Rapport Speċjali
23 2021

It-tnaqqis tal-korruzzjoni kbira fl-Ukrajna:
bosta inizjattivi tal-UE, iżda r-riżultati għadhom mhux suffiċjenti

Dwar ir-rapport: L-Ukrajna ilha tbati minn korruzzjoni kbira u manipulazzjoni tal-Istat għal ħafna snin. L-awditu li wettaqna vvaluta jekk l-appoġġ mill-UE fl-Ukrajna kienx effettiv fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni kbira. Għalkemm l-UE kienet introduċiet bosta inizjattivi biex tnaqqas l-opportunitajiet ta’ korruzzjoni, aħna sibna li l-korruzzjoni kbira kienet għadha problema ewlenija fl-Ukrajna. Aħna nagħmlu bosta rakkomandazzjonijiet biex jitjieb l-appoġġ mill-UE, b’mod partikolari li jenħtieġ li azzjonijiet speċifiċi jiġu mfassla u implimentati mhux biss biex jimmiraw lejn il-korruzzjoni kbira (inkluża l-istruttura oligarkika) iżda biex jgħinu wkoll fit-tneħħija ta’ impedimenti għal kompetizzjoni ħielsa u ġusta.

Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.

Din il-pubblikazzjoni hija disponibbli bi 23 lingwa fil-format li ġejt:
PDF
PDF General Report

Sommarju eżekuttiv

I

L-Ukrajna ilha tbati minn korruzzjoni – b’mod partikolari minn korruzzjoni kbira – għal ħafna snin. L-UE appoġġat bosta riformi biex jiżdied l-istat tad-dritt u biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni fl-Ukrajna.

II

Għalkemm dokumenti ewlenin tal-UE jsemmu l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, dawn ma jagħmlu l-ebda referenza speċifika għall-korruzzjoni kbira. Il-“korruzzjoni kbira” hija ddefinita bħala l-abbuż ta’ setgħa ta’ livell għoli li jibbenefika lill-ftit, u li jikkawża ħsara serja u mifruxa lill-individwi u lis-soċjetà. L-oligarki u d-drittijiet akkwiżiti huma l-kawża ewlenija ta’ din il-korruzzjoni. Il-korruzzjoni kbira u l-manipulazzjoni tal-Istat ixekklu l-kompetizzjoni u t-tkabbir, u jagħmlu ħsara lill-proċess demokratiku.

III

Il-prevenzjoni ta’ u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-Ukrajna huma wieħed mill-bosta objettivi tal-UE għall-assistenza mill-UE fl-Ukrajna. Il-Kummissjoni u l-Missjoni ta’ Konsulenza Ewropea fl-Ukrajna appoġġaw il-bini tal-kapaċitajiet għall-istituzzjonijiet involuti fit-trawwim tal-istat tad-dritt, b’mod partikolari l-istituzzjonijiet kontra l-korruzzjoni maħluqa reċentement. Aħna ffukajna l-awditu tagħna fuq il-korruzzjoni kbira billi din hija l-ostakolu prinċipali għall-istat tad-dritt u għall-iżvilupp ekonomiku fl-Ukrajna. Aħna awditjajna jekk is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni vvalutawx b’mod effettiv is-sitwazzjoni speċifika fl-Ukrajna fir-rigward tal-korruzzjoni kbira, u jekk ħadux l-azzjoni meħtieġa biex jappoġġaw ir-riformi fl-Ukrajna. Aħna ffukajna fuq il-kontribuzzjonijiet mill-UE għar-riformi tas-sistema ġudizzjarja u għal dawk kontra l-korruzzjoni matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni 2016-2019.

IV

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni qiesu l-korruzzjoni bħala prijorità trażversali, u dderiġew fondi u sforzi permezz ta’ varjetà ta’ setturi. B'mod ġenerali, aħna sibna li dan l-approċċ ma ffukax biżżejjed fuq il-korruzzjoni kbira. Filwaqt li l-UE għenet biex tnaqqas l-opportunitajiet ta’ korruzzjoni, il-korruzzjoni kbira għadha problema ewlenija fl-Ukrajna. Ir-riforma tas-sistema ġudizzjarja qed tesperjenza ostakoli kbar, l-istituzzjonijiet kontra l-korruzzjoni jinsabu f’riskju, il-fiduċja f’dawn l-istituzzjonijiet għadha baxxa, u l-għadd ta’ kundanni li jirriżultaw mill-korruzzjoni kbira huwa żgħir. Għalkemm is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni qiesu t-tnaqqis tal-korruzzjoni bħala problema trażversali, ma fasslux u lanqas implimentaw strateġija speċifika biex jindirizzaw il-korruzzjoni kbira. Il-proġetti li eżaminajna ma kinux esklużivament iffukati fuq il-ġlieda kontra l-korruzzjoni kbira, iżda nofshom kienu jinkludu xi attivitajiet li indirizzaw indirettament il-problema.

V

L-appoġġ mill-Kummissjoni għal proġetti tas-soċjetà ċivili u għall-ġurnaliżmu indipendenti kien azzjoni rilevanti, u għen mhux biss biex tiġi żgurata t-trasparenza iżda wkoll biex jiġu esposti prattiki korrotti.

VI

Il-Kummissjoni appoġġat l-attivitajiet tal-Kumitat Kontra l-Monopolji u r-riformi tal-governanza korporattiva tal-Intrapriżi tal-Istat, iżda l-fokus inizjalment kien fuq l-allinjament tal-leġiżlazzjoni Ukrena mal-istandards u l-prinċipji tal-UE aktar milli fuq l-infurzar tal-liġi dwar il-kompetizzjoni.

VII

Il-Kummissjoni u l-Missjoni ta’ Konsulenza Ewropea fl-Ukrajna pprovdew assistenza intensiva għar-riforma tas-sistema ġudizzjarja. Madankollu, għadd sostanzjali ta’ mħallfin, prosekuturi u membri tal-korpi ta’ governanza għad għandhom bżonn jiġu eżaminati bir-reqqa dwar l-integrità. Il-Kummissjoni għenet ukoll biex jiġu stabbiliti u żviluppati istituzzjonijiet speċifiċi kontra l-korruzzjoni. Madankollu, aħna sibna li l-ambjent eżistenti fl-Ukrajna jpoġġi s-sostenibbiltà ta’ dawn l-istituzzjonijiet f’riskju, peress li dawn għadhom jibbażaw fuq is-setturi ġudizzjarji, tal-prosekuzzjoni u tal-infurzar tal-liġi mhux riformati.

VIII

Il-proġetti tal-UE għenu wkoll biex jissawwru għadd ta’ għodod diġitali għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni, iżda bosta għodod irrikjedew aktar impenn mill-awtoritajiet nazzjonali. In-nuqqas attwali ta’ bażijiet ta' data preċiżi huwa magħruf li jagħmel lil għodda bħal dawn inqas effiċjenti għal kontroverifiki u t-trasparenza. Il-proġetti tal-UE qiegħdin jaħdmu fuq dawn il-kwistjonijiet.

IX

Il-koordinazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-UE ma’ donaturi oħra kellha sehem fl-emendar tal-Kostituzzjoni tal-Ukrajna, fit-tisħiħ tal-qafas legali, u fit-twaqqif ta’ istituzzjonijiet. Madankollu, il-Kummissjoni setgħet serrħet aktar fuq il-kundizzjonijiet biex tappoġġa r-riformi fil-ġudikatura.

X

L-UE għandha sistema fis-seħħ għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni tal-proġetti tagħha. Madankollu, il-valutazzjoni ta’ kemm il-proġetti għenu fil-ġlieda kontra kwalunkwe tip ta’ korruzzjoni hija diffiċli għal nofs il-proġetti awditjati, billi l-eżiti ma jistgħux jitkejlu (minħabba nuqqas ta’ linji bażi, miri u indikaturi rilevanti) u jirreferu għal outputs u attivitajiet.

XI

Fuq il-bażi ta’ dawn il-konklużjonijiet, aħna nirrakkomandaw li jenħtieġ li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-Missjoni ta’ Konsulenza Ewropea fl-Ukrajna u l-Kummissjoni:

  • ifasslu u jimplimentaw azzjonijiet speċifiċi li jimmiraw il-korruzzjoni kbira;
  • jivvalutaw u jaġġustaw l-iskala tal-appoġġ tagħha għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u għall-ġurnaliżmu investigattiv;
  • jikkontribwixxu għat-tneħħija tal-impedimenti għal kompetizzjoni ħielsa u ġusta;
  • itejbu l-monitoraġġ u r-rappurtar sabiex jinfurmaw u jieħdu azzjoni korrettiva meta jkun meħtieġ;
  • jenfasizzaw l-integrità u l-impenn ta’ riforma meta jipprovdu appoġġ għall-bini tal-kapaċitajiet;
  • jappoġġaw id-diġitalizzazzjoni tar-reġistri; u
  • jistipulaw kundizzjonijiet aktar stretti għall-appoġġ mill-Kummissjoni.

Introduzzjoni

L-Ukrajna: sieħba strateġika għall-UE

01

L-Ukrajna hija sieħba ġeopolitika u strateġika għall-UE1. Hija wieħed mill-akbar pajjiżi tal-Ewropa f’termini ta’ ġeografija u popolazzjoni, u hija wkoll wieħed mill-ġirien diretti tal-UE. F’dawn l-aħħar snin, għadd kbir ta’ Ukreni emigraw lejn l-UE2.

02

Għal aktar minn 20 sena issa, l-UE ilha tappoġġa lill-Ukrajna fl-aġenda ta’ riforma tagħha fi triq lejn integrazzjoni ekonomika u relazzjonijiet politiċi aktar profondi. L-Ukrajna ilha parti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat mill-2003. L-Ukrajna u l-UE bdew jinnegozjaw il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni (AA), inkluż iż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA), fl-2007. F’Novembru 2013, l-Ukrajna ssospendiet l-iffirmar tal-AA/idDCFTA, u b’hekk skattat ir-rivoluzzjoni ta’ Maidan tal-20143. L-AA/id-DCFTA ġew iffirmati f’Ġunju 2014, u daħlu fis-seħħ f’Settembru 2017. L-UE biħsiebha tqarreb aktar lill-Ukrajna u lill-UE lejn xulxin permezz ta’ rabtiet politiċi aktar profondi, rabtiet ekonomiċi aktar b’saħħithom, u rispett għal valuri komuni.

03

F’Marzu 2014, ir-Russja annettiet il-Krimea u s-Sevastopol, u beda kunflitt armat fil-Lvant tal-Ukrajna. B’riżultat ta’ dan, l-UE adottat miżuri restrittivi kontra dawk responsabbli għal azzjonijiet li sfidaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Korruzzjoni fl-Ukrajna

04

L-Ukrajna għandha storja twila ta’ korruzzjoni, u tiffaċċja kemm korruzzjoni żgħira kif ukoll kbira. Il-korruzzjoni żgħira hija mifruxa, u hija aċċettata bħala kważi inevitabbli minn parti kbira tal-popolazzjoni. Iċ-ċittadini ta’ spiss jiġġustifikaw il-parteċipazzjoni tagħhom f’din il-korruzzjoni żgħira billi jinnutaw li l-uffiċjali u l-oligarki ta’ livell għoli huma involuti f’abbużi mill-pożizzjoni fuq skala ħafna akbar4. L-esperti stmaw li kull sena ammonti kbar – f’għexieren ta’ biljuni ta’ dollari – jintilfu minħabba l-korruzzjoni fl-Ukrajna5.

05

Transparency International tiddefinixxi l-korruzzjoni kbira bħala l-abbuż ta’ setgħa ta’ livell għoli li jibbenefika lill-ftit għad-detriment tal-ħafna, u li jikkawża dannu serju u mifrux lill-individwi u lis-soċjetà. Fl-Ukrajna, din hija bbażata fuq konnessjonijiet informali bejn uffiċjali tal-gvern, membri tal-parlament, prosekuturi, imħallfin, aġenziji tal-infurzar tal-liġi (LEAs), maniġers ta’ Intrapriżi tal-Istat (SOEs) u individwi/kumpaniji konnessi politikament (ara l-Figura 1). Hemm madwar 3 500 SOE fil-livell ċentrali u 11 000 fil-livell muniċipali6.

Figura 1

Is-sistema Ukrena li tiffaċilita l-korruzzjoni kbira

Sors: il-QEA, ibbażat fuq diversi sorsi7.

06

Il-manipulazzjoni tal-Istat permezz ta’ gruppi ta’ eliti politiċi u ekonomiċi b’saħħithom li huma piramidali fl-istruttura u li rabbew l-għeruq fl-istituzzjonijiet pubbliċi u l-ekonomija kollha tqieset bħala karatteristika speċifika tal-korruzzjoni tal-Ukrajna8. Kemm il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) kif ukoll il-gvern tal-Ukrajna rrikonoxxew ir-reżistenza li wrew id-drittijiet akkwiżiti għar-riformi strutturali9. Il-korruzzjoni kbira li tirriżulta minn Stat tad-dritt dgħajjef u minn influwenza oligarkika mifruxa tmur kontra l-valuri tal-UE, u hija ostakolu ewlieni għall-iżvilupp tal-Ukrajna10. Il-korruzzjoni kbira jew fil-livelli għolja xxekkel il-kompetizzjoni u t-tkabbir fil-pajjiż, tagħmel ħsara lill-proċess demokratiku, u hija l-bażi għall-korruzzjoni żgħira fuq skala wiesgħa.

07

Barra minn hekk, il-ġurnalisti investigattivi ppubblikaw regolarment artikli dwar il-flussi finanzjarji illeċiti tal-oligarki (inkluż il-ħasil tal-flus barra mill-pajjiż), anke fl-UE11. Rapport jistma li l-ispiża tal-evitar tat-taxxa permezz ta’ offshores hija ta’ mill-inqas EUR 1 000 000 fis-sena12.

08

Mill-2016 sal-202013, it-tliet ostakoli prinċipali għall-investiment barrani fl-Ukrajna baqgħu l-istess: il-korruzzjoni mifruxa, nuqqas ta’ fiduċja fil-ġudikatura, u l-monopolizzazzjoni tas-suq u l-manipulazzjoni tal-Istat mill-oligarki (ara l-Figura 2). Fi snin reċenti, l-investiment dirett barrani fl-Ukrajna baqa’ taħt il-livell tal-2016 (ara l-Anness I).

Figura 2

L-ostakoli ewlenin għall-investiment barrani fl-Ukrajna: 2016-2020

Sors: il-QEA, ibbażat fuq Foreign Investor Survey 2020 EBA, Dragon Capital, CES.

09

Diversi studji, b’mod partikolari mill-FMI (ara l-Figura 3), urew korrelazzjoni proġettata bejn tnaqqis fil-korruzzjoni mifruxa fuq naħa, u tkabbir ekonomiku u titjib relatat fil-ħajja taċ-ċittadini fuq in-naħa l-oħra. Partijiet ikkonċernati differenti14 jaqblu li ma tistax issir bidla reali fl-Ukrajna mingħajr ma tiġi indirizzata l-influwenza tad-drittijiet akkwiżiti.

Figura 3

It-tnaqqis fil-korruzzjoni jgħin biex titħaffef il-konverġenza ekonomika mal-UE (studju tal-FMI)

Sors: il-QEA, ibbażat fuq il-Figura 6 tal- IMF Country Report No 17/84 on Ukraine – April 2017, u l-IMF World Economic Outlook Database, Ottubru 2020.

Appoġġ mill-UE għall-Ukrajna

10

L-Ukrajna hija pajjiż tas-Sħubija tal-Lvant tal-UE15. L-UE u l-Ukrajna għandhom għan komuni ta’ aktar integrazzjoni ekonomika u assoċjazzjoni politika. Għalhekk, l-UE għandha ħafna prijoritajiet (governanza tajba, l-ekonomija, il-kummerċ, l-enerġija, it-tibdil fil-klima, il-mobbiltà, is-soċjetà ċivili, u l-assistenza umanitarja) li jeħtieġ li jiġu indirizzati mhux biss permezz ta’ kooperazzjoni finanzjarja iżda wkoll permezz ta’ djalogu politiku. L-Ukrajna hija t-tieni l-akbar pajjiż benefiċjarju tal-Istrument Ewropew tal-Viċinat. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni impenjat madwar EUR 5,6 biljun għal programmi ta’ assistenza makrofinanzjarja (MFA) u EUR 2,2 biljun għal programmi ta’ assistenza mill-2014. Il-Kummissjoni tiggarantixxi wkoll self mill-Bank Ewropew tal-Investiment ta’ EUR 4,4 biljun. L-UE hija l-akbar donatur għall-Ukrajna16.

11

Il-finanzjament tal-Istrument Ewropew tal-Viċinat irid jikkonforma mal-istat tad-dritt17. Dan huwa valur fundamentali tal-UE18, u prinċipju gwida tal-politika barranija tagħha19. Barra minn hekk, l-AA/id-DCFTA UE-Ukrajna jelenka l-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni bħala elementi ewlenin għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn il-partijiet20.

12

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-Kummissjoni indirizzaw il-korruzzjoni b’mod multidimensjonali permezz ta’ djalogu ta’ politika u politiku, attivitajiet tal-proġetti, u kundizzjonijiet għall-appoġġ baġitarju u għall-programmi tal-MFA. Wara l-abolizzjoni tal-liġijiet kontra l-korruzzjoni fl-2010, l-UE għamlet il-liberalizzazzjoni tal-viża suġġetta għal parametri referenzjarji, inkluż il-leġiżlazzjoni kontra l-korruzzjoni u l-korpi kontra l-korruzzjoni21.

13

Is-SEAE huwa responsabbli għad-djalogu politiku u, flimkien mal-Kummissjoni, għat-tfassil tal-istrateġija lejn l-Ukrajna. B’rispons għas-sitwazzjoni diffiċli fl-Ukrajna fl-2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li tniedi “Miżuri Speċjali” (pakketti ta’ appoġġ)22 fuq bażi annwali mill-2014 sal-2017. Il-Kummissjoni stabbilixxiet ukoll grupp ta’ appoġġ speċjali (il-Grupp ta’ Appoġġ għall-Ukrajna) biex jgħin lill-awtoritajiet Ukreni jwettqu r-riformi ekonomiċi u politiċi meħtieġa, b’mod partikolari wara li ġew iffirmati l-AA/id-DCFTA. Il-kooperazzjoni kienet ilha mill-2018 ibbażata fuq programmazzjoni pluriennali għall-perjodu 2018-2020.

14

Il-missjoni ta’ konsulenza tal-UE (EUAM)23 hija missjoni ċivili li taqa’ taħt il-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni ssorveljata mis-SEAE u mill-Istati Membri; din saret operattiva fl-Ukrajna f’Diċembru 2014. Il-mandat tagħha huwa li tappoġġa lill-Ukrajna fl-iżvilupp ta’ servizzi tas-sigurtà sostenibbli, responsabbli u effiċjenti li jsaħħu l-istat tad-dritt.

Ambitu u approċċ tal-awditjar

15

L-objettiv tal-awditu kien li jivvaluta jekk l-appoġġ mill-UE għar-riformi fl-Ukrajna kienx effettiv fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni kbira.

16

Biex inwieġbu l-mistoqsija prinċipali tal-awditjar, aħna staqsejna lis-SEAE u lill-Kummissjoni tliet sottomistoqsijiet:

  • Dawn ivvalutaw is-sitwazzjoni speċifika tal-Ukrajna fir-rigward tal-korruzzjoni kbira, u assistew lill-Ukrajna fl-indirizzar ta’ dik is-sitwazzjoni?
  • L-assistenza għar-riforma tas-sistema ġudizzjarja li pprovdew wasslet għar-riżultati mistennija?
  • L-assistenza għar-riformi kontra l-korruzzjoni li pprovdew wasslet ir-riżultati mistennija?
17

Fl-2016, aħna rrappurtajna dwar l-assistenza mill-UE lill-Ukrajna24. Aħna nnutajna li l-Kummissjoni kienet ilha mill-2010 tenfasizza dejjem aktar ir-riskji maħluqa mis-sistema oligarkika, u li għalkemm kienu ttieħdu passi sinifikanti biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni wara r-rivoluzzjoni ta’ Maidan, kienet għadha meħtieġa aktar konsolidazzjoni tal-qafas kontra l-korruzzjoni. Aħna kkonkludejna li l-assistenza mill-UE lill-Ukrajna kienet parzjalment effettiva fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

18

Minħabba li l-korruzzjoni u l-manipulazzjoni tal-Istat mill-oligarki huma problemi ewlenin fl-Ukrajna (ara l-paragrafi 04-08), aħna ffukajna l-awditu tagħna fuq l-appoġġ mill-UE għal riformi biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni kbira. Aħna prinċipalment koprejna l-perjodu ta’ implimentazzjoni 2016-2019, u ħadna inkunsiderazzjoni wkoll l-avvenimenti tal-passat u dawk reċenti. L-awditu vvaluta s-SEAE, il-Kummissjoni u l-attivitajiet tal-EUAM, u la jinkludi valutazzjoni tal-Istati Membri individwali tal-UE u lanqas l-azzjonijiet tal-awtoritajiet Ukreni.

19

Bħala parti mix-xogħol tagħna, aħna rrieżaminajna d-dokumentazzjoni ta’ sostenn u intervistajna rappreżentanti mill-Kummissjoni, mis-SEAE, u mill-EUAM għas-settur tas-sigurtà ċivili. Intervistajna wkoll partijiet ikkonċernati ewlenin, inkluż l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), il-Kunsill tal-Ewropa, il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ), il-FMI, implimentaturi tal-proġetti, benefiċjarji, u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ). Għall-iskopijiet tal-awditu tagħna, aħna wettaqna analiżi dettaljata ta’ żewġ programmi ta’ assistenza makrofinanzjarja (MFA III u IV) u, dawk l-attivitajiet ikkonċernati fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni kbira fi 22 proġett (ara l-Anness II). Aħna kkonsultajna lill-Kummissjoni u lill-EUAM meta għażilnal-proġetti, u għażilna dawk li kienu l-aktar probabbli li jgħinu fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Għal attivitajiet tal-proġetti li potenzjalment jindirizzaw il-korruzzjoni kbira, aħna eżaminajna jekk it-tagħlimiet meħuda u l-miżuri ta’ mitigazzjoni li ttieħdu indirizzawx ir-riskji relatati mal-korruzzjoni kbira, u jekk l-interventi kinux rilevanti, appoġġawx il-kompetizzjoni, u kisbux riżultati fil-qasam tar-riformi tas-sistema ġudizzjarja u ta’ dawk kontra l-korruzzjoni.

20

Aħna żorna l-Ukrajna matul il-fażi preliminari meta konna qed nistabbilixxu l-ambitu tal-awditjar. Madankollu, minħabba li l-pandemija żammitna milli nagħmlu żjara fuq il-post f’Ottubru 2020 kif kien ippjanat oriġinarjament, aħna minflok għamilna telefonati bil-vidjo lill-implimentaturi tal-proġetti u lil għadd limitat ta’ benefiċjarji. Minkejja dawn ir-restrizzjonijiet, aħna konna kapaċi nikkompletaw l-awditu.

Osservazzjonijiet

1. L-istrateġija tal-UE ma ffukatx speċifikament fuq il-ġlieda kontra l-korruzzjoni kbira, u l-impatt tagħha kien diffiċli biex jiġi mmonitorjat

21

F’dawn it-taqsimiet li ġejjin, aħna neżaminaw jekk is-SEAE u l-Kummissjoni:

  1. identifikawx il-korruzzjoni kbira u l-influwenza tas-sistema oligarkika bħala problema pervażiva u indirizzawx il-korruzzjoni kbira b’enfasi suffiċjenti;
  2. indirizzawx il-korruzzjoni kbira permezz ta’ żieda fil-kompetizzjoni u governanza korporattiva;
  3. immonitorjawx l-appoġġ tagħha b’mod adegwat.

1.1. Is-SEAE u l-Kummissjoni ma ffukawx speċifikament fuq l-indirizzar tal-korruzzjoni kbira

22

Is-SEAE u l-Kummissjoni ġabru informazzjoni minn diversi sorsi biex iħejju l-interventi ta’ politika u ta’ assistenza tagħhom. Madankollu, ma ppreżentawx dokument li jagħti dettalji dwar il-kawżi ewlenin tal-korruzzjoni kbira.

23

Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-korruzzjoni fil-livelli għolja kienet problema ewlenija fl-Ukrajna għal ħafna snin. Fl-2014, il-Kummissjoni kienet diġà konxja sew li l-Ukrajna kienet iddominata mill-oligarki, li wasslu għal sistemi korrotti, ikkaratterizzati minn kunflitti ta’ interess endemiċi u poter vertikali25. Matul id-djalogu UE-Ukrajna, is-SEAE u l-Kummissjoni saħqu fuq il-ħtieġa li tingħata prijorità lill-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u wissew li n-nuqqas ta’ prosekuzzjoni jew ta’ impożizzjoni ta’ sanzjonijiet fuq trasgressuri ta’ profil għoli għamel ħsara lill-fiduċja pubblika.

24

Il-biċċa l-kbira tad-dokumenti ewlenin tal-UE26 jirreferu għall-ħtieġa li tiġi indirizzata l-korruzzjoni fl-Ukrajna, iżda jinkludu biss ftit objettivi speċifiċi f'dan ir-rigward. L-objettivi tal-Aġenda ta’ Assoċjazzjoni UE-Ukrajna tal-2015 għandhom prijorità waħda fuq żmien qasir ifformulata kif ġej: jintwera progress qawwi fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-pakkett ġuridiku komprensiv kontra l-korruzzjoni adottat fl-14 ta’ Ottubru 2014, li jibda bl-istabbiliment u bl-iżgurar tal-funzjonament effettiv kemm tal-Uffiċċju Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni kif ukoll tal-Aġenzija Nazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni27.

25

Is-SEAE u l-Kummissjoni allokaw appoġġ għall-Ukrajna fuq bażi annwali mill-2014 sal-2017. Dawn ilhom li ddefinixxew l-istrateġija tal-pajjiż (il-Qafas ta’ Appoġġ Uniku)28 mill-2018, u jelenkaw il-prijoritajiet li ġejjin:

  1. it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet u l-governanza tajba, inkluż l-istat tad-dritt u s-sigurtà;
  2. l-iżvilupp ekonomiku u l-opportunitajiet fis-suq, inkluż l-iżvilupp tas-settur privat u t-titjib tal-klima kummerċjali;
  3. il-konnettività, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, l-ambjent u t-tibdil fil-klima; u
  4. il-mobilità u l-kuntatti interpersonali, inkluż l-inklużjoni soċjali.
26

Minkejja li l-prijoritajiet ma jirreferux speċifikament għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, wieħed mill-objettivi sottostanti tagħhom jirrikjedi prevenzjoni ta’ u ġlieda kontra l-korruzzjoni msaħħa, istituzzjonijiet kontra l-korruzzjoni msaħħa, inkluż l-istabbiliment ta’ qrati kontra l-korruzzjoni. Is-SEAE u l-Kummissjoni qiesu l-korruzzjoni bħala prijorità trażversali29 li għaliha jeħtieġ approċċ multidimensjonali, aktar milli bħala settur ta’ prijorità uniku. Madankollu, dawn ma żviluppawx strateġija ffukata biex jimmiraw lejn il-korruzzjoni kbira u d-dominanza tas-sistema oligarkika. Skont ċerti akkademiċi, mhuwiex minħabba li organizzazzjoni tkun adottat approċċ olistiku li din ma tkunx teħtieġ strateġija. Fil-fatt, strateġija hija saħansitra aktar meħtieġa għal approċċ multidimensjonali billi din tiddetermina kif se jintlaħqu l-objettivi li organizzazzjoni tkun għażlet billi tanalizza sitwazzjoni partikolari30.

27

Bħala parti mill-approċċ tagħha, is-SEAE u l-Kummissjoni użaw firxa wiesgħa ta’ strumenti, inkluż proġetti, kundizzjonijiet, u djalogu politiku/ta’ politika. L-appoġġ tagħhom kopra setturi u riformi differenti (ara l-paragrafu 25 u l-Figura 4). Il-Kummissjoni impenjat EUR 5,6 biljun għall-programmi tal-MFA u żborżat EUR 1,6 biljun għall-programmi tal-MFA I u II, segwiti minn EUR 2,2 biljun għall-programmi tal-MFA III u IV li għalihom analizzajna l-kundizzjonijiet kontra l-korruzzjoni. Barra minn hekk, minn EUR 2,2 biljun assistenza li ġiet impenjata, il-Kummissjoni nefqet EUR 839 miljun fuq programmi ta’ bini tal-kapaċitajiet li potenzjalment jindirizzaw il-korruzzjoni. Fil-każ ta’ korruzzjoni, huma iffukaw l-aktar fuq il-bini tal-istituzzjonijiet, b’mod partikolari billi appoġġaw l-istabbiliment u l-operazzjonalizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet/aġenziji kontra l-korruzzjoni li għandhom l-għan li jinvestigaw, iħarrku u jiddeċiedu dwar każijiet ta’ korruzzjoni fil-livelli għolja.

Figura 4

pagamenti tal-UE (f’miljuni ta’ euro) għall-perjodu 2014-2020 lil setturi ewlenin li potenzjalment jindirizzaw il-korruzzjoni

Sors: il-QEA, ibbażat fuq id-data tas-CRIS (Diċembru 2020), tal-informazzjoni tal-EUAM u ta’ proġetti awditjati.

28

Il-Kummissjoni pprovditilna lista ta’ programmi u proġetti għall-perjodu 2016-2020. Dawn kienu jinkludu bosta attivitajiet u benefiċjarji, li wħud minnhom indirizzaw il-korruzzjoni. Is-sistema ta’ traċċabbiltà tal-Kummissjoni hija bbażata fuq kodiċi tas-settur għal kull proġett. Madankollu, il-Kummissjoni la tista’ tidentifika faċilment attivitajiet speċifiċi kontra l-korruzzjoni, u lanqas ma tista’ tikkalkula l-finanzjament relatat għal kull istituzzjoni benefiċjarja.

29

L-għan ta’ proġett wieħed (il-Proġett 12 fl-Anness II) kien li tittejjeb l-implimentazzjoni tal-politika kontra l-korruzzjoni fl-Ukrajna. Għalkemm l-objettiv kumplessiv tal-proġett ma rreferiex għall-korruzzjoni kbira, l-attivitajiet tiegħu kienu jinkludu l-appoġġ lill-istituzzjonijiet ta’ kontra l-korruzzjoni, lill-OSĊ u lill-ġurnalisti li jinvestigaw każijiet ta’ korruzzjoni kbira, u l-identifikazzjoni ta’ riskji ta’ korruzzjoni.

30

Diversi proġetti (il-proġetti 8, 11, 12 u 15 fl-Anness II) ipprovdew appoġġ għall-identifikazzjoni ta’ riskji ta’ korruzzjoni f’abbozzi ta’ liġijiet. B’mod ġenerali, dawn il-proġetti setgħu jidentifikaw u jirrapportaw lill-awtoritajiet aktar minn 250 abbozz ta’ liġijiet li kienu jinvolvu riskji ta’ korruzzjoni mill-2018 sal-2020.

31

Sibna wkoll li 11-il proġett (il-Proġetti 3, 4, 6, 7, 12, 13, 14, 15, 16, 17 u 20 fl-Anness II) kienu jinvolvu attivitajiet li jipprovdu appoġġ għall-istabbiliment jew it-tisħiħ tal-aġenziji l-ġodda kontra l-korruzzjoni, tal-qafas legali, tas-settur tal-ġustizzja, ta’ investigazzjonijiet, u tal-klima kummerċjali li, jekk jiġu implimentati b’mod effettiv, jgħinu fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni kbira.

32

Apparti l-iżvilupp tal-bażi ta' data għall-“persuni esposti politikament”, il-proġetti li awditjajna ma ndirizzawx b’mod dirett is-sistema oligarkika. Eżempji tajba ta’ dan l-appoġġ setgħu jinkludu l-iffinanzjar ta’ analiżi minn esperti biex jiġu identifikati l-eżenzjonijiet mit-taxxa jew programmi ta’ għajnuna mill-Istat li jenħtieġ li jiġu mwaqqfa, kif ukoll skemi ta’ korruzzjoni u l-manipulazzjoni tal-Istat, u l-monopolji u l-iżvantaġġi tagħhom, u biex tiġi vverifikata s-sjieda tal-kumpaniji. Għażla oħra kienet tkun li jiġu ffinanzjati l-awditi tal-SOE. L-appoġġ għall-Parlament tal-Ukrajna (ir-Rada), għas-Servizz Fiskali tal-Istat (SFS), u għall-Kumitat Kontra l-Monopolji (AMCU) ma għamilx il-ġlieda kontra l-korruzzjoni kbira prijorità tiegħu. Il-proġetti ffinanzjati mill-UE indirizzaw il-korruzzjoni kbira fl-infurzar tal-liġi fil-marġini biss (pariri strateġiċi u korsijiet ta’ taħriġ dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta, leġiżlazzjoni kontra l-korruzzjoni u l-integrità kienu ftit minn dawn l-attivitajiet).

33

Il-korruzzjoni kbira u l-flussi finanzjarji illeċiti - inkluż il-ħasil tal-flus - huma intrinsikament marbuta. Kif irrikonoxxiet il-Kummissjoni31, ir-riskju ta’ ħasil ta’ flus barra mill-pajjiż, anke fl-UE, huwa għoli. Mill-proġetti awditjati, 3 kienu jinkludu attivitajiet limitati kontra l-ħasil tal-flus (il-proġetti 7, 12 u 13 fl-Anness II). Wieħed minnhom (il-proġett 12) ipprovda wkoll appoġġ għas-servizz tal-Istat għall-monitoraġġ finanzjarju u mar lil’hinn mill-kwistjoni tal-ħasil tal-flus. Il-programm tal-MFA kien jinkludi kundizzjoni li tirrikjedi lill-Ukrajna tadotta l-liġi kontra l-ħasil tal-flus, f’konformità mal-AA u mar-raba’ Direttiva tal-UE Kontra l-Ħasil tal-Flus sa Diċembru 2019. Din il-liġi ġiet adottata u daħlet fis-seħħ f’April 2020, iżda issa jeħtieġ li tiġi implimentata.

34

Il-Kunsill introduċa r-reġim ta’ sanzjonijiet għall-miżapproprjazzjonijiet fl-2014 biex jiffriża l-assi ta’ 22 individwu akkużati b’approprjazzjoni indebita tal-fondi tal-Istat fl-Ukrajna32. Fl-2020, 10 biss mill-individwi msemmija inizjalment baqgħu fuq il-lista tas-sanzjonijiet minħabba li oħrajn tneħħew minn fuq il-lista mill-Kunsill wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Is-SEAE ma kienx ġabar informazzjoni robusta biżżejjed33. Is-SEAE uża l-“iffriżar tal-assi” biex jevita li l-flus jiġu ttrasferiti lil pajjiżi oħrajn qabel ma jkunu jistgħu jinħarġu d-deċiżjonijiet tal-qorti. Barra minn hekk, għall-kuntrarju tal-Istati Uniti, is-SEAE u l-Kummissjoni għadhom ma pproponewx lill-Kunsill mudell fejn jiġi ristrett id-dħul fl-UE għall-Ukreni ssuspettati b’korruzzjoni kbira. Barra minn hekk, is-SEAE ma rrakkomandax li jenħtieġ li l-Kunsill jimponi projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar taħt ir-reġim ta’ “miżapproprjazzjonjiet ta’ sanzjonijiet”.

35

Aħna sibna li 4 proġetti (il-Proġetti 12, 13, 14 u 16 fl-Anness II) naqqsu l-korruzzjoni u salvaw il-fondi direttament. Il-benefiċjarji rċevew għotjiet biex iwettqu inkjesti, u l-evidenza miġbura permezz tal-proġetti ġiet trażmessa lill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi. Dawn il-proġetti għenu biex jinkixfu skemi ta’ korruzzjoni, iżidu s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, u jżommu s-suġġett fuq l-aġenda politika u pubblika.

36

L-EUAM, bħala attur ewlieni fir-riforma tas-settur tas-sigurtà, tat parir dwar it-tfassil u l-attivitajiet tal-proġett 18 (ara l-Anness II). Għalkemm il-Kummissjoni ħallset EUR 29 miljun, il-proġett kien wassal biss għadd limitat ta’ riżultati saż-żmien tal-awditjar minħabba dewmien u kwistjonijiet fit-tfassil.

37

Fil-bidu, il-mandat tal-EUAM kien limitat għall-għoti ta’ pariri strateġiċi biex jiġi rriformat is-settur tas-sigurtà ċivili. L-EUAM kkontribwixxiet għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni kbira permezz ta’ leġislazzjoni u appoġġ għar-riformi tas-servizzi ta’ prosekuzzjoni u sigurtà. Minkejja li l-immirar tal-korruzzjoni ma kinitx l-attività prinċipali tal-EUAM, 2 biss minn 50 kompitu indirizzaw direttament il-korruzzjoni. Il-EUAM qies lill-ġlieda kontra l-korruzzjoni bħala prijorità trażversali. Din tat pariri, mentoraġġ u appoġġ għall-valutazzjonijiet tar-riskju u għall-programmi kontra l-korruzzjoni. Madankollu, il-mandat tal-EUAM jillimita l-appoġġ tiegħu għar-riskji identifikati fi ħdan – iżda mhux lil hinn minn – l-LEAs, li jfisser li ma jistax jidentifika skemi ta’ korruzzjoni li jinvolvu bosta partijiet ikkonċernati.

1.2. L-appoġġ mill-UE għall-ġlieda kontra l-istrutturi u l-imġiba antikompetittivi ta riżultati limitati

38

L-oligarki Ukreni jiddominaw għadd kbir ta’ setturi tal-ekonomija u swieq li huma marbuta mill-qrib mal-SOEs34 (ara l-Figura 5). Din is-sitwazzjoni toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni. Għalkemm il-proġetti tal-Kummissjoni ma ffukawx fuq il-governanza u r-riformi tal-SOEs, l-UE appoġġat il-kompetizzjoni permezz ta’ diversi mezzi (ara l-Anness VI).

Figura 5

Kuntatti b’bosta swieq fost kumpaniji u SOEs konnessi politikament

Sors: il-QEA, ibbażat fuq “Reducing Market Distortions for a More Prosperous Ukraine” tal-Bank Dinji, 2019, il-Figuri 16, 18 u 19.

39

Il-Kummissjoni appoġġat riformi relatati mal-enerġija, kontra l-korruzzjoni, is-sistema ġudizzjarja, il-banek, riformi elettorali u riformi amministrattivi pubbliċi, u l-appoġġ għall-ġurnaliżmu investigattiv. Minkejja dan l-appoġġ u l-appoġġ ipprovdut minn donaturi oħra, l-oligarki u d-drittijiet akkwiżiti komplew idgħajfu l-isforzi għar-riformi.

40

Individwi/kumpaniji konnessi politikament – speċjalment l-oligarki – influwenzaw il-qafas legali biex jiksbu sensiela ta’ vantaġġi mill-Istat35, u jużaw kumpaniji satellita li jibbenefikaw minn relazzjonijiet esklussivi mal-SOEs36 (ara l-Figura 1). L-esperti ffinanzjati mill-UE mill-proġett 17 (ara l-Anness II) identifikaw bosta moratorji li jippermettu lill-kumpaniji – l-aktar lill-SOEs – biex ikomplu jinnegozjaw mingħajr ma jfallu jew iħallsu lura d-djun dovuti għar-ripagament (ara l-Figura 6). Il-Kummissjoni pprovdiet il-bini tal-kapaċitajiet, iżda ma talbitx lill-Ukrajna tneħħi dawn il-moratorji permezz ta’ kundizzjonijiet tal-MFA. Dawn il-benefiċċji jiffavorixxu l-manipulazzjoni tal-Istat u l-korruzzjoni, jillimitaw il-kompetizzjoni fis-suq, u jxekklu lill-parteċipanti l-ġodda37.

Figura 6

Djun mhux infurzat fl-2019

Sors: Analiżi mwettqa mill-QEA38.

41

Biex tiġi ffaċilitata l-privatizzazzjoni, il-kumpaniji l-ewwel jeħtieġ li jtejbu l-governanza tagħhom. L-UE kkontribwixxiet għal dan (ara l-proġett 20 fl-Anness II) permezz tal-Kont b’Bosta Donaturi39 (MDA) tal-BERŻ (ara l-Figura 7). Minn meta nħoloq, 14-il donatur, inkluż l-UE, ikkontribwixxew aktar minn EUR 53 miljun għall-MDA. Diversi SOEs (eż. Naftogaz, Ukrzaliznytsia [ferroviji], Ukrenergo [operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-enerġija] u Ukrposhta [is-servizz postali]) irriformaw il-governanza korporattiva tagħhom, b’mod partikolari billi stabbilixxew bordijiet superviżorji indipendenti, kif irrakkomandat mill-BERŻ. Aħna nnutajna li kien hemm kisbiet f’termini ta’ ġestjoni f’Naftogaz li, minn kumpanija li kienet qed tagħmel telf, saret waħda profittabbli, u kienet it-tieni l-akbar kontribwent fl-2019. Madankollu, dawn il-kisbiet huma mhedda fis-settur tal-enerġija: Naftogaz għamlet telf fl-2020, u ħatret Uffiċjal Kap Eżekuttiv ġdid mingħajr ma segwiet il-proċedura xierqa. Dan ġie kkritikat mill-Aġenzija Nazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni (NACP).

Figura 7

Eżempji ta’ kontribuzzjonijiet tal-MDA

Il-bini tal-kapaċitajiet għall-privatizzazzjoni tal-SOEs • L-iżvilupp ta’ leġiżlazzjoni primarja adottata mill-Parlament u ta’ leġiżlazzjoni sekondarja adottata mill-aġenziji rilevanti.
• Ir-reklutaġġ ta’ speċjalisti tal-governanza korporattiva u ta’ dawk legali biex jagħtu pariri lill-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku u l-Kummerċ dwar l-iżvilupp ta’ strateġija u ta’ qafas (kumpanija azzjonarja tal-Istat) li permezz tagħhom l-Istat ikun jista’ jeżerċita d-drittijiet ta’ sjieda tal-SOEs tiegħu.


Il-valutazzjoni fil-qosor tagħna


Il-privatizzazzjoni ta’ kumpaniji kbar kienet qed tieqaf. Kienu biss privatizzazzjonijiet fuq skala żgħira li twettqu permezz tas-sistema “Prozorro.sale”, fejn l-akbar waħda minnhom kienet dik tad-Dnipro Hotel.
Il-bini tal-kapaċitajiet għat-titjib tal-governanza korporattiva • Qafas legali għall-istabbiliment ta’ bordijiet superviżorji b’membri indipendenti.
• Il-finanzjament ta’ timijiet ta’ appoġġ fil-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku u l-Kummerċ, u fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, li jispeċjalizzaw fi kwistjonijiet ta’ governanza tal-SOEs.
• L-iskrinjar tal-qafas leġiżlattiv u regolatorju tal-governanza korporattiva għal Naftogaz u Ukrtransgaz (responsabbli għall-ħżin tal-gass minn Jannar 2020).
• L-iżvilupp tal-pjan ta’ azzjoni dwar il-governanza korporattiva għal Naftogaz.


Il-valutazzjoni fil-qosor tagħna

Il-proġett għamilha possibbli li jinħatru tliet membri tal-bord superviżorju indipendenti. Il-leġiżlazzjoni hija fis-seħħ, iżda l-proċess ta’ riforma jirrikjedi aktar rieda politika. Ir-riformisti jsostnu li l-kisbiet preċedenti fis-settur tal-enerġija huma mhedda.
Il-bini tal-kapaċitajiet għall-AMCU • L-allinjament tal-leġiżlazzjoni mal-UE.
• Korsijiet ta’ taħriġ dwar il-politika tal-kompetizzjoni.
• Korsijiet ta’ taħriġ dwar l-aħjar prattiki tal-UE relatati mal-fużjonijiet.
• Sessjonijiet ta’ ħidma dwar il-proċeduri ta’ rieżaminar tal-akkwist pubbliku.


Il-valutazzjoni fil-qosor tagħna

Il-proġetti wasslu l-outputs mistennija. Madankollu, il-kapaċità tal-AMCU għadha dgħajfa wisq biex iżżarma l-monopolji u l-impedimenti għal kompetizzjoni ħielsa u ġusta.
Il-finanzjament tal-Kunsill tal-Ombudsman Kummerċjali (BOC) • EUR 7 miljun (mill-2014 sal-2019) biex jiġi stabbilit u jitmexxa l-BOC bil-għan li tiġi indirizzata l-problema tal-korruzzjoni endemika u titnaqqas l-interferenza mill-awtoritajiet nazzjonali fis-settur privat.

Il-valutazzjoni fil-qosor tagħna

Mill-bidu nett, il-BOC irċieva kważi 8 000 ilment minn negozji dwar l-awtoritajiet nazzjonali. Il-BOC analizza 84 % tal-każijiet fi ħdan il-perjodu fil-mira. Fl-2019, 96 % ta’ dawk li ressqu l-ilmenti kienu sodisfatti bil-mod kif il-Kunsill kien ittratta l-ilmenti tagħhom. Dan jipprovdi rakkomandazzjonijiet lill-korpi tal-Istat, u jipproponi rakkomandazzjonijiet sistemiċi bbażati fuq każijiet individwali. Madankollu, 37 % biss mit-321 rakkomandazzjoni sistemika kienu ġew implimentati sa Diċembru 2019.

Sors: il-QEA, ibbażat fuq diversi sorsi40.

42

L-SOEs huma meħtieġa bil-liġi jabbozzaw programmi kontra l-korruzzjoni. Il-Kummissjoni pprovdiet għotjiet għall-media u l-attivisti indipendenti (ara l-paragrafu 35), li kixfu skemi ta’ korruzzjoni li kienu jinvolvu SOEs u intrapriżi muniċipali. Bl-eċċezzjoni ta’ dawn l-għotjiet, il-proġetti tal-UE ma ffukawx fuq l-identifikazzjoni ta’ skemi ta’ korruzzjoni kbira li kienu jinvolvu SOEs, u ma kinux ipprovdew appoġġ għall-iżvilupp ta’ dawn il-programmi, minkejja li l-Ukrajna għandha madwar 3 500 SOE fil-livell nazzjonali biss (ara l-paragrafu 05). L-MDA ikkofinanzjat tal-BERŻ jippjana li jappoġġa l-Ferroviji tal-Ukrajna f’dan il-qasam, iżda mill-2021 biss.

43

L-AMCU ma ntużax biex jittratta l-kompetizzjoni fis-suq. Il-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat ġiet adottata fl-2014, iżda daħlet fis-seħħ biss f’Awwissu 2017. Matul il-perjodu awditjat, il-Kummissjoni kkonsolidat l-AMCU permezz ta’ żewġ proġetti (il-Proġetti 10 u 19 fl-Anness II) u l-MDA tal-BERŻ (il-Proġett 20 fl-Anness II). L-enfasi tal-proġetti ffinanzjati mill-UE kienet fuq l-approssimazzjoni leġiżlattiva (allinjament tal-leġiżlazzjoni Ukrena mal-istandards u l-prinċipji tal-UE) iżda kienet għadha mhux fuq l-infurzar tal-liġi dwar il-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni appoġġat lill-AMCU fl-istabbiliment tad-dipartiment il-ġdid għall-monitoraġġ tal-għajnuna mill-Istat u tat-tim ta’ rieżami tal-akkwisti pubbliċi li jittratta l-appelli, u fil-qasam tal-fużjonijiet u tal-akkwiżizzjonijiet. Minkejja l-appoġġ iffinanzjat mill-UE u l-iżviluppi reċenti, l-AMCU mhuwiex b’saħħtu biżżejjed biex jindirizza l-akbar każijiet ta’ għajnuna mill-Istat, u jidher li huwa nieqes mill-indipendenza41.

1.3. Il-Kummissjoni u l-EUAM jimmonitorjaw l-appoġġ tagħhom, iżda jeħtieġ enfasi akbar fuq ir-riżultati u l-impatti mistennija

44

Il-Kummissjoni għandha sistema fis-seħħ għall-monitoraġġ tal-proġetti tagħha. Madankollu, nofs il-proġetti ma kellhom l-ebda indikatur, linja bażi jew mira ċari, u b’hekk tnaqqset ir-rilevanza tar-rappurtar (ara l-Kaxxa 1). Tnejn minn 2142 proġett (12 u 15 fl-Anness II) elenkaw b’mod sodisfaċenti l-outputs u l-eżiti fil-logframes, u rreferew għal miri annwali u l-livelli ta’ kisba.

Kaxxa 1

Eżempji ta’ eżiti tal-proġetti li ma setgħux jitkejjlu

Il-proġett għall-Appoġġ tar-riformi fis-Settur tal-Ġustizzja fl-Ukrajna (il-proġett 6 fl-Anness II) kellu l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

  • li jallinja l-politiki u l-prijoritajiet ta’ riforma tal-partijiet ikkonċernati ewlenin fi strateġija ta’ riforma koerenti mifruxa mas-settur kollu, appoġġata minn pjan ta’ implimentazzjoni u minn programm ta’ finanzjament pluriennali garantit minn deċiżjoni tal-Gvern;
  • li joħloq struttura ta’ koordinazzjoni tas-settur vijabbli;
  • li jipprovdi għarfien espert għal leġiżlazzjoni pendenti ewlenija.

Il-qafas loġiku għall-proġett ma kien jinkludi l-ebda indikatur għall-kejl ta’ dawn it-tliet objettivi speċifiċi.

Wieħed mill-objettivi speċifiċi tal-proġett Koalizzjoni tat-Tisħiħ tar-Rianimazzjoni tal-Pakket ta’ Riformi (il-proġett 8 fl-Anness II) kien li tiġi adottata leġiżlazzjoni ta’ kwalità għat-tnedija ta’ riformi fl-Ukrajna, prinċipalment f’oqsma bħall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, id-deċentralizzazzjoni, l-ekonomija, is-sistema elettorali, il-ġudikatura, l-infurzar tal-liġi/il-prosekuzzjoni, l-amministrazzjoni pubblika u l-media.

L-indikatur irrefera għall-għadd ta’ liġijiet abbozzati u rrakkomandati, iżda mhux għall-implimentazzjoni jew għall-impatt tagħhom.

45

Il-proġetti tal-UE li jittrattaw il-governanza korporattiva u l-kompetizzjoni (il-Proġetti 10, 19 u 20 fl-Anness II) taw ir-riżultati mistennija (eż. għodod legali aċċettati, korsijiet ta’ taħriġ organizzati, eċċ.). Madankollu, il-proġetti tal-UE naqsu milli jiddefinixxu l-eżiti (ara l-eżempji fil-Kaxxa 2) u l-effetti fit-tul rilevanti li jikkontribwixxu b’mod effettiv għall-ġlieda kontra l-istrutturi u l-imġiba antikompetittivi. L-indikaturi tal-kompetittività (ara l-indikaturi tal-Anness V inklużi fil-Qafas ta’ Appoġġ Uniku) ma jurux progress sinifikanti. Il-kompetittività tal-Ukrajna għadha baxxa.

Kaxxa 2

Rapportar dwar “eżiti” li huma attivitajiet jew outputs

L-“eżiti” ta’ wieħed mill-proġetti tal-MDA tal-BERŻ “Il-Bini tal-Kapaċitajiet tal-Kumitat Ukren Kontra l-Monopolji” kienu jinkludu:

  • għodod legali (kummentarji fuq 2 liġijiet u analiżi tad-drittijiet esklużivi) aċċettati;
  • persunal tal-AMCU li qed jiġi mħarreġ dwar kwistjonijiet relatati mal-bażijiet mikroekonomiċi tal-politika tal-kompetizzjoni u mal-aħjar prattiki tal-UE tal-fużjonijiet;
  • membri tal-grupp ta’ rieżaminar tal-akkwisti pubbliċi tal-AMCU li qed jiġu mħarrġa.

Il-proġett żviluppa kummentarji fuq 2 liġijiet prinċipali dwar il-kompetizzjoni bil-ħsieb li jipprovdi lill-persunal tal-AMCU b’gwida prattika dwar l-applikazzjoni taż-żewġ liġijiet. Huwa pprovda wkoll analiżi tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-għoti ta’ drittijiet speċjali jew esklużivi. Dawn mhumiex effetti fit-tul.

It-tieni u t-tielet eżiti ġew ivvalutati bħala miksuba, minħabba li l-proġett ipprovda korsijiet ta’ taħriġ u organizza sessjonijiet ta’ ħidma.

46

Il-Kummissjoni mmonitorjat l-MFA u l-kundizzjonijiet tal-appoġġ baġitarju, il-parametri referenzjarji għal-liberalizzazzjoni tal-viża, u s-sitwazzjoni ġenerali fil-pajjiż permezz ta’ djalogu ta’ politika u politiku, kuntatti mal-OSĊ, studji u evalwazzjonijiet. Il-Kummissjoni u s-SEAE jirrappurtaw pubblikament dwar il-progress tar-riformi fl-Ukrajna, speċjalment permezz tal-implimentazzjoni tal-AA tagħha u tar-rapporti adottati taħt il-mekkaniżmu ta’ liberalizzazzjoni tal-viża. Madankollu, ma hemm l-ebda rappurtar pubbliku dwar il-kontribuzzjonijiet tal-UE għall-kisbiet tal-Ukrajna fil-ġlieda kontra kwalunkwe tip ta’ korruzzjoni. Rappurtar sempliċi dwar ir-riżultati huwa mxekkel mill-fatt li d-dokumenti strateġiċi ta’ livell għoli bħall-Qafas ta’ Appoġġ Uniku għall-appoġġ mill-UE għall-Ukrajna (2018-2020) jew il-Pjan Operazzjonali tal-EUAM ġeneralment huma nieqsa mill-miri (ara l-Figura 8).

Figura 8

Eżempji ta’ objettivi nieqsa mill-miri

Sors: il-QEA, ibbażat fuq il-Qafas ta’ Appoġġ Uniku 2018-2020 u l-pjan operazzjonali tal-EUAM.

47

L-UE ma tirrappurtax dwar l-indikaturi tal-Qafas ta’ Appoġġ Uniku (eż. il-prestazzjoni f’indikaturi tal-Governanza Dinjija, u l-livell ta’ fiduċja pubblika f’indikaturi tas-servizzi ta’ prosekuzzjoni, tal-aġenziji ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi u tal-Kummissjoni Ewropea għall-Effikaċja tal-Ġustizzja) biex jimmonitorjaw il-progress tal-Ukrajna f’format pubbliku, regolari u standardizzat. Dawn l-indikaturi juru li l-Ukrajna ma tantx għamlet progress fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni (ara l-Anness III u l-Anness IV).

48

Il-Kummissjoni użat diversi rapporti minn organizzazzjonijiet internazzjonali biex timmonitorja l-progress tal-Ukrajna fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, pereżempju mill-Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO) u mill-OECD. GRECO rrikonoxxa li kienu għadhom għaddejjin riformi importanti; il-livell baxx ta’ konformità mar-rakkomandazzjonijiet tiegħu (16 % biss ġew implimentati bis-sħiħ) jirrikjedi sforz akbar biex jintlaħaq livell aċċettabbli ta’ konformità43. L-OECD ukoll tirrapporta progress limitat44.

49

Minkejja li r-rapporti tal-EUAM jimmonitorjaw il-kompiti (l-objettivi), dawn ma jkejluhomx sistematikament ma’ indikaturi verifikabbli. Barra minn hekk, il-monitoraġġ tal-eżiti rari jkun ibbażat fuq data kwantifikabbli, u jelenka l-attivitajiet u l-outputs aktar milli l-eżiti. Barra minn hekk, l-EUAM ma wettqitx evalwazzjoni tal-impatt wara aktar minn ħames snin ta’ operazzjonijiet fil-pajjiż. Dan mhuwiex konformi mas-sett ta’ għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar 43 tal-UE45.

2. L-appoġġ mill-UE għar-riforma tas-sistema ġudizzjarja: ma tax biżżejjed riżultati

50

F’din it-taqsima, aħna neżaminaw jekk il-Kummissjoni u s-SEAE:

  1. ħejjewx l-interventi tagħhom fis-settur ġudizzjarju wkoll bil-ħsieb li jindirizzaw il-kwistjoni tal-korruzzjoni kbira;
  2. ipprovdewx appoġġ għar-riforma tas-sistema ġudizzjarja li ta r-riżultati mistennija;
  3. ippromovewx għodod diġitali li taw ir-riżultati mistennija.

2.1. Il-proġetti għall-bini tal-kapaċitajiet ħolqu anqas benefiċċji milli kien mistenni

51

Ir-riforma tal-ġudikatura kienet waħda mill-ogħla prijoritajiet tal-Ukrajna minn meta din issieħbet fil-Kunsill tal-Ewropa fl-1995. Fl-2014, il-gvern Ukren innifsu nnota li l-ġudikatura kienet titqies bħala waħda mill-aktar istituzzjonijiet korrotti fil-pajjiż46.

52

Il-Kummissjoni pprovdiet appoġġ sinifikanti għall-bini tal-kapaċitajiet, bħal esperti internazzjonali u lokali li jipprovdu analiżi, pariri, metodoloġija, opinjonijiet, manwali, korsijiet ta’ taħriġ, seminars, laqgħat ta’ diskussjoni madwar mejda, żjarat ta’ studju, attivitajiet ta’ komunikazzjoni kif ukoll appoġġ għat-twaqqif ta’ sistemi tal-IT (ara l-Figura 9). Irrispettivament minn appoġġ ieħor ipprovdut, aħna nistmaw li dan ikopri kważi 85 % tal-baġit tal-proġetti awditjati. Madankollu, il-Kummissjoni ma tistax tipprovdi stima tal-ammonti involuti. Il-proġetti tal-UE għenu biex tiġi abbozzata mill-ġdid il-Kostituzzjoni, kif ukoll għadd kbir ta’ liġijiet u liġijiet sekondarji. F’dak li jikkonċernal-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni, il-qafas legali huwa aktar allinjat mill-qrib mal-istandards tal-UE.

Figura 9

Eżempji ta’ appoġġ mill-Kummissjoni għall-bini tal-kapaċitajiet

Sors: il-QEA, ibbażat fuq id-dokumentazzjoni tal-proġetti.

53

Waħda mill-kisbiet ewlenin kienet li tiġi ssimplifikata s-sistema tal-qorti u li tinħoloq Qorti Suprema ġdida (il-proġetti 6, 7 u 15 fl-Anness II), li ġiet stabbilita f’Diċembru 2017. Il-proġetti fis-sistema ġudizzjarja wasslu l-maġġoranza tal-outputs ippjanati (eż. analiżi tal-lakuni, rakkomandazzjonijiet, l-iżvilupp ta’ strateġija tas-settur tal-ġustizzja, għodod ta’ monitoraġġ, pariri u appoġġ għall-istituzzjonijiet, u appoġġ għall-proċess tal-għażla tal-imħallfin). L-analiżi u l-monitoraġġ tas-sistema ġudizzjarja kienu utli biex jiġu identifikati d-dgħufijiet.

54

Skont il-Kunsill tal-Ewropa, l-emendi legali differenti għenu biex b’mod formali jintlaħqu 90 % tal-objettivi leġiżlattivi u istituzzjonali tal-Istrateġija ta’ Riforma u tal-Pjan ta’ Azzjoni tas-Settur tal-Ġustizzja47.

55

Madankollu, is-sostenibbiltà tal-interventi tal-Kummissjoni u l-appoġġ għar-riformi jinsabu taħt theddida kontinwa, kif muri mill-emendi frekwenti fil-liġijiet, u mid-dewmien jew mid-distorsjonijiet fil-liġijiet sekondarji, u dan ma jippermettix l-implimentazzjoni effettiva tar-riformi. Esperti ffinanzjati mill-UE mill-proġett 12 (ara l-Anness II) ġibdu wkoll l-attenzjoni għall-fatt li attività titqies li nkisbet meta att jiġi approvat, anke jekk il-qafas legali jiġi implimentat biss parzjalment jew xejn affattu. Fl-2020, il-Kummissjoni ta’ Venezja indikat l-urġenza straordinarja tas-sitwazzjoni, u vvalutat il-problemi tar-riforma tas-sistema ġudizzjarja bħala r-riżultat ta’ proċess leġiżlattiv fqir [...], ta’ [...] nuqqas ta’ approċċ olistiku, tal-ebda valutazzjoni tal-impatt xierqa [...], ta’ nuqqas ta’ ċarezza [... u] tal-implimentazzjoni fqira tal-liġijiet ladarba jiġu adottati48. Matul il-perjodu awditjat, kien hemm bosta tentattivi biex jittaffew ir-riformi appoġġati mill-Kummissjoni u mis-SEAE (ara l-Kaxxa 3).

Kaxxa 3

Ir-riformi kontra l-korruzzjoni huma dejjem f’riskju

  • Liġi dwar l-arrikkiment illeċitu: l-Ukrajna għaddiet liġi fl-2015 li tikkriminalizza l-arrikkiment illeċitu (kundizzjoni tal-appoġġ baġitarju tal-UE), iżda l-Qorti Kostituzzjonali tal-Ukrajna (CCU) annullat il-liġi fi Frar 2019 billi ddikjaratha bħala mhux kostituzzjonali. Ir-riżultat kien li ngħalqu l-każijiet kollha ta’ arrikkiment illeċitu49. L-UE ippreżentat parir (amicus curiae) lis-CCU dwar il-kostituzzjonalità tal-arrikkiment illeċitu bħala reat kriminali, iżda l-argumenti tagħha ma ġewx aċċettati mis-CCU. Madankollu, il-parlament tal-Ukrajna approva abbozz ta’ liġi ġdid f’Ottubru 2019 li reġa’ daħħal ir-responsabbiltà kriminali għal dan ir-reat.
  • Permezz tad-djalogu politiku u tal-kundizzjonijiet politiċi, l-UE ppromoviet l-adozzjoni ta’ emendi fil-Kostituzzjoni biex tiġi żgurata indipendenza akbar għall-imħallfin u d-dħul fis-seħħ tagħha stess, u billi stabbilixxiet ukoll Qorti Suprema ġdida. L-UE kkontribwixxiet għal valutazzjonijiet professjonali u ta’ integrità għall-kandidati tal-Qorti Suprema. Fi Frar 2020, is-CCU ddeċidiet li l-istralċ tal-Qorti Suprema l-antika tal-Ukrajna (SCU) ma kienx kostituzzjonali. Din iddikjarat li mħallfin tal-SCU li ma kinux ġew suġġetti għal valutazzjonijiet ta’ integrità u professjonali kellhom jiġu ttrasferiti lill-Qorti Suprema50 abbażi ta’ proċedura u kriterji speċjali, iżda ma speċifikatx x’kienu. Fiż-żmien tal-awditjar, l-SCU kienet għadha ma ġietx stralċjata.
  • L-UE stenniet li sistema elettronika ta’ dikjarazzjoni tal-assi tiffunzjona b’mod effettiv (is-Sħubija tal-Lvant, l-appoġġ baġitarju, il-pjan ta’ azzjoni għal-liberalizzazzjoni tal-viża, u l-kundizzjonijiet tal-MFA). Fis-27 ta’ Ottubru 2020, is-CCU ddeċidiet li s-setgħat ta’ verifika tal-NACP fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tal-assi u tar-reat ta’ dikjarazzjonijiet foloz ma kinux kostituzzjonali. B’riżultat ta’ dan, l-Uffiċċju Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni (NABU) kellu jagħlaq aktar minn 100 investigazzjoni dwar il-korruzzjoni, u l-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni (HACC) 17-il każ, li wħud minnhom kienu jinvolvu uffiċjali għolja. F’Diċembru 2020, ir-Rada reġgħet daħħlet l-obbligu li jiġu ddikjarati l-assi u r-responsabbiltà kriminali għal dikjarazzjonijiet foloz b’sanzjonijiet ħafna aktar dgħajfa, u reġgħet daħħlet is-setgħat tal-NACP. L-UE, flimkien ma’ sħab internazzjonali oħra, kienet involuta b’mod attiv biex terġa’ tiddaħħal din il-leġiżlazzjoni.
56

Għalkemm il-Kummissjoni ilha tipprovdi assistenza lis-settur ġudizzjarju għal għexieren ta’ snin, ir-reżistenza għall-bidla kkawżat ostakoli kbar li ma setgħux jiġu evitati mill-analiżi tal-Kummissjoni u mill-miżuri ta’ mitigazzjoni. Nofs il-proġetti awditjati biss kellhom taqsima dedikata “tagħlimiet meħuda”. L-approċċ tal-Kummissjoni għall-iżgurar tas-sostenibbiltà kien l-impenn fit-tul fil-qasam tal-istat tad-dritt, tad-djalogu politiku/ta’ politika, u tal-kundizzjonijiet. Il-Kummissjoni tejbet l-approċċ tagħha billi stabbilixxiet proġett speċifiku biex tiġi indirizzata l-korruzzjoni (ara l-paragrafu 29), iżda ma għamlitx l-assistenza teknika suġġetta għall-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet preċedenti, għas-sostenibbiltà ta’ outputs preċedenti, jew għall-integrità tal-ġestjoni. Fl-2021 il-Kummissjoni kkanċellat proġett ta’ ġemellaġġ ippjanat mas-CCU b'segwitu għad-deċiżjoni tal-Qorti ta’ Ottubru 2020 li invalidat ir-riformi ta’ kontra l-korruzzjoni.

57

Iż-żamma tar-riforma tal-prosekuzzjoni f’konformità mal-istandards tal-UE hija waħda mill-aktar kompiti diffiċli. Il-programm ta’ appoġġ baġitarju tal-Kummissjoni rrikjeda li l-liġi li tirriforma l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali (PGO) tiġi adottata u tidħol fis-seħħ. Għalkemm il-liġi kellha l-għan li tiddemonopolizza s-setgħat tal-PGO, l-evalwaturi kkummissjonati mill-Kummissjoni sabu li l-liġi ma għamlitx il-PGO indipendenti biżżejjed mill-pressjoni minn partijiet ikkonċernati politiċi. Il-mod kif il-każijiet jiġu allokati lill-prosekuturi mhuwiex robust biżżejjed biex jevita l-interferenza. Barra minn hekk, il-liġi ma ġietx implimentata bis-sħiħ u rrikjediet reviżjoni.

58

Il-Kummissjoni għenet lill-PGO biex jiżviluppa pjan direzzjonali għar-riforma tas-servizzi ta’ prosekuzzjoni; dan kien jinkludi l-ħolqien tal-Kummissjoni tal-Prosekuturi għall-Kwalifiki u d-Dixxiplina (QDCP). Madankollu, minkejja l-isforzi tal-Kummissjoni u tal-EUAM, il-proċess ta’ riforma beda bil-mod ħafna (ara l-Kaxxa 4). F’Settembru 2019, sar progress kbir meta l-President iffirma l-liġi li ġeddet l-uffiċċju tal-prosekutur. Dan kien jinvolvi t-tnaqqis fl-għadd ta’ prosekuturi reġjonali u lokali (minn 15 000 għal 10 000), l-għeluq tal-uffiċċji tal-prosekutur militari, il-valutazzjoni tal-prosekuturi kollha, l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni, u s-sospensjoni tal-QDCP sa Settembru 202151.

Kaxxa 4

Il-kontribuzzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-EUAM għall-valutazzjoni mill-ġdid u l-għażla tal-prosekuturi

Ir-riforma tal-2015 tas-sistema ta’ prosekuzzjoni kellha l-għan li tagħmel lill-prosekuturi aktar professjonali, effiċjenti u responsabbli. Fl-2015 saret kompetizzjoni għar-reklutaġġ ta’ prosekuturi ġodda. Il-Kummissjoni ffinanzjat appoġġ loġistiku (spejjeż tal-ivvjaġġar, IT u testijiet) għar-reklutaġġ ta’ prosekuturi lokali, inkluż persunal amministrattiv.

Il-Kummissjoni pprovdiet appoġġ għall-QDCP, li saret operazzjonali fl-2017 u kienet responsabbli għall-għażla, it-trasferiment u d-dixxiplina tal-prosekuturi. Madankollu, il-QDCP ma aċċettatx ir-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Kummissjoni. Skont l-OSCs, il-kontrolli tal-integrità tal-QDCP kienu jiddependu fuq awtodikjarazzjonijiet aktar milli fuq kontrolli bir-reqqa, u ftit kien hemm twissijiet52. Għalhekk, l-EUAM tappoġġa l-abbozzar ta’ sistema ġdida u mtejba għall-QDCP.

Il-Kummissjoni (il-proġett 17 fl-Anness II) kienet waħda mill-kontributuri ewlenin għall-attestazzjonijiet tal-prosekuturi, l-ewwel pass lejn it-tindif tal-istituzzjoni. Madwar 1 800 prosekutur ma għaddewx mill-proċedura tal-għażla, u appellaw kontra dawn id-deċiżjonijiet fil-qrati.

Mal-ewwel daqqa t’għajn, il-proċess tal-għażla jidher bħala pass lejn indipendenza akbar, iżda dan twettaq fi ħdan il-PGO milli mill-QDCP, għall-kuntrarju tal-parir tar-rapport ta’ konformità tal-GRECO53. Barra minn hekk, din l-għażla ma kinitx tapplika għall-Uffiċċju Speċjalizzat tal-Prosekuzzjoni Kontra l-Korruzzjoni (SAPO) li ġie vvalutat preċedentement, għall-Prosekutur Ġenerali u d-deputati tiegħu, u għall-prosekuturi maħtura għal pożizzjonijiet amministrattivi. Esperti ffinanzjati mill-UE qed jassistu lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali fir-reviżjoni tas-sistema dixxiplinarja u fl-istabbiliment ta’ sistema ta’ evalwazzjoni tal-prestazzjoni għall-prosekuturi.

59

Ir-riformi tal-infurzar tal-liġi u tal-prosekuzzjoni għadhom ma tejbux il-fiduċja, li għadha baxxa (ara l-Figura 10). Bosta organizzazzjonijiet irrappurtaw każijiet ta’ mġiba ħażina fl-aġenziji tal-infurzar tal-liġi54. Stħarriġ li sar għall-EUAM juri wkoll tnaqqis fil-fiduċja pubblika fis-suffiċjenza u fl-għajnuna tal-azzjonijiet tal-UE u tal-EUAM għall-promozzjoni tar-riforma (ara l-Anness VII).

Figura 10

Il-livell ta’ fiduċja fl-istituzzjonijiet skont l-istħarriġiet tal-EUAM: 2016 kontra 2020

Sors: il-QEA, ibbażat fuq l-istħarriġ Ukren dwar l-opinjoni pubblika għall-EUAM.

2.2. L-appoġġ mill-UE għar-riforma tas-sistema ġudizzjarja ma laħaqx l-istituzzjonijiet ewlenin, u jkompli jesperjenza ostakoli kbar

60

Ir-riforma tas-sistema ġudizzjarja rrikjediet valutazzjoni mill-ġdid jew evalwazzjoni tal-imħallfin kollha (ara l-Figura 11). Il-Kummissjoni pprovdiet appoġġ sinifikanti għal dan il-proċess, li kien immexxi mill-Kummissjoni Superjuri għall-Kwalifiki tal-Imħallfin (HQCJ) bl-assistenza tal-Kunsill għall-Integrità pubblika (PIC), irrappreżentati mill-OSĊ. L-ewwel għażla kienet tikkonċerna l-imħallfin tal-Qorti Suprema fl-2017. Il-Qorti Suprema tinsab fil-quċċata tal-ġerarkija ġudizzjarja. Mill-2018, il-proċess tal-għażla kompla bil-kandidati u bl-imħallfin eżistenti, u bl-imħallfin tal-HACC. Fil-każ ta’ dawn tal-aħħar, intużat proċedura innovattiva mal-Kunsill Pubbliku ta’ Esperti Internazzjonali – korp konsultattiv speċjali ta’ esperti legali internazzjonali rikonoxxuti – li jassisti lill-HQCJ.

Figura 11

Kronoloġija tal-valutazzjoni tal-imħallfin

Sors: il-QEA, ibbażat fuq id-data ta’ PRAVO JUSTICE, ta’ DE JURE FOUNDATION u tal-Kummissjoni Ewropea għall-Effikaċja tal-Ġustizzja (CEPEJ).

61

Flimkien ma’ donaturi oħrajn, il-Kummissjoni – permezz tal-programm ta’ appoġġ baġitarju tagħha (il-proġett 3 fl-Anness II) – irrikjediet l-adozzjoni ta’ emendi fil-Kostituzzjoni u ta’ liġi li tistabbilixxi Kunsill Għoli tal-Ġustizzja (HCJ) biex tiggarantixxi l-indipendenza u l-integrità ġudizzjarja. Madankollu, l-appoġġ tal-Kummissjoni għall-proċess tal-għażla u għar-riforma tas-sistema ġudizzjarja jinsab f’riskju. Is-sistema ta’ ħatriet mill-Kungress tal-Imħallfin kienet tinvolvi l-aktar imħallfin li ma ġewx evalwati (ara l-Figura 12).

62

Is-CCU, l-HCJ u l-HQCJ ukoll għandhom rwoli strateġiċi fis-sistema ġudizzjarja. Għalhekk, l-integrità tal-membri tagħhom hija kruċjali, iżda din ma ġietx ikkontrollata waqt il-ħatra tagħhom (ara l-eżempji fl-Anness VIII). Bħala parti mill-programm tal-MFA, f’Lulju 2020 il-Kummissjoni rrikjediet li tinħoloq Kummissjoni tal-Etika b’mandat biex tikkontrolla l-integrità tal-membri tal-HCJ. Fiż-żmien tal-awditu, din il-kundizzjoni ma kinitx ġiet issodisfata. La din il-kundizzjoni u lanqas l-obbligu li jitwettqu kontrolli tal-integrità ta’ korpi ġudizzjarji ewlenin oħra, bħall-HQCJ u s-CCU, ma ġew imposti fil-programmi tal-MFA qabel ma tnediet ir-riforma.

Figura 12

Valutazzjoni tal-integrità u tal-indipendenza ta’ korpi ġudizzjarji ewlenin

Sors: il-QEA, ibbażat fuq diversi sorsi55.

63

Għal ħafna snin, id-djalogu politiku tal-UE saħaq fuq il-ħtieġa li l-ġudikatura tiġi rriformata sabiex tittejjeb il-fiduċja pubblika, li kienet tvarja minn 5 % sa 12 % fl-201556. Din hija wkoll waħda mill-indikaturi għall-kejl tar-riżultati mistennija tal-UE. Madankollu, din il-fiduċja tibqa’ baxxa ħafna, bejn 14 % u 17 % fl-201957.

2.3. L-appoġġ mill-Kummissjoni għall-iżvilupp ta’ għodod diġitali biex tiġi indirizzata l-korruzzjoni huwa mxekkel minn kwistjonijiet fil-kwalità tad-data u averżjoni għall-bidla u għar-riforma

64

Il-proġetti tal-UE kienu jinkludu għadd ta’ għodod diġitali biex jgħinu fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni. Ingħata appoġġ speċjalment biex jitħallsu t-testijiet tal-għażla fis-settur tal-ġustizzja, biex tiġi diġitalizzata l-ġestjoni tal-każijiet elettroniċi tal-aġenziji kontra l-korruzzjoni (ara l-Kaxxa 5), biex tiġi aġġornata l-bażi tad-data tal-“persuni esposti politikament”58, biex jiġu żviluppati siti web, biex tingħata kontribuzzjoni lill-pjattaforma għall-akkwist pubbliku ProZorro, u biex titħejja ġestjoni tal-każijiet elettronika għar-riċeventi f’falliment, għan-nutara u għall-uffiċjali tal-infurzar privat. Is-soċjetà ċivili bdiet il-pjattaforma għall-akkwist pubbliku elettroniku “ProZorro” u “DoZorro” biex tiżgura t-trasparenza u l-monitoraġġ. Dawn l-għodod jgħinu biex tiġi esposta l-korruzzjoni, u jistgħu jiskoraġġixxu xi prattiki korrotti. Il-Kummissjoni ffinanzjat indirettament il-korsijiet ta’ żvilupp u ta’ taħriġ ProZorro bħala parti mill-MDA tal-BERŻ. Is-soċjetà ċivili żviluppat ukoll il-pjattaforma “persuni esposti politikament”. Din tal-aħħar tiġbor informazzjoni minn reġistri differenti, inkluż dikjarazzjonijiet tal-assi, u tista’ tintuża mill-istituzzjonijiet finanzjarji biex iwettqu l-kontrolli tagħhom.

Kaxxa 5

Appoġġ mill-Kummissjoni għas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet elettroniċi

Il-Kummissjoni tat pariri biex tiġi mmodernizzata s-sistema antikwata ta’ ġestjoni tal-każijiet elettroniċi fis-settur tal-ġustizzja, bl-għan li tkopri l-katina kollha mill-investigazzjonijiet sas-sistema ta’ prova. Madankollu, l-awtoritajiet nazzjonali ma kellhom l-ebda viżjoni ċara tas-settur tal-ġustizzja u l-ebda mekkaniżmu effettiv għall-koordinazzjoni tal-partijiet ikkonċernati kollha fis-settur tal-ġustizzja. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni setgħet biss tippromovi d-djalogu bejn il-partijiet ikkonċernati differenti, u tipprovdi rakkomandazzjonijiet għall-kunċett u għall-pjan direzzjonali.

Il-Kummissjoni ffinanzjat l-iżvilupp ta’ sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet elettroniċi għall-aġenziji kontra l-korruzzjoni (il-proġett 12 fl-Anness II), iżda fiż-żmien tal-awditjar din kienet għadha ma ġietx konnessa mas-sistema tal-qorti. B’riżultat ta’ dan, sabiex is-sistema ssir attiva, il-Kummissjoni rrikjediet li l-emendi fil-kodiċi tal-proċedura kriminali jiġu inklużi fl-aħħar programm tal-MFA (iffirmat f’Lulju 2020) biex dan isir operazzjonali.

65

Il-Kummissjoni ffinanzjat il-maħżen virtwali tad-data tan-NABU, li jippermetti tiftix awtomatiku u jgħaqqad bażijiet ta’ data differenti. Il-Kummissjoni akkwistat ukoll sistemi ta’ ġestjoni tad-data għall-Ministeru tal-Ġustizzja, bl-għan li tiddiġitalizza d-dokumenti u tiffaċilita t-tiftix.

66

Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tar-reġistri użati fis-settur tal-ġustizzja pprovdiet appoġġ utli (il-proġetti 6 u 17 fl-Anness II). B’mod partikolari, l-esperti ġibdu l-attenzjoni għan-nuqqas ta’ interoperabbiltà bejn ir-reġistri, għan-nuqqas ta’ identifikaturi uniċi, għan-nuqqas ta’ indirizzi miftiehma, u għan-nuqqas ta’ jew għal ineżattezzi fid-data li ġiet irreġistrata. Dawn il-kwistjonijiet kollha għamlu l-kontroverifiki aktar diffiċli, u b’hekk dewmu l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti (il-proġett 6 fl-Anness II) u ffaċilitaw l-akkwiżizzjoni illegali ta’ negozji jew proprjetà permezz ta’ prattiki korrotti, magħrufa wkoll bħala “raiding” korporattiv (ara l-Figura 13). Biex tiżgura d-drittijiet ta’ proprjetà, il-Kummissjoni pprovdiet appoġġ f’għadd ta’ oqsma (ara l-Figura 14).

Figura 13

Ir-reġistri deċentralizzati u mhux preċiżi li jiffaċilitaw ir-raiding

Sors: il-QEA, ibbażat fuq informazzjoni mill-proġetti tal-“Appoġġ għar-Riformi fis-Settur tal-Ġustizzja fl-Ukrajna” u tal-“PRAVO JUSTICE”.

Figura 14

Appoġġ mill-Kummissjoni għall-iżgurar tad-drittijiet ta’ proprjetà

Sors: il-QEA, ibbażat fuq id-dokumentazzjoni tal-proġetti.

67

Il-ħolqien tal-portal tad-data miftuħa59 kien pass kbir lejn żieda fit-trasparenza u tnaqqis fl-opportunitajiet ta’ korruzzjoni. Waħda mill-kundizzjonijiet tal-appoġġ baġitarju fl-2016 kienet l-“aċċess għar-reġistri pubbliċi”. Għalkemm l-Ukrajna għamlet progress f’dan il-qasam, għad fadal bosta nuqqasijiet:

  • tariffi għolja u funzjonijiet tat-tiftix restrittivi jillimitaw l-użu tar-reġistri pubbliċi;
  • l-għadd ta’ reġistri tal-istat miftuħa meħtieġa bil-liġi għadu ma ntlaħaqx;
  • il-kwalità tar-reġistri mhijiex uniformi.
68

Prerekwiżit għall-użu tal-aħħar żviluppi teknoloġiċi (eż. il-big data u l-estrazzjoni tad-data) bħala għodod preventivi għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni huwa s-soluzzjoni tal-problemi ġġenerati minn nuqqas ta’ data affidabbli (eż. fir-reġistri).

69

Il-programmi tal-AMF III u IV inkludew diversi kundizzjonijiet għal aċċess aħjar għall-informazzjoni (il-pubblikazzjoni ta’ rapporti tal-awditjar, kuntratti ta’ akkwist pubbliku, u l-verifika ta’ informazzjoni dwar is-sjieda tal-kumpaniji).

3. Il-Kummissjoni appoġġat l-istituzzjonijiet kontra l-korruzzjoni, iżda dawn isibuha diffiċli biex iwasslu r-riżultati mistennija

70

F’din it-taqsima li ġejja, aħna neżaminaw jekk il-Kummissjoni:

  1. stabbilixxietx il-kundizzjonijiet rilevanti biex tgħin fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni kbira, u ġabritx u analizzatx biżżejjed informazzjoni biex jiġi vvalutat il-progress;
  2. ipprovdietx appoġġ għall-istituzzjonijiet kontra l-korruzzjoni li taw ir-riżultati mistennija.

3.1. Il-Kummissjoni appoġġat ir-riforma kontra l-korruzzjoni prinċipalment permezz ta’ kundizzjonijiet, iżda l-valutazzjoni tagħha tal-progress baqgħet diskrezzjonali

71

Il-Kummissjoni użat kundizzjonijiet kontra l-korruzzjoni – l-aktar bidliet leġiżlattivi u istituzzjonali – biex tiżgura li dawn l-entitajiet ġodda kontra l-korruzzjoni jkunu ġew stabbiliti u saru operattivi. Il-kundizzjonijiet kontra l-korruzzjoni stipulati fis-self tal-MFA jikkumplimentaw l-appoġġ baġitarju u l-azzjonijiet ta’ liberalizzazzjoni tal-viża. Madankollu, il-mod kif ġew abbozzati l-kundizzjonijiet ippermetta livell ta’ diskrezzjoni, billi ħafna drabi kien hemm nuqqas ta’ linji bażi ċari u miri li jistgħu jitkejjlu. Inġenerali, ma kienx hemm biżżejjed enfasi mhux biss fuq l-implimentazzjoni xierqa ta’ liġijiet u miżuri kontra l-korruzzjoni, iżda wkoll fuq eżiti tanġibbli. Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet iffukaw fuq is-sistema l-ġdida kontra l-korruzzjoni, iżda mhux suffiċjentement jew kmieni biżżejjed fuq l-integrità u l-indipendenza tas-setturi ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi (ara l-paragrafi 61-62).

72

Il-valutazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-appoġġ baġitarju, tal-liberalizzazzjoni tal-viża u tal-kundizzjonijiet tal-MFA kienu bbażati fuq informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet, mis-soċjetà ċivili u mill-esperti ffinanzjati mill-UE, u mill-organizzazzjonijiet internazzjonali. Meta l-kundizzjonijiet evidentement ma ġewx issodisfati, il-Kummissjoni naqqset l-iżborż tal-appoġġ baġitarju (52,5 % biss tal-porzjon tal-2016 ġie żborżat) u kkanċellat it-tielet porzjon tal-MFA III ta’ EUR 600 miljun. Madankollu, l-ewwel porzjon tal-MFA IV ta’ EUR 500 miljun tħallas ftit wara.

73

Il-Kummissjoni setgħet tipproponi biss lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li l-obbligu tal-viża jenħtieġ li jitneħħa meta vvalutat li l-parametri referenzjarji kollha kienu ġew issodisfati. Madankollu, il-Kummissjoni interpretat il-kundizzjonijiet tagħha b’diskrezzjoni, u dan wassal għal valutazzjoni pożittiva żżejjed. L-analiżi tagħna wriet li għalkemm inkiseb wieħed mit-tliet parametri referenzjarji kontra l-korruzzjoni għall-pjan ta’ azzjoni għal-liberalizzazzjoni tal-viża60, it-tnejn l-oħra inkisbu biss parzjalment (ara l-Kaxxa 6). Dan ma wassalx biex is-sistema mingħajr viżi tiġi kkunsidrata mill-ġdid.

Kaxxa 6

Eżempji ta’ kundizzjonijiet/parametri referenzjarji kontra l-korruzzjoni b’problemi ta’ valutazzjoni

Il-pjan ta’ azzjoni għal-liberalizzazzjoni tal-viża

L-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni dwar il-prevenzjoni ta’ u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, li tiżgura l-funzjonament effiċjenti tal-aġenzija indipendenti kontra l-korruzzjoni; l-iżvilupp ta’ kodiċijiet etiċi u ta’ taħriġ dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, speċjalment fil-mira ta’ uffiċjali pubbliċi involuti fl-infurzar tal-liġi u fil-ġudikatura.

Fis-sitt rapport tagħha, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li sar progress fl-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni u fl-istabbiliment ta’ istituzzjonijiet kontra l-korruzzjoni. Għalkemm dan il-parametru referenzjarju (l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni) ma kienx intlaħaq fiż-żmien tal-valutazzjoni, dan tqies li nkiseb fuq il-bażi ta’ żviluppi u impenji pożittivi mill-awtoritajiet Ukreni.

Il-programm ta’ appoġġ baġitarju

Sistema effettiva għall-verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-assi, tad-dħul u tal-ispejjeż tal-uffiċjali pubbliċi hija fis-seħħ u operazzjonali, sanzjonijiet dissważivi għat-tressiq ta’ informazzjoni falza fid-dikjarazzjonijiet huma introdotti, il-livell limitu għad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż tnaqqas b’mod sinifikanti, u portal tal-internet uniku għat-tressiq f’forma elettronika u għall-pubblikazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet b’aċċess miftuħ għall-portal huwa stabbilit. Dispożizzjonijiet oħrajn dwar l-iżvelar tal-assi huma titjib fil-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili u mal-partijiet ikkonċernati internazzjonali.

F’Novembru 2016, il-Kummissjoni vvalutat dan l-indikatur bħala “milħuq bis-sħiħ” minħabba li l-NACP kienet irċeviet aktar minn 100 000 dikjarazzjoni u l-qafas regolatorju kien fis-seħħ. Madankollu, is-sistema ma kinitx effettiva għalkollox. Il-KE kienet konxja tan-nuqqasijiet tal-NACP fil-verifika tad-dikjarazzjonijiet. Fl-aħħar nett, f’Jannar 2018, il-Kummissjoni ma vvalidax it-tielet pagament parzjali tal-MFA III minħabba li l-mekkaniżmu għall-verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-assi mressqa mill-uffiċjali pubbliċi kien għadu ma ġiex implimentat b’mod effettiv.

Il-programm makrofinanzjarju III, it-tieni pagament parzjali (2017)

Jiġi stabbilit Uffiċċju Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni, Uffiċċju Speċjalizzat tal-Prosekuzzjoni Kontra l-Korruzzjoni u Aġenzija Nazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni, filwaqt li jiġi żgurat li dawn ikunu indipendenti u operazzjonali, jiġifieri mogħnija bir-riżorsi finanzjarji, bil-persunal u bit-tagħmir meħtieġa biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom.

Il-Kummissjoni ssostni li l-kundizzjoni ffukat biss fuq l-istabbiliment ta’ istituzzjonijiet kontra l-korruzzjoni, u għalhekk ivvalutatha bħala li ntlaħqet. Aħna nifhmu li l-kundizzjoni kienet tirrikjedi wkoll li l-istituzzjonijiet ikunu indipendenti u operazzjonali.

L-aġenziji kienu nħolqu u kienu bdew il-ħidma, iżda l-indipendenza tas-SAPO u tal-NACP kienet dubjuża. Is-SAPO huwa parti mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku, u għalhekk għadu mhuwiex kompletament indipendenti.

3.2. L-istituzzjonijiet kontra l-korruzzjoni li l-UE għenet biex tistabbilixxi għadhom qed isibuha diffiċli biex iwasslu r-riżultati mistennija

74

L-Istrateġija Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni għall-2014-2017 irrikjediet li jinħolqu istituzzjonijiet kontra l-korruzzjoni (dawk prinċipali jidhru fil-Figura 15). Is-SEAE u l-Kummissjoni ħeġġew ukoll lill-gvern biex jistabbilixxihom u jagħmilhom jiffunzjonaw b’mod effiċjenti. Huma appoġġaw l-istabbiliment ta’ istituzzjonijiet speċjalizzati ta’ kontra l-korruzzjoni filwaqt li l-ġudikatura u l-infurzar tal-liġi baqgħu kompromessi b’mod konsiderevoli mill-korruzzjoni.

Figura 15

L-aġenziji u l-istituzzjonijiet kontra l-korruzzjoni, u l-kompiti tagħhom

NACP Aġenzija Nazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni

Tiżviluppa u timplimenta politika kontra l-korruzzjoni, b’mod partikolari strateġija kontra l-korruzzjoni
Tissorvelja l-istil ta’ ħajja tal-uffiċjali pubbliċi
Tivverifika d-dikjarazzjonijiet tal-assi
Tiddetermina l-kunflitti ta’ interess relatati mal-uffiċjali pubbliċi
Teżamina bir-reqqa l-finanzjament tal-partiti politiċi u l-protezzjoni tal-informaturi
NABU Uffiċċju Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni

Jinvestiga każijiet ta’ korruzzjoni fil-livelli għolja
Jiġbor evidenza rilevanti, ammissibbli u affidabbli
SAPO Uffiċċju Speċjalizzat tal-Prosekuzzjoni Kontra l-Korruzzjoni
(Parti mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku)

Jissorvelja l-investigazzjonijiet tan-NABU
Jiżgura li jkun hemm biżżejjed evidenza affidabbli kontra l-akkużati
Iressaq każijiet ta’ korruzzjoni fil-livelli għolja quddiem il-qrati
HACC Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni

Qorti speċjalizzata li l-ġuriżdizzjoni tagħha tinkludi każijiet ta’ korruzzjoni fil-livelli għolja
Tiddeċiedi dwar każijiet investigati min-NABU
ARMA Aġenzija għall-Irkupru u l-Ġestjoni tal-Assi tal-Ukrajna

Issib, tittraċċa u tiġġestixxi assi dderivati mill-korruzzjoni u minn reati oħrajn

Sorsi: il-QEA, ibbażat fuq id-dokument ta’ azzjoni tal-Inizjattiva tal-UE Kontra l-Korruzzjoni fl-Ukrajna (il-Fażi II), ta’ Chatham House: “The struggle for Ukraine”, 2018, u l-EUACI technical assessment of the Asset Recovery and Management Agency of Ukraine.

L-Aġenzija Nazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni

75

L-NACP abbozzat Strateġija Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni għall-2018-2020 abbażi tal-implimentazzjoni ta’ dik preċedenti. Esperti ffinanzjati mill-UE impjegati mill-proġett 12 (ara l-Anness II) ivvalutaw li madwar 40 % tal-istrateġija u tal-programm tal-Istat preċedenti tlestew, u 30 % inkisbu parzjalment. Is-SEAE u l-Kummissjoni laqgħu l-approvazzjoni mill-Kabinett tal-Ministri tal-istrateġija f’April 2018; madankollu, il-Parlament qatt ma adottaha. Il-proġetti ffinanzjati mill-UE u l-EUAM ipprovdew aktar rakkomandazzjonijiet għall-abbozz tal-Istrateġija Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni għall-2020-2024. Id-dokument għadda mill-ewwel qari tiegħu fil-Parlament f’Novembru 2020. It-tieni qari kien għadu għaddej meta aħna konna qed niffinalizzaw ir-rapport tagħna.

76

Minkejja l-appoġġ tal-Kummissjoni, il-kompiti ta’ verifika tal-NACP baqgħu ma ssodisfawx ir-rakkomandazzjonijiet tal-GRECO61. Diversi kundizzjonijiet tal-UE rrikjedew sistema effettiva għall-verifika tal-assi. Madankollu, is-sistema ta’ dikjarazzjoni tal-assi elettroniċi mhijiex effettiva daqskemm jenħtieġ li tkun. Ma kien hemm l-ebda kundanna għall-arrikkiment illeċitu (ara l-Figura 16 u l-Kaxxa 6). Madankollu, il-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-assi sservi ta’ għodda preventiva.

Figura 16

Effettività limitata tas-sistema ta’ dikjarazzjoni tal-assi

Sors: il-QEA, ibbażat fuq ir-raba’ sessjoni ta’ evalwazzjoni tal-GRECO “Corruption prevention in respect of members of Parliament, judges and prosecutors”, Diċembru 2019, ir-rakkomandazzjoni ii; l-iżborż tal-MFA IV tat-tieni pagament parzjali “Nota ta’ informazzjoni lill-Kunsill Ewropew”, 26 ta’ Mejju 2020 u tad-dokumentazzjoni tal-proġetti għall-proġett 12: “Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-appoġġ għal riformi ewlenin”.

77

Il-proġett tal-MDA ffinanzjat mill-UE u l-EUAM għenu biex jiġu abbozzati programmi kontra l-korruzzjoni (ara l-paragrafu 37), u l-NACP sussegwentement approvathom. Madankollu, il-maġġoranza l-kbira ma ndirizzatx ir-riskji ta’ korruzzjoni ewlenin, u l-proċedura ġiet ittrattata bħala “formalità u eżerċizzju ta’ mmarkar tal-kaxex”62.

78

Il-Kummissjoni eventwalment naqqset l-impenn tagħha mal-NACP wara li ttebbgħet ir-reputazzjoni ta’ din tal-aħħar , pereżempju billi għamlet l-assistenza tal-IT kontinġenti fuq il-progress f’oqsma ewlenin tal-operazzjonijiet. Donaturi oħrajn kienu waqfu jipprovdu assistenza aktar qabel meta ġew innutati żviluppi negattivi.

79

Bl-appoġġ tal-Kummissjoni, ġiet adottata struttura ġdida għall-NACP f’Ottubru 2019. Inħatar ukoll kap ġdid tal-NACP f’Jannar 2020 wara li għadda minn kompetizzjoni ssorveljata mill-kummissjoni ta’ esperti internazzjonali.

L-Uffiċċju Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni

80

L-Uffiċċju Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni (NABU) għandu reputazzjoni tajba fost il-komunità internazzjonali. Għalkemm l-appoġġ politiku tal-UE għen biex iżomm lin-NABU operazzjonali u indipendenti, l-Aġenzija tiġi dejjem mhedda minn opponenti li jirrikorru għal mezzi bħal akkużi ta’ mġiba ħażina. Esperti ffinanzjati mill-UE pprovdew abbozzi ta’ proposti għall-ġuriżdizzjoni tan-NABU, iżda din il-leġiżlazzjoni tinsab ukoll taħt theddida kontinwa (eż. il-kanċellazzjoni tad-drittijiet għall-kontestazzjoni tal-ftehimiet kummerċjali relatati mal-korruzzjoni63). F’Settembru 2020, is-CCU ddikjarat li xi dispożizzjonijiet importanti tal-Liġi tan-NABU ma kinux kostituzzjonali. Dan se jkollu impatt fuq il-ħatra tal-Kap, il-Kunsill tas-Sorveljanza Ċivili, u l-awditjar indipendenti li għad irid isir64.

81

Il-Kummissjoni u l-EUAM organizzaw għadd kbir ta’ korsijiet ta’ taħriġ, sessjonijiet ta’ ħidma u żjarat ta’ studju, u pprovdew ukoll gwida għan-NABU, b’enfasi fuq il-kompiti investigattivi. L-istatistika tan-NABU turi li sar progress f’termini ta’ investigazzjonijiet miftuħa (ara l-Figura 17). L-Aġenzija kkalkulat il-benefiċċju ekonomiku tagħha għas-soċjetà billi qabblet il-baġit tagħha (EUR 30 miljun) mal-impatt ekonomiku (telf ta’ EUR 450 miljun li ġie evitat)65. Il-kapaċità tagħha li tinvestiga każijiet ta’ livell għoli żdiedet b’mod sinifikanti, b’mod partikolari meta mqabbla mal-għadd ta’ profili ta’ livell għoli li ġew investigati qabel ma twaqqaf in-NABU66. Il-maġġoranza tal-każijiet jinvolvu l-SOEs67, u madwar 18 % tal-“avviżi ta’ suspett” kienu jinvolvu uffiċjali għolja68. Fiż-żmien tal-awditjar, in-NABU kien qed jinvestiga skemi ta’ korruzzjoni ewlenin bħall-każ ta’ Rotterdam + u Privatbank69.

Figura 17

Żieda fl-għadd ta’ investigazzjonijiet kontinwi tan-NABU (proċedimenti kriminali)

Sors: il-QEA, ibbażat fuq ir-rapporti ta’ kull sentejn tan-NABU.

82

Madankollu, NABU huwa biss ħolqa waħda fil-katina kontra l-korruzzjoni. L-eżitu tal-investigazzjonijiet tan-NABU jiddependi fuq fatturi bħall-prosekuturi u l-uffiċċju tal-forensika li jivvalida l-evidenza. In-NABU sostna li x-xogħol tiegħu ilu jiġi mxekkel mis-Servizz tas-Sigurtà Nazzjonali tal-Ukrajna (SBU)70, li huwa sid it-tagħmir tekniku għat-tappjar telefoniku u għandu l-persunal meħtieġ, nuqqas ta’ drittijiet ta’ tappjar telefoniku, u aċċess insuffiċjenti għar-reġistri. Permezz tad-djalogu politiku tagħha, l-UE flimkien ma’ donaturi oħrajn għamlu pressjoni b’suċċess għal liġi (eventwalment adottata f’Ottubru 2019) li tippermetti lin-NABU jwettaq investigazzjonijiet diskreti bit-tappjar telefoniku. Madankollu, fil-prattika, u minkejja l-involviment tal-UE, l-SBU jżomm il-kontroll fuq it-tappjar telefoniku.

L-Uffiċċju Speċjalizzat tal-Prosekuzzjoni Kontra l-Korruzzjoni

83

Għalkemm is-SAPO huwa responsabbli mit-tressiq ta’ każijiet ta’ korruzzjoni ta’ livell għoli quddiem il-qorti, dan jibqa’ parti mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku u għalhekk mhuwiex kompletament indipendenti. Minbarra l-attivitajiet tal-EUAM, il-Kummissjoni pprovdiet appoġġ l-aktar permezz ta’ erba’ proġetti (il-Proġetti 6, 12, 13 u 15 fl-Anness II). Il-kisba ta’ eżiti ta’ suċċess kienet mhedda mill-indipendenza limitata tal-ġestjoni u tal-akkumulazzjonijiet tas-SAPO71. Il-Kummissjoni naqqset l-appoġġ tagħha wara l-iskandlu tat-tappjar telefoniku tal-2018, li ssuġġerixxa li l-Kap tas-SAPO kien ġab pressjoni fuq il-prosekuturi u l-qrati72.

Il-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni

84

Qabel ma ġiet stabbilita l-HACC f’Settembru 2019, għadd sinifikanti ta’ każijiet ta’ korruzzjoni ta’ livell għoli kienu waqfu fil-qrati wara li ġew trażmessi mis-SAPO/min-NABU, fatt li l-OECD ikkwalifikat bħala “xokkanti”73. Fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni, il-komunità internazzjonali74 u l-OSĊ argumentaw favur il-ħolqien ta’ qorti indipendenti bi proċedura ta’ reklutaġġ affidabbli. Bħala parti mid-djalogu tagħhom fl-2016, is-SEAE u l-Kummissjoni talbu li għandha tiġi adottata leġiżlazzjoni għall-HACC.

85

Il-Kummissjoni pprovdiet appoġġ sinifikanti għall-istabbiliment tal-HACC (ara l-Figura 9). Wara kompetizzjoni trasparenti, inħatru 38 imħallef f’April 2019. Il-qorti tant mistennija, li tinkludi kemm taqsima tal-ewwel grad u tal-appell, fetħet uffiċjalment fil-5 ta’ Settembru 2019, u bdiet teżamina l-ewwel każijiet ta’ livell għoli tagħha fl-aħħar kwart tal-2019.

86

Sa Settembru 2020, l-HACC kienet ħarġet 16-il kundanna u liberazzjoni waħda (ara l-Figura 18). Meta mqabbel mal-qrati ġenerali fejn il-każijiet ta’ korruzzjoni ilhom jieqfu għal ħafna snin, l-HACC bdiet turi l-ewwel riżultati promettenti tagħha. Madankollu, l-effettività, l-indipendenza u s-sostenibbiltà tagħha kienu taħt theddida fiż-żmien tal-awditjar.

Figura 18

Statistika dwar il-proċedimenti kriminali

Sors: il-QEA, ibbażat fuq in-NABU reports, preżentazzjoni ta’Transparency International u l-proġett 12: “Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-appoġġ għal riformi ewlenin”.

L-Aġenzija għall-Irkupru u l-Ġestjoni tal-Assi

87

L-EUAM u l-proġett 12 iffinanzjat mill-Kummissjoni (ara l- Anness II) assistew fl-istabbiliment tal-Aġenzija għall-Irkupru u l-Ġestjoni tal-Assi (ARMA) sa mill-bidu nett. Il-proġett kien jinvolvi t-twettiq ta’ valutazzjoni teknika u l-għoti ta’ appoġġ leġiżlattiv lill-ARMA. Dan iffinanzja wkoll għodod tal-IT (eż. tagħmir bażiku, is-sit web tal-ARMA, u tagħmir ta’ vidjokonferenza) u taħriġ. L-Aġenzija bdiet mill-bidu nett, u l-persunal kollu kellu jitħarreġ. L-ARMA żiedet il-kapaċità tagħha għat-traċċar u l-ġestjoni tal-assi, u pproċessat għadd dejjem jikber ta’ rkupri tal-assi75.

88

F’Ottubru 2020, l-ARMA sostniet li kienet sabet u ttraċċat assi miksuba illegalment li jiswew aktar minn UAH 100 biljun (kważi EUR 3 biljun). Madankollu, il-mandat tal-ARMA huwa limitat, peress li din tista’ ssib u tittraċċa l-assi biss meta tintalab tagħmel dan mill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi. Minkejja żieda fil-volum ta’ assi ġestiti mill-ARMA, dan l-ammont jirrappreżenta biss 4 % (madwar EUR 119-il miljun) tal-ammonti traċċati kollha.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

89

Aħna sibna li għalkemm l-UE appoġġat riformi għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u għenet biex tnaqqas l-opportunitajiet ta’ korruzzjoni, il-korruzzjoni kbira għadha problema ewlenija fl-Ukrajna. Ir-riforma tas-sistema ġudizzjarja qed tesperjenza ostakoli kbar, l-istituzzjonijiet kontra l-korruzzjoni jinsabu f’riskju, il-fiduċja f’dawn l-istituzzjonijiet għadha baxxa, u l-għadd ta’ kundanni li jirriżultaw mill-korruzzjoni kbira huwa żgħir.

90

L-oligarki u d-drittijiet akkwiżiti madwar l-Ukrajna kollha huma l-kawża ewlenija tal-korruzzjoni u l-ostakoli prinċipali għall-istat tad-dritt u għall-iżvilupp ekonomiku fil-pajjiż. Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-Kummissjoni kienu konxji sew tal-bosta konnessjonijiet bejn l-oligarki, l-uffiċjali ta’ livell għoli, il-gvern, il-parlament, il-ġudikatura u l-Intrapriżi tal-Istat (SOEs). Is-SEAE għadu ma pproponiex mudell għar-restrizzjoni tad-dħul fl-UE għall-individwi Ukreni ssuspettati b’korruzzjoni kbira, u li ma jħallihomx jużaw l-assi tagħhom fl-UE. Għalkemm id-dokumenti tal-UE jsemmu l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, ma hemm l-ebda strateġija kumplessiva li tindirizza speċifikament il-korruzzjoni kbira. Is-SEAE u l-Kummissjoni indirizzaw il-korruzzjoni bħala prijorità trażversali, billi dderiġew il-fondi u l-isforzi permezz ta’ varjetà ta’ setturi; dan kien jinkludi appoġġ għall-istituzzjonijiet kontra l-korruzzjoni inkarigati mill-ġlieda kontra l-korruzzjoni ta’ livell għoli. L-approċċ multisettorjali ma ffukax biżżejjed fuq il-korruzzjoni kbira (ara l-paragrafi 22-2834).

91

Il-proġett tal-Inizjattiva tal-UE Kontra l-Korruzzjoni ffoka esklużivament fuq il-korruzzjoni, speċjalment permezz tal-appoġġ tiegħu għal istituzzjonijiet kontra l-korruzzjoni li jittrattaw il-korruzzjoni kbira. L-ebda wieħed mill-proġetti l-oħrajn li awditjajna ma kellu l-objettiv kumplessiv li jnaqqas speċifikament il-korruzzjoni kbira, iżda nofshom kienu jinkludu attivitajiet li indirizzaw il-problema. Il-korruzzjoni kbira u l-flussi finanzjarji illeċiti, inkluż il-ħasil tal-flus, huma marbuta intrinsikament, iżda l-proġetti li awditjajna kien fihom għadd żgħir ħafna ta’ attivitajiet li jindirizzaw ir-riskji tal-ħasil tal-flus. Il-Kummissjoni stabbilixxiet ukoll kundizzjonijiet biex tippromovi riformi f’dawn l-oqsma fil-programmi ta’ assistenza makrofinanzjarja (MFA) tagħha u fil-parametri referenzjarji għal-liberalizzazzjoni tal-viża. Il-missjoni ta’ konsulenza tal-UE (EUAM) appoġġat lill-awtoritajiet Ukreni fit-tentattivi tagħhom biex jirriformaw is-settur tas-sigurtà ċivili. Din involviet ruħha ma’ aġenziji tal-infurzar tal-liġi biex tnaqqas il-korruzzjoni bħala waħda mill-prijoritajiet trażversali tagħha. Madankollu, il-mandat tal-EUAM ma jinkludix l-indirizzar tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni kbira (ara l-paragrafi 29-37, u 71-73).

Rakkomandazzjoni 1 – Tfassil u implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi li jimmiraw lejn il-korruzzjoni kbira

Sabiex titnaqqas il-korruzzjoni kbira, jenħtieġ li s-SEAE u l-Kummissjoni:

  1. bħala parti mill-approċċ multidimensjonali tal-UE għall-indirizzar tal-korruzzjoni, jiżviluppaw dokument strateġiku dwar kif jiġġieldu u jipprevienu l-korruzzjoni kbira, inkluża il-manipulazzjoni tal-Istat. Jenħtieġ li dan id-dokument jidentifika azzjonijiet ewlenin fi ħdan qafas ta’ żmien iddefinit sew biex jiġu mmirati l-kawżi ewlenin, inkluż l-istruttura oligarkika;
  2. flimkien mal-Istati Membri u s-sħab internazzjonali, janalizzaw u jqisu mudell għall-prevenzjoni ta’ Ukreni individwali (oligarki u nies taħt l-influwenza tagħhom) li huma suspettati b’korruzzjoni kbira milli jidħlu fl-UE u jużaw l-assi tagħhom hemmhekk;
  3. isaħħu l-monitoraġġ ta’ u l-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni kontra l-ħasil tal-flus fl-Ukrajna.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: tmiem l-2022.

92

L-appoġġ mill-Kummissjoni għal proġetti tas-soċjetà ċivili u għal midja indipendenti kien azzjoni raġonevoli għall-prevenzjoni u d-detezzjoni tal-korruzzjoni. Pereżempju, is-soċjetà ċivili żviluppat il-pjattaformi ProZorro u “persuni esposti politikament”, li t-tnejn li huma stabbilixxew il-bażijiet għall-monitoraġġ tar-riformi u għat-twissija lill-opinjoni pubblika dwar prattiki korrotti u abbużi tal-poter (il-Kaxxa 4, u l-paragrafi 29, 35 u 64).

Rakkomandazzjoni 2 – Valutazzjoni u aġġustament tal-iskala tal-appoġġ tagħha għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u għall-ġurnaliżmu investigattiv

Sabiex issaħħaħ it-trasparenza u trawwem ir-riforma, jenħtieġ li l-Kummissjoni:

  1. tivvaluta u taġġusta l-iskala tal-appoġġ tagħha għas-soċjetà ċivili u għall-ġurnaliżmu investigattiv, billi tagħmel enfasi partikolari fuq il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u billi tappoġġa l-isforzi biex titnaqqas l-influwenza tal-media tal-oligarki;
  2. tappoġġa lill-benefiċjarji tas-soċjetà ċivili fl-iżvilupp ta’ mekkaniżmi ta’ monitoraġġ sistematiku (eż. tabella ta’ valutazzjoni) għat-traċċar tal-prestazzjoni ta’ riformi kontra l-korruzzjoni, u tiddokumenta regolarment ir-riżultati miksuba mill-proġetti ffinanzjati.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: tmiem l-2022.

93

Hemm kunsens wiesa’ li f’sitwazzjoni ta’ manipulazzjoni tal-Istat, l-individwi u l-kumpaniji li jkollhom influwenza ekonomika jiksbu vantaġġi mill-Istat, b’mod partikolari permezz tal-SOEs. Il-Kummissjoni appoġġat il-privatizzazzjoni ta’ SOEs kbar. Hija ffukat fuq il-governanza korporattiva tagħhom fid-djalogu ta’ politika u fil-kundizzjonijiet tal-MFA tagħha, iżda dawn ir-riformi jinsabu f’riskju. Appoġġat ukoll lill-Ukrajna fil-bini tal-kapaċità istituzzjonali tal-Kumitat Kontra l-Monopolji; madankollu, fiż-żmien tal-awditu, il-Kumitat kien għadu dgħajjef wisq biex jinforza l-politika tal-kompetizzjoni. Tenħtieġ ħafna aktar azzjoni, speċjalment peress li ħafna kumpaniji fl-Ukrajna jgawdu l-istatus ta’ oligopolji jew monopolji (ara l-paragrafi 38-43).

Rakkomandazzjoni 3 – Kontribuzzjoni għat-tneħħija tal-impedimenti għal kompetizzjoni ħielsa u ġusta

Sabiex tagħti spinta lill-kompetizzjoni ġusta, jenħtieġ li l-Kummissjoni:

  1. tidentifika u tevita li tappoġġa (permezz ta’ proġetti, self u garanziji) lil dawk il-kumpaniji taħt influwenza oligarkika li joħolqu impedimenti għal kompetizzjoni ħielsa u ġusta;
  2. tappoġġa l-isforzi tal-awtoritajiet Ukreni biex jiżżarmaw il-monopolji taħt influwenza oligarkika meta jkun hemm tħassib dwar il-kompetizzjoni ħielsa u ġusta;
  3. tipprovdi appoġġ istituzzjonali msaħħaħ għall-Kumitat Kontra l-Monopolji bil-ħsieb li żżid il-kapaċitajiet u l-indipendenza tiegħu, filwaqt li timmira li tiżgura li l-Kumitat għandu l-integrità u l-impenn għar-riforma.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: tmiem l-2023

94

Il-Kummissjoni għandha sistema fis-seħħ għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni tal-appoġġ tagħha. Madankollu, il-valutazzjoni ta’ kemm il-proġetti għenu fil-ġlieda kontra kwalunkwe tip ta’ korruzzjoni hija diffiċli għal nofs il-proġetti li awditjajna, peress li l-eżiti ma jistgħux jitkejjlu (minħabba nuqqas ta’ linji bażi, miri u indikaturi rilevanti) u jirreferu għal outputs u attivitajiet. Barra minn hekk, l-EUAM ma ħarġitx l-evalwazzjoni tal-impatt tagħha (ara l-paragrafi 44-49).

95

Għalkemm is-SEAE u l-Kummissjoni jirrappurtaw kull sena dwar il-progress tar-riformi fl-Ukrajna, ma hemm l-ebda rappurtar speċifiku tal-progress tal-kontribuzzjonijiet mill-UE fil-ġlieda kontra kwalunkwe tip ta’ korruzzjoni. Is-sistema ta’ rappurtar mhijiex ibbażata fuq miri u indikaturi predefiniti meta mqabbla ma’ linji bażi (ara l- paragrafi 45-47, 55-5771).

Rakkomandazzjoni 4 – Titjib tal-monitoraġġ u tar-rapportar għall-infurmar u għat-teħid ta’ azzjoni korrettiva meta jkun meħtieġ

Jenħtieġ li s-SEAE, il-Kummissjoni u l-EUAM:

  1. itejbu s-sistema pubblika ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar (abbażi ta’ objettivi ċari u speċifiċi, miri u indikaturi ddefiniti minn qabel, u mqabbla ma’ linji bażi), b’mod partikolari meta tkun ikkonċernata l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-Ukrajna, billi jiffukaw fuq il-kontribuzzjonijiet mill-UE;
  2. jirrikjedu li l-implimentaturi tal-proġetti jimlew il-logframes tal-proġetti tagħhom kif suppost billi jqabblu l-kisbiet tal-proġetti ma’ linji bażi u miri mistennija.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: tmiem l-2022

96

In-nuqqas ta’ xewqa għar-riforma u r-reżistenza għar-riformi kontra l-korruzzjoni u r-riformi ġudizzjarji kkawżaw ostakoli kbar li ma ġewx evitati b’miżuri ta’ mitigazzjoni. F’ambjent ta’ sfida, is-sostenibbiltà tal-kisbiet preċedenti tinsab f’riskju kontinwu (ara l-paragrafi 55-58).

97

Il-Kummissjoni u l-EUAM ipprovdew għajnuna intensiva għar-riformi ġudizzjarji, speċjalment lill-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni, li issa wasslet l-ewwel riżultati tagħha fil-forma ta’ kundanni. Il-Kummissjoni u l-EUAM ipprovdew appoġġ sinifikanti għall-valutazzjoni tal-kwalifiki u tal-integrità tal-imħallfin u tal-prosekuturi. Madankollu, il-membri tal-korpi ta’ governanza ġudizzjarja, għadd sostanzjali ta’ mħallfin u xi prosekuturi għad iridu jiġu eżaminati bir-reqqa dwar l-integrità (ara l-Figura 18, il-Kaxxa 4, u l-paragrafi 60-63 u 84-86).

98

Il-Kummissjoni għenet biex jiġu stabbiliti u żviluppati l-istituzzjonijiet kontra l-korruzzjoni. Madankollu, jekk rabta waħda fil-katina istituzzjonali tkun dgħajfa, l-intier ma jkunx jista’ jiffunzjona kif suppost. Is-SEAE u l-Kummissjoni kienu attivi fl-iżgurar ta’ qafas kontra l-korruzzjoni li huwa taħt theddida kontinwa, u fit-tentattiv li jiġi inkorporat fil-kuntest lokali tal-organizzazzjonijiet eżistenti. Madankollu, it-tentattiv li jiġu integrati l-istituzzjonijiet il-ġodda fl-ambjent eżistenti huwa battalja kontinwa (ara l-paragrafi 74-88).

Rakkomandazzjoni 5 – Enfasi fuq l-integrità u l-impenn ta’ riforma meta jipprovdu appoġġ għall-bini tal-kapaċitajiet

Sabiex l-appoġġ mill-UE jsir aktar effettiv, jenħtieġ li l-Kummissjoni u s-SEAE:

  1. meta jipprovdu appoġġ istituzzjonali għall-istituzzjonijiet ġudizzjarji, tal-infurzar tal-liġi u tal-prosekuzzjoni, jenfasizzaw il-kriterji għall-integrità u l-impenn ta’ riforma (jiġifieri l-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet preċedenti, is-sostenibbiltà tal-outputs preċedenti, u l-integrità tal-ġestjoni);
  2. meta jipprovdu assistenza, ikollhom l-għan li jiżguraw li jitwettqu valutazzjonijiet ta’ integrità għal karigi ġudizzjarji u ta’ infurzar tal-liġi ewlenin (jiġifieri l-imħallfin tal-Qorti Kostituzzjonali, il-kapijiet tal-qrati, u l-membri tal-Kummissjoni Superjuri għall-Kwalifiki tal-Imħallfin u l-Kunsill Għoli tal-Ġustizzja).

Data mmirata għall-implimentazzjoni: tmiem l-2022

99

Il-proġetti tal-UE għenu wkoll biex jissawru għadd ta’ għodod diġitali għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni, iżda diversi għodod irrikjedew aktar impenn mill-awtoritajiet nazzjonali. Il-valutazzjoni tar-reġistri tal-Ministeru tal-Ġustizzja kienet utli biex jiġu identifikati dgħufijiet, b’mod partikolari n-nuqqas ta’ data preċiża. Il-verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-assi elettroniċi hija affettwata mill-ineżattezza ta’ wħud mir-reġistri li jiġu kkonsultati. L-akkwiżizzjoni illegali ta’ negozju jew proprjetà hija problema serja fl-Ukrajna u riskju ewlieni għall-investituri. Il-Kummissjoni qed tindirizza din il-problema (il-paragrafi 64-69, u 76).

Rakkomandazzjoni 6 – Appoġġ għad-diġitalizzazzjoni tar-reġistri

Sabiex tiżdied it-trasparenza tar-reġistri pubbliċi, jiġu protetti d-drittijiet ta’ proprjetà u jiġi eżaminat bir-reqqa l-użu tal-flus pubbliċi,jenħtieġ li l-Kummissjoni tappoġġa d-diġitalizzazzjoni tal-aktar reġistri pubbliċi importanti. Dan l-appoġġ għandu jżid l-interoperabbiltà u l-kwalità tad-data tagħhom, u jiżgura t-trattament tagħhom.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: tmiem l-2022.

100

Il-koordinazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-UE ma’ donaturi oħrajn kellha sehem fl-emendar tal-Kostituzzjoni, fit-tisħiħ tal-qafas legali, u fl-istabbiliment ta’ istituzzjonijiet. Madankollu, għadd ta’ kundizzjonijiet ma kinux speċifiċi biżżejjed, u ppermettew ċertu ammont ta’ libertà. Billi rrikonoxxiet li sar progress, il-Kummissjoni vvalutat xi kundizzjonijiet bħala li ntlaħqu. Madankollu, il-valutazzjoni tagħna hija aktar kritika, b’mod partikolari fejn għandhom x’jaqsmu l-eżiti (ara l-paragrafi 61, 71-73).

101

Inizjalment, il-Kummissjoni għamlet biss użu limitat mill-kundizzjonijiet għar-riforma tal-ġudikatura, u ffukat l-ewwel fuq il-bidliet kostituzzjonali meħtieġa biex il-ġudikatura tiġi riorganizzata u fuq il-bini tal-istituzzjonijiet kontra l-korruzzjoni. Fl-aħħar programm tal-MFA tagħha (Lulju 2020), il-Kummissjoni rrikjediet kontrolli tal-integrità għal korpi ta’ governanza ġudizzjarja ewlenin. Barra minn hekk, xi kisbiet ġew irtirati minn interessi personali. Waħda mill-aħħar tentattivi kienet id-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali li ddikjarat id-dikjarazzjoni tal-assi elettroniċi bħala mhux kostituzzjonali. Għalkemm il-pressjoni tal-UE u dik internazzjonali wasslet biex il-leġiżlaturi jerġgħu jistabbilixxu l-obbligu li jiddikjaraw l-assi u s-sanzjonijiet f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità, is-sanzjonijiet mhumiex dissważivi biżżejjed. L-isforzi tas-SEAE u tal-Kummissjoni evitaw ftit treġġigħ lura, iżda dawn huma taħt theddida kontinwa (il-paragrafi 55, 61, 71, 73, il-Kaxxa 3 u l-Figura 16).

102

Is-SEAE u l-Kummissjoni rrakkomandaw it-titjib fil-governanza korporattiva tal-għadd kbir ta’ SOEs fl-Ukrajna, u l-iffaċilitar tal-privatizzazzjoni tagħhom. Madankollu, l-esperti ffinanzjati mill-UE kkonkludew li l-moratorji li jipprojbixxu l-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti u jipproteġu l-SOEs mill-falliment jew milli jħallsu lura d-dejn tagħhom kienu problema ewlenija (ara l-paragrafi 38-41).

Rakkomandazzjoni 7 – Stabbiliment ta’ kundizzjonijiet aktar stretti għall-appoġġ mill-Kummissjoni

Sabiex tiggarantixxi u tiżgura r-riformi, meta tkun qed tfassal u tivvaluta l-kundizzjonijiet tal-MFA, jenħtieġ li l-Kummissjoni:

  1. tinkludi rekwiżiti stretti għar-riforma tal-ġudikatura, għas-servizzi ta’ prosekuzzjoni u għall-aġenziji tal-infurzar tal-liġi, b’mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-indipendenza u l-integrità tagħhom;
  2. Tesplora, b’mod iddokumentat, il-kundizzjonijiet għat-tneħħija tal-moratorji tad-dejn fuq SOEs bil-ħsieb li tinkludi din il-kundizzjoni f’programm futur tal-MFA.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: tmiem l-2022

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla III, immexxija mis-Sinjura Bettina Jakobsen, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fl-20 ta’ Lulju 2021.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner Lehne
President

Annessi

Anness I — Investiment Dirett Barrani (FDI), 2016-2019

Sors: l-analiżi tal-QEA, ibbażat fuq id-data tal-Bank Nazzjonali tal-Ukrajna.

Anness II — Programmi u proġetti awditjati

Nru TITLU TAL-KUNTRATT IMPENJATI
(f’EUR)
IKKUNTRATTATI
(f’EUR)
IMĦALLSA (f’EUR) sa Ottubru 2020
1 MFA III 1 800 000 000   1 200 000 000
2 MFA IV 1 000 000 000   1 000 000 000
3 2014/344231
Il-Kuntratt ta’ Bini tal-Istat għall-Ukrajna
355 000 000 305 125 000 305 125 000
4 2014/345095
It-tisħiħ tar-riformi kostituzzjonali, kontra l-korruzzjoni u legali fl-Ukrajna (l-Inizjattiva Reanimation Package of Reforms)
394 974 394 974 394 974
5 2014/351692
Il-Konsolidazzjoni tal-Iżvilupp tal-Politika tas-Settur tal-Ġustizzja fl-Ukrajna
520 000 520 000 520 000
6 2013/328160
Il-Proġett għall-Appoġġ tar-Riformi fis-Settur tal-Ġustizzja fl-Ukrajna
7 857 467 7 857 467 7 506 681
7 2014/346257
L-Implimentazzjoni tal-Qafas ta’ Kooperazzjoni Programmatika mal-Kunsill tal-Ewropa fis-Sħubija tal-Lvant
30 400 000 30 400 000

inkluż 3 357 220 fl-Ukrajna
30 400 000

inkluż 3 259 547 fl-Ukrajna
8 2016/373210
It-tisħiħ tal-koalizzjoni Reanimation Package of Reforms
918 771 918 771 918 771
9 2015/369527
APPOĠĠ GĦAS-SERVIZZ FISKALI TAL-ISTAT (SFS) TAL-UKRAJNA FIT-TISĦIĦ TAL-ELEMENTI TAL-IBM FIL-QASAM TAL-KWISTJONIJIET DOGANALI
1 800 000 1 800 000 1 723 068,09
10 2016/374091
It-tisħiħ tal-kapaċitajiet istituzzjonali tal-Kumitat Kontra l-Monopolji tal-Ukrajna biex iwettaq studji tas-suq u jinforza b’mod effettiv il-liġi dwar il-kompetizzjoni f’konformità mal-istandards tal-UE.
1 688 065 1 688 065 1 688 065
11 2016/374814
Rada za Evropu: Il-Bini tal-Kapaċitajiet b’Appoġġ għall-Verkhovna Rada tal-Ukrajna
1 255 926 1 255 926 1 255 926
12 2016/382642
Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-appoġġ għal riformi ewlenin
14 500 000 14 500 000 14 500 000
13 2017/388596
It-tisħiħ tar-rwol tas-soċjetà ċivili fis-sorveljanza tal-finanzi pubbliċi
682 670 682 670 670 849
14 2017/388935
Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-implimentazzjoni tar-riformi fil-livell reġjonali
729 541 729 541 656 586
15 2017/389065
It-Tisħiħ tar-Rwol tas-Soċjetà Ċivili fil-Faċilitazzjoni tar-Riformi Demokratiċi u ż-Żieda fl-Akkontabilità, fir-Responsabbiltà u fil-Kwalità tal-Gvern
685 805 685 805 656 199
16 2017/392878
L-appoġġ għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni u għall-investigazzjoni permezz ta’ parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-livell lokali
748 944 748 944 674 050
17 2017/390764
PRAVO-JUSTICE: L-Appoġġ għal Riformi Relatati mal-Ġustizzja fl-Ukrajna
15 290 000 15 290 000 9 584 385
18 2017/392754
L-appoġġ għal riformi tal-istat tad-dritt fl-Ukrajna (PRAVO - Pulizija, Prosekuzzjoni Pubblika, Governanza Tajba)
36 000 000 36 000 000 29 061 551
19 2017/387956
L-Appoġġ lill-Kumitat Kontra l-Monopolji tal-Ukrajna għall-Infurzar tar-Regoli dwar l-Għajnuna mill-Istat
2 900 100 2 900 100 2 320 080
20 Il-Kont b’Bosta Donaturi tal-BERŻ-Ukrajna għall-Istabbilizzazzjoni u t-Tkabbir Sostenibbli      
2016/379989
“Il-Kont b’Bosta Donaturi tal-BERŻ-UKRAJNA għall-Istabbilizzazzjoni u t-Tkabbir Sostenibbli”
8 000 000 8 000 000 8 000 000
2017/394778
BERŻ ADD Nru 1 “Il-Kont b’Bosta Donaturi tal-BERŻ-Ukrajna għall-Istabbilizzazzjoni u t-Tkabbir Sostenibbli”
9 000 000 9 000 000 9 000 000
2018/401226
Addendum Nru 2 tal-Ftehim ta’ Delegazzjoni mal-BERŻ ENI/2016/379-989 “Il-Kont b’Bosta Donaturi tal-BERŻ-Ukrajna għall-Istabbilizzazzjoni u t-Tkabbir Sostenibbli” (kuntratt finta)
1 700 000 1 700 000 1 700 000
2019/409355
Addendum Nru 3 tal-Ftehim ta’ Delegazzjoni mal-BERŻ ENI/2016/379-989 “Il-Kont b’Bosta Donaturi tal-BERŻ-Ukrajna għall-Istabbilizzazzjoni u t-Tkabbir Sostenibbli” (kuntratt finta)
10 000 000 10 000 000 10 000 000
21 EUAM06BP406
“It-tisħiħ tal-kapaċità kontra l-korruzzjoni tal-Pulizija Nazzjonali tal-Ukrajna bl-użu ta’ teknoloġija moderna biex tiġi infurzata l-liġi”
49 900   25 575
22 EUAM01BP0501
“It-Tisħiħ tat-Trasparenza, tal-Akkontabilità u tas-Sorveljanza fis-Settur Ukren tas-Sigurtà Ċivili”
157 000   102 484
23 EUAM05BP05
“L-indipendenza istituzzjonali tal-PPO/PGO tal-Ukrajna u l-appoġġ għall-korpi ta‘ awtogovernanza”
86 700   20 642
24 EUAM6.1.5BP605
“It-tisħiħ tal-kapaċitajiet kontra l-korruzzjoni tal-istituzzjonijiet Ukreni fis-settur tas-sigurtà ċivili”
55 600   22 342,60
MFA TOTALI 2 800 000 000 2 200 000 000
Proġetti TOTALI 473 378 683   409 364 432
Awditi TOTALI 3 273 378 683   2 609 364 432

Anness III — Progress limitat fl-indirizzar tal-korruzzjoni fl-Ukrajna

Sors: l-analiżi tal-QEA, ibbażat fuq il-punteġġi tal-Indiċi tal-Korruzzjoni tat-Transparency International u tal-klassifikazzjoni tal-Indikatur tal-Governanza Dinjija “Kontroll tal-Korruzzjoni” tal-Bank Dinji.

Anness IV — Progress tal-Ukrajna fl-indikaturi tal-istat tad-dritt, 2012-2019

Sors: l-analiżi tal-QEA, ibbażat fuq il-World Governance Indicators (World Bank), tal-World Justice Project u tal-Varieties of Democracy.

Anness V — Il-progress tal-indikaturi tal-kompetittività, 2015-2020

Sors: il-QEA, ibbażat fuq il- World Economic Forum “Global competitiveness” indicator and the IMD World Competitiveness Center’s world competitiveness ranking for Ukraine. L-għadd ta’ pajjiżi vvalutati jvarja kull sena.
Klassifikazzjoni ogħla tfisser li pajjiż huwa inqas kompetittiv.

Anness VI — Il-kontribuzzjoni mill-UE għat-titjib tal-kompetizzjoni fl-Ukrajna

DJALOGU POLITIKU

(djalogu ta’ livell għoli fil-livell governattiv)
• Ifassal u jimplimenta pjanijiet biex jiġu privatizzati l-SOEs f’konformità ma’ standards internazzjonali
• Għandu l-għan li jdgħajjef l-influwenza tal-oligarki fuq l-ekonomija permezz ta’ riformi orjentati lejn is-suq u miżuri biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni
• Jilqa’ l-impenn imġedded tal-Ukrajna li tiġġieled l-influwenza tal-interessi personali (“de-oligarkizzazzjoni”)
DJALOGU TA’ POLITIKA

(djalogu fil-qafas tal-kooperazzjoni finanzjarja)
• Riforma tal-SOEs
• Enfasi fuq is-settur tal-enerġija, jattendi laqgħat tal-kumitat tal-enerġija
• L-UE aġixxiet bħala “osservaturi” fil-proċess tal-għażla tal-membri tal-bord superviżorju fl-SOEs
ASSISTENZA TEKNIKA • Donatur ewlieni tal-Kont b’Bosta Donaturi tal-BERŻ (MDA)
• Appoġġ għall-Kumitat Kontra l-Monopolji tal-Ukrajna (AMCU)
KUNDIZZJONIJIET • Programmi ta’ assistenza makrofinanzjarja

Sors: il-QEA, ibbażat fuq id-dokumentazzjoni tal-awditjar.

Anness VII — Is-suffiċjenza u l-għajnuna tal-azzjonijiet tal-UE u tal-EUAM fil-promozzjoni tar-riformi

Sors: il-QEA, ibbażat fuq stħarriġ Ukren dwar l-opinjoni pubblika għall-EUAM Ukraine.

Anness VIII — Ħatriet ta’ mħallfin tal-Qorti Kostituzzjonali u ta’ membri tal-Kunsill Għoli tal-Ġustizzja

Sors: il-QEA, ibbażat fuq is-siti web tas-CCU u tal-HCJ ikkonsultati f’Jannar 2021.

Akronimi u abbrevjazzjonijiet

AA: Ftehim ta’ Assoċjazzjoni

AMCU: Kumitat Kontra l-Monopolji tal-Ukrajna

ARMA: Aġenzija għall-Irkupru u l-Ġestjoni tal-Assi

BERŻ: Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp

BOC: Kunsill tal-Ombudsman Kummerċjali

CCU: Qorti Kostituzzjonali tal-Ukrajna

DCFTA: Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva

DĠ: Direttorat Ġenerali

EUAM: Missjoni ta’ Konsulenza Ewropea fl-Ukrajna

GRECO: Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni

HACC: Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni

HCJ: Kunsill Għoli tal-Ġustizzja

HQCJ: Kummissjoni Superjuri għall-Kwalifiki tal-Imħallfin

IMF: Fond Monetarju Internazzjonali

LEA: Aġenzija tal-Infurzar tal-Liġi

MDA: Kont b’Bosta Donaturi (BERŻ)

MFA: Assistenza Makrofinanzjarja

NABU: Uffiċċju Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni tal-Ukrajna

NACP: Aġenzija Nazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni

OECD: Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi

OSĊ: Organizzazzjoni tas-Soċjetà Ċivili

PGO: Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali

QDCP: Kummissjoni tal-Prosekuturi għall-Kwalifiki u d-Dixxiplina

SAPO: Uffiċċju Speċjalizzat tal-Prosekuzzjoni Kontra l-Korruzzjoni

SBU: Servizz tas-Sigurtà Nazzjonali tal-Ukrajna

SCU: Qorti Suprema tal-Ukrajna

SFS: Servizz Fiskali tal-Istat

SOE: Intrapriża tal-Istat

UAH: Hryvni Ukrena

Glossarju

Appoġġ baġitarju: It-trasferiment dirett ta’ għajnuna mill-UE lit-teżor nazzjonali ta’ pajjiż sieħeb (l-Ukrajna), suġġett għal ċerti kundizzjonijiet.

Drittijiet akkwiżiti: Persuni jew organizzazzjonijiet b’interess finanzjarju jew personali f’negozju, kumpanija, jew sistema eżistenti.

Eżiti: Bidliet immedjati jew fit-tul, intenzjonati jew mhux intenzjonati, li jirriżultaw minn proġett u li normalment jirrelataw mal-objettivi tiegħu (eż. monitoraġġ u kontroll imtejba tal-għajnuna mill-Istat wara forza tax-xogħol imħarrġa aħjar).

Intrapriża tal-Istat: Kumpanija li tappartjeni totalment jew parzjalment lil gvern ta’ pajjiż.

Korruzzjoni kbira: L-abbuż ta’ setgħa ta’ livell għoli li jibbenefika lill-ftit għad-detriment tal-ħafna, u li jikkawża dannu serju u mifrux lill-individwi u lis-soċjetà kif iddefinit mit-Transparency International.

Logframe: Dokument li jelenka l-objettivi, l-eżiti u l-attivitajiet b’referenzi għal linji bażi, miri u indikaturi għal proġett tal-UE.

Manipulazzjoni tal-Istat: Tip ta’ korruzzjoni li minnha jibbenefikaw dawk li jinfluwenzaw il-qafas legali u l-ħatra għal karigi ewlenin għall-benefiċċju tagħhom stess u għad-detriment tal-ħafna.

Moratorji: Dispożizzjoni legali li tipprojbixxi l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni tal-qorti kontra l-Istat jew SOE.

Oligarki: Wieħed minn grupp żgħir ta’ individwi għonja, ta’ spiss minn negozju u mingħajr kariga eletta, li jeżerċitaw kontroll de facto fuq pajjiż.

Outputs: Xi ħaġa prodotta jew miksuba minn proġett iffinanzjat mill-UE.

Risposti tal-Kummissjoni u tas-SEAE

https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59383

Tim tal-awditjar

Ir-rapporti speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditi li twettaq ta’ politiki u programmi tal-UE, jew ta’ suġġetti relatati mal-ġestjoni minn oqsma speċifiċi tal-baġit. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar biex timmassimizza l-impatt tagħhom billi tqis ir-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta’ introjtu jew ta’ nfiq involut, l-iżviluppi li jkunu għad iridu jseħħu u l-interess politiku u pubbliku.

Dan l-awditu tal-prestazzjoni twettaq mill-Awla III tal-Awditjar, l-Azzjoni Esterna, is-Sigurtà u l-Ġustizzja, immexxija mill-Membru tal-QEA Bettina Jakobsen. L-awditu kien immexxi mill-Membru tal-QEA Juhan Parts, bl-appoġġ ta’ Ken-Marti Vaher, Kap tal-Kabinett u Margus Kurm, Attaché tal-Kabinett; Sabine Hiernaux-Fritsch, Maniġer Prinċipali; Aurelia Petliza, Kap tal-Kompitu; Joël Cosantzer, u Dirk Neumeister, Awdituri. Mark Smith ipprovda appoġġ lingwistiku. Alexandra-Elena Mazilu ipprovdiet appoġġ viżwali. Ramune Sarkauskiene ipprovdiet appoġġ lingwistiku u amministrattiv.

Noti finali

1 EEAS “EU-Ukraine relations – factsheet”, 2020 u r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Jannar 2021 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni tal-UE mal-Ukrajna, 2021.

2 EEAS: Interview of the High Representative/Vice-President Josep Borrell with Ivan Verstyuk of Novoe Vremya, 21 ta' Settembru 2020.

3 Ir-Rapport Speċjali Nru 32/2016 tal-QEA: “Assistenza mill-UE lill-Ukrajna”, il-paragrafu 7.

4 USAID: “Changing corrupt behaviours assessment: addressing everyday corruption in Ukraine”, 2015, p. 7.

5 Centre for Economic Strategy: “How much does the budget lose due to the lack of good governance?”, 2018, p. 41.

6 Chatham House: “Are Ukraine’s Anti-corruption Reforms Working?”, 2018, p. 23.
Strategic Advisory Group for Support of Ukrainian Reforms: “Reforms in Ukraine after revolution of Dignity: what was done, why not more, and what to do next”, 2019, p. 115.

7 IMF: ‘Government of Ukraine Report on the Diagnostic Study of Governance Issues Pertaining to Corruption, the Business Climate and the Effectiveness of the Judiciary’, 2014, pp. 4, 9 u 20;
OECD 4th monitoring result: ‘Prevention and Prosecution of Corruption in State-Owned Enterprises’, 2018, p. 8;
IMF Country Report No 17/84, il-paragrafu 32;
Stiftung Wissenschaft und Politik:“Deoligarchisation” in Ukraine, Promising Visions, Murky Realities’, 2016, pp. 1-2 u 4-5;
Survival of the richest: how oligarchs block reforms in Ukraine’, 2016, pp. 3-8;
ECFR: ‘Guarding the guardians: Ukraine’s security and judicial reforms under Zelensky’, 2019, pp. 5-6, 8, 11, 13-14; u
Jacques Delors Institute: “Supporting Ukraine’s difficult path towards reforms”, 2015, p. 7.

8 IMF Country Report No 17/84, 2017, p. 15.

9 Ara IMF: “Government of Ukraine report on the diagnostic study of governance issues pertaining to corruption, the business climate and the effectiveness of the judiciary”, Lulju 2014, paragrafu 7;
IMF: Country report No 17/83, April 2017 u
Financial Times: Ukraine courts cannot be allowed to throw out anti-corruption gains”, Volodymyr Zelensky, 1 ta’ Novembru 2020.

10 Atlantic Council: “Corruption, Democracy, and Investment in Ukraine”, 2007, p. 5, and IMF Country Report No 17/84, 2017, pp. 5, 6 and 15.

11 International consortium of investigative journalists: “With Deutsche Bank’s help, an oligarch’s buying spree trails ruin across the US heartland”, and “’Enough is enough’: How FinCEN Files exposes a broken system that keeps dirty cash flowing”, 2020.

12 Profit shifting in Ukraine’s iron ore exports, 2018, p. 3.
Institute of Social and Economic Transformation: “Comparative analysis of the fiscal effect of tax evasion/avoidance instruments in Ukraine”, 2020, p. 44.

13 Dragon Capital and the Centre for Economic Strategy, Foreign Investor Survey, Novembru 2020 u
European Business Association, Investment Attractiveness Index First Half of 2020.

14 World Bank: “Ukraine systematic country diagnostic toward sustainable recovery and shared prosperity”, 2017, paragrafi 9 u 19;
IMF: “Statement by the IMF Managing Director on Ukraine”, 2019; u
OECD: 4th monitoring result “Prevention and Prosecution of Corruption in State-Owned Enterprises”, 2018, p. 16.

15 Eastern Partnership.

16 Based on the OECD extraction of the Official Development Aid commitment to Ukraine; recipient country: Ukraine, 2018-2019 average.

17 L-Artikolu 1(4) u 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 232/2014 li jistabbilixxi Strument Ewropew tal-Viċinat.

18 L-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

19 L-Artikolu 21(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u s-SEAE: “A Global Strategy for the European Union’s Foreign and Security Policy”, Ġunju 2016, p. 26.

20 Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra. ĠU L161 tad-29.05.2014, il-preambolu, l-Artikoli 1(2e), 2 u 3, u t-Titolu IV.

21 Annex 1 of the Commission Implementing Decision on the Special Measure 2016 for Anti-Corruption and Support to Key Reforms in favour of Ukraine: action document for EU Anti-Corruption Initiative in Ukraine, p. 4.

22 Overview of EU support.

23 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/486/PESK tat-22 ta’ Lulju 2014 dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine).

24 Ir-Rapport speċjali tal-QEA 32/2016: Assistenza mill-UE lill-Ukrajna.

25 Action Document for the State Building Contract for Ukraine (project 3 in Annex II), pp. 2-4.

26 Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, il-Special Measures (2014-2017), il-2018-2020 Single Support Framework, operational conclusions of the Association Council and the Operational Plan for CSDP Mission EUAM Ukraine(dokumenti mhumiex disponibbli pubblikament).

27 2015 EU-Ukraine Association Agenda, 16 March 2015, p. 6.

28 Programming of the European Neighbourhood Instrument (ENI) - 2017-2020 - Single Support Framework for EU support to Ukraine (2018-2020).

29 Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea: “Concept of operations for EU civilian advisory mission in Ukraine agreed”, 2014; u
Programming of the European Neighbourhood Instrument (ENI) - 2017-2020 - Single Support Framework for EU support to Ukraine (2018-2020).

30 Linda Höglund, Mikael Holmgren Caicedo, Maria Mårtensson u Fredrik Svärdsten (2018), “Strategic management in the public sector: how tools enable and constrain strategy making”, International Public Management Journal, 21:5, 822-849, DOI: 10.1080/10967494.2018.1427161.

31 European Commission: ‘List of countries in the scope of the EU assessment on high risk third countries under Directive (EU) 2015/849 and list of priority 1 countries (for assessment in 2018)’ and Commission’s assessments (dokumenti mhumiex disponibbli għall-pubbliku).

32 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 tal-5 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/216/PESK tal-14 ta’ April 2014 li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina.

33 Eż. is-sentenza tal-Qorti Ġenerali (id-Disa’ Awla), 28 ta’ Jannar 2016, il-Kawża T-486/14.

34 OECD: “State-Owned Enterprise Reform in the Hydrocarbons Sector in Ukraine”, 2019, pp. 30-31, 51, u
Centre for European Policy Studies: “The Struggle for Good Governance in Eastern Europe, oligarchs as key obstacles to reform”, 2018, p. 61.

35 World Bank: “Crony capitalism in Ukraine: impact on economic outcomes”, 2018, p. 5. Għall-Bank Dinji, kumpanija konnessa politikament għandha mill-inqas persuna waħda esposta politikament fost is-sidien, l-azzjonisti jew il-maniġers tagħha.

36 OECD: “4th monitoring result: Prevention and Prosecution of Corruption in State-Owned Enterprises”, 2018, p. 8.

37 World Bank: Reducing Market Distortions for a More Prosperous Ukraine, 2019, p. 20;
European Council of Foreign Relations: “Survival of the richest: How oligarchs block reform in Ukraine”, 2016, p. 8; u
OECD: “Anti-Corruption Reforms in Ukraine: Prevention and Prosecution of Corruption in State-Owned Enterprises”, 2017, pp. 8 u 53.

38 il-QEA, ibbażat fuq informazzjoni mill-Kunsill tal-Ewropa “Supporting Ukraine in executing judgments by the European Court of Human Rights. Report on a mission to Ukraine for bilateral consultations with Ukrainian authorities concerning the improvement of enforcement proceedings”, 2018, p. 5, u l-proġett PRAVO JUSTICE.

39 EBRD Ukraine Stabilisation and Sustainable Growth Multi-Donor Account.

40 Transparency International: “Dnipro hotel sold for over UAH 1 billion”, 15 ta’ Lulju 2020; EBRD MDA, Annex II: Individual Project Reports of the 2019 annual report; u
BOC 2019 Annual Report.

41 Il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà: “Association Implementation Report on Ukraine”, 2020, p. 20, World Bank: “Reducing Market Distortions for a More Prosperous Ukraine”, 2019, p. 34, u OECD: “SME Policy Index: Eastern Partner Countries 2020”, 2020, p. 484.

42 Ma jinkludux il-programmi tal-MFA u l-programmi ta’ appoġġ baġitarju.

43 GRECO: fourth evaluation round ‘Corruption prevention in respect of members of Parliament, judges and prosecutors’, Ukraine, 2020, paragrafu 189.

44 OECD: ‘Anti-corruption reforms in Ukraine: 4th round of monitoring of the Istanbul Anti-Corruption Action Plan’, aġġornament dwar il-progress, 2019, p. 6.

45 Il-Kummissjoni Ewropea: Better Regulation Toolbox, TOOL #43 “What is an evaluation and when is it required”?

46 IMF: “Government of Ukraine report on the diagnostic study of governance issues pertaining to corruption, the business climate and the effectiveness of the judiciary”, 2014, pp. 3 u 4.

47 Council of Europe: “Assessment of the 2014-2018 judicial reform in Ukraine and its compliance with the standards and recommendations of the Council of Europe”, 2019, p. 4.

48 Venice Commission Opinion No 999/2020 on Draft Law No 3711.

49 European Commission and High Representative of the EU for Foreign Affairs and Security Policy, 2019 Association implementation report.

50 Democracy Reporting International: “The Attempt of the Constitutional Court of Ukraine to Determine Fundamentals of the Judicial Reform Process”, 2020, Decision No 2-r/2020.

51 Centre of Policy and Legal Reform: Political Points for 29 August – 5 September 2019, u Ukrainian President signs law on reform of prosecutor's office, 23 September 2019.

52 Reanimation Package of Reforms Initiative: Reforms under the Microscope, 2017, p. 57.

53 GRECO: fourth evaluation round: “‘Corruption prevention in respect of members of Parliament, judges and prosecutors”’ Ukrajna, Marzu 2020, rakkomandazzjoni xxiii.

54 Council of Europe: “Corruption undermines human rights and the rule of law”, 19 ta Jannar 2021;
UK Home Office: “Country Policy and Information Note Ukraine: Organised crime and corruption”, Settembru 2019, paġni 9, 19 u 25;
UKRAINE 2019 HUMAN RIGHTS REPORT;
European Council of Foreign Relations: “Guarding the guardians: Ukraine’s security and judicial reforms under Zelensky”, Awwissu 2019.

55 CEPEJ statistics (2020 edition) on the number of courts, Venice Commission Opinions 969/2019, 999/2020 u 1012/2020; u d-DEJURE FOUNDATION “proposal for a model for selecting trustworthy judges”, 21 ta’ Ġunju 2019.

56 KIEV INTERNATIONAL INSTITUTE OF SOCIOLOGY, “comparative analysis of national surveys, Corruption in Ukraine 2015”; USAID Fair Justice project: “national public opinion survey on Democratic, Economic and Judicial Reforms, Including Implementation of the Law on the Purification of Government”, 2015 u EUAM public surveys, 2015-2019.

57 Razumkov Center Ukraine 2019–2020: “Broad Opportunities, Contradictory Results”; Democratic Initiatives Fund: “Survey results”, Ġunju 2019 u EUAM public surveys, 2015-2019.

58 Public register of politically exposed persons of Ukraine.

59 Il-portal li jipprovdi aċċess mingħajr ħlas għad-data liċ-ċittadini.

60 Visa Liberalisation Action Plan Block 2.3.1.: Preventing and fighting organised crime, terrorism and corruption, 2010.

61 GRECO Fourth evaluation round. Corruption prevention in respect of members of parliament, judges and prosecutors, recommendation (i), it-tieni parti mhijiex issodisfata.

62 OECD: “Anti-corruption Reforms in Eastern Europe and Central Asia - Progress and Challenges, 2016-2019”, 2020, p. 31.

63 European Commission and High Representative of the EU for Foreign Affairs and Security Policy: Association Implementation Report on Ukraine, 2019, p. 9.

64 NABU: “Constitutional crisis requires an immediate solution to restore the effective work of anti-corruption institutions - NABU statement”, 6 ta’ Novembru 2020.

65 NABU report, Jannar-Ġunju 2010.

66 OECD: Istanbul Anti-Corruption Action Plan, 4th Round of Monitoring, Ukraine, 2017, pp. 11 u 143.

67 NABU report, Jannar-Ġunju 2020.

68 NABU report, Lulju-Diċembru 2019.

69 OECD: “Snapshot of Ukraine’s Energy Sector: Institutions, Governance and Policy Framework”, 2019, p. 41 u NABU: “Former PrivatBank top managers notified of suspicion”.

70 NABU “Undercover operation conducted by the NABU and the SAPO was failed due to the lack of the right of autonomous wiretapping”, 30 ta’ Novembru 2017.

71 Il-Kummissjoni Ewropea: Action Document for the EU Anti-Corruption Initiative in Ukraine (Phase II), p. 6.

72 ANTAC: “register of dumped cases”.

73 OECD: Istanbul Anti-Corruption Action Plan, 4th Round of Monitoring, Ukraine, 2017, p. 155.

74 OECD: Anti-Corruption Reforms in Ukraine, Round 3: Monitoring of the Istanbul Anti-Corruption Action Plan, Marzu 2015, p. 84.

75 ARMA irrappurtat dwar l-attivitajiet tagħha fl-2019.

Kuntatt

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors

Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).

Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2021

PDF ISBN 978-92-847-6497-6 ISSN 1977-5741 doi:10.2865/422176 QJ-AB-21-018-MT-N
HTML ISBN 978-92-847-6494-5 ISSN 1977-5741 doi:10.2865/19663 QJ-AB-21-018-MT-Q

DRITTIJIET TAL-AWTUR

© L-Unjoni Ewropea, 2021.

Il-politika tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) dwar l-użu mill-ġdid hija implimentata bid-Deċiżjoni Nru 6-2019 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-politika tad-data miftuħa u l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti.

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor (eż. f’avviżi individwali dwar id-drittijiet tal-awtur), il-kontenut tad-dokumenti tal-QEA, li huwa proprjetà tal-UE, huwa liċenzjat taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution 4.0 International (CC BY 4.0). Dan ifisser li l-użu mill-ġdid huwa awtorizzat, dment li l-awturi jingħataw kreditu xieraq u li l-bidliet jiġu indikati. Il-persuni li jużaw mill-ġdid dan il-kontenut ma jistgħux ibiddlu s-sinifikat jew il-messaġġ oriġinali tad-dokumenti. Il-QEA ma għandhiex tkun responsabbli għal kwalunkwe konsegwenza relatata mal-użu mill-ġdid.

Inti meħtieġ tikseb drittijiet addizzjonali ċari jekk kontenut speċifiku juri individwi privati identifikabbli, eż. f’ritratti li jkun fihom il-membri tal-persunal tal-QEA, jew jekk ikun jinkludi xogħlijiet ta’ parti terza. Fejn ikun inkiseb permess, tali permess għandu jikkanċella u jissostitwixxi l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b’mod ċar kwalunkwe restrizzjoni dwar l-użu.

Biex tuża jew tirriproduċi kontenut li ma jkunx proprjetà tal-UE, inti jista’ jkun li jkollok titlob il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur:

Software jew dokumenti li jkunu koperti mid-drittijiet ta’ proprjetà industrijali, bħal privattivi, trademarks, disinji rreġistrati, logos u ismijiet, huma esklużi mill-politika tal-QEA dwar l-użu mill-ġdid u inti ma għandekx il-liċenzja biex tużahom.

Il-familja ta’ Siti Web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan id-dominju europa.eu, tipprovdi links għal siti ta’ partijiet terzi. Peress li l-QEA ma għandha l-ebda kontroll fuqhom, inti mħeġġeġ biex tirrieżamina l-politiki tagħhom dwar il-privatezza u dwar id-drittijiet tal-awtur.

Użu tal-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Ma jistax isir użu mil-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tagħha minn qabel.

Kif tikkuntattja lill-UE

Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f'dan is-sit: https://europa.eu/european-union/contact_mt

Bit-telefown jew bil-posta elettronika
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:

  • bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
  • fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew
  • bil-posta elettronika permezz: https://europa.eu/european-union/contact_mt

Kif issib tagħrif dwar l-UE

Onlajn
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: https://europa.eu/european-union/index_mt

Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tniżżel mill-internet jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li xi wħud minnhom huma bla ħlas u xi oħrajn bil-ħlas, minn: https://op.europa.eu/mt/web/general-publications/publications. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tal-informazzjoni lokali tiegħek (ara https://europa.eu/european-union/contact_mt).

Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1951 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt

Data Miftuħa mill-UE
Il-portal tad-Data Miftuħa mill-UE (https://data.europa.eu/euodp/mt/home) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-data mill-UE. Id-data tista’ titniżżel mill-internet u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.