Rapport Speċjali
Nru16 2017

Programmazzjoni tal-Iżvilupp Rurali: jeħtieġ li jkun hemm inqas kumplessità u aktar fokus fuq ir-riżultati

Dwar ir-rapport: L-UE biħsiebha tonfoq kważi EUR 100 biljun fuq il-politika ta’ żvilupp rurali għall-perjodu 2014-2020, permezz tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR). Wieħed mill-objettivi tal-qafas strateġiku tal-UE għall-2014-2020 kien li jkun hemm aktar fokus fuq ir-riżultati. Madankollu, biex dan jinkiseb kien meħtieġ li tiġi ffaċċjata l-problema perenni li l-ippjanar għal perjodu ta’ programmazzjoni ġdid jibda qabel ma jkun hemm disponibbli data rilevanti dwar l-infiq u r-riżultati mill-perjodu preċedenti.
Aħna sibna li l-PŻR approvati huma dokumenti twal u kumplessi b’nuqqasijiet li jillimitaw il-potenzjal li jissaħħaħ il-fokus fuq il-prestazzjoni u r-riżultati. Kien meħtieġ sforz amministrattiv sinifikanti min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali biex jissodisfaw ir-rekwiżiti estensivi dwar il-kontenut. Aħna sibna wkoll li minkejja l-isforzi tal-Kummissjoni, l-implimentazzjoni tal-PŻR bdiet tard u l-infiq ippjanat beda aktar bil-mod milli kien il-każ fil-perjodu preċedenti.
Aħna nagħmlu għadd ta’ rakkomandazzjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri sabiex isir titjib fil-proċess ta’ programmazzjoni li jmiss.

Din il-pubblikazzjoni hija disponibbli bi 23 lingwa fil-format li ġej:
PDF
PDF General Report

Sommarju eżekuttiv

I

Il-politika ta’ żvilupp rurali tal-UE għandha l-għan li tagħmel l-agrikoltura aktar kompetittiva, tiżgura l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u tikseb żvilupp territorjali bilanċjat ta’ ekonomiji u l-komunitajiet rurali. L-UE biħsiebha tonfoq kważi EUR 100 biljun fuq il-politika ta’ żvilupp rurali għall-perjodu 2014-2020, permezz tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR).

II

Il-FAEŻR jipprovdi appoġġ finanzjarju għal miżuri li jitwettqu mill-Istati Membri permezz ta’ Programmi tal-Iżvilupp Rurali (PŻR) nazzjonali jew reġjonali, li jitħejjew mill-Istati Membri u jiġu approvati mill-Kummissjoni.

III

Wieħed mill-objettivi tal-qafas strateġiku tal-UE għall-2014-2020 kien li jkun hemm aktar fokus fuq ir-riżultati. Madankollu, biex dan jinkiseb kien meħtieġ li tiġi ffaċċjata l-problema perenni li l-ippjanar għal perjodu ta’ programmazzjoni ġdid jibda qabel ma jkun hemm disponibbli data adegwata u rilevanti dwar l-infiq u r-riżultati mill-perjodi preċedenti.

IV

F’dan il-kuntest, aħna eżaminajna jekk il-qafas leġiżlattiv il-ġdid għall-2014-2020 kienx jirrifletti fokus akbar fuq il-prestazzjoni, u jekk il-proċess ta’ programmazzjoni l-ġdid ippermettiex u rriżultax fil-produzzjoni ta’ PŻR ta’ kwalità tajba, li potenzjalment jikkontribwixxu għal riżultati aħjar. Għalkemm il-qafas strateġiku kellu l-għan li jsaħħaħ l-approċċ ibbażat fuq ir-riżultati, il-PŻR li ġew approvati huma dokumenti twal u kumplessi b’nuqqasijiet li se jxekklu l-ilħuq tal-objettiv ambizzjuż li jkun hemm fokus akbar fuq il-prestazzjoni u r-riżultati. Aħna sibna wkoll li kien meħtieġ sforz amministrattiv sinifikanti min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali biex jissodisfaw ir-rekwiżiti estensivi dwar il-kontenut.

V

Aħna ħarisna lejn il-proċedura ta’ programmazzjoni għall-politika ta’ żvilupp rurali 2014-2020 biex nivverifikaw jekk din twettqitx b’mod li jippermetti l-implimentazzjoni ta’ dawn il-PŻR tinbeda aktar kmieni milli kien il-każ fil-perjodi preċedenti, u b’hekk ikunu jistgħu jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi konnessi mal-bidu tardiv tal-programmi. Aħna sibna li minkejja l-isforzi tal-Kummissjoni, l-implimentazzjoni tal-PŻR ma bdietx aktar kmieni, bħalma kien ġara fiċ-ċiklu ta’ programmazzjoni ta’ qabel, u li l-eżekuzzjoni tal-infiq ippjanat bdiet aktar bil-mod milli kien il-każ fil-perjodu preċedenti.

VI

Ir-rapport jagħmel rakkomandazzjonijiet bil-għan li dawn jiffaċilitaw il-proċess ta’ programmazzjoni li jmiss u jirriżultaw fit-titjib tiegħu. Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni:

  1. tiżgura li l-proposti ta’ politika tagħha jkomplu jiżviluppaw ir-rekwiżiti rigward il-konsistenza bejn programmi individwali;
  2. teżamina t-tfassil tad-dokumenti ta’ programmazzjoni bil-ħsieb li tissimplifika l-kontenut tagħhom u li tnaqqas l-għadd ta’ rekwiżiti;
  3. taħdem mal-Istati Membri biex tiżgura li r-rappurtar annwali msaħħaħ tal-2019 dwar l-implimentazzjoni jipprovdi informazzjoni ċara u komprensiva dwar il-kisbiet tal-programmi;
  4. tiddefinixxi d-diversi tipi ta’ indikaturi b’aktar preċiżjoni, filwaqt li tibbenefika mill-prattika tajba stabbilita mill-awtoritajiet nazzjonali u minn organizzazzjonijiet internazzjonali;
  5. teżamina u tieħu kont tal-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tas-sistema attwali inklużi: l-impatt tar-riżerva għall-prestazzjoni, l-adegwatezza tal-indikaturi tar-riżultati li jintużaw biex tiġi aċċessata r-riżerva għall-prestazzjoni, u l-użu li jsir mis-sanzjonijiet finanzjarji biex tiġi indirizzata prestazzjoni insuffiċjenti;
  6. tħejji, minn biżżejjed żmien qabel, il-proposti leġiżlattivi tagħha għall-politika ta’ żvilupp rurali ta’ wara l-2020.
VII

Aħna nirrakkomandaw ukoll li l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jqisu l-allinjament tal-istrateġija u t-tfassil ta’ politika fit-tul maċ-ċiklu baġitarju, kif ukoll it-twettiq ta’ analiżi komprensiva tal-infiq qabel ma jiġi stabbilit baġit ġdid fuq terminu twil.

Introduzzjoni

Il-politika ta’ żvilupp rurali tal-UE

01

L-għan tal-appoġġ li jingħata mill-UE għall-iżvilupp rurali huwa t-trawwim tal-kompetittività tal-agrikoltura; l-iżgurar tal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-azzjoni favur il-klima; u l-kisba ta’ żvilupp territorjali bilanċjat ta’ ekonomiji u komunitajiet rurali, inkluż il-ħolqien u ż-żamma tal-impjiegi3. L-UE biħsiebha tonfoq kważi EUR 100 biljun għall-perjodu 2014-2020: bejn EUR 14-il biljun u EUR 19-il biljun kull sena, bl-eċċezzjoni tal-2014 (ara t-Tabella 1). L-infiq għall-iżvilupp rurali jammonta għal kwart tal-infiq totali tal-Politika Agrikola Komuni (PAK), u r-rilevanza tiegħu jidher fil-kuntest tal-finanzjament taħt il-PAK (ara t-Tabella 1). Skont id-DĠ AGRI4, l-appoġġ pubbliku totali għall-biedja jammonta għal 36 % tal-introjtu totali tal-fatturi agrikoli5.

Tabella 1

Finanzjament mill-FAEŻR fil-kuntest tal-PAK

  EU28 f’miljun EUR; prezzijiet attwali
  2014 2015 2016 2017 2018 2019 2020 Total
Żvilupp Rurali1 5,299 18,184 18,684 14,371 14,381 14,330 14,333 99,582
Infiq relatat mas-suq u għajnuna diretta1 43,778 44,190 43,950 44,146 44,162 44,241 44,263 308,730

1Id-Disa’ Rapport Finanzjarju dwar il-FAEŻR, il-Kummissjoni Ewropea COM(2016) 632 final.

02

Kull pajjiż tal-UE jirċievi allokazzjoni finanzjarja għall-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ seba’ snin (ara l-Figura 1).

Figura 1

Finanzjament mill-FAEŻR għall-2014-2020 skont l-Istat Membru

Image: Finanzjament mill-FAEŻR għall-2014-2020 skont l-Istat Membru

Nota: Minħabba l-arrotondament, it-total jista’ ma jkunx jikkorrispondi mas-somma taċ-ċifri separati.

Sors: L-Anness I tar-Regolament FAEŻR (inkluża l-modifika skont ir-Regolament (UE) 2015/791).

03

Il-FAEŻR jipprovdi appoġġ finanzjarju għal miżuri li jiġu implimentati mill-Istati Membri permezz ta’ Programmi tal-Iżvilupp Rurali (PŻR) nazzjonali jew reġjonali. Il-PŻR jipprovdu qafas għall-investiment fi proġetti f’azjendi agrikoli jew f’żoni rurali fuq il-bażi ta’ ħtiġijiet ekonomiċi, ambjentali jew soċjali li jiġu identifikati fil-livell nazzjonali jew reġjonali. Dan ikopri proġetti bħal investiment u modernizzazzjoni fl-azjendi agrikoli, għotjiet lil bdiewa żgħażagħ biex jistabbilixxu negozju, miżura agroambjentali klimatika, konverżjoni organika, agrituriżmu, tiġdid tal-irħula, il-forniment ta’ kopertura tal-internet broadband f’żoni rurali, jew żvilupp lokali mmexxi mill-komunità. Dawn il-miżuri huma kkofinanzjati minn fondi nazzjonali, reġjonali jew privati.

04

Għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, hemm 118-il PŻR differenti fit-28 Stat Membru, b’20 programm nazzjonali uniku u 8 Stati Membri li għażlu programmi reġjonali6.

05

Il-PŻR jitħejjew f’kooperazzjoni mas-sħab ekonomiċi, soċjali u ambjentali u jiġu ppreżentati mill-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali lill-Kummissjoni, li hija responsabbli għall-approvazzjoni tagħhom.

L-iżvilupp rurali bħala parti minn strateġija usa’ tal-UE

06

Il-FAEŻR huwa wieħed mill-ħames Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE), flimkien mal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond ta’ Koeżjoni (FK) u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS). Fil-passat, il-FAEŻR, il-FEMS u l-FEŻR/FK/FSE kienu joperaw indipendentement fuq il-bażi ta’ ġabriet separati ta’ Regolamenti u l-PŻR jew il-Programmi Operazzjonali (PO) rispettivi tagħhom. Il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 jiġbor il-ħames FSIE taħt regolament umbrella uniku, ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (RDK). L-RDK jiddefinixxi Qafas Strateġiku Komuni7 (QSK – ara l-Figura 2) li huwa applikabbli għall-FSIE kollha u li għandu l-għan li jiffaċilita l-programmazzjoni u l-koordinazzjoni.

Figura 2

Stampa ġenerali tal-politika għall-perjodu 2014-2020

Image: Stampa ġenerali tal-politika għall-perjodu 2014-2020

Sors: Il-QEA, fuq il-bażi ta’ dokumentazzjoni ta’ gwida tad-DĠ AGRI.

07

L-għan ta’ dan l-approċċ il-ġdid kien li jiffaċilita l-koordinazzjoni territorjali tal-interventi tal-Unjoni, u li jippermetti li l-FSIE kollha jikkontribwixxu għall-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv8.

08

Mill-2014 ’il hawn, l-Istati Membri kellhom jistabbilixxu Ftehim ta’ Sħubija (Fts)9 li jirrikjedi li l-finanzjament strutturali u ta’ investiment kollu tal-UE (FSIE) jiġi kkoordinat fi ħdan kull pajjiż. Il-FtS jistipulaw il-pjanijiet tal-awtoritajiet nazzjonali dwar kif għandu jintuża l-finanzjament mill-Fondi SIE. Huma jitħejjew f’konformità mal-prinċipji gwida tal-Qafas Strateġiku Komuni10, u hemm FtS wieħed għal kull Stat Membru. Il-FtS jkopru l-perjodu ta’ programmazzjoni kollu kemm hu, jinkludu l-fondi SIE kollha u jfissru fil-qosor l-għanijiet u l-objettivi tematiċi li jsegwu l-Istati Membri, u b’hekk jipprovdu stampa ġenerali tal-informazzjoni li tiġi żviluppata aktar fil-programmi individwali. Il-FtS jiġu approvati mill-Kummissjoni.

09

Il-11-il objettiv tematiku (OT)11 iddefiniti mill-RDK huma maħsuba biex jipprovdu konnessjoni bejn il-ħames fondi SIE u l-Istrateġija Ewropa 202012. Għall-politika ta’ żvilupp rurali, l-objettivi strateġiċi fit-tul għall-perjodu 2014-2020 huma strutturati f’6 prijoritajiet, ripartiti fi 18-il Qasam ta’ Prijorità (ara l-Anness I), li jirriflettu l-objettivi tematiċi rilevanti tal-QSK u “għandhom jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi trażversali tat-trawwim tal-innovazzjoni, (tal-ambjent) u tal-kontribut lejn it-tibdil fil-klima”13.

Fokus akbar fuq il-prestazzjoni

10

Wieħed mill-objettivi prinċipali tal-qafas strateġiku tal-UE għall-2014-2020 kien li l-baġit tal-UE jiġi mmaniġġjat b’aktar fokus fuq il-prestazzjoni u r-riżultati. Dan l-objettiv kien rifless, fost oħrajn, fl-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar “Baġit iffukat fuq ir-riżultati” li tniedet fl-2015, u li kompliet tirrinforza l-importanza tal-kisba ta’ riżultati li jistgħu jitkejlu kif ukoll tal-effettività u l-effiċjenza tal-infiq tal-UE. L-għan kien li jkun hemm bidla mill-prattika baġitarja intrinsika fejn il-konċentrazzjoni hija primarjament fuq l-assorbiment u l-konformità u mhux daqstant fuq il-prestazzjoni. Dan billi hemm urġenza reali għal bidla sistemika fil-mod kif il-baġit jiġi stabbilit u implimentat, u kif jintużaw ir-riżorsi.

11

Madankollu, dan l-approċċ iffaċċja l-problema perenni li l-ippjanar għal perjodu ta’ programmazzjoni ġdid jibda qabel ma jkun hemm disponibbli data adegwata u rilevanti dwar l-infiq u r-riżultati mill-perjodu preċedenti (ara l-Kaxxa 1). Dan jagħmilha prattikament impossibbli li fl-ippjanar jintużaw it-tagħlimiet meħuda dwar x’kien l-aħjar mod biex jintlaħqu l-objettivi ta’ politika. F’dawn iċ-ċirkustanzi, isir aktar probabbli li r-riżorsi jiġu allokati fejn ikun aktar mistenni li se jintużaw.

Kaxxa 1

Nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ informazzjoni rilevanti waqt l-ippjanar ta’ perjodu ġdid

Il-proposti leġiżlattivi għall-qafas regolatorju l-ġdid tal-FSIE għall-2014-2020 kienu datati minn Ottubru 2011, u s-sinteżi tal-Evalwazzjonijiet ta’ Nofs it-Terminu14 tal-PŻR għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 ġiet iffinalizzata f’Ottubru 2012.

L-implimentazzjoni tardiva tal-PŻR għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 fissret li r-rapporti ta’ Evalwazzjoni ta’ Nofs it-Terminu ma pprovdewx biżżejjed informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati miksuba.

Ambitu u approċċ tal-awditjar

12

Aħna eżaminajna jekk il-qafas leġiżlattiv il-ġdid (l-RDK, ir-Regolament FAEŻR u regolamenti relatati tal-Kummissjoni) kienx jirrifletti fokus akbar fuq il-prestazzjoni, u jekk il-proċess ta’ programmazzjoni l-ġdid ippermettiex u rriżultax fil-produzzjoni ta’ PŻR ta’ kwalità tajba, u b’hekk potenzjalment ikkontribwixxa għal riżultati aħjar. Sabiex nagħmlu dan, aħna ffukajna li nivverifikaw:

  • il-konsistenza, il-komplementarjetà u s-sinerġija tal-PŻR ma’ dokumenti strateġiċi ta’ livell aktar għoli15; u
  • id-definizzjoni u l-inkorporazzjoni tal-loġika ta’ intervent rinforzata fil-PŻR.
13

Barra minn hekk, aħna analizzajna jekk huwiex probabbli li l-qafas ta’ prestazzjoni l-ġdid isaħħaħ il-fokus fuq ir-riżultati.

14

Fl-aħħar nett, aħna eżaminajna t-tempestività tal-approvazzjoni tal-PŻR.

15

L-awditu twettaq minn Marzu 2016 sa Frar 2017 u kien ibbażat fuq analiżi tal-informazzjoni u d-dokumenti mill-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar il-proċess ta’ approvazzjoni għal selezzjoni ta’ PŻR. Fl-analiżi tagħna tal-proċess ta’ approvazzjoni, aħna komplejna nibnu fuq ix-xogħol tal-awditjar li twettaq mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS), sa fejn l-ambitu tax-xogħol tiegħu kien jikkoinċidi ma’ tagħna.

16

Ix-xogħol tagħna ffoka fuq selezzjoni ta’ 10 PŻR approvati (kemm nazzjonali kif ukoll reġjonali), li kienu kkomplementati minn 2 PŻR eżaminati mill-IAS16. L-eżaminar tal-PŻR kien iffukat fuq sett fiss ta’ miżuri u sottomiżuri17 biex b’hekk stajna nqabblu u nkomplu nibnu fuq għarfien eżistenti u riżultati tal-awditjar tal-passat filwaqt li nipprovdu kopertura sinifikanti f’termini ta’ finanzjament, u fuq l-għadd ta’ prijoritajiet tal-UE għall-Iżvilupp Rurali u l-oqsma ta’ prijorità.

Osservazzjonijiet

It-tfassil tal-qafas ta’ programmazzjoni għall-2014–2020 kien aktar ambizzjuż, iżda l-implimentazzjoni kienet affettwata minn nuqqasijiet sinifikanti

Qafas strateġiku aktar ambizzjuż u eżiġenti jirrifletti l-approċċ il-ġdid orjentat lejn ir-riżultati…

17

L-inkorporazzjoni tal-FAEŻR taħt regolament umbrella uniku u l-istabbiliment ta’ ftehimiet ta’ sħubija, li kienu jirrikjedu l-koordinazzjoni u l-konsistenza tal-finanzjament strutturali u ta’ investiment kollu tal-UE (FSIE) fi ħdan kull pajjiż (ara l-paragrafi 6 sa 9), kien rekwiżit ġdid intenzjonat biex jippermetti li l-politika ta’ żvilupp rurali tikkontribwixxi b’mod aħjar għall-ilħuq tal-objettivi għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

18

Il-qafas regolatorju għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 kien jinkludi għadd ta’ kunċetti u rekwiżiti bil-għan li jiżdied il-fokus fuq ir-riżultati. Dan kompla jibni fuq esperjenzi mill-perjodi ta’ programmazzjoni preċedenti u ta segwitu għal bosta mir-rakkomandazzjonijiet tagħna18 dwar il-valur għall-flus offrut mill-interventi tal-UE.

19

Hawn taħt aħna elenkajna r-rekwiżiti l-ġodda għall-istruttura tal-PŻR19, konnessi mal-kunċett ta’ orjentazzjoni lejn ir-riżultati:

  • Jenħtieġ li l-loġika ta’ intervent rinforzata tiġi espressa fl-għażla, fil-kombinament u fil-prijoritizzazzjoni ta’ miżuri ta’ żvilupp rurali filwaqt li tirrifletti r-riżultati ta’ analiżi SWOT u l-ħtiġijiet identifikati, bl-għan li jinkisbu l-prijoritajiet tal-UE għall-iżvilupp rurali.
  • Orjentazzjoni akbar lejn ir-riżultati għall-programmi permezz tal-istabbiliment ta’ “qafas tal-prestazzjoni” ibbażat fuq sistema komuni ġdida ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, inkluża “riżerva għall-prestazzjoni”20.
  • “Kundizzjonalità ex ante […] hija prerekwiżit għal kisba effettiva u effiċjenti ta’ prijorità tal-Unjoni”21. Jekk kundizzjonalità ex ante ma tiġix issodisfata meta jitħejja PŻR, l-Istat Membru kkonċernat irid ikun issodisfaha sal-31 ta’ Diċembru 2016 u jirrapporta dan lill-Kummissjoni fl-2017, kif meħtieġ22.

… iżda l-implimentazzjoni llimitat l-impatt ta’ dawn l-isforzi

Il-PŻR huma konstenti mal-Istrateġija Ewropa 2020 …
20

Sabiex jiġi żgurat li l-programmi FSIE jkunu konsistenti mal-Istrateġija Ewropa 2020, ftehimiet ta’ sħubija u programmi ta’ koeżjoni jużaw objettivi tematiċi biex jistrutturaw l-informazzjoni tagħhom. Għall-kuntrarju ta’ dan, il-PŻR jiġu organizzati madwar sitt prijoritajiet tal-UE għall-iżvilupp rurali, li jerġgħu jinqasmu f’oqsma ta’ prijorità. Għalhekk, il-konnessjoni mal-objettivi tematiċi u l-Istrateġija Ewropa 2020 mhijiex daqstant ċara, minnha nfisha, daqs kemm hija għal FSIE oħra.

21

Minkejja dan, il-konsistenza tal-PŻR mal-Istrateġija Ewropa 2020 tista’ tiġi ttraċċata permezz ta’:

  1. miżuri predefiniti, li tfasslu biex jikkontribwixxu għall-prijoritajiet tal-UE għall-iżvilupp rurali23;
  2. oqsma ta’ prijorità, li jistgħu jiġu konnessi mal-11-il objettiv tematiku24.

Figura 3

Illustrazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-objettivi tematiċi, il-prijoritajiet għall-iżvilupp rurali u l-miżuri

Image: Illustrazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-objettivi tematiċi, il-prijoritajiet għall-iżvilupp rurali u l-miżuri
22

Billi d-definizzjonijiet użati fil-PA u fil-PŻR kienu wisgħin, il-konsistenza bejn il-PŻR u l-ftehimiet ta’ sħubija setgħat tiġi żgurata faċilment:

  • il-prijoritajiet għall-iżvilupp rurali u l-oqsma ta’ prijorità relatati kienu konsistenti mal-objettivi tematiċi li fil-ftehimiet ta’ sħubija ġew identifikati bħala rilevanti għall-FAEŻR;
  • l-allokazzjoni indikattiva tal-appoġġ li ngħata taħt il-FAEŻR għal kull prijorità għall-iżvilupp rurali kienet konsistenti mal-allokazzjoni tal-finanzjament fil-ftehimiet ta’ sħubija.
… iżda huwa diffiċli biex jiġi vvalutat il-kontribut li kien intenzjonat għal kull objettiv tematiku
23

Kif ġie spjegat hawn fuq (ara l-paragrafu 20), il-PŻR mhumiex strutturati skont l-objettivi tematiċi u għalhekk il-kontribut li huma mistennija jagħtu għal kull OT jrid jiġi vvalutat fil-livell tal-prijoritajiet għall-iżvilupp rurali u tal-oqsma ta’ prijorità. L-informazzjoni dwar ir-riżultati tinġabar biss għall-oqsma ta’ prijorità. F’xi każijiet, objettiv tematiku wieħed huwa konness ma’ bosta oqsma ta’ prijorità, taħt prijoritajiet differenti għall-iżvilupp rurali. Barra minn hekk, miżura waħda tista’ tikkontribwixxi għal bosta prijoritajiet għall-iżvilupp rurali u bosta miżuri jistgħu jkunu rilevanti għal prijorità waħda għall-iżvilupp rurali.

24

Dawn il-fatturi jikkumplikaw il-kwantifikazzjoni tal-kontribut li l-PŻR mistennija jagħtu għal objettiv tematiku speċifiku jew għall-Istrateġija Ewropa 2020 fl-intier tagħha (ara l-Kaxxa 2).

Kaxxa 2

Eżempju mill-Miżura 4 - Investimenti f’assi fiżiċi

Il-PŻR Taljan (il-Campania) ippjana nfiq pubbliku totali ta’ EUR 569 miljun fuq il-Miżura 4 - Investimenti f’assi fiżiċi.

L-infiq huwa mifrux fuq erba’ prijoritajiet għall-iżvilupp rurali (P2-Vijabbiltà tal-Azjendi Agrikoli; P3-Organizzazzjoni tal-Katina tal-Ikel; P4-Ekosistemi; P5-Effiċjenza tar-Riżorsi), iżda ma saret l-ebda stima tat-total tal-infiq pubbliku mistenni fuq kull sottomiżura.

Kull waħda minn dawn il-prijoritajiet għall-iżvilupp rurali hija konnessa ma’ miżuri oħra (eż. P4-Ekosistemi hija konnessa mal-Miżuri 1, 4, 7, 8, 10, 11, 13 u 16), li jirriżulta f’kombinament kumpless ta’ ħafna miżuri ta’ żvilupp rurali ma’ ħafna prijoritajiet għall-iżvilupp rurali.

Il-koordinazzjoni, il-komplementarjetà u s-sinerġiji ma’ fondi SIE oħra u fondi oħra tal-UE mhumiex żviluppati
25

Fir-Rapport Annwali 2014 tagħna25, aħna osservajna li għalkemm il-ftehimiet ta’ sħubija jkunu l-post loġiku għall-identifikazzjoni ta’ komplementarjetà u sinerġiji fost il-ħames FSIE, huma ma jindirizzawx dawn il-kwistjonijiet b’mod adegwat. Aħna osservajna wkoll nuqqas ta’ gwida operazzjonali dwar kif jistgħu jinkisbu komplementarjetà transsettorjali u sinerġiji fil-ftehimiet ta’ sħubija u fil-programmi. L-awditu tagħna kkonferma dawn is-sejbiet fil-ftehimiet ta’ sħubija li eżaminajna.

26

Ir-risposta tal-Kummissjoni għar-Rapport Annwali kienet li l-programmi FSIE jridu jistabbilixxu mekkaniżmi aktar dettaljati biex tiġi żgurata koordinazzjoni bħal din. L-RDK jirrikjedi li kull programm jinkludi arranġamenti biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva, effiċjenti u kkoordinata tal-Fondi SIE26.

27

Madankollu, il-PŻR huma wkoll ġenerali ħafna f’dan il-qasam u normalment ma jipprovdux bażi konkreta biex ikunu jistgħu jiġu żgurati l-komplementarjetà u s-sinerġiji mal-fondi SIE l-oħra, mal-appoġġ taħt il-Pilastru I jew ma’ strumenti pubbliċi oħra.

28

Filwaqt li l-QSK jippromwovi koordinazzjoni effettiva sabiex jiżdied l-impatt tal-fondi, il-PŻR li eżaminajna kienu limitati għad-demarkazzjoni u għall-prevenzjoni ta’ finanzjament doppju, minflok ma ppruvaw ifittxu l-komplementarjetà u s-sinerġiji. Aħna sibna li l-PŻR identifikaw għadd ta’ oqsma ta’ intervent b’bosta sorsi potenzjali ta’ finanzjament u stipulaw prinċipji ta’ demarkazzjoni ġenerali ħafna (ara l-Kaxxa 3). Madankollu, huma ma taw l-ebda informazzjoni dwar il-valur li jista’ jiżdied jekk jiġi żgurat li d-diversi sorsi ta’ finanzjamenti ikunu kkoordinati b’mod effettiv.

Kaxxa 3

Eżempju ta’ informazzjoni dwar il-komplementarjetà li jew kienet ġenerali wisq jew kienet limitata għad-demarkazzjoni

Il-Campania (l-Italja): Il-komplementarjetà bejn il-FAEŻR u FSIE oħra hija identifikata fit-tliet oqsma li ġejjin:

  • għall-broadband, il-FAEŻR se jikkomplementa l-investiment appoġġat mill-FEŻR f’żoni rurali;
  • fiż-żoni l-aktar żvantaġġati, il-FEŻR se jappoġġa l-kostruzzjoni ta’ toroq prinċipali, filwaqt li l-FAEŻR se jappoġġa l-kostruzzjoni ta’ toroq rurali (muniċipali);
  • l-FSE se jikkontribwixxi għall-iżvilupp soċjali ġenerali f’żoni rurali, filwaqt li fl-istess żoni l-FAEŻR se jappoġġa azzjonijiet li huma konnessi speċifikament mal-agrikoltura.

PŻR Rumen: Il-komplementarjetà bejn il-Pilastri 1 u 2 se tkun ibbażata, ex ante, fuq demarkazzjoni tal-azzjonijiet/l-investimenti koperti mill-FAEG u mill-FAEŻR biex jiġi evitat finanzjament doppju. Protokoll jiżgura li l-finanzjament doppju jiġi evitat permezz tal-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar il-proġetti ffinanzjati mill-FAEG u ppreżentati minn benefiċjarji potenzjali tal-FAEŻR.

29

Skont il-linji gwida tal-Kummissjoni għall-ipprogrammar strateġiku għall-perjodu 2014-2020, jenħtieġ li l-PŻR jipprovdu xi dettalji dwar il-mekkaniżmi li se jintużaw fil-futur biex isir rappurtar dwar koordinazzjoni effettiva lill-Kummissjoni. Madankollu, ftit li xejn hemm informazzjoni utli dwar dan fil-PŻR li eżaminajna.

L-applikazzjoni tal-loġika ta’ intervent rinforzata ma pproduċietx ir-riżultati mistennija
30

Skont il-gwida tal-Kummissjoni27, il-loġika ta’ intervent hija l-konnessjoni loġika bejn il-problema li trid tiġi indirizzata jew l-objettiv li jrid jintlaħaq, il-kawżi sottostanti għall-problema u l-għażliet ta’ politika li jkunu disponibbli (jew l-azzjonijiet tal-UE li jittieħdu) għall-indirizzar tal-problema jew l-ilħuq tal-objettiv. Fil-kuntest tal-iżvilupp rurali dan ifisser li l-PŻR huma meħtieġa jiddimostraw konnessjoni ċara bejn il-ħtiġijiet nazzjonali/reġjonali identifikati, il-miżuri ta’ appoġġ magħżula biex jirrispondu għal dawk il-ħtiġijiet, il-miri stabbiliti għall-input/l-output u r-riżultati mistennija.

31

Fi ħdan il-perjodu ta’ programmazzjoni l-ġdid, u fl-ispirtu tal-kunċett ta’ fokus fuq il-prestazzjoni u r-riżultati, il-Kummissjoni għamlet enfasi fuq it-tisħiħ tar-rabta bejn il-ħtiġijiet identifikati u l-miżuri magħżula biex jiġu indirizzati dawk il-ħtiġijiet.

32

Il-kunċett ta’ loġika ta’ intervent rinforzata kien jinvolvi għadd ta’ rekwiżiti fir-rigward tal-istruttura tal-PŻR:

Kaxxa 4

Rekwiżiti ta’ evalwazzjoni, ta’ analiżi u ta’ prestazzjoni għall-PŻR

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament FAEŻR, kull programm tal-iżvilupp rurali għandu jinkludi:

  • evalwazzjoni ex ante;
  • analiżi SWOT tas-sitwazzjoni u identifikazzjoni tal-ħtiġijiet li għandhom jiġu indirizzati, strutturata madwar il-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali;
  • deskrizzjoni tal-istrateġija li turi li, għal kull wieħed mill-oqsma ta’ prijorità, jiġu stabbiliti miri adatti u jkunu ġew magħżula l-kombinazzjonijiet rilevanti tal-miżuri abbażi ta’ loġika korretta ta’ intervent, u li l-allokazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji għall-miżuri tal-programm tkun ġustifikata u adegwata biex tikseb il-miri stabbiliti;
  • valutazzjoni tal-issodisfar tal-kundizzjonalitajiet ex ante applikabbli u deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu jittieħdu jekk xi wħud minnhom ma jiġux issodisfati;
  • deskrizzjoni tal-qafas tal-prestazzjoni;
  • deskrizzjoni ta’ kull waħda mill-miżuri magħżula;
  • pjan ta’ evalwazzjoni;
  • pjan ta’ finanzjament;
  • pjan ta’ indikaturi, maqsum f’oqsma ta’ prijorità, li jinkludi l-miri u r-riżultati ppjanati u n-nefqa ppjanata ta’ kull miżura ta’ żvilupp rurali magħżula f’rabta ma’ qasam ta’ fokus korrispondenti;
  • fejn applikabbli, tabella dwar il-finanzjament nazzjonali addizzjonali għal kull miżura;
  • informazzjoni dwar il-komplementarjetà mal-miżuri ffinanzjati mill-istrumenti l-oħra tal-politika agrikola komuni, u mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej ("FSIE").
33

Il-PŻR li eżaminajna kienu jinkludu dawn l-elementi kollha. Madankollu, huma ma ddimostrawx b’mod ċar li kien hemm konnessjoni bejn il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet u l-miżuri magħżula. B’riżultat ta’ dan, il-loġika ta’ intervent baqgħet mhux ċara.

Valutazzjoni tal-ħtiġijiet
34

PŻR individwali huma meħtieġa jippreżentaw valutazzjoni dettaljata tal-ħtiġijiet, ibbażata fuq analiżi SWOT, sabiex jintgħażlu l-ħtiġijiet l-aktar sinifikanti u rilevanti. Dawk il-ħtiġijiet iridu jkunu konnessi ma’ oqsma ta’ prijorità speċifiċi, kif iddefinit mir-Regolament FAEŻR.

35

Il-PŻR li eżaminajna identifikaw il-ħtiġijiet b’mod formali, tawtoloġiku u ġenerali, u spiss sempliċiment irriformulaw oqsma ta’ prijorità li kienu predefiniti. Xi eżempji ta’ dan jingħataw fil-Kaxxa 5.

Kaxxa 5

Eżempji ta’ ħtiġijiet ġenerali u/jew riformulazzjonijiet ta’ elementi predefiniti

L-Irlanda: “Skema Agroambjentali mmirata u mfassla tajjeb” hija eżempju ta’ ħtieġa ġenerali li fid-deskrizzjoni tagħha tiddikjara li miżuri mfassla, mmirati, mmonitorjati u mmaniġġjati tajjeb jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi tal-Irlanda taħt diversi direttivi, strateġiji eċċ.

Ir-Rumanija: “Żieda u diversifikazzjoni tal-għadd ta’ impjiegi f’żoni rurali”, hija riformulazzjoni tal-Qasam ta’ Prijorità 6a “diversifikazzjoni u ħolqien ta’ impjiegi”.

il-Polonja: “Ir-restawr u l-preservazzjoni tal-bijodiversità, inklużi f’żoni ta’ NATURA 2000 u żoni li qed jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali”, hija riformulazzjoni tal-Qasam ta’ Prijorità 4a “Ir-restawr, il-preservazzjoni u t-tisħiħ tal-bijodiversità, inklużi ż-żoni tan-Natura 2000, u ż-żoni li qed iħabbtu wiċċhom ma’ restrizzjonijiet naturali jew oħrajn speċifiċi (...)”.

36

L-ebda wieħed mill-PŻR li eżaminajna ma pprovda deskrizzjoni kwantifikata tal-ħtiġijiet identifikati. Dan jagħmilha diffiċli - jew saħansitra impossibbli - li, fl-istadju ta’ programmazzjoni, jiġi vvalutat jekk l-appoġġ finanzjarju ppjanat jkunx proporzjonat jew rilevanti għall-issodisfar tal-ħtiġijiet identifikati. B’mod simili, in-nuqqas ta’ deskrizzjonijiet kwantifikati ta’ dawk il-ħtiġijiet jagħmilha diffiċli biex, fl-istadju ta’ evalwazzjoni, jiġi vvalutat kemm il-miżuri magħżula jkunu ssodisfaw il-ħtiġijiet identifikati.

37

Fost il-PŻR li eżaminajna, Spanja (La Rioja) u l-Italja (il-Campania) biss ipprijoritizzaw il-ħtiġijiet.

38

Għalkemm dan mhuwiex stipulat fir-regolamenti, aħna nqisu meħtieġ li meta l-ħtiġijiet ikunu qed jiġu identifikati, il-proċess ta’ programmazzjoni jieħu inkunsiderazzjoni wkoll it-tagħlimiet meħuda minn perjodi preċedenti. Il-PŻR huma strumenti ta’ politika rikorrenti u kien hemm kontinwità konsiderevoli fl-objettivi tal-iżvilupp rurali. Madankollu, il-PŻR li eżaminajna ma kinux jirreferu għar-riżultati ta’ miżuri ta’ żvilupp rurali li ġew implimentati f’perjodi preċedenti.

Selezzjoni tal-miżuri
39

Sabiex is-selezzjoni tal-miżuri tiġi ġġustifikata, huwa meħtieġ li l-PŻR jispjegaw ukoll il-konnessjoni bejn il-ħtiġijiet identifikati, il-miri stabbiliti u l-miżuri magħżula.

40

Madankollu, fil-prattika, l-istruttura tal-PŻR tagħmilha diffiċli biex tiġi stabbilita din ir-relazzjoni. L-informazzjoni dwar il-miżuri magħżula tikkonċentra prinċipalment fuq liema azzjonijiet ġew ippjanati u rarament tipprovdi indikazzjoni ċara tar-riżultati li huma fil-fatt mistennija, ħlief għal xi referenza ġenerali għall-objettivi tal-iżvilupp rurali (ara l-Kaxxa 6). Konsegwentement, ikun diffiċli li jiġi ddimostrat kif u sa liema punt il-miżuri magħżula (jew is-sottomiżuri tagħhom) jissodisfaw il-ħtiġijiet identifikati.

Kaxxa 6

Eżempji ta’ referenzi ġenerali għall-objettivi tal-iżvilupp rurali

Il-Greċja: M4.1. - L-appoġġ ta’ azjendi agrikoli li jiffukaw prinċipalment fuq prodotti agrikoli ta’ kwalità jsaħħaħ il-kompetittività tagħhom u jiffaċilita d-dħul tagħhom fi swieq ġodda. Dan iżid ukoll l-introjtu tal-benefiċjarji u jikkontribwixxi għall-preservazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi.

Ir-Rumanija: M4.1 - Il-miżura 4.1 tikkontribwixxi: għat-titjib tal-prestazzjoni kumplessiva tal-azjendi agrikoli billi żżid il-kompetittività tal-agrikoltura, għad-diversifikazzjoni tal-attivitajiet agrikoli u għaż-żieda fil-kwalità tal-prodotti tagħhom; għar-ristrutturar ta’ azjendi żgħar u medji u għat-trasformazzjoni tagħhom f’azjendi kummerċjali; għall-konformità mal-istandards tal-UE applikabbli għat-tipi kollha ta’ investimenti; għall-valur miżjud tal-prodotti agrikoli permezz tal-ipproċessar tal-prodotti fil-livell tal-azjendi agrikoli u l-kummerċjalizzazzjoni diretta tagħhom biex jinħolqu u jiġu promossi ktajjen tal-ikel integrati.

41

Jenħtieġ li l-PŻR jiġġustifikaw ukoll il-finanzjament allokat għall-miżuri. L-ebda wieħed mill-PŻR li eżaminajna ma pprovda ġustifikazzjoni bħal din u lanqas ma analizza jekk il-finanzjament kienx rilevanti u ssettjat fil-livell it-tajjeb għall-miri kkonċernati. Fil-fehma tagħna, is-sempliċi elenkar tal-ammonti allokati lil miżuri individwali ma jikkostitwix, fih innifsu, ġustifikazzjoni u lanqas ma juri li l-finanzjament huwa ssettjat fil-livelli xierqa.

Il-qafas ta’ prestazzjoni l-ġdid għandu potenzjal limitat biex isaħħaħ il-fokus fuq ir-riżultati

Is-CMES għandha potenzjal biex twassal għal xi titjib, iżda għandha wkoll limiti f’termini tal-kejl tar-riżultati

42

Ir-regolamenti jirrikjedu li l-ftehimiet ta’ sħubija u l-PŻR ikunu jinkludu valutazzjoni dwar l-issodisfar tal-EACs u jistabbilixxu konnessjoni diretta mal-ilħuq effettiv u effiċjenti tal-objettivi ta’ politika.

43

F’dan il-kuntest, il-kundizzjonalità ex ante “Sistemi ta’ statistika u indikaturi tar-riżultati” (EAC G7), li ġiet stabbilita mill-RDK, tirrikjedi li jkun hemm sistema effettiva (i) ta’ indikaturi tar-riżultati u (ii) ta’ ġbir ta’ data statistika28. Madankollu, il-proċedura kienet formalità, billi l-Kummissjoni dehrilha li l-eżistenza tas-CMES kienet biżżejjed biex jiġi żgurat li l-EAC G7 tiġi ssodisfata kif meħtieġ. Għalhekk, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni, l-Istati Membri ngħataw eżenzjoni ġenerali f’dan ir-rigward29.

44

Minħabba f’hekk, fil-biċċa l-kbira mill-PŻR, l-EAC G7 tqieset bħala li ġiet issodisfata fil-prinċipju, fuq il-bażi tal-eżenzjoni ġenerali, għalkemm dan ma ġiex ivvalutat fil-prattika. Billi r-Rapport Speċjali Nru 21/2013 tagħna dwar il-politika ta’ Żvilupp Rurali kkonkluda li d-data miġbura dwar ir-riżultati ma kinitx affidabbli biżżejjed, dan ifisser li l-Kummissjoni approvat il-biċċa l-kbira mill-PŻR mingħajr evidenza jew kontrolli ulterjuri rigward l-eżistenza ta’ sistema effettiva għall-ġbir ta’ data statistika.

45

Il-fatt li xi awtoritajiet nazzjonali li ma kinux fis-selezzjoni tagħna ta’ PŻR għażlu li ma jużawx l-eżenzjoni u qiesu li l-EAC G7 ma kinitx ġiet issodisfata30 jissuġġerixxi li din il-kwistjoni ma kienx imissha ġiet injorata.

46

Minbarra sistema effettiva għall-ġbir ta’ data affidabbli, il-kejl tal-prestazzjoni jirrikjedi wkoll li jiġu stabbiliti indikaturi xierqa u li jsir rappurtar dwarhom. F’dan ir-rigward, l-awditu tagħna jikkonferma l-konklużjoni tar-Rapport Annwali 2014 tal-Qorti li “l-introduzzjoni ta’ indikaturi komuni għal kull fond hija pass importanti”, iżda li hemm limitazzjonijiet fit-tfassil tagħhom31.

47

Il-fatt li r-Regolament FAEŻR jissettja indikaturi komuni li huma applikabbli għall-PŻR kollha huwa ta’ siwi. Dan jgħin biex l-indikaturi tal-input/output jiġu armonizzati fil-livell tal-politika ta’ żvilupp rurali, u jirrappreżenta titjib fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-politika ta’ żvilupp rurali.

48

B’mod simili, rekwiżit ġdid biex fl-2017 u l-2019 jiġu pprovduti rapporti annwali msaħħa32 dwar l-implimentazzjoni għandu jgħin biex jintużaw indikaturi tar-riżultati għall-kwantifikazzjoni tal-kisbiet tal-programmi u jipprovdi tweġibiet għal mistoqsijiet komuni ta’ evalwazzjoni.

49

Minbarra l-monitoraġġ ta’ programmi attwali, dan jista’ jippermetti li informazzjoni rilevanti tkun disponibbli fil-ħin biex jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss, u li jsir progress biex jinkiser iċ-ċirku vizzjuż fejn il-kontenut ta’ programmi ġodda jiġi ddefinit mingħajr ma jkun hemm informazzjoni suffiċjenti dwar ir-riżultati minn perjodi preċedenti (ara l-paragrafi 11 u 38).

50

Minkejja t-titjib deskritt hawn fuq, l-indikaturi komuni tal-output u tar-riżultati meħtieġa mir-Regolament FAEŻR għandhom potenzjal limitat (ara l-eżempji fil-Kaxxa 7) biex jippermettu li jitkejlu l-effettività u l-effiċjenza tal-PŻR fil-kisba tar-riżultati, minħabba li:

  • xi wħud mill-indikaturi tal-output huma fil-fatt indikaturi tal-input;
  • il-biċċa l-kbira mill-indikaturi tar-riżultati ma jikkorrispondux mad-definizzjoni ta’ indikatur tar-“riżultati”, iżda huma, fil-biċċa l-kbira, indikaturi tal-output espressi bħala perċentwal, u ftit jistgħu jkunu ta’ għajnuna biex iwieġbu għal mistoqsijiet komuni ta’ evalwazzjoni.

Kaxxa 7

Eżempji ta’ indikaturi tal-output/tar-riżultati li ġew ikklassifikati b’mod skorrett fis-CMES

Eżempju ta’ indikaturi tal-input ikklassifikati b’mod skorrett bħala indikaturi tal-output

“O.1: Total tal-infiq pubbliku” ma jiddeskrivi bl-ebda mod ir-riżultati tanġibbli ta’ programm (jiġifieri d-definizzjoni ta’ output), iżda jikkorrispondi biss għar-riżorsi finanzjarji pubbliċi li jintużaw għall-implimentazzjoni tal-programm, li hija d-definizzjoni preċiża ta’ input.

Eżempju ta’ indikaturi tal-output ikkategorizzati b’mod skorrett bħala indikaturi tar-riżultati

“R4: perċentwal ta’ azjendi agrikoli li jirċievu appoġġ għall-parteċipazzjoni fi skemi ta’ kwalità, swieq lokali u ċirkwiti qosra tal-provvista, u gruppi/organizzazzjonijiet tal-produtturi” jinkludi l-perċentwal ta’ azjendi li jirċievi appoġġ, li l-aktar l-aktar huwa output (riżultati tanġibbli tal-programm). Dan l-indikatur ma jfittixx li jirreġistra r-riżultati (l-effetti immedjati tal-programm fuq id-destinatarji jew ir-riċevituri diretti) miksuba mill-azjendi agrikoli appoġġati f’termini ta’ kwalità, swieq lokali jew ċirkwiti qosra tal-provvista.

51

Għalkemm l-Istati Membri żiedu indikaturi addizzjonali għall-PŻR li eżaminajna, il-biċċa l-kbira minn dawn ma kinux jikkorrispondu għad-definizzjoni ta’ indikatur tar-riżultati u mhumiex se jipprovdu bażi aħjar għall-valutazzjoni tar-riżultati immedjati tal-programm fuq ir-riċevituri diretti, kif jidher fil-Kaxxa 8.

Kaxxa 8

Eżempji ta’ indikaturi tal-output/tal-miri addizzjonali li ma jistgħux jintużaw biex jitkejlu r-riżultati

Eżempju ta’ indikatur tal-output addizzjonali fil-PŻR Rumen:

“Infrastruttura għall-ilma/ilma mormi ffinanzjata mis-sottomiżura 7.2 (f’km)”.

Eżempju ta’ indikatur tal-miri addizzjonali fil-PŻR Franċiż (Lorraine):

“Surface concernée par la reconstitution du potentiel agricole endommagé par des catastrophes naturelles”.

Eżempju ta’ indikatur tal-output addizzjonali fil-PŻR Irlandiż:

“Għadd ta’ Operazzjonijiet ta’ Appoġġ għal Investimenti Mhux Produttivi”.

52

Madankollu, xi Stati Membri jiddefinixxu indikaturi tar-riżultati utli u rilevanti fil-livell tal-miżuri ta’ appoġġ, bħaż-“żieda perċentwali medja fid-daqs ekonomiku (output standard) tal-azjendi li jingħataw appoġġ” jew id-“daqs medju tal-azjendi li jingħataw appoġġ wara l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni għan-negozju”33. Fir-Rapport Annwali 201634 tagħha, il-Qorti tanalizza u tqabbel il-prattiki ta’ rappurtar dwar il-prestazzjoni li ġew żviluppati minn istituzzjonijiet oħra, bħad-WHO, il-Bank Dinji u l-OECD. Dawn l-eżempji ta’ prattika tajba jistgħu jiġu disseminati u użati mill-Kummissjoni u minn awtoritajiet nazzjonali oħra.

“Riżerva għall-prestazzjoni” għandha ftit li xejn, jekk mhux l-ebda, effett ta’ inċentiv

53

Għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, sabiex jippromwovu l-fokus fuq il-prestazzjoni u fuq l-ilħuq tal-objettivi, il-ftehimiet ta’ sħubija u l-programmi jridu jkunu jinkludu riżerva għall-prestazzjoni ta’ (bejn wieħed u ieħor) 6 % tar-riżorsi allokati għall-FSIE. Attwalment, dawn ir-riżorsi huma imblukkati, iżda jistgħu jsiru disponibbli wara l-analiżi tal-qafas ta’ prestazzjoni stabbilit f’kull PŻR, li hija ppjanata għall-2019, jekk ċerti rekwiżiti jkunu ġew issodisfati jew ikunu nsebqu35.

54

Jenħtieġ li jiġi enfasizzat li, filwaqt li l-obbligu li tiġi stabbilita riżerva għall-prestazzjoni huwa karatteristika ġdida tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, il-kunċett innifsu mhuwiex ġdid, iżda kien diġà intuża sa ċertu punt f’perjodi preċedenti, għalkemm b’impatt limitat fuq il-prestazzjoni. Bħala eżempju, riżerva għall-prestazzjoni kienet ġiet stabbilita wkoll għall-Fondi Strutturali fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006, għalkemm din kienet irregolata minn proċessi differenti. Madankollu, bħalma kkonkludejna fir-Rapport Speċjali Nru 1/200736, ir-riżerva għall-prestazzjoni ma kinitx iffukata fuq il-prestazzjoni iżda “kienet użata prinċipalment sabiex l-infiq jilħaq il-massimu minflok biex [dan] jiġi kkonċentrat ... fuq attivitajiet li kienu murija bħala partikolarment effettivi”. B’mod simili, ir-Rapporti Annwali 2013 u 201437 tagħna ddikjaraw li “l-impatt tar-riżerva ta’ prestazzjoni, f’termini tat-tħeġġiġ ta’ fokus akbar fuq ir-riżultati, x’aktarx li ma jkunx aktar minn marġinali”.

L-indikaturi tal-prestazzjoni li jintużaw biex jiġi aċċertat l-aċċess għar-riżerva ma jkejlux ir-riżultati, iżda sempliċiment jikkwantifikaw l-inputs jew l-outputs
55

Meta jkunu qed jissettjaw stadji importanti u miri li jintużaw biex jiġi aċċertat l-aċċess għar-riżerva għall-prestazzjoni, l-Istati Membri huma meħtieġa li jużaw indikaturi tal-prestazzjoni predefiniti jew li jissostitwuhom u/jew jikkompletawhom b’indikaturi tal-output rilevanti oħra li jridu jiġu ddefiniti fil-PŻR38.

56

Il-PŻR magħżula kollha użaw il-15-il indikatur predefinit proposti mir-Regolament tal-Kummissjoni, u kkomplementawhom b’għadd żgħir ta’ indikaturi addizzjonali. Madankollu, dawn l-indikaturi huma ta’ użu limitat għall-kejl tal-prestazzjoni.

57

L-ewwel nett, fir-Regolament tal-Kummissjoni39 l-indikaturi predefiniti ma kinux maħsuba bħala indikaturi tar-riżultati iżda espliċitament bħala indikaturi tal-, bħall-għadd ta’ benefiċjarji jew ta’ operazzjonijiet ta’ investiment, l-art agrikola jew il-popolazzjoni koperta. Pereżempju, wieħed mill-indikaturi proposti - total tal-infiq pubbliku għal kull prijorità - huwa fil-fatt indikatur tal-input (ara l-paragrafu 50) li jiffoka fuq kemm jintnefqu flus u għalhekk fuq l-assorbiment tal-fondi.

58

It-tieni nett, f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni40, l-indikaturi addizzjonali kollha użati mill-Istati Membri fil-PŻR magħżula kienu wkoll indikaturi tal-output, bħall-għadd ta’ proġetti jew ta’ benefiċjarji, l-art agrikola jew il-popolazzjoni koperta (ara l-Kaxxa 9).

Kaxxa 9

Eżempji ta’ indikaturi addizzjonali ta’ qafas tal-prestazzjoni li ma jkejlux ir-riżultati

PŻR Grieg: “Għadd ta’ bdiewa żgħażagħ li se jirċievu mill-inqas ħlas parzjali wieħed sa tmiem l-2018”.

PŻR Rumen: “Erja (ha) koperta minn investimenti maħsuba biex jiġi ffrankat l-ilma”.

PŻR Pollakk: “L-għadd ta’ benefiċjarji taħt l-investiment maħsub biex jimpedixxi l-qerda tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola (3B)”.

59

Għalhekk, l-aċċess għar-“riżerva għall-prestazzjoni” huwa bbażat fuq il-kejl tal-infiq u tal-output dirett, aktar milli fuq il-kejl tar-riżultati. Il-qafas ta’ prestazzjoni ma jindirizzax l-ilħuq ta’ objettivi jew ta’ riżultati mistennija, mill-PŻR. Sejbiet simili kienu ssemmew fir-Rapport Speċjali dwar l-EACs u r-riżerva għall-prestazzjoni fil-qasam ta’ Koeżjoni41.

Xi awtoritajiet maniġerjali jissettjaw miri mhux ambizzjużi għall-aċċess għar-riżerva
60

Fil-passat, il-Qorti u l-Kummissjoni enfasizzaw42 ir-“riskji inerenti li l-Istati Membri jistabbilixxu stadji importanti u miri mhux ambizzjużi biex jiġi evitat li dawn ma jintlaħqux, u li dawn ma jagħmlux sforz biżżejjed biex jirrapportaw data preċiża u affidabbli biex jiġu evitati s-sanzjonijiet fil-każ ta’ prestazzjoni insuffiċjenti”.

61

Aħna sibna li l-awtoritajiet nazzjonali kellhom tendenza li jissettjaw miri mhux ambizzjużi, u b’hekk inaqqsu r-riskju li ma jintlaħqux l-istadji importanti (ara l-Figura 4). Għall-PŻR li eżaminajna, il-miri stabbiliti għall-2018 (jiġifieri sa tmiem il-ħames sena tal-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ seba’ snin) kienu jirrappreżentaw medja ta’ 28 % biss tat-total tal-infiq pubbliku marbut mal-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 (b’firxa ta’ minn 22 % għall-Greċja u sa 51 % għall-Irlanda). Proporzjon sinifikanti ħafna ta’ din il-mira ma jikkorrispondix għall-impenji ġodda li saru taħt ir-regoli tal-perjodu 2014-2020, iżda għall-operazzjonijiet li kienu ġew impenjati taħt ir-regoli għall-perjodu 2007-201343.

Figura 4

Objettiv tal-qafas ta’ prestazzjoni – infiq immirat għall-2018 espress bħala perċentwal

Image: Objettiv tal-qafas ta’ prestazzjoni – infiq immirat għall-2018 espress bħala perċentwal

Nota: Billi l-2023 hija l-aħħar sena ta’ nfiq eliġibbli taħt il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, distribuzzjoni ugwali tal-infiq tul il-perjodu (mill-approvazzjoni ta’ kull PŻR sal-2023) twassal għal medja ta’ 41 % tal-infiq fl-2018.

Sors: Analiżi tal-QEA, ibbażat fuq data tal-PŻR.

62

Barra minn hekk, l-eżenzjoni għall-EAC G7 (ara l-paragrafi 42 sa 45) tfisser li ma hemm l-ebda obbligu li tiġi vverifikata l-effettività u l-affidabbiltà tas-sistema eżistenti għall-kejl tal-prestazzjoni. L-awtoritajiet nazzjonali ftit li xejn għandhom inċentiv biex itejbu s-sistemi attwali tagħhom, billi dan jista’ jwassal biex ikollhom jirrappurtaw aktar ta’ spiss li l-prestazzjoni tagħhom tkun insuffiċjenti.

Xi aspetti tat-tfassil tal-RDK komplew jillimitaw l-inċentiv għall-prestazzjoni
63

Difetti oħra fit-tfassil li jinsabu fl-RDK, u li diġà indikajna44, ikomplu jillimitaw ir-rwol ta’ inċentiv li jista’ jkollha r-riżerva għall-prestazzjoni:

  1. jekk l-istadji importanti rilevanti ma jintlaħqux għal prijorità partikolari, ir-riżerva għall-prestazzjoni tista’ tiġi riallokata għal prijoritajiet oħra45 fl-istess Stat Membru;
  2. sanzjonijiet finanzjarji ma jistgħux ikunu bbażati fuq indikaturi tar-riżultati u diversi dispożizzjonijiet legali jkomplu jillimitaw l-ambitu għall-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet46.

Il-proċess ta’ programmazzjoni kien jirrikjedi li jsiru sforzi sinifikanti mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri, iżda l-implimentazzjoni tal-PŻR bdiet aktar bil-mod milli kien il-każ fil-perjodu preċedenti

Ir-rwol limitat tal-PŻR f’dak li jirrigwarda l-ippjanar

64

L-appoġġ għall-programmazzjoni tal-Iżvilupp Rurali huwa proċess b’ħafna stadji (ara l-Figura 5). L-allokazzjoni finanzjarja għal kull Stat Membru u l-qafas leġiżlattiv strateġiku jiġu deċiżi mill-PE u mill-Kunsill qabel ma jiġu abbozzati l-PŻR. Barra minn hekk, għall-Istati Membri li għażlu li jistabbilixxu programmi reġjonali, l-allokazzjoni finanzjarja għal kull reġjun tiġi deċiża mill-Istati Membri qabel ma dawn jippreżentaw il-PŻR lill-Kummissjoni. Huma mhumiex meħtieġa jiġġustifikaw din l-għażla.

65

Ir-Regolament FAEŻR47 jirrikjedi li fil-PŻR tingħata ġustifikazzjoni tal-ħtiġijiet li jridu jiġu indirizzati, kif ukoll tal-għażla ta’ prijoritajiet għall-żvilupp rurali, l-oqsma ta’ prijorità, il-miżuri u l-miri korrispondenti. Huma jridu jispjegaw ukoll kif il-miżuri magħżula għandhom jikkontribwixxu għall-oqsma ta’ prijorità rilevanti u għall-prijoritajiet għall-iżvilupp rurali. Madankollu, ir-rwol prinċipali tal-PŻR huwa essenzjalment li jagħmel arranġamenti għall-użu ta’ appoġġ finanzjarju preallokat fi ħdan il-qafas predefinit.

Figura 5

Il-PŻR huma l-aħħar pass fil-proċedura ta’ programmazzjoni

Image: Il-PŻR huma l-aħħar pass fil-proċedura ta’ programmazzjoni

Piż amministrattiv għall-Kummissjoni u għall-Istati Membri

66

Sabiex jiġi organizzat il-proċess tat-tħejjija u l-approvazzjoni tal-PŻR fi ħdan dan il-qafas il-ġdid, fl-2012 id-DĠ AGRI stabbilixxa Task Force għall-Iżvilupp Rurali wara l-2013 biex tassisti lill-Istati Membri fit-tħejjija tal-PŻR tagħhom għall-perjodu 2014-2020, u biex tiżgura l-koordinazzjoni fi ħdan il-Kummissjoni. Fl-2014, id-DĠ AGRI stabbilixxa wkoll Bord ta’ Konsistenza biex jiżgura li jkun hemm konsistenza ġenerali fil-proċess ta’ valutazzjoni għall-abbozzi ta’ PŻR.

67

L-IAS wettaq awditu fi stadju bikri fil-proċess ta’ approvazzjoni, li kkonkluda li għalkemm il-proċessi ġenerali għall-valutazzjoni u l-adozzjoni tal-PŻR kienu tħejjew b’mod solidu, dawn iridu jkomplu jissaħħu aktar. Id-dgħufijiet prinċipali li ġew identifikati kienu l-konformità mad-dati ta’ skadenza regolatorji (ara l-paragrafu 81), dgħufijiet relatati mal-valutazzjoni ta’ elementi li jirrigwardaw il-prestazzjoni (eż. fir-rigward ta’ ċerti EACs, indikaturi u l-ħtieġa għal koordinazzjoni msaħħa bejn il-FSIE), u r-riskju inerenti ta’ żball minħabba l-kumplessità tal-qafas regolatorju. L-IAS identifika wkoll oqsma fejn kien meħtieġ li jsir titjib fil-gwida interna48.

68

Biex l-istabbiliment tal-PŻR jiġi ffaċilitat, il-Kummissjoni pproduċiet bosta dokumenti ta’ gwida għall-Istati Membri (għall-iskop tal-awditu tagħna, aħna stabbilixxejna lista ta’ 37 dokument ta’ gwida ta’ dan it-tip li fihom aktar minn 1 500 paġna b’kollox). Il-proċess ta’ tħejjija kien jinkludi wkoll it-tqegħid ta’ abbozzi ta’ regolamenti u abbozzi ta’ dokumenti ta’ gwida għad-dispożizzjoni ta’ rappreżentanti tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri għal skopijiet ta’ diskussjoni, bl-għan li jiġi żgurat fehim komuni ta’ ċerti kunċetti ewlenin u li tiġi skambjata informazzjoni dwar prattika tajba u prattika li għandha tiġi evitata.

69

It-tħejjijiet għall-proċedura ta’ programmazzjoni l-ġdida kienu jinvolvu wkoll il-koordinazzjoni u d-disseminazzjoni ta’ għarfien espert u ta’ informazzjoni fi ħdan id-DĠ AGRI. Għal dan l-iskop, it-Task Force għall-Iżvilupp Rurali kienet appoġġata minn gruppi ta’ ħidma tematiċi, u suġġetti rilevanti li ġew indirizzati mill-Bord ta’ Konsistenza tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-unitajiet differenti permezz ta’ bullettini interni, kif ukoll għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri permezz tal-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali.

70

Id-DĠ AGRI stabbilixxa “vademecum” li jkopri l-PŻR 2014-2020 u ġabra ta’ 23 lista ta’ kontroll standardizzati (li jinkludu madwar 1 400 kontrolli differenti li jridu jitwettqu matul il-proċess ta’ eżaminar u ta’ approvazzjoni)49, li jiddettaljaw il-kompiti operazzjonali għall-valutazzjoni u l-approvazzjoni tal-PŻR. Għalhekk, huwa pprovda appoġġ prattiku lill-persunal, bl-għan li l-proċeduri fi ħdan id-DĠ jiġu standardizzati. Sistema interna ta’ ġestjoni tal-informazzjoni (RDIS2) ġiet implimentata għall-ġestjoni tal-approvazzjoni u l-monitoraġġ tal-programmi.

71

Dan il-bosta azzjonijiet deskritti hawn fuq juru l-isforzi sinifikanti li saru mill-Kummissjoni biex tipprovdi appoġġ u tarmonizza l-proċeduri. Il-proċess jirrifletti wkoll il-kumplessità tal-qafas ta’ politika.

72

Il-volum tad-dokumenti ta’ programmazzjoni prinċipali li jridu jitħejjew mill-Istati Membri u jiġu approvati mill-Kummissjoni juri wkoll kemm kien eżiġenti dan il-proċess. Ir-rekwiżiti statutorji - b’mod partikolari l-ammont ta’ informazzjoni li l-Istati Membri jridu jittrasmettu bħala parti mill-istruttura dettaljata u kumplessa ħafna tal-PŻR - irriżultaw fil-produzzjoni ta’ dokumenti voluminużi, li spiss laħħqu aktar minn 1 000 paġna.

73

It-12-il PŻR li eżaminaja kienu jirrappreżentaw aktar minn 9 000 paġna u l-Ftehimiet ta’ Sħubija korrispondenti kienu jirrappreżentaw 4 000 paġna. Jekk dawn iċ-ċifri jiġu estrapolati għat-28 Stati Membri u għal 118-il PŻR, dan ikun jirrappreżenta volum ta’ bejn wieħed u ieħor 100 000 paġna ta’ dokumenti ta’ programmazzjoni (fi 23 lingwa differenti), li x’aktarx ikun id-doppju ta’ dak għall-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti (ara t-Tabella 2).

Tabella 2

Stima tal-għadd ta’ paġni tad-dokumenti ta’ programmazzjoni prinċipali

Għadd ta’ paġni fid-dokumenti ppreżentati Perjodu 2014-2020 Perjodu 2007-2013
FtS (Pajjiż) PŻR PŻR
Il-Belġju (ir-reġjun ta’ Walloon) 204 620 391
Id-Danimarka 204 505 336
Il-Ġermanja (Baden-Württemberg) 236 858 718
L-Irlanda 244 456 457
Il-Greċja 341 1 192 633
Spanja (La Rioja) 370 764 566
Franza (Lorraine) 324 785 381
L-Italja (il-Campania) 722 1 090 422
L-Awstrija 244 843 370
Il-Polonja 246 735 400
Ir-Rumanija 460 786 432
Ir-Renju Unit (l-Ingilterra) 428 743 403
Total 4 002 9 377 5 509
Medja 334 781 459
Għadd ta’ FtS jew PŻR 28 118 94
74

Minħabba din il-kumplessità u dan il-volum, kif ukoll il-piż amministrattiv akbar, kien hemm ir-riskju li l-korpi ta’ implimentazzjoni jiffukaw esklussivament fuq ir-rekwiżiti burokratiċi50. Dan kollu kkontribwixxa wkoll għal dewmien fl-approvazzjoni tal-PŻR, u għalhekk irriżulta fil-posponiment tal-bidu reali tal-programmi l-ġodda.

Il-qafas legali l-ġdid ġie adottat aktar tard milli fil-perjodu preċedenti

75

Il-Figura 6 tippreżenta tqabbil fil-qosor tal-iskedi ta’ żmien għat-tħejjija tal-qafas regolatorju għaż-żewġ perjodi.

Figura 6

Negozjati tal-pakketti leġiżlattivi - tqabbil tal-perjodi 2007-2013 u 2014-2020

Image: Negozjati tal-pakketti leġiżlattivi - tqabbil tal-perjodi 2007-2013 u 2014-2020

(1) Mill-proposta tal-Kummissjoni sal-adozzjoni.

(2) Mill-adozzjoni tar-Regolament KE/UE sal-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

Sors: Il-QEA.

76

Id-diskussjonijiet li saru fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill dwar il-pakkett leġiżlattiv li jirrigwarda l-politika ta’ Żvilupp Rurali kienu marbutin mill-qrib ma’ dawk dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), li jiddetermina l-ammont totali ta’ finanzjament mill-UE disponibbli matul il-perjodu ta’ programmazzjoni. Kien biss f’Diċembru 2013 li l-Kunsill u l-Parlament Ewropew adottaw il-QFP u r-Regolament RDK għall-2014-2020, xahar qabel il-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni l-ġdid. Ir-regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni ġie ppubblikat f’Lulju 2014, li jfisser li t-tħejjija u l-preżentazzjoni inizjali tal-biċċa l-kbira mill-PŻR li eżaminajna seħħew qabel ma daħal fis-seħħ ir-Regolament ta’ implimentazzjoni.

Il-biċċa l-kbira mill-AP u mill-PŻR ġew ippreżentati fil-ħin

77

Wara l-adozzjoni tardiva tar-regolamenti primarji f’Diċembru 2013, id-data ta’ skadenza għall-preżentazzjoni tal-ftehimiet ta’ sħubija ġiet issettjata għal April 2014. L-awtoritajiet nazzjonali rrispettaw din id-data ta’ skadenza51.

78

Sussegwentement, l-Istati Membri kienu meħtieġa jippreżentaw il-PŻR tagħhom mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-ftehimiet ta’ sħubija tagħhom52. L-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali ppreżentaw il-PŻR li eżaminajna bejn April u Ottubru tal-2014. Għal terz mill-PŻR li eżaminajna, dawn ma rrispettawx id-data ta’ skadenza ta’ tliet xhur.

79

Din l-iskeda kienet tfisser li l-ftehimiet ta’ sħubija kellhom jitħejjew u jsir xi negozju dwarhom qabel l-adozzjoni tar-regolamenti rilevanti tal-UE. Il-PŻR ukoll kellhom jitħejjew u jiġu nnegozjati b’mod parallel mal-ftehimiet ta’ sħubija, u l-biċċa l-kbira minnhom ġew ippreżentati qabel ma ġie adottat ir-regolament ta’ implimentazzjoni rilevanti tal-Kummissjoni.

Il-proċess ta’ approvazzjoni tal-Kummissjoni qabeż id-dati ta’ skadenza

80

Wara li l-awtoritajiet nazzjonali kienu ppreżentaw l-abbozz ta’ PŻR, il-Kummissjoni kellha tliet xhur biex tagħmel osservazzjonijiet lill-Istat Membru u sitt xhur biex tapprova l-PŻR “sakemm kwalunkwe osservazzjoni magħmula mill-Kummissjoni tkun ġiet ikkunsidrata b’mod adegwat”53.

81

Fil-biċċa l-kbira mill-każijiet, il-Kummissjoni ma setgħetx tirrispetta l-ewwel data ta’ skadenza ta’ tliet xhur (biex tibgħat l-osservazzjonijiet lill-Istati Membri). Ir-rapport tal-awditjar tal-IAS (ara l-paragrafu 67) innota li l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni kienu ġew adottati wara d-data ta’ skadenza legali ta’ tliet xhur fil-każ ta’ 98 PŻR. L-IAS attribwixxa d-dewmien għall-kumplessità tal-leġiżlazzjoni u għall-volum u l-kumplessità tal-PŻR infushom.

82

Huwa aktar diffiċli biex titkejjel it-tieni data ta’ skadenza ta’ sitt xhur (għall-approvazzjoni finali) minħabba li ma jitqiesx ż-żmien li jgħaddi bejn l-ittra ta’ osservazzjoni u t-tweġiba nazzjonali li tkun aċċettabli - informazzjoni addizzjonali u/jew PŻR rivedut - (karatteristika “waqqaf l-arloġġ”), u ma hemmx data ta’ skadenza vinkolanti sa meta l-Istat Membru jkun irid jindirizza l-osservazzjoni tal-Kummissjoni. Għalhekk, għalkemm id-data ta’ skadenza ta’ sitt xhur ġiet irrispettata fil-biċċa l-kbira mill-każijiet minħabba l-karatteristika “waqqaf l-arloġġ”, iż-żmien reali li għadda bejn il-preżentazzjoni u l-approvazzjoni tal-PŻR magħżula kien ħafna itwal.

83

Kif jidher fit-Tabella 3, iż-żmien medju għall-approvazzjoni tal-PŻR fil-kampjun tagħna kien ta’ 11.3 xhur mid-data tal-preżentazzjoni inizjali. Dan kien xahrejn aktar miż-żmien medju meħtieġ fil-perjodu preċedenti għall-istess kampjun.

Tabella 3

Żmien medju f’xhur bejn il-preżentazzjoni inizjali u l-approvazzjoni finali tal-PŻR fil-kampjun tagħna

Żmien bejn l-ewwel preżentazzjoni u l-ittra ta’ osservazzjoni tal-Kummissjoni 3.9
Żmien bejn l-ittra ta’ osservazzjoni u l-preżentazzjoni finali mill-Istati Membri 6.7
Żmien bejn il-preżentazzjoni finali u l-approvazzjoni finali 0.7
Total 11. 3
84

Kumplessivament il-Kummissjoni approvat il-118-il PŻR fi żmien 20 xahar minn meta ġie ppreżentat l-ewwel PŻR (minn April 2014 sa Diċembru 2015). Dan huwa riżultat posittiv, meta mqabbel mal-94 PŻR li ġew approvati fi żmien 24 xahar (minn Diċembru 2006 sa Diċembru 2008) għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-201354.

Minkejja l-isforzi li saru, l-implimentazzjoni tal-PŻR ma bdietx aktar kmieni milli kien il-każ fil-perjodu preċedenti

85

Dawn l-isforzi ma fissrux li l-PŻR ġew approvati aktar kmieni milli ġara fil-perjodu preċedenti (ara l-Figura 7).

Figura 7

Skeda ta’ żmien kumplessiva mill-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni sal-approvazzjonijiet tal-PŻR - tqabbil tal-perjodi 2007-2013 u 2014-2020

Image: Skeda ta’ żmien kumplessiva mill-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni sal-approvazzjonijiet tal-PŻR - tqabbil tal-perjodi 2007-2013 u 2014-2020

(1) Mill-proposta tal-Kummissjoni sal-adozzjoni.

(2) Mill-adozzjoni tar-Regolament KE/UE sal-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(3) Perjodu mill-preżentazzjoni tal-ewwel FtS/PŻR sal-adozzjoni tal-aħħar FtS/PŻR.

Sors: Il-QEA.

86

Minħabba li ġew adottati tard, l-awtoritajiet nazzjonali ma setgħux jibdew jimplimentaw il-biċċa l-kbira mill-PŻR qabel nofs l-2015 (sa tmiem Ġunju 2015 kienu ġew approvati 37 % biss minnhom). Il-Kummissjoni approvat 20 % tal-PŻR f’Novembru u Diċembru tal-2015, li jfisser li l-implimentazzjoni ta’ bosta PŻR ma bdietx qabel l-2016, it-tielet sena tal-perjodu ta’ programmazzjoni.

87

L-ebda Stat Membru ma ddikjara l-infiq fl-201455, u t-total tal-infiq iddikjarat u akkumulat taħt il-FAEŻR fl-201556 u fl-201657 kien jirrappreżenta 3.8 % u 10.2 %, rispettivament, mill-pjan finanzjarju għall-2014-2020. Dan ifisser li, fil-bidu tal-2017, madwar 90 % tal-pjan finanzjarju tal-FAEŻR kien għadu ma ntnefaqx. Dan huwa ogħla milli kien il-każ fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, meta 83 % kien għadu ma ntnefaqx sal-bidu tal-2010. Bħal fil-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti, dan il-bidu tardiv se jwassal biex l-infiq ikun ikkonċentrat fit-tieni nofs tal-perjodu ta’ programmazzjoni.

88

Il-konċentrazzjoni tal-biċċa l-kbira mill-implimentazzjoni ta’ PŻR fit-tieni nofs tal-perjodu ta’ programmazzjoni jżid ir-riskju li jkun hemm fokus eċċessiv fuq l-assorbiment tal-fondi allokati fi tmiem il-perjodu ta’ programmazzjoni58.

Il-bidu tardiv tal-programmi huwa problema rikorrenti

89

Id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-programmi taħt il-QFP huwa problema rikorrenti li aħna identifikajna f’ħafna oqsma ta’ politika fil-passat.

90

Fid-dokument informattiv59 tagħna dwar ir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020, aħna nindikaw żewġ riskji ewlenin, li jirriżultaw minn din is-sitwazzjoni:

  • “se jkun hemm akkumulazzjoni oħra ta’ impenji u pagamenti pendenti fis-snin li ġejjin, billi xi wħud mill-Istati Membri se jsibuha diffiċli biex jassorbu l-fondi disponibbli sal-2020, jew anke sal-2030 meta l-perjodu ta’ eliġibbiltà tal-programmi ta’ nfiq 2014-2020 jasal fi tmiemu;
  • ftit li xejn se jkun hemm opportunità biex jinsiltu tagħlimiet minn valutazzjonijiet, ibbażati fuq il-fatti, dwar it-tfassil, l-operat u r-riżultati tal-programmi ta’ nfiq tal-UE taħt il-QFP 2014-2020, qabel ma l-Kummissjoni jkollha tippreżenta, sa tmiem l-2017, il-proposta tagħha għall-QFP ta’ wara l-2020.”60
91

Sabiex jiġu indirizzati dawn ir-riskji, aħna nissuġġerixxu li l-istrateġija u t-tfassil ta’ politika fit-tul jiġu allinjati maċ-ċiklu baġitarju, u li titwettaq analiżi komprensiva tal-infiq qabel ma jiġi stabbilit baġit ġdid fuq terminu twil.

92

Dawn il-proposti jistgħu jkunu ta’ benefiċċju meta tkun qed titħejja l-politika ta’ Żvilupp Rurali fil-futur.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

93

Il-politika ta’ żvilupp rurali tal-UE għandha l-għan li tagħmel l-agrikoltura aktar kompetittiva, tiżgura l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-azzjoni favur il-klima, u tikseb żvilupp territorjali bilanċjat ta’ ekonomiji u komunitajiet rurali, inkluż il-ħolqien u ż-żamma tal-impjiegi. L-UE biħsiebha tonfoq kważi EUR 100 biljun għall-perjodu 2014-2020, iżda attwalment qiegħda b’lura (ara l-paragrafi 86 u 87).

94

Il-FAEŻR jipprovdi appoġġ finanzjarju għal miżuri li jitwettqu mill-Istati Membri permezz ta’ PŻR nazzjonali jew reġjonali, li jitħejjew mill-Istati Membri u jiġu approvati mill-Kummissjoni.

95

Wieħed mill-objettivi tal-qafas strateġiku tal-UE għall-2014-2020 kien li jkun hemm aktar fokus fuq ir-riżultati. Madankollu, biex dan jinkiseb kien meħtieġ li tiġi ffaċċjata l-problema perenni li l-ippjanar għal perjodu ta’ programmazzjoni ġdid jibda qabel ma jkun hemm disponibbli data adegwata u rilevanti dwar l-infiq u r-riżultati mill-perjodi preċedenti.

96

Aħna eżaminajna jekk il-qafas leġiżlattiv il-ġdid għall-2014-2020 kienx jirrifletti fokus akbar fuq il-prestazzjoni, u jekk il-proċess ta’ programmazzjoni l-ġdid ippermettiex u rriżultax fil-produzzjoni ta’ PŻR ta’ kwalità tajba, li potenzjalment jikkontribwixxu għal riżultati aħjar. Għalkemm il-qafas strateġiku kellu l-għan li jsaħħaħ l-approċċ ibbażat fuq ir-riżultati, il-PŻR li ġew approvati huma dokumenti twal u kumplessi b’nuqqasijiet li se jxekklu l-ilħuq tal-objettiv ambizzjuż li jkun hemm fokus akbar fuq il-prestazzjoni u r-riżultati.

97

Aħna ħarisna wkoll lejn il-proċedura ta’ programmazzjoni għall-politika ta’ żvilupp rurali 2014-2020 biex nivverifikaw jekk din twettqitx b’mod li jippermetti l-implimentazzjoni ta’ dawn il-PŻR tinbeda aktar kmieni milli kien il-każ fil-perjodi preċedenti, u b’hekk ikunu jistgħu jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi konnessi mal-bidu tardiv tal-programmi.

98

Aħna sibna li minkejja l-isforzi tal-Kummissjoni, l-implimentazzjoni tal-PŻR iddewmet, bħalma kien ġara fiċ-ċiklu ta’ programmazzjoni ta’ qabel, u li r-rata ta’ implimentazzjoni tal-infiq ippjanat matul l-ewwel tliet snin kienet aktar baxxa milli kienet fil-perjodu preċedenti.

99

Attwalment, il-PAK ta’ wara l-2020 hija s-suġġett ta’ dibattitu politiku u f’dan l-istadju għadu mhux magħruf eżattament x’forma se tieħu fil-futur. Ir-rakkomandazzjonijiet tagħna tħejjew bis-suppożizzjoni li l-politika futura ta’ żvilupp rurali se jkun fiha kontinwitajiet sinifikanti mal-qafas attwali.

It-tfassil tal-qafas ta’ programmazzjoni għall-2014 – 2020 kien aktar ambizzjuż, iżda l-implimentazzjoni kienet affettwata minn nuqqasijiet sinifikanti

100

L-għan li l-FAEŻR jiġi integrat ma’ FSIE oħra kien li tiżdied il-konċentrazzjoni tematika tal-infiq tal-UE billi jiġi żgurat li l-PŻR jikkontribwixxu b’mod ċar għall-prijoritajiet ta’ Ewropa 2020, iżda wkoll biex jitrawmu l-koordinazzjoni, il-komplementarjetà u s-sinerġiji bejn il-programmi. Fil-prattika, għalkemm dan irriżulta f’konsistenza tal-PŻR ma’ dokumenti strateġiċi bħall-Ftehimiet ta’ Sħubija, huwa diffiċli li jiġi vvalutat x’inhu l-kontribut tal-PŻR lejn il-kisba tal-objettivi tematiċi minħabba li r-relazzjonijiet bejn id-diversi dokumenti ta’ programmazzjoni huma kumplessi. Il-komplementarjetà, is-sinerġiji u l-koordinazzjoni bejn il-PŻR u programmi minn FSIE oħra ma ġewx żviluppati b’mod sodisfaċenti (ara l-paragrafi 17 sa 29).

Rakkomandazzjoni 1

Meta jkun qed jitħejja l-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ wara l-2020, u għall-iskop li jissaħħaħ il-fokus fuq il-prestazzjoni u r-riżultati, tiżdied l-integrazzjoni bejn il-PŻR u programmi oħra, u jsir titjib fil-valutazzjonijiet tal-kontribut tal-PŻR lejn l-ilħuq tal-objettivi strateġiċi, jenħtieġ li:

  1. il-Kummissjoni tiżgura li l-proposti ta’ politika tagħha jkomplu jiżviluppaw ir-rekwiżiti rigward il-konsistenza bejn programmi individwali;
  2. l-Istati Membri jispeċifikaw kif il-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni, komplementarjetà u sinerġija se jiġu implimentati, kif se jingħataw segwitu u kif se jsir rappurtar dwarhom fil-kuntest tar-regoli tal-UE.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: tmiem l-2020 għal (a), u l-2022 għal (b)

101

Filwaqt li l-Kummissjoni fittxet li tibbilanċja l-ammont ta’ informazzjoni ppreżentata fil-PŻR, il-PŻR li eżaminajna kienu twal u kienu jeħtieġu sforz amministrattiv sinifikanti min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali biex jissodisfaw ir-rekwiżiti estensivi dwar il-kontenut.

102

Madankollu, l-għan prinċipali li l-ħtiġijiet territorjali speċifiċi jiġu indirizzati aħjar u li jintwerew, b’mod aktar ċar, il-konnessjonijiet bejn il-ħtiġijiet identifikati u l-miżuri ta’ appoġġ magħżula, ma ntlaħaqx (il-paragrafi 30 sa 41).

Rakkomandazzjoni 2

Sabiex tissimplifika u żżid l-utilità tal-istrateġiji ta’ żvilupp rurali filwaqt li fl-istess ħin trendi l-proċess ta’ programmazzjoni maniġġabbli u effiċjenti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrevedi t-tfassil tad-dokumenti ta’ programmazzjoni bil-ħsieb li tissimplifika l-kontenut tagħhom u li tnaqqas l-għadd ta’ rekwiżiti għall-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ wara l-2020. B’mod partikolari, jenħtieġ li hija tillimita l-istruttura tad-dokument ta’ programmazzjoni għal dawk l-elementi u possibbiltajiet li huma essenzjali għall-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ korretti tal-infiq għall-iżvilupp rurali.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: tmiem l-2020

Il-qafas ta’ prestazzjoni l-ġdid għandu potenzjal limitat biex isaħħaħ il-fokus fuq il-prestazzjoni u r-riżultati

103

Is-CMES għandha l-potenzjal li ttejjeb il-mod li bih tiġi mmonitorjata l-Politika ta’ żvilupp rurali, fis-sens li tista’ tippermetti li jsir progress biex jinkiser iċ-ċirku vizzjuż fejn il-kontenut ta’ programmi ġodda jiġi ddefinit mingħajr ma jkun hemm informazzjoni f’waqtha dwar ir-riżultati mill-perjodi preċedenti. Madankollu, in-nuqqas ta’ valutazzjonijiet adegwati tal-kwalità tal-ġbir tad-data, flimkien ma’ nuqqasijiet fl-għażla tal-indikaturi u l-fatt li l-biċċa l-kbira mill-indikaturi tar-riżultati ma jikkorispondux mad-definizzjoni ta’ indikaturi tar-”riżultati”, jikkostitwixxu limitazzjoni sinifikanti f’termini tal-kejl tar-riżultati ta’ politika u l-kontribut tagħhom għall-istrateġija Ewropa 2020 (il-paragrafi 42 sa 52).

104

L-isem “riżerva għall-prestazzjoni” huwa żbaljat minħabba li l-indikaturi li jintużaw għall-analiżi tal-prestazzjoni ma jkejlux ir-riżultati ta’ politika iżda jfittxu, espliċitament, li jkejlu l-infiq u l-output dirett. Minħabba dan, il-qafas ta’ prestazzjoni ma jipprovdix informazzjoni dwar l-objettivi u r-riżultati mistennija tal-PŻR. Barra minn hekk, l-awditu kkonferma r-riskju inerenti li l-PŻR jistabbilixxu stadji importanti u miri mhux ambizzjuzi biex jevitaw il-possibbiltà ta’ sanzjonijiet fil-każ ta’ prestazzjoni insuffiċjenti. Irrispettivament minn dan, meta ma jintlaħqux l-istadji importanti rilevanti, ir-riżerva għall-prestazzjoni ma tintilifx billi hija tista’ tiġi riallokata għal prijoritajiet oħra, u s-sanzjonijiet finanzjarji potenzjali mhumiex ibbażati fuq l-indikaturi tar-riżultati (il-paragrafi 53 sa 63).

Rakkomandazzjoni 3

Jenħtieġ li l-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri biex tiżgura li r-rappurtar annwali msaħħaħ tal-2019 dwar l-implimentazzjoni jipprovdi informazzjoni ċara u komprensiva dwar il-kisbiet tal-programmi, u li t-tweġibiet meħtieġa għall-mistoqsijiet ta’ evalwazzjoni komuni jipprovdu bażi aħjar għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: tmiem l-2018

Rakkomandazzjoni 4

Meta jkun qed jitħejja l-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ wara l-2020, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddefinixxi d-diversi tipi ta’ indikaturi b’aktar preċiżjoni, sabiex ikollha ġabra komuni ta’ indikaturi orjentati lejn ir-riżultati li jkunu aktar adatti għall-valutazzjoni tar-riżultati u tal-impatt ta’ interventi taħt l-iżvilupp rurali. Matul dan il-proċess, hija tista’ tibbenefika mill-esperjenza u s-soluzzjonijiet li diġà ġew żviluppati minn organizzazzjonijiet internazzjonali oħra (eż. id-WHO, il-Bank Dinji u l-OECD) u li jiffokaw fuq il-prestazzjoni u r-riżultati.

Jenħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tippromwovi u tiffaċilita l-kooperazzjoni u n-netwerking nazzjonali sabiex tinxtered il-prattika tajba f’dak li jirrigwarda l-kejl tal-prestazzjoni, żviluppata fil-livell nazzjonali.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: tmiem l-2019

Rakkomandazzjoni 5

Għall-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ wara l-2020, jenħtieġ li l-Kummissjoni teżamina u tieħu kont tal-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tas-sistema attwali inklużi:

  1. l-impatt tar-riżerva għall-prestazzjoni;
  2. l-adegwatezza tal-indikaturi tar-riżultati li jintużaw biex tiġi aċċessata r-riżerva għall-prestazzjoni u;
  3. l-użu li jsir mis-sanzjonijiet finanzjarji biex tiġi indirizzata prestazzjoni insuffiċjenti.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: tmiem l-2020

Il-proċess ta’ programmazzjoni kien jirrikjedi li jsiru sforzi sinifikanti mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri, iżda l-implimentazzjoni tal-PŻR bdiet aktar bil-mod milli kien il-każ fil-perjodu preċedenti

105

L-appoġġ għall-programmazzjoni tal-Iżvilupp Rurali huwa proċess b’ħafna stadji fejn il-PŻR jikkostitwixxu l-aħħar wieħed. L-allokazzjoni finanzjarja għal kull Stat Membru u l-qafas leġiżlattiv strateġiku jiġu deċiżi mill-PE u mill-Kunsill qabel ma jiġu abbozzati l-programmi. Għalhekk, jenħtieġ li l-PŻR jitqiesu aktar bħala għodod li jservu biex jallinjaw il-perspettivi nazzjonali u Ewropej, milli bħala dokumenti li jiskattaw il-proċess ta’ bini ta’ strateġiji nazzjonali ta’ żvilupp rurali mill-bidu nett (il-paragrafi 64 sa 65).

106

Minkejja r-rwol pjuttost limitat tal-PŻR fil-proċess b’ħafna stadji deskritt hawn fuq, it-tħejjija u l-approvazzjoni tal-PŻR kollha kienu jirrikjedu sforz amministrattiv konsiderevoli min-naħa tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri. Dewmien twil fl-adozzjoni tal-qafas legali (Diċembru 2013) kellu impatt fuq l-iskeda ta’ żmien għall-preżentazzjoni u l-approvazzjoni tad-dokumenti ta’ programmazzjoni; meta kkombinati mar-rekwiżiti kumplessi dwar il-kontenut fil-PŻR, dan kien fisser li l-PŻR ġew approvati u l-programmi l-ġodda ġew implimentati wara li l-perjodu ta’ programmazzjoni kien diġà beda (il-paragrafi 66 sa 74).

107

Il-Kummissjoni approvat total ta’ 118-il PŻR f’perjodu ta’ 20 xahar (April 2014 - Diċembru 2015), u dawn iċ-ċifri jirrappreżentaw riżultat aħjar meta mqabbla mal-94 PŻR li ġew approvati f’24 xahar għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013. Madankollu, minkejja l-isforzi li saru, il-PŻR ġew approvati aktar tard milli kien il-każ fil-perjodu preċedenti u l-biċċa l-kbira minnhom ma bdewx jiġu implimentati qabel nofs l-2015, filwaqt li xi wħud li bdew biss fl-2016 (il-paragrafi 75 sa 84).

108

Konsegwentement, madwar 90 % tal-pjan finanzjarju tal-FAEŻR kien għadu ma ntnefaqx sal-bidu tal-2017 (ir-raba’ sena tal-perjodu ta’ programmazzjoni) filwaqt li ċ-ċifra ekwivalenti fil-perjodu preċedenti kienet 83 %. Dan jinvolvi riskju għall-implimentazzjoni sħiħa tal-pjan finanzjarju, u jaċċenna l-assorbiment, li jfisser li l-approċċ orjentat lejn ir-riżultati li ġie approvat mill-Kummissjoni huwa mminat (il-paragrafi 85 sa 88).

109

Id-dewmien fl-implimentazzjoni ta’ programmi taħt il-QFP huwa problema ġenerali u rikorrenti, li żżid ir-riskji ta’ fokus eċċessiv fuq l-assorbiment u ta’ ppjanar ta’ QFP ġdid qabel ma jkunu disponibbli r-riżultati tal-infiq li jkun sar mill-UE taħt il-QFP preċedenti (il-paragrafi 89 sa 92).

Rakkomandazzjoni 6

Jenħtieġ li l-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni jqisu l-allinjament tal-istrateġija u t-tfassil ta’ politika fit-tul maċ-ċiklu baġitarju, kif ukoll it-twettiq ta’ analiżi komprensiva tal-infiq qabel ma jiġi stabbilit baġit ġdid fuq terminu twil.

Sabiex tippermetti l-approvazzjoni tal-PŻR fil-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss, jenħtieġ li l-Kummissjoni tħejji, minn biżżejjed żmien qabel, il-proposti leġiżlattivi tagħha għall-politika ta’ żvilupp rurali ta’ wara l-2020.

Data mmirata għall-implimentazzjoni għall-Kummissjoni: tmiem l-2018

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla I, immexxija mis-Sur Phil WYNN OWEN, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-27 ta’ Settembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE
President

Annessi

Anness I

Is-6 prijoritajiet tal-UE għall-iżvilupp rurali u t-18-il qasam ta’ prijorità

L-Artikolu 5 tar-Regolament FAEŻR jiddefinixxi s-6 prijoritajiet tal-UE għall-iżvilupp rurali, ripartiti fi 18-il qasam ta’ prijorità:

  1. It-trawwim tat-trasferiment tal-għarfien u l-innovazzjoni fl-agrikoltura, il-forestrija u ż-żoni rurali, b’enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:
    1. it-trawwim tal-innovazzjoni, il-kooperazzjoni, u l-iżvilupp tal-bażi tal-għarfien fiż-żoni rurali;
    2. it-tisħiħ tar-rabtiet bejn l-agrikoltura, il-produzzjoni tal-ikel u l-forestrija u r-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż għall-iskop ta’ ġestjoni u prestazzjoni ambjentali mtejba;
    3. it-trawwim tat-tagħlim tul il-ħajja u t-taħriġ vokazzjonali fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija.
  2. It-titjib tal-vijabbiltà tal-azjendi agrikoli u l-kompetittività tat-tipi kollha ta’ agrikoltura fir-reġjuni kollha u l-promozzjoni ta’ teknoloġiji agrikoli innovattivi u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, b’enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:
    1. it-titjib tal-prestazzjoni ekonomika tal-azjendi agrikoli kollha u l-faċilitazzjoni tar-ristrutturar u l-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli, partikolarment bil-ħsieb li jiżdiedu l-parteċipazzjoni fis-suq u l-orjentament kif ukoll id-diversifikazzjoni agrikola;
    2. il-faċilitazzjoni tad-dħul ta’ bdiewa b’ħiliet adegwati fis-settur agrikolu u, b’mod partikolari, it-tiġdid ġenerazzjonali.
  3. Il-promozzjoni tal-organizzazzjoni tal-katina tal-ikel, inkluż l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli, it-trattament xieraq tal-annimali u l-ġestjoni tar-riskji fl-agrikoltura, b’enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:
    1. it-titjib tal-kompetittività tal-produtturi primarji billi jiġu integrati aħjar fil-katina agroalimentari permezz ta’ skemi ta’ kwalità, iż-żieda fil-valur tal-prodotti agrikoli, il-promozzjoni fis-swieq lokali u ċirkwiti qosra tal-provvista, gruppi u organizzazzjonijiet tal-produtturi u organizzazzjonijiet interprofessjonali;
    2. l-appoġġ għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji tal-azjendi agrikoli.
  4. Ir-restawr, il-preservazzjoni u t-tisħiħ tal-ekosistemi relatati mal-agrikoltura u l-forestrija, b’enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:
    1. ir-restawr, il-preservazzjoni u t-tisħiħ tal-bijodiversità, inklużi ż-żoni tan-Natura 2000, u ż-żoni li qed iħabbtu wiċċhom ma’ restrizzjonijiet naturali jew oħrajn speċifiċi, u l-biedja li għandha valur naturali għoli, kif ukoll l-istat tal-pajsaġġi Ewropej;
    2. it-titjib tal-ġestjoni tal-ilma, inkluża l-ġestjoni tal-fertilizzanti u l-pestiċidi;
    3. il-prevenzjoni tal-erożjoni tal-ħamrija u t-titjib tal-ġestjoni tal-ħamrija.
  5. Promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi u l-appoġġ tal-bidla lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u reżistenti għat-tibdil fil-klima fis-setturi tal-agrikoltura, tal-ikel u tal-forestrija, b’attenzjoni għall-oqsma li ġejjin:
    1. effiċjenza akbar fl-użu tal-ilma permezz tal-agrikoltura;
    2. effiċjenza akbar fl-użu tal-enerġija fl-agrikoltura u l-ipproċessar tal-ikel;
    3. l-iffaċilitar tal-provvista u l-użu ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli, prodotti sekondarji, skart u residwi u ta’ materja prima oħra mhux tal-ikel, għal skopijiet tal-bijoekonomija;
    4. it-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra u dawk tal-ammonja mill-agrikoltura;
    5. it-trawwim tal-konservazzjoni u tal-ġbir tal-karbonju fl-agrikoltura u l-forestrija.
  6. Il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, it-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp ekonomiku fiż-żoni rurali, b’enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:
    1. l-iffaċilitar tad-diversifikazzjoni, il-ħolqien u l-iżvilupp ta’ impriżi żgħar kif ukoll il-ħolqien tal-impjiegi;
    2. it-trawwim tal-iżvilupp lokali fiż-żoni rurali;
    3. it-titjib fl-aċċessibbiltà għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), fl-użu u l-kwalità tagħhom fiż-żoni rurali.”

Anness II

Il-11-il objettiv tematiku għall-Fondi SIE

L-Artikolu 9 tal-RDK: “Sabiex jikkontribwixxi għall-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv kif ukoll il-missjonijiet speċifiċi ta’ kull Fond skont l-objettivi bbażati fuq it-Trattat, inkluża l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, kull Fond ESI għandu jappoġġa l-objettivi tematiċi li ġejjin:

  1. it-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni;
  2. it-tisħiħ tal-aċċess għall-ICT, u l-użu u l-kwalità tagħhom;
  3. it-tisħiħ tal-kompetittività tal-SMEs, tas-settur tal-agrikoltura (għall-FAEŻR) u tas-settur tas-sajd u l-akkwakultura (għall-FEMS);
  4. l-appoġġ tal-bidla lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju fis-setturi kollha;
  5. il-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji;
  6. il-preservazzjoni u l-ħarsien tal-ambjent u l-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi;
  7. il-promozzjoni ta’ trasport sostenibbli u t-tneħħija ta’ ostakoli fl-infrastrutturi tan-netwerks ewlenin;
  8. il-promozzjoni tal-impjieg sostenibbli u ta’ kwalità u s-sostenn tal-mobbiltà tax-xogħol;
  9. il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, il-ġlieda kontra l-faqar u kull diskriminazzjoni;
  10. l-investiment fl-edukazzjoni, it-taħriġ, u t-taħriġ vokazzjonali għal ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja;
  11. it-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-partijiet interessati u amministrazzjoni pubblika effiċjenti.”

L-Artikolu 5 tar-Regolament FAEŻR: “il-prijoritajiet għandhom jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi trażversali tat-trawwim

  • tal-innovazzjoni
  • tal-ambjent
  • u tal-kontribut lejn il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih”.

Anness III

Tqabbil fil-qosor tal-kontenut prinċipali tal-PŻR 2007-2013 u 2014-2020

PŻR 2007-2013: L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1974/2006

N.B. Iċ-ċifri jirreferu għall-paragrafi fl-Anness II
2014-2020: L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 808/2014

N.B. Iċ-ċifri jirreferu għall-paragrafi fl-Anness I
F’tipa grassa: elementi ġodda meta mqabbel mal-perjodu preċedenti
3.1 Analiżi SWOT 3. Evalwazzjoni ex ante
3.2 L-istrateġija magħżula biex tirrispondi għall-punti tajbin u l-punti dgħajfin 4. Analiżi SWOT u identifikazzjoni tal-bżonnijiet, kif ukoll valutazzjoni tal-bżonnijiet ibbażata fuq evidenza mill-analiżi SWOT
3.3 Evalwazzjoni ex ante li tidentifika, fost affarijiet oħra, il-ħtiġijiet fuq terminu medju u fuq terminu twil 5. Deskrizzjoni tal-istrateġija
3.4 Impatt tar-riżorsi finanzjarji allokati għall-iżvilupp rurali matul il-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti fl-istess żona ta’ programmazzjoni 6. Valutazzjoni tal-kundizzjonalitajiet ex ante
4. Ġustifikazzjoni tal-prijoritajiet magħżula 7. Deskrizzjoni tal-qafas ta’ prestazzjoni
5. Deskrizzjoni tal-miżuri proposti inkluża, għall-miżuri ta’ investiment, evidenza li l-għajnuna hija mmirata lejn objettivi li jirriflettu l-ħtiġijiet territorjali identifikati 8. Deskrizzjoni tal-miżuri magħżulin, inklużi l-kontribut għall-oqsma ta’ fokus (prijorità), il-prinċipji għall-istabbiliment tal-kriterji tal-għażla, u deskrizzjoni tal-verifikabbiltà u l-kontrollabbiltà
6. Pjan finanzjarju: il-kontribuzzjonijiet annwali mill-FAEŻR u ripartizzjoni skont l-assi 9. Pjan ta’ evalwazzjoni
7. Analiżi (ripartizzjoni) indikattiva skont il-miżura (f’EUR, perjodu totali) 10. Pjan ta’ finanzjament: il-kontribuzzjoni annwali tal-FAEŻR u t-tqassim (ripartizzjoni) tar-rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR għall-miżuri kollha skont it-tip ta’ reġjun
10. Informazzjoni fuq il-komplementarjetà mal-miżuri ffinanzjati bi strumenti oħra tal-Politika Agrikola Komuni, u permezz tal-politika ta’ Koeżjoni 11. Pjan ta’ indikazzjoni
12. 1. Deskrizzjoni tas-sistemi ta’ monitoraġġ u valutazzjoni mibnija fuq bażi ta’ lista komuni ta’ indikaturi ta’ produzzjoni (output), riżultati, linja bażi u impatt inklużi fl-Anness VIII għar-Regolament, u indikaturi addizzjonali li jirriflettu l-ħtiġijiet nazzjonali u/jew reġjonali 14. Informazzjoni dwar il-komplimentarjetà ma’ strumenti oħrajn tal-UE u, b’mod partikolari mal-Fondi tal-ESI (SIE) u l-Pilastru 1
18. Valutazzjoni ex ante tal-verifikabbiltà, il-kontrollabbiltà u r-riskju ta’ żbalji

Risposta tal-Kummissjoni

Sommarju eżekuttiv

III

L-elementi ġodda introdotti fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020, li rriżultaw mill-osservazzjonijiet, fost oħrajn, tal-QEA, ipprovdew “pedament sod għar-rapportar fil-futur dwar ir-riżultati u l-impatti”. Dan ippermetta lill-Kummissjoni tiżviluppa iktar il-fokus fuq orjentazzjoni lejn ir-riżultati - filwaqt li fl-istess ħin tkompli twettaq passi ulterjuri biex ittejjeb ukoll l-assorbiment u l-konformità (eż. billi tiffoka fuq l-infiq fl-oqsma b’valur miżjud ċar tal-UE, tipprovdi informazzjoni utli dwar il-prestazzjoni u tkompli bl-isforzi tagħha ta’ simplifikazzjoni ulterjuri fil-livell tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri).

IV

Il-Kummissjoni tqis li saru sforzi kbar biex jiġu introdotti elementi fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 sabiex ikun ipprovdut “pedament sod għar-rapportar fil-futur dwar ir-riżultati u l-impatti”. Dan ippermetta lill-Kummissjoni tiżviluppa iktar il-fokus fuq orjentazzjoni lejn ir-riżultati - filwaqt li fl-istess ħin tkompli twettaq passi ulterjuri biex ittejjeb ukoll l-assorbiment u l-konformità.

Il-Kummissjoni tikkunsidra wkoll li dan il-fokus miżjud fuq il-prestazzjoni u r-riżultati probabbli se jikkontribwixxi għal riżultati aħjar.

It-tqabbil tat-tul tal-programmi hu diffiċli minħabba r-rekwiżiti u l-formati differenti fiż-żewġ perjodi.

V

Meta titqies l-adozzjoni tardiva tal-leġiżlazzjoni, l-implimentazzjoni fil-perjodu ta’ programmazzjoni kurrenti miexja sew.

VI (a)

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni parzjalment u tinnota li f’dan l-istadju mhijiex f’pożizzjoni li tieħu impenji speċifiċi relatati ma’ proposti leġiżlattivi għall-perjodu ta’ wara l-2020.

Madankollu, il-Kummissjoni tikkommetti ruħha li tanalizza l-mezzi possibbli biex tkompli ttejjeb il-konsistenza bejn il-programmi individwali fil-kuntest tat-tħejjija ta’ proposti leġiżlattivi futuri.

(b)

Filwaqt li l-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni, f’dan l-istadju mhijiex f’pożizzjoni li tieħu impenji speċifiċi relatati ma’ proposti leġiżlattivi għall-perjodu ta’ wara l-2020.

Madankollu, il-Kummissjoni tikkommetti ruħha li tanalizza l-mezzi possibbli biex tissimplifika l-istruttura u l-livell tar-rekwiżiti tad-dokumenti tal-programmazzjoni sa fejn hu possibbli. Diġà bdew isiru riflessjonijiet f’dan ir-rigward fil-kuntest tat-tħejjija tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Modernizzazzjoni u s-Simplifikazzjoni tal-PAK.

(c)

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

(d)

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni parzjalment. Filwaqt li f’dan l-istadju l-Kummissjoni mhijiex f’pożizzjoni li tieħu impenji speċifiċi relatati ma’ proposti leġiżlattivi għall-perjodu ta’ wara l-2020, il-Kummissjoni tikkommetti ruħha li tanalizza l-mezzi possibbli biex ittejjeb il-kejl tal-prestazzjoni tal-PAK kollha kemm hi. Diġà bdew isiru riflessjonijiet f’dan ir-rigward fil-kuntest tat-tħejjija tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Modernizzazzjoni u s-Simplifikazzjoni tal-PAK.

(e)

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

(f)

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni parzjalment, sakemm il-proċess politiku jkun twettaq kif xieraq.

VII

Sa fejn hi kkonċernata, il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni u tqis li diġà qiegħda timplimentaha. Il-White Paper tal-Kummissjoni dwar il-futur tal-Ewropa ppubblikata f’Marzu 2017 nediet dibattitu ġenerali dwar l-Ewropa fl-2025, inkluża l-perspettiva finanzjarja tal-Ewropa, imniżżla fid-dettall f’dokument ta’ riflessjoni dwar il-futur tal-finanzi tal-UE tat-28 ta’ Ġunju 2017. Il-proċess politiku se jiġi kkomplementat b’rieżami tal-effiċjenza, tal-effikaċja u tal-valur miżjud tal-UE tal-programmi ta’ nfiq. Dan se jappoġġa t-tħejjija tal-ġenerazzjoni li jmiss ta’ fondi u l-immodernizzar tal-baġit tal-UE.

Daħla

8

Il-Ftehimiet ta’ Sħubija stabbilixxew l-istrateġiji nazzjonali biex jinkisbu l-objettivi tal-Unjoni permezz tal-programmazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej.

9

It-twettiq tal-Istrateġija Ewropa 2020 mhuwiex l-uniku objettiv tal-programmi ta’ finanzjament.

10

L-elementi ġodda introdotti fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2014-2020, li rriżultaw mill-osservazzjonijiet, fost oħrajn, tal-QEA, ipprovdew “pedament sod għar-rapportar fil-futur dwar ir-riżultati u l-impatti”. Dan ippermetta lill-Kummissjoni tiżviluppa aktar il-fokus fuq orjentazzjoni lejn ir-riżultati - filwaqt li fl-istess ħin tkompli twettaq passi ulterjuri biex ittejjeb ukoll l-assorbiment u l-konformità (eż. billi tiffoka fuq l-infiq fl-oqsma b’valur miżjud ċar tal-UE, tipprovdi informazzjoni utli dwar il-prestazzjoni u tkompli bl-isforzi tagħha ta’ simplifikazzjoni ulterjuri fil-livell tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri).

Il-Qafas Komuni ta’ Monitoraġġ u ta’ Evalwazzjoni tal-PAK ġie żviluppat fil-kuntest tal-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni tal-2014-2020 u miftiehem mal-Istati Membri bħala pjattaforma komuni għall-iffokar u għar-rapportar dwar il-progress tal-programmi lejn ir-realizzazzjoni tal-objettivi ta’ politika definiti. Dan jinkludi l-objettivi, l-indikaturi, il-miri u l-istadji importanti li jridu jintużaw mill-programmi tal-Istati Membri.

11

Kif rikonoxxut mill-QEA fil-paragrafu 18, il-qafas regolatorju għall-2014-2020 inbena fuq l-esperjenzi mill-perjodi ta’ programmazzjoni preċedenti u wieġeb għal diversi rakkomandazzjonijiet tal-QEA.

Barra dan, l-awditu, l-istudji u l-attivitajiet ta’ evalwazzjoni rilevanti matul il-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti kollu żguraw il-ksib tal-informazzjoni pertinenti dwar l-implimentazzjoni tal-programmi.

Kaxxa 1 - Nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ informazzjoni rilevanti waqt l-ippjanar ta’ perjodu ġdid

L-ewwel inċiż: Kif diġà ssemma’ fit-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 11, l-informazzjoni li hemm fis-sinteżi tal-evalwazzjoni “ex post” tal-Programmi tal-Iżvilupp Rurali 2000-2006 u l-attivitajiet ta’ awditu matul il-perjodu sħiħ ta’ programmazzjoni preċedenti wkoll ingħataw kunsiderazzjoni.

It-tieni inċiż: Ir-riżultati tal-evalwazzjoni kienu disponibbli fuq bażi kontinwa fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 (“evalwazzjoni kontinwa”).

Anke jekk is-sinteżi tal-evalwazzjoni “ex post” tal-Programmi tal-Iżvilupp Rurali 2000-2006 kienet finalizzata fi Frar 2012, l-informazzjoni li kien hemm fl-abbozz tad-dokumenti kienet aċċessibbli għas-servizzi tal-Kummissjoni fil-ħin.

Osservazzjonijiet

17

Il-Ftehimiet ta’ Sħubija kienu maħsuba wkoll biex jippermettu l-ksib tal-objettivi speċifiċi għall-Fond skont l-objettivi tagħhom ibbażati fuq it-Trattat.

18

Il-Kummissjoni tagħraf ir-rikonoxximent tal-QEA li l-qafas regolatorju tal-2014-2020 li qed jinbena fuq l-esperjenzi minn perjodi ta’ programmazzjoni preċedenti.

19

L-ewwel punt: Fil-każ tal-Iżvilupp Rurali, il-“loġika ta’ intervent rinforzata” wkoll hi r-riżultat ta’ kjarifika aħjar tal-objettivi speċifiċi tal-politika (l-“oqsma ta’ prijorità”) u r-rekwiżit tal-issettjar ta’ miri fir-rigward ta’ dawk l-objettivi. Iż-żieda fil-flessibbiltà fil-mod kif il-miżuri jiġu programmati, fid-dawl tan-natura b’ħafna għanijiet tagħhom, ukoll irrinforzat l-orjentazzjoni lejn ir-riżultati tal-programmi tal-Iżvilupp Rurali.

Tweġiba komuni għall-paragrafi 20 u 21

Is-sitt prijoritajiet tal-Unjoni għall-Iżvilupp Rurali u l-oqsma ta’ prijorità rispettivi tagħhom jirriflettu l-Objettivi Tematiċi tal-Qafas Strateġiku Komuni fid-dawl tal-objettivi speċifiċi għall-FAEŻR, fuq il-bażi tal-objettivi bbażati fuq it-Trattat tal-PAK. Dan jikkonforma kompletament mal-prinċipji (premessa 20) u d-dispożizzjonijiet (l-Artikolu 9) tad-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni. Għaldaqstant, hemm konnessjoni evidenti bejn il-prijoritajiet tal-Iżvilupp Rurali u l-objettivi tematiċi tas-CPR.

22

Il-Ftehimiet ta’ Sħubija u l-Programmi tal-Iżvilupp Rurali huma ddefiniti bil-livell meħtieġ ta’ dettall. Il-konsistenza kumplessiva bejn il-Ftehimiet ta’ Sħubija u l-Programmi tal-Iżvilupp Rurali hija r-riżultat tal-ippjanar strateġiku koordinat mwettaq mill-awtoritajiet nazzjonali/reġjonali f’kollaborazzjoni stretta mas-servizzi tal-Kummissjoni u l-iskambji u l-isforzi ta’ koordinazzjoni intensivi f’livelli differenti. Għalhekk din ma tistax titqies li hi assigurata faċilment.

It-tieni inċiż: Din il-konsistenza hi r-riżultat ta’ negozjati fil-fond bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

23

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u fiżiċi tal-programmi tal-iżvilupp rurali lil kull wieħed mill-objettivi tematiċi (rilevanti) huma deskritti fil-Ftehimiet ta’ Sħubija. Kontribuzzjonijiet bħal dawn jikkontribwixxu għall-valuri kumulattivi tal-indikaturi rilevanti tal-oqsma kollha ta’ prijorità attribwiti lil kull OT u għalhekk jistgħu jiġu kkwantifikati faċilment. Il-miżuri ta’ żvilupp rurali jirrappreżentaw strumenti biex jinkisbu l-objettivi tal-prijoritajiet u l-oqsma ta’ prijorità. Minħabba n-natura b’ħafna għanijiet tagħhom, mhuwiex possibbli li tiġi stabbilita minn qabel korrispondenza diretta waħda bejn il-miżuri u l-OT. Madankollu, korrispondenza bħal din issir evidenti meta l-miżuri jiġu attribwiti lill-oqsma ta’ prijorità, jiġifieri bħala riżultat tal-programmazzjoni.

24

L-indikaturi tal-Iżvilupp Rurali huma kkwantifikati għal kull OT rilevanti u huma disponibbli fil-Ftehim ta’ Sħubija (ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 23). Il-valutazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-iżvilupp rurali u strumenti oħra ta’ nfiq tal-Unjoni lill-Istrateġija Ewropa 2020 sħiħa hija kwistjoni ta’ evalwazzjoni.

Kaxxa 2 - Eżempju mill-Miżura 4 - Investimenti f’assi fiżiċi

It-tieni inċiż: Il-miżura hi pprogrammata korrettament fuq l-erba’ prijoritajiet li hi mistennija tikkontribwixxi għalihom.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-miżura għall-oqsma ta’ prijorità fejn hi pprogrammata hija magħrufa. L-istabbiliment ta’ pjanijiet finanzjarji skont is-sottomiżura jkun estremament kumpless u ta’ piż biex jiġi mmaniġġjat.

It-tielet inċiż: Huma meħtieġa tipi differenti ta’ interventi (u għalhekk miżuri) sabiex jinkisbu l-objettivi ta’ politika appoġġjati mill-prijoritajiet u mill-Oqsma ta’ Prijorità. Filwaqt li dan huwa essenzjali sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tal-politika, ma jirriżultax f’kombinazzjonijiet kumplessi għal kull prijorità/qasam ta’ prijorità.

27

Il-PŻR Campania (IT) joffri eżempju tajjeb ta’ kif l-arranġamenti ddefiniti fil-livell tal-Ftehim ta’ Sħubija biex jiżguraw il-koordinazzjoni bejn il-fondi SIE ġew iddettaljati operazzjonalment fil-livell ta’ programm fil-każ tal-broadband (ara t-tweġiba għall-ewwel inċiż tal-Kaxxa 3). Fl-Irlanda ġew introdotti arranġamenti simili.

Hemm evidenza rigward il-kumplimentarjetà u s-sinerġiji tal-Programmi tal-Iżvilupp Rurali ma’ Fondi SIE oħra, l-appoġġ tal-Pilastru I jew strumenti pubbliċi oħra: Pereżempju, fil-livell amministrattiv, diversi Stati Membri stabbilixxew strutturi ta’ koordinazzjoni Nazzjonali, u parteċipazzjoni trasversali fil-kumitati ta’ monitoraġġ (DK, IE, UK/EN).

28

Il-Kummissjoni ppromwoviet attivament l-istabbiliment ta’ sinerġiji u ta’ komplementarjetajiet fl-użu tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej; madankollu, l-għażliet ta’ implimentazzjoni jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri. Uħud minnhom għażlu li jistabbilixxu linji ta’ demarkazzjoni fost il-Fondi bħala mod kif jevitaw każijiet possibbli ta’ finanzjament doppju.

Kaxxa 3 – Eżempju ta’ informazzjoni dwar il-kumplimentarjetà li jew kienet ġenerali wisq jew kienet limitata għad-demarkazzjoni

L-ewwel inċiż:

L-ewwel inċiż: Għall-Objettiv Tematiku 2, il-Ftehim ta’ Sħubija jiddikjara li, fiż-żoni rurali, il-FAEŻR jaħdem flimkien mal-FEŻR f’koordinazzjoni mal-fondi nazzjonali u/jew reġjonali biex jiġi żgurat li jkun hemm l-infrastruttura meħtieġa fiż-żoni rilevanti, sabiex jintlaħqu l-objettivi tan-Netwerks tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGN) ta’ Ewropa 2020. B’mod partikolari, sabiex tiġi ggarantita l-konċentrazzjoni tar-riżorsi fit-territorji rurali iktar dgħajfa, il-muniċipalitajiet ta’ daqs żgħir u medju u b’densità tal-popolazzjoni baxxa huma l-prijoritajiet għall-interventi tal-FAEŻR. Barra dan, f’żoni bħal dawn il-FAEŻR ġeneralment jiffinanzja l-“aħħar mil” tal-interventi rilevanti tal-broadband. Iż-żoni kkonċernati mill-investimenti tal-FEŻR, tal-FAEŻR u tal-Fond ta’ Żvilupp u Koeżjoni huma mmappjati fil-Pjan NGN Nazzjonali Taljan biex tiġi żgurata l-kumplimentarjetà tal-interventi differenti. Il-Punt 3 tal-Kapitolu 14 tal-Programm tal-Iżvilupp Rurali jirrifletti din is-sinerġija. Fil-Kapitolu 5.1, hemm tabella li tiġbor flimkien il-ħtiġijiet identifikati fuq il-bażi tal-analiżi SWOT u r-riżultati mistennija kif identifikati fil-Ftehim ta’ Sħubija u l-kumplimentarjetà ma’ Fondi oħra fid-dawl tal-objettivi tal-iżvilupp rurali.

Barra dan, il-Punt 3 tal-Kapitolu 14 tal-programmi tal-Iżvilupp Rurali jiddeskrivi l-mekkaniżmu miftiehem tal-koordinazzjoni istituzzjonali fost l-Awtoritajiet Maniġerjali tal-FSIE.

It-tieni inċiż: Fil-fehma tal-Kummissjoni, din l-informazzjoni hi speċifika biżżejjed.

It-tielet inċiż: Il-FAEŻR jikkumplimenta l-FSE. Informazzjoni u dettalji speċifiċi huma pprovduti pereżempju fil-Kapitolu 14 (it-Taqsima 14.1.1., il-Punt 3), il-Kapitolu 5.1. tal-PŻR.

It-tieni inċiż: Il-Kapitolu 14 tal-Programm tal-Iżvilupp Rurali Rumen hu dettaljat ħafna rigward dak li jikkonċerna l-kumplimentarjetà (kemm ma’ programmi operazzjonali oħra kif ukoll mal-appoġġ tal-Pilastru 1 tal-PAK). L-osservazzjoni tal-QEA tikkwota biss parti żgħira tal-kapitolu ddedikat għall-kumplimentarjetà.

29

Il-linji gwida tal-Kummissjoni jikkomplementaw biss id-dispożizzjonijiet legalment vinkolanti li jikkonċernaw ir-rapportar mill-Istati Membri.

30

Fl-iżvilupp rurali il-miri tal-programmazzjoni huma stabbiliti għall-indikaturi tar-riżultati fil-livell tal-oqsma ta’ fokus, filwaqt li l-indikaturi tal-input/output huma applikati fil-livell tal-miżuri/sottomiżuri.

33

Il-Kummissjoni tqis li l-konnessjoni bejn il-ħtiġijiet u l-miżuri hija murija fil-Programmi tal-Iżvilupp Rurali. Din l-informazzjoni hi prevista mill-istruttura tal-programmi, u hi pprovduta fil-Kapitoli 4 u 5 tal-Programmi tal-Iżvilupp Rurali. Barra dan, skont il-Kapitolu 8.2, il-konnessjoni mal-ħtiġijiet koperti hi identifikata b’mod ċar fid-deskrizzjoni ta’ kull waħda mill-miżuri.

35

Fil-loġika tal-programmazzjoni, il-Kapitolu 4 (SWOT u l-Identifikazzjoni tal-ħtiġijiet) fiha deskrizzjoni kumplessiva tas-sitwazzjoni kurrenti tal-qasam tal-programmazzjoni bbażata fuq indikaturi u informazzjoni kwalitattiva segwita minn analiżi SWOT. Il-Kapitolu 5 (Deskrizzjoni tal-istrateġija) huwa kostruwit suċċessivament fuq il-bażi tal-Kapitolu 4. Billi l-loġika sottostanti tal-programmazzjoni tal-Iżvilupp Rurali kurrenti hija għal kull qasam ta’ fokus, dawk il-ħtiġijiet u l-miżuri li jirriżultaw jenħtieġ li jiġu rraggruppati wkoll għal kull qasam ta’ prijorità.

Kaxxa 5 – Eżempji ta’ ħtiġijiet ġenerali u/jew ta’ riformulazzjonijiet ta’ elementi predefiniti

L-ewwel inċiż: Il-parti tal-istrateġija tal-Programm tal-Iżvilupp Rurali fiha d-deskrizzjoni tal-ħtiġijiet għal kull qasam ta’ prijorità. Pereżempju, il-Programm tal-Iżvilupp Rurali tal-IE hu magħruf għall-iskema ta’ bijodiversità estensiva u dettaljata tiegħu, li tippermetti li jiġu indirizzati ħtiġijiet tal-bijodiversità speċifiċi ħafna fil-livell ta’ roqgħa art. Dan il-livell ta’ dettall hu pprovdut fil-miżura 10 u l-Anness għall-Programm tal-Iżvilupp Rurali, u ma setax jiġi inkluż fil-parti tal-istrateġija tal-Programm tal-Iżvilupp Rurali.

It-tieni inċiż: Għall-Programm tal-Iżvilupp Rurali tar-RO, iż-żieda f’impjiegi rurali hu bżonn ċar ħafna u definit sew.

It-tielet inċiż: L-identifikazzjoni ġenerali tal-ħtiġijiet hija bbażata fuq evalwazzjoni “ex ante”, l-esperjenzi miksuba fil-perjodi ta’ programmazzjoni ta’ qabel u hi konnessa mill-qrib mal-analiżi li ssir fil-livell tal-Ftehim ta’ Sħubija tal-PL. Jeħtieġ jiġi sottolinjat li ċertu informazzjoni importanti kienet ipprovduta wkoll fil-livell ta’ deskrizzjoni ġenerali tal-miżuri rispettivi u l-pakketti Agroambjentali Klimatiċi.

36

Id-deskrizzjoni tal-ħtiġijiet tinkludi diversi aspetti li huma ddettaljati u kwantifikati fis-SWOT. Bħala eżempju, għall-ħtiġijiet ikklassifikati l-ewwel, id-deskrizzjoni u s-SWOT juru b’mod evidenti l-iskala tal-problemi li jiġi deċiż li għandhom jiġu ttrattati bħala prijorità fil-Programm tal-Iżvilupp Rurali. Barra dan, il-prijoritizzazzjoni tal-ħtiġijiet tista’ tingħata wkoll permezz tal-kriterji tal-għażla.

Fil-każ tal-Programm tal-Iżvilupp Rurali Campania/IT, il-Kapitolu 5.1 jiġbor flimkien il-ħtiġijiet b’mod tematiku (Innovazzjoni – Prijoritajiet 2 u 3; Ambjent – Prijoritajiet 4 u 5; Solidarjetà – Prijorità 6). Mill-50 ħtieġa inizjali, 26 kienu indirizzati mill-miżuri tal-Programm tal-Iżvilupp Rurali minħabba r-rilevanza tagħhom għall-objettivi ta’ Ewropa 2020 u għall-Ftehim ta’ Sħubija Taljan, għall-objettivi tal-FAEŻR, għall-kumplimentarjetà ma’ Fondi oħra. Ċerti ħtiġijiet ġejjin minn speċifiċitajiet reġjonali.

In-nuqqas ta’ deskrizzjonijiet kwantifikati tal-ħtiġijiet mhux se jostakolaw il-valutazzjoni fl-istadju ta’ evalwazzjoni, billi l-evalwazzjonijiet jivvalutaw l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Programmi tal-Iżvilupp Rurali kontra l-objettivi ta’ politika dikjarati u mhux il-ħtiġijiet (ara Strumenti għal Regolamentazzjoni Aħjar). Barra dan, il-valur ta’ kwantifikazzjoni “ex ante” tal-ħtiġijiet (li jistgħu jinbidlu maż-żmien) għal skopijiet ta’ evalwazzjoni hu relattiv biss.

L-evalwazzjonijiet “ex ante” wrew li hemm konsistenza qawwija bejn l-allokazzjoni tal-baġit u l-objettivi tal-Programm tal-Iżvilupp Rurali.

37

Fil-Programm tal-Iżvilupp Rurali tar-RO, il-prijoritizzazzjoni ssir permezz tal-għażla ta’ miżuri u permezz tal-kriterji tal-għażla applikati.

38

It-tagħlimiet meħuda mill-perjodi ta’ programmazzjoni ta’ qabel huma spjegati/inkorporati fid-deskrizzjoni tal-miżuri rilevanti. Flimkien mal-osservazzjonijiet li waslu minn evalwaturi “ex ante” hemm riferiment espliċitu għalihom fil-Kapitolu 5.1 tal-Programmi tal-Iżvilupp Rurali.

L-eżiti tas-seduti pubbliċi u tal-evalwazzjonijiet ta’ nofs it-terminu kienu kkunsidrati wkoll fit-tfassil tal-miżuri.

40

Fil-programmi tal-iżvilupp rurali, ir-riżultati mistennija u l-livelli ta’ mira korrispondenti jiġu stabbiliti fil-livell tal-objettivi (jiġifieri l-oqsma ta’ prijorità) u mhux fil-livell tal-istrumenti individwali (jiġifieri tal-miżuri). Tabilħaqq, l-objettivi ta’ politika ġeneralment jistgħu jinkisbu l-aħjar permezz ta’ taħlita ta’ miżuri. Għalhekk id-deskrizzjoni tal-miżuri tikkonċentra fuq l-azzjonijiet ippjanati (jiġifieri l-“output”).

Il-kontribuzzjoni tal-miżuri magħżula għall-kisba tal-objettivi li ntgħażlu għalihom se tiġi vvalutata permezz ta’ evalwazzjonijiet.

Kaxxa 6 – Eżempji ta’ referenzi ġenerali għall-objettivi tal-iżvilupp rurali

L-ewwel inċiż: Il-kompetittività u l-ħolqien tax-xogħol imtejba se jiġu analizzati fi stadju aktar tard. Il-miri stabbiliti fil-livell tal-objettivi u tal-oqsma ta’ prijorità. It-tabella tal-miri kkwantifikati tal-Programm tal-Iżvilupp Rurali tidentifika l-miżuri li jgħinu biex jintlaħqu l-miri kkwantifikati stabbiliti.

It-tieni inċiż: Il-miri huma stabbiliti fil-livell tal-objettivi u tal-oqsma ta’ prijorità u mhux tal-miżuri.

41

Il-konsistenza kumplessiva tal-allokazzjonijiet tal-baġit għall-miżuri u għall-oqsma ta’ prijorità fir-rigward tal-ħtiġijiet identifikati u tal-miri kkwantifikati ħafna drabi ġew kkontrollati fl-evalwazzjonijiet “ex ante”. Għalkemm l-informazzjoni li tikkonċerna din il-valutazzjoni mhijiex irreplikata b’mod sistematiku fil-programmi, is-sinteżi tal-evalwazzjonijiet “ex ante” tal-Programmi tal-Iżvilupp Rurali 2014-2020 tikkonferma li l-konsistenza tal-allokazzjonijiet tal-baġit ġiet ivvalutata fil-maġġoranza tal-evalwazzjonijiet “ex ante”. Ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti mill-evalwaturi “ex ante” ngħataw kunsiderazzjoni matul il-fażi tal-programmazzjoni.

43

Fil-każ tal-iżvilupp rurali, is-“Sistema Komuni ta’ Monitoraġġ u ta’ Evalwazzjoni” (CMES) stabbilita fil-qafas legali tinkludi fost oħrajn “sett ta’ indikaturi komuni tal-kuntest, tar-riżultati u tal-prestazzjoni”, u (sistema ta’) “il-ġbir, il-ħżin u t-trażmissjoni tad-dejta” (ara l-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) 1305/2013 u l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 808/2014). Dawn iż-żewġ elementi jaqblu b’mod awtomatiku maż-żewġ kriterji li jridu jiġu sodisfatti msemmija mill-QEA, billi l-Istati Membri ma kinux ikunu jistgħu jissottomettu u japprovaw il-programmi tagħhom fin-nuqqas ta’ sistema statistika u ta’ indikaturi tar-riżultati kkwantifikati bħal dawn.

Minkejja dan, kif indikat fl-Anness I - il-Parti 4.2.7 tar-Regolament (UE) Nru 808/2014, din il-kondizzjonalità “ex ante” kienet applikabbli, li jfisser li l-Kummissjoni tkun ikkontrollat jekk l-elementi kollha tas-CMES kinux inklużi fil-programmi u ħadet l-azzjonijiet xierqa jekk dan ma kienx il-każ.

44

Il-kondizzjonalità ex ante tal-G7 ġiet ivvalutata. Hija biss l-eżistenza tas-sistema għall-ġbir ta’ data statistika li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kondizzjonalità “ex ante”. L-effikaċja tas-sistema u s-sottomissjoni ta’ data affidabbli huma primarjament ir-responsabbiltà tal-Istati Membri u huma kkontrollati mill-Kummissjoni permezz ta’ mezzi oħra.

45

Il-kondizzjonalità “ex ante” tal-G7 kienet applikabbli u għalhekk ġiet ivvalutata mill-Istati Membri. Għadd limitat minnhom indika li kellu problemi fl-issodisfar tal-elementi kollha tas-CMES (ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 42).

47

Indikaturi komuni tar-riżultati huma stabbiliti wkoll fir-regolament tal-FAEŻR u aggregati fil-livell tal-Unjoni.

48

L-ewwel valutazzjoni kurrenti tar-Rapporti ta’ Implimentazzjoni Annwali tal-2017, li bdiet f’Lulju, turi li l-indikaturi tar-riżultati ġew ikkwantifikati u li twieġbu mistoqsijiet komuni ta’ evalwazzjoni, b’kont meħud tal-livell ta’ użu tal-Programmi tal-Iżvilupp Rurali.

50

L-effikaċja u l-effiċjenza tal-Programmi tal-Iżvilupp Rurali se jiġu vvalutati permezz ta’ evalwazzjonijiet estiżi li għalihom l-indikaturi CMES jirrappreżentaw biss għodda u se jkunu kkumplimentati minn indikaturi oħra.

It-tieni inċiż: Il-Kummissjoni tqis ukoll li dawk l-indikaturi tar-riżultati tas-CMES li ma jikkorrispondux kompletament għad-definizzjoni ta’ indikaturi tar-“riżultati” xorta jipprovdu indikazzjoni raġonevoli tal-riżultati maħsuba mill-oqsma ta’ prijorità li huma ddefiniti għalihom.

Id-definizzjoni ta’ indikaturi komuni kellha ssir b’kunsiderazzjoni tal-kwistjonijiet tad-disponibilità tad-data fl-Istati Membri kollha, tal-kosteffettività tas-sistema u tal-piż amministrattiv aċċettabbli għall-Istati Membri.

Kaxxa 7 – Eżempji ta’ indikaturi tal-output/tar-riżultati li ġew ikklassifikati b’mod skorrett fis-CMES

It-tieni inċiż: Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 50, it-tieni inċiż.

51

Għalkemm ma jikkorrispondux għad-definizzjoni tal-indikaturi tar-“riżultati”, il-Kummissjoni tqis li dawn l-indikaturi speċifiċi għall-programmi jistgħu jgħinu biex issir valutazzjoni tal-programmi.

52

Indikaturi speċifiċi għall-programmi utli applikati f’ċerti programmi ma setgħux jiġu applikati fl-Istati Membri kollha, pereżempju minħabba problemi ta’ ġbir ta’ data.

Bħala parti mill-inizjattiva tal-UE “Baġit Iffukat fuq ir-Riżultati”, il-Kummissjoni nediet djalogu dwar l-oqfsa tal-prestazzjoni ma’ esperti rilevanti minn amministrazzjonijiet nazzjonali u minn organizzazzjonijiet oħra internazzjonali, fosthom l-OECD, sabiex jinġabru t-tagħlimiet meħuda u jiġu identifikati l-prattiki tajbin. Id-diskussjonijiet għamluha ċara li qafas ta’ prestazzjoni għandu jiżviluppa b’mod gradwali u li ma jistax ikun ibbażat fuq approċċ “wieħed tajjeb għal kulħadd”. Il-Kummissjoni qed tkompli dan id-djalogu mal-esperti u l-partijiet ikkonċernati u se tqis ir-riżultati meta tipprepara l-qafas ta’ prestazzjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss.

54

Kif previst fil-qafas regolatorju 2014-2020, il-Kummissjoni se tkun tista’ tissanzjona lill-Istati Membri f’każ ta’ nuqqas ta’ ksib serju, bħala riżultat tar-rieżami tal-prestazzjoni (l-Artikolu 22(6) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013) u fl-għeluq (l-Artikolu 22(7)).

Ir-riżerva ta’ prestazzjoni hi biss wieħed mill-elementi li jsostnu enfasi akbar fuq ir-riżultati. L-element ewlieni tal-orjentazzjoni lejn ir-riżultati hi l-loġika ta’ intervent integrata f’kull programm flimkien mal-indikaturi assoċjati tal-output u tar-riżultati.

Il-qafas tal-prestazzjoni jipprovdi mekkaniżmu biex jiġi mmonitorjat jekk l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tkunx tinsab fit-triq it-tajba. Ir-riżerva għall-prestazzjoni tipprovdi inċentiv biex jintlaħqu l-istadji importanti, li neċessarjament huma l-prekundizzjoni biex jinkisbu r-riżultati mixtieqa.

55

L-Anness II tas-CPR jiddefinixxi t-tip ta’ indikaturi li jridu jintużaw biex jiġu stabbiliti stadji importanti bħala “passi ewlenin tal-implimentazzjoni” u indikaturi tal-output: skont ir-rekwiżiti legali, qafas tal-prestazzjoni għal prijorità jenħtieġ li jinkludu indikatur finanzjarju u indikatur tal-output; l-indikaturi tar-riżultati huma mitluba biex jintużaw “biss fejn xieraq u b’rabta mill-qrib ma’ interventi ta’ politika appoġġjati”.

56

Indikaturi speċifiċi huma soġġetti għall-istess rekwiżiti definiti fl-Anness II tas-CPR, kif imsemmi fit-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 55. L-għażla ta’ indikaturi speċifiċi taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri.

57

Il-lista indikattiva tal-indikaturi għall-qafas tal-prestazzjoni inkluż fir-Regolament tal-Kummissjoni ġiet imfassla b’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 808/2014 (ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 55).

Skont il-qafas legali, il-maġġoranza tal-indikaturi fil-qafas tal-prestazzjoni huma relatati mal-outputs, li juri t-twettiq fil-prattika. Fejn meħtieġ, dawn huma kkumplimentati minn passi ewlenin ta’ implimentazzjoni, li jirreferu għal stadju importanti fl-implimentazzjoni, meħtieġ biex jinkisbu l-miri stabbiliti għall-indikaturi tal-output għall-2023. Dawn iż-żewġ tipi ta’ indikaturi jkopru l-maġġoranza tal-allokazzjonijiet għal prijorità partikolari. Min-naħa l-oħra, l-indikaturi finanzjarji (in-nefqa pubbliku totali) ikopru l-prijorità sħiħa u jagħmluha possibbli li jiġi segwit il-progress kumplessiv u jikkontribwixxu għall-valutazzjoni tal-effiċjenza.

58

L-indikaturi addizzjonali speċifiċi huma soġġetti għall-istess rekwiżiti ddefiniti fl-Anness II tas-CPR, kif imsemmi fit-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 55.

59

Il-kisba tal-objettivi tal-politika u l-orjentazzjoni lejn ir-riżultati tal-programmi jiddependu fuq diversi elementi li jinteraġixxu, inkluża analiżi tajba tal-ħtiġijiet, loġika ta’ intervent affidabbli b’objettivi speċifiċi ċari, indikaturi tar-riżultati magħżula sew riflessi fil-kriterji tal-għażla u, barra dan, qafas tal-prestazzjoni mfassal sew bi stadji importanti u miri realistiċi li jistgħu jinkisbu.

61

L-istadji importanti huma maħsuba biex ikejlu r-realizzazzjonijiet miksuba fl-aħħar tas-sena 2017. Il-livelli relattivament baxxi osservati fil-preżent huma konnessi b’mod predominanti mal-bidu relattivament tardiv ta’ diversi programmi u maż-żmien meħtieġ biex dawn il-programmi jilħqu ritmu tajjeb, b’mod speċjali f’termini ta’ miżuri ta’ investiment.

Il-miżuri riportati mill-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ qabel huma parti sħiħa mill-programmi tal-2014-20 u jikkontribwixxu bis-sħiħ għall-objettivi tagħhom. Tabilħaqq, l-operazzjonijiet li diġà jkunu għaddejjin fil-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni huma mistennija b’mod loġiku li jikkontribwixxu fil-parti kbira għall-kisbiet li jsiru fin-nofs ta’ dak il-perjodu ta’ programmazzjoni.

62

Hija biss l-eżistenza tas-sistema għall-ġbir ta’ data statistika li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kondizzjonalità “ex ante”. L-effikaċja tas-sistema u s-sottomissjoni ta’ data affidabbli jaqgħu primarjament taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, u huma kkontrollati mill-Kummissjoni permezz ta’ mezzi oħra minbarra l-kundizzjonalitajiet “ex ante” (ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 44).

63

Il-qafas ta’ prestazzjoni kurrenti huwa r-riżultat tal-ftehim mal-koleġiżlaturi.

(a) Il-Kummissjoni tqis li r-riallokazzjoni tar-riżerva għall-prestazzjoni għal prijoritajiet oħra mhuwiex difett tas-sistema: il-finanzjament jintilef għall-ġesturi tal-prijorità jew tal-miżura rilevanti, u għalhekk fil-fatt dan iservi bħala inċentiv. Barra minn hekk, ir-riallokazzjoni ta’ fondi għal prijoritajiet li huma aktar effettivi biex jinkisbu r-riżultati effettivament iżżid il-prestazzjoni ġenerali tal-baġit.

(b) Il-Kummissjoni tqis li n-nuqqas ta’ fattibbiltà tas-sanzjonijiet finanzjarji fuq il-bażi tal-indikaturi tar-riżultati mhuwiex difett tas-sistema: is-sanzjonijiet finanzjarji li jiġu applikati mill-Kummissjoni, fis-sustanza tagħhom, ma jistgħux jiġu applikati fuq il-bażi tal-indikaturi tar-riżultati kemm minħabba l-kwistjoni tat-twaqqit (ir-riżultati, f’ċerti każijiet, jistgħu jiġu vvalutati biss ħafna żmien wara l-outputs) kif ukoll minħabba l-influwenza ta’ fatturi esterni.

65

Il-Kummissjoni tqis li r-rwol tal-Programmi tal-Iżvilupp Rurali jmur ferm lil hinn mis-sempliċi attribuzzjoni ta’ riżorsi finanzjarji allokati minn qabel. Kull Programm tal-Iżvilupp Rurali jistabbilixxi strateġija biex jissodisfa l-prijoritajiet rilevanti tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali permezz ta’ miżuri rilevanti. Dan ifisser li jingħata kont lill-ħtiġijiet fil-qasam tal-programmazzjoni, li jiġu ddefiniti objettivi kwantifikati għal dan, li jiġu attribwiti miżuri rilevanti għal kull objettiv magħżul u li jiġu allokati kif xieraq riżorsi finanzjarji għall-miżuri.

67

Il-maġġoranza tar-rakkomandazzjonijiet tal-IAS ġew implimentati bi sħiħ sal-lum, li jfisser li n-nuqqasijiet rispettivi ngħelbu.

70

In-numru msemmi mill-QEA jikkostitwixxi n-numru totali ta’ kontrolli possibbli. Madankollu, mhux kollha kemm huma kellhom jitwettqu b’mod sistematiku; in-numru finali ta’ kontrolli mwettqa kien relatat mal-kontenut tal-programm ivvalutat.

71

Il-Kummissjoni għandha r-responsabbiltà tal-implimentazzjoni tar-Regolamenti, li tevita l-introduzzjoni ta’ elementi ta’ kumplessità u tippromwovi s-simplifikazzjoni ulterjuri sal-ogħla livell possibbli.

73

Rigward il-Ftehim ta’ Sħubija, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat li fil-perjodu kurrenti dokument wieħed uniku jissostitwixxi l-ħames strateġiji nazzjonali (waħda għal kull wieħed mill-Fondi SIE) li l-Istati Membri kienu mitluba jipproduċu.

Rigward il-programmi, in-numru totali aktar għoli ta’ paġni fl-2014-2020 jirrifletti wkoll in-numru ogħla ta’ programmi (118 kontra 94). Barra dan, it-tqabbil tan-numru ta’ paġni hu diffiċli minħabba r-rekwiżiti u l-formati differenti fiż-żewġ perjodi.

74

Fir-rigward tad-data tal-approvazzjoni tal-qafas legali, il-programmi ġodda bdew aktar kmieni mill-programmi tal-2007-2013.

76

Ir-Regoli ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni – ir-Regolament (UE) 808/2014 – ma setgħux jiġu ffinalizzati qabel l-adozzjoni tal-Atti Bażiċi rilevanti.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri ħadmu b’mod parallel bit-tħejjija/valutazzjoni tal-programmi tal-Iżvilupp Rurali u bl-adozzjoni tar-regoli ta’ implimentazzjoni.

83

Fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, il-fatt li l-qafas legali kien approvat aktar malajr minn dak tal-perjodu tal-2014-2020, ħalla ċertu marġni għall-Awtoritajiet Maniġerjali biex jikkonsultaw minn qabel is-servizzi tal-Kummissjoni qabel is-sottomissjoni formali tal-programmi. Iż-żmien ftit itwal tal-approvazzjoni għall-perjodu 2014-2020 hu l-aktar minħabba n-nuqqas ta’ dan il-perjodu informali ta’ qabel il-konsultazzjoni.

84

Il-Kummissjoni tapprezza r-rikonoxximent tal-QEA tal-proċess ta’ approvazzjoni aktar mgħaġġel għall-perjodu ta’ programmazzjoni kurrenti.

Fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, il-perjodu mill-approvazzjoni tal-att bażiku sal-approvazzjoni tal-aħħar Programm tal-Iżvilupp Rurali kien 24 xahar, mqabbel ma’ 39 xahar fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 (ara l-Figura 7).

85

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 84. Għall-perjodu kurrenti, l-ebda programm ma jista’ jiġi adottat qabel l-adozzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija korrispondenti.

86

Minkejja d-dewmien fl-approvazzjoni tal-programmi l-ġodda, il-kontinwità fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-iżvilupp rurali bejn iż-żewġ perjodi ta’ programmazzjoni, u l-appoġġ sussegwenti liż-żoni rurali, kienet żgurata permezz tal-adozzjoni tar-regoli tranżitorji.

Jekk jogħġbok irreferi wkoll għat-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 85.

87

Għalkemm f’termini assoluti l-pagamenti huma aktar baxxi mill-perjodu preċedenti, meta titqies l-adozzjoni tardiva tal-leġiżlazzjoni, l-implimentazzjoni fil-perjodu ta’ programmazzjoni kurrenti miexja sew.

88

Għall-programmi kollha, ir-regoli tranżitorji żguraw il-kontinwità fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-iżvilupp rurali bejn iż-żewġ perjodi ta’ programmazzjoni.

90

L-ewwel punt: Minkejja l-adozzjoni tardiva tal-atti bażiċi u dewmien inizjali fl-implimentazzjoni, il-miżuri annwali, li jikkostitwixxu madwar 45% tal-pakkett sħiħ, ma jirrappreżentawx dewmien u d-dewmien fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ investiment qed jonqos.

It-tieni punt: Ir-Rapport ta’ Implimentazzjoni Annwali “msaħħaħ” tas-sena 2017, li jinkludi kwantifikazzjoni tar-riżultati u tweġiba għall-mistoqsijiet komuni ta’ evalwazzjoni, se jimmitiga dan ir-riskju.

Tweġiba komuni tal-Kummissjoni għal 91 u 92

Il-White Paper tal-Kummissjoni dwar il-futur tal-Ewropa ppubblikata f’Marzu 2017 nediet dibattitu ġenerali dwar l-Ewropa fl-2025, inkluża l-perspettiva finanzjarja tal-Ewropa, imniżżla fid-dettall f’dokument ta’ riflessjoni dwar il-futur tal-finanzi tal-UE tat-28 ta’ Ġunju 2017. Il-proċess politiku se jiġi kkomplementat b’rieżami tal-effiċjenza, tal-effikaċja u tal-valur miżjud tal-UE tal-programmi ta’ nfiq. Dan se jappoġġa t-tħejjija tal-ġenerazzjoni li jmiss ta’ fondi u l-immodernizzar tal-baġit tal-UE.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

93

Meta titqies l-adozzjoni tardiva tal-atti bażiċi, l-implimentazzjoni miexja sew.

95

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 10.

Diversi karatteristiċi tal-qafas legali l-ġdid tal-iżvilupp rurali żiedu l-orjentazzjoni lejn ir-riżultati tal-politika. Fost oħrajn, dawk jinkludu CMES riveduta, rekwiżiti iktar stretti f’termini ta’ ssettjar ta’ miri u ta’ rapportar dwar il-progress lejn dawk il-miri, aktar flessibbiltà fl-allokazzjoni tal-miżuri għal objettivi ta’ politika rilevanti, l-istabbiliment ta’ riżerva ta’ prestazzjoni u l-introduzzjoni ta’ kundizzjonalitajiet “ex ante”.

96

Il-Kummissjoni tqis li saru sforzi kbar biex jiġu introdotti elementi fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 sabiex jingħata “pedament sod għar-rapportar futur dwar ir-riżultati u l-impatti”. Dan ippermetta lill-Kummissjoni tiżviluppa iktar il-fokus fuq orjentazzjoni lejn ir-riżultati - filwaqt li fl-istess ħin tkompli twettaq passi ulterjuri biex ittejjeb ukoll l-assorbiment u l-konformità.

Il-Kummissjoni tikkunsidra wkoll li dan il-fokus ikbar fuq il-prestazzjoni u r-riżultati probabbli se jikkontribwixxi għal riżultati aħjar.

98

Meta titqies l-adozzjoni tardiva tal-atti bażiċi, l-implimentazzjoni miexja sew.

99

Il-proċess leġiżlattiv għall-qafas ta’ politika futur jinsab fi stadju bikri ħafna, għalhekk il-Kummissjoni mhijiex f’pożizzjoni li tieħu impenji speċifiċi relatati mal-proposti leġiżlattivi għall-perjodu ta’ wara l-2020.

100

Il-konsistenza kumplessiva bejn il-Ftehimiet ta’ Sħubija u l-Programmi tal-Iżvilupp Rurali mhijiex ir-riżultat tal-applikazzjoni ta’ proċeduri formali, iżda r-riżultat ta’ ppjanar strateġiku kkoordinat imwettaq minn awtoritajiet nazzjonali/reġjonali f’kollaborazzjoni stretta mas-servizzi tal-Kummissjoni. Konsistenza bħal din tirriżulta mill-iskambji intensivi u mill-isforzi ta’ koordinazzjoni fil-livelli differenti.

Rakkomandazzjoni 1

(a) Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni parzjalment u tinnota li f’dan l-istadju mhijiex f’pożizzjoni li tieħu impenji speċifiċi relatati ma’ proposti leġiżlattivi għall-perjodu ta’ wara l-2020.

Madankollu, il-Kummissjoni tikkommetti ruħha li tanalizza l-mezzi possibbli biex tkompli ttejjeb il-konsistenza bejn il-programmi individwali fil-kuntest tat-tħejjija ta’ proposti leġiżlattivi futuri.

(b) Il-Kummissjoni tosserva li din ir-rakkomandazzjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

101

Ara t-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-paragrafi 73 u 96. Għandu jiġi kkunsidrat ukoll li l-qafas leġiżlattiv hu r-riżultat tal-proċess politiku. Il-Kummissjoni għandha r-responsabbiltà tal-implimentazzjoni tar-Regolamenti, li tevita l-introduzzjoni ta’ elementi ta’ kumplessità u tippromwovi s-simplifikazzjoni ulterjuri sal-ogħla livell possibbli.

102

L-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet issegwi, fil-loġika tal-programmazzjoni, deskrizzjoni kumplessiva tas-sitwazzjoni kurrenti tal-qasam ta’ programmazzjoni u analiżi SWOT. Suċċessivament, bl-użu tal-informazzjoni miksuba fil-passi preċedenti, mill-evalwazzjonijiet preċedenti u mill-evalwazzjoni “ex ante”, u mit-tagħlimiet meħuda fil-passat, tiġi żviluppata d-deskrizzjoni tal-istrateġija. Billi l-loġika sottostanti tal-programmazzjoni tal-Iżvilupp Rurali kurrenti hi għal kull qasam ta’ prijorità, hu inevitabbli li dawk il-ħtiġijiet u l-miżuri li jirriżultaw għandhom jiġu rraggruppati wkoll għal kull qasam ta’ fokus.

Rakkomandazzjoni 2

Filwaqt li l-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni, f’dan l-istadju mhijiex f’pożizzjoni li tieħu impenji speċifiċi relatati ma’ proposti leġiżlattivi għall-perjodu ta’ wara l-2020.

Madankollu, il-Kummissjoni tikkommetti ruħha li tanalizza l-mezzi possibbli biex tissimplifika l-istruttura u l-livell tar-rekwiżiti tad-dokumenti tal-programmazzjoni sa fejn hu possibbli. Diġà bdew isiru riflessjonijiet f’dan ir-rigward fil-kuntest tat-tħejjija tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Modernizzazzjoni u s-Simplifikazzjoni tal-PAK.

103

Is-CMES ġiet imtejba ħafna meta mqabbla mal-perjodi ta’ programmazzjoni ta’ qabel.

L-affidabbiltà tad-data sottomessa lill-Kummissjoni taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri. Il-kwalità tad-data sottomessa mill-Istati Membri fil-kuntest tar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ hi vvalutata mill-Kummissjoni, li tieħu azzjonijiet ta’ segwitu xierqa fejn dawn ikunu rilevanti. Il-Kummissjoni tappoġġja wkoll lill-Istati Membri permezz tal-attivitajiet ta’ bini ta’ netwerks għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet.

Rigward id-definizzjoni tal-indikaturi komuni, hemm limitazzjonijiet intrinsiċi li jridu jiġu kkunsidrati. L-istess japplika għall-possibbiltà li jiġu imponuti rekwiżiti kbar ta’ ġbir ta’ data fil-livell tal-benefiċjarji.

104

Ir-riżerva ta’ prestazzjoni hi biss wieħed mill-elementi li jsostnu enfasi akbar fuq ir-riżultati. L-element ewlieni tal-orjentazzjoni lejn ir-riżultati hi l-loġika ta’ intervent integrata f’kull programm flimkien mal-indikaturi assoċjati tal-output u tar-riżultati.

Il-qafas tal-prestazzjoni jipprovdi mekkaniżmu biex jiġi ssorveljat jekk l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tkunx tinsab fit-triq it-tajba. Ir-riżerva għall-prestazzjoni tipprovdi inċentiv biex jintlaħqu l-istadji importanti, li neċessarjament huma l-prekundizzjoni biex jinkisbu r-riżultati mixtieqa.

Rakkomandazzjoni 3

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

Rakkomandazzjoni 4

L-ewwel inċiż: Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni parzjalment. Filwaqt li l-Kummissjoni mhijiex f’pożizzjoni li tieħu impenji speċifiċi relatati ma’ proposti leġiżlattivi għall-perjodu ta’ wara l-2020, il-Kummissjoni tikkommetti ruħha li tanalizza l-mezzi possibbli biex ittejjeb il-kejl tal-prestazzjoni tal-PAK b’mod sħiħ. Diġà bdew isiru riflessjonijiet f’dan ir-rigward fil-kuntest tat-tħejjija tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Modernizzazzjoni u s-Simplifikazzjoni tal-PAK.

It-tieni inċiż: Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni u tqis li diġà bdiet timplimentaha, notevolment fuq il-bażi tal-attivitajiet tan-Netwerk ta’ Evalwazzjoni għall-Iżvilupp Rurali. L-attivitajiet tiegħu jinkludu, fost oħrajn, sessjonijiet ta’ ħidma dwar il-prattiki tajba u avvenimenti ta’ tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-partijiet ikkonċernati mill-evalwazzjoni fl-Istati Membri.

Il-faċilitazzjoni tal-kooperazzjoni nazzjonali taqa’ taħt il-kompetenzi nazzjonali.

Rakkomandazzjoni 5

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

105

Il-Programmi tal-Iżvilupp Rurali huma dokumenti strateġiċi li jiddeskrivu kif l-Istati Membri u r-reġjuni għandhom l-intenzjoni li jagħmlu użu mill-finanzjament tal-Iżvilupp Rurali biex jindirizzaw il-ħtiġijiet territorjali identifikati, f’konformità mas-sett ta’ prijoritajiet u ta’ regoli tal-Unjoni għall-użu tal-fond stabbiliti fil-qafas legali.

106

Il-Kummissjoni tqis li l-Programmi tal-Iżvilupp Rurali jaqdu rwol strateġiku sinifikanti u huma l-pedament għall-kisba ta’ riżultati tajbin.

107

Fir-rigward tad-data ta’ approvazzjoni tal-qafas legali, il-Programmi tal-Iżvilupp Rurali ġew approvati aktar malajr milli fil-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ qabel.

Minkejja l-approvazzjoni sa mis-sena 2015, ir-regoli tranżitorji żguraw il-kontinwità fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-iżvilupp rurali bejn iż-żewġ perjodi ta’ programmazzjoni.

108

Il-Kummissjoni tqis li l-implimentazzjoni tal-Programmi tal-Iżvilupp Rurali b’mod kumplessiv miexja b’rata stabbli u l-programmi huma ġeneralment mixjin b’ritmu tajjeb.

109

Attivitajiet kontinwi ta’ monitoraġġ, ta’ evalwazzjoni u, fejn rilevanti, ta’ awditjar matul il-perjodu ta’ programmazzjoni kollu żguraw il-kisba tal-informazzjoni pertinenti dwar l-implimentazzjoni tal-programmi. Kif rikonoxxut mill-QEA (ara l-paragrafu 18), il-qafas regolatorju għall-2014-2020 inbena fuq l-esperjenzi mill-perjodi ta’ programmazzjoni preċedenti u wieġeb għal diversi rakkomandazzjonijiet tal-QEA.

Rakkomandazzjoni 6

L-ewwel inċiż: Sa fejn hi kkonċernata, il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni u tqis li diġà qiegħda timplimentaha. Il-White Paper tal-Kummissjoni dwar il-Futur tal-Ewropa ppubblikata f’Marzu 2017 nediet dibattitu ġenerali dwar l-Ewropa fl-2025, inkluża l-perspettiva finanzjarja tal-Ewropa, imniżżla fid-dettall f’dokument ta’ riflessjoni dwar il-futur tal-finanzi tal-UE tat-28 ta’ Ġunju 2017. Il-proċess politiku se jiġi kkomplementat b’rieżami tal-effiċjenza, tal-effikaċja u tal-valur miżjud tal-UE tal-programmi ta’ nfiq. Dan se jappoġġa t-tħejjija tal-ġenerazzjoni li jmiss ta’ fondi u l-immodernizzar tal-baġit tal-UE.

It-tieni inċiż: Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni parzjalment, sakemm il-proċess imsemmi fil-paragrafu ta’ qabel ikun twettaq kif xieraq. Id-data ta’ implimentazzjoni fil-mira tirrifletti din il-parti.

Abbrevjazzjonijiet u glossarju

Analiżi SWOT - Analiżi tal-punti pożittivi, id-dgħufijiet, l-opportunitajiet u t-theddid (Strengths, Weaknesses, Opportunities, Threats) fiż-żona ġeografika koperta minn PŻR.

CMEF - Qafas Komuni ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni: sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni mfassla b’mod konġunt mill-Kummissjoni u l-Istati Membri għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, li tuża indikaturi biex tkejjel il-progress, l-effiċjenza u l-effettività tal-programmi tal-iżvilupp rurali fl-ilħuq tal-objettivi tagħhom.

CMES - Sistema Komuni ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni: sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni mfassla f’kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 biex tiddimostra, fost l-oħrajn, il-progress u l-kisbiet tal-politika ta’ żvilupp rurali u biex tivvaluta l-impatt, l-effettività, l-effiċjenza u r-rilevanza tal-interventi tal-politika ta’ żvilupp rurali.

DĠ AGRI - Id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali.

Ewropa 2020 - L-istrateġija, fuq 10 snin, tal-Unjoni Ewropea, għall-impjiegi u t-tkabbir li tniedet fl-2010 biex toħloq il-kundizzjonijiet għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Din tinkludi ħames miri ewlenin li l-UE trid tilħaq sa tmiem l-2020, u li jkopru l-impjieg; ir-riċerka u l-iżvilupp; il-klima/l-enerġija; l-edukazzjoni; l-inklużjoni soċjali u t-tnaqqis tal-faqar.

FAEŻR - Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.

Fondi SIE/FSIE - Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, li jinkludu l-fondi tal-UE li ġejjin: il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond ta’ Koeżjoni (FK) u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS).

FtS - Ftehimiet ta’ Sħubija li jiġu konklużi bejn il-Kummissjoni Ewropea u kull Stat Membru għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020. FtS jiddeskrivu l-pjanijiet tal-awtoritajiet nazzjonali dwar kif biħsiebhom jużaw il-finanzjament mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej u jfissru fil-qosor l-għanijiet strateġiċi u l-prijoritajiet ta’ investiment ta’ kull pajjiż, filwaqt li jorbtuhom mal-għanijiet ġenerali tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

Kundizzjonalitajiet ex ante (EACs) jirrikjedu li Stat Membru jissodisfa ċerti kundizzjonijiet biex ikun jista’ jirċievi finanzjament mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej. Meta jkunu qed iħejju l-Programmi għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, l-Istati Membri jridu jivvalutaw jekk dawn il-kundizzjonijiet ikunux ġew issodisfati. Jekk dan ma jkunx il-każ, huma meħtieġa li sal-31 ta’ Diċembru 2016 iħejju pjanijiet ta’ azzjoni biex jissodisfawhom.

Loġika ta’ intervent - Il-konnessjoni loġika bejn il-problema li trid tiġi indirizzata (jew l-objettiv li jrid jintlaħaq), il-kawżi sottostanti għall-problema, u l-għażliet ta’ politika li jkunu disponibbli (jew l-azzjonijiet tal-UE li fil-fatt jittieħdu) għall-indirizzar tal-problema jew l-ilħuq tal-objettiv.

Miżura - Skema ta’ għajnuna għall-implimentazzjoni ta’ politika. Miżura tiddefinixxi r-regoli, bħall-kriterji ta’ eliġibbiltà u tal-għażla, għall-proġetti li jistgħu jiġu ffinanzjati.

Objettivi Tematiċi (OT) - Elementi ta’ strutturar iddefiniti fil-qafas regolatorju. Sabiex jikkontribwixxu għall-istrateġija UE-2020, il-fondi SIE jiffukaw l-appoġġ tagħhom fuq għadd limitat ta’ objettivi tematiċi komuni.

OECD - Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi.

Oqsma ta’ prijorità - Kull wieħed mis-sitt prijoritajiet tal-UE għall-iżvilupp rurali jista’ jerġa’ jinqasam f’bosta oqsma ta’ prijorità tematiċi. Jeżistu 18-il qasam ta’ prijorità bħal dawn.

PAK - Politika Agrikola Komuni: il-leġiżlazzjoni u l-prattiki adottati mill-Unjoni Ewropea biex tipprovdi politika komuni u unifikata dwar l-agrikoltura.

Perjodu ta’ programmazzjoni - Perjodu għall-implimentazzjoni tal-politika ta’ żvilupp rurali li jikkoinċidi mal-QFP. Il-perjodu ta’ programmazzjoni attwali huwa mill-2014 sal-2020 u jsegwi lill-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013.

Pilastri (tal-Politika Agrikola Komuni) - Il-Politika Agrikola Komuni tinkludi żewġ “pilastri”. L-ewwel pilastru huwa l-appoġġ għall-introjtu tal-bdiewa. Dan l-appoġġ huwa pprovdut fil-forma ta’ pagamenti diretti u miżuri tas-suq, u huwa ffinanzjat interament mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija. It-tieni pilastru huwa l-appoġġ ipprovdut għall-iżvilupp ta’ żoni rurali. Dan l-appoġġ jieħu l-forma ta’ programmi tal-Iżvilupp Rurali u huwa kkofinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.

PŻR - Programm tal-Iżvilupp Rurali: dokument ta’ programmazzjoni li jitħejja minn Stat Membru u jiġi approvat mill-Kummissjoni għall-ippjanar u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-politika ta’ żvilupp rurali tal-UE fil-livell reġjonali jew nazzjonali.

QFP - Qafas Finanzjarju Pluriennali, ippjanar tal-baġit stabbilit kif meħtieġ mill-Kapitolu 2 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

QSK - Qafas Strateġiku Komuni: ġabra ta’ prinċipji gwida strateġiċi li għandhom l-għan li jiffaċilitaw il-proċess ta’ programmazzjoni u l-koordinazzjoni settorjali u territorjali tal-interventi tal-Unjoni kemm taħt il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) kif ukoll ma’ politiki u strumenti oħra tal-Unjoni.

RDK - Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni: Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/20061.

Regolament FAEŻR - Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/20052.

WHO - Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

Noti finali

1 ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

2 ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487.

3 L-Artikolu 4 tar-Regolament FAEŻR.

4 Il-PAK wara l-2013: Graffs u ċifri, il-Graff 5, id-DĠ AGRI, 2017.

5 L-introjtu tal-fatturi agrikoli (jiġifieri l-introjtu tal-fatturi jew il-valur miżjud nett għall-kost tal-fatturi) ikejjel ir-remunerazzjoni tal-fatturi kollha ta’ produzzjoni (art, kapital u xogħol). Huwa jirrappreżenta l-valur kollu ġġenerat f’attivitajiet ta’ produzzjoni.

6 Franza (30 PŻR), l-Italja (23), Spanja (19), il-Ġermanja (15), ir-Renju Unit (4), il-Portugall (3), il-Belġju (2) u l-Finlandja (2).

7 L-Artikolu 10 u l-Anness I tal-RDK.

8 COM(2010) 2020 finali “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv”.

9 Il-ftehimiet ta’ sħubija kienu s-suġġett tar-Rapport Speċjali Nru 2/2017 tagħna “In-negozjar, li sar mill-Kummissjoni, tal-Ftehimiet ta’ Sħubija 2014-2020 u l-programmi fil-qasam tal-Koeżjoni, għall-perjodu 2014-2020: l-infiq qed ikun aktar immirat fuq il-prijoritajiet ta’ Ewropa 2000, iżda l-arranġamenti għall-kejl tal-prestazzjoni qed ikunu dejjem aktar kumplessi”.

10 L-Artikolu 10 u l-Anness I tal-RDK.

11 L-Artikolu 9 tal-RDK u l-Artikolu 5 tar-Regolament FAEŻR (ara l-Anness II).

12 Ir-Rapport Annwali 2014 tal-Qorti, il-paragrafu 3.44, u r-risposta tal-Kummissjoni għall-paragrafi 3.24 u 3.25.

13 L-Artikolu 5 tar-Regolament FAEŻR.

14 Ara d-dokument “Synthesis of Mid-Term Evaluations of Rural Development Programmes 2007-2013” (Sinteżi tal-Evalwazzjonijiet ta’ Nofs it-Terminu tal-Programmi tal-Iżvilupp Rurali 2007-2013) - Rapport Finali, 2012.

15 L-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u l-Ftehimiet ta’ Sħubija.

16 Il-Belġju (ir-reġjun ta’ Walloon), il-Ġermanja (Baden-Württemberg), l-Irlanda, il-Greċja, Spanja (La Rioja), Franza (Lorraine), l-Italja (il-Campania), l-Awstrija, il-Polonja u r-Rumanija, ikkomplementati mid-Danimarka u r-Renju Unit (l-Ingilterra).

17 4.1 - appoġġ għall-investimenti f’azjendi agrikoli; 4.2 - appoġġ għall-investimenti fl-ipproċessar/il-kummerċjalizzazzjoni u/jew l-iżvilupp tal-prodotti agrikoli; 6.4 - appoġġ għall-investimenti fil-ħolqien u l-iżvilupp ta’ attivitajiet mhux agrikoli; 8.3 - appoġġ għall-prevenzjoni ta’ ħsara lill-foresti minn nirien forestali u minn diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi; 8.4 - appoġġ għar-restawr ta’ ħsara lill-foresti minn nirien forestali u diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi; u l-Miżuri: 7 - servizzi bażiċi u tiġdid tal-irħula f’żoni rurali; 14 - it-trattament xieraq tal-annimali.

18 Ara r-rakkomandazzjonijiet fil-paragrafi 10.39 u 10.51 tar-Rapporti Annwali 2011 u 2012 tal-Qorti, jew ir-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporti Speċjali Nru 1/2013 “L-appoġġ tal-UE lill-industrija tal-ipproċessar tal-ikel kien effettiv u effiċjenti fiż-żieda tal-valur lill-prodotti agrikoli?”; Nru 6/2013 “L-Istati Membri u l-Kummissjoni kisbu l-aħjar kwalità meta mqabbla mal-prezz bil-miżuri għad-diversifikazzjoni tal-ekonomija rurali?”; u Nru 12/2013 “Jistgħu l-Kummissjoni u l-Istati Membri juru li l-baġit tal-UE allokat għall-politika ta’ żvilupp rurali jintnefaq tajjeb?”.

19 Tqabbil dettaljat tal-istrutturi għall-perjodi 2007-2013 u 2014-2020 jingħata fl-Anness III.

20 L-Artikoli 20 sa 22 tal-RDK.

21 L-Artikolu 2(33) tal-RDK.

22 L-Artikolu 19 tal-RDK.

23 L-Artikolu 13 tar-Regolament FAEŻR: “Kull miżura għall-iżvilupp rurali għandha tkun ipprogrammata biex tikkontribwixxi b’mod speċifiku għall-kisba ta’ prijorità waħda jew aktar tal-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali”. L-Anness VI tal-istess Regolament jipprevedi “Lista indikattiva ta’ miżuri b’rilevanza għal prijorità waħda jew iktar tal-Unjoni għall-iżvilup rurali”.

24 “Guidelines for strategic programming for the period 2014-2020” (Linji gwida għal programmazzjoni strateġika għall-perjodu 2014-2020).

25 Ir-Rapport Annwali 2014 tal-Qorti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit, il-paragrafu 3.43.

26 L-Artikolu 27(1) tal-RDK. Aktar dettalji jingħataw fl-Artikolu 8(1)(l) tar-Regolament FAEŻR u fl-Anness I, il-Parti 1.14 tar-Regolament (UE) Nru 808/2014.

27 SWD(2015) 111 final “Better Regulation Guidelines” (Linji gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar).

28 L-Anness XI tal-RDK. Id-definizzjoni tal-EAC G7 “Sistemi ta’ statistika u indikaturi tar-riżultati” tinkludi wkoll kriterji aktar dettaljati u konkreti għall-issodisfar tagħha.

29 L-Anness I - il-Parti 4 tar-Regolament (UE) Nru 808/2014.

30 Ibbażat fuq ir-rappurtar li sar mid-DĠ AGRI dwar l-issodisfar tal-EACs.

31 Ir-Rapport Annwali 2014 tal-Qorti, il-paragrafi 3.49-3.56 u l-Konklużjoni 3.92 relatata.

32 Kif stipulat fil-paragrafi 4 u 5 tal-Artikolu 50 tal-RDK.

33 Ara l-paragrafi 72 u 73 tar-Rapport Speċjali Nru 10/2017 “Jenħtieġ li l-appoġġ li jingħata mill-UE lil bdiewa żgħażagħ ikun immirat aħjar biex jitrawwem tiġdid ġenerazzjonali effettiv”.

34 Ir-Rapport Annwali 2016 tal-Qorti, il-Kapitolu 3, il-paragrafi 3.13 sa 3.51.

35 Il-Premessa 23 tal-preambolu, l-Artikoli 20, 21 u 22 tal-RDK u l-Artikolu 8(1)(e) tar-Regolament FAEŻR.

36 Ir-Rapport Speċjali Nru 1/2007 dwar l-implimentazzjoni tal-proċessi ta’ nofs it-terminu fuq il-Fondi Strutturali 2000-2006, il-paragrafi 33 u 48.

37 Ir-Rapport Annwali 2013 tal-Qorti, il-paragrafu 10.56 u r-Rapport Annwali 2014 tal-Qorti, il-paragrafu 3.65.

38 L-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 808/2014. L-indikaturi predefiniti ta’ qafas tal-prestazzjoni huma stipulati fl-Anness IV.5.

39 Ir-Regolament (UE) Nru 808/14, l-Anness IV.5.

40 L-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 808/14: “l-Istat Membru għandu (…) jissostitwixxi u/jew iżid dawn l-indikaturi b’indikaturi tal-prestazzjoni (output) rilevanti oħrajn definiti fil-programm tal-iżvilupp rurali”.

41 Ir-Rapport Speċjali Nru 15/2017: Il-kundizzjonalitajiet ex ante u r-riżerva ta’ prestazzjoni fil-qasam ta’ Koeżjoni: strumenti innovattivi iżda għadhom mhumiex effettivi, il-paragrafi 71 sa 80.

42 Ara l-paragrafu 3.62 tar-Rapport Annwali 2014 tal-Qorti.

43 L-arranġamenti tranżizzjonali jipprevedu li l-Istati Membri jagħmlu pagamenti taħt il-perjodu 2014-2020 l-ġdid biex jiffinanzjaw impenji relatati ma’ miżuri stabbiliti fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, u impenji ġodda li kienu qed isiru fl-2014 u li kienu relatati ma’ miżuri taħt il-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013. Fil-fatt, fil-PŻR tagħhom għall-2014-2020, l-Istati Membri pprovdew deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet tranżizzjonali għal kull miżura, inklużi data indikattiva ta’ għeluq u deskrizzjoni qasira tal-ammonti stmati, kif ukoll tabella indikattiva tar-riporti li tagħti dettalji dwar il-miżuri u l-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR li jridu jiġu ffinanzjati fil-perjodu 2014-2020.

44 Ir-Rapport Annwali 2014 tal-Qorti, il-Kapitolu 3, il-paragrafu 63.

45 L-Artikolu 22(4) tal-RDK.

46 L-Artikolu 22(6) u (7) tal-RDK.

47 L-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1305/2013 u l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 808/2014.

48 Titjib tal-organizzazzjoni tar-repożitorju tal-gwida biex jiġi ffaċilitat l-aċċess u jiġi evitat ir-riskju ta’ inkonsistenzi u/jew żbalji mill-utenti; ġestjoni tal-għarfien espert miksub fl-istadju ta’ approvazzjoni tal-PŻR biex jiġi evitat li l-għarfien espert jintilef matul il-fażi ta’ implimentazzjoni; estensjoni tar-rwol tal-Bord ta’ Koordinazzjoni f’dak li jirrigwarda l-konsistenza, lil hinn mill-istadju ta’ approvazzjoni tal-PŻR, biex ikopri kemm il-fażi ta’ implimentazzjoni kif ukoll l-emendi għall-PŻR; riskju li, fin-nuqqas ta’ gwida speċifika, mhux l-EACs applikabbli kollha jiġu vvalutati b’mod xieraq.

49 Madankollu, ġie osservat li ma kienet disponibbli l-ebda gwida speċifika għal suġġett potenzjalment kumpless bħall-valutazzjoni ta’ EACs speċifiċi għall-FAEŻR.

50 Dikjarazzjonijiet politiċi minn awtoritajiet nazzjonali, bħall-Istat Ġermaniż tas-Sassonja, juru kif l-Istati Membri jipperċepixxu l-kumplessità tal-qafas ta’ politika u l-piż amministrattiv li jirrappreżenta: l-integrazzjoni tal-FAEŻR fir-regoli u r-regolamenti għall-FSIE u l-għadd kbir ta’ regolamenti, regolamenti ddelegati u regolamenti ta’ implimentazzjoni qed ikun ostaklu partikolarment diffiċli għal dawk kollha involuti. Dan joħloq kumplessità u konfużjoni u jżid il-vulnerabbiltà għall-iżbalji (Orjentament mill-ġdid tal-finanzjament mill-FAEŻR wara l-2020 (FAEŻR - RESET), il-Ministeru Statali tas-Sassonja għall-Ambjent u l-Agrikoltura, Ġunju 2016).

51 Il-ftehimiet ta’ sħubija ġew ippreżentati minn Jannar sa April tal-2014 u l-aħħar wieħed ġie adottat f’Novembru 2014.

52 L-Artikoli 14 u 26 tal-RDK.

53 L-Artikolu 29 tal-RDK.

54 Id-DĠ AGRI, “L-Iżvilupp Rurali fl-Unjoni Ewropea - Informazzjoni statistika u ekonomika - 2007 u 2008” (il-paragrafu 2.2.2 u l-paragrafu 2.4.2, rispettivament) u d-database SFC 2007.

55 COM(2016) 181 final “It-tmien Rapport Finanzjarju dwar il-FAEŻR - Sena finanzjarja 2014”.

56 COM(2016) 632 final “Id-disa’ Rapport Finanzjarju dwar il-FAEŻR - Sena finanzjarja 2015”.

57 Dikjarazzjonijiet tal-infiq ta’ kull tliet xhur ippreżentati mill-Istati Membri fl-SFC2014 sat-tielet timestru tal-2016.

58 Għalkemm l-infiq jista’ jkun eliġibbli jekk jiġġarrab sa Diċembru 2023, dan jista’ jiġi impenjat biss matul il-perjodu ta’ programmazzjoni, jiġifieri sa Diċembru 2020.

59 Id-dokument informattiv tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri - Il-baġit tal-UE: wasal iż-żmien għal riforma?, 2016.

60 Ibidem.

Avveniment Data
Adozzjoni tal-APM / Bidu tal-awditu 24.2.2016
L-abbozz tar-rapport jintbagħat uffiċjalment lill-Kummissjoni (jew lil parti awditjata oħra) 5.7.2017
Adozzjoni tar-rapport finali wara l-proċedura kontradittorja 27.9.2017
Ir-risposti uffiċjali tal-Kummissjoni (jew ta’ parti awditjata oħra) riċevuti bil-lingwi kollha 7.11.2017

Tim tal-awditjar

Ir-rapporti speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditi tagħha f’dak li jirrigwarda l-politiki u l-programmi tal-UE jew suġġetti ta’ ġestjoni relatati ma’ oqsma baġitarji speċifiċi. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar biex timmassimizza l-impatt tagħhom billi tqis ir-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta’ introjtu jew ta’ nfiq involut, l-iżviluppi li jkunu għad iridu jseħħu u l-interess politiku u pubbliku.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Awla I tal-Awditjar — immexxija minn Phil Wynn Owen, Membru tal-QEA — li tispeċjalizza fl-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali. L-awditu tmexxa minn Janusz Wojciechowski, Membru tal-QEA, b’appoġġ minn Kinga Wiśniewska-Danek, Kap tal-Kabinett; Katarzyna Radecka-Moroz, Attaché tal-Kabinett; Davide Lingua, Maniġer Prinċipali; Paulo Oliveira, Kap tal-Kompitu. It-tim tal-awditjar kien jikkonsisti minn Felipe Andres Miguelez, Ramona Bortnowschi, Eric Braucourt, Ioannis Papadakis, Anne Poulsen, Matteo Tartaggia, Paul Toulet-Morlanne u Anna Zalega.

Mix-xellug għal-lemin: Katarzyna Radecka-Moroz, Eric Braucourt, Janusz Wojciechowski, Ioannis Papadakis, Anne Poulsen, Paulo Oliveira.

Kuntatt

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors

Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).

Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2017

PDFISBN 978-92-872-8239-2ISSN 1977-5741doi:10.2865/221746QJ-AB-17-015-MT-N
HTMLISBN 978-92-872-8256-9ISSN 1977-5741doi:10.2865/022222QJ-AB-17-015-MT-Q

© L-Unjoni Ewropea, 2017

Għal kull użu jew riproduzzjoni ta’ ritratti jew materjal ieħor li ma jaqax taħt id-drittijiet tal-awtur tal-Unjoni Ewropea, irid jintalab il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.

KIF TIKKUNTATTJA LILL-UE

Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f’dan is-sit: http://europa.eu/contact

Bit-telefown jew bil-posta elettronika
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:

  • bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
  • fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew
  • bil-posta elettronika permezz: http://europa.eu/contact

KIF ISSIB TAGĦRIF DWAR L-UE

Onlajn
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: http://europa.eu

Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tniżżel mill-internet jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li xi wħud minnhom huma bla ħlas u xi oħrajn bil-ħlas, mill-EU Bookshop fl-indirizz li ġej: http://publications.europa.eu/eubookshop. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tal-informazzjoni lokali tiegħek (ara http://europa.eu/contact).

Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1951 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: http://eur-lex.europa.eu

Dejta Miftuħa mill-UE
Il-portal tad-Dejta Miftuħa mill-UE (http://data.europa.eu/euodp) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-dejta mill-UE. Id-dejta tista’ titniżżel mill-internet u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.