Il-ġlieda kontra l-frodi fl-infiq tal-UE: jeħtieġ li tittieħed azzjoni
Dwar ir-rapport Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE mill-frodi hija responsabbiltà ewlenija tal-Kummissjoni Ewropea. Id-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni, l-Aġenziji eżekuttivi u l-Uffiċċju ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) jaħdmu ma’ għadd kbir ta’ organizzazzjonijiet oħra, inklużi mal-awtoritajiet fl-Istati Membri u mal-futur Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE).
F’dan l-awditu aħna eżaminajna jekk il-Kummissjoni hijiex qed timmaniġġja b’mod xieraq ir-riskju ta’ attivitajiet frodulenti li huma ta’ detriment għall-baġit tal-UE. Aħna sibna li l-Kummissjoni ma għandhiex data komprensiva u kumparabbli dwar il-livell ta’ frodi identifikata fl-infiq tal-UE. Barra minn hekk, sa issa hija għadha ma wettqet l-ebda valutazzjoni tal-każijiet ta’ frodi mhux identifikata, lanqas ma wettqet analiżi dettaljata ta’ x’iwassal lill-operaturi ekonomiċi biex jinvolvu lilhom infushom f’attivitajiet frodulenti. Dan inaqqas il-valur prattiku u l-effettività tal-pjanijiet strateġiċi tal-Kummissjoni għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE mill-frodi.
Is-sistema attwali, fejn investigazzjoni amministrattiva tal-OLAF f’każ ta’ frodi suspettata tiġi segwita minn investigazzjoni kriminali fil-livell nazzjonali, tieħu wisq fit-tul f’għadd konsiderevoli ta’ każijiet u b’hekk titnaqqas il-possibbiltà li sseħħ il-prosekuzzjoni. Barra minn hekk, ir-rapporti finali tal-OLAF ħafna drabi ma jipprovdux informazzjoni suffiċjenti biex jinbeda l-irkupru ta’ fondi żborżati indebitament. Inqas minn nofs l-investigazzjonijiet tal-OLAF wasslu għall-prosekuzzjoni ta’ frodaturi suspettati u rriżultaw fl-irkupru ta’ inqas minn terz ta’ fondi tal-UE li tħallsu indebitament.
Sommarju eżekuttiv
Dwar dan l-awditu
IFrodi tirreferi għal kull att jew ommissjoni li jsiru b’mod intenzjonat biex iqarrqu b’ħaddieħor, bir-riżultat li l-vittma ssofri telf u l-awtur jikseb vantaġġ. Frodi li tinvolvi l-fondi pubbliċi ħafna drabi tkun marbuta mal-korruzzjoni, li ġeneralment tfisser kull att jew ommissjoni li permezz tagħhom isir abbuż minn jew jitfittex li jsir abbuż mill-użu ta’ awtorità uffiċjali, sabiex jinkiseb benefiċċju mhux dovut.
IIIl-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà kondiviża li jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-UE kontra l-frodi u l-korruzzjoni. L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) attwalment huwa l-korp ewlieni tal-UE kontra l-frodi. Huwa jikkontribwixxi għat-tfassil u għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Kummissjoni kontra l-frodi u jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi f’każijiet ta’ frodi kontra l-baġit tal-UE. Fl-2020 se jibda jopera Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), li jkollu s-setgħa li jmexxi l-prosekuzzjoni ta’ reati kontra l-interessi finanzjarji tal-UE fi 22 Stat Membru.
IIIPeress li l-prevenzjoni u l-identifikazzjoni tal-frodi huma importanti għall-ġestjoni finanzjarja tal-UE, aħna ddeċidejna li nwettqu awditu tal-prestazzjoni dwar il-ġestjoni, mill-Kummissjoni, tar-riskju ta’ frodi fl-infiq tal-UE. B'mod partikolari, aħna eżaminajna:
- l-istrateġija tal-Kummissjoni kontra l-frodi, l-għodod tagħha għall-prevenzjoni tal-frodi u jekk għandhiex aċċess għal data xierqa dwar l-iskala, in-natura u l-kawżi ta’ frodi fl-infiq tal-UE;
- jekk l-investigazzjonijiet amministrattivi tal-OLAF wasslux għal prosekuzzjoni u rkupru.
Aħna qisna wkoll l-arranġamenti għall-istabbiliment tal-UPPE u analizzajna jekk il-korp il-ġdid għandux il-potenzjal li jindirizza d-dgħufijiet attwali.
X'sibna
VMatul dawn l-aħħar 10 snin, il-Kummissjoni ħadet passi biex tipproteġi l-baġit tal-UE mill-frodi. B’mod partikolari, fl-2011 hija adottat l-“Istrateġija tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi” (CAFS), u kull Direttorat Ġenerali (DĠ) jew grupp ta’ DĠ jimplimenta l-istrateġija operazzjonali proprja tiegħu kontra l-frodi. Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll “Sistema ta’ Identifikazzjoni Bikrija u ta’ Esklużjoni” (EDES), u bord interistituzzjonali li jagħti parir dwar jekk ċerti operaturi ekonomiċi għandhomx jiġu esklużi mill-finanzjament tal-UE għal raġunijiet ta’ frodi jew korruzzjoni, fost raġunijiet oħra possibbli. Kull sena, il-Kummissjoni tippreżenta rapport dwar il-“Protezzjoni tal-Interessi Finanzjarji tal-Unjoni” (ir-“rapport PIF”) lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
VIMadankollu, aħna sibna li l-Kummissjoni ma għandhiex informazzjoni komprensiva dwar l-iskala, in-natura u l-kawżi tal-frodi. L-istatistika uffiċjali tagħha dwar il-każijiet ta’ frodi identifikata mhijiex kompleta, u sa issa għadha ma wettqet l-ebda valutazzjoni tal-każijiet ta’ frodi mhux identifikata. Hemm xi informazzjoni disponibbli dwar ix-xejriet u l-iskemi tal-frodi li jintużaw f’setturi differenti. Ma teżistix analiżi dettaljata li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ xi jwassal lil ċerti riċevituri ta’ flus l-UE biex iwettqu azzjonijiet frodulenti. Dan in-nuqqas ta’ informazzjoni jnaqqas il-valur prattiku tal-pjanijiet strateġiċi tal-Kummissjoni, bħall-CAFS, li qatt ma ġiet aġġornata mill-2011 ’il hawn.
VIIL-approċċ attwali, fejn l-OLAF iniedi investigazzjonijiet amministrattivi wara li jirċievi informazzjoni minn sorsi oħra u fejn investigazzjoni mill-OLAF ta’ frodi suspettata ħafna drabi tiġi segwita minn investigazzjoni kriminali fil-livell nazzjonali, ta’ spiss jieħu wisq fit-tul u b’hekk inaqqas l-opportunità biex isseħħ prosekuzzjoni. B'riżultat ta' dan, l-investigazzjonijiet tal-OLAF jirriżultaw fil-prosekuzzjoni ta’ frodaturi suspettati f’madwar 45 % tal-każijiet. Fir-rigward tal-irkupru ta’ flus l-UE li tħallsu indebitament, f’għadd ta’ każijiet, id-DĠ isibu li r-Rapporti Finali tal-OLAF ma jipprovdux informazzjoni suffiċjenti li tista’ sservi bħala bażi biex jinbeda l-irkupru ta’ fondi żborżati indebitament. F’każijiet bħal dawn, id-DĠ jieħdu (jew jesternalizzaw) azzjoni ulterjuri sabiex jiddeċiedu jekk ikunx possibbli li jiġi rkuprat l-ammont irrakkomandat mill-OLAF jew iserrħu fuq evidenza miġbura permezz tal-awditi li huma stess iwettqu.
VIIIAħna nqisu li l-istabbiliment tal-UPPE (li se jipparteċipaw fih 22 Stat Membru) huwa pass fid-direzzjoni t-tajba, iżda r-regolament attwali jippreżenta bosta riskji. Probabbilment, l-aktar riskju serju jikkonċerna l-identifikazzjoni u l-investigazzjoni, li jitwettqu primarjament mill-investigaturi tal-Istati Membri taħt l-awtorità tal-UPPE. Ir-regolament ma jistabbilixxi l-ebda mekkaniżmu li jippermetti li l-UPPE (jew kwalunkwe korp ieħor tal-UE) iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Istati Membri biex jallokaw riżorsi għax-xogħol proattiv meħtieġ għall-investigazzjoni ta’ frodi fl-infiq tal-UE, jew għall-każijiet li jiġu ttrattati mill-prosekuturi delegati. Riskju ieħor huwa li l-proċess estensiv ta’ konsultazzjoni interna u ta’ traduzzjoni meħtieġ għax-xogħol tal-awli tal-UPPE, jista’ jispiċċa biex jieħu wisq fit-tul għall-proċeduri kriminali, fejn ħafna drabi l-ħin huwa r-riżorsa l-aktar limitata.
X'nirrakkomandaw
IXIbbażat fuq dawn l-osservazzjonijiet, aħna nqisu li hemm il-ħtieġa ta’ aktar motivazzjoni u tmexxija fil-livell tal-UE biex tittieħed azzjoni effettiva kontra l-frodi fl-infiq tal-UE. B’hekk inqisu li hemm ħtieġa ċara biex il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, tintensifika l-ġlieda tagħha kontra l-frodi fl-infiq tal-UE.
XJenħtieġ li l-Kummissjoni:
Rakkomandazzjoni 1: tistabbilixxi sistema robusta ta’ rappurtar tal-frodi, li tipprovdi informazzjoni dwar l-iskala, in-natura u l-kawżi fundamentali ta’ din il-frodi.
Rakkomandazzjoni 2: tikseb koordinazzjoni aħjar fl-indirizzar tal-frodi, fi ħdan il-kuntest ta’ responsabbiltà kolleġġjali għall-prevenzjoni u d-detezzjoni tal-frodi, tiżgura li l-ġestjoni strateġika tar-riskju ta’ frodi u l-prevenzjoni tal-frodi jiġu msemmija b’mod ċar fil-portafoll ta’ Kummissarju wieħed; u tadotta strateġija komprensiva ġdida kontra l-frodi li tkun ibbażata fuq analiżi komprensiva tar-riskji ta’ frodi.
Rakkomandazzjoni 3: tintensifika l-attivitajiet tagħha għall-prevenzjoni tal-frodi. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-Kummissjoni:
- tiżgura li d-DĠ jużaw is-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni fil-ġestjoni diretta u indiretta, u titlob lill-Istati Membri biex jidentifikaw u jissenjalaw l-operaturi ekonomiċi frodulenti kif ukoll l-individwi privati kollegati magħhom;
- tħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jagħmlu użu attiv mid-database ARACHNE sabiex jipprevienu l-użu frodulenti u irregolari tal-fondi tal-UE.
Rakkomandazzjoni 4: tqis mill-ġdid ir-rwol u r-responsabbiltajiet tal-OLAF fil-ġlieda kontra l-frodi fl-infiq tal-UE fid-dawl tal-istabbiliment tal-UPPE. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jittieħdu ċerti miżuri biex l-OLAF jingħata rwol strateġiku u ta’ sorveljanza fl-azzjoni tal-UE kontra l-frodi.
Introduzzjoni
Definizzjoni ta’ frodi
01Frodi1 ġeneralment tirreferi għal kull att jew ommissjoni li jsiru b’mod intenzjonat biex iqarrqu b’ħaddieħor, bir-riżultat li l-vittma ssofri telf u l-awtur jikseb vantaġġ. Pereżempju, jekk benefiċjarju ta’ għotja jipprova jqarraq intenzjonalment bil-fornitur tal-finanzjament sabiex jikklejma nfiq għoli li ma jkunx iġġustifikat, dan huwa frodi.
0202 Frodi li tinvolvi fondi pubbliċi xi kultant tkun marbuta mal-korruzzjoni23, li tradizzjonalment tfisser kull att jew ommissjoni li permezz tagħhom isir abbuż minn jew jitfittex li jsir abbuż mill-użu ta’ awtorità uffiċjali sabiex jinkiseb benefiċċju mhux dovut. Pereżempju, jekk benefiċjarju ta’ għotja jxaħħam lil uffiċjal biex dan jaċċetta nfiq indebitament għoli, ikunu twettqu kemm frodi kif ukoll korruzzjoni.
03Irregolarità4 hija kunċett usa’ minn frodi. Din hija ddefinita bħala kull ksur tal-liġi, li għandu, jew li jista’ jkollu, l-effett li jippreġudika l-baġit tal-UE. Jekk tali ksur tal-liġi jkun twettaq intenzjonalment, dan huwa frodi. B’hekk, hija l-intenzjoni malizzjuża min-naħa tal-awtur li tiddistingwi l-frodi minn irregolaritajiet oħra.
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE kontra l-frodi
04L-Artikolu 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprovdi bażi legali għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra (l-Anness I).
05Il-Kummissjoni Ewropea trid tieħu l-miżuri meħtieġa biex tipprovdi aċċertament raġonevoli li l-irregolaritajiet (inkluża l-frodi) fl-użu tal-baġit tal-UE jiġu pprevenuti, identifikati u kkoreġuti5. Hija tikkondividi din ir-responsabbiltà mal-Istati Membri fil-qasam tal-ġestjoni kondiviża, eż. fl-oqsma ta’ nfiq ta’ Koeżjoni u Agrikoltura.
06Id-“Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali” (id-“Direttiva PIF”)6 tipprevedi definizzjoni armonizzata ta’ reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE kif ukoll il-penali u l-istatut tal-limitazzjonijiet għal każijiet bħal dawn. Din id-Direttiva ġiet adottata fil-5 ta’ Lulju 2017. L-Istati Membri jridu jimplimentawha fil-liġi nazzjonali sa Lulju 20197.
07Hemm għadd kbir ta’ atturi involuti fl-immaniġġjar tar-riskju ta’ frodi kontra l-baġit tal-UE, kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri (l-Anness II). Dawk prinċipali huma:
- L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (magħruf bl-abbrevjazzjoni ta’ ismu bil-Franċiż OLAF - “Office européen de lutte antifraude”) attwalment huwa l-korp ewlieni tal-UE ta’ kontra l-frodi. Huwa jikkontribwixxi għat-tfassil u għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Kummissjoni kontra l-frodi. Huwa l-uniku korp b’setgħat investigattivi indipendenti fil-livell tal-UE8.
- Id-Direttorati Ġenerali (DĠ) u l-Aġenziji Eżekuttivi tal-Kummissjoni huma responsabbli għat-twaqqif ta’ sistemi effettivi għall-ġestjoni tar-riskju ta’ frodi fl-oqsma differenti tal-baġit tal-UE.
- F’ġestjoni kondiviża, l-awtoritajiet tal-Istati Membri inkarigati mill-programmi huma meħtieġa jimplimentaw qafas adegwat kontra l-frodi. Bl-istess mod, l-investigazzjoni kriminali u l-prosekuzzjoni jaqgħu kompletament taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali.
- F’Ottubru 2017, 20 Stat Membru9 ddeċidew li jistabbilixxu l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”). Hemm 22 Stat Membru li bħalissa jipparteċipaw fl-UPPE. Dan se jkun korp tal-UE li jkollu s-setgħat li jmexxi l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kontra l-interessi finanzjarji tal-UE. Skont l-Artikolu 120(2) tar-Regolament tal-UPPE10, il-korp mhux se jibda jopera qabel tliet snin wara d-data li fiha r-Regolament jidħol fis-seħħ, jiġifieri mhux qabel tmiem l-2020.
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) hija l-awditur indipendenti tal-UE. Aħna neżaminaw jekk id-dħul kollu jkunx ġie riċevut u l-infiq kollu jkunx iġġarrab b’mod legali u regolari u jekk kienx hemm ġestjoni finanzjarja tajba. Jekk matul ix-xogħol tagħna aħna nidentifikaw każijiet ta’ frodi suspettata, nirrappurtaw dawn il-każijiet lill-OLAF biex issir analiżi preliminari, u possibbilment, investigazzjoni11.
09Fl-aħħar nett, skont l-Artikolu 325(4) tat-TFUE, il-QEA trid tiġi kkonsultata dwar kull miżura li l-leġiżlatur ikun se jadotta fl-oqsma tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-UE. Fi snin reċenti, il-Kummissjoni ppubblikat bosta proposti leġiżlattivi marbutin mas-suġġett ta’ dan l-awditu (l-Anness III). Aħna ppubblikajna l-opinjoni tagħna dwar xi wħud minn dawn il-proposti12.
Ambitu u approċċ tal-awditjar
10L-awditu tagħna eżamina jekk il-Kummissjoni hijiex qed timmaniġġja kif xieraq ir-riskju ta’ frodi fl-infiq tal-UE. B'mod partikolari, aħna eżaminajna:
- jekk il-Kummissjoni tivvalutax kif xieraq l-iskala, in-natura u l-kawżi ta’ frodi fl-infiq tal-UE;
- jekk il-Kummissjoni għandhiex qafas strateġiku effettiv għall-immaniġġjar tar-riskju ta’ frodi;
- jekk il-Kummissjoni tiffukax biżżejjed fuq il-prevenzjoni ta’ frodi;
- jekk l-investigazzjonijiet amministrattivi tal-OLAF iwasslux għal prosekuzzjoni u rkupru.
Figura 1
L-ambitu tal-awditu tagħna dwar l-OLAF
Sors: Il-QEA.
Aħna qisna wkoll jekk huwiex probabbli li l-UPPE jindirizza d-dgħufijiet li identifikajna fl-istruttura attwali tal-ġlieda kontra l-frodi fl-infiq tal-UE.
12L-awditu tagħna ffoka purament fuq il-frodi fl-infiq tal-UE. Aħna koprejna l-oqsma prinċipali kollha ta’ nfiq tal-UE (Agrikoltura, Koeżjoni, Riċerka u Azzjonijiet Esterni). Iffukajna prinċipalment fuq l-azzjonijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-prevenzjoni ta’ frodi u tar-rispons tagħha għal frodi identifikata. Aħna ma eżaminajniex l-investigazzjonijiet interni tal-OLAF relatati mad-dħul tal-UE. Rigward l-investigazzjonijiet esterni tal-OLAF, aħna ffukajna fuq ir-rakkomandazzjonijiet finanzjarji u ġudizzjarji, minħabba li dawn huma l-outputs prinċipali tiegħu13. Lanqas ma eżaminajna investigazzjonijet interni kontra uffiċjali jew impjegati oħra tal-UE, membri ta’ istituzzjonijiet jew ta’ korpi, jew kapijiet ta’ uffiċċji jew ta’ aġenziji.
13L-osservazzjonijiet tagħna huma bbażati fuq is-sorsi ta’ evidenza li ġejjin:
- analiżi tad-dokumentazzjoni rilevanti (dokumenti tal-Kummissjoni u tal-OLAF, rapporti tal-QEA, studji u riċerka rilevanti) u tad-databases (jiġifieri IMS u Arachne);
- intervisti ma’ uffiċjali tal-OLAF u ma’ uffiċjali minn seba’ DĠ inkarigati mill-infiq (id-DĠ AGRI, id-DĠ EMPL, id-DĠ REGIO, id-DĠ RTD, id-DĠ DEVCO, id-DĠ CNECT u d-DĠ HOME), kif ukoll ma’ uffiċjali minn direttorati ġenerali u servizzi interni oħra b’rwol importanti fis-sorveljanza, mill-Kummissjoni, tal-ġestjoni tar-riskju ta’ frodi (il-kumitat superviżorju tal-OLAF, is-SEC GEN, id-DĠ BUDG, u l-IAS);
- intervisti ma’ rappreżentanti ta’ korpi li ma jiffurmawx parti mill-Kummissjoni, bħall-Europol u l-Eurojust;
- żjarat lis-Servizzi ta' Koordinazzjoni Kontra l-Frodi (AFCOS), l-uffiċċji ta’ prosekuturi pubbliċi u l-ministeri rilevanti f’erba’ Stati Membri (il-Bulgarija, Berlin u Brandenburg fil-Ġermanja, Ruma u Perugia fl-Italja, u l-Polonja);
- stħarriġ li ntbagħat lill-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar (SAIs) ta’ 28 Stat Membru, li minnhom 23 irrispondew; stħarriġ li ntbagħat mill-Europol fil-qafas ta’ dan l-awditu lit-28 punt ta’ kuntatt nazzjonali tagħhom, li minnhom 13 irrispondew;
- kontributi minn 15-il espert (kriminologi, xjenzati legali u soċjali, prosekuturi) li taw input u parir matul l-awditu u kkummentaw fuq is-sejbiet preliminari tagħna.
Osservazzjonijiet
L-għarfien approfondit tal-Kummissjoni dwar l-iskala, in-natura u l-kawżi ta’ frodi mhuwiex suffiċjenti
14Il-kejl tal-frodi huwa l-ewwel pass ta’ approċċ imfassal tajjeb u implimentat b’mod xieraq fil-ġlieda kontra l-frodi jiġu ppjanati u mmonitorjati. Mingħajr data ta’ qofol tajba dwar il-frodi, huwa aktar diffiċli biex l-azzjonijiet kontra l-frodi jiġu ppjanati u mmonitorjati.
15Il-frodi kontra fondi mmaniġġjati b’mod korporattiv, bħal flus l-UE, hija reat moħbi, jiġifieri reat li ma jistax jinkixef mingħajr ma jitwettqu kontrolli ex ante jew ex post speċifikament għal dan l-iskop. Peress li dawn il-kontrolli ma jistgħux ikunu komprensivi u mhux dejjem ikunu produttivi, ċerti każijiet jibqgħu ma jinkixfux. Din is-sitwazzjoni hija aggravata mill-fatt li, f’każijiet ta’ frodi kontra fondi mmnaniġġjati b’mod korporattiv, ma jkunx hemm vittmi individwali li jkunu f’pożizzjoni li jirrappurtaw reati bħal dawn u jġibuhom għall-attenzjoni tal-awtoritajiet rilevanti. Il-Figura 2 tirrappreżenta frodi mhux identifikata u l-istadji minn meta jiġi identifikat każ ta’ frodi suspettata sa meta l-frodi tiġi stabbilita.
Figura 2
Livelli ta’ frodi
Sors: Il-QEA.
Minħabba n-natura moħbija tiegħu, il-kobor tal-fenomenu ta’ frodi ma jistax jiġi stmat purament fuq il-bażi tal-istatistika uffiċjali dwar każijiet irrappurtati u investigati. Metodi ta’ riċerka soċjoloġika jistgħu jipprovdu għarfien utli addizzjonali dwar l-iskala u n-natura tal-problema.
17Fil-każ tal-infiq tal-UE, l-informazzjoni dwar il-livell ta’ frodi identifikata tiġi rreġistrata fi tliet databases differenti (il-Figura 3).
Figura 3
Informazzjoni dwar frodi identifikata
Sors: Il-QEA.
L-OLAF – bħala l-korp ewlieni tal-UE kontra l-frodi – huwa responsabbli għall-ġbir u l-kompilazzjoni ta’ statistika u informazzjoni dwar il-frodi fl-infiq tal-UE f’isem il-Kummissjoni. L-Istati Membri u l-pajjiżi kandidati huma legalment obbligati14 li jirrappurtaw lill-OLAF, bħala parti mill-Kummissjoni, il-każijiet maġġuri kollha ta’ irregolaritajiet li jkunu identifikaw fid-dħul tal-UE (Riżorsi Proprji Tradizzjonali) u fl-infiq tagħha (Koeżjoni, Agrikoltura u Fondi ta’ qabel l-adeżjoni). Huma obbligati wkoll jirrappurtaw jekk dawn l-irregolaritajiet jagħtux lok għal proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji, inizjati fil-livell nazzjonali biex jiġi stabbilit jekk l-imġiba kinitx intenzjonata (frodi suspettata) jew jekk il-frodi ġietx stabbilita permezz ta’ deċiżjoni definittiva tal-qorti (frodi stabbilita). B’hekk, l-Istati Membri u l-pajjiżi kandidati l-ewwel iridu jirreġistraw irregolarità u mbagħad jindikaw jekk din l-irregolarità kinitx frodulenti (frodi suspettata jew frodi stabbilita) jew mhux frodulenti. Dan ir-rappurtar dwar l-infiq isir permezz ta’ sistema tal-IT imsejħa “Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet” (IMS). L-OLAF huwa inkarigat mill-ġestjoni ta’ din is-sistema. Ir-rappurtar dwar id-dħul isir permezz tas-sistema OWNRES, li hija mmaniġġjata mid-DĠ BUDG.
19L-OLAF għandu s-sistema proprja tiegħu ta’ ġestjoni tal-każijiet, li tipprovdi informazzjoni dwar investigazzjonijiet magħluqa u investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin f’każijiet ta’ frodi, korruzzjoni u irregolaritajiet serji li jinvolvu flus l-UE. L-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu wkoll ikollhom id-databases proprji tagħhom fejn jiġu rreġistrati każijiet ta’ frodi suspettata li jaffettwaw jew l-interessi finanzjarji tal-UE jew il-baġits nazzjonali tagħhom.
20F’din it-taqsima, aħna neżaminaw il-kwalità tal-informazzjoni li tintuża mill-Kummissjoni dwar il-livelli ta’ frodi identifikata u ta’ frodi mhux identifikata u t-tip ta’ analiżi li hija twettaq sabiex tidentifika x-xejriet u l-iskemi ta’ frodi l-aktar tipiċi, il-kawżi ta’ frodi, u l-profil ta’ dawk li jwettqu frodi kontra l-UE. Aħna nivvalutaw ukoll kif il-Kummissjoni tinkorpora din l-informazzjoni fil-valutazzjonijiet tagħha tar-riskju ta’ frodi.
Id-data dwar il-livell ta’ frodi identifikata mhijiex kompleta
21Kull sena l-Kummissjoni tippubblika l-valur tal-frodi identifikata, flimkien mal-analiżijiet sottostanti, f’rapport imsejjaħ ir-“Rapport PIF”15. Skont dan ir-rapport, il-frodi identifikata fl-infiq tal-UE ammontat għal EUR 390.7 miljun fl-2017, jew 0.29 % tal-pagamenti totali mill-baġit tal-UE (il-Figura 4).
Figura 4
Infiq tal-UE: frodi identifikata skont il-qasam ta’ nfiq (2017)
| Qasam ta’ nfiq tal-UE | Mid-data tal-Kummissjoni u r-rappurtar mill-Istati Membri u l-pajjiżi kandidati (ammont f’miljun EUR) | Bħala % tal-pagamenti |
|---|---|---|
| Koeżjoni u sajd** | 320* | 0.94 %x |
| Riżorsi naturali | 60 | 0.11 % |
| Infiq dirett | 7 | 0.04 % |
| Qabel l-adeżjoni | 3 | 0.18 % |
| Total | 308 | 0.29 % |
*Għall-oqsma ta’ nfiq ta’ Koeżjoni u sajd, li huma bbażati kollha kemm huma fuq programmi pluriennali, il-Kummissjoni tissuġġerixxi li ssir referenza għal data li tkopri l-perjodi ta' programmazzjoni kollha, aktar milli l-bidliet minn sena għal sena. Għaċ-ċiklu ta’ programmazzjoni 2007-13 kollu, il-frodi identifikata tirrappreżenta 0.44 % tal-pagamenti.
Sors: Il-QEA, ibbażat fuq ir-Rapport PIF 2017 (pp. 14, 22, 24 u 25) u d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD(2018) 386 final “Evalwazzjoni statistika tal-irregolaritajiet irrappurtati għall-2017” (pp. 47, 66, 102, 103 u 106).
F’każijiet fejn timmaniġġja l-infiq b’mod dirett, il-Kummissjoni tuża d-data proprja tagħha biex tikkalkula dawn iċ-ċifri dwar frodi identifikata, filwaqt li f’każijiet fejn l-infiq ikun taħt ġestjoni kondiviża, hija tuża data li tintbagħat lill-OLAF mill-Istati Membri u minn pajjiżi kandidati permezz tas-sistema IMS.
23Ibbażat fuq ir-riżultati tal-awditjar tagħna, deskritti fil-qosor fil-paragrafi li ġejjin, aħna kkonkludejna li dawn iċ-ċifri ma jipprovdux stampa kompleta tal-livell ta’ frodi identifikata fl-infiq tal-UE. Dan huwa l-każ kemm għal ġestjoni kondiviża kif ukoll għal modi oħra ta’ ġestjoni.
24Fil-każ ta’ ġestjoni kondiviża, hija l-fehma tal-Kummissjoni li l-problema prinċipali tan-nuqqas ta’ rappurtar tikkonċerna każijiet li jkunu qed jiġu investigati mis-servizzi ta’ prosekuzzjoni u li l-awtoritajiet inkarigati mill-implimentazzjoni tal-programm inkwistjoni ma jkunux jafu bihom16. Madankollu, aħna identifikajna r-raġunijiet addizzjonali li ġejjin għalfejn l-iskala ta’ frodi tiġi sottorappurtata:
- L-awtoritajiet tal-Istati Membri ma jirrappurtawx il-każijiet kollha investigati mill-OLAF. Mill-20 każ tal-OLAF li vverifikajna, aħna identifikajna 3 każijiet biss li kienu ġew irreġistrati fis-sistema IMS mill-awtoritajiet tal-Istati Membri.
- Każijiet frodulenti jistgħu jirriżultaw ukoll mill-attivitajiet ta’ korpi pubbliċi intermedji li jkunu involuti fl-implimentazzjoni ta’ programm operazzjonali fil-livell tal-għażla ta’ proġetti jew tal-proċedura ta’ offerti pubbliċi:
- Id-dritt tal-Unjoni17 ma tirrikjedix li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jirrappurtaw każijiet frodulenti jew każijiet mhux frodulenti fejn il-korpi pubbliċi jkunu eżerċitaw is-setgħat ta’ awtorità pubblika u ma jkunux aġixxew bħala operatur ekonomiku. Aħna sibna problemi ta’ sottorappurtar f’każijiet fejn il-korpi pubbliċi jaġixxu bħala operaturi ekonomiċi.
- Meta jseħħu irregolaritajiet frodulenti jew mhux frodulenti fl-għażla ta’ proġetti qabel ma proġett partikolari jingħata finanzjament, mhux dejjem ikun possibbli li jiġi identifikat il-proġett irregolari jew frodulenti kkonċernat sabiex id-data meħtieġa tiddaħħal fis-sistema IMS. Aħna ltqajna ma’ każijiet bħal dawn f’żewġ Stati Membri.
- Biex jitnaqqas il-piż amministrattiv tagħhom, id-dritt tal-UE jobbliga lill-awtoritajiet tal-Istati Membri li jirrappurtaw biss irregolaritajiet frodulenti jew mhux frodulenti li jkunu jinvolvu aktar minn EUR 10 000 ta’ flus l-UE18. Għall-Agrikoltura u l-Fond Soċjali Ewropew, hemm għadd kbir ta’ pagamenti li huma taħt is-soll ta’ EUR 10 000, u b’konsegwenza, għadd kbir ta’ pagamenti, potenzjalment frodulenti iżda taħt is-soll ta’ rappurtar, li ma jiġux irrappurtati. Matul l-awditu tagħna, aħna identifikajna Stat Membru partikolari fejn l-irregolaritajiet irrappurtati fis-sistema IMS għall-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali kienu jirrappreżentaw biss sehem żgħir (7 %) tal-irregolaritajiet kollha identifikati mill-Istat Membru għal dawn iż-żewġ Fondi. Min-naħa l-oħra, mis-7 % tal-irregolaritajiet irrappurtati, l-Istat Membru kkwalifika perċentwal għoli (60 %) bħala frodi suspettata.
Il-Kummissjoni ppubblikat bosta linji gwida19 dwar ir-rappurtar tal-irregolaritajiet u s-senjalar tagħhom bħala frodi suspettata. Madankollu, il-prattika ta’ rappurtar għadha tvarja minn Stat Membru għal ieħor. Dan huwa prinċipalment dovut għad-differenzi fl-interpretazzjoni ta’ “frodi suspettata” u ta’ “riżultanza amministrattiva jew ġudizzjarja primarja”20. Dawn id-definizzjonijiet huma importanti biex jiġi ddeterminat b’mod preċiż meta irregolarità trid tiġi ssenjalata bħala waħda frodulenti (frodi suspettata). It-tabella fl-Anness IV turi li xi wħud mill-Istati Membri ma jikkwalifikawx l-irregolaritajiet bħala frodi suspettata qabel ma tinqata’ d-deċiżjoni finali tal-qorti, filwaqt li oħrajn jagħmlu dan ħafna aktar kmieni fil-proċediment.
26Sabiex iżid l-enfasi fuq l-identifikazzjoni u r-rappurtar ta’ frodi, fl-2015 l-OLAF introduċa żewġ indikaturi ġodda: ir-“rata tal-identifikazzjoni tal-frodi” (FDR), li jikkorrispondi għall-valur tal-frodi, suspettata jew stabbilita, identifikata fi Stat Membru bħala perċentwal tal-pagamenti totali f’dak il-pajjiż għal perjodu speċifiku u l-livell tal-frekwenza tal-frodi (FFL), li huwa l-għadd ta’ każijiet ta’ frodi suspettata jew stabbilita fi Stat Membru bħala perċentwal tal-għadd totali ta’ irregolaritajiet identifikati f’dak il-pajjiż għal perjodu speċifiku. Indikatur simili nħoloq għal irregolaritajiet mhux frodulenti (ir-“rata tal-identifikazzjoni tal-irregolarità” jew IDR u l-“livell tal-frekwenza tal-irregolarità” jew IFL). Il-Figura 5 tinkludi informazzjoni dwar l-FDR u l-IDR ta’ kull Stat Membru fil-qasam ta’ Koeżjoni għall-perjodu 2007-2013.
27Dawn l-indikaturi jissottolinjaw il-fatt li jeżistu disparitajiet sinifikanti fil-livell (il-valur u l-għadd ta’ każijiet) ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi identifikati u rrappurtati mill-Istati Membri. Pereżempju, 10 Stati Membri rrappurtaw inqas minn 10 każijiet ta’ frodi suspettata matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 kollu, u 12-il Stat Membru kellhom rati tal-identifikazzjoni tal-frodi ta’ inqas minn 0.1 %. Mill-irregolaritajiet kollha rrappurtati, 8 Stati Membri kkategorizzaw aktar minn 10 % bħala każijiet ta’ frodi suspettata, filwaqt li għal 14-il Stat Membru ieħor dan kien inqas minn 5 %.
28Il-Kummissjoni tqis li d-differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri f’termini ta’ rappurtar dwar frodi u irregolarità jistgħu jkunu marbuta mas-sistema nazzjonali stabbilita biex tiġġieled kontra l-frodi aktar milli sempliċiment man-nuqqas ta’ armonizzazzjoni fir-rappurtar. Ma kienx hemm disponibbli analiżi aktar dettaljata mill-Kummissjoni dwar ir-raġunijiet sottostanti għal dawn id-differenzi.
29Indikazzjoni oħra tal-eżistenza ta’ problemi fir-rappurtar jew fl-identifikazzjoni hija li l-korrelazzjoni bejn l-istatistika uffiċjali dwar ir-rati tal-identifikazzjoni tal-frodi rrappurtata u r-riżultati tal-indikaturi tar-riskju ta’ korruzzjoni hija dgħajfa (il-Figura 5): xi pajjiżi b’punteġġ baxx fuq l-Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni (CPI) ta’ Transparency International jew l-Indiċi tal-Integrità Pubblika (IPI), u li b’hekk jitqiesu li huma inqas trasparenti, jirrappurtaw ftit ferm każijiet ta’ frodi jew saħansitra xejn.
Figura 5
Ir-rata tal-identifikazzjoni tal-irregolarità u tal-frodi għal kull Stat Membru mqabbel mar-riżultati tas-CPI, tal-IPI u tal-Ewrobarometru
* L-Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni (CPI) ta’ Transparency International jikklassifika l-pajjiżi skont il-livelli ta’ korruzzjoni perċepiti tagħhom, kif determinat minn valutazzjonijiet mill-esperti u minn stħarriġiet tal-opinjoni. Il-klassifikazzjoni ssir fuq skala minn 100 (trasparenti ħafna) sa 0 (korrott ħafna).
** L-indiċi tal-integrità pubblika (IPI) huwa indiċi kompost li jikkonsisti minn sitt komponenti: l-indipendenza ġudizzjarja, il-piż amministrattiv, il-ftuħ għall-kummerċ, it-trasparenza tal-baġit, iċ-ċittadinanza elettronika u l-libertà tal-istampa. Huwa għandu l-għan li jagħti stampa oġġettiva u komprensiva tal-istat tal-kontroll tal-korruzzjoni f’109 pajjiżi. Il-klassifikazzjoni ssir fuq skala minn 1 (kontroll baxx tal-korruzzjoni) sa 10 (kontroll għoli tal-korruzzjoni).
*** L-Ewrobarometru 2015 ikejjel il-perċezzjoni taċ-ċittadini tal-UE. Q1_B. Defrauding the EU budget: The scale of the problem is rather frequent? (Iffrodar tal-baġit tal-UE: L-iskala tal-problema hija pjuttost frekwenti?)
Il-Kummissjoni ma twettaqx kontrolli komprensivi dwar il-kwalità tad-data rrappurtata fis-sistema IMS; lanqas ma titlob lill-awtoritajiet tal-Istati Membri biex jipprovdu aċċertament dwar l-affidabbiltà tad-data rrappurtata. Kontrolli parzjali dwar il-konformità ma’ obbligi ta’ rappurtar jitwettqu fi ħdan il-qafas ta’ awditi tas-sistemi.
31La l-OLAF u lanqas xi korp ieħor fi ħdan il-Kummissjoni ma jiġbru informazzjoni dwar każijiet kriminali marbuta mal-interessi finanzjarji tal-UE li jkunu investigati mill-awtoritajiet nazzjonali. L-Istati Membri għandhom is-sistemi proprji tagħhom għar-reġistrazzjoni ta’ każijiet li jkunu qed jiġu investigati, u kważi nofshom ma jiddistingwux bejn reati finanzjarji li jaffettwaw l-interessi nazzjonali u dawk li jaffettwaw l-interessi tal-UE. B’riżultat ta’ dan, la l-Kummissjoni u lanqas dawn l-Istati Membri ma għandhom kategorija separata għad-data dwar il-frodi fl-infiq tal-UE.
32Fil-qasam ta’ nfiq li jiġi mmaniġġjat b’mod dirett mill-Kummissjoni, il-valur tal-infiq frodulenti suspettat huwa bbażat fuq ammonti ssenjalati bħala frodulenti u rreġistrati fis-sistema kontabilistika tal-Kummissjoni. Aħna sibna li xi data ma tiġix inkluża fil-valur tal-infiq frodulenti suspettat. F’xi każijiet, il-Kummissjoni tirkupra flus minn infiq frodulenti billi tpaċi dan l-ammont kontra klejms futuri mingħajr ma tistabbilixxi ordni ta’ rkupru formali. Dawn il-każijiet mhux dejjem jiġu ssenjalati bħala frodulenti, anki jekk il-linji gwida tal-Kummissjoni jirrikjedu li dan isir. Barra minn hekk, xi każijiet ta’ frodi suspettata ma jirrikjedux li jiġu investigati mill-OLAF, iżda jingħataw segwitu mid-direttorati ġenerali permezz ta’ awditi. Dawn il-każijiet mhux dejjem jiġu inklużi fil-valur irrappurtat tal-infiq frodulenti. Il-Kummissjoni għadha ma stabbilietx linji gwida ċari dwar kif din id-data għandha tiġi kkumpilata.
Il-Kummissjoni ma għandhiex għarfien approfondit dwar il-livell ta’ frodi mhux identifikata
33Il-Kummissjoni ma tagħmilx stima tal-frodi mhux identifikata. U lanqas qatt ma wettqet stħarriġ dwar il-vittimizzazzjoni kriminali jew tax-xhieda possibbli ta’ reat li kienu jiffokaw fuq il-frodi fl-infiq tal-UE. Il-Kummissjoni qaltilna li ma tqisx li stħarriġiet dwar il-vittimizzazzjoni, jew tax-xhieda possibbli jew inkella tal-perċezzjoni huma għodod adatti biex jipprovdu għarfien approfondit aħjar dwar l-iskala kumplessiva tal-frodi fis-sussidji mill-UE, minħabba li stħarriġ tal-vittmi ta’ frodi mill-baġit tal-UE jkun jinvolvi spejjeż konsiderevoli u mhuwiex ċar lil min għandhom jiġu indirizzati mistoqsijiet soċjoloġiċi bħal dawn.
34Madankollu, biex titkejjel il-korruzzjoni, li hija wkoll reat moħbi, diġà ntużaw studji bbażati fuq il-perċezzjoni u l-esperjenza. L-indikaturi għall-kejl tal-korruzzjoni li huma aċċettati b’mod ġenerali jinkludu l-indiċi dwar il-perċezzjoni tal-korruzzjoni ta’ Transparency International u l-indikatur tal-kontroll tal-korruzzjoni (WB-CCI) tal-Bank Dinji. Dawn l-indiċijiet jużaw ir-riżultati ta’ studji bbażati fuq il-perċezzjoni. Stħarriġiet bħal dawn ma jitwettqux biex jissostitwixxu l-istatistika uffiċjali, iżda pjuttost biex jikkomplementawha.
35Minbarra l-istħarriġiet ibbażati fuq il-perċezzjoni, saru wkoll xi studji reċenti fejn ġie stmat il-livell tar-riskju ta’ korruzzjoni jew il-livell tal-kontroll ta’ korruzzjoni bl-użu ta’ data amministrattiva oġġettiva21.
36Fil-qasam ta’ Koeżjoni, id-DĠ REGIO beda studju li jivvaluta l-kwalità tal-gvern fil-livell reġjonali, bl-użu ta’ data dwar l-akkwist pubbliku. Wieħed mill-indikaturi tal-prestazzjoni li tkejlu kien il-kontroll tar-riskji ta’ korruzzjoni (il-Kaxxa 1) Għarfien dwar il-varjazzjoni reġjonali jew settorjali f’dan ir-rigward huwa kruċjali għall-fehim tar-riskji ta’ korruzzjoni u għall-immaniġġjar effettiv tagħhom.
Kaxxa 1
Studju dwar il-kwalità tal-gvern fil-livell reġjonali, bl-użu ta’ data dwar l-akkwist pubbliku
Fl-2017, id-DĠ REGIO beda studju, reġjun b’reġjun, dwar il-prestazzjoni tal-akkwist pubbliku fl-Istati Membri tal-UE, bl-użu ta’ indikatur innovattiv tar-riskju ta’ korruzzjoni żviluppat mill-proġett ta’ riċerka DIGIWHIST ġewwa l-Università ta’ Cambridge. Dan il-metodu juża ammonti kbar ta’ data minn databases ta’ skala kbira ddedikati għall-akkwist pubbliku (Tender Electronic Daily), data mir-reġistri tal-kumpaniji u data finanzjajra u dwar is-sjieda22.
Dan il-metodu ta’ kejl tal-korruzzjoni jindika li l-varjazzjoni bejn ir-reġjuni jew is-setturi hija akbar minn dik bejn pajjiżi differenti, peress li t-tqabbil tad-differenzi bejn il-pajjiżi jaħbi l-firxa kbira ta’ differenzi li teżisti ġewwa l-pajjiżi nfushom.
Dawn l-eżempji juru li huwa fil-fatt possibbli li jinkiseb għarfien approfondit dwar l-iskala tal-frodi mhux identifikata jew tal-korruzzjoni.
L-analiżi, mill-Kummissjoni, tax-xejriet u r-riskji ta’ frodi mhijiex suffiċjenti
38Għarfien dwar ix-xejriet ta’ frodi jikkontribwixxi għal valutazzjonijiet preċiżi u aġġornati tar-riskju ta’ frodi u jgħin biex jiġu identifikati u applikati l-kontrolli rilevanti għall-prevenzjoni u l-identifikazzjoni tal-frodi.
39Il-Kummissjoni tanalizza t-tipi differenti ta’ frodi sabiex tikkonforma:
- mal-obbligu annwali tagħha li tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-miżuri meħuda minnha u mill-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-frodi u r-riżultat ta’ dawn l-azzjonijiet (fir-rapport PIF) u mal-obbligi tagħha skont il-leġiżlazzjoni settorjali;
- mal-qafas tagħha ta’ kontroll intern, li jirrikjedi li ssir valutazzjoni tar-riskju ta’ frodi.
Ir-Rapport PIF 2016 jinkludi taqsima dwar tipi ta’ irregolaritajiet irrappurtati bħala frodulenti għaż-żewġ Fondi fil-qasam tal-Agrikoltura, u għall-qasam ta’ prijorità “Riċerka u żvilupp teknoloġiku” (RTD) għall-perjodu 2007-2013 fil-każ tal-Fondi Strutturali. L-analiżi tal-modus operandi ppreżentata fir-rapport tinkludi tipi differenti ta’ irregolaritajiet rrappurtati bħala frodulenti23.
41Minbarra r-rapport PIF, l-OLAF ħejja wkoll bosta analiżijiet imsejħa “kompendji tal-każijiet”, li jkopru x-xejriet prinċipali tal-frodi kif ukoll il-vulnerabbiltajiet tagħhom u s-sinjali ta’ allarm (red flags). Dawn il-kompendji tal-każijiet jipprovdu lista ta’ każijiet f’forma anonima, ibbażati fuq ix-xogħol investigattiv tal-OLAF, flimkien ma’ data mill-Istati Membri.
42Dawn huma eżempji tajbin dwar kif l-għarfien investigattiv tal-OLAF u intelligence oħra jistgħu jintużaw biex jipprovdu informazzjoni f’waqtha dwar it-theddid ewlieni ta’ frodi kontra l-baġit tal-UE. Madankollu, dawn il-kompendji huma dokumenti ta’ darba li ma jiġux aġġornati kontinwament. L-OLAF ipproduċa erba’ kompendji tal-każijiet bħal dawn relatati mal-frodi24, ippubblikati rispettivament fl-2010, fl-2011, fl-2012 u fl-2013, iżda ma ppubblika l-ebda aġġornament minn dak iż-żmien ’il hawn. Pereżempju, il-kompendju tal-każijiet l-aktar reċenti dwar il-Fondi Strutturali, li ġie ppubblikat fl-2011, jikkonċerna l-perjodi ta' programmazzjoni 1994-1999 u 2000-2006.
43Attwalment, ir-riskji ta’ frodi jiġu vvalutati fil-livell tad-DĠ. Ma titwettaq l-ebda valutazzjoni ċentrali tar-riskju ta’ frodi għall-Kummissjoni fl-intier tagħha u ma jeżistix reġistru tar-riskju ta’ frodi korporattiva. Huwa meħtieġ li informazzjoni ta’ dan it-tip tittieħed inkunsiderazzjoni għall-Istrateġija tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi (CAFS). Il-CAFS, li ġiet adottata fl-2011, ma tinkludi l-ebda informazzjoni dwar jekk teżistix analiżi tar-riskju ta’ frodi sottostanti u lanqas dwar ir-riżultati ta’ analiżi ta’ dan it-tip.
44Aħna eżaminajna l-valutazzjonijiet tar-riskju ta’ frodi mwettqa minn seba’ DĠ tal-Kummissjoni. Dawn il-valutazzjonijiet tar-riskju ta’ frodi kienu bbażati biss fuq analiżi ta’ frodi identifikata, u kkombinaw informazzjoni minn sorsi interni differenti (eż. is-sistema IMS, l-OLAF, is-sejbiet tal-awditjar tad-direttorati ġenerali u r-riżultanzi tal-QEA). Huma ma jużawx informazzjoni oħra li tkun ġejja minn sorsi esterni, bħall-istatistika nazzjonali dwar il-kriminalità, ir-rapporti uffiċjali tal-gvern, analiżijiet u rapporti minn NGOs, jew indikaturi jew stħarriġ tar-riskju ta’ korruzzjoni, biex jikkomplementaw l-analiżijiet tagħhom tar-riskju ta’ frodi. Għalhekk, il-konklużjoni li waslu għaliha ħamsa mis-seba’ DĠ inkarigati mill-infiq, jiġifieri li r-riskju ta’ frodi huwa baxx, mhijiex ibbażata fuq analiżi eżawrjenti li tkopri l-elementi kollha meħtieġa25.
45L-informazzjoni fir-reġistru globali tal-frodi li nħoloq miċ-Chartered Institute of Public Finance and Accountancy, flimkien mad-ditta kontabilistika Moore Stephens, tindika li r-riskju ta’ frodi jista’ jkun għoli fl-infiq fuq għotjiet (li jirrappreżenta sehem kbir mill-infiq tal-UE). Dan ir-reġistru huwa bbażat fuq stħarriġ globali ta’ aktar minn 150 professjonist tal-kontabbiltà u tar-riskju ta’ frodi f’37 pajjiż, sabiex jiġi ddeterminat liema huma l-oqsma bl-aktar riskju serju fid-dinja. Ir-rispondenti evalwaw 18-il tip differenti ta’ riskju ta’ frodi u ta’ tixħim, u tawhom punteġġ minn 1 (riskju l-aktar baxx) sa 5 (riskju l-aktar għoli). Kważi nofs (48 %) ir-rispondenti kollha mistħarrġa qalu li l-frodi fl-għotjiet tippreżenta riskju għoli jew għoli ħafna, li jpoġġiha fl-ewwel post fir-reġistru26.
46Xi wħud mill-esperti li kkonsultajna huma tal-fehma li huwa importanti li jintużaw bosta metodi differenti, imfassla skont it-tip ta’ nfiq, biex jinkiseb għarfien approfondit aħjar tar-riskju, l-iskala u n-natura tal-frodi fl-infiq tal-UE. Pereżempju, għall-Politika Agrikola Komuni, fejn il-finanzjament jingħata prinċipalment permezz ta’ drittijiet u hemm inqas diskrezzjoni dwar kif flus l-UE jiġu allokati, possibbiltà ta’ kif tista’ titkejjel l-iskala ta’ nfiq frodulenti hija billi jitkejjel it-telf li jirriżulta mill-frodi. Għal proġetti ta’ investiment, jista’ jkun possibbli li jiġi stabbilit ir-riskju ta’ frodi u ta’ korruzzjoni billi jiġu analizzati settijiet amministrattivi ta’ data (ammonti kbar ta’ data) bħal databases dwar offerti pubbliċi u dwar kuntratti, kif ukoll l-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet dwar għotjiet. L-istħarriġ tal-benefiċjarji tal-UE jew tal-korpi li jimmaniġġjaw il-fondi tal-UE jista’ wkoll jipprovdi informazzjoni komplementari.
Il-Kummissjoni ma analizzatx il-kawżi ta’ frodi
47La l-OLAF u lanqas id-direttorati ġenerali tal-Kummissjoni ma wettqu analiżi dettaljata tal-kawżi prinċipali ta’ frodi, jew tal-karatteristiċi tal-persuni li jwettquha. Il-Kummissjoni ma tqisx li l-identifikazzjoni tal-motivazzjoni tal-frodaturi żżid valur sinifikanti għall-ġlieda tagħha kontra l-frodi.
48L-aktar tip frekwenti ta’ każijiet ta’ frodi suspettata li nidentifikaw fl-awditi tagħna hija dik fejn benefiċjarji joħolqu kundizzjonijiet b’mod artifiċjali biex jiksbu aċċess għall-fondi tal-UE. Dan il-modus operandi juri li l-frodaturi mhux dejjem ikunu kriminali organizzati, iżda individwi (benefiċjarji tal-fondi tal-UE) li jiksru r-regoli intenzjonalment sabiex jirċievu fondi tal-UE li jemmnu li huma leġittimament intitolati għalihom. Xi wħud mill-esperti enfasizzaw il-possibbiltà ta’ rabta ta’ kawżalità bejn il-kumplessità tar-regoli u l-frodi. Il-Kaxxa 2 tipprovdi eżempju li rrapurtajna fir-Rapport Annwali 2014 tagħna27.
Kaxxa 2
Il-ħolqien artifiċjali ta’ kundizzjonijiet biex tinkiseb għajnuna għall-iżvilupp rurali
Għadd ta’ gruppi ta’ persuni (li kienu parti mill-istess familja jew parti mill-istess grupp ekonomiku) stabbilew bosta entitajiet bl-iskop li jiksbu għajnuna li taqbeż il-limitu massimu permess taħt il-kundizzjonijiet tal-miżura ta' investiment. Il-benefiċjarji ddikjaraw li dawn l-entitajiet kienu qed joperaw b’mod indipendenti, iżda dan ma kienx il-każ fil-prattika peress li kienu maħsuba biex jiffunzjonaw flimkien. Kienu effettivament parti mill-istess grupp ekonomiku, u bl-istess post ta' negozju, persunal, klijenti, fornituri u sorsi ta’ finanzjament.
Studju dwar ir-riskji ta’ korruzzjoni fl-Istati Membri tal-UE jindika li l-opportunità għal infiq diskrezzjonarju mingħajr kontrolli adegwati żżid ir-riskju ta’ korruzzjoni fl-infiq28. Xi wħud mill-esperti ġibdu l-attenzjoni għal tipi simili ta’ riskji. Għalhekk ikun xieraq kieku l-OLAF jew id-direttorati ġenerali tal-Kummissjoni janalizzaw kif id-diskrezzjoni fil-programmi kofinanzjati mill-UE taffettwa r-riskju ta’ frodi f’qasam ta’ nfiq partikolari. Dan huwa partikolarment minnu fil-qasam ta’ ġestjoni kondiviża (eż. il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej), fejn il-korpi tal-Istati Membri li jiddistribwixxu dawn il-fondi għandhom diskrezzjoni fl-istabbiliment tal-kriterji u l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà.
Jeżistu xi dgħufijiet fl-approċċ strateġiku tal-Kummissjoni għall-immaniġġjar tar-riskju ta’ frodi
50Il-frodi hija kwistjoni trażversali. Għalhekk, biex tkun tista’ titnaqqas, jeħtieġ li jsir sforz u firxa wiesgħa ta’ azzjonijiet minn ħafna partijiet ikkonċernati. Madankollu, fl-istess ħin il-ġlieda kontra l-frodi mhijiex normalment l-attività prinċipali ta’ xi unità operazzjonali partikolari fi ħdan organizzazzjoni. Għalhekk, tkun prattika tajba li tiġi ddeżinjata entità, jew maniġer superjuri, biex tmexxi u tissorvelja l-attivitajiet tal-organizzazzjoni kontra l-frodi29. Id-definizzjoni ċara tar-rwoli u tar-responsabbiltajiet tal-unitajiet operazzjonali involuti hija kruċjali wkoll, peress li dan huwa l-uniku mod biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tar-rwoli u biex jiġi evalwat l-impatt reali ta’ kull attur.
51Aħna eżaminajna jekk il-Kummissjoni ddefinietx rwoli u responsabbiltajiet ċari għat-tmexxija, flimkien ma’ sorveljanza xierqa tal-ġestjoni tar-riskju ta’ frodi. Aħna eżaminajna wkoll jekk il-Kummissjoni għandhiex strateġija kontra l-frodi mfassla tajjeb u kapaċi li tiggwida l-azzjonijiet tagħha ta’ kuljum kontra l-frodi, kif ukoll jekk hija tkejjilx l-outputs ta’ dawn l-azzjonijiet b’mod xieraq.
Skont il-mudell ta’ governanza tal-Kummissjoni ir-responsabbiltajiet jinqasmu; madankollu, is-sorveljanza korporattiva tal-ġestjoni tar-riskju ta’ frodi mhijiex suffiċjenti
52Aħna analizzajna r-rwoli u r-responsabbiltajiet tipiċi (l-aktar frekwenti) tad-diversi korpi fir-rigward tal-eżiti ewlenin relatati ma’ frodi, f’kull fażi tal-ġlieda kontra l-frodi: l-ippjanar, l-implimentazzjoni u r-rappurtar (l-Anness V).
53Skont il-mudell ta’ governanza tal-Kummissjoni, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tad-dipartimenti tal-Kummissjoni li huma involuti f’azzjonijiet kontra l-frodi jinqasmu. Madankollu, is-sorveljanza korporattiva mhijiex suffiċjenti. Il-biċċa l-kbira tal-korpi għandhom rwol konsultattiv. L-atturi ewlenin li huma responsabbli għall-azzjonijiet kontra l-frodi huma l-Kulleġġ tal-Kummissarji, id-direttorati ġenerali u l-awtoritajiet tal-Istati Membri.
54Il-President tal-Kummissjoni jiddefinixxi r-responsabbiltajiet ta’ kull Kummissarju f’ittri ta’ missjoni individwali. Huwa jirrikjedi li l-Kummissarji kollha jiżguraw il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-programmi taħt ir-responsabbiltà tagħhom, inkluż li jipproteġu l-baġit tal-UE mill-frodi. L-ittra ta’ missjoni tal-Kummissarju għall-Baġit u r-Riżorsi Umani, li huwa responsabbli għall-OLAF, tirrikjedi li huwa jiffoka fuq ir-rinfurzar tal-investigazzjoni ta’ frodi kontra l-baġit tal-UE, fuq il-korruzzjoni u fuq l-imġiba ħażina serja fl-istituzzjonijiet Ewropej, billi jappoġġa x-xogħol tal-OLAF, li l-indipendenza investigattiva tiegħu trid tiġi ppreservata. Il-ġestjoni strateġika tar-riskju ta’ frodi u l-prevenzjoni ta’ frodi la jissemmew speċifikament fil-portafoll ta’ dan il-Kummissarju u lanqas f’dak ta’ xi Kummissarju ieħor.
55L-OLAF huwa l-korp ewlieni tal-UE kontra l-frodi u, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 (ir-“Regolament OLAF”), huwa meħtieġ jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-politika tal-Kummissjoni kontra l-frodi. Madankollu, la l-OLAF u lanqas servizzi oħra tal-Kummissjoni ma għandhom rwol importanti fis-sorveljanza tal-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-Kummissjoni kontra l-frodi jew fir-rappurtar dwar l-outputs. Minħabba l-mudell ta’ governanza tal-Kummissjoni, l-OLAF innifsu mhuwiex responsabbli għal deċiżjonijiet li jaffettwaw lill-uffiċjali awtorizzati b’delega (AODs) jew lill-Istati Membri. Huwa jipprovdi gwida u rakkomandazzjonijiet lil dawk responsabbli għad-diversi azzjonijiet kontra l-frodi (Anness V).
56Fl-oqsma ta’ nfiq ta’ Koeżjoni u Agrikoltura l-Kummissjoni tikkondividi mal-Istati Membri r-responsabbiltà għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE kontra l-frodi. Attwalment, il-Kummissjoni ma għandhiex proċeduri regolari biex tiddetermina kemm l-Istati Membri qed isegwu tajjeb każijiet ta’ frodi suspettata. Lanqas ma għandha mekkaniżmu effettiv biex tħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu azzjoni kontra l-frodi, jew biex timmonitorja jew tinfluwenza azzjoni bħal din.
5757 Bosta organizzazzjonijiet internazzjonali oħra ndunaw li hemm il-ħtieġa għal mekkaniżmi ta’ monitoraġġ bħal dawn. Pereżempju, il-Grupp ta’ Ħidma tal-OECD dwar it-Tixħim (WGB), li l-membri tiegħu jiġu minn awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji tal-Istati Membri, jimmotiva u jissorvelja l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-Konvenzjoni tal-OECD dwar il-Ġlieda kontra t-Tixħim30. Id-WGB żviluppa bosta proċeduri u prattiki li permezz tagħhom kemm hu kif ukoll l-istati membri tal-OECD ikunu jistgħu jeżerċitaw influwenza reċiproka biex issaħħu l-kapaċitajiet rispettivi tagħhom biex jimplimentaw il-Konvenzjoni (il-Kaxxa 3).
Kaxxa 3
Mekkaniżmi ta’ monitoraġġ tal-Grupp ta’ Ħidma tal-OECD dwar it-Tixħim
L-għodda prinċipali tad-WGB hija valutazzjoni bejn il-pari, fejn esperti esterni jivvalutaw il-leġiżlazzjoni ta’ kull stat membru tal-OECD, u l-isforzi tagħhom biex jimplimentawha. Dawn ir-rapporti ta’ monitoraġġ tal-pajjiżi jinkludu wkoll rakkomandazzjonijiet li aktar tard jiġu segwiti bir-reqqa. Id-WGB jimmonitorja wkoll fuq bażi rikorrenti l-investigazzjonijiet kriminali li jkunu nfetħu mill-istati membri, jipproduċi studji u miżuri ta’ liġi mhux vinkolanti li jkollhom l-għan li jsaħħu l-integrità fis-settur pubbliku u jsaħħu l-kapaċitajiet tal-Istati Membri biex jidentifikaw u jinvestigaw il-korruzzjoni transnazzjonali. Din is-sistema ta’ tagħlim u superviżjoni reċiproċi ħeġġet u għenet lill-istati membri tal-OECD biex itejbu l-prestazzjoni tagħhom fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni.
Hemm dgħufijiet fl-istrateġiji kontra l-frodi u fir-rappurtar dwar l-effettività tagħhom
58Il-qafas strateġiku għall-azzjonijiet tal-Kummissjoni kontra l-frodi jinkludi kemm l-istrateġija għall-istituzzjoni fl-intier tagħha (il-CAFS), li ġiet adottata fl-2011, kif ukoll l-istrateġiji kontra l-frodi fil-livell tad-DĠ u/jew fil-livell settorjali (AFS), li ġew żviluppati minn DĠ individwali jew minn gruppi ta’ DĠ ikkonfrontati minn riskji simili ta’ frodi, eż. fil-politika ta’ Koeżjoni jew fil-programmi ta’ riċerka. Il-ġustifikazzjoni tal-Kummissjoni għall-eżistenza ta’ AFSs differenti fil-livell individwali u f’dak settorjali hija li l-approċċ ta’ universalità mhuwiex l-aktar mod effiċjenti għall-ġestjoni tar-riskju ta’ frodi, u li r-responsabbiltajiet tal-atturi differenti jvarjaw skont il-mod ta’ ġestjoni u l-qasam ta' politika.
59Għalkemm il-CAFS kellha tkun ikkompletata sa tmiem l-2014, xi azzjonijiet għadhom għaddejjin. Billi l-Kummissjoni ma aġġornatx il-CAFS minn meta adottatha fl-2011, aħna għandna dubji dwar jekk din hijiex adatta biex tiggwida l-attivitajiet tal-Kummissjoni kontra l-frodi f’termini prattiċi. Il-Kummissjoni infurmatna li qed jitħejja aġġornament tal-CAFS u li dan se jiġi adottat dalwaqt.
60Aħna eżaminajna l-AFSs ta’ seba’ DĠ, li jkopru l-oqsma l-kbar kollha ta’ nfiq: id-DĠ AGRI, id-DĠ CNECT, id-DĠ DEVCO, id-DĠ EMPL, id-DĠ HOME, id-DĠ REGIO u d-DĠ RTD. Dawn l-AFSs kienu jinkludu għadd ta’ indikaturi tal-output jew outputs individwali li jappoġġaw l-objettivi stabbiliti. Madankollu, dawn l-objettivi huma ġenerali biss, u fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, ma jistgħux jitkejlu. Mid-29 objettiv li analizzajna, 18 jinvolvu “rinfurzar”, “żieda”, “trawwim”, “tisħiħ” u “titjib” ta’ ċerti attivitajiet kontra l-frodi, mingħajr ma juru l-punt tat-tluq (linja bażi) u l-valur fil-mira.
61It-tliet rapporti ewlenin li jinkludu informazzjoni dwar l-azzjonijiet tal-Kummissjoni kontra l-frodi huma r-rapport PIF, ir-rapport annwali dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni (AMPR) u r-rapporti annwali tal-attività tad-direttorati ġenerali. Il-Kulleġġ tal-Kummissarji huwa responsabbli għall-ewwel tnejn u d-DĠ individwali għall-aħħar wieħed (il-Figura 6).
Figura 6
Rapporti tal-Kummissjoni li jinkludu informazzjoni dwar l-azzjonijiet kontra l-frodi
Sors: Il-QEA.
Ir-rapport PIF annwali jippreżenta l-outputs tal-azzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri kontra l-frodi (eż. regolamenti riveduti, strateġiji, direttivi jew taħriġ ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-frodi), iżda jivvaluta biss, b’mod limitat, l-effettività tagħhom f’termini ta’ prevenzjoni, identifikazzjoni, irkupru jew deterrenza reali. Ir-Rapport PIF jissodisfa l-obbligu stipulat fl-Artikolu 325(5) tat-TFUE, li jispeċifika li l-Kummissjoni, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha kull sena tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu.
63L-AMPR – wieħed mill-għodod prinċipali tal-obbligu ta’ rendikont tal-Kummissjoni – lanqas ma jinkludi informazzjoni dwar ir-riżultati reali tal-azzjonijiet tal-istituzzjoni kontra l-frodi.
6464 Fir-rapporti annwali tal-attività tagħhom, id-DĠ huma meħtieġa jirrappurtaw dwar ir-riżultati tal-azzjonijiet tagħhom kontra l-frodi, ibbażat fuq indikaturi ddefiniti fil-pjanijiet annwali ta’ ġestjoni (AMPs). Id-direttorati ġenerali li analizzajna ma rrappurtawx dwar l-effettività tal-azzjonijiet kontra l-frodi li rriżultaw mill-AFSs tagħhom. Kienu biss id-DĠ EMPL u d-DĠ REGIO li pprovdew informazzjoni fir-RAA 2016 tagħhom dwar l-outputs li rriżultaw mill-użu tagħhom tal-għodda għas-sejba tar-riskji ARACHNE31 u dwar il-monitoraġġ li wettqu tal-implimentazzjoni, mill-Istati Membri, ta’ miżuri kontra l-frodi bbażati fuq ir-riskju.
Il-prevenzjoni tal-frodi ma ngħatatx biżżejjed attenzjoni
65Il-prevenzjoni tal-frodi qabel ma sseħħ hija element ewlieni ta’ qafas effettiv kontra l-frodi. Aħna eżaminajna l-azzjonijiet ewlenin tal-Kummissjoni għall-prevenzjoni tal-frodi, b’mod partikolari, kif hija tivvaluta r-riskju ta’ frodi qabel ma tadotta regoli dwar l-infiq u kif tfassal u timplimenta kontrolli xierqa kontra l-frodi. Aħna analizzajna wkoll kif il-Kummissjoni tuża d-data għal skopijiet ta’ prevenzjoni tal-frodi.
Il-Kummissjoni inkludiet reċentement il-kontrolli kontra l-frodi fir-regoli tal-ogħla livell dwar l-infiq
66L-attivitajiet tal-Kummissjoni għall-prevenzjoni tal-frodi jmorru lura għas-sena 2000, meta l-Kummissjoni ddeċidiet li tagħmel il-leġiżlazzjoni tagħha inqas vulnerabbli għall-frodi32. Ġiet stabbilita unità speċifika għall-prevenzjoni tal-frodi fi ħdan l-OLAF, li kienet notevolment inkarigata milli tiżgura li l-iskemi ta’ nfiq ikollhom dispożizzjonijiet legali speċifiċi kontra l-frodi, b’kontrolli xierqa għal dan il-għan.
67Fl-2007, il-Kummissjoni rrappurtat li kienet laħqet l-objettivi tal-proċeduri tagħha għall-prevenzjoni tal-frodi33 u li, fir-regoli dwar l-infiq, kienu ddaħħlu dispożizzjonijiet standard kontra l-frodi. Fl-2011, il-Kummissjoni għamlet il-prevenzjoni tal-frodi l-azzjoni tal-ewwel prijorità tal-CAFS. Madankollu, sal-2011, kienu diġà ġew adottati r-regoli ewlenin dwar l-infiq għall-perjodu 2007-2013. Huwa biss mill-bidu tal-perjodu 2014-2020 li r-regoli dwar l-infiq fl-oqsma ta’ Koeżjoni, Agrikoltura u Riċerka bdew jinkludu r-rekwiżit li jiġu implimentati kontrolli effettivi u proporzjonati kontra l-frodi qabel ma jsir infiq (il-Figura 7). Preċedentement, xi kontrolli kontra l-frodi kienu inklużi f’livelli sottoleġiżlattivi fi ħdan il-qasam tar-Riċerka, eż. f’kuntratti u ftehimiet mudell.
68Fil-qasam ta’ Koeżjoni, id-DĠ REGIO ddeċieda li juża kumpanija privata esterna biex tivvaluta kif l-Istati Membri jissodisfaw ir-rekwiżit li jimplimentaw miżuri effettivi u proporzjonati kontra l-frodi għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020. F’Diċembru 2016, il-Kummissjoni ffirmat kuntratt ma’ kumpanija ta’ konsulenza biex teżamina l-miżuri meħuda mill-Istati Membri għall-prevenzjoni u l-identifikazzjoni tal-frodi u l-korruzzjoni fir-rigward tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej. Ir-riżultati kellhom ikunu lesti sa tmiem l-2017, iżda kien hemm dewmien. Mhix ippjanata li ssir valutazzjoni ta’ dan it-tip għall-qasam tal-Agrikoltura.
Figura 7
Kronoloġija tal-azzjonijiet tal-Kummissjoni għall-prevenzjoni tal-frodi
Sors: Il-QEA.
B’hekk, fl-2014 il-Kummissjoni inkludiet dispożizzjonijiet komprensivi kontra l-frodi fir-regoli kollha tal-ogħla livell dwar l-infiq. Dan mhux dejjem kien il-każ fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013.
70Ibbażat fuq l-investigazzjonijiet tiegħu, l-OLAF jagħmel ukoll rakkomandazzjonijiet amministrattivi lid-DĠ fejn jenfasizza d-dgħufijiet fil-kontrolli tagħhom għall-prevenzjoni u l-identifikazzjoni tal-frodi. Bejn l-2014 u l-2016, l-OLAF għamel 113-il rakkomandazzjoni ta’ dan it-tip lid-diversi servizzi tal-Kummissjoni. Mhuwiex possibbli li l-impatt ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet jiġi evalwat, peress li la l-OLAF u lanqas id-direttorati ġenerali ma jagħmlu segwitu fuq jekk dawn ir-rakkomandazzjonijiet ikunux ġew implimentati jew le.
Mill-2021 se jkun meħtieġ li ssir valutazzjoni tar-riskju ta’ frodi qabel ma jiġu adottati r-regoli dwar l-infiq
71Il-Kummissjoni twettaq valutazzjonijiet tal-impatt biex tiġbor evidenza sabiex teżamina jekk l-azzjoni, leġiżlattiva jew mhux leġiżlattiva, tal-UE fil-futur tkunx iġġustifikata u kif din l-azzjoni tista' titfassal bl-aħjar mod biex tilħaq l-objettivi ta’ politika mixtieqa. Ibbażat fuq il-qafas COSO 34, aħna nistennew li l-Kummissjoni tivvaluta r-riskju ta’ frodi meta tkun qed twettaq dawn il-valutazzjonijiet.
72Fl-2015 ġew aġġornati l-linji gwida dwar kif għandhom jitwettqu l-valutazzjonijiet tal-impatt għar-regoli dwar l-infiq (il-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar). Dan l-aġġornament, madankollu, ma kienx jinkludi r-rekwiżit li ssir valutazzjoni tar-riskju ta’ frodi bħala parti mill-valutazzjonijiet tal-impatt35. Kien biss f’Lulju 2017 li ma’ dawn il-linji gwida żdiedet għodda speċifika għall-prevenzjoni tal-frodi (il-Figura 7).
73B'riżultat ta' dan, dan ir-rekwiżit il-ġdid se jibda japplika biss għall-ġenerazzjoni li jmiss ta’ programmi finanzjarji (mill-2021 ’il quddiem). Minbarra dan ir-rekwiżit, ma hemm l-ebda rekwiżit espliċitu biex issir valutazzjoni tar-riskju ta’ frodi qabel ma jiġu stabbiliti regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni għall-programmi finanzjarji pluriennali (bħal ftehimiet ta’ sħubija u programmi operazzjonali fil-qasam ta’ Koeżjoni jew programmi tal-iżvilupp rurali fil-qasam tal-Agrikoltura).
74Aħna analizzajna wkoll l-informazzjoni li rċevejna mingħand l-OLAF dwar ir-rwol tiegħu f’konsultazzjonijiet interservizz li jintalbu minn servizzi differenti tal-Kummissjoni qabel ma jiġu adottati r-regoli proposti. L-OLAF huwa meħtieġ li jipprovdi opinjoni dwar jekk il-liġijiet proposti jieħdux kont xieraq tar-riskju ta’ frodi. Matul l-2014-2016, l-OLAF irċieva 2 160 talba għal konsultazzjoni interservizz minn servizzi differenti tal-Kummissjoni. L-OLAF ta opinjoni pożittiva f’1716-il każ (79 %) u opinjoni pożittiva b’kummenti fi 304 każijiet (14 %). F’dawn il-każijiet l-OLAF kien sodisfatt bir-regoli proposti jew inkella ppropona titjib. Huwa ħareġ opinjoni negattiva f’żewġ każijiet (0.1 %) u ttardja biex joħroġ opinjoni fil-bqija tal-każijiet (6.9 %). Il-Kaxxa 4 tipprovdi eżempju ta’ meta l-input tal-OLAF irriżulta f’bidla fir-regoli.
Kaxxa 4
Eżempju ta’ bidla fir-regoli b’riżultat tal-input tal-OLAF
Meta kienu qed jitfasslu l-ftehimiet ta’ sħubija (FS) għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, dawn il-ftehimiet ma kinux jinkludu referenza għar-rekwiżit li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jimplimentaw kontrolli xierqa kontra l-frodi. B’riżultat tal-input tal-OLAF, għal kull ftehim ġie miżjud artikolu separat li jeħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi li jkunu bbażati fuq ir-riskju, effettivi u proporzjonati, skont l-Artikolu 125(4)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni).
Barra mill-outputs ta’ hawn fuq, ma sibna l-ebda evalwazzjoni speċifika mwettqa mill-Kummissjoni fejn hemm elenkat liema liġijiet tal-UE kienu ġew protetti kontra l-frodi jew liema kienu dawk li jinkludu analiżi xierqa tar-riskju ta’ frodi jew dispożizzjonijiet kontra l-frodi. Lanqas ma saret analiżi tal-approċċ il-ġdid tal-Kummissjoni għall-prevenzjoni tal-frodi, kif previst fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2007.
Jeħtieġ isir użu aħjar mid-data għall-prevenzjoni tal-frodi
7676 Id-data dwar operaturi f’riskju li jwettqu frodi tista’ tintuża għall-prevenzjoni tal-allokazzjoni ta’ flus l-UE lil frodaturi futuri potenzjali:
- Għall-ġestjoni diretta u indiretta, il-Kummissjoni tqis li s-Sistema ta' Identifikazzjoni Bikrija u ta' Esklużjoni (EDES) – sistema ta’ esklużjoni u ta’ tniżżil f’lista sewda – hija l-għodda prinċipali tagħha għall-prevenzjoni tal-allokazzjoni tal-finanzjament mill-UE lil operaturi ekonomiċi insolventi, irregolari, mhux affidabbli jew frodulenti.
- ARACHNE hija għodda integrata tal-IT li ġiet żviluppata mill-Kummissjoni għall-estrazzjoni u l-arrikkiment tad-data. Fi ħdan il-qasam ta’ Koeżjoni, id-DĠ REGIO u d-DĠ EMPL iqisu li l-għodda għall-klassifikazzjoni tar-riskji ARACHNE hija għodda ewlenija għall-prevenzjoni tal-frodi. Skont dawn id-DĠ, ARACHNE tista’ tgħin lill-awtoritajiet tal-Istati Membri fl-identifikazzjoni tal-proġetti u l-benefiċjarji l-aktar riskjużi, matul il-kontrolli ex ante u ex post li jwettqu.
Aħna analizzajna d-data li hija inkluża f’dawn iż-żewġ għodod.
Minħabba restrizzjonijiet legali, il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi operaturi ekonomiċi għal frodi jew għal korruzzjoni li saru qabel l-2016
78L-esklużjoni akkwistat importanza konsiderevoli fl-Unjoni Ewropea. Dan għaliex skont id-Direttivi tal-UE dwar l-Akkwist Pubbliku, ma għandhomx jingħataw kuntratti pubbliċi lil operaturi ekonomiċi li kienu involuti f’imġiba ħażina kriminali jew li nstabu ħatja ta’, fost affarjiet oħra, korruzzjoni u frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE.
79Is-sistema ta’ esklużjoni tal-UE tmur lura għall-2008. B’effett mill-1 ta’ Jannar 2016, il-Kummissjoni ssostitwiet is-sistema preċedenti ta’ esklużjoni u ta’ twissija bikrija bis-sistema EDES. Filwaqt li d-Diretturi Ġenerali xorta jistgħu jitolbu twissija ta’ identifikazzjoni bikrija, għall-esklużjoni, il-karatteristika l-ġdida ewlenija li ddaħħlet b’din is-sistema hija bord ċentrali, li jivvaluta t-talbiet ta’ esklużjoni mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ rilevanti u jipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar l-esklużjoni u dwar penali finanzjarji potenzjali. Huwa d-Direttur Ġenerali li fl-aħħar mill-aħħar jiddeċiedi jekk jeskludix operatur ekonomiku jew le.
80L-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE jistgħu jagħmlu talba għall-esklużjoni bbażata fuq informazzjoni mibgħuta minn proċedimenti amministrattivi jew kriminali, fuq rapporti mill-OLAF, mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri jew mill-awdituri interni tal-Kummissjoni, fuq deċiżjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew, tal-Bank Ewropew tal-Investiment u tal-fond Ewropew tal-Investiment jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, jew fuq deċiżjonijiet dwar każijiet ta’ frodi jew irregolarità meħuda minn awtoritajiet nazzjonali taħt ġestjoni kondiviża jew minn entitajiet delegati taħt ġestjoni indiretta. Awditi li jsiru minn uffiċjali awtorizzanti jew minn awdituri tas-settur privat huma wkoll sors prezzjuż ta’ informazzjoni. L-awtoritajiet tal-Istati Membri ngħataw aċċess għal deċiżjonijiet ta’ esklużjoni iżda mhumiex obbligati li jeħduhom inkunsiderazzjoni fi kwalunkwe deċiżjoni ta’ finanzjament taħt ġestjoni kondiviża li tkun tinvolvi flus l-UE.
81L-esklużjoni ta’ operatur ekonomiku hija proċedura li tieħu fit-tul. Sat-30 ta’ Ġunju 2018, jiġifieri sentejn u nofs wara li ġiet introdotta l-EDES, il-Kummissjoni fl-intier tagħha kienet eskludiet 19-il operatur ekonomiku u ppubblikat sanzjonijiet kontra 8. Għalkemm fil-qasam ta’ ġestjoni kondiviża, l-awtoritajiet tal-Istati Membri kienu rrappurtaw 820 każ ta’ frodi suspettata fi ħdan is-sistema IMS u l-OLAF kien ikkonkluda madwar 60 investigazzjoni b’rakkomandazzjonijiet matul l-2016 biss36, ir-Regolament Finanzjarju ma jagħti l-ebda setgħa lill-Kummissjoni biex taġixxi jekk li l-awtoritajiet tal-Istat Membru ma jkunux bdew huma nfushom l-esklużjoni ta’ operatur ekonomiku li ma jkunux affidabbli. Għalhekk, ma saret l-ebda talba għall-esklużjoni ta’ operaturi ekonomiċi nazzjonali, ikkofinanzjati mill-fondi SIE, minn l-ebda wieħed mit-tliet DĠ li jimmaniġġjaw dan l-infiq (REGIO, EMPL u AGRI).
82Fir-rigward ta’ esklużjonijiet għal fatti li saru qabel l-2016, ir-raġunijiet prinċipali għal dawn kienu l-ksur serju ta’ dispożizzjonijiet kuntrattwali u l-imġiba professjonali ħażina serja. Dan għaliex, f’dak iż-żmien, il-leġiżlazzjoni ma kinitx tippermetti l-esklużjoni għal frodi jekk ma tkunx inqatgħet sentenza finali. Sal-lum, żewġ operaturi ekonomiċi biss ġew esklużi minħabba frodi jew korruzzjoni, li jillimita l-impatt deterrenti ta’ din is-sistema.
83Is-sistema EDES tipprovdi l-possibbiltà li jiġu rreġistrati d-dettalji ta’ individwi b’kontroll, jew b’setgħat rappreżentattivi jew deċiżjonali, fuq kumpaniji frodulenti. Madankollu, huwa biss għal fatti li jkunu saru mill-2016 ’il quddiem li l-leġiżlazzjoni tippermetti l-esklużjoni ta’ operatur ekonomiku, fejn persuna li sservi fuq il-bord amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju ta’ kumpanija, jew li jkollha setgħat ta’ rappreżentazzjoni, deċiżjonali jew ta’ kontroll fuqha, tkun hija wkoll attwalment taħt esklużjoni. Preċedentement, operaturi ekonomiċi li kellhom relazzjoni kuntrattwali mal-awtorità kontraenti/l-uffiċjal awtorizzanti biss setgħu verament jiġu esklużi. Fil-passat, kien hemm każijiet fejn, sakemm tkun irriżultat il-possibbiltà li operatur ekonomiku jiġi eskluż, l-individwi privati wara l-kumpaniji frodulenti jkunu diġà xoljew il-kumpanija involuta fir-relazzjoni kuntrattwali mal-Kummissjoni u jkunu ħolqu waħda ġdida.
84Il-Bank Dinji u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra, reċentement żiedu l-isforzi tagħhom biex jiżguraw li l-attivitajiet ta’ operaturi ekonomiċi frodulenti jitwaqqfu u li dawn ma jerġgħux sempliċement jitfaċċaw taħt ismijiet differenti (il-Kaxxa 5).
Kaxxa 5
Is-sistema ta’ sospensjoni u ta’ esklużjoni tal-Bank Dinji
Il-Bank Dinji juża sistema ta’ sospensjoni u ta’ esklużjoni biex jiġġieled kontra l-korruzzjoni u l-frodi. Il-Bank Dinji jista’ jissospendi u jeskludi kemm kumpaniji kif ukoll individwi privati, li mbagħad isiru ineliġibbli għal kuntratti ġodda fir-rigward ta’ proġetti ffinanzjati mill-Bank Dinji. Is-sanzjonijiet kollha jiġu ppubblikati. Fl-2017, il-Bank Dinji ssospenda temporanjament 22 ditta u individwu u sanzjona 6037. F’Jannar 2018, il-lista ta’ esklużjoni kien fiha 414-il kumpanija u individwu li kienu esklużi38. Is-sistema tal-Bank Dinji ilha topera għal aktar minn 10 snin u, meta mqabbla mal-EDES, għandha inqas restrizzjonijiet legali. Pereżempju, ma hemm l-ebda analiżi ġudizzjarja esterna tad-deċiżjonijiet tal-Bank Dinji, u l-kundizzjonijiet tal-pubblikazzjoni huma inqas stretti.
L-Istati Membri ma jisfruttawx kompletament il-potenzjal ta’ Arachne għall-prevenzjoni tal-frodi
85ARACHNE tista’ tgħin lill-awtoritajiet tal-Istati Membri biex jidentifikaw operaturi ekonomiċi riskjużi meta jitwettqu kontrolli qabel jew wara li jsir pagament. L-utilità ta’ din l-għodda tiddependi fuq il-kwantità ta’ data li l-Istati Membri jirreġistraw fiha u fuq jekk tintużax sistematikament. L-użu ta’ din l-għodda mill-awtoritajiet tal-Istati Membri huwa mingħajr ħlas, iżda attwalment mhux obbligatorju.
86Fir-Rapport Speċjali 2015 tagħna dwar kif il-Kummissjoni u l-Istati Membri jindirizzaw il-problemi relatati mal-akkwist pubbliku fin-nefqa tal-UE għall-Koeżjoni39, aħna sibna li 17 biss mit-28 Stat Membru kienu qed jużaw l-għodda jew kienu esprimew l-intenzjoni tagħhom li jagħmlu dan. Għalhekk, fir-rapport tagħna tal-2015, aħna rrakkomandajna li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jippromwovu aktar l-użu ta’ għodod ta’ estrazzjoni ta’ data bħal dawn. Tliet snin wara r-rakkomandazzjoni tagħna, ARACHNE għadha qed tintuża għal madwar 170 mit-total ta’ 429 programm operazzjonali f’21 Stat Membru (il-Figura 8).
87Din is-sistema attwalment ma toffrix mod kif jiġi identifikat jekk operatur ekonomiku jkunx ġie eskluż fi ħdan is-sistema tal-Kummissjoni. Il-maniġers ta’ fondi f’oqsma oħra ta’ nfiq tal-UE minbarra fil-qasam ta’ Koeżjoni ma għandhomx għad-dispożizzjoni tagħhom għodod simili għall-klassifikazzjoni tar-riskju ta’ frodi.
Figura 8
L-użu ta’ ARACHNE fl-Istati Membri*
*Għadd ta’ programmi pperazzjonali għall-perjodu 2014-2020 li għalihom ARACHNE tintuża f’kull Stat Membru bħala perċentwal tal-għadd totali ta’ programmi operazzjonali ta’ dak il-pajjiż għall-istess perjodu.
Sors: Il-QEA, ibbażat fuq ċifri tal-Kummissjoni.
L-analiżi tagħna sabet li l-impatt tas-sistema ta’ esklużjoni u ta’ sanzjonar li tintuża mill-Kummissjoni huwa limitat. Barra minn hekk, l-esklużjoni tapplika biss għal infiq li huwa mmaniġġjat b’mod dirett u b’mod indirett mill-Kummissjoni, li jfisser li kumpaniji esklużi jistgħu, pereżempju, jkomplu jirċievu fondi ta’ Koeżjoni. Għalkemm ARACHNE għandha l-potenzjal li tkun għodda effettiva għall-prevenzjoni tal-frodi, is-sistema għad għandha biss ammont limitat ta’ data, ħames snin wara li tnediet.
L-investigazzjonijiet amministrattivi tal-OLAF wasslu għal prosekuzzjoni f’inqas minn nofs il-każijiet, u rriżultaw fl-irkupru ta’ inqas minn terz tal-fondi
89Taħt il-qafas legali attwali tal-UE, ir-responsabbiltà prinċipali għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni kontra l-frodi taqa’ taħt l-inkarigu tal-Istati Membri, peress li huma l-awtoritajiet nazzjonali biss li jistgħu jwettqu investigazzjoni kriminali u jakkużaw persuna b’reat. Ir-responsabbiltà għall-irkupru ta’ flus l-UE li jkunu nkisbu b’mod frodulenti jiddependi fuq il-qasam ta’ nfiq tal-UE.
90Attwalment l-OLAF huwa l-uniku korp b’setgħat investigattivi indipendenti fil-livell tal-UE. F’konformità mal-mandat tiegħu, l-OLAF jinvestiga l-frodi, il-korruzzjoni jew attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE40. Ibbażat fuq l-investigazzjonijiet amministrattivi tiegħu, l-OLAF jista’ joħroġ rakkomandazzjonijiet ġudizzjarji, finanzjarji, amministrattivi jew dixxiplinarji41. L-OLAF jista’ wkoll jirrakkomanda miżuri prekawzjonarji biex jikkontribwixxu għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe żieda fl-irregolaritajiet.
91Ir-rakkomandazzjonijiet ġudizzjarji jiġu indirizzati lill-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali kompetenti u jinkludu prinċipalment proposta biex tinfetaħ investigazzjoni kriminali kontra l-persuna suspettata (mill-OLAF) li tkun wettqet frodi jew biex titkompla l-investigazzjoni kriminali fid-dawl tas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-OLAF. L-investigazzjonijiet tal-OLAF huma intenzjonati li jiffaċilitaw it-tressiq ta’ akkuża mill-awtoritajiet tal-Istati Membri f’każ partikolari.
92Ir-rakkomandazzjonijiet finanzjarji jiġu indirizzati lid-direttorati ġenerali responsabbli u jikkonsistu minn proposta għall-irkupru ta’ ċertu ammont ta’ flus jew għall-prevenzjoni tal-infiq ta’ flus b’mod mhux dovut. Peress li rakkomandazzjonijiet bħal dawn mhumiex vinkolanti għad-direttorati ġenerali, hawn l-OLAF jiffaċilita x-xogħol tad-direttorati ġenerali huma u jħejju l-ordnijiet ta’ rkupru u meta jitolbu biex operaturi ekonomiċi li ma jkunux affidabbli jiġu esklużi minn aktar finanzjament mill-UE permezz tal-EDES42.
93Fl-oqsma ta’ nfiq tal-UE li jaqgħu taħt ġestjoni diretta jew indiretta, id-DĠ li preċedentement ikun ħa d-deċiżjoni li jagħmel il-pagament ikkonċernat jiddeċiedi hu jekk jirkuprax il-flus minn benefiċjarju frodulenti. Għall-oqsma ta’ nfiq tal-UE li jaqgħu taħt ġestjoni kondiviża, id-DĠ responsabbli jirkupra l-flus mill-Istat Membru kkonċernat permezz ta’ korrezzjonijiet finanzjarji. L-awtoritajiet nazzjonali mbagħad huma responsabbli għall-irkupru ta’ flus l-UE mill-benefiċjarju nnifsu. F’din it-taqsima, aħna neżaminaw x’impatt għandhom l-investigazzjonijiet amministrattivi tal-OLAF fuq il-prosekuzzjoni ta’ frodaturi u fuq il-proċedura amministrattiva għall-irkupru ta’ flus l-UE li jkunu ntnefqu b’mod frodulenti.
Is-sistema attwali ta’ investigazzjoni tal-frodi għandha dgħufijiet inerenti
94Bejn l-2009 u l-2016, l-OLAF ħareġ total ta’ 541 rakkomandazzjoni ġudizzjarja. Sal-lum, l-awtoritajiet tal-Istati Membri ħadu deċiżjonijiet dwar 308 minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet, fejn fosthom tressqu akkużi f’137 każ (44.5 %) filwaqt li ġew miċħuda 171 każ (55.5 %). Ma hemmx informazzjoni disponibbli dwar l-għadd ta’ kundanni. Sal-lum, l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri ressqu madwar 17-il akkuża kull sena b'riżultat ta’ każijiet li nbdew mill-OLAF (il-Figura 9).
Figura 9
Ir-rakkomandazzjonijiet ġudizzjarji tal-OLAF fil-perjodu 2009-2016
Sors: Ir-Rapport 2016 tal-OLAF, p. 33.
Minħabba n-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ data affidabbli dwar l-għadd totali ta’ każijiet ta’ frodi fl-UE li tressqu għall-prosekuzzjoni fil-qrati tal-Istati Membri, aħna ma nistgħux nipprovdu indikazzjoni preċiża tas-sehem kumplessiv ta’ akkużi li nbdew mill-prosekuturi nazzjonali b’riżultat tar-rakkomandazzjonijiet ġudizzjarji tal-OLAF. Informazzjoni li hija disponibbli għall-pubbliku u informazzjoni pprovduta lilna mill-awtoritajiet nazzjonali li żorna turi li r-rakkomandazzjonijiet ġudizzjarji tal-OLAF li wasslu għal akkużi jirrappreżentaw proporzjon żgħir tat-total ta’ akkużi mressqa mill-prosekuturi pubbliċi nazzjonali fir-rigward ta’ frodi f’każijiet ta’ nfiq tal-UE (il-Kaxxa 6).
Kaxxa 6
Prosekuzzjoni ta’ frodi li tinvolvi flus l-UE f’ħames Stati Membri
Fil-Polonja, fil-perjodu 2013-2016, saru 446 akkuża u ġew miċħuda kundizzjonalment 50 każ (jiġifieri 124 akkuża fis-sena).
Fil-Bulgarija, fl-2016, 72 persuna ġew akkużati bi frodi li kienet tinvolvi flus l-UE, minn 67 każ.
Fl-Estonja, fl-2016, 50 individwu u 22 persuna ġuridika ġew akkużati bi frodi fl-infiq tal-UE, minn 15-il każ.
Fl-Ungerija, skont l-istatistika dwar il-kriminalità tal-Ministeru għall-Intern, 18-il akkuża nbdew fl-2013, 16 fl-2014, 6 fl-2015, 7 fl-2016 u 1 fl-2017 (total ta’ 48 bejn l-2013 u l-2017)43.
Fir-Rumanija, fl-2016, il-prosekuturi ressqu 30 akkuża, li rriżultaw minn 39 każ li preċedentement kienu investigati mid-DLAF44. B’riżultat ta’ dan, 115-il individwu u 47 entità legali tressqu l-qorti u f’4 każijiet, ġew konklużi total ta’ 6 ftehimiet ta’ rikonoxximent ta’ ħtija.
Il-Figura 9 turi li aktar minn nofs il-każijiet fejn id-deċiżjoni kienet ittieħdet mill-Istat Membru ġew miċħuda. Skont l-analiżi li l-OLAF stess wettaq dwar l-informazzjoni miġbura mill-Istati Membri fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet ġudizzjarji, ir-raġunijiet prinċipali għaċ-ċaħda tal-każijiet kienu (il-Figura 10):
- l-evidenza li inizjalment inġabret mill-OLAF jew aktar tard mill-awtorità investigattiva nazzjonali tqieset li ma kinitx suffiċjenti biex tkun tista’ ssir prosekuzzjoni (56 %);
- l-azzjoni investigata mill-OLAF tqieset li ma kinitx reat kriminali skont il-liġi nazzjonali (22 %);
- l-istatut tal-limitazzjoni (jiġifieri l-limitu ta’ żmien biex jinbdew proċedimenti kriminali) skont il-liġi nazzjonali kien inqabeż (14 %)45.
Figura 10
Ir-raġunijiet prinċipali għaċ-ċaħda ta’ każ
Sors: Analiżi tas-segwitu mwettaq mill-Istati Membri tar-rakkomandazzjonijiet ġudizzjarji tal-OLAF li nħarġu bejn Jannar 2008 u Diċembru 2015; il-paġna 1.
Kif indikat hawn fuq, f’36 % tal-każijiet, jew l-awtoritajiet tal-Istati Membri ma kkunsidrawx ir-reat identifikat mill-OLAF bħala reat kriminali skont il-liġi nazzjonali, jew il-limitu ta’ żmien għal proċedimenti kriminali skont il-liġi nazzjonali kien għadda. Aħna nosservaw li mhux dejjem ikun possibbli li każ jiġi pprevenut milli jsir preskritt; il-prosekuturi nazzjonali jistgħu wkoll jaslu għal konklużjoni differenti dwar jekk reat ikunx twettaq. Din hija raġuni għalfejn il-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-OLAF u l-awtoritajiet nazzjonali hija ta’ importanza tant kbira46.
98Matul l-intervisti tagħna f’erba’ Stati Membri, il-prosekuturi nazzjonali indikaw li, fil-biċċa l-kbira mill-każijiet, ma jkollhom l-ebda kuntatt mal-OLAF qabel ma jirċievu r-Rapport Finali. Huma indikaw ukoll li kieku jippreferu li jiġu infurmati dwar kwalunkwe reat kriminali suspettat ħafna aktar kmieni milli meta tkun intemmet l-investigazzjoni tal-OLAF, u li kieku dan ikun il-każ, ikunu jistgħu jassistu lill-OLAF, u fejn ikun xieraq, jibdew l-investigazzjoni kriminali tagħhom stess sabiex jevitaw li l-każijiet isiru preskritti.
99Għalhekk, il-fatt li ħafna każijiet jiġu miċħuda mill-prosekuturi nazzjonali minħabba li l-ebda reat ma jkun twettaq jew minħabba li l-każijiet ikunu saru preskritti jindika li, sal-lum, hemm dgħufijiet fil-kooperazzjoni bejn l-OLAF u l-awtoritajiet nazzjonali.
100Il-Figura 10 turi li f’56 % tal-każijiet li ġew miċħuda dan seħħ minħabba nuqqas ta’ evidenza. Dan ifisser li f’każ minn kull tnejn miċħuda, l-evidenza miġbura mill-OLAF, flimkien mal-evidenza miġbura aktar tard mill-awtoritajiet nazzjonali matul l-investigazzjoni kriminali, ma wasslitx lill-prosekuturi biex jibdew bl-akkuża.
101L-intervisti tagħna ma’ rappreżentanti mill-awtoritajiet nazzjonali, akkademiċi indipendenti u istituzzjonijiet tal-UE (inkluż l-OLAF) jindikaw li r-raġuni prinċipali għaċ-ċaħda ta’ każ mhijiex in-nuqqas ta’ evidenza, iżda pjuttost għaliex il-każijiet ikunu antiki wisq. Ir-raġuni mhijiex neċessarjament għax il-limitu ta’ żmien għal każ partikolari jkun diġà skada jew ikun se jiskadi dalwaqt, iżda pjuttost għaliex ikunu diġà għaddew bosta snin minn meta r-reat allegat ikun twettaq.
102Dan ma jfissirx li l-investigazzjonijiet tal-OLAF jieħdu wisq fit-tul. Fil-biċċa l-kbira mill-każijiet, l-OLAF iwettaq investigazzjonijiet amministrattivi wara li l-att inkwistjoni jkun ġie identifikat u rrappurtat. Għalhekk, huwa dipendenti fuq il-puntwalità tal-informazzjoni li jirċievi b’mod partikolari mill-IBOAs u mill-Istati Membri. Barra minn hekk, l-investigazzjoni amministrattiva tal-OLAF imbagħad tkun teħtieġ li tiġi segwita minn investigazzjoni kriminali ulterjuri fl-Istat Membru kkonċernat. Persuna ma tistax titressaq għall-prosekuzzjoni fil-qorti jekk il-każ ma jkunx ġie investigat f’konformità mal-liġi nazzjonali. Il-livell tal-investigazzjoni jvarja minn pajjiż għall-ieħor, iżda ċertu ammont ta’ azzjoni huwa meħtieġ f’kull Stat Membru. Għalhekk, ħafna drabi jkun hemm riskju għoli li l-investigazzjonijiet tal-OLAF jaqbżu d-“data ta’ skadenza” tagħhom, irrispettivament minn kemm ikunu twettqu tajjeb.
103Il-Figura 11 tindika l-kronoloġija għall-każijiet investigati mill-OLAF. Id-data pprovduta mill-OLAF turi li fl-2017, dan ħa medja ta’ xahrejn biex jagħżel il-każijiet u madwar 22 xahar biex jinvestigahom47. Jekk wieħed jassumi li l-OLAF jirċievi informazzjoni dwar każijiet ta’ frodi suspettata madwar sena wara li jkunu twettqu u jippreżenta r-Rapport Finali tiegħu lill-awtoritajiet ġudizzjarji mingħajr dewmien, dan ifisser li l-awtoritajiet nazzjonali ma jirċevux informazzjoni dwar reat allegat qabel ma jkunu għaddew medja ta’ tliet snin minn meta dan ikun twettaq. Għal każijiet kumplessi, il-proċess jista’ jdum anki aktar.
Figura 11
Kronoloġija għall-każijiet investigati mill-OLAF
Sors: Il-QEA.
Fil-fehma tagħna, is-sistema attwali, fejn investigazzjoni amministrattiva tal-OLAF f’każ ta’ frodi suspettata tiġi segwita minn investigazzjoni kriminali fil-livell nazzjonali, ta’ spiss tieħu wisq fit-tul u b’hekk tnaqqas l-opportunità li tikseb l-għan aħħari tagħha – il-prosekuzzjoni.
L-irkupru amministrattiv tal-fondi huwa mxekkel minn evidenza insuffiċjenti
105Jekk l-OLAF isib xi irregolarità (kemm jekk frodi suspettata jew irregolarità oħra) u jkun jista’ jagħmel stima tal-ammont li jrid jiġi rkuprat, huwa joħroġ rakkomandazzjoni finanzjarja.
106Il-Figura 12 tippreżenta l-ammonti li l-OLAF irrakkomanda li jiġu rkuprati bejn l-2002 u l-2016. Ibbażat fuq id-data disponibbli, aħna nistmaw li l-valur totali tar-rakkomandazzjonijiet finanzjarji li saru mill-OLAF matul dan il-perjodu kien ta’ madwar EUR 8.8 biljun (għall-2008 u l-2009, aħna nużaw il-medja għas-snin kollha l-oħra). Sa tmiem l-2016, kien ġie rkuprat ammont totali ta’ EUR 2.6 biljun (30 %). Iċ-ċifri jindikaw li għalkemm il-valur totali annwali tar-rakkomandazzjonijiet tal-OLAF ivarja ferm, fil-biċċa l-kbira mis-snin (bl-eċċezzjoni notevoli tal-2011), l-ammont irkuprat kien ta’ madwar EUR 200 miljun (il-medja tal-aħħar 15-il sena hija ta’ EUR 173 miljun).
107Skont l-istatistika li rċevejna minn seba’ DĠ inkarigati mill-infiq (REGIO, EMPL, AGRI, RTD, CNECT, HOME u DEVCO), bejn l-2012 u l-2016, l-OLAF irrakkomanda total ta’ EUR 1.9 biljun f’irkupri minn 358 każ. Saż-żmien meta wettaqna l-awditu tagħna, l-irkupri u l-korrezzjonijiet finanzjarji tad-direttorati ġenerali kienu jammontaw għal EUR 243 miljun (13 % tat-total irrakkomandat) minn 153 każ (jiġifieri 43 % tal-każijiet). Aħna nirrikonoxxu li l-proċess ta’ rkupru jista’ jkun għadu għaddej għal għadd sinifikanti tar-rakkomandazzjonijiet finanzjarji tal-OLAF li jifdal.
L-irkupru ta’ flus l-UE żborżati indebitament huwa proċedura li tieħu fit-tul: ibbażat fuq il-kampjun tagħna ta’ każijiet fejn l-irkupru rnexxa, aħna nistmaw li ż-żmien medju għall-ikkompletar tal-irkupri huwa ta’ madwar 36 xahar. Fid-dawl ta’ dan, aħna nistennew li r-rata ta’ rkupru tkun ħafna ogħla għal rakkomandazzjonijiet li nħarġu bejn l-2012 u l-2014 mill-15 % (tal-ammont totali rakkomandat mill-OLAF) li d-DĠ irkupraw sal-lum.
Figura 12
Ammonti rakkomandati li jiġu rkuprati u ammonti li ġew irkuprati, 2002-2016
* Fir-Rapport Annwali 2008 tiegħu, l-OLAF stima li l-impatt finanzjarju tal-każijiet li kien għalaq minn meta ġie stabbilit fl-1999, kien ta’ aktar minn EUR 6.2 biljun. Il-medja fuq perjodu ta’ 10 snin tiġi għal madwar EUR 620 miljun fis-sena; billi ma hemm l-ebda data għall-2008 u l-2009, aħna użajna l-medja għas-snin 2002-2011;
** Mill-2012 ’il hawn, fir-rapport annwali tiegħu, l-OLAF beda jippreżenta l-ammont totali rakkomandat li jiġi rkuprat u l-ammont kumulattiv irkuprat matul is-sena b’riżultat tal-investigazzjonijiet li huwa kien ikkompleta fi snin preċedenti.
Sors: Il-QEA bbażat fuq ir-Rapporti Annwali 2002-2016 tal-OLAF.
Iċ-ċifri jindikaw li, f’perċentwal sinifikanti tal-każijiet li l-OLAF jagħlaq bir-rakkomandazzjoni li jiġu rkuprati flus l-UE li tħallsu indebitament, jew dan ma jseħħx, jew l-ammont irkuprat ikun sinifikattivament aktar baxx minn dak li jkun ġie rakkomandat.
109Dan ġie kkonfermat mill-awditu tagħna: evidenza bil-miktub turi li, f’għadd ta’ każijiet, id-DĠ ma qisux li r-rapporti tal-OLAF ipprovdew informazzjoni suffiċjenti biex isservi bħala bażi biex jinbeda l-irkupru ta’ fondi żborżati indebitament48. Id-DĠ jew ħadu (jew esternalizzaw) azzjoni ulterjuri sabiex jiddeċiedu jekk l-irkupru kienx possibbli, jew serrħu fuq evidenza pprovduta mill-awditi tagħhom stess.
110Meta l-OLAF joħroġ rakkomandazzjoni ġudizzjajra u/jew jibgħat rapport lill-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ Stat Membru, il-proċedura tal-irkupru finanzjarju tiġi sospiża f’xi każijiet. Aħna sibna għadd ta’ każijiet fejn il-proċedura ta’ rkupru kienet ġiet sospiża u d-DĠ kienu ntalbu mill-OLAF biex ma jiddivulgaw l-ebda informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali jew lill-benefiċjarju. Madankollu aħna nirrikonoxxu, li jista’ jsir kompromess bejn investigazzjonijiet kriminali u rkupri finanzjarji rapidi.
111Madankollu, l-użu ta’ proċeduri amministrattivi għall-irkupru ta’ flus l-UE li tħallsu indebitament xorta waħda jibqa’ aktar effiċjenti u jiswa inqas mill-irkupru ta’ dawn il-fondi permezz ta’ proċedimenti kriminali bl-iffriżar u l-konfiska tal-assi. Stħarriġ reċenti tal-Europol dwar l-irkupru tal-assi kriminali ġewwa l-Unjoni Ewropea żvela li l-ammont ta’ flus li qed jiġi rkuprat attwalment fl-UE huwa biss proporzjon żgħir tar-rikavati stmati minn attivitajiet kriminali49.
Ġestjoni kondiviża
112F’ġestjoni kondiviża, id-DĠ ma jirkuprawx il-flus direttament mill-benefiċjarji iżda minflok japplikaw proċeduri finanzjarji differenti biex jipproteġu l-baġit tal-UE. Fil-biċċa l-kbira mill-każijiet, id-DĠ REGIO u d-DĠ EMPL japplikaw korrezzjonijiet finanzjarji kull meta l-OLAF joħroġ rakkomandazzjoni finanzjarja. Huwa mbagħad l-Istat Membru kkonċernat li jiddeċiedi x’azzjoni korrettiva jieħu kontra l-benefiċjarji ladarba d-DĠ ikun applika korrezzjoni finanzjarja. Skont il-prinċipju ta’ ġestjoni kondiviża, id-DĠ REGIO u d-DĠ EMPL ma għandhom l-ebda obbligu li jivverifikaw l-ammonti rkuprati mill-benefiċjarji.
113Ir-regoli tad-DĠ AGRI ma jistipulawx b’mod ċar il-passi prinċipali għas-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet finanzjarji tal-OLAF. Pereżempju, ma hemmx dati ta’ skadenza biex l-Istati Membri jikkontestaw l-ammont ta’ rkupru rakkomandat fir-rapport tal-OLAF. Id-DĠ AGRI jikkunsidra li r-rwol tiegħu huwa li jissorvelja l-eżerċizzju ta’ rkupru, li huwa kollu kemm hu r-responsabbiltà tal-Istat Membru kkonċernat.
114Il-Figura 13 turi l-valur totali tar-rakkomandazzjonijiet finanzjarji tal-OLAF li ntbagħtu lid-DĠ REGIO, id-DĠ EMPL u d-DĠ AGRI bejn l-2012 u l-2016, flimkien mal-ammonti rkuprati saż-żmien meta wettaqna l-awditu tagħna. It-tliet DĠ rċevew 268 rakkomandazzjoni finanzjarja tal-OLAF fil-perjodu 2012-2016. Xi flus ġew irkuprati f’125 minn dawn il-każijiet (47 %). Ir-rata ta’ rkupru ma tiżdiedx b’mod sinifikanti jekk inqisu biss dawk ir-rakkomandazzjonijiet tal-OLAF li t-tliet DĠ rċevew bejn l-2012 u l-2014. Minn dawn il-każijiet, it-tliet DĠ irnexxielhom jirkupraw 15 % tal-ammont totali kkombinat rakkomandat mill-OLAF (id-DĠ REGIO – 10 %; id-DĠ EMPL – 19 %; id-DĠ AGRI – 33 %). Aħna nosservaw li f’Ottubru 2016 l-OLAF ħareġ struzzjonijiet ġodda dwar l-abbozzar u l-kalkolu tar-rakkomandazzjonijiet finanzjarji. Billi l-istruzzjonijiet il-ġodda huma relattivament reċenti, l-impatt sħiħ tagħhom għad irid jidher fis-sistema.
Figura 13
Irkupri mwettqa mid-DĠ REGIO, id-DĠ EMPL u d-DĠ AGRI b’riżultat tar-rakkomandazzjonijiet tal-OLAF fil-perjodu 2012-2016
Sors: Il-QEA, ibbażat fuq ċifri tal-Kummissjoni.
Skont id-DĠ REGIO u d-DĠ EMPL, waħda mir-raġunijiet prinċipali għalfejn ma jiġux irkuprati l-ammonti rakkomandati hija li r-Rapport Finali tal-OLAF ma jissostanzjax direttament l-ammont rakkomandat. Pereżempju, f’każ partikolari, id-DĠ talab lil kumpanija esterna biex twettaq analiżi legali ulterjuri dwar xi sejbiet tal-OLAF. F’każ ieħor relatat, id-DĠ, wara li kkonsulta mad-DĠ MARKT u mas-Servizz Legali tal-Kummissjoni, iddeċieda li ma jirkuprax l-ammont rakkomandat mill-OLAF minħabba r-riskju għoli ta’ litigazzjoni. Raġuni oħra għalfejn, f’xi każijiet, ma ġiex irkuprat l-ammont sħiħ rakkomandat kienet li, fil-passat, l-OLAF kien irrakkomanda li jsiru korrezzjonijiet ogħla għan-nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku minn dawk li fil-fatt ġew applikati mid-DĠ ikkonċernati, fuq il-bażi tal-linji gwida tal-Kummissjoni50.
Ġestjoni diretta (id-DĠ CNECT u d-DĠ RTD)
116Il-Figura 14 turi l-valur totali tar-rakkomandazzjoni finanzjarja tal-OLAF li ntbagħtet lid-DĠ CNECT u d-DĠ RTD bejn is-snin 2012 u 2016, flimkien mal-ammont irkuprat saż-żmien meta wettaqna l-awditu tagħna. Iż-żewġ DĠ rċevew 36 rakkomandazzjoni finanzjarja tal-OLAF bejn l-2012 u l-2016. F’disa’ każijiet (25 % tal-każijiet) l-ammonti ġew irkuprati totalment. F’każ wieħed eċċezzjonali, id-DĠ RTD irkupra tmien darbiet l-ammont rakkomandat mill-OLAF minħabba li l-ammont totali rkuprat mill-benefiċjarju kien jinkludi wkoll ammonti estrapolati bbażati fuq l-awditi li wettaq id-DĠ innifsu. F’dan il-każ, aħna nqisu li l-ammont rakkomandat mill-OLAF ġie rkuprat totalment. Ir-rata ta’ rkupru tiżdied bi ftit jekk inqisu biss dawk ir-rakkomandazzjonijiet finanzjarji tal-OLAF li ż-żewġ DĠ rċevew bejn l-2012 u l-2014. Minn dawn il-każijiet, iż-żewġ DĠ kumplessivament irnexxielhom jirkupraw 34 % tal-ammont totali rakkomandat mill-OLAF
Figura 14
Irkupri mwettqa mid-DĠ CNECT u d-DĠ RTD b’riżultat tar-rakkomandazzjonijiet tal-OLAF fil-perjodu 2012-2016
Sors: Il-QEA, ibbażat fuq ċifri tal-Kummissjoni.
Aħna vverifikajna 20 rakkomandazzjoni finanzjarja tal-OLAF (10 għad-DĠ CNECT u 10 għad-DĠ RTD) minn 37 każ li kienu jkopru 86 % tal-ammont totali kkombinat rakkomandat mill-OLAF lil dawn iż-żewġ DĠ. Ibbażat fuq dan, aħna sibna li r-raġunijiet prinċipali għad-dewmien fl-irkupru ta’ fondi u għan-nuqqas ta’ rkupru wara l-investigazzjoni tal-OLAF huma:
- investigazzjonijiet jew proċedimenti kriminali li jkunu għaddejjin;
- evidenza insuffiċjenti pprovduta fir-rapporti tal-OLAF; u
- kumpaniji li diġà jkunu ġew likwidati saż-żmien meta l-OLAF jagħlaq il-każ.
Iż-żmien meħud minn DĠ inkarigat mill-infiq biex jirrapporta każ lill-OLAF u l-ħeffa tal-investigazzjoni tal-OLAF jistgħu jkunu fatturi importanti biex jiġi ddeterminat is-suċċess ta’ proċedura ta’ rkupru, billi ż-żmien huwa importanti ferm f’każijiet fejn id-DĠ jirkupraw fondi direttament mill-benefiċjarji. Għal każijiet fejn l-irkupru jkun għadu għaddej, iż-żmien medju mill-bidu tal-investigazzjoni tal-OLAF huwa ta’ ħames snin. Fejn il-frodaturi jillikwidaw jew ixolju l-kumpaniji, ħafna drabi immedjatament wara li jitħabbar awditu jew investigazzjoni tal-OLAF, il-probabbiltà li l-fondi jiġu rkuprati hija pjuttost limitata.
119Id-DĠ ikunu jistgħu jirreaġixxu aktar malajr u jevitaw l-ispejjeż tal-irkupru ta’ fondi mingħand benefiċjarju jekk, permezz tal-awditi li huma stess iwettqu, ikunu jistgħu jagħtu prova li kien hemm ksur tal-obbligi kuntrattwali. F’dawn il-każijiet, id-DĠ responsabbli jibbaża x-xogħol preparatorju tiegħu għall-ordni ta’ rkupru fuq ir-riżultati tal-awditjar tiegħu stess, aktar milli fuq ir-rapport tal-OLAF. Aħna sibna li, f’każijiet fejn id-DĠ ma kienx wettaq awditu u l-uniku sors ta’ evidenza kien il-fajl tal-investigazzjoni tal-OLAF, kien aktar diffiċli biex id-DĠ joħroġ l-ordni ta’ rkupru għall-ammont rakkomandat mill-OLAF peress li d-DĠ qies li d-dokumentazzjoni disponibbli ma kinitx suffiċjenti.
120Barra minn hekk, xi kultant id-debituri jressqu kawżi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biex jirkupraw parti mill-ispejjeż irrifjutati u/jew biex jirkupraw id-danni mill-Kummissjoni. Meta jiġri dan, l-ammont irkuprat jista’ jitqies li jkun finali biss meta l-kawża quddiem il-QĠUE tingħalaq.
Ġestjoni indiretta (id-DĠ DEVCO)
121Taħt ġestjoni indiretta, id-DĠ DEVCO jinkariga lill-pajjiżi benefiċjarji, organizzazzjonijiet internazzjonali u aġenziji ta’ żvilupp f’pajjiżi terzi bil-kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit.
122Il-Figura 15 turi l-valur totali tar-rakkomandazzjonijiet finanzjarji tal-OLAF li ntbagħtu lid-DĠ DEVCO bejn l-2012 u l-2016, flimkien mal-ammont irkuprat saż-żmien meta wettaqna l-awditu tagħna. Id-DĠ DEVCO rċieva 53 rakkomandazzjoni finanzjarja tal-OLAF fil-perjodu 2012-2016. Xi flus ġew irkuprati f’20 każ (38 % tal-każijiet)51 Ir-rata ta’ rkupru ma tiżdiedx b’mod sinifikanti jekk inqisu biss dawk ir-rakkomandazzjonijiet finanzjarji tal-OLAF li d-DĠ irċieva bejn l-2012 u l-2014. Minn dawn il-każijiet, id-DĠ DEVCO rnexxielu jirkupra 6 % tal-ammont totali rakkomandat mill-OLAF.
Figura 15
Irkupri mwettqa mid-DĠ DEVCO b’riżultat tar-rakkomandazzjonijiet tal-OLAF fil-perjodu 2012-2016
Sors: Il-QEA, ibbażat fuq ċifri tal-Kummissjoni.
F’każijiet li jirrappreżentaw 58 % tal-valur totali tar-rakkomandazzjonijiet finanzjarji tal-OLAF, id-DĠ DEVCO ma rkuprax flus l-UE kkonċernati, jew għax qies li ma kienx hemm bażi legali biex jagħmel dan jew għax iddeċieda li joħroġx ordni ta’ rkupru52. Ibbażat fuq l-10 rakkomandazzjonijiet finanzjarji tal-OLAF li eżaminajna, ir-raġuni prinċipali għalfejn id-DĠ DEVCO ma rkuprax l-ammonti rakkomandati mill-OLAF kienet li d-DĠ DEVCO qies li l-evidenza kienet insuffiċjenti.
124Fi 3 minn 10 każijiet, li jirrappreżentaw valur sinifikanti tar-rakkomandazzjonijiet finanzjarji tal-OLAF, id-DĠ DEVCO ddeċieda li ma jirkuprax il-flus ikkonċernati. Minħabba li jopera f’ambjent ta’ riskju għoli, u minħabba r-riskji potenzjali għall-implimentazzjoni tal-politika tiegħu, f’xi ċirkustanzi d-DĠ DEVCO jista’ jiddeċiedi li ma jirkuprax flus l-UE mingħand il-benefiċjarji. Huwa ċar li pajjiżi b’sistemi politiċi u ġudizzjarji instabbli, il-probabbiltà li l-fondi jiġu rkuprati permezz ta’ proċedura kriminali jew ċivili (ġudizzjarja amministrattiva) hija pjuttost baxxa u investigazzjoni tal-OLAF ħafna drabi tista’ tkun l-uniku mod biex tiġi investigata allegazzjoni ta’ frodi. L-OLAF ma janalizzax f’biżżejjed dettall liema każijiet ikunu rriżultaw f’irkupri li rnexxew u għal liema raġunijiet id-DĠ ma jipproċedux bl-irkupri jew jirkupraw biss ammont ħafna aktar baxx minn dak irrakkomandat mill-OLAF. Dan kieku jkun ta’ għajnuna biex l-OLAF jimmira aħjar l-investigazzjonijiet tiegħu.
It-tħaddim tal-UPPE se jkun jeħtieġ sforz koordinat
125F’Ottubru 2017, 20 Stat Membru adottaw regolament biex isaħħu l-kooperazzjoni dwar l-istabbiliment ta’ Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”)53 Dan se jkun il-korp tal-UE li jkollu s-setgħat li jmexxi l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kontra l-interessi finanzjarji tal-UE.
126L-UPPE huwa maħsub biex jopera f’żewġ livelli: wieħed ċentralizzat u l-ieħor deċentralizzat. Il-livell ċentralizzat huwa magħmul minn Kap Prosekutur Ewropew (ECP), u Prosekutur Ewropew (EP) wieħed għal kull Stat Membru (li tnejn minnhom ikunu Viċi Kapijiet Prosekuturi) li jkunu jaħdmu fl-Uffiċċju Ċentrali tal-UPPE fil-Lussemburgu, filwaqt li l-livell deċentralizzat huwa magħmul minn Prosekuturi Delegati Ewropej (EDPs) li jkunu jaħdmu fl-Istati Membri. Il-prosekuturi Ewropej, organizzati f’awli, ikunu responsabbli għas-superviżjoni tal-EDPs, u f’każijiet eċċezzjonali, iwettqu l-investigazzjonijiet huma stess. L-EDPs ikunu inkarigati mill-investigazzjonijiet li jitwettqu fl-Istati Membri kkonċernati (il-Figura 16).
Figura 16
L-istruttura tal-UPPE
Sors: Il-Kummissjoni.
Aħna analizzajna r-regolament li jistabbilixxi l-UPPE fid-dawl tal-osservazzjonijiet tagħna dwar l-istruttura attwali għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-frodi fl-infiq tal-UE. Eżaminajna jekk l-UPPE huwiex se jindirizza l-problemi ewlenin li ġejjin:
- is-sistema attwali, fejn investigazzjoni amministrattiva tal-OLAF f’każ ta’ frodi suspettata tiġi segwita minn investigazzjoni kriminali fil-livell nazzjonali, tieħu wisq fit-tul f’għadd konsiderevoli ta’ każijiet; u
- dgħufijiet fil-kooperazzjoni bejn l-OLAF u l-awtoritajiet nazzjonali.
F’termini ġenerali, aħna nqisu li l-istabbiliment tal-UPPE huwa pass fid-direzzjoni t-tajba. Madankollu, nixtiequ niġbdu l-attenzjoni għal bosta riskji li jindikaw li hemm possibbiltà li l-UPPE ma jindirizzax il-problemi msemmija hawn fuq:
- Ir-regolament jipprovdi li l-awli tal-UPPE jsiru superviżuri tax-xogħol operazzjonali tal-prosekuturi delegati. Sabiex tiġi kkontestata l-opinjoni ta’ prosekutur delegat, jew anki biex din tiġi diskussa miegħu, l-awla se tkun teħtieġ għarfien espert adegwat fil-liġi kriminali nazzjonali u fil-proċedura f’każijiet speċifiċi, minbarra l-ħtieġa ta’ traduzzjoni. Dan ifisser li, sabiex jissodisfa l-funzjoni superviżorja tiegħu, l-Uffiċċju Ċentrali tal-UPPE jeħtieġ biżżejjed persunal u riżorsi, inklużi esperti legali nazzjonali54. Proċess estensiv ta’ konsultazzjoni interna u ta’ traduzzjoni jista’ jispiċċa biex jieħu wisq fit-tul għall-proċeduri kriminali, fejn ħafna drabi l-ħin huwa r-riżorsa l-aktar limitata.
- Skont ir-Regolament tal-UPPE, l-investigazzjoni titwettaq primarjament mill-investigaturi tal-Istati Membri taħt l-awtorità tal-UPPE. Ir-regolament ma jistabbilixxi l-ebda mekkaniżmu li jippermetti li l-UPPE (jew kwalunkwe korp ieħor tal-UE) iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Istati Membri biex jallokaw riżorsi għax-xogħol proattiv meħtieġ għall-investigazzjoni ta’ frodi fl-infiq tal-UE, jew għall-każijiet li jiġu ttrattati mill-prosekuturi delegati. Peress li prosekutur delegat ikun jeħtieġ l-appoġġ tal-awtorità nazzjonali rilevanti tiegħu biex iwettaq l-investigazzjoni meħtieġa biex il-każ jitressaq quddiem il-qorti, l-effettività tagħhom tibqa’ tiddependi ħafna fuq l-awtoritajiet nazzjonali.
- Ir-Regolament tal-UPPE55 jippermetti li l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE (IBOAs) iqabbdu lill-OLAF biex iwettaq pre-evalwazzjoni tal-każijiet li jkunu se jintbagħtu lill-UPPE. Minħabba li ż-żmien huwa kritiku għas-suċċess ta’ investigazzjoni kriminali, l-użu eċċessiv ta’ din il-possibbiltà jista’ jaffettwa b’mod negattiv il-puntwalità ta’ kull azzjoni sussegwenti. L-arranġamenti futuri għal kooperazzjoni bejn l-OLAF u l-UPPE għandhom jagħmluha possibbli li jiġi deċiż malajr dwar jekk għandhiex tinbeda proċedura kriminali, jew jekk il-każ għandux jintbagħat għal investigazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat jew minn istituzzjoni responsabbli tal-UE permezz ta’ proċedura ammistrattiva.
Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
129L-awditu tagħna eżamina jekk il-Kummissjoni hijiex qed timmaniġġja kif xieraq ir-riskju ta’ frodi fl-infiq tal-UE. Aħna eżaminajna b’mod partikolari l-miżuri meħuda mill-Kummissjoni biex tipprevieni u tiskoraġġixxi frodaturi potenzjali u biex tirkupra fondi fejn tkun twettqet frodi.
130Ibbażat fuq l-osservazzjonijiet tagħna, aħna nqisu li jridu isir sforz akbar fl-UE biex jiġi implimentat qafas strateġiku effettiv għall-ġestjoni tar-riskju ta’ frodi bbażat fuq valutazzjonijiet sodi. Aħna nqisu li hemm ħtieġa ċara biex il-Kummissjoni tintensifika l-ġlieda tagħha kontra l-frodi fl-infiq tal-UE billi tikkjarifika u tirrinforza r-responsabbiltajiet tad-diversi partijiet involuti fil-ġestjoni tal-ġlieda kontra l-frodi.
L-għarfien approfondit tal-Kummissjoni dwar l-iskala, in-natura u l-kawżi ta’ frodi mhuwiex suffiċjenti
131Il-Kummissjoni ma għandhiex informazzjoni komprensiva u kumparabbli dwar il-livell ta’ frodi identifikata fl-infiq tal-UE. Ir-rappurtar proprju tal-Kummissjoni dwar frodi identifikata f’oqsma li hija timmaniġġja b’mod dirett mhuwiex komplet. Fi ħdan il-ġestjoni kondiviża, il-metodoloġiji li l-Istati Membri jużaw biex iħejju l-istatistika uffiċjali tagħhom dwar każijiet ta’ frodi identifikata jvarjaw, u l-informazzjoni rrappurtata fis-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet (IMS) tal-Kummissjoni mhijiex kompleta. Il-Kummissjoni ma twettaqx kontrolli komprensivi biex tiżgura l-kwalità tad-data rrappurtata fis-sistema IMS; lanqas ma titlob lill-awtoritajiet tal-Istati Membri biex jipprovdu aċċertament dwar l-affidabbiltà tad-data rrappurtata. Id-DĠ inkarigati mill-infiq iwettqu kontrolli parzjali fuq is-sistemi ta’ rappurtar tal-irregolarità fil-livell nazzjonali fi ħdan il-qafas tal-awditi tas-sistemi (il-paragrafi 21-32).
132Il-Kummissjoni għadha ma stabbilietx mod kif tikseb għarfien approfondit dwar frodi mhux identifikata sabiex tikkomplementa l-istatistika uffiċjali, minkejja li hemm bosta metodi, li huma aċċettati, biex jinkiseb għarfien tal-iskala tal-frodi (il-paragrafi 33-37).
133Aħna nqisu wkoll li l-informazzjoni kwalitattiva disponibbli dwar in-natura u l-kawżi tal-frodi hija insuffiċjenti. Hemm xi informazzjoni disponibbli dwar ix-xejriet u l-iskemi tal-frodi li jintużaw f’setturi differenti, iżda l-informazzjoni disponibbli ma tiġix aġġornata sistematikament. Barra minn hekk, aħna ma sibniex analiżijiet dettaljati jew xi studju mwettaq mill-Kummissjoni biex jiġi identifikat xi jwassal lil ċerti riċevituri ta’ flus l-UE biex iwettqu frodi.
134L-istudji li jużaw indikaturi oġġettivi tal-korruzzjoni żvelaw ukoll li r-riskju ta’ korruzzjoni jista’ jiżdied mad-diskrezzjoni fl-infiq kif ukoll meta jkun hemm kontrolli burokratiċi eċċessivi, li jaġixxu bħala ostakolu għad-dħul fis-suq ta’ fornituri oħra, u b’hekk jiffaċilitaw il-korruzzjoni fin-negozjar (il-paragrafi 38-49).
Rakkomandazzjoni 1 – Jinkiseb għarfien approfondit aħjar dwar l-iskala, in-natura u l-kawżi tal-frodi fl-infiq tal-UE
Bil-ħsieb li tfassal approċċ xieraq biex tiġġieled il-frodi kontra l-interessi finanzjarji tal-UE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi sistema robusta ta’ rappurtar tal-frodi, li tipprovdi informazzjoni biex jiġu vvalutati l-iskala, in-natura u l-kawżi fundamentali ta’ din il-frodi. B’mod partikolari, jenħtieġ li:
- tirronforza s-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet (IMS) sabiex l-informazzjoni dwar l-investigazzjonijiet kriminali relatati mal-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-UE tiġi rrappurtata b’mod f’waqtu mill-awtoritajiet kompetenti kollha.
- tibni l-kapaċità tagħha li tiġbor informazzjoni minn sorsi differenti dwar ir-riskju ta’ frodi u ta’ korruzzjoni kontra l-baġit tal-UE; tkejjel dan ir-riskju fuq bażi rikorrenti billi tuża metodi differenti (stħarriġ tax-xhieda possibbli ta’ reati u indiċijiet ibbażati fuq data amministrattiva); u tqis l-istabbiliment ta’ indikaturi tar-riskju skont il-qasam ta’ nfiq, il-pajjiż u s-settur.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: tmiem l-2022.
Jeżistu dgħufijiet fl-approċċ strateġiku tal-Kummissjoni għall-immaniġġjar tar-riskju ta’ frodi
135Jeżistu dgħufijiet fl-istrateġiji kontra l-frodi tal-Kummissjoni u fir-rappurtar dwar l-effettività tagħhom. Filwaqt li l-Kummissjoni fil-fatt għandha strateġija formali kontra l-frodi – l-Istrateġija tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi (CAFS) – ilha ma taġġornaha mill-2011. Għalhekk għandha dubji dwar jekk din l-istrateġija hijiex tajba biżżejjed biex tiggwida l-attivitajiet tal-Kummissjoni kontra l-frodi f’termini prattiċi. Aħna nosservaw l-intenzjoni tal-Kummissjoni li taġġorna il-CAFS (il-paragrafi 58-64).
136Skont il-mudell ta’ governanza tal-Kummissjoni, hemm kondiviżjoni tar-rwoli u r-responsabbiltajiet għall-azzjonijiet kontra l-frodi huma maqsuma. Id-diversi DĠ u servizzi tal-Kummissjoni kollha għandhom l-istrateġiji proprji tagħhom kontra l-frodi. Ma jeżistix korp ċentrali inkarigat milli jiżgura sorveljanza korporattiva xierqa tal-attivitajiet kontra l-frodi. Dan jista’ potenzjalment ikun rwol għall-OLAF (ir-Rakkomandazzjoni 4). Il-ġestjoni strateġika tar-riskju ta’ frodi u l-prevenzjoni ta’ frodi ma jissemmewx speċifikament fil-portafoll tal-ebda wieħed mill-Kummissarji (ara l-paragrafi 52-57).
Rakkomandazzjoni 2 – Tiġi żgurata t-tmexxija tal-azzjonijiet tal-Kummissjoni kontra l-frodi
Biex tikseb koordinazzjoni aħjar fl-indirizzar tal-frodi, fi ħdan il-kuntest ta’ responsabbiltà kolleġġjali għall-prevenzjoni u d-detezzjoni tal-frodi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-ġestjoni strateġika tar-riskju ta’ frodi u l-prevenzjoni tal-frodi jiġu msemmija b’mod ċar fil-portafoll ta’ Kummissarju wieħed.
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-istrateġija l-ġdida tagħha kontra l-frodi:
- issegwi analiżi komprensiva tar-riskji ta’ frodi, filwaqt li tuża firxa wiesgħa ta’ data minn sorsi differenti biex tistabbilixxi l-iskala, in-natura u l-kawżi ta’ frodi fl-infiq tal-UE;
- ikun fiha objettivi sinifikattivi u indikaturi li jistgħu jitkejlu; u
- tkun tinkludi rappurtar ibbażat fuq l-ilħuq tal-objettivi.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: tmiem l-2022.
Il-prevenzjoni tal-frodi ma ngħatatx biżżejjed attenzjoni
137Għalkemm l-attivitajiet tal-Kummissjoni għall-prevenzjoni tal-frodi jmorru lura għas-sena 2000, dispożizzjonijiet komprensivi kontra l-frodi ġew inklużi għall-ewwel darba fir-regolamenti kollha ta’ livell għoli għall-perjodu 2014-2020 (il-paragrafi 66-70).
138Il-valutazzjoni tar-riskju ta’ frodi qabel ma jiġu adottati skemi ta’ nfiq u qabel ma jiġu stabbiliti kontrolli kontra l-frodi tista’ tkun mod effettiv biex jitnaqqas it-telf li jirriżulta mill-frodi. Madankollu, għall-programmi ta’ nfiq 2014-2020, il-Kummissjoni bdiet titlob li ssir tali valutazzjoni tal-abbozz tar-regoli fi stadju diġà avvanzat fil-proċess. B’hekk, dawn se jiġu implimentati biss għall-ġenerazzjoni li jmiss ta’ programmi finanzjarji wara l-2021. Fil-każ ta’ ġestjoni kondiviża, il-Kummissjoni ma talbitx lill-Istati Membri biex jivvalutaw ir-riskju ta’ frodi fil-programmi tagħhom għall-2014-2020 qabel ma jadottawhom. Madankollu, huwa f’dan il-qasam li jintnefaq madwar 70 % tal-baġit tal-UE (il-paragrafi 71-75).
139L-użu ta’ data għall-prevenzjoni u d-deterrenza tal-frodi jista’ jkun mod effettiv biex jew jiġu identifikati operaturi ekonomiċi riskjużi qabel l-allokazzjoni ta’ fondi jew biex titjieb il-konformità fil-futur billi jiġu esklużi operaturi ekonomiċi u individwi li jkunu ġew identifikati li wettqu frodi. Ġewwa l-Kummissjoni, saru inizjattivi fil-livell tad-DĠ biex jiġu stabbiliti databases bħal dawn, iżda l-użu ta’ dawn l-għodod huwa pjuttost limitat u mhux koordinat biżżejjed. B’mod partikolari, l-impatt preventiv u deterrenti tas-sistema ta’ esklużjoni u ta’ sanzjonar tal-Kummissjoni huwa limitat, peress li d-DĠ li huma inkarigati mill-politika ta' Koeżjoni u Agrikoltura ma għandhomx is-setgħa li jibdew talba għall-esklużjoni għal operaturi ekonomiċi frodulenti li jingħataw appoġġ permezz ta’ dawn il-fondi. Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-Istati Membri mhumiex obbligati li jieħdu inkunsiderazzjoni deċiżjonijiet ta’ esklużjoni fi kwalunkwe deċiżjoni ta’ finanzjament li tkun tinvolvi flus l-UE.
140Mill-2013 ’il hawn, id-DĠ EMPL u d-DĠ REGIO kellhom l-għodda proprja tagħhom għall-prevenzjoni tal-frodi, ARACHNE, li ġiet żviluppata internament. Għodda bħal din għandha l-potenzjal li tkun effettiva, iżda attwalment għad ma għandhiex biżżejjed data. Hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jipprovdu informazzjoni ta’ dan it-tip dwar operaturi ekonomiċi frodulenti u l-individwi privati kollegati magħhom (il-paragrafi 76-88).
Rakkomandazzjoni 3 – Jiżdied l-użu tal-għodod għall-prevenzjoni tal-frodi
Fir-rigward tar-regoli għall-implimentazzjoni tal-programmi ta’ nfiq fil-perjodu wara l-2020, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tar-riskju ta’ frodi u titlob lill-Istati Membri biex iwettqu valutazzjoni dettaljata tar-riskju ta’ frodi qabel ma jadottaw il-programmi.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: 2020
Fir-rigward tas-sistema ta’ esklużjoni tal-Kummissjoni, jenħtieġ li din
- tiżgura li d-DĠ jużaw is-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni fil-ġestjoni diretta u dik indiretta;
- titlob lill-Istati Membri jidentifikaw u jissenjalaw l-operaturi ekonomiċi frodulenti u l-individwi privati kollegati magħhom.
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jipparteċipaw b’mod attiv fid-database ARACHNE billi jissottomettu data f’waqtha u jisfruttaw l-opportunitajiet li l-ammonti kbar ta’ data joffru għall-prevenzjoni tal-użu frodulenti u irregolari ta’ fondi tal-UE39.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: tmiem l-2019.
L-investigazzjonijiet amministrattivi tal-OLAF wasslu għal prosekuzzjoni f’inqas minn nofs il-każijiet, u rriżultaw fl-irkupru ta’ inqas minn terz tal-fondi
141Ir-rakkomandazzjonijiet ġudizzjarji tal-OLAF jirriżultaw fil-prosekuzzjoni ta’ frodaturi f’madwar 45 % tal-każijiet. Is-sistema attwali, fejn l-OLAF iniedi investigazzjonijiet wara li jirċievi informazzjoni minn sorsi oħra u fejn, investigazzjoni amministrattiva tal-OLAF f’każ ta’ frodi suspettata ħafna drabi tiġi segwita minn investigazzjoni kriminali fil-livell nazzjonali, ta’ spiss tieħu wisq fit-tul u b’hekk tnaqqas l-opportunità li tikseb l-għan aħħari tagħha, jiġifieri l-prosekuzzjoni (il-paragrafi 94-104).
142F’għadd ta’ każijiet (li jikkonċernaw frodi jew irregolaritajiet), id-DĠ ma jqisux li r-rapporti tal-OLAF jipprovdu informazzjoni suffiċjenti biex isservi bħala bażi biex jinbeda l-irkupru ta’ fondi żborżati indebitament. F’każijiet bħal dawn, id-DĠ jieħdu (jew jesternalizzaw) azzjoni ulterjuri sabiex jiddeċiedu jekk l-irkupru jkunx possibbli jew iserrħu fuq evidenza pprovuta mill-awditi li huma stess iwettqu (il-paragrafi 105-124).
Rakkomandazzjoni 4 – Jitqiesu mill-ġdid ir-rwol u r-responsabbiltajiet tal-OLAF fil-ġlieda kontra l-frodi fl-infiq tal-UE fid-dawl tal-istabbiliment tal-UPPE
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis mill-ġdid ir-rwol u r-responsabbiltajiet tal-OLAF fil-ġlieda kontra l-frodi fl-infiq tal-UE fid-dawl tal-istabbiliment tal-UPPE.
B’mod partikolari, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jittieħdu ċerti miżuri biex l-OLAF jingħata rwol strateġiku u ta’ sorveljanza fl-azzjoni tal-UE kontra l-frodi.
Dan jista’ jinkludi li l-OLAF jaġixxi bħala korp ta’ sorveljanza li jkun responsabbli:
- biex imexxi t-tfassil u jimmonitorja u jissorvelja l-implimentazzjoni tal-politika tal-Kummissjoni kontra l-frodi, b’fokus speċifiku fuq il-forniment ta’ analiżi dettaljata f’ħin reali tax-xejriet tal-frodi (modus operandi) u l-kawżi tagħha;
- biex jikkoordina u jimmonitorja l-attivitajiet kontra l-frodi fl-Istati Membri.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: tmiem l-2022
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla V, immexxija mis-Sur Lazaros S. Lazarou, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-14 ta’ Novembru 2018.
Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner Lehne
President
Annessi
Anness I
Estratt tat-testi legali rilevanti
L-Artikolu 3 tad-Direttiva PIF
“Frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni
2. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, is-segwenti għandu jitqies bħala frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni:
- fir-rigward tan-nefqa mhux relatata ma' akkwist, kwalunkwe att jew ommissjoni b'rabta ma':
- l-użu jew il-preżentazzjoni ta' dikjarazzjonijiet jew dokumenti foloz, mhux korretti jew mhux kompluti, li jkollhom bħala effett il-miżapproprijazzjoni jew iż-żamma illeċita ta' fondi jew assi mill-baġit tal-Unjoni jew minn baġits ġestiti mill-Unjoni, jew għan-nom tagħha;
- in-nuqqas ta' divulgazzjoni ta' informazzjoni fi ksur ta' obbligu speċifiku, bl-istess effett; jew
- l-użu ħażin ta' tali fondi jew assi għal skopijiet oħra għajr dawk li għalihom ġew mogħtija oriġinarjament;
- fir-rigward ta' nefqa relatata ma' akkwist, ta' mill-inqas meta dan isir sabiex jittieħed vantaġġ illegali għall-attur jew għal persuna oħra billi jiġi kkawżat telf lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kwalunkwe att jew ommissjoni b'rabta ma':
- l-użu jew il-preżentazzjoni ta' dikjarazzjonijiet jew dokumenti foloz, mhux korretti jew mhux kompluti, li jkollhom bħala effett il-miżapproprijazzjoni jew iż-żamma illeċita ta' fondi jew assi mill-baġit tal-Unjoni jew minn baġits ġestiti mill-Unjoni, jew għan-nom tagħha;
- in-nuqqas ta' divulgazzjoni ta' informazzjoni bi ksur ta' obbligu speċifiku, bl-istess effett; jew
- l-użu ħażin ta' tali fondi jew assi għal finijiet oħra għajr dawk li għalihom ġew mogħtija oriġinarjament, li jagħmel ħsara lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni”.
L-Artikolu 325 tat-TFUE
“L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jikkumbattu l-frodi u l-attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz ta’ miżuri, li jittieħdu skont dan l-Artikolu u li jservu ta’ deterrent kif ukoll li jkunu tali li joffru protezzjoni effettiva fl-Istati Membri, kif ukoll fl-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni.”
Anness II
Korpi tal-UE u tal-Istati Membri involuti fl-immaniġġjar tar-riskju ta’ frodi
| Korpi | Prevenzjoni (governanza u tmexxija kontra l-frodi, valutazzjoni tar-riskju ta’ frodi, strateġiji kontra l-frodi, kontrolli preventivi, intelligence) | Identifikazzjoni (kontroll tal-indentifikazzjoni tal-frodi, mekkaniżmi ta’ lmenti relatati mal-frodi) | Investigazzjoni (amministrattiva u kriminali) | Rispons (Sanzjonijiet, irkupri, prosekuzzjoni, kejl tal-prestazzjoni u rappurtar) |
|---|---|---|---|---|
| OLAF | ✔ | ✔ | ✔ | |
| IDOC | ✔ | ✔ | ||
| Direttorati ġenerali tal-Kummissjoni | ✔ | ✔ | ✔ | |
| Eurojust | ✔ | |||
| Europol | ✔ | |||
| Awtoritajiet amministrattivi nazzjonali | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ |
| Awtoritajiet ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi nazzjonali | ✔ | ✔ | ✔ | |
| UPPE | ✔ | ✔ |
Anness III
Inizjattivi leġiżlattivi reċenti fil-qasam tal-UE tal-ġlieda kontra l-frodi
- Id-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (id-“Direttiva PIF”) ġiet adottata mill-koleġiżlaturi fil-5 ta’ Lulju 2017. L-Istati Membri għandhom sentejn (sas-6 ta’ Lulju 2019) biex jittrasponuha fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. Hija tarmonizza d-definizzjoni ta’ erba’ reati kriminali (il-frodi, il-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus u l-miżapproprijazzjoni) kif ukoll sanzjonijet u perjodi ta’ limitazzjoni.
- Ir-Regolament 2017/1939 li jistabbilixxi l-UPPE ġie adottat f’Ottubru 2017. L-UPPE huwa mistenni li jibda jopera minn tard fl-2020 jew kmieni fl-2021 ’il quddiem fi 22 Stat Membru, u se jkun kompetenti biex jinvestiga reati kontra l-baġit tal-UE, inkluża frodi serja transkonfinali tal-VAT, li jkunu ta’ aktar minn EUR 10 miljun.
- Il-proposta biex jiġi emendat ir-Regolament Nru 883/2013 (COM(2018) 338) tal-OLAF dwar investigazzjonijiet immexxija mill-OLAF fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-UPPE u l-effettività tal-investigazzjonijiet tal-OLAF adottata f’Mejju 2018.
- Ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid li daħal fis-seħħ f'Lulju 2018.
Anness IV
Avvenimenti li jwasslu lill-Istati Membri biex jirrappurtaw lill-Kummissjoni każijiet ta’ frodi li jkunu taħt investigazzjoni kriminali
| Avveniment | BE | BG | CZ | DK | DE | EE | IE | EL | ES | FR | HR | IT | CY | LV | LT | LU | HU | MT | NL | AT | PL | PT | RO | SI | SK | FI | SE | UK |
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| Wara l-akkuża | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | ||||||||||||||||||||
| Wara s-sentenza inizjali | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | |||||||||||||||||||||
| Wara s-sentenza definittiva - deċiżjoni finali tal-qorti | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | |||||||||||||
| Oħrajn | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ |
Anness V
Rwoli u responsabbiltajiet fi ħdan il-Kummissjoni għall-eżiti ta’ azzjonijiet fil-ġlieda kontra l-frodi fl-infiq tal-UE
* Il-konsultazzjoni tal-OLAF dwar l-azzjonijiet l-oħra kollha fil-Fażijiet ta' Ppjanar u ta’ Implimentazzjoni hija fakultattiva, ħlief fejn azzjonijiet bħal dawn ikunu bbażati fuq rakkomandazzjoni mill-OLAF.
** F’konformità mal-Karta u mal-Istandards internazzjonali tiegħu, huwa ma għandu l-ebda responsabbiltà ta’ ġestjoni fl-ebda stadju taċ-ċiklu kontra l-frodi
*** Il-Clearing House Group jista’ jiġi infurmat fuq approċċ ibbażat fuq il-każ u mhux fuq approċċ sistemiku ġenerali.
**** L-APC jiġi infurmat dwar kwistjonijiet li jirriżultaw indirettament f’dawn l-oqsma, jiġifieri fuq il-bażi ta’ sejbiet tal-awditjar interni u/jew esterni. L-APC jiġi infurmat dwar punti ewlenin tar-RAA u tal-abbozz ta’ AMPR.
Aħna qsamna l-atturi ewlenin li huma involuti fil-ġlieda kontra l-frodi fl-erba’ kategoriji li ġejjin:
- Responsabbli: il-persuna jew il-korp li effettivament jikkompleta kompitu partikolari u/jew li jkollu r-responsabbiltà aħħarija biex jagħti rendikont lill-pubbliku għall-implimentazzjoni ta’ attività jew deċiżjoni;
- Ikkonsultat: il-persuna jew il-korp li jipprovdi opinjoni dwar azzjoni jew deċiżjoni partikolari qabel ma din tittieħed, inkluża t-tħejjija/l-analiżi jew il-preżentazzjoni tal-abbozz ta’ dokumenti lil dawk responsabbli għad-deċiżjoni;
- Infurmat: il-persuna jew il-korp li jkun irid jiġi infurmat wara li tittieħed deċiżjoni jew azzjoni. Huwa jista’ jkun meħtieġ jieħu azzjoni b'riżultat tal-eżitu;
- Mhux involut.
Anness VI
Lista ta' referenzi
Alina Mungiu-Pippidi (2013), The Good, the Bad and the Ugly: Controlling corruption in the European Union (It-Tajjeb, il-Ħażin u l-Ikrah: Il-Kontroll tal-korruzzjoni fl-Unjoni Ewropea), Berlin.
Fabio Giuffrida, ‘The European Public Prosecutor’s Office: King without kingdom?’ (L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew: Re mingħajr renju?) (2017), ir-Rapport ta’ Riċerka tas-CEPS Nru 3/2017, p. 14, https://www.ceps.eu/publications/european-public-prosecutor %E2 %80 %99s-office-king-without-kingdom.
Golden, Miriam u Picci, Lucio (2005), Proposal for a New Measure of Corruption, and Tests using Italian Data, Economics and Politics (Proposta għal Miżura Ġdida tal-Korruzzjoni, u Testijiet li jużaw Data, Ekonomija u Politika Taljani). Volum 17, 2005, pp. 37-75.
Mark Button u Jim Gee (2015), The financial cost of fraud 2015 - What the latest data from around the world shows (L-ispiża finanzjarja tal-frodi 2015 - X’turi d-data l-aktar reċenti minn madwar id-dinja), PKF Littlejohn LLP u PKF; Ara wkoll Brooks, G., Button, M. u Gee, J. (2012), The scale of healthcare fraud: a global evaluation (L-iskala tal-frodi fil-kura tas-saħħa: evalwazzjoni globali), Security Journal, Volum 25 Nru 2, pp. 76-87.
Mihaly Fazekas u Peter Lawrence King (2018), Perils of development funding? The tale of EU Funds and grand corruption in Central and Eastern Europe (Il-perikli tal-finanzjament għall-iżvilupp? Il-ħrafa tal-Fondi tal-UE u l-korruzzjoni kbira fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant). Regulation & Governance 2018, pp. 14-15.
Mihaly Fazekas u Gábor Kocsis (2017), Uncovering High-Level Corruption: Cross-National Corruption Proxies Using Public Procurement Data (L-Iżvelar tal-Korruzzjoni ta’ Livell Għoli: Indikaturi tal-Korruzzjoni Transnazzjonali bl-Użu tad-Data dwar l-Akkwist Pubbliku). British Journal of Political Science, disponibbli online.
Mihaly Fazekas, István János Tóth u Peter Lawrence King (2016), An Objective Corruption Risk Index Using Public Procurement Data (Indiċi Oġġettiv tar-Riskju tal-Korruzzjoni li Juża d-Data dwar l-Akkwist Pubbliku). European Journal of Criminal Policy and Research, 22(3), pp 369–397.
Mihaly Fazekas u István János Tóth (2017), Corruption in EU Funds? Europe-wide evidence on the corruption effect of EU-funded public contracting (Korruzzjoni fil-Fondi tal-UE? Evidenza mill-Ewropa kollha dwar l-effett tal-korruzzjoni fil-kuntratti pubbliċi ffinanzjati mill-UE). In J. Bachtler et al (Eds.), EU Cohesion Policy. Reassessing performance and direction (Il-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE. Valutazzjoni mill-ġdid tal-prestazzjoni u tad-direzzjoni). il-Kapitolu 13. Routledge, Londra, p. 186-205.
Paulo Mauro (1996), The Effects of Corruption on Growth, Investment and Government Expenditure (L-Effetti tal-Korruzzjoni fuq it-Tkabbir, l-Investiment u l-Infiq tal-Gvern), il-Fond Monetarju Internazzjonali, WP/96/98.
Paulo Mauro (1998), Corruption and the composition of government expenditure (Il-korruzzjoni u l-kompożizzjoni tal-infiq tal-gvern), il-Fond Monetarju Internazzjonali, Journal of Public Economics 69.
Jajkowicz, O. u Drobiszova, A. (2015), The Effect of Corruption on Government Expenditure Allocation in OECD Countries (L-Effett tal-Korruzzjoni fuq l-Allokazzjoni fl-Infiq tal-Gvern fil-Pajjiżi OECD), Acta Universitatis Agriculturae et Silviculturae Mendelianae Brunensis, il-Volum 63.
AKRONIMI U ABBREVJAZZJONIJIET
AFCOS: Servizzi ta' Koordinazzjoni Kontra l-Frodi
AFS: Strateġija kontra l-frodi
AMPR: Rapport annwali dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni
AOD: Uffiċjal awtorizzanti b'delega
CAFS: Strateġija tal-Kummissjoni kontra l-frodi
DĠ: Direttorat Ġenerali
EDES: Sistema ta' identifikazzjoni bikrija u ta' esklużjoni
IBOAs: Istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-UE
IMS: Sistema ta’ ġestjoni tal-irregolaritajiet
OLAF: Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi
PACA: Riżultanza amministrattiva jew ġudizzjarja primarja
PIF: Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea
QFP: Qafas finanzjarju pluriennali
QĠUE: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
RAA: Rapport annwali tal-attività
UPPE: Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew
Glossarju
Akkuża: Notifika uffiċjali, li tingħata lil persuna fiżika jew ġuridika mill-prosekutur, ta’ allegazzjoni li l-persuna tkun wettqet reat kriminali u li permezz tagħha l-prosekutur ikun jista’ jressaq il-prosekuzzjoni quddiem il-qorti.
Frodi identifikata: Frodi identifikata tinkludi frodi suspettata u frodi stabbilita.
Frodi stabbilita: Frodi stabbilita tiddeskrivi każ li jkun tqies li jikkostitwixxi “frodi” f’termini ta’ deċiżjoni definittiva tal-qorti kriminali.
Frodi suspettata: Irregolarità li tagħti lok għall-inizjazzjoni ta’ proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji fil-livell nazzjonali biex jiġi stabbilit jekk l-imġiba kinitx intenzjonata, hija kategorizzata mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri bħala “frodi suspettata”.
Frodi: Frodi hija att ta’ qerq intenzjonat biex jinkiseb vantaġġ personali jew biex jiġi kkawżat telf lil parti terza (l-Anness I).
Irregolarità: Irregolarità hija att li ma jikkonformax mar-regoli tal-UE u li jkollu impatt potenzjalment negattiv fuq l-interessi finanzjarji tal-UE, iżda li jista’ jkun ir-riżultat ta’ żbalji ġenwini li jsiru kemm mill-benefiċjarji li jikklejmaw il-fondi kif ukoll mill-awtoritajiet responsabbli biex jagħmlu l-pagamenti. Jekk irregolarità titwettaq deliberatament, hija tkun tikkostitwixxi frodi.
Irregolarità: Irregolarità hija att li ma jikkonformax mar-regoli tal-UE u li jkollu impatt potenzjalment negattiv fuq l-interessi finanzjarji tal-UE, iżda li jista’ jkun ir-riżultat ta’ żbalji ġenwini li jsiru kemm mill-benefiċjarji li jikklejmaw il-fondi kif ukoll mill-awtoritajiet responsabbli biex jagħmlu l-pagamenti. Jekk irregolarità titwettaq deliberatament, hija tkun tikkostitwixxi frodi.
Korrezzjonijiet finanzjarji: jistgħu jiġu implimentati minn Stat Membru billi jitnaqqas l-infiq irregolari mit-talba tiegħu għall-pagament, billi titħallas ordni ta’ rkupru li tinħareġ mill-Kummissjoni, jew permezz ta’ diżimpenn. It-tnaqqis jista’ jsir b’żewġ modi: irtirar jew irkupru mill-benefiċjarji.
Korruzzjoni: Il-korruzzjoni hija l-abbuż ta’ poter għal vantaġġ privat. Hija tinkludi kull att jew ommissjoni li permezz tagħhom isir abbuż minn jew jitfittex li jsir abbuż mill-użu ta’ awtorità uffiċjali, sabiex jinkiseb benefiċċju mhux dovut.
Kundanna: Sentenza tal-qorti li permezz tagħha l-imputat jiġi ddikjarat ħati ta’ reat. Persuna ma tistax titqies li tkun ikkundannata qabel ma s-sentenza tkun finali.
Prosekuzzjoni: Deċiżjoni ta’ prosekutur li jakkuża lill-imputat b’reat.
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (PIF): Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE hija element ewlieni tal-aġenda politika tal-UE biex tissaħħaħ u tiżdied il-fiduċja taċ-ċittadini u biex jiġi żgurat li flushom ikunu qed jintużaw sew. Hija ma tikkonċernax biss il-ġestjoni tal-approprjazzjonijiet tal-baġit, iżda testendi għall-miżuri kollha li jaffettwaw b’mod negattiv l-assi tagħha u dawk tal-Istati Membri, sal-punt fejn dawk il-miżuri jkunu rilevanti għall-politiki tal-UE.
Regolamentazzjoni aħjar: It-tfassil tal-politiki u tal-liġijiet biex b’hekk jilħqu l-objettivi tagħhom bl-inqas spiża. Regolamentazzjoni aħjar hi dwar li jiġi żgurat li l-UE twettaq verament l-għanijiet politiċi ambizzjużi li stabbiliet hija stess. Hija dwar li jiġi żgurat li s-soluzzjoni politika magħżula tkun l-aħjar u tal-inqas piż biex jintlaħqu dawk l-objettivi. Hija mod ta' ħidma biex jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet politiċi jitħejjew b'manjiera miftuħa u trasparenti, ikunu infurmati mill-aħjar evidenza disponibbli u appoġġati mill-involviment komprensiv tal-partijiet ikkonċernati. (Sors: Strumenti għal regolamentazzjoni aħjar).
Riskju ta’ frodi: Skont il-gwida 2016 tal-ġestjoni tar-riskju ta’ frodi tal-Kumitat tal-Organizzazzjonijiet li Jisponsorjaw il-Kummissjoni Treadway (COSO), jenħtieġ li l-organizzazzjonijiet iwettqu valutazzjonijiet komprensivi tar-riskju ta’ frodi biex jidentifikaw skemi u riskji speċifiċi ta’ frodi, jivvalutaw il-probabbiltà u s-sinifikat tagħhom, jevalwaw attivitajiet eżistenti għall-kontroll kontra l-frodi u jimplimentaw azzjonijiet biex jimmitigaw ir-riskji residwi ta’ frodi.
Riżultanza amministrattiva jew ġudizzjarja primarja (PACA): “Riżultanza amministrattiva jew ġudizzjarja primarja” hija l-ewwel valutazzjoni bil-miktub minn awtorità kompetenti, sew jekk amministrattiva sew jekk ġudizzjarja, li fuq il-bażi ta’ fatti speċifiċi tikkonkludi li tkun twettqet irregolarità. Sussegwentement hija tista’ tiġi riveduta jew irtirata b'riżultat ta’ żviluppi matul il-proċedura amministrattiva jew ġudizzjarja.
Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet (IMS): Is-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet hija għodda elettronika sikura għar-rappurtar, il-ġestjoni u l-analiżi tal-irregolaritajiet. L-IMS tifforma parti mis-Sistema ta' Informazzjoni għal Kontra l-Frodi (AFIS), li l-iżvilupp u l-manutenzjoni tagħha huma r-responsabbiltà tal-OLAF, u li tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-OLAF u l-amministraturi rilevanti.
Sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni (EDES): L-EDES hija s-sistema l-ġdida ta’ esklużjoni li ġiet stabbilita mill-Kummissjoni mill-1 ta’ Jannar 2016 biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-UE kontra operaturi ekonomiċi inaffidabbli. L-iskop tagħha huwa li tiffaċilita l-identifikazzjoni bikrija ta’ operaturi ta’ dan it-tip, l-esklużjoni tagħhom milli jirċievu fondi tal-UE, l-impożizzjoni ta’ penali finanzjarji, u fil-każijiet l-aktar severi, il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni relatata ma’ esklużjonijiet jew penali bħal dawn.
Valutazzjoni tal-impatt: Il-valutazzjonijiet tal-impatt jikkontribwixxu għall-proċessi deċiżjonali tal-UE permezz tal-ġbir u l-analiżi tematika ta’ informazzjoni dwar interventi ppjanati u l-istimar tal-impatt probabbli tagħhom. Il-valutazzjonijiet tal-impatt iridu jitwettqu għall-inizjattivi ewlenin kollha ta’ politika (jiġifieri dawk li jiġu ppreżentati fl-istrateġija ta’ politika annwali (SPA) jew, aktar tard, bħala parti mill-programm leġiżlattiv u ta' ħidma tal-Kummissjoni (CLWP)), b’xi eċċezzjonijiet iddefiniti b’mod ċar. Barra minn hekk, inizjattivi sinifikanti oħra jistgħu jiġu koperti fuq bażi ta’ każ b’każ.
Żball: Irregolarità li tirriżulta minn nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti legali u kuntrattwali.
Endnotes
1 Ara d-definizzjoni legali fl-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (id-Direttiva PIF).
2 Ara l-premessa (8) tad-Direttiva PIF.
3 Ara d-definizzjoni legali fl-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2017/1371 (id-Direttiva PIF).
4 L-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95.
5 Ara l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ir-Regolament Finanzjarju).
6 Ara l-Artikolu 3 tad-Direttiva PIF.
7 Ara l-Artikolu 17 tad-Direttiva PIF.
8 L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999.
9 L-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, Ċipru, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, u Spanja. In-Netherlands u Malta ngħaqdu mal-UPPE matul l-2018.
10 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”).
11 Ara l-paragrafi 1.35 u 1.36 tar-Rapport Annwali 2016 tagħna.
12 Ara l-Opinjoni Nru 1/2018 tal-QEA dwar il-proposta tat-2 ta’ Mejju 2018 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri; l-Opinjoni Nru 9/2018 tal-QEA rigward il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm tal-UE Kontra l-Frodi; l-Opinjoni Nru 8/2018 tal-QEA dwar il-proposta tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Mejju 2018 biex jiġi emendat ir-Regolament Nru 883/2013 dwar l-OLAF fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-effettività tal-investigazzjonijiet tal-OLAF.
13 Aħna koprejna wkoll ir-rakkomandazzjonijiet amministrattivi tal-OLAF, taħt l-azzjonijiet tal-Kummissjoni għall-prevenzjoni tal-frodi.
14 Id-dispożizzjonijiet rilevanti huma l-Artikolu 122(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013; l-Artikolu 50(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013; l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014; l-Artikolu 5(5) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014; l-Artikolu 21(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013.
15 Il-Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – il-ġlieda kontra l-frodi, Rapport Annwali 2017, COM(2018) 553 final.
16 Il-Paragrafu 2.4 tad-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni (2016)237 final jispjega s-suppożizzjonijiet metodoloġiċi abbażi l-analiżi tal-irregolaritajiet irrappurtati.
17 Ara l-Artikoli 1(2) u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea; l-Artikolu 2(37) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013; flimkien mal-Artikolu 2(17) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014; il-premessa (3) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1971; il-premessa (3) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1973.
18 L-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolamenti ta’ Delega 2015/1970, 2015/1971, 2015/1972, 2015/1973.
19 Handbook on requirement to report irregularities (Manwal dwar ir-rekwiżit li l-irregolaritajiet jiġu rrapurtati), COCOLAF/23-05-17/8.2/EN; l-Artikolu 2(b) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1970, 2015/1971 u 2015/1973.
20 L-Artikolu 2(b) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1970, 2015/1971, 2015/1972 u 2015/1973 fih definizzjoni ta’ “konklużjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja”. Dawn ir-regolamenti ta’ delega jiġu adottati fuq il-bażi tas-setgħat mogħtija mill-atti bażiċi rilevanti, li wieħed minnhom huwa r-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (l-Artikolu 122).
21 Fazekas, M., u Kocsis, G., (2017); Fazekas, M., Tóth, I. J., u King, P. L., (2016); Golden, M. u Picci, L. (2005). Iċ-Ċentru ta’ Studji għall-Ġlieda Kontra l-Frodi ġewwa l-Università ta’ Portsmouth żviluppa wkoll metodu biex jitkejjel it-telf li jirriżulta mill-frodi (FLM). Ara Button, M. u Gee, J. (2015).
22 Fazekas, M. u Kocsis, G. (2017); Fazekas, M., Tóth, I. J., u King, P. L.(2016); pp. 369-397.
23 Ara pereżempju d-Dokument ta’ Ħidma tal-Kummissjoni SWD(2017) 266 final, il-Parti 2/2, it-Tabella CP16, p. 64, li jakkumpanja r-Rapport PIF 2016.
24 Fl-2017, l-OLAF ippubblika l-ħames kompendju ta’ każijiet relatat mal-investigazzjonijiet interni.
25 Id-DĠ EMPL, REGIO, AGRI, RTD u HOME.
26 https://www.moorestephens.co.uk/services/governance-risk-and-assurance/rhiza-risk-management-tool/global-fraud-risk-register#.
27 Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ir-Rapport Annwali 2014, p. 229.
28 Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ir-Rapport Annwali 2014, p. 229.
29 A Framework for Managing Fraud Risks in Federal Programmes (Qafas għall-Immaniġġjar tar-Riskji ta’ Frodi f’Programmi Federali), GAO, Lulju 2015, GAO-15-593SP, p. 10.
30 Il-Konvenzjoni tal-OECD dwar il-Ġlieda kontra t-Tixħim tal-Uffiċjali Pubbliċi Barranin fit-Tranżazzjonijiet Ekonomiċi Internazzjonali.
31 http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=325&intPageId=3587&langId=mt.
32 COM(2000) 200 final/2 – Reforming the Commission (Riforma tal-Kummissjoni) – White Paper – il-Parti II – Pjan ta’ azzjoni, l-Azzjoni 94.
33 Prevention of fraud by building on operational results: a dynamic approach to fraud-proofing (Il-prevenzjoni tal-frodi bbażat fuq ir-riżultati operazzjonali: approċċ dinamiku għall-prevenzjoni tal-frodi), SEC(2007) 1676.
34 Il-Prinċipju 8, Kontroll Intern 2013 – Qafas Integrat, tal-Kumitat tal-Organizzazzjonijiet li Jisponsorjaw il-Kummissjoni Treadway (COSO), jirrikjedi li l-organizzazzjonijiet iqisu l-potenzjal li sseħħ frodi meta jivvalutaw ir-riskji għall-ilħuq tal-objettivi.
35 Regolamentazzjoni aħjar għal riżultati aħjar – Aġenda tal-UE, COM(2015) 215 final.
36 Ir-Rapport PIF 2016, COM(2017) 383 final.
37 World Bank Annual Update, Integrity Vice-Presidency (Aġġornament Annwali tal-Bank Dinji, Viċi Presidenza Integrità), p. 28, http://pubdocs.worldbank.org/en/703921507910218164/2017-INT-Annual-Update-FINAL-spreads.pdf.
39 Ara r-Rapport Speċjali Nru 10/2015 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri – L-isforzi biex jiġu indirizzati l-problemi relatati mal-akkwist pubbliku fin-nefqa tal-UE għall-Koeżjoni għandhom jiġu intensifikati.
40 L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 074/1999.
41 Bejn l-2012 u l-2016, f’madwar 21 % tal-investigazzjonijiet li għalaq b’rakkomandazzjoni finanzjarja, l-OLAF ħareġ rakkomandazzjoni ġudizzjarja fl-istess ħin.
42 Minbarra l-investigazzjonijiet esterni, l-OLAF huwa intitolat ukoll li jwettaq investigazzjonijiet interni fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE. Aħna ma evalwajniex dan il-kompitu partikolari tal-OLAF matul dan l-awditu. Għar-rakkomandazzjonijiet amministrattivi, ara l-paragrafu 70.
43 https://bsr.bm.hu/SitePages/Nyitolap.aspx aċċessat fil-15 ta’ Frar 2018.
44 Id-Dipartiment tal-Ġlieda Kontra l-Frodi (DLAF) huwa awtorità nazzjonali Rumena b’setgħat investigattivi, li hija responsabbli għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE f’dan il-pajjiż. Ara l-istatistika mir-Rapport Annwali 2016 tad-DLAF, p. 11.
45 Analiżi tas-segwitu mwettaq mill-Istati Membri tar-rakkomandazzjonijiet ġudizzjarji tal-OLAF li nħarġu bejn Jannar 2008 u Diċembru 2015; p. 1.
46 L-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 883/2013 jiddikjara li l-OLAF “.... jista’ jibgħat fiż-żmien dovut lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati informazzjoni miksuba waqt investigazzjonijiet [...] (esterni) biex ikunu jistgħu jieħdu azzjoni adattata f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom”.
47 Ara r-Rapport 2017 tal-OLAF, p. 53.
48 Għal 59 minn 150 każ fejn sar irkupru b’riżultat tar-rakkomandazzjonijiet finanzjarji tal-OLAF, l-ammont irkuprat huwa 70 % jew inqas minn dak li rrakkomanda l-OLAF.
49 Does crime still pay? Criminal asset recovery within the EU; Survey of statistical information 2010-2014 (Il-kriminalità għadha trendi? Irkupru tal-assi kriminali fl-UE; Stħarriġ ta’ informazzjoni statistika 2010-2014); l-Europol, 2016.
50 Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19.12.2013 dwar l-istabbiliment u l-approvazzjoni tal-linji gwida għad-determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji li għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni rigward in-nefqa ffinanzjata mill-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża, għal nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku, C(2013) 9527 final.
51 Id-DĠ DEVCO għandu wkoll kuntratti ta’ għotjiet u ta’ akkwist u operazzjonijiet ta’ appoġġ baġitarju taħt ġestjoni diretta. Madankollu, l-awditu tagħna ffoka fuq l-infiq taħt ġestjoni indiretta.
52 Jekk inqisu biss ir-rakkomandazzjonijiet finanzjarji tal-OLAF li nħarġu bejn l-2012 u l-2014, din ir-rata tiżdied għal 82 %.
53 In-Netherlands u Malta ngħaqdu mal-UPPE matul l-2018.
54 Il-Kummissjoni tistma li l-ispiża tal-UPPE, b’115-il impjegat, hija ta’ EUR 21 miljun fis-sena.
55 Ara l-Premessa (51) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”).
56 Ara r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 dwar il-ħolqien tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) tat-12 ta’ Ottubru 2017.
57 Fl-2005, il-limitu ta’ rapportar żdied minn EUR 4 000 għal EUR 10 000. F’dak iż-żmien saret stima tal-ammont ta’ informazzjoni mitlufa matul il-proċess: il-livell limitu miżjud kien jimplika tnaqqis ta’ madwar 45 % tan-numru rrapportat ta’ irregolaritajiet, iżda telf ta’ 5 % biss tal-ammonti finanzjarji relatati. Tradotti f’termini tar-rata ta’ identifikazzjoni tal-frodi fl-2017, dan jimplika figura ta’ 0.22 % minflok ta’ 0.21 %.
58 https://www.moorestephens.co.uk/news-views/november-2017/misspending-public-money-is-top-risk-area-for-frau
59 Ara r-Rapport tal-OLAF għall-2016, pp. 15-18, għall-importanza tal-frodi tal-akkwisti.
60 SEC (2007) 1676.
61 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2035/2005 tat-12 ta’ Diċembru 2005, ĠU L 328, 15.12.2005, p. 8.
62 https://ec.europa.eu/info/files/better-regulation-toolbox-25_en.
63 Ara l-Artikolu 325 tat-TFUE.
64 Għall-aħħar verżjoni, ara r-Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, ‘Rapport Annwali għall-2017 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – Il-ġlieda kontra l-frodi’, Brussell, 03.09.2018, COM(2018) 553 finali. Tendenza simili hija riflessa minn sistemi oħrajn li jistrieħu fuq il-komplementarjetà tal-investigazzjonijiet fil-livell tal-UE u f’dak nazzjonali (pereżempju, infurzar tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE, ara http://ec.europa.eu/competition/ecn/statistics.html).
65 Ara r-Rapport tal-OLAF għall-2017.
66 COM (2011) 376 finali, p. 8, il-paragrafu ‘Il-prevenzjoni tal-frodi’.
| Avveniment | Data |
|---|---|
| Adozzjoni tal-APM / Bidu tal-awditu | 4.4.2017 |
| L-abbozz tar-rapport jintbagħat uffiċjalment lill-Kummissjoni (jew lil parti awditjata oħra) | 26.6.2018 |
| Adozzjoni tar-rapport finali wara l-proċedura kontradittorja | 14.11.2018 |
| Ir-risposti uffiċjali tal-Kummissjoni (jew ta’ parti awditjata oħra) riċevuti bil-lingwi kollha | EN: 8.1.2019 |
TIM TAL-AWDITJAR
Ir-rapporti speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditi li twettaq ta’ politiki u programmi tal-UE, jew ta’ suġġetti relatati mal-ġestjoni minn oqsma speċifiċi tal-baġit. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar biex timmassimizza l-impatt tagħhom billi tqis ir-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta’ introjtu jew ta’ nfiq involut, l-iżviluppi li jkunu għad iridu jseħħu u l-interess politiku u pubbliku.
Dan l-awditu tal-prestazzjoni twettaq mill-Awla V tal-Awditjar, Finanzjament u Amministrazzjoni tal-Unjoni, li hija mmexxija minn Lazaros S. Lazarou, Membru tal-QEA. L-awditu tmexxa minn Juhan Parts, Membru tal-QEA, li ngħata appoġġ minn Ken-Marti Vaher, Kap tal-Kabinett u Margus Kurm, Attaché tal-Kabinett; Judit Oroszki, Maniġer Prinċipali u Kap tal-Kompitu; Tomasz Plebanowicz, Deputat Kap tal-Kompitu; Rogelio Abarquero Grossi, Daria Bochnar, Jana Janeckova u Anzela Poliulianaite, Awdituri. Michael Pyper ipprovda appoġġ lingwistiku u Valérie Tempez-Erasmi pprovdiet appoġġ segretarjali.
Mix-xellug għal-lemin: Ken-Marti Vaher, Judit Oroszki, Tomasz Plebanowicz, Juhan Parts, Michael Pyper, Daria Bochnar, Anzela Poliulianaite, Jana Janeckova, Rogelio Abarquero Grossi, Valérie Tempez-Erasmi, Margus Kurm.
Kuntatt
IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG
Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors
Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).
Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2018
| ISBN 978-92-847-1478-0 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/140855 | QJ-AB-18-030-MT-N | |
| HTML | ISBN 978-92-847-1456-8 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/769884 | QJ-AB-18-030-MT-Q |
© L-Unjoni Ewropea, 2018
Għal kull użu jew riproduzzjoni ta’ ritratti jew materjal ieħor li ma jaqax taħt id-drittijiet tal-awtur tal-Unjoni Ewropea, irid jintalab il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.
KIF TIKKUNTATTJA LILL-UE
Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f’dan is-sit: https://europa.eu/european-union/contact_mt
Bit-telefown jew bil-posta elettronika
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:
- bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
- fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew
- bil-posta elettronika permezz: https://europa.eu/european-union/contact_mt
KIF ISSIB TAGĦRIF DWAR L-UE
Onlajn
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: https://europa.eu/european-union/contact_mt
Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tniżżel mill-internet jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li xi wħud minnhom huma bla ħlas u xi oħrajn bil-ħlas, mill-EU Bookshop fl-indirizz li ġej: https://op.europa.eu/mt/publications. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tal-informazzjoni lokali tiegħek (ara https://europa.eu/european-union/contact_mt).
Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1951 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt
Dejta Miftuħa mill-UE
Il-portal tad-Dejta Miftuħa mill-UE (http://data.europa.eu/euodp) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-dejta mill-UE. Id-dejta tista’ titniżżel mill-internet u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.
