 40 | 14 % | 23 % | 27 % | 8 % | 14 % | 14 % | 20 % | 16 % |
Minn 41 sa 60 | 0 % | 8 % | 12 % | 2 % | 7 % | 0 % | 20 % | 5 % |
Minn 61 sa 80 | 10 % | 8 % | 4 % | 2 % | 5 % | 7 % | 10 % | 6 % |
Minn 81 sa 100 | 0 % | 3 % | 0 % | 0 % | 0 % | 2 % | 0 % | 1 % |
Minn 101 sa 150 | 7 % | 5 % | 12 % | 4 % | 0 % | 5 % | 0 % | 5 % |
Minn 151 sa 200 | 0 % | 0 % | 4 % | 2 % | 0 % | 0 % | 10 % | 1 % |
Aktar minn 200 | 3 % | 0 % | 4 % | 2 % | 0 % | 2 % | 0 % | 2 % |
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-EPSO.
61L-ambjent li qed jinbidel b’mod rapidu, li fih qed joperaw l-UE u l-istituzzjonijiet tagħha issa (milqut minn tnaqqis fil-persunal, u li jirrikjedi ħiliet ġodda biex tiġi implimentata d-diġitalizzazzjoni, eċċ.) mhuwiex dak li l-EPSO kien maħsub għalih. Mill-2008 ’l hawn, kien hemm żieda fid-domanda biex jiġu ssodisfati ħtiġijiet ta’ reklutaġġ urġenti jew b’riżultat ta’ kriżi, li jeħtieġu profili aktar immirati. Biex iwettaq il-missjoni tiegħu f’dan l-ambjent ġdid, b’mod parallel max-xogħol tiegħu relatat ma’ kompetizzjonijiet fuq skala kbira, aħna konna nistennew li l-EPSO:
- jiġbor b’mod adegwat l-istimi tal-istituzzjonijiet f’dak li jirrigwarda l-ħtiġijiet tal-persunal għal profili ta’ tip speċjalizzat u mmirati biex iħejji skeda ta’ żmien affidabbli għal kompetizzjonijiet fuq skala żgħira;
- jimmira l-komunikazzjonijiet tiegħu biex jilħaq kandidati bi profili ta’ tip speċjalizzat li jkunu diffiċli biex jiġu rreklutati;
- juża metodi ta’ ttestjar li jkunu xierqa għal kandidati bi profili ta’ tip speċjalizzat;
- jiżgura li l-ispiża għal dawn il-kompetizzjonijiet tinżamm baxxa;
- jiżgura li l-listi ta’ riżerva jiġu ppubblikati fil-ħin, biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ reklutaġġ li l-istituzzjonijiet ikollhom.
L-ippjanar ta’ kompetizzjonijiet speċjalizzati mhuwiex affidabbli u jseħħ kmieni wisq biex ikun preċiż
62Mill-2012 ’il hawn, il-ħtiġijiet li l-istituzzjonijiet ikollhom għall-profili ta’ tip speċjalizzat żdiedu (ara l-Figura 4 u l-paragrafu 26). Din iż-żieda fil-ħtieġa għal profili ta’ tip speċjalizzat tidher ukoll fl-istħarriġ tagħna għall-maniġers: 57 % tal-maniġers li ħadu sehem qablu mad-dikjarazzjoni li l-listi ta’ riżerva għal kandidati speċjalizzati jiġu eżawriti malajr wisq (35 % biss qablu mal-istess dikjarazzjoni għal kandidati ġenerali). 76 % tal-maniġers li taw tweġiba dwar jekk kinux jippreferu rekluti minn listi ta’ riżerva għal kandidati speċjalizzati jew għal kandidati ġenerali għażlu l-kandidati speċjalizzati.
63L-informazzjoni dwar il-ħtiġijiet ta’ reklutaġġ għal profili ta’ tip speċjalizzat hija bbażata fuq kull istituzzjoni li, matul l-eżerċizzju ta’ ppjanar, tindika lill-EPSO il-profili li tkun qed tfittex. Il-kompetizzjonijiet għal kandidati speċjalizzati jiġu organizzati, kemm jista’ jkun, fis-slots li jitħallew ħielsa mill-organizzazzjoni taċ-ċikli annwali.
64Il-kompetizzjonijiet speċjalizzati huma kompetizzjonijiet fuq skala żgħira, normalment b’listi ta’ riżerva qosra (inqas minn 30 kandidat li jirnexxi). B’riżultat ta’ dan, dawn mhux dejjem jingħataw prijorità (ara l-paragrafu 25) u xi drabi jiġu posposti jew ikkanċellati. Dan imbagħad iwassal lill-istituzzjonijiet biex isibu modi oħra, aktar flessibbli, biex jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ reklutaġġ tagħhom, bħall-organizzazzjoni ta’ proċeduri tal-għażla proprji tagħhom għal persunal temporanju.
65Meta qabbilna d-domanda għal kandidati speċjalizzati, kif iddikjarat fl-istimi ta’ ppjanar inizjali tal-istituzzjonijiet, mal-għadd reali ta’ kandidati li jirnexxu, li jkunu mitluba fl-avviżi ta’ kompetizzjoni, aħna sibna li l-ħtiġijiet għal kandidati speċjalizzati li jirnexxu jiġu stmati b’mod eċċessiv fl-istadju tal-ippjanar (ara l-paragrafu 27) meta mqabbla mal-għadd ta’ kandidati li jirnexxu, li jkunu mitluba meta jitfassal l-avviż ta’ kompetizzjoni.
66Id-durata tal-eżerċizzju ta’ ppjanar jikkontribwixxi għal dan l-istimar b’mod eċċessiv, peress li l-prijoritajiet tal-istituzzjonijiet jinbidlu bejn il-mument meta l-EPSO jitlob l-istimi tal-ħtiġijiet ta’ reklutaġġ (Mejju), iż-żmien meta l-Bord tat-Tmexxija japprova l-iskeda ta’ żmien (Novembru), u l-mument meta l-kompetizzjoni tibda (matul is-sena ta’ wara). B’konsegwenza ta’ dan, l-iskeda ta’ żmien tal-kompetizzjonijiet qed tiġi riveduta u aġġustata l-ħin kollu, kif qed jiġri wkoll rigward l-għadd mitlub ta’ kandidati li jirnexxu.
67Fil-fehma tagħna, il-proċess ta’ ppjanar mhuwiex adattat għall-ħtiġijiet attwali tal-istituzzjonijiet. Dan jagħti wisq prijorità lill-kompetizzjonijiet ġenerali fuq skala kbira fi żmien meta l-istituzzjonijiet qed jitolbu kompetizzjonijiet iżgħar. Barra minn hekk, l-iskeda ta’ żmien għall-proċess ta’ ppjanar, li jibda sa sena qabel ma tiġi organizzata l-kompetizzjoni, ma tippermettix li l-ħtiġijiet għal kandidati speċjalizzati jiġu stmati b’mod preċiż, u dan iwassal għal stimi eċċessivi u għal aġġustament kostanti. Għal kompetizzjonijiet speċjalizzati, l-affidabbiltà u l-prattiċità tal-iskeda ta’ żmien huma għalhekk limitati.
L-EPSO ma jimmirax b’mod konsistenti l-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni tiegħu biex jattira kandidati tajbin għal kompetizzjonijiet speċjalizzati
68L-uniku mod kif l-EPSO jista’ jipprovdi, lill-istituzzjonijiet, rekluti potenzjali adatti huwa jekk jirnexxilu jattira kandidati xierqa biex japplikaw għall-kompetizzjonijiet. Aħna sibna li l-applikanti mhux dejjem jikkorrispondu mal-profili mitluba. Xi wħud mill-kandidati ġenwinament ma jixtiqux jiġu impjegati mill-istituzzjoni responsabbli mir-reklutaġġ, iżda jippreferu pjuttost li jiġu rreklutati minn istituzzjoni oħra tal-UE. Dan il-punt tal-aħħar huwa partikolarment problematiku għal xi wħud mill-profili ta’ tip speċjalizzat (eż. fl-IT) f’postijiet li jinsabu barra Brussell. L-unika għodda użata attwalment biex tgħin lill-kandidati jevalwaw l-adatezza proprja tagħhom għall-kompetizzjoni hija test qasir b’għażla multipla, mhux obbligatorju, li jistgħu jagħmlu qabel ma japplikaw. Dan it-test huwa maħsub biex jgħin lill-kandidati potenzjali jevalwaw jekk humiex adatti għal impjieg mal-istituzzjonijiet tal-UE, iżda mhuwiex relatat ma’ kompetizzjoni partikolari.
69Tinħoloq problema oħra meta l-kompetizzjonijiet ikollhom wisq ftit applikanti. L-EDP jistabbilixxi proporzjon fil-mira bejn l-għadd totali ta’ applikanti u dak ta’ kandidati li jirnexxu (kandidat wieħed li jirnexxi minn fost 38 kandidat għall-amministraturi, wieħed minn 27 għall-assistenti, wieħed minn 40 għal-lingwisti). Aħna użajna dawn il-proporzjonijiet biex nivvalutaw kemm l-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni kienu effettivi biex jattiraw il-kandidati. Għall-kompetizzjonijiet fil-kampjun tagħna, din il-mira mhux dejjem intlaħqet, irrispettivament minn kemm intefaq fuq il-komunikazzjoni għall-kompetizzjoni. Kompetizzjonijiet oħra bi ftit jew l-ebda nefqa fuq il-komunikazzjoni qabżu b’mod wiesa’ l-miri tagħhom (ara t-Tabella 3). Ma hemm l-ebda rabta ċara bejn in-nefqa fuq il-komunikazzjoni u l-għadd ta’ applikanti.
Tabella 3 – Spejjeż għall-komunikazzjoni u kisba tal-għadd fil-mira ta’ applikanti
Kompetizzjoni | Profil | Kisba tal-mira tal-EDP | Spejjeż għal kull kandidat | Spejjeż għal kull kandidat li jirnexxi |
AD/354/17 | Lingwisti Speċjalizzati (ġuristi lingwisti LV) | 9 % | EUR 270 | EUR 1 003 |
AD/287/14 | Lingwisti (tradutturi SV) | 23 % | EUR 7 | EUR 67 |
AD/331/16 | Amministraturi Speċjalizzati (ICT) | 23 % | EUR 4 | EUR 37 |
AD/249/13 | Amministraturi Speċjalizzati (makroekonomija) | 69 % | EUR 13 | EUR 330 |
AD/233/12 | Lingwisti (tradutturi HR) | 78 % | EUR 3 | EUR 98 |
AD/318/15 | Lingwisti (tradutturi PL) | 95 % | EUR 14 | EUR 521 |
AD/256-259/13 | Lingwisti Speċjalizzati (interpreti tal-konferenzi) | 96 % | EUR 1 | EUR 39 |
AD/347/17 | Amministraturi Speċjalizzati (komunikazzjoni) | 98 % | EUR 4 | EUR 154 |
AD/289/14 | Lingwisti Speċjalizzati (ġuristi lingwisti FR) | 99 % | EUR 3 | EUR 112 |
AD/332-334-336 | Lingwisti Speċjalizzati (ġuristi lingwisti ES, MT u IT) | 161 % | EUR 4 | EUR 271 |
AST/144/17 | Lingwisti Speċjalizzati (AST) | 200 % | EUR 2 | EUR 145 |
AST/130/14 | Assistenti Speċjalizzati (maniġers tal-proġetti) | 220 % | EUR 0* | EUR 0 |
* ma ġġarrbux spejjeż għall-komunikazzjoni speċifikament għal din il-kompetizzjoni.
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-EPSO.
70Fil-fehma tagħna, l-EPSO ma ppubblikax b’mod adegwat il-kompetizzjonijiet tiegħu li huma mmirati lejn il-persunal speċjalizzat, minkejja l-ħtieġa dejjem tikber għal dan it-tip ta’ kompetizzjonijiet. Huwa ineffettiv u jiswa l-flus meta l-applikanti ma jikkorrispondux mal-profili mitluba jew jirrifjutaw l-offerti ta’ impjieg mill-istituzzjonijiet responsabbli mir-reklutaġġ. Din il-problema tinħoloq speċjalment meta l-listi ta’ riżerva jkunu qosra.
Il-kandidati li jkollhom profili speċjalizzati ħafna jirriskjaw li jiġu eliminati kmieni fil-proċess tal-għażla
71L-EDP jistabbilixxi format standard għall-kompetizzjonijiet (ara l-Anness III). Din l-istruttura tfisser li l-għarfien speċjalizzat relatat mal-impjieg jiġi ttestjat fit-test intermedju (dan spiss ikun il-każ għall-profili ta’ lingwisti), jew saħansitra aktar tard, fil-fażi ta’ evalwazzjoni, permezz ta’ intervista speċifika għall-impjieg. Jekk il-kriterji tal-għażla (il-qasam ta’ studju jew l-esperjenza ta’ xogħol) ma jiġux definiti b’mod adegwat, il-kandidati adatti jistgħu jiġu eliminati fl-istadju ta’ qabel l-għażla.
72Għal profili mmirati ħafna, huwa aktar attraenti għall-istituzzjonijiet li jorganizzaw proċeduri tal-għażla proprji tagħhom, minħabba li dan jagħtihom flessibbiltà sħiħa biex jużaw it-tip ta’ testijiet li huma jqisu bħala meħtieġa. Għal 19 minn 22 minn dan it-tip ta’ proċeduri li eżaminajna, l-istituzzjonijiet bdew b’tgħarbil tas-CVs li jippermetti li l-kandidati adatti biss jipproċedu għall-fażi tal-ittestjar. Dan huwa mod tajjeb kif jiġu eliminati mill-bidu nett dawk il-kandidati li ma jkunux adatti.
73Iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni ġie introdott fl-EDP bħala mezz biex il-fokus tal-kompetizzjonijiet jiġi ttrasferit minn għarfien għal ħiliet. L-iskop tiegħu huwa li l-kandidati jiġu evalwati bi tqabbil ma’ sett ta’ kompetenzi u ħiliet li l-istituzzjonijiet iqisu bħala importanti fil-persunal proprju tagħhom.
74Madankollu, kif jidher fil-Figura 9, l-istħarriġ li wettaqna juri li meta l-maniġers jintalbu biex jindikaw jekk jaqblux dwar jekk il-persunal inġenerali għandux dawn il-ħiliet, huma ma jarawx wisq differenza bejn il-ħiliet u l-kapaċitajiet tal-kandidati li jirnexxu mill-kompetizzjonijiet tal-EPSO u dawk tal-persunal temporanju rreklutat skont il-proċeduri tal-għażla organizzati mill-istituzzjonijiet stess (ara wkoll il-paragrafu 42 rigward il-valutazzjoni, imwettqa mill-maniġers, tar-rekluti l-aktar reċenti proprji tagħhom). F’dawn il-proċeduri, l-istituzzjonijiet għandhom it-tendenza li jiffukaw aktar fuq testijiet tekniċi (eż. il-kitba u t-traduzzjoni) u jaqbżu l-parti tal-“ħiliet” li għandha x’taqsam maċ-ċentru ta’ evalwazzjoni tal-EPSO.
75Il-maniġers ma jqisux li l-membri l-ġodda tal-persunal li jiġu rreklutati permezz tal-EPSO jkunu notevolment aktar kwalifikati mill-membri tal-persunal irreklutati permezz ta’ mezzi oħra, ħlief għall-ħiliet lingwistiċi u l-kapaċità li jaħdmu f’ambjent multikulturali. Huma jqisu, b’mod ġenerali, li l-esperjenza professjonali rilevanti ta’ persunal irreklutat permezz ta’ proċeduri oħra tal-għażla hija kemxejn aħjar, u dan jagħti x’jifhem li dawn il-proċeduri huma aktar adatti għar-reklutaġġ ta’ profili ta’ tip speċjalizzat u mmirat.
Figura 9
Id-diskrepanza bejn il-ħiliet tal-kandidati tal-EPSO li jirnexxu u dawk tal-persunal temporanju rreklutat permezz ta’ proċeduri tal-għażla organizzati mill-istituzzjonijiet stess hija żgħira
Tweġiba għall-mistoqsija: B’mod ġenerali, il-kandidati [kategorija] għandhom il-ħiliet li ġejjin. Proporzjon ta’ maniġers li wieġbu li jaqblu ħafna, u li jaqblu.
Sors: il-QEA, ibbażat fuq stħarriġ għall-maniġers mill-Parlament Ewropew, mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Qorti tal-Ġustizzja.
Fil-fehma tagħna, il-format tal-kompetizzjonijiet u l-metodi tal-ittestjar stabbiliti fl-EDP mhumiex adattati għall-kompetizzjonijiet għal kandidati speċjalizzati u kompetizzjonijiet oħra fuq skala żgħira.
- Il-verifikazzjoni tal-esperjenza tal-kandidati u l-ittestjar tal-għarfien relatat mal-impjieg tagħhom wara l-fażi ta’ qabel l-għażla jżidu r-riskji kemm li kandidati tajbin jiġu eliminati kmieni wisq fil-proċess kif ukoll li wisq ftit kandidati kompetenti jgħaddu għall-istadju taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni.
- Iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni ma jipprovdi l-ebda vantaġġ notevoli, u l-maniġers iqisu li r-rekluti permezz ta’ proċeduri tal-għażla organizzati mill-istituzzjonijiet stess ikollhom esperjenza professjonali aktar rilevanti, li hija meħtieġa għall-profili ta’ tip speċjalizzat.
Meta jkollhom fil-mira ftit kandidati speċjalizzati biss, il-kompetizzjonijiet tal-EPSO jiswew aktar flus mill-proċeduri tal-għażla li jiġu organizzati mill-istituzzjonijiet stess
77L-ispejjeż diretti (ara l-paragrafu 51) jirrappreżentaw bejn 20 % u 65 % tal-ispiża kumplessiva tal-kompetizzjonijiet fil-kampjun tagħna. Meta jiġu analizzati l-ispejjeż diretti ta’ kull fażi tal-kompetizzjoni, il-fażi li l-aktar tiswa flus hija normalment iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, kif jidher fil-Figura 10. Iktar ma tkun twila l-fażi taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, jew aktar ma jkun kbir il-bord tal-għażla, il-kompetizzjoni tkun tiswa aktar flus.
Figura 10
Spejjeż diretti għal kull fażi tal-kompetizzjoni
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-EPSO.
Fil-kampjun tagħna, l-ispiża medja għall-fażi taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni kienet ta’ EUR 4 038 għal kull kandidat li rnexxa, iżda kien hemm varjazzjonijiet kbar. Il-fażi taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni għall-kompetizzjoni AST-SC/06/17 kienet pjuttost rapida u l-għadd ta’ kandidati li rnexxew kien pjuttost kbir, għalhekk il-ispiża għal kull kandidat li rnexxa kienet ta’ EUR 843 biss. Għall-kompetizzjonijiet l-oħra fil-livell tal-assistenti, din kienet ta’ EUR 2 661. Għall-amministraturi, din kienet tvarja bejn EUR 2 587 għal kull kandidat li rnexxa għall-kompetizzjoni ġenerali AD5 (AD/301/15) u aktar minn EUR 10 000 għal kull kandidat li rnexxa għall-interpreti tal-konferenzi (medja ta’ żewġ kompetizzjonijiet).
79Iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni jiswa ħafna flus għal profili ta’ tip speċjalizzat, għal raġunijiet differenti: il-profili ta’ tip speċjalizzat jirrikjedu membri tal-bord tal-għażla b’aktar esperjenza u bi gradi ogħla; din il-fażi tista’ wkoll tieħu aktar fit-tul, speċjalment jekk ikunu nġabru speċjalizzazzjonijiet differenti fi gruppi flimkien biex tintlaħaq massa kritika għall-kompetizzjoni.
80Ir-rata ta’ suċċess mistennija fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni hija ta’ madwar 30 %. Madankollu, għal xi wħud mill-profili, ir-rata ta’ suċċess fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni hija pjuttost għolja. Għal kompetizzjoni waħda fil-kampjun tagħna (AD/354/17), din kienet tilħaq 88 %. Dan jista’ jseħħ meta jkun hemm wisq ftit applikanti fil-bidu, jew meta proporzjon kbir tal-kandidati jiġu eliminati fit-testijiet intermedji/ta’ kompetenza qabel il-fażi taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni. F’każijiet bħal dawn, iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni mhuwiex mod kosteffettiv kif jiġu ttestjati l-kandidati.
81Aħna qabbilna wkoll l-ispejjeż diretti għal kull kandidat li rnexxa mill-kompetizzjonijiet tal-EPSO mal-ispejjeż diretti tal-proċeduri tal-għażla organizzati mill-istituzzjonijiet stess (ara d-dettalji fl-Anness v) u kkalkulajna medja skont id-daqs tal-listi ta’ riżerva. Ir-riżultati huma ppreżentati fit-Tabella 4.
Tabella 4 – Spiża diretta għal kull kandidat li rnexxa, rigward il-proċeduri organizzati mill-EPSO u mill-istituzzjonijiet tal-UE, skont id-daqs tal-lista ta’ riżerva
Għadd ta’ kandidati li rnexxew, imniżżlin fil-lista ta’ riżerva | 1-20 | 21-40 | 41-60 | 61-80 | >100 |
EPSO | EUR 14 165 | EUR 9 600 | EUR 7 866 | EUR 8 177 | EUR 6 828 |
Istituzzjonijiet | EUR 7 444 | EUR 4 882 | M/A | M/A | M/A |
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-EPSO, il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Ġustizzja.
82Ibbażat fuq il-kompetizzjonijiet fil-kampjun tagħna, l-EPSO huwa għażla li tiswa inqas flus għal kompetizzjonijiet kbar, iżda għal dawk iżgħar, l-istituzzjonijiet għandhom ferm inqas spejjeż diretti, sa 50 % inqas. Dan jista’ jiġi spjegat mill-għadd iżgħar ta’ fajls ta’ kandidati li jkunu jridu jiġu ttrattati (għal kompetizzjonijiet b’inqas minn 20 kandidat li rnexxew, fil-kampjuni tagħna, bħala medja l-EPSO kellu 533 kandidat, filwaqt li l-istituzzjonijiet kellhom 66) li jgħin biex jitnaqqsu l-ispejjeż. Barra minn hekk, il-kompetizzjonijiet fuq skala żgħira mmexxija mill-istituzzjonijiet għandhom it-tendenza li jkollhom inqas stadji ta’ ttestjar.
83Fil-fehma tagħna, il-format attwali tal-kompetizzjoni tal-EPSO mhuwiex effettiv biex iżomm l-ispejjeż baxxi, għall-kompetizzjonijiet speċjalizzati fuq skala żgħira li l-istituzzjonijiet qed jitolbu issa. Il-proċeduri organizzati mill-istituzzjonijiet stess għandhom spejjeż aktar baxxi għal dan it-tip ta’ kompetizzjoni, ħafna drabi minħabba li dawn għandhom inqas stadji, jimmiraw lejn popolazzjoni iżgħar ta’ kandidati, u huma mfassla apposta għar-rekwiżiti tal-istituzzjoni kkonċernata. Iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, b’mod partikolari, iżid l-ispejjeż mingħajr ma jippreżenta benefiċċju ċar, speċjalment peress li r-rata ta’ suċċess hija għolja ħafna, għall-kompetizzjonijiet żgħar.
Il-proċeduri tal-EPSO huma inqas adatti biex jissodisfaw il-ħtiġijiet urġenti ta’ reklutaġġ ta’ kandidati speċjalizzati milli huma dawk organizzati mill-istituzzjonijiet stess
84Kull wieħed mill-istadji ta’ kompetizzjoni (ara l-paragrafu 11) jieħu ż-żmien biex jitwettaq, bi żmien ta’ stennija addizzjonali għal kandidati bejn stadju u ieħor, biex jingħata lok għall-armonizzazzjoni tal-marki, jew biex jiġu ttrattati talbiet għal rieżaminar jew ilmenti.
85Fil-kampjun tagħna, ħames kompetizzjonijiet kienu jinkludu l-istadji kollha possibbli. Il-Figure 11 turi d-durata ta’ kull wieħed minn dawn l-istadji. Ta’ min josserva li l-iqsar kompetizzjoni f’din is-serje ta’ 5 snin, AD/301/15, hija l-kompetizzjoni ġenerali, bl-akbar lista ta’ riżerva (159 kandidat li rnexxew). L-oħrajn kollha kellhom listi ta’ riżerva b’inqas minn 35 kandidat li rnexxew.
Figura 11
Tul ta’ kull stadju tal-kompetizzjoni
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-EPSO.
Kif turi l-Figura 8, jgħaddi ammont konsiderevoli ta’ żmien bejn ħtieġa li tiġi espressa minn istituzzjoni u t-tnedija tal-kompetizzjoni assoċjata. Barra minn hekk, anki jekk il-linji gwida tal-ippjanar isemmu l-flessibbiltà għal “ħtiġijiet ad hoc”, mhuwiex possibbli li titnieda kompetizzjoni fi żmien ftit xhur. Għalhekk, il-proċess tal-għażla mhuwiex adatt għall-kompitu li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet urġenti ta’ reklutaġġ.
87B’konsegwenza ta’ dan, u wkoll biex jevitaw il-fażi tan-negozjar interistituzzjonali tal-proċess ta’ ppjanar, l-istituzzjonijiet xi drabi jiddeċiedu li jniedu l-proċeduri proprji ta’ reklutaġġ, u f’dan il-każ jagħżlu li jirreklutaw membri tal-persunal temporanju minflok uffiċjali. Aħna eżaminajna 22 proċedura ta’ dan it-tip (ara l-Anness VI għal aktar dettalji) biex nivvalutaw id-durata tagħhom.
88L-istituzzjonijiet jirnexxilhom jikkompletaw il-proċeduri b’4 stadji ta’ għażla (tgħarbil tas-CVs, intervisti, test tal-kitba u xi drabi diskussjonijiet fi grupp) fi żmien 8 xhur mill-pubblikazzjoni tas-sejħa għal espressjoni ta’ interess (imqabbla ma’ medja ta’ 13-il xahar għal kompetizzjoni tal-EPSO). Dan jagħmel dawn il-proċeduri aktar flessibbli u għalhekk aktar adatti għall-kompitu li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet urġenti ta’ reklutaġġ milli huma l-kompetizzjonijiet speċjalizzati. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet għandhom aktar flessibbiltà fit-twaqqit tal-proċeduri proprji tagħhom, meta mqabbla mal-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet speċjalizzati li jridu jiġu nnegozjati bejn l-istituzzjonijiet, u li huma dipendenti ħafna mid-disponibbiltà ta’ membri tal-bord tal-għażla minn istituzzjonijiet differenti (ara l-paragrafi 25 u 47).
89Fil-fehma tagħna, l-għadd stabbilit ta’ stadji fil-kompetizzjonijiet tal-EPSO jagħmel il-proċess kollu kemm hu twil, mhux flessibbli biżżejjed, u jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet biex jorganizzaw il-proċeduri proprji tagħhom, meta jkunu jixtiequ jimlew malajr rwol speċjalizzat. Dan il-format mhuwiex xieraq biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet urġenti ta’ reklutaġġ.
Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
90B’mod ġenerali, l-EPSO qed jirnexxilu jwettaq dak li kien maħsub li jwettaq: jipprovdi għadd kbir ta’ kandidati li jirnexxu li l-ħiliet tagħhom ikunu wesgħin biżżejjed għal karriera twila u varjata fl-istituzzjonijiet. Aħna sibna li l-organizzazzjoni attwali tal-proċess tal-għażla tal-EPSO hija xprunata mill-ideat imressqa fl-EDP li jmur lura għall-2008: l-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet f’ċikli annwali għal profili li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet ta’ reklutaġġ, li huwa mistenni li jkun rikorrenti.
91Il-proċess ta’ ppjanar huwa ċċentrat madwar kompetizzjonijiet kbar li jiġu organizzati kull sena (il-paragrafi 21 sa 28). Ix-xogħol ta’ komunikazzjoni li twettaq taħt il-marka Karrieri mal-UE prinċipalment fi Brussell irnexxielu jattira għadd kbir ta’ kandidati (il-paragrafi 29 sa 38). Il-metodi ta’ ttestjar żguraw li l-kwalità tal-kandidati li għaddew hija tajba, u ġeneralment tissodisfa l-aspettattivi tal-maniġers (il-paragrafi 39 sa 42).
92Madankollu, hemm għadd ta’ dgħufijiet fil-proċess tal-għażla li jħallu impatt fuq l-effettività tiegħu. It-testijiet psikometriċi ma jintużawx biss biex tiġi evalwata l-adatezza tal-applikanti għall-impjieg, iżda wkoll, fil-fatt, biex jiġu eliminati l-applikanti sabiex il-proċess tal-kompetizzjoni jkun aktar maniġġabbli (il-paragrafi 39 u 40). Ma hemm l-ebda mekkaniżmu formali biex jitkejjel is-sodisfazzjon tal-istituzzjonijiet imqabbel mal-kandidati li jirnexxu (il-paragrafu 43). Ir-restrizzjoni fl-għadd ta’ lingwi li jistgħu jintużaw għal xi partijiet mill-proċedura tal-għażla wasslet għal inċertezza tad-dritt kontinwa (il-paragrafi 44 u 45). Koordinazzjoni insuffiċjenti bejn l-EPSO u l-istituzzjonijiet tista’ twassal għal dewmien fil-kompetizzjonijiet (il-paragrafi 46 u 47). Barra minn hekk, l-EPSO ma jimmonitorjax l-ispejjeż għall-kompetizzjonijiet u ma ħax azzjoni biex jiżgura li jintlaħqu l-miri għad-durata tal-kompetizzjonijiet (il-paragrafi 51 u 57).
Rakkomandazzjoni 1 – Jiġu indirizzati dgħufijiet identifikati fil-proċess tal-għażlaJenħtieġ li l-Bord tat-Tmexxija jaġġorna l-proċess tal-għażla biex jindirizza d-dgħufijiet identifikati li ġejjin li jħallu impatt fuq l-effettività tiegħu:
- ikejjel is-sodisfazzjon tal-istituzzjonijiet b’dan il-proċess tal-għażla;
- jirrevedi r-reġim lingwistiku, b’mod partikolari għall-formoli ta’ applikazzjoni u s-sistema għal ilmenti, biex jiżgura ċertezza tad-dritt għall-kandidati u l-istituzzjonijiet;
- jiżgura koordinazzjoni aħjar bejn l-EPSO u l-istituzzjonijiet f’dak li jirrigwarda d-disponibbiltà tal-membri tal-bord tal-għażla;
- jintroduċi arranġamenti ta’ monitoraġġ biex jirrapporta dwar l-ispejjeż għall-kompetizzjonijiet;
- inaqqas id-durata tal-kompetizzjonijiet għall-mira ta’ 10 xhur li hija stabbilita fl-EDP.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: tmiem l-2021
93Aħna sibna wkoll li l-istruttura organizzattiva tal-EPSO żżomm l-ispejjeż għall-kompetizzjonijiet f’livell baxx meta l-għadd ta’ kandidati li jgħaddu fis-sena jkun għoli (il-paragrafi 50 sa 55). Barra minn hekk, l-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet ġenerali regolarment għenet biex tiġi żgurata disponibbiltà adegwata ta’ rekluti potenzjali għall-istituzzjonijiet (il-paragrafi 56 sa 59).
94Madankollu, aħna sibna li l-proċess attwali tal-għażla mhuwiex adatt sew għall-ħtiġijiet li l-istituzzjonijiet ikollhom f’ambjent fejn l-għadd ta’ membri tal-persunal tnaqqsu. Minflok eżerċizzji ta’ reklutaġġ fuq skala kbira mmirati lejn profili ta’ tip ġenerali, l-istituzzjonijiet qed ifittxu dejjem aktar persunal speċjalizzat li malajr jista’ jibda jaħdem. Dan jimplika ħtieġa li jiġu organizzati kompetizzjonijiet b’listi ta’ riżerva qosra (inqas minn 30 kandidat li jirnexxu).
95Il-proċess attwali tal-għażla mhuwiex adattat tajjeb għal dan it-tip ta’ kompetizzjoni. Il-proċedura ta’ ppjanar mhijiex affidabbli u sseħħ kmieni wisq biex tkun preċiża (il-paragrafi 62 sa 67). L-EPSO ma jimmirax b’mod konsistenti l-komunikazzjonijiet tiegħu b’tali mod biex jattira kandidati adatti għal kompetizzjonijiet speċjalizzati (il-paragrafi 68 sa 70). L-għarfien speċifiku għall-impjieg qed jiġi ttestjat tard, bir-riskju li l-kandidati li jkollhom profili ta’ tip speċjalizzat ħafna jistgħu jiġu eliminati kmieni fil-proċess tal-għażla, u dan iwassal għal sitwazzjoni fejn wisq ftit kandidati adatti jgħaddu għall-istadju taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni (il-paragrafi 71 sa 76).
96Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet iġarrbu spejjeż aktar baxxi meta jorganizzaw il-proċeduri tal-għażla proprji tagħhom għall-profili ta’ tip speċjalizzat, u jistabbilixxu proċess tal-għażla aktar flessibbli għal dawn il-proċeduri (ara l-paragrafi 72, u 77 sa 83). Il-kompetizzjonijiet speċjalizzati organizzati mill-EPSO jdumu wisq biex jissodisfaw il-ħtiġijiet urġenti ta’ reklutaġġ li l-istituzzjonijiet ikollhom (il-paragrafi 84 sa 89), meta mqabbel ma’ dak li jistgħu jimmaniġġjaw l-istituzzjonijiet permezz tal-proċeduri proprji tagħhom, li huma aktar sempliċi.
Rakkomandazzjoni 2 – Jiġi introdott qafas ta’ għażla ġdid għall-kompetizzjonijiet speċjalizzatiJenħtieġ li l-Bord tat-Tmexxija jintroduċi qafas ta’ għażla ġdid għall-kandidati speċjalizzati b’arranġamenti ta’ ppjanar separati.
Jenħtieġ li dawn il-kompetizzjonijiet speċjalizzati, u l-kompetizzjonijiet li jkollhom listi ta’ riserva qosra, jitwettqu abbażi ta’ ftehim preċiż bejn l-istituzzjonijiet rikjedenti u l-EPSO, li mill-inqas jispeċifika:
- il-mod kif għandu jitwettaq l-ittestjar tal-għarfien relatat mal-impjieg, u l-piż relattiv tiegħu meta mqabbel mal-ħiliet li jiġu ttestjati fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni;
- ir-riżorsi u l-persunal li l-istituzzjonijiet se jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-EPSO (inklużi d-dispożizzjonijiet li jispeċifikaw il-kwalifiki u l-esperjenza tal-membri tal-bord tal-għażla);
- ix-xogħol ta’ komunikazzjoni ppjanat biex issir pubbliċità dwar il-kompetizzjoni;
- il-perjodu ta’ żmien li l-EPSO jimpenja li jirrispetta għall-kompetizzjoni;
- l-ispiża stmata għall-kompetizzjoni, l-arranġamenti relatati ta’ monitoraġġ u rappurtar, kif ukoll il-miżuri speċifiċi previsti biex l-ispejjeż jiġu mminimizzati.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: l-ewwel tliet xhur tal-2023
97L-EPSO ma adattax il-proċess tal-għażla tiegħu għall-ambjent li qed jinbidel, li fih ilhom joperaw l-istituzzjonijiet mill-2012. L-EDP kien rispons għall-kritika mill-perjodu 2004-2008; huwa ma introduċiex flessibbiltà suffiċjenti biex jipprovdi lill-EPSO l-mezzi biex jadatta l-proċess tal-għażla tiegħu għar-rekwiżiti tal-ambjent li qed jinbidel b’mod rapidu, li fih qed joperaw l-UE u l-istituzzjonijiet tagħha issa (eż. tnaqqis fil-persunal, ħiliet ġodda marbuta mad-diġitalizzazzjoni) (il-paragrafi 62 sa 67, 71 sa 76, 84 sa 89).
Rakkomandazzjoni 3 – Tittejjeb il-kapaċità tal-EPSO biex jadatta għal ambjent ta’ reklutaġġ li qed jinbidel malajrJenħtieġ li l-Bord tat-Tmexxija jintroduċi rieżaminar regolari tal-proċess tal-għażla biex jiżgura l-kapaċità tiegħu li jirreaġixxi għal ambjent ta’ reklutaġġ li qed jinbidel malajr.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: tmiem l-2021
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla V, immexxija mis-Sur Tony Murphy, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fid-29 ta’ Settembru 2020.
Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner Lehne
Il-President
Annessi
Anness I – Kategoriji ta’ membri tal-persunal impjegati mal-istituzzjonijiet Ewropej
Il-forza tax-xogħol tal-istituzzjonijiet hija magħmula minn diversi kategoriji ta’ persunal. F’kull kategorija hemm gradi differenti, li jirriflettu rekwiżiti professjonali u edukattivi u livelli ta’ responsabbiltà dejjem akbar.
Uffiċjal huwa persuna li tkun inħatret, wara li tkun għaddiet minn kompetizzjoni, f’post permanenti f’waħda mill-istituzzjonijiet. Il-Kummissarji mhumiex uffiċjali.
L-uffiċjali jappartjenu għal wieħed minn tliet gruppi ta’ funzjoni:
- Amministraturi (AD), fil-gradi AD5 sa AD15;
- Assistenti (AST), fil-gradi AST1 sa AST11;
- Segretarji u skrivani (AST/SC), fil-gradi AST/SC1 sa AST/SC6.
Persunal temporanju jiġi rreklutat:
- fuq kuntratti għal terminu qasir (massimu ta’ sitt snin) biex jimla post permanenti f’waħda mill-istituzzjonijiet jew fis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna;
- fuq kuntratt għal terminu qasir jew, aktar rari, għal perjodu indefinit, biex jimla post temporanju f’istituzzjoni jew f’aġenzija;
- biex jassisti persuna li għandha kariga (eż. Kummissarju), f’liema każ it-tul tal-kuntratt tagħhom ikun marbut mal-kariga tat-titulari.
Il-gruppi ta’ funzjoni għall-persunal temporanju huma l-istess bħal dawk għall-uffiċjali.
Persunal kuntrattwali ma jiġix assenjat għal post stabbilit. Il-persunal kuntrattwali jinqasam f’erba’ gruppi ta’ funzjoni (GFI sa GFIV) skont il-kompiti li jwettqu: minn GFI għal kompiti manwali sa GFIV għal kompiti amministrattivi. Aġenti assenjati għal GFI jew dawk li jaħdmu f’aġenzija jew f’delegazzjoni, rappreżentanza jew uffiċċju jistgħu jiġu rreklutati għal perjodu indefinit; il-kuntratti ta’ aġenti oħra ma jistgħux jaqbżu sitt snin.
Persunal lokali jiġi rreklutat f’lokalitajiet barra l-Unjoni Ewropea skont r-regoli u l-prattiki lokali. Dan il-persunal ma jiġix assenjati għal postijiet stabbiliti.
Anness II – Rekwiżiti ta’ dħul għal kull kategorija ta’ persunal
01It-tabella hawn taħt tippreżenta fil-qosor il-kwalifiki minimi u l-ħiliet lingwistiċi meħtieġa għal uffiċjali u persunal temporanju, kif ukoll it-tip ta’ kompiti li jitwettqu minn kull grupp ta’ funzjoni.
Uffiċjali u persunal temporanju |
Kwalifiki u esperjenza professjonali |
AD |
Studji universitarji konklużi ta’ mill-anqas tliet snin (erbgħa għal AD7), iċċertifikati b’diploma. Il-kompetizzjonijiet AD7 normalment jirrikjedu minimu ta’ sitt snin esperjenza wara li tkun inkisbet id-diploma mitluba. Il-kompetizzjonijiet AD5 ma jirrikjedu l-ebda esperjenza u huma aktar adattati għall-gradwati żgħażagħ. |
AST u AST/SC |
Edukazzjoni post-sekondarja ċċertifikata b’diploma, jew edukazzjoni sekondarja ċċertifikata b’diploma, u esperjenza professjonali ta’ mill-anqas tliet snin. Kompetizzjonijiet għal AST/SC1 ma jirrikjedux esperjenza professjonali, iżda dawk għal AST3 jew SC2 normalment jirrikjedu mill-inqas tlieta jew erba’ snin esperjenza professjonali addizzjonali li tkun direttament relatata man-natura tad-dmirijiet, liema esperjenza tkun inkisbet wara l-kwalifika jew l-esperjenza professjonali meħtieġa għall-aċċess għall-kompetizzjoni |
Rekwiżiti lingwistiċi |
Għall-gruppi ta’ funzjoni kollha: għarfien approfondit ta’ waħda mil-lingwi tal-UE u għarfien sodisfaċenti ta’ lingwa oħra. |
Kompiti indikattivi |
AD |
Amministraturi: profili ta’ tip ġenerali bħal avukati, awdituri, ekonomisti u tradutturi, u profili ta’ tip aktar speċjalizzat (ġuristi lingwisti, riċerkaturi, esperti fil-qasam tal-IT u tal-komunikazzjoni). |
AST |
Rwoli ġenerali jew tekniċi fl-amministrazzjoni, fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika, jew rwoli aktar tekniċi fil-finanzi, il-komunikazzjoni, ir-riċerka. |
AST/SC |
Kompiti klerikali u segretarjali, kompiti ta’ ġestjoni tal-uffiċċju |
Anness III – L-istadji ta’ kompetizzjoni miftuħa tal-EPSO
Stadju | Deskrizzjoni |
Awtoevalwazzjoni | Qabel ma japplikaw, il-kandidati potenzjali huma mistiedna jirrispondu għal kwestjonarju mhux obbligatorju biex jitgħallmu aktar dwar x’għandhom jistennew minn karriera fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE, kif ukoll dwar it-tip u d-diffikultà tat-testijiet li jkunu se jiffaċċjaw. |
Applikazzjoni online | Il-kandidati japplikaw permezz tal-profili tagħhom tal-EPSO (profil elettroniku għall-immaniġġjar tad-dettalji tal-applikazzjoni). Trid timtela formola ta’ applikazzjoni separata għal kull kompetizzjoni. Il-kandidati jirċievu wkoll komunikazzjonijiet dwar l-organizzazzjoni tal-kompetizzjoni mill-EPSO permezz tal-profili tagħhom tal-EPSO. |
Testijiet ta’ qabel l-għażla | It-testijiet ta’ qabel l-għażla huma parti minn xi wħud mill-kompetizzjonijiet. Il-format tagħhom huwa stabbilit fl-avviż ta’ kompetizzjoni, iżda fil-biċċa l-kbira dawn isiru fil-forma ta’ testijiet b’għażla multipla bbażati fuq il-kompjuter. Il-kandidati jagħmlu t-testijiet fiċ-ċentri tal-ittestjar fl-Istati Membri tal-UE u xi drabi madwar id-dinja. |
Fażi ta’ ammissjoni/Evalwatur tat-talenti u għażla bbażata fuq il-kwalifiki | Il-bord tal-għażla jivverifika li l-kandidati li kellhom l-aħjar punteġġi fit-testijiet ta’ qabel l-għażla jissodisfaw ukoll il-kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti fl-avviż ta’ kompetizzjoni, u jistieden lill-applikanti li jkollhom l-aħjar prestazzjoni għall-fażi li jmiss. L-għadd ta’ kandidati li għandhom jiġu mistiedna huwa indikat fl-avviż ta’ kompetizzjoni. Għall-kompetizzjonijiet speċjalizzati, l-għażla hija ġeneralment ibbażata fuq il-kwalifiki. Il-bord tal-għażla jivvaluta l-applikazzjonijiet u jagħżel il-kandidati li l-kwalifiki tagħhom jissodisfaw bl-aħjar mod il-kriterji stabbiliti fl-avviż ta’ kompetizzjoni. Din l-għażla ssir biss abbażi ta’ tweġibiet għal mistoqsijiet speċifiċi fit-tab tal-“evalwatur tat-talenti” tal-formola tal-applikazzjoni online fl-għodda tal-IT tal-EPSO. |
Testijiet preliminari/intermedji | F’xi wħud mill-kompetizzjonijiet, hemm fażi intermedja fejn il-kandidati jridu jagħmlu aktar testijiet. Dawn it-testijiet normalment jitwettqu fiċ-ċentri tal-ittestjar fl-Istati Membri tal-UE, u jistgħu pereżempju jinkludu eżerċizzju e-tray jew test ta’ traduzzjoni. |
Ċentru ta’ evalwazzjoni | Jekk il-punteġġi tal-kandidati fl-istadji preċedenti jkunu fost l-aħjar u jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti fl-avviż ta’ kompetizzjoni, dawn il-kandidati jiġu mistiedna għall-fażi taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni. Iċ-ċentri ta’ evalwazzjoni huma maħsuba biex jevalwaw il-kompetenzi predefiniti billi josservaw l-imġiba tal-parteċipanti. Dawn jikkonsistu f’għadd ta’ eżerċizzji ta’ simulazzjoni differenti f’kuntest rilevanti għall-impjiegi fejn l-imġiba titqabbel mal-profil ta’ kompetenza. Il-kandidati jistgħu jiġu ttestjati fuq żewġ tipi ta’ kompetenzi: kompetenzi f’oqsma speċifiċi u kompetenzi ġenerali. Il-kompetenzi f’oqsma speċifiċi huma l-għarfien u l-ħiliet applikati li huma meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti immedjati tal-profil speċifiku tal-impjieg għal dik il-kompetizzjoni partikolari (eż. avukat speċjalizzat fil-kompetizzjoni, assistent awditur). Il-kompetenzi ġenerali huma kapaċitajiet li l-uffiċjali kollha jeħtieġu sabiex ikollhom karriera ta’ suċċess fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej. Iċ-ċentri ta’ evalwazzjoni normalment jiġu organizzati fi Brussell jew fil-Lussemburgu (ħlief l-istudju tal-każ, li jsir separatament fl-Istati Membri). L-eżerċizzji tipiċi taċ-ċentri ta’ evalwazzjoni huma: — studju tal-każ; — eżerċizzju fi grupp; — preżentazzjoni orali; — intervista strutturata; — intervista speċifika għall-impjieg; — eżerċizzju e-tray. Id-diplomi tal-kandidati li għaddew u l-evidenza tal-esperjenza professjonali tagħhom jiġu vverifikati wara l-fażi taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, u l-ismijiet tagħhom jitqiegħdu fuq il-lista ta’ riżerva ta’ kandidati li rnexxew. |
Lista ta’ riżerva | Il-lista ta’ riżerva fiha l-ismijiet ta’ dawk il-kandidati li kellhom l-aħjar prestazzjoni fil-kompetizzjoni. L-għadd ta’ postijiet disponibbli fuq il-lista ta’ riżerva jiġi ddikjarat fl-avviż ta’ kompetizzjoni. Il-lista tintbagħat lill-istituzzjonijiet tal-UE, li mbagħad minnha jkunu jistgħu jirreklutaw kandidati li għaddew, skont il-ħtiġijiet tagħhom. |
Anness IV – Metodoloġija tal-awditjar
01Aħna ġbarna l-evidenza tagħna għal dan l-awditu mis-sorsi li ġejjin:
- rieżaminar ta’ kampjun ta’ kompetizzjonijiet organizzati mill-EPSO, li fir-rigward tagħhom aħna analizzajna l-ispejjeż u d-durata tagħhom;
- analiżijiet mhux fuq il-post tal-informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-EPSO bħal: ir-rapporti annwali tal-attività, il-pjanijiet ta’ ġestjoni, il-minuti tal-Bord tat-Tmexxija (2016-2018), il-minuti tal-grupp ta’ ħidma tal-EPSO (2016-2018);
- kwestjonarji tal-awditjar indirizzati lill-EPSO, il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea u l-Qorti tal-Ġustizzja;
- intervisti li saru matul l-awditu mal-EPSO, il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja, u l-fornitur tas-servizzi tal-EPSO għall-fażi taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni;
- stħarriġ għal 471 maniġer intermedju fil-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea u l-Qorti tal-Ġustizzja;
- analiżi tal-komunikazzjonijiet tal-EPSO fuq Twitter fil-perjodu 2018-2019;
- kwestjonarji indirizzati lill-presidenti u l-presidenti supplenti tal-kompetizzjonijiet tal-EPSO li tnedew fil-perjodu 2015-2016, u intervisti magħhom.
Tabella 5 – Kampjun ta’ kompetizzjonijiet eżaminat
Referenza | Sena | Profil | Kandidati | Kandidati li għamlu t-testijiet | Kandidati li rnexxew |
EPSO/AST-SC/06/17 | 2017 | Segretarji/Skrivani AST/SC1 u SC2 | 5 573 | 4 121 | 359 |
EPSO/AD/287/14 | 2014 | Tradutturi AD5 | 306 | 237 | 34 |
EPSO/AD/289/14 | 2014 | Ġuristi lingwisti AD7 | 552 | 364 | 14 |
EPSO/AST/130/14 Qasam 4: Ġestjoni tal-proġetti |
2014 | Assistenti fis-settur tal-bini AST3 | 1 054 | 18 | |
EPSO/AD/318/15 Għażliet 1 u 2 |
2015 | Tradutturi AD5 | 948 | 762 | 25 |
EPSO/AD/249/13 Qasam 1: Makroekonomija |
2013 | Amministraturi AD7 | 1 068 | 41 | |
EPSO/AD/347/17 | 2017 | Esperti fil-midja u fil-komunikazzjoni diġitali AD6 | 2 327 | 1 860 | 63 |
EPSO/AST/144/17 (sitt lingwi) | 2017 | Assistenti lingwistiċi AST1 | 2 803 | 2 010 | 35 |
EPSO/AD/233/12 | 2012 | Tradutturi AD5 | 2 178 | 1 751 | 70 |
EPSO/AD/331/16 (l-oqsma kollha) |
2016 | Esperti tal-ICT AD7 | 1 629 | 191 | |
EPSO/AD/301/15 | 2015 | Amministraturi AD5 | 31 400 | 20 985 | 159 |
EPSO/AD/354/17-LV | 2017 | Ġuristi lingwisti AD7 | 26 | 7 | |
EPSO/AD/236/12 EPSO/AD/237/12 EPSO/AD/238/12 EPSO/AD/239/12 |
2012 | Interpreti tal-konferenzi AD5 u AD7 | 333 | 275 | 30 |
EPSO/AD/332/16 EPSO/AD/334/16 EPSO/AD/336/16 |
2016 | Ġuristi lingwisti AD7 | 1 677 | 1 170 | 26 |
EPSO/AD/256/13 EPSO/AD/257/13 EPSO/AD/258/13 EPSO/AD/259/13 |
2013 | Interpreti tal-konferenzi AD5 u AD7 | 501 | 13 |
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-EPSO.
02Biex jiġu stmati l-ispejjeż tal-kompetizzjonijiet tal-EPSO u l-proċeduri tal-għażla, aħna stabbilejna metodoloġija ta’ kalkolu b’kooperazzjoni mal-EPSO. Il-punti prinċipali tal-metodoloġija kienu:
- qsim tal-ispejjeż fi tliet kategoriji: spejjeż ġenerali (bħal bini u utilitajiet); spejjeż indiretti (marbuta mal-attivitajiet tal-EPSO li huma relatati mal-kompetizzjonijiet u l-għażla, iżda mhux ma’ kompetizzjoni speċifika); u spejjeż diretti (marbuta ma’ kompetizzjoni speċifika, bħal laqgħat, testijiet f’ċentri ta’ evalwazzjoni);
- għas-sehem tal-ispejjeż ġenerali relatati mal-kompetizzjonijiet, u l-ispejjeż indiretti, aħna qsamniehom skont l-għadd ta’ kandidati li rnexxew f’dik is-sena u mbagħad żidniehom (pro rata) mal-ispejjeż diretti tal-kompetizzjonijiet individwali fil-kampjun tagħna;
- l-ispejjeż diretti tqiesu jew b’valur par (għal fatturi minn fornituri jew minn spejjeż tal-missjonijiet) jew inkella ġew ikkalkulati minna.
Biex inqabblu parti mill-ispejjeż diretti tal-EPSO mal-ispejjeż tal-proċeduri tal-għażla organizzati mill-istituzzjonijiet stess, aħna pproċedejna kif ġej.
- Lil kull waħda mit-tliet istituzzjonijiet, aħna bgħattna kwestjonarju biex nidentifikaw l-għadd u t-tip (kompetizzjonijiet interni jew reklutaġġ ta’ aġenti temporanji permezz ta’ sejħiet għal espressjonijiet ta’ interess) tal-proċeduri interni tal-għażla li twettqu bejn l-2015 u l-2018.
- Minn dawn il-proċeduri, għażilna dawk l-aktar reċenti li jikkonċernaw l-għażla ta’ persunal temporanju, li għalihom l-istituzzjonijiet ma kienu talbu l-ebda appoġġ mill-EPSO. Tlabna lill-istituzzjonijiet biex jipprovdulna l-ispejjeż diretti meta kellhom dawn (fatturi, spejjeż tal-ivvjaġġar) jew evidenza li tippermettilna nikkalkulawlhom (eż. l-għadd ta’ laqgħat meħtieġa għat-tmexxija tal-għażla, id-durata tagħhom u l-grad tal-parteċipanti).
- Abbażi ta’ dan, aħna kkalkulajna l-ispejjeż tal-proċeduri tal-għażla tal-istituzzjonijiet.
Anness V – Spejjeż diretti għal kull kandidat li rnexxa, il-kompetizzjonijiet tal-EPSO u l-proċeduri tal-għażla organizzati mill-istituzzjonijiet stess
Referenza | Sena | Kandidati | Kandidati li rnexxew | Spiża diretta għal kull kandidat li rnexxa |
Proċedura istituzzjonali Nru 12 | 2017 | 8 | 1 | EUR 751 |
Proċedura istituzzjonali Nru 7 | 2017 | 7 | 1 | EUR 991 |
Proċedura istituzzjonali Nru 22 | 2018 | 21 | 2 | EUR 1 027 |
Proċedura istituzzjonali Nru 14 | 2018 | 37 | 7 | EUR 1 166 |
Proċedura istituzzjonali Nru 11 | 2017 | 35 | 10 | EUR 1 274 |
Proċedura istituzzjonali Nru 13 | 2018 | 74 | 1 | EUR 1 784 |
Proċedura istituzzjonali Nru 20 | 2018 | 23 | 1 | EUR 2 355 |
EPSO/AST-SC/06/17 | 2017 | 5 573 | 359 | EUR 2 753 |
Proċedura istituzzjonali Nru 17 | 2018 | 8 | 1 | EUR 3 774 |
Proċedura istituzzjonali Nru 6 | 2017 | 148 | 12 | EUR 3 999 |
Proċedura istituzzjonali Nru 16 | 2018 | 228 | 32 | EUR 4 808 |
Proċedura istituzzjonali Nru 10 | 2017 | 59 | 10 | €4 831 |
Proċedura istituzzjonali Nru 19 | 2018 | 227 | 23 | EUR 4 956 |
EPSO/AD/331/16 (l-oqsma kollha) | 2016 | 1 629 | 191 | EUR 5 648 |
Proċedura istituzzjonali Nru 15 | 2018 | 117 | 12 | EUR 5 698 |
EPSO/AD/287/14 | 2014 | 306 | 34 | EUR 6 467 |
EPSO/AD/233/12 | 2012 | 2 178 | 70 | EUR 6 820 |
Proċedura istituzzjonali Nru 18 | 2018 | 223 | 14 | EUR 7 837 |
EPSO/AD/249/13 – Qasam 1: Makroekonomija | 2013 | 1 068 | 41 | EUR 7 866 |
EPSO/AD/318/15 – Għażliet 1 u 2 | 2015 | 948 | 25 | EUR 8 375 |
EPSO/AD/289/14 | 2014 | 552 | 14 | EUR 8 681 |
EPSO/AST/130/14 (AST3) - Qasam 4: Ġestjoni tal-proġetti | 2014 | 1 054 | 18 | EUR 8 949 |
Proċedura istituzzjonali Nru 2 | 2015 | 156 | 6 | EUR 9 216 |
Proċedura istituzzjonali Nru 1 | 2015 | 120 | 5 | EUR 9 463 |
EPSO/AD/347/17 | 2017 | 2 327 | 63 | EUR 9 534 |
EPSO/AST/144/17 (AST1) (sitt lingwi) | 2017 | 2 803 | 35 | EUR 10 516 |
Proċedura istituzzjonali Nru 4 | 2016 | 37 | 3 | EUR 11 174 |
EPSO/AD/332/16 EPSO/AD/334/16 EPSO/AD/336/16 |
2016 | 1 677 | 26 | EUR 11 263 |
EPSO/AD/236/12 EPSO/AD/237/12 EPSO/AD/238/12 EPSO/AD/239/12 |
2012 | 333 | 30 | EUR 11 377 |
Proċedura istituzzjonali Nru 3 | 2016 | 13 | 3 | EUR 11 990 |
EPSO/AD/301/15 | 2015 | 31 400 | 159 | EUR 12 082 |
Proċedura istituzzjonali Nru 21 | 2018 | 79 | 5 | EUR 12 359 |
EPSO/AD/354/17-LV | 2017 | 26 | 7 | EUR 12 979 |
Proċedura istituzzjonali Nru 8 | 2017 | m/a | 3 | EUR 13 630 |
Proċedura istituzzjonali Nru 9 | 2017 | 72 | 3 | EUR 13 734 |
EPSO/AD/256/13 EPSO/AD/257/13 EPSO/AD/258/13 EPSO/AD/259/13 |
2013 | 501 | 13 | EUR 26 052 |
Proċedura istituzzjonali Nru 5 | 2016 | 15 | 1 | EUR 31 832 |
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-EPSO, il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Ġustizzja.
Anness VI – Durata tal-proċeduri tal-għażla organizzati mill-istituzzjonijiet
Proċeduri tal-għażla organizzati mil-istituzzjonijiet biex jintgħażel persunal temporanju
Sena | Stadji | Stadju 1 | Stadju 2 | Stadju 3 | Stadju 4 | Stadju 5 | Kandidati | Kandidati li rnexxew | Avviż tal-għażla | Lista ta’ riżerva | Durata (xhur) | |
1 | 2015 | 5 | Tgħarbil tas-CVs | Test tal-kitba bil-lingwa 1 (kompetenza speċifika għall-impjieg) | Test tal-kitba bil-lingwa 2 (studju tal-każ) | Intervista | Diskussjoni fi grupp | 120 | 5 | 30.1.2015 | 21.12.2015 | 10.8 |
2 | 2015 | 4 | Tgħarbil tas-CVs | Test tal-kitba bil-lingwa 2 | Intervista | Diskussjoni fi grupp | 156 | 6 | 8.9.2015 | 1.8.2016 | 10.9 | |
3 | 2016 | 5 | Tgħarbil tas-CVs | Test tal-kitba bil-lingwa 1 (kompetenza speċifika għall-impjieg) | Test tal-kitba bil-lingwa 2 (studju tal-każ) | Intervista | Diskussjoni fi grupp | 13 | 3 | 21.4.2016 | 18.10.2016 | 6.0 |
4 | 2016 | 4 | Tgħarbil tas-CVs | Test tal-kitba bil-lingwa 2 | Intervista | Diskussjoni fi grupp | 37 | 3 | 24.5.2016 | 14.6.2017 | 12.9 | |
5 | 2016 | 4 | Tgħarbil tas-CVs | Test tal-kitba bil-lingwa 2 | Intervista | Diskussjoni fi grupp | 15 | 1 | 26.8.2016 | 14.2.2017 | 5.7 | |
6 | 2017 | 2 | Tgħarbil tas-CVs | Intervista | 148 | 12 | 1.2.2017 | 16.6.2017 | 4.5 | |||
7 | 2017 | 3 | Tgħarbil tas-CVs | Intervista | Ittestjar tal-ħiliet f’ambjent tal-ħajja reali | 7 | 1 | 13.3.2017 | 13.7.2017 | 4.1 | ||
8 | 2017 | 4 | Tgħarbil tas-CVs | Test tal-kitba bil-lingwa 2 | Intervista | Diskussjoni fi grupp | 12 | 3 | 22.6.2017 | 6.3.2018 | 8.6 | |
9 | 2017 | 4 | Tgħarbil tas-CVs | Test tal-kitba bil-lingwa 2 | Intervista | Diskussjoni fi grupp | 72 | 3 | 28.7.2017 | 26.4.2018 | 9.1 | |
10 | 2017 | 2 | Tgħarbil tas-CVs | Intervista | 59 | 10 | 11.9.2017 | 31.8.2018 | 11.8 | |||
11 | 2017 | 2 | Test ta’ traduzzjoni | Intervista | 35 | 10 | 22.9.2017 | 11.6.2018 | 8.7 | |||
12 | 2017 | 3 | Tgħarbil tas-CVs | Intervista | Ittestjar tal-ħiliet f’ambjent tal-ħajja reali | 8 | 1 | 24.5.2017 | 22.9.2017 | 3.9 | ||
13 | 2018 | 2 | Tgħarbil tas-CVs | Intervista | 74 | 1 | 17.1.2018 | 8.6.2018 | 4.7 | |||
14 | 2018 | 2 | Test ta’ traduzzjoni | Intervista | 37 | 7 | 3.4.2018 | 30.5.2018 | 1.9 | |||
15 | 2018 | 3 | Tgħarbil tas-CVs | Testijiet fiżiċi (speċifiċi għall-impjieg) | Intervista | 117 | 12 | 25.4.2018 | 9.1.2019 | 8.6 | ||
16 | 2018 | 3 | Tgħarbil tas-CVs | Intervista | Test tal-kitba | 228 | 32 | 9.7.2018 | 25.6.2019 | 11.7 | ||
17 | 2018 | 2 | Test ta’ traduzzjoni | Intervista | 8 | 1 | 24.9.2018 | 26.10.2018 | 1.1 | |||
18 | 2018 | 3 | Tgħarbil tas-CVs | Intervista | Test tal-kitba | 223 | 14 | 9.11.2018 | 23.7.2019 | 8.5 | ||
19 | 2018 | 3 | Tgħarbil tas-CVs | Intervista | Test tal-kitba | 227 | 23 | 9.11.2018 | 1.8.2019 | 8.8 | ||
20 | 2018 | 2 | Tgħarbil tas-CVs | Intervista | 23 | 1 | 30.11.2018 | 28.2.2019 | 3.0 | |||
21 | 2018 | 2 | Tgħarbil tas-CVs | Intervista | 79 | 5 | 21.1.2019 | 4.7.2019 | 5.5 | |||
22 | 2018 | 3 | Tgħarbil tas-CVs | Intervista | Ittestjar tal-ħiliet f’ambjent tal-ħajja reali | 21 | 2 | 16.4.2018 | 2.7.2018 | 2.6 |
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Ġustizzja.
Akronimi u Abbrevjazzjonijiet
CBT: test ibbażat fuq il-kompjuter (normalment test psikometriku)
EDP: Programm ta’ Żvilupp tal-EPSO
EPSO: Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal
Glossarju
Kandidat li rnexxa: Kandidat li għadda minn kompetizzjoni miftuħa tal-EPSO.
Lista ta’ riżerva: Lista tal-kandidati kollha li għaddew (irnexxew) minn kompetizzjoni miftuħa tal-EPSO. Din tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE.
Membru tal-bord tal-għażla: Uffiċjal minn istituzzjoni tal-UE nnominat biex joqgħod fuq il-bord tal-għażla li jevalwa l-kandidati ta’ kompetizzjoni ġenerali miftuħa tal-EPSO. Il-membri tal-bord tal-għażla jissejħu “permanenti” meta jkunu ssekondati mill-istituzzjoni tagħhom għall-EPSO għal perjodu ta’ żmien itwal, minflok jiġu nnominati għal kompetizzjoni waħda.
Uffiċċju: Dipartiment tal-Kummissjoni Ewropea, immexxi minn Direttur. L-uffiċċji nħolqu biex iwettqu kompiti speċifiċi, ħafna drabi ta’ natura amministrattiva (eż. l-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali, l-Uffiċċji għall-Bini u l-Infrastruttura fi Brussell u l-Lussemburgu). Għall-kuntrarju tad-Direttorati Ġenerali, l-Uffiċċji ma jittrattawx l-iżvilupp tal-politika.
Tim tal-awditjar
Ir-rapporti speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditi li twettaq ta’ politiki u programmi tal-UE, jew ta’ suġġetti relatati mal-ġestjoni minn oqsma speċifiċi tal-baġit. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar biex timmassimizza l-impatt tagħhom billi tqis ir-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta’ introjtu jew ta’ nfiq involut, l-iżviluppi li għad iridu jseħħu u l-interess politiku u pubbliku.
Dan l-awditu tal-prestazzjoni twettaq mill-Awla V tal-Awditjar, Finanzjament u amministrazzjoni tal-UE, li hija mmexxija minn Tony Murphy, Membru tal-QEA. L-awditu tmexxa minn Annemie Turtelboom, Membru tal-QEA, li ngħatat appoġġ minn Florence Fornaroli, Kap tal-Kabinett u Celil Ishik, Attaché tal-Kabinett; Bertrand Albugues, Maniġer Prinċipali; Marion Kilhoffer, Kap tal-Kompitu; Daria Bochnar, Panagiota Liapi u Jesús Nieto Muñoz, Awdituri. Richard Moore pprovda appoġġ lingwistiku.

Noti finali
1 Ara d-Deċiżjoni 2002/621/KE tal-25 ta’ Lulju 2002, ĠU L 197, tas-26.7.2002, u https://epso.europa.eu/.
2 Ara http://europa.eu/epso/doc/edp_2012_final_version.pdf
3 Ara l-istqarrija tal-missjoni tal-EPSO: “Ir-rwol tal-EPSO huwa li jgħin lill-istituzzjonijiet tal-UE billi jipprovdi proċeduri ta’ selezzjoni ta’ kwalità għolja, effiċjenti u effettivi li jippermettulhom li jirreklutaw il-persuna adatta, għall-impjieg xieraq, fil-ħin opportun.”
4 Programm ta’ Żvilupp tal-EPSO: pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni, 10/9/2008. Ara wkoll id-dokument intitolat EPSO Development Programme, Final report, 2012, https://europa.eu/epso/doc/edp_2012_final_version.pdf
5 Stħarriġiet dwar is-sodisfazzjon fost il-kandidati tal-EPSO, li twettaq fi tmiem it-test taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, fil-perjodu 2014-2018.
Kronoloġija
Avveniment | Data |
---|---|
Il-Memorandum ta’ Ppjanar tal-Awditjar (APM) jiġi adottat / L-awditu jinbeda | 3.9.2019 |
L-abbozz ta’ rapport jintbagħat uffiċjalment lill-entità awditjata | 9.7.2020 |
Ir-rapport finali jiġi adottat wara l-proċedura kontradittorja | 29.9.2020 |
Ir-risposti uffiċjali tal-EPSO jaslu bil-lingwi kollha | 26.10.2020 |
Kuntatt
IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG
Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors
Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).
Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2020
ISBN 978-92-847-5347-5 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/560224 | QJ-AB-20-021-MT-N | |
HTML | ISBN 978-92-847-5318-5 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/576002 | QJ-AB-20-021-MT-Q |
DRITTIJIET TAL-AWTUR
© L-Unjoni Ewropea, 2020.
Il-politika tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) dwar l-użu mill-ġdid hija implimentata bid-Deċiżjoni Nru 6-2019 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-politika tad-data miftuħa u l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti.
Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor (eż. f’avviżi individwali dwar id-drittijiet tal-awtur), il-kontenut tad-dokumenti tal-QEA, li huwa proprjetà tal-UE, huwa liċenzjat taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution 4.0 International (CC BY 4.0). Dan ifisser li l-użu mill-ġdid huwa awtorizzat, dment li l-awturi jingħataw kreditu xieraq u li l-bidliet jiġu indikati. Il-persuni li jużaw mill-ġdid dan il-kontenut ma jistgħux ibiddlu s-sinifikat jew il-messaġġ oriġinali tad-dokumenti. Il-QEA ma għandhiex tkun responsabbli għal kwalunkwe konsegwenza relatata mal-użu mill-ġdid.
Inti meħtieġ tikseb drittijiet addizzjonali ċari jekk kontenut speċifiku juri individwi privati identifikabbli, pereżempju f’ritratti li jkun fihom il-membri tal-persunal tal-QEA, jew jekk ikun jinkludi xogħlijiet ta’ parti terza. Fejn ikun inkiseb permess, tali permess għandu jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b’mod ċar kwalunkwe restrizzjoni dwar l-użu.
Biex tuża jew tirriproduċi kontenut li ma jkunx proprjetà tal-UE, inti jista’ jkun li jkollok titlob il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur:
Il-Figuri 1, 6 u 8: Icons © 2010-2020 Freepik Company S.L. Id-drittijiet kollha huma riżervati.
Software jew dokumenti li jkunu koperti mid-drittijiet ta’ proprjetà industrijali, bħal privattivi, trademarks, disinji rreġistrati, logos u ismijiet, huma esklużi mill-politika tal-QEA dwar l-użu mill-ġdid u inti ma għandekx il-liċenzja biex tużahom.
Il-familja ta’ Siti Web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan id-dominju europa.eu, tipprovdi links għal siti ta’ partijiet terzi. Peress li dawn ma jaqgħux taħt il-kontroll tal-QEA, inti mħeġġeġ biex teżamina l-politiki tagħhom dwar il-privatezza u dwar id-drittijiet tal-awtur.
Użu tal-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri
The European Court of Auditors logo must not be used without the European Court of Auditors’ prior consent.
Kif tikkuntattja lill-UE
Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f'dan is-sit: https://europa.eu/european-union/contact_mt
Bit-telefown jew bil-posta elettronika
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:
- bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
- fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew
- bil-posta elettronika permezz: https://europa.eu/european-union/contact_mt
Kif issib tagħrif dwar l-UE
Onlajn
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: https://europa.eu/european-union/index_mt
Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tniżżel mill-internet jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li xi wħud minnhom huma bla ħlas u xi oħrajn bil-ħlas, minn: https://op.europa.eu/mt/publications. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tal-informazzjoni lokali tiegħek (ara https://europa.eu/european-union/contact_mt).
Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1952 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: http://eur-lex.europa.eu
Dejta Miftuħa mill-UE
Il-portal tad-Dejta Miftuħa mill-UE (https://copenhagenizeindex.eu/) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-dejta mill-UE. Id-dejta tista’ titniżżel mill-internet u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.