Rapport Speċjali
Nru19 2016

L-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE permezz ta’ strumenti finanzjarji – tagħlimiet li għandhom jinsiltu mill-perjodu tal-programm 2007-2013

(skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE)

SOMMARJU:Strumenti finanzjarji qed jintużaw dejjem aktar biex jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju mill-baġit tal-UE permezz ta’ self, garanziji u investimenti fil-kapital. Matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, xi EUR 21.5 biljun mill-baġit tal-UE ġew allokati għall-istrumenti finanzjarji.  Aħna sibna li, filwaqt li jista’ jkun li huma jkollhom vantaġġi distinti meta mqabbla ma’ forom oħra ta’ finanzjament mill-UE bħalma huma għotjiet, l-implimentazzjoni tagħhom tiffaċċja sfidi sinifikanti li jistgħu jillimitaw l-effiċjenza tagħhom.

Din il-pubblikazzjoni hija disponibbli wkoll f'23 lingwa u fil-formati li ġejjin:
HTML PDF EPUB PRINT
html logoPDF General ReportEPUB General ReportPaper General Report

Sommarju eżekuttiv

I

Bħalissa, l-Unjoni Ewropea qed tiffaċċja sfidi serji bħall-irkupru ekonomiku u finanzjarju u l-immaniġġjar tal-kriżi tar-refuġjati. Għalhekk, dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-UE qed ifittxu modi kif jimmassimizzaw l-effettività u l-effiċjenza tal-baġit disponibbli tal-UE li jirrappreżenta inqas minn 1 % tal-prodott domestiku gross (PDG) tal-UE.

II

Strumenti finanzjarji huma għodda ta’ twassil biex jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju mill-baġit tal-UE. Appoġġ finanzjarju pprovdut lir-riċevituri finali permezz ta’ strumenti finanzjarji jista’ jieħu l-forma ta’ self, garanziji u investimenti fil-kapital.

III

Jekk jiġu implimentati b’mod xieraq, l-istrumenti finanzjarji jipprovdu żewġ benefiċċji speċifiċi meta mqabbla mal-għotjiet:

  • il-possibbiltà li jiġu ingranati l-fondi pubbliċi (jiġifieri jiġu mmobilizzati fondi privati u pubbliċi addizzjonali biex jikkomplementaw il-finanzjament pubbliku inizjali); u
  • in-natura rotanti tad-dotazzjoni tal-kapital tagħhom (jiġifieri l-użu tal-istess fondi f’bosta ċikli).

Huwa mistenni li, fil-prinċipju, il-fatt li s-self għandu jitħallas lura, il-garanziji għandhom jiġu rilaxxati jew fil-każ ta’ investimenti fil-kapital imroddijin lura, ikollu wkoll impatt fuq l-imġiba tar-riċevituri finali, li jwassal għal użu aħjar ta’ fondi pubbliċi u jnaqqas il-probabbiltà li r-riċevituri finali jsiru dipendenti minn appoġġ pubbliku.

IV

Matul il-perjodu tal-programm 2007-2013, 25 minn 28 Stat Membru tal-UE użaw strumenti finanzjarji li twaqqfu taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u taħt il-Fond Soċjali Ewropew (FSE): b’kollox, 972 strument finanzjarju taħt il-FEŻR u 53 taħt l-FSE kienu twaqqfu fl-UE kollha. Sa tmiem l-2014, madwar EUR 16-il biljun tħallsu bħala kontribuzzjonijiet mill-Programmi Operazzjonali (PO) taħt il-FEŻR u l-FSE għal dawn l-istrumenti. Dan jirrappreżenta żieda sinifikanti meta mqabbla ma’ madwar EUR 1.3 biljun fil-perjodu tal-programm 2000-2006 u EUR 0.6 biljun fil-perjodu tal-programm 1994-1999 li ġew allokati għal dawn l-istrumenti. Matul l-istess perjodu, 2007-2013, il-kontribuzzjoni kumplessiva mill-baġit tal-UE għall-21 strument finanzjarju, immaniġġjati direttament jew indirettament mill-Kummissjoni, kienet ta’ madwar EUR 5.5 biljun. Dawn l-istrumenti finanzjarji, immaniġġjati ċentralment, joperaw fl-Istati Membri kollha tal-UE.

V

Permezz ta’ dan l-awditu, aħna eżaminajna jekk l-istrumenti finanzjarji kinux mekkaniżmu effiċjenti għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE matul il-perjodu tal-programm 2007-2013. L-awditu tagħna twettaq bejn Ottubru 2014 u Marzu 2016 u ffoka fuq l-oqsma tal-politika reġjonali, soċjali, tat-trasport u tal-enerġija. L-analiżi tagħna tkopri l-1025 strument finanzjarju taħt il-FEŻR u l-FSE li twaqqfu matul il-perjodu tal-programm 2007-2013 taħt ġestjoni kondiviża, kif ukoll 6 strumenti finanzjarji, immaniġġjati ċentralment, f’dawn l-oqsma. Id-data ppreżentata f’dan ir-rapport hija bbażata fuq l-informazzjoni disponibbli l-aktar reċenti, li ġiet ipprovduta mill-Kummissjoni f’Settembru 2015 u li tirrifletti s-sitwazzjoni fi tmiem l-2014.

VI

L-awditu tagħna identifika għadd ta’ problemi sinifikanti li llimitaw l-effiċjenza tal-istrumenti finanzjarji bħala mekkaniżmu għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE matul il-perjodu tal-programm 2007-2013:

  • għadd sinifikanti ta’ strumenti finanzjarji taħt il-FEŻR u l-FSE kienu kbar iżżejjed u sa tmiem l-2014 komplew jiffaċċjaw problemi sinifikanti fl-iżborżament tad-dotazzjonijiet tal-kapital tagħhom (bħala medja, kien intuża madwar 57 % tad-dotazzjoni kollha tal-kapital li tħallset mill-programmi operazzjonali lill-istrumenti finanzjarji). Fattur li kkontribwixxa għad-dotazzjonijiet inizjali eċċessivi tal-kapital kien l-intenzjoni tal-Istati Membri li jevitaw id-diżimpenji matul il-perjodu tal-programm 2007-2013;
  • b’mod ġenerali, l-istrumenti finanzjarji kemm fil-ġestjoni kondiviża kif ukoll f’dik ċentrali ma rnexxilhomx jattiraw kapital privat;
  • sa issa, kien hemm biss għadd limitat ta’ strumenti finanzjarji taħt il-FEŻR u l-FSE li rnexxielhom jipprovdu appoġġ finanzjarju rotanti; u
  • għal strumenti finanzjarji taħt il-FEŻR u l-FSE, kien hemm livelli għoljin ta’ spejjeż u tariffi tal-ġestjoni meta mqabbla mal-appoġġ finanzjarju effettiv ipprovdut lir-riċevituri finali, li jidhru wkoll li huma sinifikattivament ogħla minn dawk ta’ strumenti mmaniġġjati ċentralment jew ta’ fondi ta’ investiment fis-settur privat.
VII

Fl-istess ħin, aħna ninnutaw ukoll li sar titjib fil-qafas legali għall-perjodu tal-programm 2014-2020 fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji bbażati fuq il-kompetenzi miksuba matul il-perjodu tal-programm 2007-2013, iżda jifdal ċerti problemi.

VIII

Fir-rapport tagħna, aħna nirrakkomandaw li

  • Il-valutazzjoni ex ante mill-Kummissjoni għal strumenti mmaniġġjati ċentralment tinkludi b’mod sistematiku analiżi tat-”tagħlimiet li nsiltu” sal-ġurnata tal-lum.
  • Il-Kummissjoni, minbarra t-”tagħlimiet li nsiltu”, tivvaluta wkoll l-effett li l-bidliet soċjoekonomiċi kbar ikollhom fuq il-prinċipji ġustifikattivi tal-istrument u fuq il-kontribuzzjoni korrispondenti meħtieġa mill-baġit tal-UE fil-kuntest tal-analiżijiet ta’ nofs it-terminu rispettivi tagħhom għall-istrumenti finanzjarji, immaniġġjati ċentralment, kollha.
  • Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jkollhom l-għan li jottimizaw id-daqs ta’ fondi speċifiċi taħt il-FEŻR u l-FSE biex jieħdu, kull fejn ikun possibbli, vantaġġ mill-ekonomiji sinifikanti fl-ispiża ta’ fondi operattivi. Jenħtieġ li tiġi pprovduta gwida addizzjonali lill-Istati Membri dwar kif għandhom iwaqqfu dawn l-istrumenti finanzjarji fi ħdan l-Istati Membri jew fil-livell tal-Unjoni (li huma mmaniġġjati direttament jew indirettament mill-Kummissjoni).
  • Fir-Regolament Finanzjarju (u sussegwentement f’Regolamenti settorjali), jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi definizzjoni, għall-ingranaġġ ta’ strumenti finanzjarji li huma applikabbli fl-oqsma kollha tal-baġit tal-UE, li tkun tiddistingwi b’mod ċar bejn l-ingranaġġ ta’ kontribuzzjonijiet privati nazzjonali u kontribuzzjonijiet pubbliċi nazzjonali taħt il-programmi operazzjonali u/jew l-ingranaġġ ta’ kontribuzzjonijiet kapitali privati jew pubbliċi addizzjonali, u tieħu inkunsiderazzjoni t-tip ta’ investiment involut.
  • Għal strumenti finanzjarji taħt il-FEŻR u l-FSE matul il-perjodu tal-programm 2007-2013, il-Kummissjoni tiżgura fl-għeluq li l-Istati Membri jipprovdu data kompleta u affidabbli dwar kontribuzzjonijiet privati fuq dotazzjonijiet tal-kapital, kemm permezz tal-programmi operazzjonali u minbarra dawn.
  • Għal strumenti finanzjarji taħt il-FEŻR u l-FSE, il-Kummissjoni tipprovdi gwida addizzjonali lill-Istati Membri dwar l-aħjar mod kif għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar it-trattament preferenzjali biex jattiraw aktar kapital privat mingħajr ma jallokaw riskji eċċessivi għal kontributuri pubbliċi għad-dotazzjonijiet tal-istrumenti finanzjarji.
  • Għal strumenti finanzjarji, immaniġġjati ċentralment, il-prinċipji ġenerali ta’ kondiviżjoni tar-riskji li jista’ jkollhom impatt fuq il-baġit tal-UE jiġu ddefiniti fil-leġiżlazzjoni li tirregola l-istrument ikkonċernat.
  • Għall-istrumenti finanzjarji kollha ffinanzjati mill-baġit tal-UE matul il-perjodu tal-programm 2014-2020, il-Kummissjoni tiżgura li jkunu biss dawk l-istrutturi f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet u l-azzjonijiet proprji tagħha, fir-rigward tal-arranġamenti fiskali, li jiġu implimentati mill-Istati Membri, mill-Kummissjoni nfisha u mill-grupp tal-BEI.
  • Il-Kummissjoni tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li l-Istati Membri jżommu n-natura rotanti tal-fondi matul il-perjodu meħtieġ ta’ tmien snin wara tmiem il-perjodu ta’ eliġibbiltà għall-perjodu tal-programm 2014-2020.
  • Il-Kummissjoni tipprovdi gwida fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li jippermettu li l-istrumenti finanzjarji jkomplu jintużaw fil-perjodu sussegwenti tal-programm, b’mod partikolari għal każijiet fejn maniġers ta’ fondi jintgħażlu fuq il-bażi ta’ akkwist pubbliku.
  • Fid-dawl tal-għeluq li jmiss tal-perjodu tal-programm 2007-2013, il-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri jirrappurtaw informazzjoni komprensiva dwar l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni mġarrba u mħallsa sa Marzu 2017.
  • Il-Kummissjoni tikkjarifika l-fatt illi jeħtieġ li l-limiti massimi għall-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni jiġu applikati għad-dotazzjoni effettiva tal-kapital użata mill-istrument finanzjarju, jiġifieri l-kontribuzzjoni mill-PO li ntużat biex tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-riċevituri finali.
  • Fir-rigward tar-rimunerazzjoni, ibbażata fuq il-prestazzjoni, tal-maniġers ta’ fondi fil-perjodu tal-programm 2014-2020, il-Kummissjoni tagħmel proposta leġiżlattiva mmirata lejn reviżjoni tad-dispożizzjonijiet eżistenti fl-RDK biex issaħħaħ l-effett ta’ inċentiv ta’ dawn l-arranġamenti.
  • L-awtoritajiet maniġerjali tal-Istati Membri jagħmlu użu estensiv mill-elementi eżistenti, ibbażati fuq il-prestazzjoni, tar-rimunerazzjoni għall-maniġers ta’ fondi meta jinnegozjaw l-arranġamenti ta’ finanzjament.
  • Il-Kummissjoni twettaq analiżi komparattiva tal-ispejjeż ta’ implimentazzjoni tal-għotjiet u l-appoġġ finanzjarju li jrid jitħallas lura, prinċipalment permezz ta’ strumenti finanzjarji, għall-perjodu tal-programm 2014–2020 bil-ħsieb li tistabbilixxi l-livelli effettivi tagħhom. Informazzjoni bħal din tkun partikolarment rilevanti għat-tħejjija ta’ proposti leġiżlattivi għall-perjodu ta’ wara l-2020 u għad-determinazzjoni ta’ livell adegwat ta’ assistenza teknika.

Introduzzjoni

X’inhuma strumenti finanzjarji?

01

Bħalissa, l-Unjoni Ewropea qed tiffaċċja sfidi serji bħall-irkupru ekonomiku u finanzjarju u l-immaniġġjar tal-kriżi tar-refuġjati. Għalhekk, dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-UE qed ifittxu modi kif jimmassimizzaw l-effettività u l-effiċjenza tal-baġit disponibbli tal-UE li jirrappreżenta inqas minn 1 % tal-prodott domestiku gross (PDG) tal-UE.

Strumenti finanzjarji7 huma għodda ta’ twassil biex jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju mill-baġit tal-UE permezz ta’ self, garanziji u investimenti fil-kapital (jew kważi kapital) għall-implimentazjoni ta’ proġetti (ara t-Tabella 1)8.

L-Anness I jipprovdi illustrazzjoni ta’ kif joperaw it-tipi differenti ta’ strumenti finanzjarji.

Tabella 1

Tipi prinċipali ta’ strumenti finanzjarji appoġġati mill-baġit tal-UE

SelfaGaranzija
“Ftehim li jobbliga lill-mutwanti li jqiegħed ammont miftiehem ta’ flus disponibbli għall-mutwatarju għal perjodu miftiehem ta’ żmien u li taħtu, il-mutwatarju jkun obbligat iħallas dak l-ammont fiż-żmien miftiehem". Taħt strument finanzjarju, selfa tista' tgħin fejn il-banek ma jkunux iridu jselfu f'termini aċċettabbli għall-mutwatarju. Huma jistgħu joffru rati tal-imgħax aktar baxxi, perjodi itwal ta' ħlas lura jew ikollhom inqas rekwiżiti tal-kollateral.“Impenn bil-miktub ta’ dħul għar-responsabbiltà in toto jew in parte għal debitu ta’ parti terza jew obbligu jew għat-twettiq sħiħ u tajjeb min-naħa ta’ dik il-parti terza (tal-obbligi tagħha) f’każ li tiskatta tali garanzija, bħal fil-każ ta’ morożità*”.
Normalment, il-garanziji jkopru operazzjonijiet finanzjarji bħal self.
KapitalKważi kapital
“L-għoti ta’ kapital lil impriża, b'investiment dirett jew indirett inkambju għall-proprjetà sħiħa jew parzjali ta’ dik l-impriża, u fejn l-investitur fil-kapital jista’ jassumi xi kontroll ġestjonali tal-impriża u jkun jista’ jipparteċipa fil-profitti futuri (tal-impriża)”.
Ir-redditu finanzjarju jiddependi mit-tkabbir u l-profitabbiltà tan-negozju. Huwa jiġi ġġenerat permezz ta' dividendi u mill-bejgħ tal-ishma lil investitur ieħor ("ċessjoni"), jew permezz ta' offerta pubblika inizjali (IPO).
“Għamla ta’ finanzjament li jinkwadra ruħu bejn il-kapital u d-debitu, li għandu riskju akbar mis-senior debt u riskju iżgħar mill-kapital komuni.
L-investimenti ta’ kważi kapitali jistgħu jkunu strutturati bħala debitu, tipikament mingħajr garanzija u subordinati u f’xi każijiet konvertibbli f’kapital, jew f’kapital preferut”.
Il-profil tar-riskji u l-gwadanji tipikament jaqa' bejn id-dejn u l-kapital fi struttura tal-kapital ta' kumpanija.
* Il-Kummissjoni Ewropea (2015). Guidance for Member States on Financial Instruments (Gwida għall-Istati Membri dwar l-Istrumenti Finanzjarji) – Glossarju.
Sors: Il-Kummissjoni Ewropea, il-BEI, “FI Compass – Financial Instrument products. Loans, guarantees, equity and quasi-equity” (FI Compass –Prodotti tal-Istrumenti Finanzjarji. Self, garanziji, kapital u kważi kapital), p. 3.
02

Meta jitqabblu ma’ għotjiet (li huma l-mod tradizzjonali ta’ kif jiġi pprovdut finanzjament mill-baġit tal-UE), l-istrumenti finanzjarji, jekk jiġu implimentati b’mod xieraq, jistgħu jipprovdu żewġ benefiċċji speċifiċi:

  • il-possibbiltà li jiġu ingranati l-fondi pubbliċi (jiġifieri jiġu mmobilizzati fondi privati u pubbliċi addizzjonali biex jikkomplementaw il-finanzjament pubbliku inizjali); u
  • in-natura rotanti tad-dotazzjoni tal-kapital tagħhom (jiġifieri l-użu tal-istess fondi f’bosta ċikli) tippermetti li kull euro ta’ finanzjament permezz ta’ strumenti finanzjarji, fil-prinċipju, jintuża aktar minn darba.
03

Huwa mistenni li, fil-prinċipju, il-fatt li s-self għandu jitħallas lura, il-garanziji għandhom jiġu rilaxxati jew fil-każ ta’ investimenti fil-kapital imroddijin lura, ikollu wkoll impatt fuq l-imġiba tar-riċevituri finali, li jwassal għal użu aħjar ta’ fondi pubbliċi u jnaqqas il-probabbiltà li r-riċevituri finali jsiru dipendenti minn appoġġ pubbliku.

04

Definizzjoni komuni għal strumenti finanzjarji ġiet ipprovduta għall-ewwel darba fir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju fl-2012; minn dak iż-żmien ‘il hawn, din id-definizzjoni ġiet applikata fir-regolamenti settorjali għall-perjodu tal-programm 2014-2020 (ara l-Anness II).

L-użu ta’ strumenti finanzjarji fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE mill-2007 ‘l hawn

L-użu ta’ strumenti finanzjarji ffinanzjati mill-baġit tal-UE.

05

Il-baġit tal-UE jista’ jiġi implimentat permezz ta’ ġestjoni kondiviża (jiġifieri f’kooperazzjoni mal-Istati Membri bħal fil-politika ta’ Koeżjoni), permezz ta’ ġestjoni diretta (jiġifieri mid-dipartimenti tagħha jew permezz ta’ aġenziji eżekuttivi) jew permezz ta’ ġestjoni indiretta (jiġifieri billi l-kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit jiġu fdati lil pajjiżi terzi jew lil entitajiet differenti)9. L-aħħar tnejn kollettivament jissejħu ġestjoni ċentralizzata.

06

Strumenti finanzjarji jintużaw f’partijiet differenti tal-baġit tal-UE:

  • strumenti finanzjarji taħt ġestjoni kondiviża fil-qasam tal-koeżjoni jitwaqqfu prinċipalment taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), u sa ċertu punt inqas taħt il-Fond Soċjali Ewropew (FSE). Mill-perjodu tal-programm 2014-2020 ‘il hawn, strumenti finanzjarji jistgħu jintużaw ukoll għall-Fond ta’ Koeżjoni (FK). Kull strument għandu jiġi implimentat fi ħdan il-qafas ta’ programm operazzjonali (PO) li jiġi deċiż mill-awtoritajiet maniġerjali responsabbli għal dak il-programm, flimkien mad-daqs u t-tfassil tiegħu10. L-istrumenti finanzjarji jintużaw ukoll taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).
  • strumenti finanzjarji, immaniġġjati ċentralment, jiġu ffinanzjati minn diversi oqsma baġitarji, bħal riċerka, intrapriża u industrija, edukazzjoni u kultura, eċċ. Għal dawn l-istrumenti l-Kummissjoni, flimkien mas-sħab tagħha, hija involuta direttament fit-tfassil tagħhom u fl-iżvilupp tal-istrateġija tal-investiment u d-dotazzjoni tagħhom. Id-deċiżjoni biex jitwaqqfu dawn l-istrumenti tittieħed mill-awtoritajiet baġitarji (jiġifieri l-Parlament Ewropew u l-Kunsill) fuq il-bażi ta’ proposta tal-Kummissjoni.
Regoli għall-għażla tal-maniġer ta’ fondi tal-istrumenti finanzjarji
07

Fil-ġestjoni kondiviża, jistgħu jitwaqqfu strumenti finanzjarji bħala fondi awtonomi jew bħala subfondi ta’ fond ta’ parteċipazzjoni, aktar tard imsejħa fondi speċifiċi (ara l-Figura 1). Fond ta’ parteċipazzjoni, xi drabi msejjaħ ukoll “fond ta’ fondi”, huwa fond li jitwaqqaf bl-objettiv li jiġu mmaniġġjati tipi differenti ta’ strumenti. Huwa jippermetti wkoll li jsiru kontribuzzjonijiet minn PO wieħed jew aktar għal strument finanzjarju wieħed jew għal bosta strumenti finanzjarji.

08

Ġeneralment, strumenti finanzjarji jiġu mmaniġġjati minn banek tas-settur privat jew tas-settur pubbliku, jew minn intermedjarji finanzjarji oħra, aktar milli minn amministrazzjonijiet pubbliċi. Għal strumenti taħt il-FEŻR u l-FSE, l-għażla ta’ maniġer ta’ fondi għandha tkun konformi mar-regoli tal-akkwist pubbliku tal-UE u dawk nazzjonali jekk toħroġ sejħa għall-offerti għall-ġestjoni tal-fond. F’sitwazzjonijiet fejn ir-regoli tal-akkwist pubbliku ma jkunux japplikaw (jiġifieri f’każ li l-kuntratt tal-ġestjoni ta’ fond ma jkunx kuntratt tas-servizz pubbliku), l-awtorità maniġerjali tista’ tinnomina l-maniġer ta’ fondi bil-kundizzjoni li jkun hemm konformità mar-regoli rilevanti dwar l-għajnuna mill-Istat (ara l-paragrafi 10 sa 12).

09

Il-grupp tal-BEI (li jinkludi l-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) u l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)), jibbenefikaw minn status speċjali peress li dawn jistgħu jinħatru bħala maniġers ta’ fondi mingħajr proċedura ta’ akkwist pubbliku11. Huma jimmaniġġjaw ukoll il-biċċa l-kbira mill-istrumenti mmaniġġjati ċentralment, li għalihom il-maniġer ta’ fondi jiġi nnominat fil-proposta leġiżlattiva.

Figura 1

Ħarsa ġenerali simplifikata lejn struttura ta’ fond ta’ parteċipazzjoni għal strumenti finanzjarji taħt il-FEŻR jew l-FSE

Sors: Il-QEA.

Strumenti finanzjarji u r-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat
10

Il-fondi tal-UE taħt ġestjoni kondiviża jitqiesu bħala parti mill-baġits nazzjonali jew reġjonali, u fil-fatt huma potenzjalment suġġetti għal kontroll tal-għajnuna mill-Istat. Għalhekk, meta jimplimentaw l-istrument finanzjarju, l-awtoritajiet maniġerjali jridu jiżguraw konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat12. Ir-regoli rilevanti dwar l-għajnuna mill-Istat jinsabu fir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (REĠS) il-ġdid13 u fil-Linji Gwida l-ġodda tal-Kummissjoni għal finanzjament ta’ riskju14 li t-tnejn li huma daħlu f’effett f’Lulju 2014.

11

Għal kull strument finanzjarju taħt il-FEŻR u l-FSE, l-awtorità maniġerjali għandha tipprovdi evidenza li huwa15:

  • konformi mal-prattika normali tas-suq (li fil-prattika jfisser li l-ġestjoni tal-fond intgħażlet wara li sar proċess miftuħ, trasparenti u nondiskriminatorju); jew
  • kopert bir-Regolament dwar id-”de minimis16; jew
  • għajnuna eżentata, għaliex jaqa’ taħt ir-REĠS jew jaqa’ taħt skema ta’ għajnuna notifikata skont il-Linji Gwida tal-Kummissjoni għall-finanzjament ta’ riskju.
12

Strumenti finanzjarji, immaniġġjati ċentralment (li ma jużawx riżorsi nazzjonali jew reġjonali, u li għaldaqstant mhumiex parti mill-baġits tal-Istati Membri) jaqgħu barra mill-ambitu tar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat, għaliex il-kundizzjoni prinċipali tal-Artikolu 107 TFUE “[…] mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat” ma tiġix issodisfata.

Informazzjoni ta’ sfond dwar l-għadd ta’ strumenti finanzjarji u d-dotazzjoni tal-kapital tagħhom mill-2007 ‘l hawn
Perjodu tal-programm 2007-2013
13

Matul il-perjodu tal-programm 2007-2013, 25 minn 28 Stat Membru tal-UE użaw strumenti finanzjarji. Il-Kroazja, l-Irlanda u l-Lussemburgu biss ma użawx dan il-mekkaniżmu ta’ finanzjament17. L-Annessi jagħtu ħarsa ġenerali lejn l-istrumenti taħt il-FEŻR u l-FSE għal kull Stat Membru.

14

Kif jidher fit-Tabella 2, sa tmiem l-2014 madwar EUR 15.2 biljun tħallsu bħala kontribuzzjonijiet mill-programmi operazzjonali taħt il-FEŻR u EUR 0.8 biljun permezz ta’ kontribuzzjonijiet mill-programmi operazzjonali taħt l-FSE. Dan jirrappreżenta żieda sinifikanti meta mqabbla ma’ madwar EUR 1.3 biljun fil-perjodu tal-programm 2000-2006 u EUR 0.6 biljun fil-perjodu tal-programm 1994-199918.

15

Matul il-perjodu tal-programm 2007-2013, il-kontribuzzjoni mill-UE mħallsa lil strumenti finanzjarji tikkorrispondi għal 5 % tal-finanzjament totali mill-UE għall-FEŻR u għal 1 % tal-finanzjament totali mill-UE għall-FSE, għall-perjodu kollu kemm hu. Il-baġit tal-UE jirrappreżenta 69 % u 56 % tal-kontribuzzjoni totali għad-dotazzjonijiet tal-kapital tal-istrumenti finanzjarji 2007-2013 taħt il-FEŻR u l-FSE, rispettivament (ara t-Tabella 2). F’termini ta’ appoġġ finanzjarju lir-riċevitur finanzjarju, il-kontribuzzjoni mill-UE tirrappreżenta 63 % (FEŻR) u 65 % (FSE).

Tabella 2

Implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji (2007-2013) taħt il-FEŻR u l-FSE fil-31 ta’ Diċembru 2014

Ammonti impenjati fil-ftehimiet ta’ finanzjament għall-istrumenti finanzjarji

(ammonti f’miljun EUR)

Ammonti mħallsa mill-programmi operazzjonali lill-istrumenti finanzjarji

(ammonti f’miljun EUR)

Ammonti mħallsa mill-istrumenti finanzjarji lir-riċevituri finali

(ammonti f’miljun EUR)

PO1UEUE/PO %POUE

UE/PO

%

POUEUE/PO %
FEŻR17 06110 946mhux disponibbli15 18910 45269 %8 8715 59463 %
FSE47282946256 %31820765 %
Total17 06111 41867 %16 01810 91468 %9 1895 80163 %
Sors: Il-QEA, ibbażat fuq id-data l-aktar reċenti tal-Kummissjoni f’Settembru 20152.
1 Għall-ammonti, li ġew impenjati, mill-programmi operazzjonali, l-ebda separazzjoni bejn l-istrumenti finanzjarji taħt il-FEŻR u l-FSE ma hija ppreżentata fir-rapport ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni.
2 EGESIF_15-0027-00, Summary of data on the progress made in financing and implementing financial engineering instruments reported by the managing authorities in accordance with Article 67(2)(j) of Council Regulation (EC) No 1083/2006, Programme period 2007-2013, Situation as at 31 December 2014 (Sommarju tad-data dwar il-progress li sar fil-finanzjament u l-implimentazzjoni tal-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja rrappurtat mill-awtoritajiet maniġerjali skont l-Artikolu 67(2)(j) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006), Il-perjodu tal-programm 2007-2013, Is-sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2014), pp. 21 u 54.
16

Skont id-data l-aktar reċenti rrappurtata mill-Kummissjoni, kienu twaqqfu 972 strument finanzjarju taħt il-FEŻR u 53 strument taħt l-FSE, fl-UE kollha. Minn dawn, 903 huma fondi speċifiċi taħt il-FEŻR u 49 huma fondi taħt l-FSE (ara t-Tabella 3). Mill-istrumenti taħt il-FEŻR, 31 huma mmaniġġjati mill-grupp tal-BEI (ara l-paragrafu 9).

17

Barra minn hekk, kien hemm 14-il strument iffinanzjat permezz tal-FAEŻR u 6 strumenti ffinanzjati mill-FES. Għall-perjodu tal-programm 2007-2013, dawn iż-żewġ fondi ma kinux jirrikjedu li l-Istati Membri jirrappurtaw dwar l-istrumenti finanzjarji, għalhekk ma hemmx data uffiċjali f’dan ir-rigward19. Madankollu, abbażi ta’ data kkompilata mill-Qorti, fi tmiem l-2013 id-dotazzjoni tal-kapital ta’ fondi kofinanzjati mill-FAEŻR tista’ tiġi stmata f’ammont ta’ EUR 700 miljun u ta’ madwar EUR 72 miljun għall-FES (fiż-żewġ każijiet bl-inklużjoni tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali għall-programmi).

Table 3

Strumenti finanzjarji taħt il-FEŻR u l-FSE skont it-tip ta’ fond speċifiku (2007-2013) fil-31 ta’ Diċembru 2014

FEŻRFSE
Għadd ta’ fondiDotazzjoni (f’miljun EUR)Għadd ta’ fondiDotazzjoni (f’miljun EUR)
Fondi speċifiċi li minnhom:
- strumenti ta’ self3715 63731417
- strumenti ta’ garanzija1712 2157196
- strumenti azzjonarji (ta’ kapital)1622 006170
- strumenti mħallta (kombinament ta’ self, garanziji, kapital jew strumenti oħra)1102 496559
- strumenti oħra66500
- tip mhux irrappurtat83770574
Total90313 18949816
Sors: Il-QEA, ibbażat fuq id-data l-aktar reċenti tal-Kummissjoni f’Settembru 2015.
18

Għall-istrumenti mmaniġġjati ċentralment, il-kontribuzzjoni kumplessiva mill-UE allokata għall-istrumenti għall-2007-2013, fl-oqsma baġitarji kollha, kienet ta’ madwar EUR 5.5 biljun20, mifruxa fuq 21 strument finanzjarju21. Dawn l-istrumenti joperaw fl-Istati Membri kollha tal-UE.

Il-perjodu tal-programm 2014-2020
19

Fi ħdan il-baġit tal-UE, il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) huma s-sors prinċipali ta’ finanzjament għall-investiment fil-kapital u l-infrastruttura, b’baġit totali ta’ madwar EUR 450 biljun għall-perjodu tal-programm 2014-2020.

20

Mill-2011 ‘il hawn, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill Ewropew ħeġġew użu akbar ta’ strumenti finanzjarji22. Dan l-impenn politiku huwa rifless ukoll fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (RDK), li jipprevedi użu estiż ta’ strumenti finanzjarji għat-twassil tal-ħames FSIE kollha kemm huma (jiġifieri l-fond ta’ Koeżjoni wkoll) u l-objettivi tematiċi kollha għall-programmi23.

21

Fi tmiem l-2015 il-Kummissjoni tistma li, għall-perjodu tal-programm 2014-2020 fl-intier tiegħu, bejn wieħed u ieħor EUR 21 biljun se jiġu allokati għall-istrumenti finanzjarji mill-ħames FSIE24. Peress li l-kontribuzzjoni medja mill-UE għad-dotazzjonijiet totali ta’ dawn l-istrumenti għall-perjodutal-programm 2007-2013 kienet ta’ madwar 68 % sa tmiem l-201425, aħna nistmaw li l-ammont ta’ EUR 21 biljun li ġej mill-baġit tal-UE x’aktarx li jikkorrispondi għal bejn wieħed u ieħor EUR 31 biljun f’allokazzjonijiet totali (mingħajr ma jittieħed kont ta’ finanzjament nazzjonali u privat addizzjonali li jista’ jiġi pprovdut lill-fondi barra mill-programmi tal-FSIE).

22

Bi tqabbil ma’ dan, il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) għandu l-għan li jimmobilizza mill-inqas EUR 315-il biljun f’investiment privat u pubbliku fuq terminu twil madwar l-UE kollha matul il-perjodu 2015 sa 2017, u fil-finanzjament ta’ proġetti fis-snin sussegwenti.

Ambitu u approċċ tal-awditjar

23

Permezz ta’ dan l-awditu, il-Qorti eżaminat jekk l-istrumenti finanzjarji kinux mekkaniżmu effiċjenti għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE matul il-perjodu tal-programm 2007-2013. F’dan il-kuntest, ir-rapport tagħna jindirizza l-mistoqsijiet prinċipali tal-awditjar li ġejjin:

  • l-istrumenti finanzjarji kienu ta’ daqs xieraq fid-dawl tal-ħtiġijiet tas-suq?
  • l-istrumenti finanzjarji rnexxielhom jattiraw kapital privat?
  • l-istrumenti finanzjarji kienu qed jipprovdu appoġġ finanzjarju rotanti?
  • l-istrumenti finanzjarji wrew li kienu metodu kosteffiċjenti għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE?

Għal kull waħda minn dawn il-mistoqsijiet, aħna eżaminajna liema tagħlimiet jistgħu jinsiltu min-nuqqasijiet prinċipali li ġew identifikati. Aħna vvalutajna wkoll sa liema punt huma kienu ġew indirizzati fir-regolamenti applikabbli għall-perjodu tal-programm 2014-2020.

24

L-awditu tagħna jkopri l-perjodu mill-2009 sal-2015. Aħna ffukajna fuq l-oqsma tal-politika reġjonali, soċjali, tat-trasport u tal-enerġija. B’mod partikolari, ir-rieżami tagħna jkopri l-istrumenti finanzjarji kollha taħt il-FEŻR u l-FSE, kif ukoll sitt strumenti finanzjarji, immaniġġjati ċentralment, fl-oqsma tal-politika soċjali, tat-trasport u tal-enerġija. Madankollu, bosta problemi identifikati f’dan ir-rapport jistgħu jaffettwaw ukoll oqsma oħra tal-baġit tal-UE fejn jintużaw dawn l-istrumenti.

25

Ix-xogħol tal-awditjar kien jikkonsisti fl-elementi li ġejjin:

  • rieżami ta’ diversi analiżijiet u pubblikazzjonijiet tal-Kummissjoni, tal-BEI, tal-FEI u ta’ partijiet terzi;
  • l-analiżi tar-rapport annwali ta’ monitoraġġ l-aktar reċenti ppubblikat mill-Kummissjoni f’Settembru 2015, li jkopri l-1 025 strument finanzjarju, kollha kemm huma, taħt il-FEŻR u l-FSE. Din l-analiżi, ibbażata fuq data rrappurtata mill-Kummissjoni f’Novembru 2015, saret ukoll għal 626 mill-21 strument taħt ġestjoni ċentrali (li jirrappreżentaw kontribuzzjoni mill-UE ta’ EUR 789 miljun, jew 14 % tal-ammont totali tal-21 strument kollha kemm huma)27.
  • eżami ta’ 10 studji tal-każijiet dwar strumenti finanzjarji li ġew implimentati fil-qasam tal-baġit tal-UE li huwa kopert minn dan ir-rapport28, inkluża żjara fuq il-post ta’ Stat Membru wieħed (is-Slovakkja);
  • rieżami ta’ segwitu ta’ 45 strument finanzjarju awditjat f’awditi tal-konformità li twettqu mill-Qorti mill-2009 ‘l hawn (li r-riżultati tagħhom ġew irrappurtati preċedentement fir-Rapporti Annwali tagħna) u 54 strument finanzjarju eżaminat permezz tal-awditi tagħna tal-prestazzjoni mill-2012 ‘il hawn;
  • stħarriġ ta’ 85 awtorità maniġerjali u maniġer ta’ fondi li kienu involuti fl-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji. Mill-85 entità mistħarrġa, 82 huma relatati mal-istrumenti taħt il-FEŻR u l-FSE taħt ġestjoni kondiviża u 3 ma’ ġestjoni ċentralizzata. Kien hemm 66 risposta għal strumenti taħt ġestjoni kondiviża u 2 għal dawk immaniġġjati ċentralment; u
  • intervisti ma’ aktar minn 40 uffiċjal mill-Kummissjoni, mill-BEI u mill-FEI u aktar minn 10 esperti minn organizzazzjonijiet li għandhom kompetenzi fil-qasam29.
26

Il-Qorti diġà wettqet ħafna eżamijiet tal-użu ta’ strumenti finanzjarji, u mill-2011 ‘il hawn irrappurtat dwar is-sejbiet tagħha f’bosta Rapporti Annwali30 u Rapporti Speċjali31. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nfisha, iżda wkoll il-BEI u l-FEI, il-Parlament Ewropew, il-korpi nazzjonali tal-awditjar u l-maniġers ta’ fondi fis-settur privat identifikaw għadd ta’ kwistjonijiet fis-snin reċenti li kollettivament illimitaw l-effettività tal-istrumenti finanzjarji matul il-perjodu tal-programm 2007-2013. Dan ir-rapport jibni wkoll fuq dawn il-valutazzjonijiet.

Osservazzjonijiet

L-istrumenti finanzjarji kienu ta’ daqs xieraq fid-dawl tal-ħtiġijiet tas-suq?

27

Strumenti finanzjarji mhumiex proġetti fihom infushom iżda għodda ta’ twassil għall-finanzjament mill-baġit tal-UE. Fil-politika ta’ Koeżjoni, id-deċiżjoni ta’ awtorità maniġerjali biex twassal appoġġ mill-PO permezz ta’ strument finanzjarju mhijiex daqstant deċiżjoni dwar jekk għandhomx jiġu investiti riżorsi tal-PO jew le (dan huwa diġà predefinit fil-PO) iżda pjuttost deċiżjoni dwar kif għandu jsir l-investiment: permezz ta’ għotja ta’ darba jew appoġġ permezz ta’ strument finanzjarju li jkun jipprovdi appoġġ finanzjarju li jrid jitħallas lura.

28

Għalhekk, aħna eżaminajna sa liema punt l-1 025 strument taħt il-FEŻR u l-FSE użaw id-dotazzjoni tal-kapital tagħhom biex jipprovdu forom differenti ta’ appoġġ finanzjarju lir-riċevituri finali, u analizzajna bosta fatturi li jikkontribwixxu għar-rati baxxi ta’ żborżament tal-istrumenti lir-riċevituri finali matul il-perjodu tal-programm 2007-2013: il-livell tad-dotazzjonijiet inizjali tal-kapital tal-istrumenti, jekk il-ħtiġijiet tas-suq ġewx indirizzati b’mod xieraq mill-Awtoritajiet Maniġerjali u diffikultajiet speċifiċi ffaċċjati minn strumenti finanzjarji reġjonali. Aħna analizzajna wkoll kif ġew ittrattati aspetti simili fil-każ ta’ strumenti mmaniġġjati ċentralment.

Dotazzjoni eċċessiva tal-kapital wasslet għal rati baxxi ta’ żborżament, l-evitar ta’ diżimpenn u r-rimborż potenzjali fl-għeluq

29

Ir-rati ta’ żborżament tal-istrumenti finanzjarji diġà ġew eżaminati f’bosta mir-Rapporti Annwali u Rapporti Speċjali tal-Qorti32. F’dan ir-rapport aħna nanalizzaw l-informazzjoni disponibbli l-aktar reċenti li ġiet irrappurtata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni fil-31 ta’ Diċembru 2014, ippubblikata f’Settembru 2015. L-analiżi tagħna ta’ din id-data l-aktar reċenti turi li għadd sinifikanti minnhom għadhom jiffaċċjaw diffikultajiet biex jużaw id-dotazzjonijiet tal-kapital tagħhom kif ippjanat.

30

It-Tabella 4 turi r-rati ta’ żborżament għal kull wieħed mill-25 Stat Membru li implimentaw strumenti finanzjarji matul il-perjodu tal-programm 2007-201333. Il-perċentwali ppreżentati huma medji għall-istrumenti kollha taħt il-FEŻR u l-FSE fl-Istat Membru kkonċernat. Għadd sinifikanti ta’ strumenti finanzjarji ġew stabbiliti biss fl-2012 jew wara.

Tabella 4

Implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji taħt il-FEŻR u l-FSE għal kull Stat Membru - fil-31 ta’ Diċembru 2014

Stat MembruKontribuzzjonijiet, mill-PO, li ġew impenjati
(f’miljun EUR)
li minnhom huma kontribuzzjoni mill-UE%

Kontribuzzjonijiet, mill-PO, li tħallsu lill-istrumenti finanzjarji

(f’miljun EUR)

Kontribuzzjonijiet, mill-PO, li tħallsu lir-riċevituri finali

(f’miljun EUR)

Ammont% tal-impennammont% tal-pagament% tal-impenn
L-Estonja20012563 %200100 %19195 %95 %
Il-Polonja1 1961 00884 %1 190100 %1 10493 %92 %
Is-Slovenja12410585 %124100 %11290 %90 %
L-Ungerija91677885 %89798 %75184 %82 %
Il-Ġermanja1 6291 02563 %1 55495 %1 26581 %78 %
Malta121083 %12100 %1081 %81 %
Il-Portugall85453162 %47756 %38681 %45 %
Ir-Repubblika Ċeka27817162 %278100 %22380 %80 %
Id-Danimarka743547 %5168 %4080 %55 %
Ir-Rumanija15012986 %150100 %11878 %78 %
L-Iżvezja1617446 %15797 %12177 %75 %
Il-Litwanja50740981 %44487 %33175 %65 %
Franza46024052 %41991 %31074 %67 %
Il-Belġju39615940 %396100 %28873 %73 %
Il-Finlandja753547 %75100 %5168 %68 %
Il-Latvja21616074 %216100 %14567 %67 %
Ir-Renju Unit1 63271044 %1 48391 %98366 %60 %
Ċipru201785 %20100 %1363 %63 %
Il-Bulgarija38833085 %388100 %22859 %59 %
L-Awstrija271037 %27100 %1349 %49 %
In-Netherlands752027 %6790 %3247 %42 %
Il-Greċja1 7891 47783 %1 58989 %69544 %39 %
L-Italja4 5382 80962 %4 46098 %1 42732 %31 %
Spanja1 23395477 %1 234100 %33027 %27 %
Is-Slovakkja1129585 %112100 %2321 %21 %
Total17 06111 41867 %16 01894 %9 18857 %54 %
Nota: Il-Kroazja, l-Irlanda u l-Lussemburgu mhumiex elenkati, billi huma ma kellhomx strumenti finanzjarji taħt il-FEŻR u l-FSE matul il-perjodu tal-programm 2007-2013.
Sors: Il-QEA, ibbażat fuq id-data tal-Kummissjoni għall-2015.
31

Sa tmiem l-2014, b’sena biss li kien fadal qabel tmiem il-perjodu inizjali ta’ eliġibbiltà (il-31 ta’ Diċembru 2015), kienu biss 57 % tad-dotazzjonijiet tal-istrumenti taħt il-FEŻR u l-FSE li ġew żborżati lir-riċevituri finali. L-iżborżamenti kienu baxxi b’mod partikolari għal strumenti finanzjarji fis-Slovakkja (21 %), fi Spanja (27 %) u fl-Italja (32 %). Barra minn hekk, tliet Stati Membri oħra (il-Greċja, in-Netherlands, l-Awstrija) kienu żborżaw inqas minn nofs id-dotazzjonijiet inizjali tagħhom.

32

B’mod ġenerali, 177 mid-972 strument finanzjarju taħt il-FEŻR (18 %) u 16 mit-53 strument finanzjarju taħt l-FSE (30 %) kienu żborżaw inqas minn terz tad-dotazzjoni tagħhom sa tmiem l-2014. Għal dawn il-177 strument, id-dotazzjoni totali li ma ntużatx kienet tammonta għal EUR 4.2 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2014. Għal dawn l-istrumenti, aħna nqisu li mhuwiex probabbli li l-finanzjament disponibbli jintuża darba, għalkemm il-Kummissjoni estendiet il-perjodu ta’ eliġibbiltà sa Marzu 2017 (ara l-paragrafu 43). Madankollu, ir-rata finali ta’ żborżament tal-istrumenti finanzjarji tista’ tiġi vvalutata biss fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, speċjalment fir-rigward ta’ dawk li twaqqfu lejn tmiem il-perjodu tal-programm.

Rati baxxi ta’ żborżament minħabba dotazzjoni inizjali eċċessiva tal-istrumenti finanzjarji
33

Matul l-intervisti tagħna, ta’ spiss inġien l-argument li l-kriżi finanzjarja u ekonomika kellha effett kbir, u kienet affettwat b’mod negattiv ir-rati baxxi ta’ żborżament lir-riċevituri finali. Madankollu, minħabba d-daqs tal-problema, aħna nqisu li dan la huwa l-uniku fattur u lanqas ma huwa l-fattur prinċipali wara r-rati baxxi ta’ żborżament. Fil-fatt, ir-rati baxxi ta’ żborżament huma dovuti primarjament għal dotazzjoni eċċessiva tal-istrumenti finanzjarji, qabelxejn.

34

L-analiżi tagħna tad-data ppubblikata mill-Kummissjoni fl-2015 uriet li hemm korrelazzjoni pożittiva bejn ir-rati ta’ assorbiment taħt il-FEŻR u l-FSE fil-livell tal-Istati Membri u r-rati ta’ żborżament tal-istrumenti finanzjarji lir-riċevituri finali (ara l-Figura 2a u l-Figura 2b). Din l-analiżi turi li dawk l-Istati Membri li diġà jiffaċċjaw diffikultajiet fl-assorbiment tal-baġit tal-FEŻR u l-FSE ta’ spiss ikollhom problemi saħansitra aktar sinifikanti biex jiżborżaw id-dotazzjoni tal-kapital allokata lill-istrumenti finanzjarji.

Figura 2a

Tqabbil bejn ir-rata kumplessiva ta’ assorbiment taħt il-FEŻR fil-livell tal-Istati Membri u r-rata ta’ żborżament tal-istrumenti finanzjarji fil-livell tar-riċevituri finali

Nota: Id-daqs taċ-ċrieki jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni totali mill-programmi operazzjonali għall-istrumenti finanzjarji (ara t-Tabella 4). Koeffiċjent ta’ korrelazzjoni: 0.5.

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq id-data tal-Kummissjoni għall-2015.

Figura 2b

Tqabbil bejn ir-rata kumplessiva ta’ assorbiment taħt l-FSE fil-livell tal-Istati Membri u r-rata ta’ żborżament tal-istrumenti finanzjarji fil-livell tar-riċevituri finali

Nota: Id-daqs taċ-ċrieki jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni totali mill-programmi operazzjonali għall-istrumenti finanzjarji (ara t-Tabella 4). Koeffiċjent ta’ korrelazzjoni: 0.9.

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq id-data tal-Kummissjoni għall-2015.

Żieda fid-dotazzjonijiet tal-kapital ta’ strumenti finanzjarji f’21 minn 25 Stat Membru
35

F’21 minn 25 Stat Membru, aħna sibna wkoll li d-dotazzjoni inizjali kienet żdiedet mill-2011 ‘il hawn. B’mod ġenerali, madwar EUR 7.1 biljun ta’ finanzjament addizzjonali mill-programmi operazzjonali taħt il-FEŻR u l-FSE għall-perjodu 2007-2013 kienu ġew allokati għall-istrumenti finanzjarji, minn dak iż-żmien ‘il hawn.

36

Il-biċċa l-kbira minn dawn iż-żidiet fid-dotazzjoni tal-kapital tal-istrumenti twettqu fl-Italja (EUR 2.5 biljun), fi Spanja (EUR 0.9 biljun), fil-Greċja (EUR 0.9 biljun), fir-Renju Unit (EUR 0.7 biljun) u fl-Ungerija (EUR 0.5 biljun). Dawn il-ħames Stati Membri waħidhom jirrappreżentaw 77 % taż-żieda totali tad-dotazzjoni tal-kapital matul il-perjodu kollu kemm hu. Fi tmiem l-2014, erbgħa minn dawn il-ħames Stati Membri (l-Italja, Spanja, ir-Renju Unit u l-Ungerija) kellhom rata ta’ assorbiment taħt il-FEŻR li hija taħt il-medja (ara l-Figura 2a).

Dispożizzjonijiet fil-bażi legali għall-perjodu tal-programm 2007-2013 ħolqu inċentivi biex l-Istati Membri jużaw strumenti finanzjarji biex jiġi evitat ir-riskju li l-fondi tal-UE jiġu diżimpenjati
37

Il-bażi legali għall-perjodu tal-programm 2007-2013 tat il-possibbiltà lill-Istati Membri li jassorbu l-kontribuzzjoni mill-UE għall-programmi operazzjonali taħt il-FEŻR u l-FSE bil-quddiem permezz tal-użu ta’ strumenti finanzjarji. Dawn il-kontribuzzjonijiet bil-quddiem setgħu jintużaw mill-Istati Membri bħala mekkaniżmu biex jiġi evitat ir-riskju ta’ diżimpenn (ir-regola “n+2”)34 (ara l-Kaxxa 1).

Kaxxa 1

Rimborż tal-kontribuzzjoni mill-FEŻR u l-FSE għat-twaqqif tal-istrumenti finanzjarji bħala spiża eliġibbli matul il-perjodu tal-programm 2007-2013

Skont ir-Regolament Ġenerali, l-unika kundizzjoni għaċ-ċertifikazzjoni ta’ ammonti, fil-perjodu tal-programm 2007-2013 relatat mal-istrumenti finanzjarji bħala nefqa eliġibbli taħt il-PO kienet li l-ammonti kkonċernati riedu jkunu ntużaw biex jiġu stabbiliti, jew issir kontribuzzjoni għal, fondi jew fondi ta’ parteċipazzjoni. Fuq din il-bażi, il-kontribuzzjonijiet mill-FEŻR u l-FSE jiġu rimborżati mill-baġit tal-UE lill-Istati Membri u jitqiesu bħala temporanjament assorbiti. Fi kliem ieħor, ma kien hemm l-ebda rekwiżit biex il-kontribuzzjoni mill-PO tintrabat mad-dotazzjoni tal-kapital ta’ strument lir-riċevituri finali. Imgħax iġġenerat mill-kapital ukoll jikkontribwixxi għad-dotazzjoni tal-istrumenti. Huwa biss fl-għeluq tal-PO li l-Kummissjoni tiddetermina n-nefqa totali eliġibbli abbażi tal-ammonti effettivi ta’ self, garanziji u investimenti fil-kapital ipprovduti lir-riċevituri finali.

38

Dan l-arranġament ħoloq inċentiv biex l-Istati Membri “jirriżervaw” mill-inqas parti mill-kontribuzzjoni mill-UE għall-programmi operazzjonali fil-kontijiet tal-banek u l-intermedjarji finanzjarji li jimmaniġġjaw il-fondi, mingħajr ma din effettivament tintuża għall-iskopijiet intenzjonati tagħha (ara l-Kaxxa 2).

Kaxxa 2

Studju tal-każ – Dotazzjoni eċċessiva ta’ strument finanzjarju fl-Italja (Fondo regionale di cogaranzia e controgaranzia per le PMI operanti in Sardegna)

F’Diċembru 2009, il-Gvern reġjonali ddeċieda li jwaqqaf fond ta’ garanzija b’dotazzjoni tal-kapital ta’ EUR 233 miljun. Dan kien jikkorrispondi għal 14 % tal-baġit totali tal-PO għall-perjodu kollu kemm hu tal-programm.

Id-dotazzjoni totali kienet intenzjonata biex tiggarantixxi self ta’ madwar EUR 2.3 biljun.

L-awditu tagħna fl-2010 ta’ dan il-fond ta’ garanzija Taljan sab li ma kien hemm l-ebda analiżi tal-ħtiġijiet tas-suq li kienet tiġġustifika allokazzjoni bħal din. Barra minn hekk, bosta elementi obbligatorji oħra (bħall-istrateġija u l-ippjanar tal-investiment, id-deskrizzjoni ta’ politika ta’ ċessjoni u d-dispożizzjonijiet ta’ stralċ) ma kinux stabbiliti meta l-ftehim ta’ finanzjament ġie ffirmat mill-gvern reġjonali u mill-aġenzija reġjonali li kienet qed timplimenta l-fond.

Kien biss f’Ġunju 2010 li, fl-aħħar, tħejja u ġie approvat pjan ta’ direzzjoni tan-negozju; madankollu, dan kien ibbażat fuq suppożizzjonijiet mhux realistiċi.

L-awditu tagħna wera wkoll li parti sinifikanti mill-finanzjament, tal-PO, li ġie impenjat mill-awtoritajiet maniġerjali fl-2007 ma kienx intnefaq sa dan il-punt. L-allokazzjoni ta’ dotazzjoni għolja għall-istrument finanzjarju tat il-possibbiltà li tiġi evitata r-regola  n+2 stabbilita f’dak iż-żmien, li skontha fondi li ma ntużawx għandhom jiġu diżimpenjati wara sentejn.

Sa tmiem l-2014, l-awtorità maniġerjali rrappurtat li, minn dotazzjoni totali ta’ EUR 233 miljun, EUR 45 miljun kienu ġew ipprovduti bħala garanziji lir-riċevituri finali. Dan jagħti rata ta’ żborżament ta’ 19 %.

Il-garanziji mwettqa jikkorrispondu għal self ta’ EUR 460 miljun.

39

Min-naħa l-oħra, aħna sibna każ wieħed fejn id-dotazzjoni tal-istrumenti finanzjarji kienet tnaqqset biex jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kundizzjonijiet tas-suq u r-rati ta’ żborżament proġettati, li jitqies bħala prattika tajba (ara l-Kaxxa 3).

Kaxxa 3

Studju tal-każ – Aġġustament ‘l isfel tad-dotazzjoni tal-fond JEREMIE f’konformità mal-ħtiġijiet tas-suq li qed jinbidlu, fil-Litwanja

Strument JEREMIE (Riżorsi Ewropej Konġunti għall-Impriżi Mikro sa Medji) twaqqaf fil-Litwanja fl-2008, u d-dotazzjoni tiegħu żdiedet b’mod progressiv għal EUR 210 miljun sa tmiem l-2009. Id-dotazzjoni kienet ġiet ibbażata fuq valutazzjoni tal-ħtiġijiet tas-suq li twettqet f’Settembru 2007.

Madankollu, fi stadju aktar tard, wara li analizzat l-effetti tal-kriżi ekonomika fuq l-ekonomija tal-Litwanja, l-awtorità maniġerjali ddeċidiet li tnaqqas id-dotazzjoni tal-fond. Sal-2012, id-dotazzjoni tal-fond kienet tnaqqset għal EUR 170 miljun u l-flus intraddu lura lill-PO.

Mill-kapital tal-fond imnaqqas ta’ EUR 170 miljun, EUR 121 miljun kienu ġew żborżati sa tmiem l-2014, u dan irriżulta f’rata ta’ żborżament għall-fond JEREMIE ta’ 71 %, minflok 58 % li kienet tkun ir-rata ta’ żborżament li kieku l-kapital ma tnaqqasx. Mingħajr din il-bidla, ir-rata kumplessiva ta’ żborżament għall-istrumenti finanzjarji kollha tal-Litwanja kienet tkun ta’ 68 %, aktar milli 75 % (ara t-Tabella 4).

40

Dotazzjonijiet eċċessivi ta’ strumenti finanzjarji għandhom impatt negattiv fuq l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni, fejn dawn jiġu ddeterminati fuq il-bażi tal-kapital imħallas fil-fond aktar milli fuq il-bażi tal-prestazzjoni tal-maniġer ta’ fondi. Tkabbir żejjed tad-dotazzjoni jipprovdi mezz biex jiġi ġġenerat l-introjtu għall-maniġers ta’ fondi mingħajr mhuma jkunu effettivament jipprovdu s-servizzi mistennija (ara l-paragrafi 116 sa 125).

Rati ta’ żborżament partikolarment baxxi għal strumenti finanzjarji mmaniġġjati mill-grupp tal-BEI
41

L-analiżi tagħna wriet ukoll li r-rata medja ta’ żborżament għall-31 strument taħt il-FEŻR u l-FSE li kienummaniġġjati mill-BEI u mill-FEI kienet partikolarment baxxa: 43 % meta mqabbla ma’ 60 % għall-istrumenti mmaniġġjati mill-maniġers l-oħra ta’ fondi.

Estensjoni tal-perjodu ta’ eliġibbiltà għal strumenti finanzjarji fil-ġestjoni kondiviża sa Marzu 2017 permezz tal-gwida tal-Kummissjoni biss
42

Il-kontribuzzjoni mill-UE li tikkorrispondi għad-dotazzjonijiet li ma ntużawx (jiġifieri fondi mhux imħallsa jew mhux garantiti lir-riċevituri finali sa tmiem il-perjodu ta’ eliġibbiltà) għandha tintradd lura lill-baġit tal-UE fl-għeluq. Minħabba r-rati medji baxxi ta’ żborżament, fir-Rapport Annwali tagħha 2014 il-Qorti diġà ddikjarat li l-istrumenti finanzjarji ma setax ikun mistenni li kollha jkunu użaw il-fondi disponibbli bis-sħiħ sa tmiem l-201535.

43

F’April 2015, il-Kummissjoni ppubblikat linji gwida riveduti dwar l-għeluq li estendew il-perjodu ta’ eliġibbiltà għan-nefqa relatata mal-istrumenti finanzjarji mill-31 ta’ Diċembru 2015 sal-31 ta’ Marzu 201736. Madankollu, il-perjodu ġenerali ta’ eliġibbiltà huwa stabbilit bl-Artikolu 56(1) tar-Regolament Ġenerali. Fir-Rapport Annwali tagħha 2014, il-Qorti qieset li dispożizzjoni legali tista’ tiġi modifikata biss permezz ta’ leġiżlazzjoni ta’ valur legali ndaqs jew superjuri, biex b’hekk il-ġerarkija tan-normi tiġi debitament rispettata37. Għaldaqstant ġie konkluż li linja gwida tal-Kummissjoni ma setgħetx tbiddel regoli li jkunu ġew adottati mill-proċedura leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

44

Abbażi tal-analiżi tagħna, u permezz ta’ proġezzjoni lineari tal-iżborżament li sar fis-snin preċedenti, aħna nistmaw li aktar minn EUR 5.0 biljun ta’ fondi allokati għall-istrumenti taħt il-FEŻR u l-FSE jkunu baqgħu ma ntużawx sa tmiem l-2015 mingħajr l-ebda estensjoni tal-perjodu ta’ eliġibbiltà. EUR 3.9 biljun minn dawn huma kontribuzzjonijiet mill-baġit tal-UE għall-programmi operazzjonali. Figuri effettivi tal-ammonti li ntużaw bejn Jannar 2015 u Marzu 2017 ikunu disponibbli biss fi tmiem l-2017, mill-aktar fis.

Dawn il-kwistjonijiet ġew indirizzati fil-perjodu tal-programm 2014-2020?
45

Minħabba li l-kontribuzzjonijiet mill-programmi operazzjonali issa qed isiru permezz ta’ pagamenti bin-nifs, jenħtieġ li l-istrumenti finanzjarji jkunu ta’ daqs aktar xieraq, bir-riżultat li jittejbu r-rati ta’ żborżament (ara l-Kaxxa 4).

Kaxxa 4

Arranġamenti għar-rimborż tad-dotazzjoni ta’ strumenti finanzjarji taħt il-FEŻR u l-FSE mill-baġit tal-UE (il-perjodu tal-programm 2014-2020)

Skont l-Artikolu 41(1) tal-RDK, kull applikazzjoni għal pagament interim ippreżentata waqt il-perjodu ta’ eliġibbiltà ma tistax taqbeż il-25 % tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm impenjati għall-istrument finanzjarju taħt il-ftehim ta’ finanzjament rilevanti. It-tieni u t-tielet pagamenti, u l-pagamenti sussegwenti, isiru meta jintlaħqu ċerti solli ta’ nfiq relatati ma’ pagamenti preċedenti.

L-awtoritajiet maniġerjali mhux dejjem ivvalutaw b’mod xieraq il-ħtiġijiet tas-suq qabel l-allokazzjoni ta’ fondi għall-istrumenti finanzjarji taħt il-FEŻR u l-FSE

46

Aħna eżaminajna wkoll jekk il-ħtiġijiet tas-suq kinux ġew ivvalutati b’mod xieraq qabel ma twaqqfu l-istrumenti finanzjarji u qabel ma ġew allokati fondi għalihom. Jenħtieġ li l-ħtiġijiet tas-suq jew il-valutazzjonijiet ex ante jagħtu l-possibbiltà li jiġu mifhuma l-ħtiġijiet tas-suq u x’tip ta’ appoġġ (self, garanziji jew investimenti fil-kapital) huwa l-aktar xieraq biex jiġu indirizzati d-diskrepanzi tas-suq. Jenħtieġ li huma jiddeterminaw ukoll il-ħtiġijiet ta’ finanzjament, u fl-aħħar mill-aħħar jivvalutaw jekk l-objettiv intenzjonat ta’ politika jistax jintlaħaq l-aħjar permezz ta’ strument finanzjarju. Dan ġie enfasizzat ukoll fir-Rapporti Speċjali preċedenti tagħna u fi studji oħra bħala prekundizzjoni għas-suċċess ta’ dawn l-strumenti38.

It-twettiq ta’ valutazzjoni tal-ħtiġijiet tas-suq ma kienx obbligatorju għal strumenti finanzjarji matul il-perjodu tal-programm 2007-2013
47

Matul il-perjodu tal-programm 2007-2013, l-unika referenza regolatorja espliċita għall-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet tas-suq (imsejħa wkoll “valutazzjoni tad-diskrepanzi”) hija relatata ma’ fondi ta’ parteċipazzjoni39.

48

Għall-fondi speċifiċi l-oħra kollha, sal-2009, kien possibbli li jiġi inferit obbligu indirett biex titwettaq din il-valutazzjoni mill-ħtieġa li jiġi pprovdut pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għal kull strument40. Madankollu, l-emendi ta’ Settembru 2009 għall-bażi legali introduċew rekwiżiti eħfef li jikkonċernaw dawn il-pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju41. Minn dak iż-żmien ‘il hawn, filwaqt li kien għadu obbligatorju li jiġi ppreżentat pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, kważi r-rekwiżiti speċifiċi kollha tneħħew (bħall-intrapriżi jew il-proġetti urbani mmirati, il-kriterji, it-termini u l-kundizzjonijiet għall-finanzjament tagħhom u l-ġustifikazzjoni għall-kontribuzzjoni mill-PO, u l-użu intenzjonat tiegħu). Aħna nqisu li l-valur miżjud ta’ pjan ta’ direzzjoni tan-negozju fin-nuqqas ta’ din l-informazzjoni huwa limitat.

49

L-obbligu li titwettaq valutazzjoni tal-ħtiġijiet tas-suq ma kienx jeżisti lanqas għall-istrumenti finanzjarji, immaniġġjati ċentralment, li twaqqfu fil-perjodu tal-programm 2007-2013. Għas-sitt strumenti mmaniġġjati ċentralment li jiġu koperti f’dan ir-rapport, aħna osservajna prattiki differenti. Għalkemm ma kienx jeżisti rekwiżit legali, aħna ġeneralment rajna li xi livell ta’ valutazzjoni tal-ħtiġijiet tas-suq, bħal valutazzjonijiet tal-impatt, studji ta’ analiżi tas-suq, konsultazzjoni pubblika, eċċ. twettaq għal kollha kemm huma.

Fi kważi nofs il-każijiet eżaminati, il-ħtiġijiet tas-suq kienu ġew ivvalutati bħala għoljin wisq
50

F’Rapporti Speċjali preċedenti, aħna diġà identifikajna nuqqasijiet sinifikanti fir-robustezza tal-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiert tas-suq42. B’mod partikolari, jenħtieġ li valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet tas-suq ikunu bbażati fuq suppożizzjonijiet sottostanti li huma razzjonali u realistiċi. Inkella, l-istrumenti jistgħu ma jindirizzawx il-ħtiġijiet effettivi tas-suq, bir-riżultat li jkun hemm, f’kapitalizzazzjoni eċċessiva tal-istrument u/jew ftit li xejn impatt reali.

51

Valutazzjoni tal-ħtiġijiet tas-suq isservi għadd ta’ skopijiet, inkluża l-identifikazzjoni ta’ falliment tas-suq u d-determinazzjoni tad-daqs tas-suq. F’dan ir-rigward, l-analiżi kumplessiva tagħna turi li l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tas-suq ma kinitx robusta biżżejjed matul il-perjodu tal-programm 2007-2013. Filwaqt li l-maġġoranza tal-wiġġieba għall-istħarriġ tagħna (82 %) indikaw li huma kienu wettqu valutazzjoni tal-ħtiġijiet tas-suq, dan ma ppreveniex tkabbir żejjed: kważi nofs l-istrumenti finanzjarji (19 minn 41) immaniġġjati minn dawk tal-wiġġiieba tagħna li kienu wettqu valutazzjoni tal-ħtiġijiet tas-suq xorta wrew rati ta’ żborżament ta’ inqas minn 50 % tad-dotazzjoni totali tal-istrumenti sa tmiem l-2014. Ħames strumenti biss (12 %) użaw id-dotazzjoni inizjali tagħhom bis-sħiħ (ara l-Figura 3).

Figura 3

Analiżi tar-rati ta’ żborżament għal strumenti finanzjarji li fl-istħarriġ jindikaw li twettqet valutazzjoni tal-ħtiġijiet tas-suq

Nota: Stħarriġ mibgħut lill-maniġers/awtoritajiet maniġerjali tal-akbar 50 strument finanzjarju taħt il-FEŻR, ir-rata tar-risposti kienet ta’ 80 %.

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq riżultati tal-istħarriġ.

52

F’Rapport Speċjali preċedenti aħna diġà ġbidna l-attenzjoni għall-fatt li, matul il-perjodu tal-programm 2007-2013, il-metodoloġija applikata biex titwettaq valutazzjoni tal-ħtiġijiet tas-suq u l-plawżibbiltà tas-suppożizzjonijiet sottostanti ma kienu suġġetti għall-ebda kontroll minn korp li huwa indipendenti mill-awtorità maniġerjali. Din id-dgħufija setgħet ikkontribwiet għat-twettiq ta’ valutazzjonijiet ottimisti żżejjed minn għadd kbir ta’ awtoritajiet maniġerjali43.

Dawn il-kwistjonijiet ġew indirizzati fil-perjodu tal-programm 2014-2020?
53

Matul il-perjodu tal-programm 2014-2020, valutazzjoni ex ante dettaljata hija obbligatorja għal strumenti taħt ġestjoni kondiviża biex tiġi stabbilita evidenza ta’ fallimenti tas-suq (jew sitwazzjonijiet subottimali ta’ investiment) u biex jiġu stmati l-livell u l-ambitu tal-ħtiġijiet ta’ investiment pubbliku. Din il-valutazzjoni trid tistipula wkoll it-tipi ta’ strument finanzjarju l-aktar adatti għas-sitwazzjoni. Barra minn hekk, il-valutazzjoni ex ante trid tiġi ppreżentata lill-kumitat ta’ monitoraġġ tal-PO għal skopijiet ta’ informazzjoni, u s-sommarju tas-sejbiet u konklużjonijiet iridu jiġu ppubblikati fi żmien tliet xhur minn meta jkunu ġew iffinalizzati (ara l-Anness V). Madankollu, għad ma hemm l-ebda rekwiżit biex jitwettaq kontroll indipendenti tal-valutazzjoni ex ante u l-plawżibbiltà tas-suppożizzjonijiet sottostanti tagħha qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar id-dotazzjoni inizjali tal-kapital tal-istrument.

54

Minn meta daħal fis-seħħ ir-Regolament Finanzjarju fl-1 ta’ Jannar 2013, it-twettiq ta’ evalwazzjoni ex ante huwa obbligatorju wkoll għall-istrumenti ġodda kollha li jiġu mmaniġġjati ċentralment (ara l-Anness V). Minkejja dan, il-valutazzjoni ex ante ma tinkludi la analiżi tat-tagħlimiet li nsiltu, u lanqas il-possibbiltà ta’ rieżami f’każ ta’ bidliet soċjoekonomiċi kbar, bħalma huwa l-każ għall-ġestjoni kondiviża. Analiżi ta’ nofs it-terminu (li tkun tista’ tindirizza dawn l-aspetti) titwettaq għall-biċċa l-kbira mill-istrumenti finanzjarji, immaniġġjati ċentralment, iżda mhux għal kollha.

Il-fokus reġjonali kkontribwixxa għat-twaqqif, mill-Istati Membri, ta’ għadd kbir ta’ strumenti finanzjarji ta’ daqs żgħir fil-perjodu tal-programm 2007-2013

Strumenti finanzjarji taħt il-FEŻR u l-FSE huma sinifikattivament iżgħar minn fondi mmaniġġjati ċentralment jew fondi ta’ investiment privat
55

Programmi operazzjonali taħt il-FEŻR u l-FSE jiġu implimentati taħt ġestjoni kondiviża minn awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali, li jfisser li strumenti finanzjarji li twaqqfu biex iwasslu programmi nazzjonali jew reġjonali għandhom isegwu d-demarkazzjonijiet tal-programmi f’termini ta’ ġeografija u eliġibbiltà. Sabiex ikunu eliġibbli, il-proġetti jridu jiġu bbażati f’reġjun li jkun eliġibbli għall-PO li minnu l-istrument finanzjarju jkun irċieva d-dotazzjoni tiegħu44.

56

Fi ħdan l-UE, twaqqfu 952 fond speċifiku taħt il-FEŻR u l-FSE matul il-perjodu tal-programm 2007-2013 (ara t-Tabella 3). Dan jimplika li għall-biċċa mir-reġjuni ġew stabbiliti bosta fondi. L-analiżi tagħna turi li l-istrumenti finanzjarji taħt il-FEŻR u, b’mod partikolari taħt l-FSE, huma relattivament żgħar. Il-kontribuzzjoni medja mill-UE għal strument taħt il-FEŻR hija ta’ EUR 80 miljun għal fondi ta’ parteċipazzjoni u ta’ EUR 10 miljun għal fondi speċifiċi. Il-kontribuzzjoni medja mill-UE għal strument taħt l-FSE hija ta’ EUR 10 miljun għal fondi ta’ parteċipazzjoni u ta’ EUR 9 miljun għal fondi speċifiċi. B’kuntrast ma’ dan, sa tmiem l-2014, skont data rrappurtata mill-Kummissjoni, il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-UE għall-fondi mmaniġġjati ċentralment, li teoretikament ikopru l-Istati Membri kollha, hija sa EUR 1.2 biljun. Fondi ta’ kapital privat qed joperaw, bħala medja, b’ammont ta’ bejn EUR 150 miljun u EUR 500 miljun.

57

Madankollu, l-implimentazzjoni ta’ fondi b’dotazzjoni ogħla tal-kapital tista’ tirriżulta f’ekonomiji ta’ skala sinifikanti u f’titjib fl-effiċjenza sinifikanti. Dan għaliex l-ispejjeż ġenerali u r-riskji assoċjati jistgħu jinfirxu fuq għadd kbir biżżejjed ta’ riċevituri finali. Fi kliem ieħor, il-fondi speċifiċi individwali taħt il-FEŻR u l-FSE ta’ spiss ma jkollhomx id-daqs li, fl-industrija tal-fondi, huwa meqjus xieraq biex dawn joperaw b’mod effiċjenti.

Dawn il-kwistjonijiet ġew indirizzati fil-perjodu tal-programm 2014-2020?
58

Matul il-perjodu tal-programm 2014-2020, l-Istati Membri jgawdu aktar flessibbiltà fit-twaqqif ta’ strumenti finanzjarji. Pereżempju, il-programmi operazzjonali jistgħu jikkombinaw prijorità kumplimentari waħda jew iżjed minn waħda ta’ investiment mill-FEŻR, mill-FK u mill-FSE taħt għan (objettiv) tematiku wieħed45.

59

Barra minn hekk, ġew introdotti l-prerekwiżiti legali għall-istabbiliment ta’ strumenti b’dotazzjonijiet sinifikattivament akbar tal-kapital46. B’mod partikolari, ġiet introdotta l-possibbiltà li jitwaqqfu strumenti taħt ġestjoni kondiviża fil-livell tal-UE għall-perjodu tal-programm 2014-202047 (ara l-Kaxxa 5).

Kaxxa 5

Arranġamenti għat-twaqqif ta’ strumenti finanzjarji fil-livell tal-UE (il-perjodu tal-programm 2014-2020)

L-Artikolu 38(1)(a) tal-RDK jagħti l-possibbiltà li kontribuzzjoni finanzjarja tiġi pprovduta għal strument imwaqqaf fil-livell tal-Unjoni, immaniġġjat direttament jew indirettament mill-Kummissjoni, għalkemm fil-prinċipju l-fondi jridu jiġu implimentati “fi ħdan il-qafas ta’ ġestjoni kondiviża bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, skont l-Artikolu 59 tar-Regolament Finanzjarju […]”.

60

Hemm ukoll inċentivi finanzjarji konsiderevoli biex l-Istati Membri jwaqqfu strumenti b’dotazzjoni akbar tal-kapital jew li jestendu lil hinn mil-livell reġjonali. Jekk l-assi prijoritarju kollu kemm hu ta’ PO jitwassal permezz ta’ strument finanzjarju, jista’ jiġi applikat inċentiv ta’ suppliment ta’ 10 % tar-rata massima ta’ kofinanzjament. Jekk jitwaqqaf assi prijoritarju separat biex jitwassal permezz ta’ strument finanzjarju fil-livell tal-UE u jiġi mmaniġġjat direttament jew indirettament mill-Kummissjoni, l-assi jkun jikkwalifika għal rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 %48.

61

Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jużaw il-possibbiltajiet ipprovduti minn bażi legali biex iwaqqfu strumenti finanzjarji speċifiċi akbar taħt il-FEŻR u l-FSE, kull fejn ikun possibbli, sabiex jieħdu vantaġġ mill-ekonomiji sinifikanti fl-ispiża tal-operat ta’ dawn l-istrumenti. Madankollu, b’aktar reġjuni u korpi involuti, l-istruttura legali tista’ tkun aktar kumplessa, li mbagħad tkun tista’ tfisser riskji ġodda ta’ dewmien li jeħtieġ jitqiesu mill-Istati Membri meta jkunu qed ifasslu l-istruttura ta’ finanzjament l-aktar xierqa. Il-bażi regolatorja għall-2007-2013 diġà ppermettiet li jsiru kontribuzzjonijiet minn aktar minn programm wieħed għall-istess strument finanzjarju49. Madankollu, sal-ġurnata tal-lum, kostruzzjonijiet bħal dawn, ma wrewx li huma popolari, minħabba li huma pperċepiti bħala kumplessi żżejjed. Abbażi tar-risposti għall-istħarriġ tagħna, tinħtieġ gwida addizzjonali tal-Kummissjoni dwar kif għandhom jitwaqqfu strumenti fil-livell tal-UE matul il-perjodu 2014-2020.

L-istrumenti finanzjarji rnexxielhom jattiraw kapital privat?

62

Wieħed mill-vantaġġi ewlenin tal-istrumenti finanzjarji huwa l-fatt li fondi addizzjonali jistgħu jiġu ingranati, jiġifieri fondi privati u pubbliċi addizzjonali jistgħu jikkontribwixxu għad-dotazzjoni tal-kapital tal-fondi. L-effett ta’ ingranaġġ ikejjel il-punt sa fejn il-finanzjament pubbliku jimmobilizza fondi addizzjonali. Jenħtieġ li huwa jagħti informazzjoni dwar l-abbiltà ta’ strument biex jattira finanzjament addizzjonali, skont it-tip, il-lok u r-riċevituri finali tiegħu, iżda wkoll dwar l-għażliet li jsiru mill-Kummissjoni, l-awtorità maniġerjali u/jew il-maniġer ta’ fondi meta jkunu qed iwaqqfu l-istrument. Għal strumenti komparabbli, ingranaġġ ogħla jkun imbagħad jindika strument li jkollu prestazzjoni aħjar f’termini ta’ attirar ta’ finanzjament addizzjonali.

63

Għalhekk, aħna rrieżaminajna l-mod li bih il-Kummissjoni tiddefinixxi u timmonitorja dan l-effett ta’ ingranaġġ, kemm għal strumenti taħt ġestjoni kondiviża kif ukoll dawk immaniġġjati ċentralment, u vvalutajna jekk l-istrumenti rnexxilhomx jattiraw kapital privat addizzjonali. Aħna analizzajna wkoll l-użu li sar minn arranġamenti preferenzjali u ta’ kondiviżjoni tar-riskji ma’ sħab privati u ta’ ftehimiet dwar it-taxxa f’dan ir-rigward.

Il-miżura ta’ ingranaġġ użata mill-Kummissjoni għal strumenti finanzjarji ma tiħux inkunsiderazzjoni b’mod xieraq il-punt sa fejn il-finanzjament pubbliku jimmobilizza fondi addizzjonali

Ħtieġa għal proporzjonijiet ta’ ingranaġġ aktar differenzjati biex jinkiseb kejl sinifikattiv
Diffikultajiet fl-identifikazzjoni tal-ingranaġġ ta’ kapital privat u pubbliku addizzjonali għal strumenti taħt ġestjoni kondiviża
64

Il-leġiżlazzjoni 2007-2013 ma speċifikatx kif l-ingranaġġ jenħtieġ li jitkejjel għal strumenti fil-ġestjoni kondiviża. Fl-2011, il-Kummissjoni ħadet l-ewwel passi lejn l-indirizzar ta’ din il-kwistjoni billi ssuġġeriet l-ewwel definizzjoni tal-”effett ta’ ingranaġġ”, u sentejn wara fir-Regolament Finanzjarju (ara l-Kaxxa 6).

Kaxxa 6

Definizzjoni ta’ “effett ta’ ingranaġġ” għal strumenti finanzjarji fil-ġestjoni kondiviża u f’dik ċentrali

F’Awwissu 2011, fil-Qafas Komuni tal-Awditjar tagħha, il-Kummissjoni pprovdiet definizzjoni tal-ingranaġġ bħala li huma riżorsi addizzjonali li jsiru disponibbli sal-livell tar-riċevituri finali - lil hinn mill-kontribuzzjoni mill-Fondi Strutturali normalment permezz ta’ strumenti finanzjarji jew investituri privati jew pubbliċi oħra50. Skont din id-definizzjoni (li madankollu mhijiex legalment vinkolanti), l-ingranaġġ jikkorrispondi għall-appoġġ finanzjarju totali pprovdut lir-riċevituri finali (li jkopru r-riżorsi kollha investiti fir-riċevituri finali, irrispettivament minn jekk humiex parti mill-PO, jew jekk humiex fondi privati jew pubbliċi addizzjonali), diviż bil-kontribuzzjoni mill-UE għall-istrument (permezz tal-PO).

Għal strumenti mmaniġġjati ċentralment, l-ingranaġġ ġie ddefinit fir-Regolament Finanzjarju mill-2013 ‘il hawn bħala l-ammont ta’ finanzjament mogħti lil riċevituri finali eliġibbli, diviż bl-ammont tal-kontribuzzjoni mill-Unjoni51.

65

Madankollu, aħna nqisu li mhuwiex xieraq li finanzjament nazzjonali pubbliku kollu jingħadd bħala ammonti ingranati, kif proprost mill-Kummissjoni fil-każ ta’ strumenti taħt ġestjoni kondiviża: ir-rati ta’ kofinanzjament diġà huma speċifikati fil-livell tal-assi prijoritarji tal-PO, u l-kontribuzzjoni nazzjonali għad-dotazzjonijiet tal-istrumenti finanzjarji ġeneralment tibqa’ fi ħdan dawn ir-rati. F’dak is-sens, ma hemmx distinzjoni bejn il-kofinanzjament nazzjonali “normali” u kontribuzzjoni nazzjonali “addizzjonali” (li titla’ ‘l fuq mir-rati tal-PO). Madankollu, din tal-aħħar biss setgħet titqies bħala li ġiet attirata mill-kontribuzzjonijiet mill-UE. F’rapport preċedenti, aħna diġà nnutajna li l-prattika tal-Kummissjoni li teskludi finanzjament pubbliku nazzjonali permezz tal-programmi operazzjonali mid-denominatur twassal għal żieda artifiċjali fir-rata mkejla ta’ ingranaġġ52.

66

Barra minn hekk, jenħtieġ li l-ingranaġġ iservi bħala indikatur għall-prestazzjoni ta’ strument finanzjarju f’termini ta’ attirar ta’ fondi privati jew pubbliċi addizzjonali (għal darb’oħra, ‘il fuq minn dawk diġà meqjusa għall-PO fl-intier tiegħu). Ovvjament, jeħtieġ li valutazzjoni tal-prestazzjoni tieħu kont tad-differenzi fl-implimentazzjoni ta’ dan l-istrument. B’mod partikolari, l-arranġamenti ta’ kondiviżjoni tar-riskji u l-arranġamenti preferenzjali għal sħab tas-settur privat għandhom rwol determinanti f’dan (ara l-paragrafi 74 sa 78). Barra minn hekk, jenħtieġ li r-rata ta’ ingranaġġ tvarja wkoll bejn tipi differenti ta’ appoġġ finanzjarju (pereżempju, għal garanziji jenħtieġ li l-ingranaġġ ikun ogħla minn dak għal self), bejn tipi differenti ta’ investiment (għal investimenti aktar riskjużi, jenħtieġ li jkun aktar baxx), bejn l-istadji tal-iżvilupp ta’ riċevituri finali appoġġati (pereżempju, kumpaniji li jkunu għadhom kemm jiftħu huma aktar riskjużi) u bejn swieq ġeografiċi (pereżempju, aktar baxx f’reġjuni inqas żviluppati).

67

Fil-forma attwali tiegħu, il-kalkolu tal-”effett ta’ ingranaġġ” tal-Kummissjoni ma jistax jipprovdi indikazzjoni affidabbli tal-prestazzjoni effettiva fl-attirar ta’ fondi privati jew pubbliċi addizzjonali. Għaldaqstant, huwa ma jippermettix li ssir distinzjoni bejn strumenti finanzjarji li kisbu suċċess u dawk li kisbu inqas suċċess fl-attirar ta’ kontribuzzjonijiet privati jew pubbliċi addizzjonali għad-dotazzjoni tal-kapital tal-istrument.

Kejl inkonsistenti tal-ingranaġġ għal strumenti mmaniġġjati ċentralment
68

Għal strumenti finanzjarji, immaniġġjati ċentralment, l-analiżi tagħna turi li l-Kummissjoni tuża diversi modi biex tikkalkula l-effett ta’ ingranaġġ għal strumenti differenti, kif jidher fit-Tabella 553.

69

B’riżultat ta’ dan, il-proporzjonijiet ta’ ingranaġġ irrappurtati mill-Kummissjoni għal strumenti mmaniġġjati ċentralment mhumiex komparabbli bejniethom, u lanqas mhuma kumparabbli ma’ dawk għal strumenti taħt ġestjoni kondiviża.

Tabella 5

L-effett ta’ ingranaġġ għal strumenti finanzjarji, immaniġġjati ċentralment, kif irrappurtat mill-Kummissjoni

StrumentTip ta’ strumentMetodu ta’ kalkoluProporzjon ta’ ingranaġġ fil-31 ta’ Diċembru 2014
LGTTGaranzijaAmmont totali ta’ finanzjament attirat mill-proġett diviż bil-kontribuzzjoni mill-UE mħallsa lill-faċilità57
IBPGaranzijaSimili għal-LGTT9
EEEFKapitalAmmont totali ta’ finanzjament attirat fil-livell tal-fondi diviż bil-kontribuzzjoni mill-UE2
Fond MargueriteKapitalAmmont totali ta’ finanzjament immobilizzat mill-istrument (kemm kapital kif ukoll dejn) fil-livell tal-proġett diviż bil-kontribuzzjoni mill-UE mħallsa157
Faċilità ta’ Garanzija EPMFGaranzijaValur tal-mikroself il-ġdid appoġġat mill-garanzija diviż bil-limitu ta’ garanzija7
EPMF FCP-FISSelfValur tal-mikroself il-ġdid apoġġat mill-garanzija diviż bil-kontribuzzjoni mill-UE mħallsa2
Sors: Il-QEA, ibbażat fuq data tal-Kummissjoni għall-20151.
1 SWD(2015) 206 final.
Ma jittiħdux inkunsiderazzjoni biss dawk is-sorsi ta’ finanzjament li huma r-riżultat tal-kontribuzzjoni mill-UE u/jew kontribuzzjoni nazzjonali għall-istrument finanzjarju
70

Mhux is-sorsi kollha ta’ finanzjament li huma attirati minn proġett huma r-riżultat tal-kontribuzzjoni mill-UE u/jew kontribuzzjoni nazzjonali. Madankollu, dan ma jingħata l-ebda attenzjoni fil-kalkolu mill-Kummissjoni tal-”proporzjon ta’ ingranaġġ”. Fl-2015, il-Kumitat ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp, tal-OECD ippropona metodoloġija alternattiva, b’kalkoli li jiddependu mit-tip ta’ strument (self, garanziji jew kapital)54. Id-differenzi bejn dawn iż-żewġ approċċi jintwerew fl-eżempju fil-Kaxxa 7.

Kaxxa 7

Eżempju ta’ struttura ta’ finanzjament għal proġett ta’ trasport u d-differenzi fil-kalkolu tal-ingranaġġ skont il-methodoloġija tal-Kummissjoni u dik tal-OECD

Dan il-proġett ta’ infrastruttura tat-trasport li jiġġenera dħul, linja ferrovjarja b’veloċità għolja fi Franza, irċieva kontribuzzjonijiet minn ħafna sorsi ta’ finanzjament, li minnhom l-għotjiet nazzjonali kienu jirrappreżentaw 52 % u d-dejn kummerċjali kien jirrappreżenta 39 %. Il-kontribuzzjoni mill-UE, fil-forma ta’ garanzija għal massimu ta’ EUR 200 miljun tad-dejn kummerċjali, tirrappreżenta 2.5 % tal-finanzjament totali.

F’dan l-eżempju, abbażi tal-metodoloġija tal-OECD, l-effett ta’ ingranaġġ madankollu jkun biss ta’ 1, billi hemm selfa waħda biss ta’ EUR 200 miljun li hija garantita mill-UE fl-istruttura ta’ finanzjament tal-proġett.

Tipi ta' sorsi ta' finanzjamentmiljun EUR% tal-finanzjament totali
Dejn kummerċjali 3 03839 %
Għotjiet nazzjonali4 05052 %
Kapital7589 %
Total tal-finanzjament 7 846100 %
Garanzija massima tal-UE fuq id-dejn kummerċjali2002.5 %

Skont il-metodoloġija tal-Kummissjoni, l-effett ta’ ingranaġġ huwa ta’ 39 (finanzjament totali ta’ EUR 7 846 miljun diviż bil-garanzija tal-UE ta’ EUR 200 miljun).

Aħna nqisu li mhuwiex realistiku li ssir is-suppożizzjoni li l-għotjiet nazzjonali, li jirrappreżentaw l-akbar parti tal-finanzjament tal-proġett ġew skattati mill-garanzija limitata tal-UE. Din il-kwistjoni taffettwa r-rappurtar mill-Kummissjoni dwar strumenti finanzjarji kemm fil-ġestjoni ċentrali kif ukoll f’dik kondiviża, għalkemm dan huwa aktar viżibbli għal strumenti finanzjarji, immaniġġjati ċentralment, billi koinvestiment privat huwa involut sa ċertu punt inqas fi proġetti taħt ġestjoni kondiviża.

Dawn il-kwistjonijiet ġew indirizzati fil-perjodu tal-programm 2014-2020?
71

Għall-perjodu tal-programm 2014-2020, fir-rigward ta’ strumenti fil-ġestjoni kondiviża, l-RDK ma jirreferix b’mod espliċitu għad-definizzjoni tal-effett ta’ ingranaġġ fir-Regolament Finanzjarju tal-UE. Madankollu, il-kunċett iddefinit fl-Artikolu 37(2)(c) tal-RDK huwa essenzjalment identiku: “[…] stima tar-riżorsi pubbliċi u privati addizzjonali li għandhom potenzjalment jinġabru mill-istrument finanzjarju sal-livell tar-riċevitur finali (effett ta’ ingranaġġ mistenni)”. Għalhekk, il-Kummissjoni tkompli tqis il-kofinanzjament nazzjonali bħala ingranat mill-finanzjament, tal-PO, li jsir mill-UE. Lanqas ma hemm bidliet fil-mod li bih l-ammonti mmobilizzati mis-settur privat għandhom jitkejlu. Fil-fehma tagħna, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis mill-ġdid il-metodi tagħha ta’ kif tikkalkula l-effett ta’ ingranaġġ tal-finanzjament pubbliku tal-UE u dak nazzjonali permezz ta’ strumenti finanzjarji, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni l-metodoloġija alternattiva li ġiet proposta mill-OECD fl-2015.

72

Aħna ninnutaw ukoll li l-Istati Membri issa huma meħtieġa jispeċifikaw l-”effetti ta’ ingranaġġ mistennija” ta’ kull strument (ara l-Kaxxa 8). Dawn l-elementi jipprovdu lill-Kummissjoni b’data biex timmonitorja kif l-ingranaġġ effettiv jitqabbel mar-rata ta’ ingranaġġ fil-mira. Madankollu, fin-nuqqas ta’ metodoloġija konsistenti tal-Kummissjoni dwar kif għandu jiġi kkalkulat l-effett ta’ ingranaġġ, hemm dubju jekk dan l-eżerċizzju jkunx jirriżulta f’data sinifikattiva li tkun tista’ tintuża għal tqabbil.

Kaxxa 8

“Rati ta’ ingranaġġ mistennija” għandhom jiġu speċifikati għal kull strument finanzjarju (il-perjodu tal-programm 2014-2020)

Il-valutazzjoni ex ante obbligatorja għal strumenti finanzjarji trid tinkludi stima ta’ riżorsi pubbliċi u privati addizzjonali li jistgħu jiġu ġġenerati mill-istrumenti finanzjarji fil-livelli kollha sar-riċevitur finali. Il-ftehim ta’ finanzjament bejn awtorità maniġerjali u “fond ta’ fondi” (jew id-dokument ta’ strateġija, fejn l-awtorità maniġerjali timplimenta l-fond direttament) irid jispeċifika dan l-”effett ta’ ingranaġġ mistenni” tal-istrument.

Kull sena, l-awtorità maniġerjali hija meħtieġa li tipprovdi anness għar-rapport annwali ta’ implimentazzjoni dwar operazzjonijiet li jinkludu l-istrumenti finanzjarji55.

Diffikultajiet biex investituri fis-settur privat jiġu attirati lejn strumenti finanzjarji kemm fil-ġestjoni kondiviża kif ukoll f’dik ċentrali

73

Wieħed mill-għanijiet iddikjarati tal-istrumenti finanzjarji huwa li jattiraw finanzjament addizzjonali mis-settur privat biex jikkomplementa l-fondi pubbliċi disponibbli peress li dan jippermetti li aktar proġetti jibbenefikaw mill-istess livell ta’ investiment pubbliku. Għalhekk, aħna fittixna li niddeterminaw, kemm għal strumenti taħt ġestjoni kondiviża kif ukoll dawk immaniġġjati ċentralment, il-punt sa fejn il-finanzjament privat addizzjonali ġie effettivament immobilizzat minn kontribuzzjonijiet pubbliċi għall-istrumenti.

Arranġamenti speċifiċi għal investituri privati fi strumenti finanzjarji matul il-perjodu tal-programm 2007-2013 ma rnexxilhomx jattiraw finanzjament addizzjonali sinifikanti
74

L-intervisti tagħna u r-rieżami tagħna tad-dokumentazzjoni jikkonfermaw li matul il-perjodu tal-programm 2007-2013 is-settur privat baqa’ jsibha bi tqila li jinvesti fi strumenti finanzjarji, peress li dawn l-istrumenti tqiesu li kienu rregolati b’mod strett wisq (eż. regolamenti speċifiċi tal-UE u dawk nazzjonali, għajnuna mill-Istat, akkwist pubbliku). Jenħtieġ li jitfakkar li l-għanijiet taż-żewġ partijiet huma differenti: filwaqt li s-settur pubbliku għandu l-għan li jimplimenta objettivi speċifiċi ta’ politika u ta’ investiment, is-settur privat irid ikun orjentat lejn attivitajiet profittabbli. Barra minn hekk, jista’ jkun hemm nuqqas ta’ għarfien fuq iż-żewġ naħat. Is-settur pubbliku mhuwiex neċessarjament mgħammar bi sfond finanzjarju avvanzat, filwaqt li s-settur privat mhuwiex neċessarjament familjari mal-leġiżlazzjoni tal-UE. Il-Kummissjoni tqis li wieħed mill-modi biex jiġi attirat il-kapital privat huwa li jiġu offruti trattament preferenzjali u/jew “primjums tar-riskju” lil investituri privati. Għalhekk, aħna eżaminajna l-arranġamenti speċifiċi għal investituri fis settur privat biex naraw jekk ir-riskji ġewx kondiviżi bejn is-settur pubbliku u dak privat b’mod raġonevoli.

Nuqqas ta’ gwida tal-Kummissjoni dwar kif għandhom jiġu stipulati arranġamenti dwar it-trattament preferenzjali għal strumenti taħt il-FEŻR u l-FSE
75

Għall-istrumenti taħt il-FEŻR u l-FSE għall-perjodu 2007-2013, il-leġiżlazzjoni pprovdiet possibbiltà li redditi fuq l-investimenti jiġu allokati b’mod preferenzjali lill-investituri li joperaw skont il-prinċipju tal-investitur f’ekonomija tas-suq56. Trattament preferenzjali jista’ jiġi eżerċitat, pereżempju, permezz ta’ kuntratti li ma jagħtux lis-sieħeb tal-finanzjament pubbliku l-istess drittijiet ta’ ħlas lura bħala sħab privati, jew permezz ta’ sehem mhux indaqs fil-profitt u t-telf bejn is-sħab privati u dawk pubbliċi.

76

Trattament preferenzjali jista’ jiġi ġustifikat jekk ikun meħtieġ biex jattira investiment privat fi swieq li qed ifallu, fejn finanzjament privat jista’ jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi tal-politika pubblika. Jekk ma jkunx iġġustifikat, it-trattament preferenzjali jista’ jirriżulta fi tnaqqis gradwali fid-dotazzjoni inizjali tal-kapital tal-istrument finanzjarju u għaldaqstant inaqqas il-finanzjament li jintiret, li jkun disponibbli għaċ-ċiklu ta’ investiment li jmiss wara li l-istrument jiġi stralċat. Madankollu, la l-bażi legali għall-perjodu tal-programm 2007-2013 u lanqas in-noti ta’ gwida tal-Kummissjoni ma jipprovdu xi indikazzjoni ta’ kif l-arranġamenti ta’ kondiviżjoni tar-riskji jmisshom jiġu stipulati fil-ftehim ta’ finanzjament jew kif ix-xerqien tat-trattament preferenzjali għandu jiġi ċċekkjat.

Minkejja li l-Kummissjoni tassumi riskji ogħla, isiru biss għadd limitat ta’ kontribuzzjonijiet privati għall-kapital ta’ strumenti mmaniġġjati ċentralment
77

Bħala prattika ġenerali, għal strumenti mmaniġġjati ċentralment, il-leġiżlazzjoni regolatorja approvata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tinkludi biss termini ġenerali fir-rigward ta’ kondiviżjoni tar-riskji u/jew it-trattament preferenzjali. L-arranġamenti dettaljati relatati mal-kontribuzzjoni mill-Kummissjoni f’dawn l-istrumenti (inklużi l-perċentwali tal-kondiviżjoni tar-riskji) jiġu biss aktar tard bħala parti minn ftehim separat li ma jeħtieġx li jiġi approvat mill-awtorità baġitarja (ara l-Kaxxa 9).

Kaxxa 9

Kondiviżjoni tar-riskji bejn il-Kummissjoni u s-sħab tagħha – studju tal-każ tal-”Istrument ta’ Garanzija fuq is-Self” (LGTT) u l-Inizjattiva tal-Bonds tal-Proġetti (IBP)

L-LGTT ġie konġuntement stabbilit fl-2008mill-Kummissjoni u mill-BEI permezz ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni, fejn kull parti refgħet 50 % tar-riskju ta’ inadempjenza tas-self (telf mistenni u telf mhux mistenni).

L-istrument jipprovdi garanzija fil-forma ta’ linja ta’ kreditu ta’ kontinġenza, li tista’ tintuża mill-fornitur tal-proġett matul l-ewwel ħames sa seba’ snin ta’ operazzjoni, jekk id-dħul iġġenerat minn proġett ma jkunx biżżejjed biex jiżgura ħlas lura tad-dejn superjuri (jiġifieri f’każ li d-dħul effettiv mill-proġett jaqa’ taħt il-livell imbassar).

B’riżultat ta’ bidla fil-bażi legali, approċċ tat-tip portafoll tal-ewwel telf ġie introdott fl-2013, li dan wassal biex il-Kummissjoni ħadet ir-riskju ta’ 95 % tat-telf fuq l-Ewwel Biċċa Telf ta’ Portafoll (“PFLP”).

Fl-emenda tal-2012 għar-Regolament Nru 680/2007, l-IBP ġiet introdotta bħala strument ġdid. L-IBP tipprovdi titjib tal-kreditu fil-forma ta’ strument subordinat – jew faċilità ta’ self jew ta’ kontinġenza – biex tappoġġa bonds superjuri tal-proġetti, maħruġa minn kumpanija tal-proġetti. L-arranġamenti ta’ kondiviżjoni tar-riskji bejn il-Kummissjoni u l-BEI huma l-istess bħal dawk tal-LGTT, jiġifieri l-Kummissjoni tieħu 95 % tat-telf filwaqt li l-BEI jerfa’ r-riskju għall-5 % li jifdal.

Il-PFLP għall-portafoll tal-LGTT/IBP ġie ssettjat f’tali livell, li minħabba fih mhuwiex probabbli li telf effettiv imur lil hinn mill-PFLP. B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni effettivament terfa’ l-akbar parti tar-riskju effettiv.

Il-bażi legali tipprovdi li l-kondiviżjoni tar-riskji tkun ibbażata “fuq bażi tal-ewwel telf”, iżda ma tipprovdix dettalji dwar il-mod li bih il-portafoll tal-ewwel telf imissu jiġi ddeterminat jew dwar il-livell tal-iskopertura għar-riskju li tirriżulta minn dan l-approċċ. Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni57 jiddikjara li l-perċentwal tal-ewwel telf ikun tipikament jiġi ssettjat kemxejn aktar mit-telf medju storiku. Madankollu, il-BEI ddetermina l-limitu massimu b’tali mod li l-iskopertura netta għar-riskju mistenni baqgħet fi ħdan ir-riskju standard tiegħu (inqas minn 2 % tat-telf mistenni) u mhux fuq data storika.

78

Għal xi strumenti finanzjarji, immaniġġjati ċentralment, aħna sibna li kważi r-riskji effettivi kollha jiġu ttrasferiti lill-Kummissjoni (ara l-Kaxxa 10). Madankollu, minkejja li l-Kummissjoni tieħu aktar riskju mis-sħab tagħha f’dan it-tip ta’ strumenti, l-analiżi tagħna turi li s-settur privat ma għamel l-ebda kontribuzzjoni sinifikanti għalihom.

Kaxxa 10

Studju tal-każ - Kondiviżjoni tar-riskji bejn il-Kummissjoni u s-sħab tagħha - EEEF

L-EEEF jinvesti fl-effiċjenza enerġetika, fi proġetti tal-enerġija rinnovabbli, u fi trasport urban nadif. L-azzjonisti tiegħu huma l-Kummissjoni, il-BEI, u żewġ banek. L-EEEF huwa organizzat bħala kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata u l-ishma tagħha huma maqsumin fi tliet klassijiet (A, B u C) skont ir-riskju meħud u d-drittijiet għal redditi, fejn il-klassi A tkun l-aktar vantaġġuża, u l-klassi Ċ tkun l-inqas vantaġġuża.

Il-Kummissjoni hija l-uniku azzjonist tal-ishma tal-klassi C, l-ewwel wieħed li jġarrab telf u l-aħħar wieħed li jibbenefika minn qligħ. L-ishma tagħha jiġu mifdija mal-maturità. It-tifdija hija suġġetta għad-disponibbilta ta’ biżżejjed flus kontanti fil-fond.

It-telf tal-kumpanija jiġi allokat lill-Kummissjoni l-ewwel. Dan it-telf ma jaffettwax il-valur tal-ishma tal-klassi A u l-klassi B, sakemm il-valur tal-ishma tal-klassi C jkun għadu pożittiv. Huwa biss wara li l-valur tal-ishma tal-klassi C jitnaqqas għal żero, li t-telf jiġi allokat għall-ishma tal-klassi A u tal-klassi B. L-introjtu u l-gwadanni futuri mhux neċessarjament iwasslu għal teħid lura tal-ishma tal-klassi C, peress li huma jkunu jintużaw l-ewwel għad-dividendi fil-mira tal-ishma tal-klassi A u tal-klassi B.

Barra minn hekk, l-ishma tal-klassi C ma jistgħux jinfdew qabel dawk taż-żewġ klassijiet l-oħra.

Deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa jintużaw f’xi każijiet biex l-istrumenti finanzjarji jsiru aktar attraenti għal investituri fis-settur privat
79

Deċiżjoni fil-qasam tat-taxxa hija deċiżjoni bil-miktub li tittieħed minn awtorità nazzjonali tat-taxxa dwar kif aspett partikolari tal-attivitajiet ta’ entità jiġi ttrattat taħt il-liġi applikabbli, ta’ dak l-Istat Membru, dwar it-taxxxa. Proċedura bħal din tista’ tintuża f’bosta Stati Membri tal-UE biex tinkiseb ċertezza dwar kif l-attivitajiet se jiġu intaxxati. Ġeneralment, individwi jew impriżi suġġetti għat-tassazzjoni jippreżentaw l-interpretazzjoni tagħhom ta’ kif il-liġi dwar it-taxxa tapplika għalihom jew għal tranżazzjoni jew attività partikolari, u l-awtorità tat-taxxa twieġeb b’deċiżjoni pożittiva jew negattiva. Fl-industrija tal-fondi, ftehimiet bħal dawn dwar it-taxxa huma wkoll prattika standard. Filwaqt li deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa jistgħu jkunu perfettament leġittimi, u jintużaw f’għadd ta’ ġurisdizzjonijiet, huma ntużaw ukoll għall-iffaċilitar tal-ippjanar aggressiv tat-taxxa.

80

Diġà fl-2012, il-Kummissjoni kienet ħarġet rakkomandazzjoni, indirizzata lill-Istati Membri, dwar l-ippjanar aggressiv tat-taxxa58. Essenzjalment, l-Istati Membri huma mħeġġa jbiddlu l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom sabiex jindirizzaw arranġamenti artifiċjali u jittrattaw dawn l-arranġamenti għal finijiet tat-taxxa b’referenza għas-sustanza ekonomika tagħhom. Din ġiet segwita minn sensiela ta’ miżuri speċifiċi f’dan ir-rigward:

  • mill-2014 ‘il hawn, il-Kummissjoni fetħet bosta investigazzjonijiet biex teżamina jekk id-deċiżjonijiet li jittieħdu minn awtoritajiet tat-taxxa fl-Istati Membri, fir-rigward tat-taxxa korporattiva fuq l-introjtu li għandha titħallas minn korporazzjonijiet, jikkonformawx mar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat59.
  • f’Marzu 2015, il-Kummissjoni ppreżentat pakkett ta’ miżuri biex tagħti spinta lit-trasparenza fiskali u biex tintroduċi l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar id-deċiżjonijiet tagħhom fil-qasam tat-taxxa60.
  • f’Ġunju 2015, il-Kummissjoni adottat pjan ta’ azzjoni għal tassazzjoni korporattiva ġusta u effiċjenti fl-UE61. Dan id-dokument jiddiskuti, fost għadd ta’ suġġetti dwar it-tassazzjoni, miżuri għall-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa.
81

Madankollu, aħna identifikajna strumenti finanzjarji li għalihom ittieħdu deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa (ara l-Kaxxa 11).

Kaxxa 11

Studju tal-każ - Deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa għal strumenti finanzjarji fil-ġestjoni ċentrali – il-”Fond Marguerite”

Fl-2013, il-”Fond Marguerite” kiseb ftehim dwar deċiżjoni tat-taxxa bil-quddiem (komunement magħrufa bħala “deċiżjoni fil-qasam tat-taxxa”) mill-Lussemburgu u ftehim ta’ pprezzar bil-quddiem għal Marguerite Holdings u s-sussidjarji tagħha fil-Lussemburgu fl-2013. Dan tal-aħħar huwa ftehim bejn kontribwent u l-awtoritajiet tat-taxxa, li jispeċifika l-metodu ta’ pprezzar li l-kontribwent japplika għat-tranżazzjonijiet tiegħu relatati mal-kumpanija.

L-istruttura speċifika użata mill-Fond Marguerite tirriżulta f’sitwazzjoni fejn titnaqqas it-taxxa minn ras il-għajn fuq il-pagamenti tad-dividendi minn kumpaniji azzjonarji lill-fond innifsu, billi l-pagamenti tad-dividendi jiġu ttrasformati f’pagamenti tal-imgħax billi jintużaw strumenti ibridi bejn l-entitajiet tal-Lussemburgu62. Huwa possibbli wkoll li taxxi oħrajn, bħal taxxi minn ras il-għajn fil-pajjiżi tal-kumpaniji operattivi jew taxxi fuq il-qligħ kapitali fi żmien l-iżvestiment, jiġu evitati permezz tal-użu ta’ din l-istruttura.

82

Aħna ninnutaw ukoll li, fl-istrutturi ta’ twaqqif tagħhom, għadd ta’ strumenti taħt il-FEŻR u l-FSE għall-perjodu 2007-2013 użaw l-entitajiet SICAV63 jew SICAR64. Għal dawn l-istrutturi, deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa huma prattika komuni. Madankollu, l-Istati Membri ma jirrappurtawx lill-Kummissjoni dwar jekk l-istrumenti tagħhom għamlux jew humiex se jagħmlu użu minn ftehimiet dwar deċiżjonijiet tat-taxxa bil-quddiem.

Kontribuzzjonijiet privati għad-dotazzjoni tal-kapital ta’ strumenti finanzjarji taħt il-FEŻR u l-FSE jirrappreżentaw madwar 2 % tat-total
83

F’rapporti preċedenti, aħna nnutajna li r-rata ta’ ingranaġġ tas-settur privat kienet limitata matul il-perjodu tal-programm 2007-201365. Skont id-data l-aktar reċenti rrappurtata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni, kienu biss 154 minn 1 025 strument finanzjarju taħt il-FEŻR u l-FSE fi 11-il Stat Membru li attiraw il-finanzjament privat fl-istruttura tagħhom ta’ finanzjament bħala parti mill-kontribuzzjoni mill-PO.

84

Għall-fondi privati li jiġu kkontribwiti permezz ta’ programmi operazzjonali li jiġu rrappurtati mill-Istati Membri, hemm ukoll riskju ta’ għadd doppju, peress li huwa possibbli li l-finanzjament privat ippreżentat fil-livell tal-fondi speċifiċi jkun sempliċiment trasferiment ta’ fondi li jkun sar mill-fond ta’ parteċipazzjoni. Jekk l-analiżi tiġi ristretta għall-fondi ta’ parteċipazzjoni biss, u għaldaqstant jiġi eliminat ir-riskju ta’ għadd doppju, 9 biss mit-73 fond ta’ parteċipazzjoni eżistenti f’4 mit-18-il Stat Membru fejn jeżistu dawn il-fondi bbenefikaw minn kontribuzzjonijiet privati. Għal dawn id-disa’ fondi ta’ parteċipazzjoni, is-sehem tal-finanzjament privat fid-dotazzjoni tal-istrument ivarja minn 5 % sal 50 %. B’mod ġenerali, EUR 325 miljun f’kapital privat ġew attirati lejn il-fondi ta’ parteċipazzjoni permezz ta’ programmi operazzjonali. Fl-istess ħin, aħna ninnutaw li irrispettivament mill-informazzjoni rrappurtata, hemm obbligu legali li jirriżulta minn regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-investimenti fil-kapital f’SMEs biex ikollhom livell minimu ta’ kofinanzjament privat ta’ 30 % jew 50 %, skont ir-reġjun66.

85

Barra minn hekk, abbażi tal-informazzjoni pprovduta minn 11-il Stat Membru fuq bażi volontarja, ir-riżorsi mħallsa lil strumenti finanzjarji barra dawk mill-programmi operazzjonali (privati jew pubbliċi) jammontaw għal EUR 342 miljun67. Madankollu, l-Istati Membri mhumiex meħtieġa jipprovdu din l-informazzjoni, u d-data rrappurtata fuq bażi volontarja lanqas ma hija vverifikata mill-Kummissjoni.

86

Aħna ninnutaw ukoll li l-leġiżlazzjoni għall-perjodu tal-programm 2007-2013 ma kinitx tistipula li l-ftehimiet ta’ finanzjament bejn l-awtoritajiet maniġerjali u l-maniġers ta’ fondi huma mistennija li jispeċifikaw rati mistennija ta’ ingranaġġ għal kontribuzzjonijiet privati addizzjonali. Barra minn hekk, ġeneralment, it-tariffi ma kinux marbuta mas-suċċess li kellhom il-maniġers ta’ fondi biex jattiraw investituri privati (ara l-paragrafu 136)68. Għaldaqstant, ftit li xejn kien hemm inċentiv biex il-maniġer ta’ fondi jinvolvi lil investituri privati.

87

Għal strumenti mmaniġġjati ċentralment, u b’mod partikolari, għal strumenti finanzjarji ta’ kapital, l-attirar ta’ investimenti fis-settur privat bħala kontributuri wera li kien diffiċli, kif jidher mill-istudji tal-każijiet fil-Kaxxa 12.

Każ 12

Studju tal-każ - Diffikultajiet biex investituri fis-settur privat jiġu attirati lejn strumenti azzjonarji ffinanzjati mill-pubbliku – il-Fond Marguerite u l-EEEF

Eżempji ta’ kofinanzjament privat limitat, għal żewġ strumenti mmaniġġjati ċentralment huma pprovduti hawn taħt69:

  • Minbarra l-Kummissjoni, il-Fond Marguerite għandu disa’ sponsors, kollha kemm huma banek ikkontrollati pubblikament. Dawn l-isponsors impenjaw ammont totali ta’ EUR 710 miljun. Għadhom ma ġew attirati l-ebda flus minn investituri privati biex tintlaħaq il-mira ta’ EUR 1.5 biljun f’impenji totali70.
  • l-EEEF qagħad ukoll prinċipalment fuq fondi pubbliċi, fejn il-Kummissjoni kienet l-akbar kontributur tiegħu sa issa (EUR 125 miljun minn total ta’ EUR 265 miljun impenjati). L-uniku kontributur privat – id-Deutsche Bank – wettaq biss impenn limitat għall-istrument (EUR 5 miljun). F’dan l-istadju, l-ammont totali impenjat huwa inqas minn nofs il-mira tal-istrument (EUR 700 miljun).
Dawn il-kwistjonijiet ġew indirizzati fil-perjodu tal-programm 2014-2020?
88

Għal strumenti taħt ġestjoni kondiviża, id-dispożizzjonijiet fil-leġiżlazzjoni għall-perjodu tal-programm 2014-2020 ikomplu jippermettu li jsir trattament preferenzjali, iżda jitolbu wkoll li ssir kondiviżjoni xierqa tar-riskju bejn is-sħab pubbliċi u dawk privati (ara l-Kaxxa 13).

Kaxxa 13

Dispożizzjonijiet fir-rigward tat-trattament preferenzjali u l-kondiviżjoni tar-riskji (il-perjodu tal-programm 2014-2020)

L-Artikolu 44 tal-RDK jirrikjedi “[…] kondiviżjoni adegwata tar-riskju u tal-profitt” bejn l-investituri pubbliċi u privati, u r-Regolament ta’ Delega jistipula li l-livell ta’ trattament preferenzjali “għandu jkun proporzjonali mar-riskji meħuda minn dawn l-investituri u limitat għall-minimu neċessarju biex jiġu attirati dawn l-investituri”71. B’mod partikolari, fil-valutazzjoni ex ante, l-Istat Membru jrid jinkludi “[…] valutazzjoni tal-ħtieġa, u l-livell, ta’ rimunerazzjoni preferenzjali biex jiġu attirati riżorsi tal-kontroparti minn investituri privati u/jew deskrizzjoni tal-mekkaniżmi li se jintużaw biex tiġi stabbilita l-ħtieġa, u l-firxa, ta’ rimunerazzjoni preferenzjali bħal din […]”72.

Din ir-rimunerazzjoni preferenzjali tista’ tiġi ffinanzjata permezz ta’ riżorsi mħallsa lura lill-istrumenti, jew minn dħul u qligħ jew rendimenti oħra li huma attribwibbli għas-sostenn (appoġġ) mill-fondi tal-UE. Il-kunċett ta’ trattament preferenzjali japplika wkoll għal investituri pubbliċi li qed joperaw skont il-prinċipju tal-investitur tal-ekonomija tas-suq73.

Barra minn hekk, ninnutaw li għal każijiet li jaqgħu taħt ir-REĠS “fil-każ ta’ qsim asimmetriku tat-telf bejn investituri pubbliċi u dawk privati, l-ewwel telf li jsir minn investitur pubbliku jiġi limitat għal 25 % tal-investiment totali”74.

Inkella, dan għandu jkun konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq jew jgħaddi minn proċess ta’ notifika ta’ għajnuna mill-Istat.

89

L-obbligu biex l-Istati Membri jivvalutaw il-ħtieġa għal trattament preferenzjali u l-arranġamenti ta’ kondiviżjoni tar-riskji, u biex jipprovdu xi ġustifikazzjoni għal dawn l-arranġamenti, jista’ b’mod ċar jitqies bħala progress lejn il-ġestjoni aktar effiċjenti tal-istrumenti finanzjarji. Abbażi tal-intervisti tagħna, aħna nqisu madankollu li hemm ħtieġa li l-Kummissjoni tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar l-aħjar mod kif għandhom jużaw it-trattament preferenzjali biex jattiraw aktar kapital privat filwaqt li ma jallokawx riskju eċċessiv lill-kontributuri pubbliċi fir-rigward tad-dotazzjonijiet tal-istrumenti.

90

Għal xi wħud mill-istrumenti mmaniġġjati ċentralment, il-firxa ta’ kondiviżjoni tar-riskji li tista’ ssir bejn il-Kummissjoni u s-sħab tagħha ġiet indirizzata wkoll fil-leġiżlazzjoni. Hawnhekk, ir-Regolament jispeċifika li “x-xejra ta’ kondiviżjoni tar-riskji [trid] tiġi riflessa f’kondiviżjoni kif xieraq bejn l-Unjoni u l-entità fdata”, filwaqt li “[...] r-riskju massimu kopert mill-baġit tal-Unjoni [ma jridx] jaqbeż 50 % tar-riskju tal-portafoll tad-dejn fil-mira taħt l-istrument tad-dejn”75. Għad irid jintwera jekk dawn id-dispożizzjonijiet immodifikati jkunux biżżejjed biex jattiraw aktar kontribuzzjonijiet mis-settur privat milli fil-perjodu tal-programm 2007-2013. Kif diġà ssemma f’rapport preċedenti, aħna nqisu li l-aspetti prinċipali tal-arranġamenti ta’ kondiviżjoni tar-riskji bejn il-Kummissjoni u s-sħab tagħha (eż. il-BEI) għandhom jiġu ddefiniti fil-leġiżlazzjoni speċifika għal kull wieħed mill-istrumenti mmaniġġjati ċentralment76.

91

Fl-aħħar nett, fir-rigward tad-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa, is-sitwazzjoni baqgħet ma nbidlitx għall-perjodu tal-programm 2007-2013. Aħna nqisu li użu kontinwat minn ftehimiet dwar deċiżjonijiet tat-taxxa bil-quddiem matul il-perjodu tal-programm 2014-2020 għal strumenti finanzjarji mmaniġġjati ċentralment u/jew taħt ġestjoni kondiviża jistgħu jkunu ta’ riskju għar-reputazzjoni, peress li huma jistgħu jiġu pperċepiti bħala li jmorru kontra r-rakkomandazzjonijiet proprji u l-azzjonijiet tal-Kummissjoni li jikkonċernaw l-arranġamenti fiskali.

L-istrumenti finanzjarji kienu qed jipprovdu appoġġ finanzjarju rotanti?

92

Waħda mir-raġunijiet prinċipali għall-użu ta’ fondi pubbliċi permezz ta’ strumenti finanzjarji hija l-fatt li l-flus jistgħu jintużaw ħafna drabi: jistgħu jkunu “rotanti”. Pereżempju, jekk self żborżat ikun tħallas lura wara tliet snin, il-flus kontanti imbagħad ikunu jistgħu jintużaw biex jipprovdu selfa ġdida. Għalhekk, aħna eżaminajna jekk dan l-effett rotanti kienx fil-fatt ġie mmaterjalizzat. Il-punt sa fejn il-fondi jistgħu jkunu rotanti fil-prattika jiddependi mit-tip ta’ appoġġ finanzjarju, iżda wkoll mill-perjodu ta’ investiment tal-istrumenti. Għalhekk, aħna analizzajna jekk il-perjodi ta’ investiment tal-istrument jikkorrispondux għal prattika normali tas-suq u x’fatturi kkontribwew biex il-perjodu effettiv ta’ investiment tal-istrumenti jiġi limitat.

Dewmien fl-implimentazzjoni qassar sinifikattivament il-perjodu effettiv ta’ investiment ta’ bosta strumenti finanzjarji taħt il-FEŻR u l-FSE

93

Fil-bidu tal-perjodu tal-programm 2007-2013, l-awtoritajiet pubbliċi fil-biċċa l-kbira mill-Istati Membri kellhom biss esperjenza limitata ta’ strutturar u tmexxija ta’ strumenti rotanti fi sħubija ma’ intermedjarji finanzjarji. Wara l-awditi tagħna, aħna nnutajna li l-biċċa l-kbira mid-dewmien kien ikkawżat mill-istrutturar intern, ta’ strumenti finanzjarji li ħa ħafna ħin, negozjati fit-tull ma’ intermedjarji finanzjarji f’diversi livelli (ta’ spiss minħabba negozjati dwar spejjeż u tariffi tal-ġestjoni), proċeduri kumplessi ta’ akkwist pubbliku, inċertezza dwar il-konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, u diffikultajiet fil-ksib ta’ kontribuzzjonijiet mis-settur privat.

94

F’ħafna każijiet, id-diversi korpi involuti esperjenzaw kurva wieqfa tat-tagħlim, u ammont sostanzjali ta’ żmien għadda qabel ma ġew rikonċiljati l-interessi u l-fehmiet ta’ ħafna partijiet interessati sabiex jilħqu ftehim dwar l-istrateġiji ta’ investiment tal-istrument. Bosta minn dawn il-kwistjonijiet ġew identifikati wkoll minn studji oħra77. Matul l-aħħar snin l-awditi tagħna jindikaw ukoll li, kieku kien hemm aktar gwida tal-Kummissjoni, u li kieku din il-gwida ngħatat aktar kmieni, dawn il-problemi setgħu jiġu pprevenuti, mill-inqas parzjalment.

95

Ir-rati baxxi ta’ żborżament f’ħafna Stati Membri u, b’konsegwenza ta’ dan, il-kapaċità limitata ta’ strumenti biex joħolqu rotazzjoni tal-fondi huma riżultat ovvju ta’ dawn id-diffikultajiet. F’xi każijiet, id-dewmien fl-implimentazzjoni dam bosta snin, u għaldaqstant naqqas b’mod sinifikanti l-perjodu ta’ żmien li matulu d-dotazzjoni tal-istrument finanzjarju setgħet imbagħad tiġi żborżata lir-riċevituri finali (ara l-Kaxxa 14).

Kaxxa 14

Studju tal-każ – Dewmien fit-twaqqif tal-fond ta’ parteċipazzjoni JEREMIE fis-Slovakkja

Il-memorandum ta’ qbil bejn il-FEI u l-Gvern Slovakk għall-fond nazzjonali ta’ parteċipazzjoni JEREMIE ġie ffirmat fl-2006, jiġifieri qabel il-bidu tal-perjodu tal-programm 2007-2013. Wara li twettqet l-analiżi tal-ħtiġijiet (“analiżi tad-diskrepanzi”) tas-suq tal-fondi, ġie ffirmat ftehim qafas fl-2008, u l-ftehimiet ta’ finanzjament bejn id-diversi ministeri u l-FEI ġew iffirmati fl-2009.

Imbagħad, għaddiet sena oħra qabel ma ġew iffirmati ż-żewġ ftehimiet finali (ftehim dwar il-fondi ta’ parteċipazzjoni u ftehim dwar il-partijiet interessati), li huma wkoll prekundizzjonijiet legali biex tinbeda l-operazzjoni effettiva tal-fond. Il-kapitalizzazzjoni tal-fond ta’ parteċipazzjoni nnifsu fl-aħħar twettqet fl-2011. Għalhekk, b’mod ġenerali, għaddew ħames snin (2006 sa 2011) sakemm il-fond ta’ parteċipazzjoni JEREMIE kien operazzjonali.

Sejħiet għal espressjoni ta’ interess għar-reklutaġġ ta’ intermedjarji finanzjarji tniedu fl-2011, fl-2012 u fl-2013. Imbagħad, għaddew sentejn sa tliet snin oħra sakemm il-ftehimiet mal-intermedjarji finanzjarji ġew konklużi biss fl-2013 (għall-istrument ta’ garanzija) u fl-2014 (għall-istrument ta’ self u dak azzjonarju). Kien biss wara dan li beda l-fluss ta’ appoġġ finanzjarju lir-riċevituri finali.

Ir-rata ta’ żborżament fi tmiem l-2014 kienet ta’ 12 % fil-livell tal-fondi ta’ parteċipazzjoni, u saħansitra aktar baxxa fir-rigward tal-iżborżamenti lir-riċevituri finali mis-subfondi.

L-effett rotanti tal-istrumenti finanzjarji taħt il-FEŻR u l-FSE kien limitat matul l-implimentazzjoni u kien inċert wara l-għeluq tal-programmi għall-2007-2013

Inqas minn terz tal-istrumenti finanzjarji, kollha kemm huma, taħt il-FEŻR u l-FSE kienu użaw il-fondi tagħhom aktar minn darba sa tmiem l-2014
96

B’mod ġenerali, l-analiżi tagħna wriet li hemm 316-il strument taħt il-FEŻR u l-FSE (fil-maġġoranza l-kbira fondi speċifiċi) fi 19-il Stat Membru, li kien irnexxielhom jiżborżaw id-dotazzjoni sħiħa tagħhom lir-riċevituri finali sal-31 ta’ Diċembru 2014. Madankollu, anke għal dawn l-istrumenti, l-effett rotanti wasal tard ħafna fil-perjodu tal-programm. B’riżultat ta’ dan, huwa biss sehem limitat tad-dotazzjoni inizjali li se jintuża aktar minn darba sa tmiem il-perjodu estiż ta’ eliġibbiltà (jiġifieri Marzu 2017). Barra minn hekk, fl-ebda wieħed mill-25 Stat Membru li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji, ir-rata aggregata ta’ żborżament ma laħqet il-100 % (ara t-Tabella 4).

Restrizzjonijiet ta’ żmien ikkawżaw problemi partikolari għal strumenti azzjonarji
97

L-analiżi tagħna turi wkoll li strumenti azzjonarji esperjenzaw problemi partikolari biex jiksbu effett rotanti. Fl-Ewropa, il-perjodu medju ta’ parteċipazzjoni għal strumenti azzjonarji (eż. iż-żmien bejn l-akkwiżizzjoni u l-bejgħ ta’ ishma) kien ta’ madwar sitt snin fl-201478. Madankollu, il-biċċa l-kbira mill-istrumenti azzjonarji taħt il-FEŻR u l-FSE kienu operazzjonali għal mhux aktar minn tmien snin (2009 sa 2017). Anke jekk, pereżempju, l-operazzjonijiet bdew fil-bidu tal-2009 u ċ-ċessjoni twettqet fi tmiem l-2014, kien ikun jifdal biss inqas minn tliet snin qabel l-għeluq tal-PO biex issir serje ġdida ta’ investimenti fil-kapital. Għalhekk, wara li jittieħdu inkunsiderazzjoni s-snin meħtieġa biex jitwaqqaf l-istrument, mhuwiex probabbli li kontribuzzjonijiet mill-programmi operazzjonali għal strumenti azzjonarji jerġgħu jintużaw fi ħdan perjodu tal-programm.

98

B’kuntrast ma’ dan, strumenti azzjonarji mmaniġġjati ċentralment għandhom durati ħafna itwal, u dan jirrifletti aħjar in-natura tal-istrumenti azzjonarji79 (eż. il-Fond Marguerite għandu terminu ta’ 20 sena bil-possibbiltà li jiġi estiż għal sentejn).

Il-livell għoli ta’ diskrezzjoni fl-utilizzazzjoni mill-ġdid ta’ fondi għal strumenti finanzjarji taħt il-FEŻR u l-FSE jista’ jikkawża l-għajbien tal-effett rotanti ladarba l-programmi operazzjonali jingħalqu
99

Il-qafas legali għall-perjodu 2007-2013, għall-istrumenti finanzjarji taħt ġestjoni kondiviża, jistipula li l-Istat Membru jista’ jżomm kwalunkwe riżorsa li tkun intużat mill-inqas darba sakemm seħħ l-għeluq, iżda jeħtieġ li din tintuża mill-ġdid għall-benefiċċju tal-grupp fil-mira80. In-noti ta’ gwida tal-Kummissjoni dwar l-istrumenti finanzjarji81 u dwar l-għeluq għall-programmi operazzjonali għall-perjodu 2007-201382 jissuġġerixxu li r-riżorsi mill-istrumenti taħt il-FEŻR u l-FSE għandhom jiġu investiti mill-ġdid b’mod indefinit.

100

Madankollu, aħna nqisu li r-Regolament Ġenerali għall-perjodu 2007-2013 fir-rigward ta’ riinvestimenti indefiniti ma jistax jiġi interpretat b’dan il-mod83. Pereżempju, id-dispożizzjonijiet jippermettu wkoll li l-kapital tal-istrument jitnaqqas u li r-riżorsi tal-istrumenti finanzjarji jintużaw fil-forma ta’ għotjiet. Barra minn hekk, f’termini legali, kwalunkwe attività wara l-għeluq tal-programmi li ma tikkonċernax il-baġit tal-UE hija r-responsabbiltà esklussiva tal-Istat Membru u mhijiex suġġetta aktar għal superviżjoni mill-Kummissjoni, dment li mhux ipprovdut b’mod ieħor fil-bażi legali.

Dawn il-kwistjonijiet ġew indirizzati fil-perjodu tal-programm 2014-2020?
101

Għall-perjodu tal-programm 2014-2020, għadd ta’ kwistjonijiet li jirrigwardaw l-utilizzazzjoni mill-ġdid ta’ fondi għal strumenti taħt l-FSIE wara tmiem il-perjodu ta’ eliġibbiltà fl-2023 ġew ikkjarifikati fl-Artikoli 44 u 45 tal-RDK.

102

Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni li tirregola l-perjodu tal-programm 2014-2020 tirrikonoxxi b’mod espliċitu n-natura rotanti intenzjonata tal-istrumenti finanzjarji wara l-perjodu ta’ eliġibbiltà billi tinkludi dispożizzjonijiet għall-użu mill-ġdid ta’ riżorsi mħallsa lura matul perjodu ta’ mill-inqas tmien snin wara t-tmiem tal-perjodu ta’ eliġibbiltà84. Permezz ta’ din id-dispożizzjoni, l-RDK jissettja perjodu minimu għall-assenjar tal-fondi li ġew allokati għall-istrumenti finanzjarji, iżda ma jipprovdix aktar dettalji dwar kif dan jenħtieġ li jsir. Fil-fehma tagħna, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkjarifika dan l-aspett.

103

Fattur kritiku biex jiġu evitati l-iżbalji tal-passat huwa l-istandardizzazzjoni: huwa mistenni li l-għażla li l-awtoritajiet maniġerjali jfasslu strumenti finanzjarji skont termini u kundizzjonijiet standard li ġew stabbiliti mill-Kummissjoni tissimplifika u tiffaċilita b’mod sinifikanti l-proċess ta’ twaqqif.

104

Il-bażi legali għall-perjodu tal-programm 2014-2020 tippermetti wkoll li l-istrumenti finanzjarji jkomplu jintużaw matul il-perjodu segwenti tal-programm, aktar milli tirrikjedi li dawn jiġu stralċati u sostitwiti b’oħrajn ġodda85. Dan jista’ jiffranka kemm ħin kif ukoll flus, peress li l-istrumenti finanzjarji huma lesti u operazzjonali fil-bidu tal-perjodu tal-programm u d-dotazzjoni tal-istrument tista’ tiżdied skont il-valutazzjoni ex ante tal-ħtiġijiet. Madankollu, f’każijiet fejn il-maniġer ta’ fondi jkun intgħażel permezz ta’ proċedura kompetittiva miftuħa, l-iffrankar tal-ħin jista’ jkun limitat, peress li proċedura miftuħa ġdida tkun meħtieġa fi kwalunkwe każ biex jintgħażel il-maniġer il-ġdid ta’ fondi. Abbażi tar-risposti għall-istħarriġ tagħna (ara l-Kaxxa 15), gwida addizzjonali tal-Kummissjoni, dwar kif għandhom jiġu ttrasferiti strumenti għall-perjodu 2014-2020, tkun tintlaqa’ tajjeb ħafna mill-maniġers ta’ fondi.

Kaxxa 15

Risposti għall-istħarriġ: kwistjonijiet li għalihom tinħtieġ gwida addizzjonali tal-Kummissjoni (perjodu tal-programm 2014-2020)

KwistjoniRata tar-risposti1
Trasferiment ta’ strumenti li twaqqfu fil-perjodu preċedenti tal-programm għal dak ġdid (2014-2020)27 %
Politika ta’ ċessjoni u dispożizzjoni ta’ stralċ21 %
Regoli li għandhom jiġu applikati fir-rigward tal-għażla tal-maniġers ta’ fondi18 %
Użu mill-ġdid ta’ fondi li ntraddu lura lill-istrument finanzjarju wara tmiem il-perjodu ta’ eliġibbiltà17 %
Twaqqif ta’ strumenti fil-livell tal-UE9 %
Oħrajn8 %
1 Stħarriġ mibgħut lill-maniġers/awtoritajiet maniġerjali tal-akbar 50 strument taħt il-FEŻR, ir-rata tar-risposti kienet ta’ 80 %.
Sors: Il-QEA.
105

Fl-aħħar nett, matul il-perjodu tal-programm 2007-2013, il-Kummissjoni bdiet torganizza firxa ta’ preżentazzjonijiet u sessjonijiet ta’ ħidma biex ixxerred “prattiki tajba” u biex tħarreġ l-uffiċjali tal-Istati Membri. F’Jannar 2015, sena wara l-bidu tal-perjodu tal-programm 2014-2020, il-Kummissjoni niedet ukoll pjattaforma ta’ konsulenza teknika (“www.fi-compass.eu”) biex ixxerred il-kompetenzi dwar ir-rekwiżiti legali tal-UE li jikkonċernaw l-istrumenti finanzjarji.

L-istrumenti finanzjarji wrew li kienu metodu kosteffiċjenti għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE?

106

Strumenti finanzjarji, għall-kuntrarju tal-għotjiet tradizzjonali, jiġu mmaniġġjati minn maniġers ta’ fondi (aktar milli minn amministraturi pubbliċi). Ġeneralment, dawn ikunu intermedjarji finanzjarji, bħal banek privati jew banek li huma l-proprjetà tal-Istat. Il-ġestjoni ta’ strumenti finanzjarji mhumiex b’xejn, u l-maniġers ta’ fondi huma intitolati li jiġu rimunerati għas-servizzi li huma jkunu taw. Ġeneralment, il-livell ta’ spejjeż (rimborżati abbażi ta’ evidenza tan-nefqa) u ta’ tariffi (prezz jew kumpens miftiehem għal servizzi mogħtija) tal-ġestjoni għall-maniġer ta’ fondi jiġu stipulati fil-ftehim ta’ finanzjament għal kull wieħed mill-istrumenti finanzjarji. Jenħtieġ li r-rimunerazzjoni tkopri l-ispejjeż tal-amministrazzjoni tal-istrument finanzjarju (inklużi spejjeż għal relazzjonijiet mal-investituri, spejjeż legali u spejjeż għall-awdituri) u, fil-każ ta’ maniġers ta’ fondi fis-settur privat, tippermetti marġni ta’ profitt. Jenħtieġ li huma jvarjaw bejn prodotti finanzjarji (jiġifieri garanziji, self jew kapital) differenti u jenħtieġ li l-livell tagħhom ikun relatat ma’ kriterji oġġettivi (eż. għadd kbir ta’ selfiet żgħar normalment jinvolvu spejjeż amministrattivi ogħla minn dawk ta’ għadd żgħir ta’ selfiet kbar).

107

Abbażi tad-data l-aktar reċenti rrappurtata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni, aħna analizzajna l-livell tal-ispejjeż u t-tariffi effettivi tal-ġestjoni kemm għal strumenti taħt ġestjoni kondiviża kif ukoll dawk immaniġġjati ċentralment matul il-perjodu tal-programm 2007-2013, u eżaminajna jekk kinux marbuta biżżejjed mal-prestazzjoni tal-maniġer ta’ fondi. Barra minn hekk, fir-rigward tal-perjodu tal-programm 2014-2020, aħna vvalutajna jekk is-sehem akbar ta’ finanzjament li ġie allokat għall-istrumenti finanzjarji (u għalhekk ġeneralment mhux immaniġġjati minn amministrazzjonijiet nazzjonali jew reġjonali) ġiex rifless fl-issettjar tal-livell tal-assistenza teknika li titħallas lill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-FSIE.

Hemm livell għoli ta’ spejjeż u tariffi tal-ġestjoni, meta mqabbel mal-livell effettiv ta’ żborżament lir-riċevituri finali

L-ispejjeż kumulattivi tal-ġestjoni jaqbżu l-iżborżamenti effettivi lir-riċevituri finali għal madwar 2 % tal-istrumenti
108

Għal xi strumenti, l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni saħansitra qabżu l-ammonti effettivi żborżati lir-riċevituri finali. L-analiżi tagħna tal-1 025 strument finanzjarju taħt il-FEŻR u l-FSE identifikat 23 każ bħal dan (2.2 %) fi 8 Stati Membri (il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Polonja, ir-Renju Unit). Meħudin flimkien, dawn l-istrumenti ddebitaw EUR 28 miljun fi spejjeż u tariffi tal-ġestjoni sabiex jiżborżaw EUR 4 miljun lir-riċevituri finali. Fl-istess ħin, hemm strumenti simili fejn assolutament l-ebda spiża jew tariffa tal-ġestjoni ma titħallas lill-intermedjarji finanzjarji (ara l-Kaxxa 16).

Kaxxa 16

Studju tal-każ – maniġers ta’ fondi li jimplimentaw strumenti finanzjarji mingħajr ħlas – il-”Fond ta’ Intraprenditorija” fil-Greċja u l-fond ta’ parteċipazzjoni JEREMIE fl-Ungerija

(a) Fond ta’ Intraprenditorija fil-Greċja

Il-Fond ta’ Intraprenditorija fil-Greċja ma jħallasx spejjeż u tariffi tal-ġestjoni lill-banek li jaġixxu bħala intermedjarji finanzjarji. Minflok, il-fond u l-banek jikkofinanzjaw is-self ipprovdut lir-riċevituri finali. Huma jikkondividu wkoll ir-riskju ta’ inadempjenza tas-self. Il-motivazzjoni primarja tal-banek biex jieħdu sehem fl-istrument hija l-kondiviżjoni tar-riskji. Għalhekk, huma jipparteċipaw fl-istrument mingħajr ma jiddebitaw l-ebda spiża jew tariffa tal-ġestjoni.

(b) JEREMIE fl-Ungerija

JEREMIE fl-Ungerija, lanqas, ma jħallasx xi spiża jew tariffa tal-ġestjoni lill-intermedjarji finanzjarji għal strumenti ta’ self. Minflok, self lill-intermedjarji finanzjarji jiġi pprovdut b’rata baxxa ħafna tal-imgħax meta mqabbla ma’ dik tas-suq. Ir-rata baxxa ħafna tal-imgħax ma tirrappreżentax rimunerazzjoni tal-maniġer ta’ fondi, peress li hija tiġi kontrobilanċjata mir-riskju ogħla li l-intermedjarji finanzjarji jassumu meta mqabbla mal-fond iffinanzjat mill-UE. F’każ li s-self jiġi inadempjenti, l-intermedjarji finanzjarji ġeneralment jassumu l-ogħla parti tat-telf.

L-ispejjeż u t-tariffi kumulattivi tal-ġestjoni jilħqu sa 75 % tal-appoġġ finanzjarju żborżat lir-riċevituri finanzjarji
109

Barra minn hekk, aħna wettaqna l-analiżi proprja tagħna tad-data tal-Kummissjoni fejn poġġejna l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni fir-rigward tal-ammonti effettivament imħallsa lir-riċevituri finali. Ir-riżultati tagħna, fil-livell tal-Istati Membri, huma ppreżentati fit-Tabella 6.

110

Għal 274 mill-1 025 strument taħt il-FEŻR u l-FSE, f’10 mill-25 Stat Membru (l-Iżvezja, l-Awstrija, il-Latvja, Malta, il-Finlandja, il-Litwanja, ir-Rumanija, il-Greċja, l-Ungerija, Ċipru) aħna sibna li d-data dwar l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni, li ġiet irrappurtata lill-Kummissjoni kienet komprensiva għall-istrumenti finanzjarji kollha. Għal 6 Stati Membri oħra (il-Polonja, il-Portugall, il-Ġermanja, is-Slovakkja, il-Bulgarija u r-Renju Unit) din l-informazzjoni ġiet ipprovduta għal 392 strument finanzjarju li kienu jirrappreżentaw 84 % sa 98 % tad-dotazzjoni totali tal-kapital lill-istrumenti finanzjarji. Għall-Istati Membri l-oħra kollha, informazzjoni plawżibbli dwar l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni ġiet irrappurtata għal strumenti li kienu jirrappreżentaw żewġ terzi jew inqas tad-dotazzjoni totali86. Għal għadd ta’ strumenti finanzjarji, id-data jew ma ġiet irrappurtata xejn jew inkella ma kinitx plawżibbli (bħal spejjeż u tariffi tal-ġestjoni rrappurtati li kienu 10 darbiet ogħla mill-ammont effettiv żborżat). Barra minn hekk, meta l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni ġew irrappurtati bħala “żero” jista’ jkun li dan kien fil-fatt il-każ, jew li d-data ma ġietx irrappurtata. Din id-data ġiet eliminata mill-analiżi ulterjuri tagħna.

Tabella 6

Analiżi tal-ispejjeż u t-tariffi kumulattivi tal-ġestjoni, għal kull Stat Membru, għal strumenti finanzjarji taħt il-FEŻR u l-FSE fil-31 ta’ Diċembru 2014

Stat MembruTotal tal-ispejjeż tal-ġestjoni rrappurtati
(f’miljun EUR)
Għadd ta’ strumenti
(inklużi subfondi)
Spejjeż u tariffi tal-ġestjoni
% tal-ammont imħallas lill-istrument% tal-ammont imħallas lir-riċevituri finali
KumulattiviMedja kull senaKumulattiviMedja kull sena
Is-Slovakkja979 %2 %75 %16 %
Ir-Repubblika Ċeka459 %3 %47 %16 %
Franza141209 %2 %19 %4 %
L-Iżvezja211113 %2 %17 %3 %
Ċipru2510 %2 %16 %3 %
Ir-Renju Unit1247410 %2 %16 %3 %
Spanja43166 %1 %16 %2 %
L-Awstrija226 %1 %12 %3 %
Il-Latvja17158 %2 %12 %2 %
Il-Bulgarija20106 %1 %11 %3 %
L-Italja511284 %1 %11 %2 %
Malta128 %2 %10 %2 %
Il-Polonja1102489 %2 %10 %2 %
Id-Danimarka199 %2 %10 %2 %
Il-Litwanja29367 %1 %9 %2 %
Il-Finlandja416 %1 %9 %1 %
Il-Ġermanja105457 %1 %9 %1 %
In-Netherlands0116 %1 %8 %1 %
Ir-Rumanija845 %1 %6 %1 %
Il-Portugall18564 %1 %5 %1 %
Il-Greċja29322 %0 %4 %1 %
Is-Slovenja333 %1 %4 %1 %
Il-Belġju094 %1 %4 %1 %
L-Ungerija171702 %0 %2 %0 %
L-Estonja060 %0 %0 %0 %
Total6311 025
Sors: Il-QEA, ibbażat fuq id-data tal-Kummissjoni għall-2015.

L-ebda rimborż, mill-baġit tal-UE, tal-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni ‘l fuq mil-limiti massimi regolatorji fl-għeluq

Fil-prinċipju, l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni kienu limitati għal massimu ta’ 4 % kull sena, tad-dotazzjoni totali tal-istrument finanzjarju
111

Fil-bażi legali għall-perjodu tal-programm 2007-2013, id-dispożizzjonijiet dwar ir-rimunerazzjoni ta’ maniġer ta’ fondi kienu konċiżi fir-regolament prinċipali87, iżda l-limiti massimi għall-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni kienu diġà speċifikati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni88 tal-Kummissjoni. B’mod partikolari, ġew issettjati l-limiti massimi annwali li ġejjin:

  • 2 % kull sena tal-kapital ikkontribwit mill-PO għall-fondi holding (fondi ta’ parteċipazzjoni) gћall-fondi ta’ garanzija;
  • 4 % kull sena tal-kapital ikkontribwit mill-PO jew mill-fond holding gћall-istrumenti ta’ mikrokreditu diretti lejn il-mikrointrapriżi; u
  • 3 % tal-kapital ikkontribwit mill-PO jew mill-fond holding gћall-każijiet l-oћra kollha.

Il-Kummissjoni stabbiliet dawn il-limiti massimi fil-proposta leġiżlattiva tagħha, filwaqt li ħadet kont tal-esperjenza tal-perjodu tal-programm 2000-2006. Imbagħad, kien hemm limitu massimu kumplessiv għall-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni ta’ 5 % għal fondi ta’ kapital u ta’ 2 % għal fondi ta’ garanzija89.

112

Fil-ġestjoni kondiviża, meta jkunu qed jiddeterminaw ir-rimunerazzjoni tal-maniġer ta’ fondi, l-awtoritajiet maniġerjali jridu jikkonformaw kemm mal-qafas legali tal-Fondi Strutturali kif ukoll ma’ dak tal-għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, jeħtieġ li l-awtoritajiet maniġerjali jieħdu ħsieb li d-dispożizzjonijiet dwar ir-rimunerazzjoni jkunu f’konformità mal-istrateġija ta’ investiment tal-istrument biex jiżguraw li l-maniġer ta’ fondi jkollu inċentiv finanzjarju biex jaġixxi skont l-objettivi ddikjarati tal-PO. Għalhekk, in-negozjar tal-ftehim ta’ finanzjament mhuwiex kompitu trivjali u, matul l-intervisti tagħna, ħafna awtoritajiet maniġerjali ddikjaraw li huma ma kellhomx il-kompetenzi meħtieġa biex jagħmlu dan fil-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013.

113

Taħt ċerti kundizzjonijiet, jistgħu jinqabżu l-limiti massimi regolatorji għall-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni jistgħu jinqabżu (eż. jekk l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni jkunu konformi mat-termini tas-suq u ma jkunux jaqbżu dawk li huma pagabbli mill-investituri privati jew jekk il-maniġer ta’ fondi jintgħażel permezz ta’ proċedura ta’ akkwist pubbliku). Abbażi tar-rappurtar mill-Istati Membri lill-Kummissjoni, ma teżistix informazzjoni dwar kemm inqabżu ta’ spiss il-limiti massimi.

114

L-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni tħallsu mid-dotazzjoni tal-kapital tal-istrument finanzjarju; huma ma jiġux iddebitati lir-riċevitur finanzjarju. Dawn l-ispejjeż jitqiesu eliġibbli sa meta jsir l-istralċ tal-fond li fil-biċċa l-kbira mill-każijiet ikun l-għeluq tal-programm90. L-eliġibbiltà tal-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni kklejmjati għall-fondi taħt il-FEŻR u l-FSE li twaqqfu matul il-perjodu tal-programm 2007-2013 tiġi biss iċċekkjata mill-Kummissjoni waqt l-analiżi tad-dokumenti ta’ għeluq fl-2017 u fl-2018.

L-ispejjeż kumulattivi tal-ġestjoni x’aktarx li jaqbżu l-limiti massimi regolatorji f’xi każijiet fl-għeluq
115

L-ispejjeż jew it-tariffi tal-ġestjoni li ġġarrbu u tħallsu sal-31 ta’ Marzu 2017 jistgħu jiġu ddikjarati bħala spiża eliġibbli tal-programmi operazzjonali taħt il-FEŻR u l-FSE, li taħthom ikun twaqqaf l-istrument finanzjarju91. Ir-Regolament jispeċifika li l-limiti massimi għall-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni huma relatati mal-”kapital ikkontribwit mill-programm operattiv (operazzjonali)”. Skont il-Kummissjoni, il-limiti massimi msemmija fl-Artikolu 43 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni huma applikabbli għall-kontribuzzjoni kapitali totali għall-istrument finanzjarju, aktar milli għall-kontribuzzjoni effettiva użata biex jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju lir-riċevituri finali. Il-gwida eżistenti għall-perjodu tal-programm 2007-2013 dwar l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni tikkonferma din il-fehma92.

116

Fil-fehma tagħna, il-Kummissjoni kien imissha interpretat id-dispożizzjonijiet dwar il-limiti massimi għall-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni stipulati fir-Regolament bħala li japplikaw għad-dotazzjoni effettiva tal-kapital li kienet intużat, li ġiet ikkontribwita mill-PO għall-istrument finanzjarju, jiġifieri d-dotazzjoni effettiva li ntużat biex tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-riċevituri finali. Il-maniġers ta’ fondi ma jmisshomx jiġu rimunerati talli ma jkunux għamlu użu mid-dotazzjoni tal-kapital tal-istrumenti.

Matul il-perjodu tal-programm 2007-2013, ir-rimunerazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni ma kinitx rekwiżit legali
117

Matul il-perjodu tal-programm 2007-2013, il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-istrumenti finanzjarji u l-prestazzjoni effettiva tal-maniġer ta’ fondi ssemmew biss fin-noti ta’ gwida tal-Kummissjoni, iżda ma ssemmew fl-ebda bażi regolatorja, bħala fattur biex jiġu ddeterminati l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni93.

118

Abbażi tal-awditi tagħna tal-prestazzjoni u tal-konformità, tal-istrumenti finanzjarji, aħna sibna li l-iskemi ta’ rimunerazzjoni marbutin mal-prestazzjoni kienu l-eċċezzjoni aktar milli r-regola: minn disa’ strumenti li ġew eżaminati fil-prejodu mill-2013 sal-2015, wieħed biss kellu rimunerazzjoni stabbilita, li kienet ibbażata fuq il-prestazzjoni, tal-maniġer ta’ fondi.

119

Fejn ir-rimunerazzjoni tal-maniġers ta’ fond mhijiex ibbażata fuq il-prestazzjoni, ftit li xejn hemm inċentiv biex il-maniġers ta’ fondi fil-fatt jittrasferixxu l-fondi lir-riċevituri finali. Dan seta’ affettwa b’mod avvers il-prestazzjoni tal-istrumenti finanzjarji matul il-perjodu tal-programm 2007-2013. Barra minn hekk, l-immaniġġjar tal-istrumenti taħt il-FEŻR u l-FSE mbagħad isir ukoll pjuttost attraenti għal maniġers ta’ fondi li mhumiex esperjenzati (ara wkoll il-paragrafu 86).

120

Fl-2012, il-Kummissjoni rrakkomandat lill-awtoritajiet maniġerjali li r-rimunerazzjoni tal-maniġer ta’ fondi tkun marbuta mal-kwalità tal-investimenti fil-fatt imwettqa, kif imkejla mill-kontribut tagħhom għall-ilħuq tal-objettivi strateġiċi tal-programmi operazzjonali u għall-valur tar-riżorsi li jkunu ntraddu lura għall-operazzjoni mingħand investimenti li jkunu twettqu mill-istrument94. Madankollu, din ir-rakkomandazzjoni saret f’nota ta’ gwida tal-COCOF u mhijiex legalment vinkolanti.

Il-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni ma tiħux kont dovut tad-differenzi fit-tipi ta’ strumenti u l-livell effettiv ta’ appoġġ ipprovdut lir-riċevituri finali

L-istima mill-Kummissjoni ta’ EUR 631 miljun fi spejjeż kumulattivi tal-ġestjoni mill-2007 ‘l hawn x’aktarx hija ddikjarata b’mod insuffiċjenti
121

F’Diċembru 2015, abbażi tad-data rrappurtata mill-Istati Membri għas-sena 2014, il-Kummissjoni stmat li l-ispejjeż u t-tariffi kumulattivi tal-ġestjoni kienu jammontaw għal mill-inqas EUR 631 miljun għal strumenti taħt il-FEŻR u l-FSE sa mill-bidu tal-perjodu tal-programm ‘il hawn95.

122

Skont il-Kummissjoni, dan jirrappreżenta 4.7 % tal-kontribuzzjonijiet mill-programmi operazzjonali, imħallsa għall-istrumenti rilevanti fil-perjodu tal-programm 2007-2013.

123

Jekk l-ammonti mħallsa bejn il-fondi ta’ parteċipazzjoni u l-fondi speċifiċi hawn taħt ma jiġux inklużi fil-kalkolu, peress li diġà ġew inklużi bħala kontribuzzjonijiet mill-programmi operazzjonali għal fondi ta’ parteċipazzjoni, din ir-rata kumplessiva ta’ spejjeż u tariffi tal-ġestjoni tiżdied għal 6.2 %. Barra minn hekk, il-maniġers ta’ fondi jistgħu wkoll jimponu tariffi li għandhom jitħallsu mir-riċevituri finali, iżda jista’ jkun li ma jkunux jirrappurtaw dawn it-tariffi lill-Kummissjoni. Għalhekk, peress li l-kalkolu tal-Kummissjoni huwa bbażat biss fuq data parzjali, iċ-ċifri effettivi (kemm għall-ammonti assoluti kif ukoll għas-sehem tal-kontribuzzjonijiet mill-programmi operazzjonali) x’aktarx li jkunu ogħla.

L-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni huma sinifikattivament ‘il fuq mil-livelli rrappurtati mill-Kummissjoni jekk jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-appoġġ finanzjarju pprovdut lir-riċevituri finali
124

B’mod ġenerali, abbażi tas-764 strument taħt il-FEŻR u l-FSE fit-Tabella 6, aħna sibna li l-ispejjeż u t-tariffi kumulattivi tal-ġestjoni jirrappreżentaw sa 75 % tal-appoġġ finanzjarju pprovdut lir-riċevituri finali, filwaqt li jagħtu medja annwali li tkun sa 16 %.

125

Għal dawk l-10 Stati Membri li rrappurtaw data robusta, għall-274 fond kollha tagħhom, taħt il-FEŻR u l-FSE, aħna sibna li l-ispejjeż u t-tariffi kumulattivi tal-ġestjoni huma ta’ bejn 2 % u 17 % tal-appoġġ finanzjarju pprovdut lir-riċevituri finali. Dan jagħti medja annwali ta’ bejn 1 % u 3 %.

Differenzi sinifikanti fl-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni bejn it-tipi differenti ta’ strumenti finanzjarji
126

Il-livell ta’ spejjeż u tariffi tal-ġestjoni huwa wkoll relatat mat-tip ta’ strument. Filwaqt li ħadna inkunsiderazzjoni d-data plawżibbli rrappurtata mill-Kummissjoni, aħna sibna l-valuri medji ppreżentati fit-Tabella 7. Bħala medja, l-istrumenti ta’ garanzija għandhom il-perċentwal l-aktar baxx ta’ spejjeż u tariffi tal-ġestjoni, filwaqt li l-istrumenti azzjonarji għandhom l-ogħla perċentwal.

Tabella 7

Spejjeż u tariffi kumulattivi medji tal-ġestjoni skont it-tip ta’ strument finanzjarju bħala perċentwal tad-dotazzjoni tal-fondi

Tip ta’ strument finanzjarjuPerċentwal kumulattiv medju ta’ spejjeż u tariffi tal-ġestjoni fil-31 ta’ Diċembru 2014
Self4.2 %
Garanzija2.7 %
Kapital11.0 %
Sors: Il-QEA, ibbażat fuq data tal-Kummissjoni għall-20151.
1 Il-Kummissjoni Ewropea, “Summary of data on the progress made in financing and implementing financial engineering instruments reported by the managing authorities in accordance with Article 67(2)(j) of Council Regulation (EC) No 1083/2006, Programme period 2007-2013, Situation as at 31 December 2014” (Sommarju tad-data dwar il-progress li sar fil-finanzjament u l-implimentazzjoni tal-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja rrappurtat mill-awtoritajiet maniġerjali skont l-Artikolu 67(2)(j) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, Il-perjodu tal-programm 2007-2013, Is-sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2014).
127

Barra minn hekk, bħala regola ġenerali, l-istrumenti finanzjarji li ġew implimentati permezz ta’ fond ta’ parteċipazzjoni huma aktar għaljin biex jiġu implimentati, peress li l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni huma pagabbli fiż-żewġ livelli (jiġifieri fond ta’ parteċipazzjoni u fond speċifiku). Aħna ninnutaw ukoll li l-limiti massimi għall-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni matul il-perjodu tal-programm 2007-2013 ma jiddependux mill-iskala tal-investimenti ta’ strumenti finanzjarji għaliex huma jitħallsu bħala perċentwal tal-kontribuzzjoni mill-programmi operazzjonali (ara l-paragrafu 108).

Abbażi tal-appoġġ finanzjarju pprovdut, l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni għal strumenti taħt il-FEŻR u l-FSE huma sinifikattivament ogħla minn dawk għal strumenti finanzjarji, immaniġġjati ċentralment, jew fondi ta’ investiment fis-settur privat
128

L-analiżi tagħna wriet ukoll li l-ispejjeż u t-tariffi medji tal-ġestjoni għal strumenti finanzjarji, immaniġġjati ċentralment, jew fondi ta’ investiment fis-settur privat kienu sinifikattivament aktar baxxi minn dawk għal strumenti taħt il-FEŻR u l-FSE, meta mqabbla mal-appoġġ finanzjarju pprovdut lir-riċevituri finali sa tmiem l-2014:

  • l-ispiża operatorja kumulattiva li ġiet iddebitata mill-EEEF, minn mindu dan beda jopera fl-2011, hija ta’ bejn wieħed u ieħor 5 % tal-ammonti totali investiti. Dan jirriżulta fi spiża annwali ta’ 1.2 %.
  • għall-EPMF (selfiet u strumenti ta’ garanzija kkombinati), il-Kummissjoni tistma li l-ispiża annwali medja pagabbli mill-baġit tal-UE hija massimu ta’ minn 0.5 % sa 0.7 % tal-allokazzjoni (dotazzjoni tal-kapital)96. Dan jikkorrispondi għal spiża annwali ta’ 0.2 % tal-ammont ta’ garanziji pprovduti mill-EPMF lir-riċevituri finali.
129

L-analiżi tagħna wriet ukoll li anke l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni tal-BEI u l-FEI, għal strumenti taħt il-FEŻR kienu ġeneralment ogħla minn dawk iddebitati minnhom meta huma jaġixxu bħala maniġers ta’ fondi għal strumenti f’”ġestjoni kondiviża”.

130

L-eżami tagħna ta’ żewġ studji dwar ir-rimunerazzjoni tal-maniġers ta’ fondi f’fondi ta’ investiment fis-settur privat, li ġie ppubblikat fl-2015, wera li t-tariffa annwali medja tal-ġestjoni għat-tipi kollha ta’ fondi (bl-esklużjoni ta’ fondi ta’ parteċipazzjoni) kienet ta’ bejn 0.6 % u 1 %97. Iż-żewġ studji indikaw ukoll li t-tariffi tal-ġestjoni tnaqqsu fis-snin reċenti. Studju ieħor li ġie ppubblikat fl-2013 jiddeskrivi li t-tariffi annwali tal-ġestjoni għal fondi ta’ kapital azzjonarju ta’ riskju jvarjaw bejn 2.0 % u 2.5 %98.

131

L-analiżi tagħna turi wkoll differenzi sinifikanti fl-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni ddebitati bejn l-istrumenti individwali taħt il-FEŻR u l-FSE. Abbażi ta’ informazzjoni disponibbli dwar l-ispejjeż effettivi ta’ implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji individwali taħt il-FEŻR u l-FSE, il-Kummissjoni mhijiex f’pożizzjoni li tivvaluta jekk dawn id-differenzi fl-ispejjeż humiex iġġustifikati. Preċedentement aħna għamilna osservazzjoniiet simili f’rapport speċjali ieħor99.

Limitazzjonijiet fir-rappurtar, mill-Istati Membri, ta’ spejjeż u tariffi tal-ġestjoni

Madwar 60 % biss tal-istrumenti kollha taħt il-FEŻR u l-FSE jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-ispejjeż u t-tariffi tagħhom tal-ġestjoni
132

Fl-2011, il-Kummissjoni introduċiet obbligu ta’ rappurtar annwali għall-Istati Membri dwar strumenti taħt ġestjoni kondiviża100. L-awtoritajiet maniġerjali kellhom jirrappurtaw din l-informazzjoni għall-ewwel darba fir-rapporti tagħhom għas-sena 2011. Id-data mitluba mill-Kummissjoni kienet tinkludi, fost oħrajn, informazzjoni relatata mal-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni, li kienet fakultattiva għall-awtoritajiet maniġerjali taħt il-FEŻR u l-FSE. Għas-sena 2014, data dwar l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni ġiet ippreżentata biss għal strumenti li jirrappreżentaw 63 % tal-ammont totali tal-pagamenti mill-programmi operazzjonali taħt il-FEŻR u l-FSE lill-istrumenti finanzjarji (imqabbla ma’ 50 % fl-2013)101.

133

Barra minn hekk, aħna ninnutaw li l-ammonti mħallsa biss għandhom jiġu rrappurtati bħala spejjeż u tariffi tal-ġestjoni. Madankollu, hemm ukoll każijiet ta’ spejjeż u tariffi dovuti iżda li għadhom ma tħallsux. Dawn huma “de facto” esklużi mir-rappurtar, u dan jaffettwa l-kompletezza tiegħu u jikkontribwixxi għal dikjarazzjoni insuffiċjenti tal-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni rrappurtati lill-Kummissjoni.

Dawn il-kwistjonijiet ġew indirizzati fil-perjodu tal-programm 2014-2020?

Fir-rigward tal-problemi bl-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni, ittieħdu għadd ta’ miżuri għall-perjodu tal-programm 2014-2020.

Id-dati ta’ skadenza għar-rappurtar tqassru għall-Istati Membri u ġew estiżi għall-Kummissjoni
134

Fil-perjodu tal-programm 2014-2020, l-Istati Membri huma meħtieġa jippreżentaw lill-Kummissjoni r-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji bħala parti mir-rapport annwali ta’ implimentazzjoni tagħhom. Dan jimplika li r-rappurtar isir xahar qabel (sal-31 ta’ Mejju, meta mqabbel mat-30 ta’ Ġunju matul il-perjodu preċedenti, meta r-rappurtar ma kienx parti mir-rapport annwali ta’ implimentazzjoni; għall-2017 u l-2019 id-data ta’ skadenza tibqa’ t-30 ta’ Ġunju) 102. Barra minn hekk, il-perjodu biex il-Kumissjoni tirrieżamina d-data rrappurtata mill-Istati Membri kien stabbilit f’ammont ta’ sitt xhur. Dan ifsser li, ħlief għall-2017 u l-2019, inbidlet id-data ta’ skadenza għall-Kummissjoni biex tippreżenta r-rapport ta’ implimentazzjoni kkonsolidat tal-istrumenti finanzjarji, mill-1 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Novembru. Dan jirriżulta f’sitwazzjoni fejn informazzjoni importanti dwar l-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji se ssir disponibbli għall-awtoritajiet ta’ kwittanza saħansitra aktar tard milli huwa l-każ bħalissa.

L-awtoritajiet maniġerjali huma meħtieġa jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni
135

Għall-istrumenti finanzjarji għall-perjodu 2014-2020, l-awtoritajiet maniġerjali huma meħtieġa jippubblikaw data dwar l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni bħala anness tar-rapport annwali ta’ implimentazzjoni103. Dan huwa titjib importanti li se jippermetti lill-Kummissjoni tanalizza u tissorvelja l-ispiża tal-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji b’mod ħafna aħjar fis-snin li ġejjin.

Limiti massimi mnaqqsa għall-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni, u differenzjati skont it-tip ta’ strumenti finanzjarji
136

Fir-rigward tal-limiti massimi għall-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni, aħna nosservaw żewġ differenzi prinċipali mill-perjodu tal-programm 2007-2013. L-ewwel nett, il-limiti massimi għar-rimunerazzjoni tal-maniġer ta’ fondi huma differenzjati skont it-tip ta’ strumenti finanzjarji104 (ara t-Tabella 8).

Tabella 8

Limiti massimi għall-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni ta’ tipi differenti ta’ strumenti finanzjarji taħt ġestjoni kondiviża (perjodu tal-programm 2014-2020)

Limiti massimiRimunerazzjoni ta’ bażi, kull senaRimunerazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni, kull sena
Fond ta’ Parteċipazzjoni7 %3 % l-ewwel 12-il xahar0.5 %
1 % t-12-il xahar li jmiss0.5 %
0.5 % s-snin ta’ wara0.5 %
Self8 %0.5 %1 %
Garanziji10 %0.5 %1.5 %
Kapital20 %2.5 % l-ewwel 24 xahar12.5 %
1 % s-snin ta’ wara22.5 %
Mikrokreditu10 %0.5 %1.5 %
Oħrajn6 %0.5 %0.5 %
1 Dan huwa relatat mal-perjodu ta’ wara l-iffirmar tal-ftehim ta’ finanzjament, ir-rata ogħla tista’ tintuża biss fi ħdan dan il-perjodu iżda effettivament biss għaż-żmien mill-pagament effettiv tal-kontribuzzjonijiet mill-programm għall-fond ta’ parteċipazzjoni.
2 Għall-kapital, ir-rimunerazzjoni ta’ bażi hija marbuta ma’ ammonti impenjati għall-istrument finanzjarju.
Sors: Il-Kummissjoni Ewropea, Guidance for Member States on Article 42(1)(d) CPR– Eligible management costs and fees (Gwida għall-Istati Membri dwar l-Artikolu 42(1)(d) tal-RDK– Spejjeż u tariffi eliġibbli tal-ġestjoni) (EGESIF_15-0021-01), p. 8.
137

It-tieni nett, il-limiti massimi (li issa huma fuq bażi kumulattiva aktar milli fuq bażi annwali) huma sinifikattivament aktar baxxi meta mqabbla ma’ dawk applikabbli fil-perjodu tal-programm 2007-2013. B’mod ġenerali, aħna nqisu li l-limiti massimi mnaqqsa li ġew imposti fuq l-ammont kumulattiv tar-rimunerazzjoni tal-maniġer ta’ fondi huma titjib, iżda l-Kummissjoni ma ġġustifikatx il-mod kif dawn il-limiti massimi ġew iddeterminati. L-analiżi tagħna tad-data effettiva rrappurtata għall-perjodu tal-programm 2007-2013 sa issa, turi perċentwali aktar baxxi fil-prattika (ara l-paragrafu 120).

Elementi tar-rimunerazzjoni tal-maniġer ta’ fondi li jkunu bbażati fuq il-prestazzjoni għandhom biss effett limitat ta’ inċentiv
138

Għall-perjodu 2014-2020, l-RDK jipprovdi wkoll li l-prestazzjoni tal-maniġer ta’ fondi hija mistennija li sservi bħala kriterju biex jiġu ddeterminati l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni. B’mod partikolari, l-ispejjeż u t-tariffi kollha tal-ġestjoni li għandhom jiġu ddikjarati bħala eliġibbli fl-għeluq iridu jkunu bbażati fuq metodoloġija ta’ kalkolu bbażata fuq il-prestazzjoni (ara wkoll it-Tabella 6)105.

139

Aktar dettalji dwar il-kriterji bbażati fuq il-prestazzjoni, biex jiġu ddeterminati l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni u l-limiti massimi applikabbli, huma stipulati f’Att delegat106.

140

Barra minn hekk, skont il-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju107, dan il-komponent tar-rimunerazzjoni bbażat fuq il-prestazzjoni għandu jkun sinifikanti u maħsub biex jippremja l-kisba ta’ miri ta’ politika speċifiċi stabbiliti bil-quddiem, kif ukoll il-prestazzjoni finanzjarja tal-maniġer ta’ fondi. Jenħtieġ li din tal-aħħar titkejjel mhux biss f’termini tal-iżborżament b’suċċess tad-dotazzjoni inizjali jew l-ammont tal-kapital privat li nġabar, iżda wkoll fuq il-bażi tar-redditi effettivi fuq l-investimenti.

141

Madankollu, aħna nosservaw li dawn l-elementi l-ġodda bbażati fuq il-prestazzjoni għandhom rwol sekondarju biex tiġi ddeterminata r-rimunerazzjoni totali tal-maniġer ta’ fondi li għandha tiġi rimborżata mill-baġit tal-UE, għar-raġunijiet li ġejjin:

  • minħabba d-durata normali ta’ fond ta’ parteċipazzjoni jew fond speċifiku, il-limiti massimi speċifikati fl-Att delegat tal-Kummissjoni ġeneralment jintlaħqu faċilment mingħajr ma tiġi riċevuta dik il-parti tar-rimunerazzjoni li tkun relatata mal-prestazzjoni. B’konsegwenza ta’ dan, maniġer ta’ fondi li jkollu livel għoli ta’ prestazzjoni jkun laħaq ir-rimunerazzjoni massima diġà fi stadju aktar bikri minn maniġer li għandu livell aktar baxx ta’ prestazzjoni, u minn dak iż-żmien ‘il quddiem ma jibqax jitħallas għas-servizzi tiegħu;
  • ma hemm l-ebda imposta fuq prestazzjoni insuffiċjenti li tkun tiżgura li l-maniġer ta’ fondi jerfa’ parti minn xi telf finanzjarju li l-istrument finanzjarju jista’ jġarrab. Fil-fatt, abbażi tal-iskema attwali ta’ rimunerazzjoni, anke l-maniġers ta’ fondi li jiksbu redditi negattivi jistgħu jiksbu r-rimunerazzjoni massima;
  • il-qafas regolatorju ma jirrikjedix li l-punti ta’ riferiment tal-prestazzjoni minima (jew ir-rati hurdle) jiġu speċifikati bil-quddiem mill-awtorità maniġerjali, u li jeħtieġ li jinkisbu qabel ma l-maniġer ta’ fondi jkun jista’ jirċievi l-parti tar-rimunerazzjoni li hija relatata mal-prestazzjoni.

Għalhekk, b’mod ġenerali aħna nqisu li l-parti, li hija bbażata fuq il-prestazzjoni, tar-rimunerazzjoni tal-maniġer ta’ fondi li hija kofinanzjata mill-baġit tal-UE, bħalissa tipprovdi biss effett limitat ta’ inċentiv, u jeħtieġ li titqies mill-ġdid.

Jiġġarrbu spejjeż u tariffi tal-ġestjoni minbarra l-ispiża amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-programmi operazzjonali taħt il-FEŻR u l-FSE

142

Il-ġestjoni, il-kontroll, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmi operazzjonali taħt il-FEŻR u l-FSE mhumiex b’xejn: din l-ispiża amministrattiva għall-awtoritajiet nazzjonali tinkludi rimunerazzjoni tal-persunal, spejjeż operazzjonali (bħal spejjeż tal-ivvjaġġar u tat-taħriġ) u spejjeż relatati ma’ attivitajiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni. L-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jużaw assistenza teknika fl-ambitu tal-programmi operazzjonali taħt il-FEŻR u l-FSE biex ikopru dawn l-ispejjeż amministrattivi108.

143

Matul il-perjodu tal-programm 2007-2013, l-assistenza teknika setgħet titla’ sa 4 % tal-finanzjament totali ta’ PO taħt il-FEŻR jew l-FSE109. L-istess livell inżamm għall-perjodu tal-programm 2014-2020. Dan ġie stabbilit fuq bażi ta’ studju li twettaq fl-2010 f’isem il-Kummissjoni, għall-Valutazzjoni tal-impatt tagħha għall-perjodu tal-programm 2014-2020110. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tistma li sa EUR 13.6 biljun jistgħu jintnefqu mill-Istati Membri fuq assistenza teknika matul il-perjodu kollu kemm hu.

144

Madankollu, matul il-perjodu tal-programm 2014-2020, sehem akbar u sinifikanti tal-baġit tal-FEŻR u l-FSE se jiġi implimentat permezz ta’ strumenti finanzjarji (ara l-paragrafu 21). Dan jimplika li, b’mod komparattiv, aktar flus għall-assistenza teknika se jkunu disponibbli għall-attivitajiet ta’ finanzjament ibbażat fuq għotjiet, tal-programmi operazzjonali taħt il-FEŻR u l-FSE, peress li l-parti prinċipali tal-attività amministrattiva għal strumenti finanzjarji titwettaq mill-maniġer ta’ fondi. Għal dawn l-attivitajiet, l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni jiġu ddebitati direttament mill-maniġers ta’ fondi lill-programmi operazzjonali (jew lir-riċevituri finali). Għalhekk, iż-żieda fil-finanzjament permezz ta’ strumenti finanzjarji indirettament iżżid ukoll mal-ispiża amministrattiva totali għall-baġit tal-UE, peress li hija żżid l-ammont tal-appoġġ ta’ assistenza teknika mogħti lill-Istati Membri mill-baġit tal-UE għall-attivitajiet li jkun jifdal ta’ finanzjament ibbażat fuq għotjiet.

145

Aħna ninnutaw ukoll li, għall-perjodu tal-programm 2007-2013, ma hemm l-ebda obbligu biex l-amministrazzjoni nazzjonali tirrapporta fid-dettall dwar kif intnefqet l-assistenza teknika111. F’rapport preċedenti, aħna diġà osservajna li l-Kummissjoni ma għandha disponibbli l-ebda informazzjoni komparattiva dwar l-ispejjeż amministrattivi għal kull Stat Membru, għal kull PO jew għal kull mekkaniżmu ta’ finanzjament (jiġifieri għotjiet jew strumenti finanzjarji)112. Dan jagħmilha diffiċli biex jiġi vvalutat jekk il-livelli ta’ assistenza teknika humiex ġustifikati fid-dawl tal-ispejjeż effettivi li ġġarrbu mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-programmi operazzjonali taħt il-FEŻR u l-FSE.

146

Għalhekk aħna nżommu r-rakkomandazzjoni preċedenti tagħna, li jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq analiżi komparattiva tal-ispejjeż ta’ implimentazzjoni tal-għotjiet u tal-istrumenti finanzjarji (fil-ġestjoni ċentrali u f’dik kondiviża) għall-perjodu tal-programm 2014–2020 bil-ħsieb li tistabbilixxi l-livelli reali tagħhom113. Informazzjoni bħal din tkun partikolarment rilevanti fid-dawl tat-tħejjija tal-proposti leġiżlattivi għall-perjodu ta’ wara l-2020.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

147

B’mod ġenerali, aħna ninnutaw li l-appoġġ finanzjarju pprovdut lir-riċevituri finali permezz ta’ strumenti finanzjarji joffri vantaġġi sinifikanti meta mqabbla ma’ għotjiet, peress li kull euro ta’ finanzjament permezz ta’ strumenti finanzjarji jista’ fil-prinċipju jintuża aktar minn darba. Barra minn hekk, huwa mistenni li, fil-prinċipju, il-fatt li s-self għandu jitħallas lura, il-garanziji għandhom jiġu rilaxxati jew fil-każ ta’ investimenti fil-kapital imroddijin lura, ikollu wkoll impatt fuq l-imġiba tar-riċevituri finali, li jwassal għal użu aħjar ta’ fondi pubbliċi u jnaqqas il-probabbiltà li r-riċevituri finali jsiru dipendenti minn appoġġ pubbliku.

148

Madankollu, l-awditu tagħna identifika għadd ta’ problemi sinifikanti li llimitaw l-effiċjenza tal-istrumenti finanzjarji bħala mekkaniżmu għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE matul il-perjodu tal-programm 2007-2013:

  • għadd sinifikanti ta’ strumenti finanzjarji taħt il-FEŻR u l-FSE kienu kbar iżżejjed u sa tmiem l-2014 komplew jiffaċċjaw problemi sinifikanti fl-iżborżament tad-dotazzjonijiet tal-kapital tagħhom (bħala medja, kien intuża madwar 57 % tad-dotazzjoni kollha tal-kapital li tħallset mill-programmi operazzjonali lill-istrumenti finanzjarji). Fattur li kkontribwixxa għad-dotazzjonijiet inizjali eċċessivi tal-kapital kien l-intenzjoni tal-Istati Membri li jevitaw id-diżimpenji matul il-perjodu tal-programm 2007-2013;
  • b’mod ġenerali, l-strumenti finanzjarji kemm fil-ġestjoni kondiviża kif ukoll f’dik ċentrali ma rnexxilhomx jattiraw kapital privat;
  • sa issa, kien hemm biss għadd limitat ta’ strumenti finanzjarji taħt il-FEŻR u l-FSE li rnexxielhom jipprovdu appoġġ finanzjarju rotanti; u
  • għal strumenti finanzjarji taħt il-FEŻR u l-FSE, kien hemm livelli għoljin ta’ spejjeż u tariffi tal-ġestjoni meta mqabbla mal-appoġġ finanzjarju effettiv ipprovdut lir-riċevituri finali, u dawn jidhru wkoll li huma sinifikattivament ogħla minn dawk ta’ strumenti mmaniġġjati ċentralment jew ta’ fondi ta’ investiment fis-settur privat;
149

Fl-istess ħin, aħna ninnutaw ukoll li sar titjib fil-qafas legali għall-perjodu tal-programm 2014-2020 fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji bbażati fuq il-kompetenzi miksuba matul il-perjodu tal-programm 2007-2013, iżda jifdal ċerti problemi. Il-konklużjonijiet prinċipali tagħna għall-perjodi tal-programm 2007-2013 u 2014-2020 huma ppreżentati skont l-istruttura tar-rapport, flimkien mar-rakkomandazzjonijiet.

L-istrumenti finanzjarji kienu ta’ daqs xieraq fid-dawl tal-ħtiġijiet tas-suq?
150

Aħna nqisu li għadd sinifikanti ta’ strumenti finanzjarji kienu kbar iżżejjed. Dan jindika li l-awtoritajiet maniġerjali mhux dejjem ivvalutaw b’mod xieraq il-ħtiġijiet tas-suq qabel allokaw il-fondi mill-programmi operazzjonali taħt il-FEŻR u l-FSE għall-istrumenti finanzjarji. Dan wassal għal dotazzjoni eċċessiva tal-kapital meta kienu qed jitwaqqfu l-istrumenti finanzjarji, li rriżulta f’rati baxxi ta’ żborżament. Fattur li kkontribwixxa għal dawn id-dotazzjonijiet eċċessivi tal-kapital kien l-intenzjoni tal-Istat Membru li jevita r-regola n+2.

L-introduzzjoni ta’ valutazzjonijiet ex ante obbligatorji matul il-perjodu tal-programm 2014-2020 għal strumenti finanzjarji kemm fil-ġestjoni kondiviża kif ukoll f’dik ċentralizzata se tikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta’ dotazzjonijiet eċċessivi ta’ strumenti finanzjarji fuq skala kbira. Minkejja dan, is-suċċess tagħha jkun jiddependi minn jekk hija nbnietx fuq suppożizzjonijiet tajbin u analiżi tajba. Għal strumenti fil-ġestjoni kondiviża l-approċċ tal-pagamenti gradwali (li jorbot il-pagamenti mill-baġit tal-UE mal-iżborżament ta’ fondi lir-riċevituri finali) huwa wkoll immirat lejn l-indirizzar tal-problema ta’ dotazzjoni eċċessiva. Barra minn hekk, rieżami regolari tal-valutazzjoni ex ante f’każijiet ta’ bidliet fl-ambjent ekonomiku jew dak tas-suq huwa previst bħala għażla fl-RDK, iżda mhux għall-istrumenti mmaniġġjati ċentralment. Analiżi ta’ nofs it-terminu (li tkun tista’ tindirizza dawn l-aspetti) titwettaq għall-biċċa l-kbira mill-istrumenti finanzjarji, immaniġġjati ċentralment, iżda mhux għal kollha. Fl-aħħar nett, rieżami indipendenti ta’ valutazzjonijiet ex ante mhuwa previst fl-ebda każ.

151

Il-fokus reġjonali tal-istrumenti finanzjarji kkontribwixxa għat-twaqqif, mill-Istati Membri, ta’ għadd kbir ta’ strumenti finanzjarji ta’ daqs żgħir fil-perjodu tal-programm 2007-2013. Ta’ spiss, dawn il-fondi speċifiċi individwali taħt il-FEŻR u l-FSE ma kellhomx id-daqs li, fl-industrija tal-fondi, huwa meqjus xieraq biex dawn joperaw b’mod effiċjenti (ara l-paragrafi 27 sa 61).

Rakkomandazzjoni 1

Fir-rigward tal-valutazzjonijiet ex ante għal strumenti finanzjarji:

(a) il-valutazzjoni ex ante mill-Kummissjoni għal strumenti mmaniġġjati ċentralment tinkludi b’mod sistematiku analiżi tat-”tagħlimiet li nsiltu” sal-ġurnata tal-lum.

Data ta’ implimentazzjoni fil-mira: Kull meta jiġi stabbilit strument ġdid.

(b) il-Kummissjoni, minbarra t-”tagħlimiet li nsiltu”, tivvaluta wkoll l-effett li l-bidliet soċjoekonomiċi kbar ikollhom fuq il-prinċipji ġustifikattivi tal-istrument u fuq il-kontribuzzjoni korrispondenti meħtieġa mill-baġit tal-UE fil-kuntest tal-analiżijiet ta’ nofs it-terminu rispettivi tagħhom għall-istrumenti finanzjarji, immaniġġjati ċentralment, kollha.

Data ta’ implimentazzjoni fil-mira: Hekk kif jitwettqu l-analiżijiet ta’ nofs it-terminu.

Rakkomandazzjoni 2

Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jkollhom l-għan li jottimizzaw id-daqs ta’ fondi speċifiċi taħt il-FEŻR u l-FSE biex jieħdu, kull fejn ikun possibbli, vantaġġ mill-ekonomiji sinifikanti fl-ispiża ta’ fondi operattivi. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi gwida addizzjonali lill-Istati Membri dwar kif għandhom iwaqqfu dawn l-istrumenti finanzjarji fi ħdan l-Istati Membri jew fil-livell tal-Unjoni (li huma mmaniġġjati direttament jew indirettament mill-Kummissjoni).

Data ta’ implimentazzjoni fil-mira: Sa tmiem l-2016 (għall-Kummissjoni), meta jkunu qed jistabbilixxu l-istrumenti finanzjarji (għall-Istati Membri).

L-istrumenti finanzjarji rnexxielhom jattiraw kapital privat?
152

Aħna sibna li l-Kummissjoni u l-Istati Membri ffaċċjaw diffikultajiet sinifikanti biex jattiraw investituri fis-settur privat lejn strumenti finanzjarji kemm fil-ġestjoni kondiviża kif ukoll f’dik ċentrali matul il-perjodu tal-programm 2007-2013. B’mod partikolari, it-trattament preferenzjali ta’ investituri privati għal strumenti finanzjarji ma rnexxilux jattira finanzjament addizzjonali sinifikanti. Barra minn hekk, aħna nqisu li l-miżura ta’ ingranaġġ użata mill-Kummissjoni għal strumenti finanzjarji ma tiħux inkunsiderazzjoni b’mod xieraq il-punt sa fejn il-finanzjament pubbliku mill-baġit tal-UE jimmobilizza fondi addizzjonali. Barra minn hekk, l-Istati Membri mhumiex obbligati jirrappurtaw, lill-Kummissjoni, informazzjoni dwar kontribuzzjonijiet privati għad-dotazzjoni tal-kapital ta’ strumenti taħt il-FEŻR u l-FSE.

153

F’dan l-istadju, jidher li mhuwiex probabbli li ammont sinifikanti ta’ fondi privati jiġu attirati għall-perjodu tal-programm 2014-2020, permezz tal-programmi operazzjonali jew bħala kontribuzzjonijiet addizzjonali. Il-gwida maħruġa mill-Kummissjoni f’April 2014 ma tiħux biżżejjed mill-”prattiki tajbin” osservati matul il-perjodu tal-programm 2007-2013 dwar l-aħjar mod kif għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet dwar it-trattament preferenzjali biex jiġi attirat aktar kapital privat mingħajr ma jiġu allokati riskji eċċessivi għas-settur pubbliku.

154

L-użu minn ftehimiet dwar deċiżjonijiet tat-taxxa bil-quddiem għal strumenti finanzjarji, li taħt ċerti kundizzjonijiet jistgħu jirriżultaw fl-evitar tat-taxxa, matul il-perjodu tal-programm 2014-2020 jkun imur kontra l-politika proprja tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward (ara l-paragrafi 62 sa 91).

Rakkomandazzjoni 3

Fir-Regolament Finanzjarju (u sussegwentement f’Regolamenti settorjali), jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi definizzjoni, għall-ingranaġġ ta’ strumenti finanzjarji li huma applikabbli fl-oqsma kollha tal-baġit tal-UE, li tkun tiddistingwi b’mod ċar bejn l-ingranaġġ ta’ kontribuzzjonijiet privati nazzjonali u kontribuzzjonijiet pubbliċi nazzjonali taħt il-programmi operazzjonali u/jew l-ingranaġġ ta’ kontribuzzjonijiet kapitali privati jew pubbliċi addizzjonali, u tieħu inkunsiderazzjoni t-tip ta’ investiment involut. Jenħtieġ li din id-definizzjoni tindika b’mod ċar kif jiġu ddeterminati l-ammonti mmobilizzati mill-UE u mill-kontribuzzjoni pubblika nazzjonali, possibbilment skont il-linji gwida tal-OECD dwar is-suġġett.

Data ta’ implimentazzjoni fil-mira: Waqt ir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju u għar-regolament settorjali waqt l-analiżi ta’ nofs it-terminu.

Rakkomandazzjoni 4

Għal strumenti finanzjarji taħt il-FEŻR u l-FSE matul il-perjodu tal-programm 2007-2013, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri jipprovdu data kompleta u affidabbli dwar kontribuzzjonijiet privati fuq dotazzjonijiet tal-kapital, kemm permezz tal-programmi operazzjonali u minbarra dawn.

Data ta’ implimentazzjoni fil-mira: Sa tmiem l-2017.

Rakkomandazzjoni 5

Għal strumenti finanzjarji taħt il-FEŻR u l-FSE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi gwida addizzjonali lill-Istati Membri dwar l-aħjar mod kif għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar it-trattament preferenzjali biex jattiraw aktar kapital privat mingħajr ma jallokaw riskji eċċessivi għal kontributuri pubbliċi għad-dotazzjonijiet tal-istrumenti finanzjarji.

Data ta’ implimentazzjoni fil-mira: Sa tmiem l-2016.

Rakkomandazzjoni 6

Għal strumenti finanzjarji, immaniġġjati ċentralment, jenħtieġ li l-prinċipji ġenerali ta’ kondiviżjoni tar-riskji li jista’ jkollhom impatt fuq il-baġit tal-UE jiġu ddefiniti fil-leġiżlazzjoni li tirregola l-istrument ikkonċernat.

Data ta’ implimentazzjoni fil-mira: Waqt li tkun qed tagħmel il-proposti tagħha għall-istabbiliment ta’ strumenti finanzjarji ġodda jew għar-reviżjoni ta’ oħrajn eżistenti.

Rakkomandazzjoni 7

Għall-istrumenti finanzjarji kollha ffinanzjati mill-baġit tal-UE matul il-perjodu tal-programm 2014-2020, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li jkunu biss dawk l-istrutturi f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet u l-azzjonijiet proprji tagħha, fir-rigward tal-arranġamenti fiskali, li jiġu implimentati mill-Istati Membri, mill-Kummissjoni nfisha u mill-grupp tal-BEI.

Data ta’ implimentazzjoni fil-mira: Sa tmiem l-2016.

L-istrumenti finanzjarji kienu qed jipprovdu appoġġ finanzjarju rotanti?
155

Għal maġġoranza kbira tal-istrumenti taħt il-FEŻR u l-FSE, ma kien seħħ l-ebda effett rotanti sostanzjali tal-fondi sa tmiem l-2014. Dan kien minħabba l-fatt li dewmien fl-implimentazzjoni kkontribwixxa għad-diffikultajiet li l-istrumenti finanzjarji taħt il-FEŻR u l-FSE kellhom fl-iżborżament tad-dotazzjonijiet tagħhom b’mod sħiħ matul il-perjodu tal-programm 2007-2013. Kien jeħtieġ li l-perjodu ta’ eliġibbiltà jiġi estiż minn Diċembru 2015 sa Marzu 2017 biex tiżdied il-probabbiltà li l-biċċa l-kbira mill-istrumenti finanzjarji jonfqu d-dotazzjonijiet inizjali tagħhom darba. Barra minn hekk, wara l-għeluq f’Marzu 2017, l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji qiegħda għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri, u għad irid jintwera sa liema punt se jiġi realizzat effett rotanti.

156

Għall-perjodu tal-programm 2014-2020, id-dispożizzjonijiet fil-bażi legali jillimitaw ir-riskju li jitwaqqfu strumenti b’dotazzjonijiet eċċessivi tal-kapital, u konsegwentement jgħinu wkoll biex tiżdied il-probabbiltà li jinkiseb effett rotanti. Madankollu, dan jirrikjedi li jkunu nsiltu tagħlimiet min-nuqqasijiet osservati matul il-perjodu tal-programm 2007-2013, u li l-awtoritajiet maniġerjali jkunu aktar realistiċi dwar is-sehem tal-FSIE li jista’ jiġi implimentat permezz ta’ strumenti finanzjarji.

157

Saru bidliet oħra li huma mistennija li jgħinu biex jitwaqqfu strumenti b’mod aktar effiċjenti, iżda aħna sibna li tinħtieġ gwida addizzjonali dwar żewġ aspetti speċifiċi (ara l-paragrafi 92 sa 105).

Rakkomandazzjoni 8

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li l-Istati Membri jżommu n-natura rotanti tal-fondi matul il-perjodu meħtieġ ta’ tmien snin wara tmiem il-perjodu ta’ eliġibbiltà għall-perjodu tal-programm 2014-2020. Dan ikun jista’ jinkiseb billi jiġi rikjest l-użu ta’ klawsola espliċita fil-ftehim ta’ finanzjament biex jiġi żgurat li l-finanzjament jintuża għall-iskopijiet intenzjonati.

Data ta’ implimentazzjoni fil-mira: Sa tmiem l-2016.

Rakkomandazzjoni 9

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi gwida fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li jippermettu li l-istrumenti finanzjarji jkomplu jintużaw fil-perjodu sussegwenti tal-programm, b’mod partikolari għal każijiet fejn maniġers ta’ fondi jintgħażlu fuq il-bażi ta’ akkwist pubbliku.

Data ta’ implimentazzjoni fil-mira: Sa tmiem l-2016.

L-istrumenti finanzjarji wrew li kienu metodu kosteffiċjenti għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE?
158

Aħna sibna li sehem sinifikanti tad-dotazzjonijiet inizjali tal-istrumenti finanzjarji taħt il-FEŻR u l-FSE ntnefaq fuq spejjeż u tariffi tal-ġestjoni. Barra minn hekk, il-livell tat-tariffi kien sinifikattivament ogħla minn dak għal strumenti mmaniġġjati ċentralment jew għal fondi ta’ investiment fis-settur privat, meta mqabbel mal-appoġġ finanzjarju li ġie fil-fatt ipprovdut lir-riċevituri finali. Fid-dawl tal-livelli għoljin osservati sa tmiem l-2014, hemm riskju sinifikanti li għadd kbir ta’ strumenti taħt il-FEŻR u l-FSE jaqbżu l-limiti massimi għall-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni speċifikati fil-bażi legali għall-perjodu 2007-2013. Livelli għoljin ta’ spejjeż u tariffi tal-ġestjoni jistgħu jindikaw problema fundamentali bil-mod li bih dan il-mekkaniżmu ta’ finanzjament ġie implimentat matul il-perjodu tal-programm 2007-2013.

L-ispejjeż jew it-tariffi tal-ġestjoni li ġġarrbu u tħallsu sal-31 ta’ Marzu 2017 jistgħu jiġu ddikjarati bħala nefqa eliġibbli tal-programmi taħt il-FEŻR u l-FSE, li taħthom ikun twaqqaf l-istrument finanzjarju. Ir-Regolament jispeċifika li l-limiti massimi għall-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni huma relatati mal-”kapital ikkontribwit mill-programm operattiv (operazzjonali)” għall-istrumenti.

Skont il-Kummissjoni, il-limiti massimi msemmija fl-Artikolu 43 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni huma applikabbli għall-kontribuzzjoni kapitali totali għall-istrument finanzjarju, aktar milli għall-kontribuzzjoni effettiva użata biex jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju lir-riċevituri finali. Fil-fehma tagħna, fl-għeluq jenħtieġ li, madankollu, il-limiti massimi stipulati fir-Regolament jiġu interpretati bħala li japplikaw għad-dotazzjoni effettiva tal-kapital li kienet intużat, li ġiet ikkontribwita mill-PO għall-istrument finanzjarju, jiġifieri dik li ntużat biex tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-riċevituri finali. Il-maniġers ta’ fondi ma jmisshomx jiġu rimunerati talli ma jkunux għamlu użu mid-dotazzjoni tal-kapital tal-istrumenti.

159

Il-Kummissjoni ma għandhiex stampa ġenerali komprensiva tal-ispejjeż ta’ implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji taħt il-FEŻR u l-FSE, u tal-mod kif l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni jiġu ddeterminati u jekk humiex ġustifikati. B’mod simili l-Kummissjoni ma għandhiex informazzjoni dwar l-ispejjeż amministrattivi kumplessivi, għal kull Stat Membru, tal-implimentazzjoni tal-FSIE matul il-perjodu tal-programm 2014-2020, skont kif isir użu mill-mekkaniżmi alternattivi ta’ finanzjament (jiġifieri għotjiet jew appoġġ finanzjarju li jrid jitħallas lura, prinċipalment permezz ta’ strumenti finanzjarji).

160

Aħna ninnutaw ukoll li dawn l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni jiġġarrbu minbarra l-ispejjeż amministrattivi ġenerali għall-programmi operazzjonali taħt il-FEŻR u l-FSE. Peress li l-ispejjeż tal-ġestjoni jitħallsu mid-dotazzjoni inizjali tal-istrumenti, huma jnaqqsu l-livell ta’ finanzjament mill-baġit tal-UE li huwa disponibbli għar-riċevituri finali.

161

Għall-perjodu tal-programm 2014-2020, tqassru d-dati ta’ skadenza għar-rappurtar għall-Istati Membri peress li r-rappurtar dwar l-istrumenti finanzjarji huwa issa parti mir-rapport annwali ta’ implimentazzjoni. Dan ir-rapport jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni xahar qabel ir-rappurtar preċedenti dwar l-istrumenti finanzjarji, ħlief għas-snin 2017 u 2019. Fl-istess ħin, id-data ta’ skadenza għall-Kummissjoni biex tippreżenta r-rapport tagħha lill-awtoritajiet ta’ kwittanza ġiet stabbilita f’ammont ta’ sitt xhur. Bi tqabbil ma’ dan, matul il-perjodu tal-programm 2007-2013, il-Kummissjoni kellha tliet xhur biex tivverifika d-data u tippreżenta r-rapport ta’ implimentazzjoni kkonsolidat tagħha dwar l-istrumenti finanzjarji. Dan ifisser li informazzjoni rilevanti dwar l-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji u l-ispejjeż relatati tagħhom tkun disponibbli aktar tard milli fil-perjodu preċedenti.

162

Fir-rigward tal-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni, ittejbet il-leġiżlazzjoni sinifikattivament billi ġew ipprovduti limiti massimi fuq l-ammonti kumulattivi li huma taħt dawk applikabbli matul il-perjodu tal-programm 2007-2013. Madankollu, l-elementi bbażati fuq il-prestazzjoni għadhom mhumiex b’saħħithom biżżejjed u l-Kummissjoni trid tipprovdi kjarifika addizzjonali dwar kif jenħtieġ li l-awtoritajiet maniġerjali jagħmlu użu minn dawn id-dispożizzjonijiet meta jkunu qed jinnegozjaw il-ftehimiet ta’ finanzjament (ara l-paragrafi 106 sa 145).

Rakkomandazzjoni 10

Fid-dawl tal-għeluq li jmiss tal-perjodu tal-programm 2007-2013, jenħtieġ li l-Kummissjoni:

(a) tiżgura li l-Istati Membri jirrappurtaw informazzjoni komprensiva dwar l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni mġarrba u mħallsa sa Marzu 2017.

Data ta’ implimentazzjoni fil-mira: Sa tmiem l-2017.

(b) tikkjarifika l-fatt illi jeħtieġ li l-limiti massimi għall-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni jiġu applikati għad-dotazzjoni effettiva tal-kapital użata mill-istrument finanzjarju, jiġifieri l-kontribuzzjoni mill-PO li ntużat biex tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-riċevituri finali.

Data ta’ implimentazzjoni fil-mira: Sa tmiem Marzu 2017.

Rakkomandazzjoni 11

Fir-rigward tar-rimunerazzjoni, ibbażata fuq il-prestazzjoni, tal-maniġers ta’ fondi fil-perjodu tal-programm 2014-2020,

(a) jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel proposta leġiżlattiva mmirata lejn reviżjoni tad-dispożizzjonijiet eżistenti fl-RDK biex issaħħaħ l-effett ta’ inċentiv ta’ dawn l-arranġamenti.

Data ta’ implimentazzjoni fil-mira: Sa tmiem l-2016.

(b) jenħtieġ li l-awtoritajiet maniġerjali tal-Istati Membri jagħmlu użu estensiv mill-elementi eżistenti, ibbażati fuq il-prestazzjoni, tar-rimunerazzjoni għall-maniġers ta’ fondi meta jinnegozjaw l-arranġamenti ta’ finanzjament. Dan jista’ jiġi kkomplementat bl-użu ta’ elementi addizzjonali fuq bażi volontarja.

Data ta’ implimentazzjoni fil-mira: Minnufih

Rakkomandazzjoni 12

Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq analiżi komparattiva tal-ispejjeż ta’ implimentazzjoni tal-għotjiet u l-appoġġ finanzjarju li jrid jitħallas lura, prinċipalment permezz ta’ strumenti finanzjarji, għall-perjodu tal-programm 2014–2020 bil-ħsieb li tistabbilixxi l-livell effettivi tagħhom. Informazzjoni bħal din tkun partikolarment rilevanti għat-tħejjija ta’ proposti leġiżlattivi għall-perjodu ta’ wara l-2020 u għad-determinazzjoni ta’ livell adegwat ta’ assistenza teknika.

Data ta’ implimentazzjoni fil-mira: Sa tmiem l-2017.

163

Fl-aħħar nett, matul il-perjodu tal-programm 2014-2020, ikun ukoll kruċjali li l-Kummissjoni u l-BEI jikkoordinaw b’mod effettiv l-użu ta’ strumenti finanzjarji fil-ġestjoni kondiviża u f’dik ċentralizzata ffinanzjata mill-baġit tal-UE permezz tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), magħruf ukoll bħala l-”Pjan Juncker”. Huwa biss wara dan li l-istrumenti finanzjarji taħt il-baġit tal-UE jkunu jistgħu jikkontribwixxu bl-aktar mod effettiv għall-investimenti fl-infrastruttura li huma meħtieġa ħafna fl-UE.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla II, immexxija mis-Sur Henri GRETHEN, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-1 ta’ Ġunju 2016.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Annessi

Anness I

Strumenti finanzjarji il-ġestjoni kondiviża – kif jaħdmu (il-perjodu tal-programm 2014-2020)

(a) Strumenti ta’ self
Sors: Il-Kummissjoni Ewropea, il-BEI “FI Compass - Financial Instrument products. Loans, guarantees, equity and quasi-equity” (FI Compass - Prodotti tal-Istrumenti Finanzjarji. Self, garanziji, kapital u kważi kapital), p. 5.

Strumenti finanzjarji il-ġestjoni kondiviża – kif jaħdmu (il-perjodu tal-programm 2014-2020)

(b) Strumenti ta’ garanzija
Sors: Il-Kummissjoni Ewropea, il-BEI “FI Compass - Financial Instrument products. Loans, guarantees, equity and quasi-equity” (FI Compass - Prodotti tal-Istrumenti Finanzjarji. Self, garanziji, kapital u kważi kapital), p. 9.

Strumenti finanzjarji il-ġestjoni kondiviża – kif jaħdmu (il-perjodu tal-programm 2014-2020)

(c) Strumenti azzjonarji (jew ta’ kważi kapital)
Sors: Il-Kummissjoni Ewropea, il-BEI “FI Compass - Financial Instrument products. Loans, guarantees, equity and quasi-equity” (FI Compass - Prodotti tal-Istrumenti Finanzjarji. Self, garanziji, kapital u kważi kapital), p. 14.

Anness II

Definizzjoni tat-terminu “strumenti finanzjarji” fil-bażi legali (il-perjodi tal-programm 2014-2020 u 2007-2013)

Politika Reġjonali

(FEŻR u FSE)

Politika Soċjali

(EaSI)

Politika tat-Trasport u tal-Enerġija

(FNE)

2014-2020

Definizzjoni ta’ strumenti finanzjarji hija pprovduta fir-Regolament Finanzjarju, u għalhekk hija applikabbli għall-oqsma baġitarji kollha:

L-Artikolu 2

“(p) “strumenti finanzjarji” tfisser miżuri tal-Unjoni ta’ appoġġ finanzjarju pprovdut mill-baġit fuq bażi komplementari sabiex jiġi indirizzat [...] objettiv speċifiku ta’ politika tal-Unjoni wieħed jew aktar. Tali strumenti jista’ jkollhom il-forma ta’ self, garanziji, ekwità jew kważi ekwità, investimenti (investimenti fil-kapital jew fil-kważi kapital), u strumenti oħrajn ta’ qsim tar-riskju, u jistgħu, fejn ikun xieraq, ikunu kkombinati flimkien ma’ għotjiet;”

L-ebda definizzjoni speċiifka settorjali.

L-RDK jagħmel referenza diretta għad-definizzjoni fir-Regolament Finanzjarju.

Minkejja d-definizzjoni komuni fir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament dwar l-EaSI jagħmel referenza għal “self”, “garanziji”, “ekwità” (kapital) jew “kważi ekwità” (kważi kapital).

Minkejja d-definizzjoni komuni fir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament dwar l-FNE jagħmel referenza għal:

“strumenti ta’ ekwità”, “self u/jew garanziji”, “strumenti ta’ kondiviżjoni tar-riskji għal bonds tal-proġetti”.

Politika Reġjonali

(FEŻR u FSE)

Politika Soċjali
(EPMF)

Politika tat-Trasport u tal-Enerġija

(TEN)

2007-2013

Ma teżisti l-ebda definizzjoni formali.

Jeżistu definizzjonijiet indiretti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni u fin-Nota tal-COCOF.

L-Artikolu 43 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni:

“L-Artikoli 43 sa 46 għandhom japplikaw gћall-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja fil-forma ta’ azzjonijiet li jagћmlu investimenti rimborżabbli, jew li jipprovdu garanziji gћall-investimenti rimborżabbli, jew it-tnejn li huma, f’li ġej:

[…]”

In-Nota ta’ Gwida tal-COCOF:

1.2.12 Biex jikkwalifikaw bħala strument ta’ inġinerija finanzjarja taħt ir-Regolament dwar il-Fondi Strutturali, jeħtieġ għalhekk li l-kontribuzzjonijiet mill-programmi operazzjonali jieħdu l-forma ta’ investimenti li għandhom jitħallsu lura, jiġifieri kapital, self u/jew garanziji għal dawn l-investimenti li jridu jitħallsu lura skont id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Artikolu 44 l-ewwel paragrafu (a), (b) jew (c) tar-Regolament Ġenerali.

1.2.13 Investimenti li għandhom jitħallsu lura jiġu distinti minn assistenza jew għotjiet li ma jridux jitħallsu lura, iddefiniti għall-iskop ta’ din in-nota bħala “kontribuzzjoni finanzjarja diretta permezz ta’ donazzjoni”

Ma teżisti l-ebda definizzjoni formali.

Minkejja dan, id-deċiżjoni tal-EPMF tagħmel referenza għal “garanziji u strumenti ta’ kondiviżjoni tar-riskji”, “strumenti azzjonarji” u “strumenti ta’ dejn”

Ma teżisti l-ebda definizzjoni formali.

Minkejja dan, ir-Regolament dwar it-TEN jagħmel referenza għall-”istrument ta’ Self Garantit” (Strument ta’ Garanzija fuq is-Self), l-”istrument tal-kondiviżjoni tar-riskji għal bonds tal-proġetti” u għall-”parteċipazzjoni fil-kapital ta’ riskju għal fondi ta’ investiment”.

Ir-Regolament dwar l-EEPR jagħmel referenza għal “faċilità” ta’ investiment li fiha l-UE tkun azzjonist.

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.

Anness III

Ħarsa ġenerali lejn l-istrumenti finanzjarji taħt il-FEŻR fit-28 Stat Membru tal-UE: l-għadd ta’ fondi u d-dotazzjoni (il-perjodu tal-programm 2007-2013)

Sors: Il-QEA, fuq il-bażi tad-data mill-Kummissjoni, is-sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2014.

Anness IV

Ħarsa ġenerali lejn l-istrumenti finanzjarji taħt l-FSE fit-28 Stat Membru tal-UE: l-għadd ta’ fondi u d-dotazzjoni (il-perjodu tal-programm 2007-2013)

Sors: Il-QEA, fuq il-bażi tad-data mill-Kummissjoni, is-sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2014.

Anness V

Sommarju tar-rekwiżiti ta’ valutazzjoni ex ante (il-perjodu tal-programm 2014-2020)

ElementStrumenti finanzjarji taħt ġestjoni kondiviża fil-politika ta’ Koeżjoni (perjodu tal-programm 2014-2020)Strumenti finanzjarji, immaniġġjati ċentralment, fil-Politika Soċjali u tat-Trasport u l-Enerġija (b’effett mill-1 ta’ Jannar 2013 ‘il hawn)
Bażi Legali

Bażi Legali:

L-aspetti li għandhom jiġu analizzati u rrappurtati huma stipulati fl-Artikoli 37(2) u 37(3) tal-RDK, u jinkludu l-aspetti li ġejjin.

Bażi Legali:

L-Artikolu 140(f) tar-Regolament Finanzjarju jipprovdi li l-istrumenti finanzjarji jridu jiġu stabbiliti fuq il-bażi ta’ valutazzjoni (evalwazzjoni) ex ante. L-elementi ta’ din l-evalwazzjoni huma deskritti fir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju1 u miġbura fil-qosor hawn taħt.

Fallimenti tas-suqAnaliżi tal-fallimenti tas-suq, sitwazzjonijiet subottimali ta’ investiment, u ħtiġijiet ta’ investiment.Identifikazzjoni tal-imperfezzjonijiet jew il-fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet subottimali ta’ investiment, u valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ investiment fid-dawl tal-objettivi ta’ politika.
Valur miżjudValutazzjoni tal-valur miżjud tal-istrumenti finanzjarji li jkunu qed jiġu kkunsidrati għall-appoġġ mill-FSIE; konsistenza ma’ forom oħrajn ta’ intervent pubbliku li jindirizzaw l-istess suq; il-proporzjonalità tal-azzjoni ppjanata; u l-miżuri previsti biex tiġi mminimizzata d-distorsjoni tas-suq.
  • Wiri li l-ħtiġijiet identifikati tas-suq ma jistgħux jiġu indirizzati b’mod xieraq u b’mod f’waqtu la permezz ta’ attivitajiet immexxija mis-suq u lanqas permezz ta’ tipi ta’ intervent tal-UE li ma jinkludux finanzjament permezz ta’ strument finanzjarju.
  • Wiri li l-istrument finanzjarju ppjanat huwa konsistenti mal-istrument finanzjarju ġdid u eżistenti sabiex jiġi evitat it-trikkib.
Għajnuna mill-IstatImplikazzjonijiet possibbli tal-għajnuna mill-Istat;Mhux applikabbli
IngranaġġStima tar-riżorsi pubbliċi u privati addizzjonali li għandhom potenzjalment jinġabru mill-istrument finanzjarju sal-livell tar-riċevitur finali (effett ta’ ingranaġġ mistenni).Valutazzjoni tal-proporzjonalità tal-azzjoni ppjanata fir-rigward tad-daqs tad-diskrepanza fil-finanzjament, l-effett ta’ ingranaġġ mistenni flimkien ma’ effetti kwalitattivi.
Strateġija ta’ investimentL-istrateġija proposta ta’ investiment, inkluż eżami tal-għażliet għal prodotti finanzjari li għandhom jiġu offrutiDeterminazzjoni tal-mod l-aktar effiċjenti għat-twassil tal-istrument finanzjarju.
RiżultatiSpeċifikazzjoni tar-riżultati mistennija u kif l-istrument finanzjarju kkonċernat huwa mistenni jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi speċifiċi stipulati taħt il-prijorità rilevanti, inklużi l-indikaturi għal dik il-kontribuzzjoni.L-istabbiliment ta’ sett ta’ indikaturi xierqa tal-prestazzjoni.
Tagħlimiet li nsiltuValutazzjoni tat-tagħlimiet miksuba minn strumenti simili u valutazzjonijiet ex ante mwettqa mill-Istati Membri fil-passat.L-ebda dispożizzjoni komparabbli fil-bażi legali biex tirrifletti fuq l-esperjenzi preċedenti.
Possibbiltà għal rieżamiDispożizzjonijiet li jippermettu li l-valutazzjoni ex ante tiġi rieżaminata u aġġornata skont il-ħtieġa waqt l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe strument finanzjarju li ġie implimentat abbażi ta’ tali valutazzjoni, fejn waqt il-fażi ta’ implimentazzjoni, l-awtorità ta’ ġestjoni kkunsidrat li hu possibbli li l-valutazzjoni ex ante ma għadhiex tirrappreżenta b’mod preċiż il-kundizzjonijiet tas-suq eżistenti fiż-żmien tal-implimentazzjoni.L-ebda klawsola ta’ rieżami fil-bażi legali.
1 Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, l-Artikolu 224 (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

Risposta tal-Kummissjoni

Sommarju eżekuttiv

II

Il-Kummissjoni taqbel li hemm għadd ta’ vantaġġi jekk jingħata appoġġ finanzjarju mill-baġit tal-UE permezz ta’ strumenti finanzjarji, u għal din ir-raġuni għall-perjodu tal-programm 2014-2020 hija qed tippromwovi u tinkoraġġixxi b’mod attiv li dawn jintużaw aktar.

VI

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-effett tal-kwistjonijiet identifikati mill-Qorti jvarja skont l-Istati Membri u t-tipi ta’ strumenti finanzjarji u li, b’mod ġenerali, l-istrumenti finanzjarji jibqgħu mod effiċjenti u effettiv sabiex jitwasslu l-fondi tal-UE.

VI L-ewwel inċiż

Il-Kummissjoni tikkunsidra li r-rata medja ta’ żborż ta’ 57 % (fl-aħħar tal-2014) tirrappreżenta sitwazzjoni eteroġenja ħafna. Ir-riskju li ma jinkisibx żborż sħiħ fl-għeluq jikkonċerna għadd limitat ta’ strumenti finanzjarji fi ftit Stati Membri.

Ir-rata baxxa ta’ żborż fl-aħħar tal-2014 hija r-riżultat ta’ għadd ta’ fatturi inklużi l-kriżi finanzjarja, l-esperjenza limitata f’xi Stati Membri u l-bidu tard ta’ xi strumenti.

VI It-tieni inċiż

Għal strumenti finanzjarji ta’ ġestjoni kondiviża, ir-rekwiżiti legali għar-rappurtar ma kinux jippermettu li l-Kummissjoni tikseb dejta eżawrjenti dwar il-parteċipazzjoni ta’ investituri privati minn Stati Membri. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li r-regoli tal-għajnuna mill-istat għal ċerti strumenti finanzjarji jeħtieġu parteċipazzjoni minima ta’ investituri privati (eż. 30 % u f’xi każijiet anke 60 %).

Il-Kummissjoni tikkunsidra li strumenti finanzjarji ġestiti ċentralment żviluppati fil-perjodu 2007-2013 irnexxielhom jattiraw riżorsi mdaqqsa mis-settur privat fil-livell ta’ proġetti, anke f’dawk il-każijiet fejn ma kienet saret l-ebda kontribuzzjoni privata fil-livell tal-fond (bħall-fond Marguerite). Aħna nikkunsidraw li l-esperjenza miksuba taħt dawn l-istrumenti tgħin lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa strumenti li huma kapaċi jattiraw saħansitra aktar investiment privat.

VI It-tielet inċiż

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-frekwenza tar-riċiklaġġ ta’ fondi matul il-perjodu ta’ eliġibbiltà mhuwiex għan fih innifsu.

Barra minn hekk, id-data ta’ maturità tal-finanzjament ipprovdut għandha tiġi aġġustata għat-tipoloġija ta’ investimenti li qed jiġu ffinanzjati, u kwalunkwe konklużjoni dwar l-effett tal-użu mill-ġdid limitat għandha ssir b’referenza għad-data ta’ meta ġie stabbilit l-istrument finanzjarju, il-perjodu ta’ grazzja, il-maturità u r-rati ta’ inadempjenza tal-finanzjament ipprovdut lir-riċevituri finali.

VI Ir-raba’ inċiż

Skont ir-regoli stabbiliti għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, l-ispejjeż u tariffi ta’ ġestjoni huma konnessi mal-ammonti mħallsin għall-istrumenti finanzjarji u mhux għall-ammonti żborżati għal riċevituri finali. Il-Kummissjoni tinnota li tqabbil ma’ strumenti ġestiti ċentralment se jkun possibbli biss fl-għeluq tal-istrumenti tal-FEŻR u tal-FSE.

Għall-2014-2020 l-ispejjeż u t-tariffi ta’ ġestjoni iridu jkunu konnessi mal-prestazzjoni, inklużi l-ammonti żborżati lil riċevituri finali.

VIII L-ewwel rakkomandazzjoni

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Kull meta strument finanzjarju ġdid jiġi żviluppat, il-valutazzjoni ex ante jeħtieġ li tkun tinkludi analiżi tat-tagħlimiet miksuba bi strumenti simili fil-passat.

VIII It-tieni rakkomandazzjoni

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Għal strumenti ġestiti ċentralment il-bażijiet ġuridiċi rilevanti jipprevedu rieżamijiet jew evalwazzjonijiet ta’ nofs it-terminu.

Għal kull rieżami ta’ nofs it-terminu ta’ strumenti finanzjarji ta’ din ix-xorta, il-Kummissjoni ser tiżgura li din tkopri t-tagħlimiet miksuba u l-effett ta’ kwalunkwe tibdil soċjoekonomiku ewlieni fuq il-bażi loġika wara l-istrument u l-kontribut korrispondenti mill-baġit tal-UE.

VIII It-tielet rakkomandazzjoni

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Sa fejn hi kkonċernata, il-Kummissjoni tikkunsidra li din ir-rakkomandazzjoni qed tiġi implimentata permezz ta’ abbozz ta’ nota ta’ gwida dwar l-għażliet ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 38(1)(b) tas-CPR ippreżentat għall-ewwel darba lill-Istati Membri fit-28 ta’ April 2016 u li bħalissa qed jiġi finalizzat, permezz tal-kjarifiki estensivi pprovduti lill-Istati Membri dwar dak li jikkonċerna l-Inizjattiva tal-SME u permezz tal-fuljett li jiggwida lill-Istati Membri dwar il-kumplimentaritajiet FSIE/FEIS.

VIII Ir-raba’ rakkomandazzjoni

Il-Kummissjoni ma taċċettax ir-rakkomandazzjoni.

Hija ma tarax il-ħtieġa li jiġi emendat ir-Regolament Finanzjarju u/jew ir-regoli settorjali sottostanti (is-CPR u regoli settorjali ġestiti ċentralment) u tikkunsidra li l-kwistjoni tista’ tkun indirizzata b’mod suffiċjenti biżżejjed billi tingħata gwida.

F’dan ir-rigward, id-Direttorati Ġenerali tal-FSIE bdew jelaboraw abbozz ta’ nota ta’ gwida dwar ir-rappurtar. Dan l-abbozz ġie ppreżentat lill-Istati Membri fit-28 ta’ April 2016 u huwa previst li jkollu informazzjoni estensiva dwar il-kalkolu tal-ingranaġġ kif previst fir-Regolament Finanzjarju. Għal strumenti ġestiti ċentralment, f’Ġunju 2015, il-Kummissjoni rfinat il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ingranaġġ għall-istrumenti finanzjarji tal-2014-2020 sabiex jikkonformaw, b’mod konsistenti u armonizzat, mar-rekwiżiti applikabbli fuq l-effett ta’ ingranaġġ fir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ Applikazzjoni.

VIII Il-ħames rakkomandazzjoni

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Fl-għeluq tal-programmi operazzjonali l-Istati Membri se jkollhom jirrappurtaw il-kofinanzjament privat nazzjonali effettivament imħallas lill-istrument finanzjarju kif ukoll l-identità tal-fornituri ta’ kofinanzjament nazzjonali, it-tip ta’ kofinanzjament nazzjonali pprovdut u kull fond ta’ koinvestiment flimkien mar-riżorsi tal-programm.

VIII Is-sitt rakkomandazzjoni

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

Il-Kummissjoni bdiet taħdem fuq abbozz ta’ nota ta’ gwida dwar il-ħlas preferenzjali li ġie ppreżentat lill-Istati Membri f’Ottubru 2015 u l-verżjoni finali qed titħejja.

VIII Is-seba’ rakkomandazzjoni

Il-Kummissjoni din ir-rakkomandazzjoni taċċettaha parzjalment sa fejn din tikkonċerna l-proposti leġiżlattivi tagħha għall-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ wara l-2020.

VIII It-tmien rakkomandazzjoni

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Għal ġestjoni kondiviża, il-Kummissjoni se tinkludi fil-verżjoni finali tan-nota ta’ gwida dwar l-għażliet ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 38(1)(b) tas-CPR rakkomandazzjonijiet addizzjonali sabiex ikun meħtieġ li l-istrutturi tal-istrumenti finanzjarji jkunu allinjati mal-politika stabbilita fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-pakkett kontra l-evitar tat-taxxa ta’ Jannar 2016.

Għal strumenti ġestiti ċentralment, il-Kummissjoni diġà kitbet lill-BEI u l-FEI sabiex tisħaq dwar l-importanza tal-miżuri tal-Kummissjoni kontra l-evitar tat-taxxa li jinkoraġġixxu l-promozzjoni ulterjuri tal-aħjar prattika mill-BEI/FEI f’dan il-qasam. Il-Kummissjoni tinvolvi ruħha fi djalogu attiv mal-BEI u l-FEI dwar ir-rieżami tal-politiki rispettivi tagħhom f’dan il-qasam.

VIII Id-disa’ rakkomandazzjoni

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

Fil-verżjoni finali tan-nota ta’ gwida dwar l-għażliet ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 38(1)(b) tas-CPR il-Kummissjoni se tenfasizza l-importanza tar-rekwiżit fis-CPR dwar l-użu ta’ riżorsi rritornati fil-ftehim ta’ finanzjament iffirmat mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni u se turi li verifika tal-adegwatezza ta’ din id-dispożizzjoni taqa’ fl-ambitu ta’ xogħol ta’ awditjar regolari tal-awtoritajiet tal-awditjar.

VIII L-għaxar rakkomandazzjoni

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

In-nota ta’ gwida dwar valutazzjoni ex ante adottata f’Mejju 2015 tispjega li l-kundizzjonijiet għall-kontribuzzjoni ta’ riżorsi tal-programm 2014-2020 għal strument finanzjarju eżistenti, u l-abbozz tan-nota ta’ gwida dwar l-għażla ta’ entitajiet li jimplimentaw strumenti finanzjarji li bdew jiġu elaborati mill-Kummissjoni hija prevista li tinkludi taqsima li tispjega l-kundizzjonijiet applikabbli għal modifiki fil-kuntratt. Il-verżjoni finali ta’ din in-nota ta’ gwida attwalment qed titħejja.

VIII Il-ħdax-il rakkomandazzjoni

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

Il-linji gwida dwar l-għeluq ta’ programmi operazzjonali (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 2771) jipprevedu rappurtar obbligatorju dwar l-ispejjeż u t-tariffi ta’ ġestjoni mġarrba u mħallsa sa Marzu 2017.

VIII It-tnax-il rakkomandazzjoni

Il-Kummissjoni ma taċċettax ir-rakkomandazzjoni.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li r-regoli huma stabbiliti b’mod ċar fil-bażi ġuridika li kienet soġġetta għal gwida dettaljata u li f’dan l-istadju ma hemm l-ebda skop għal interpretazzjoni mill-ġdid.

VIII It-tlettax-il rakkomandazzjoni

Il-Kummissjoni ma taċċettax ir-rakkomandazzjoni.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li d-dispożizzjonijiet obbligatorji dwar ħlas ibbażat fuq il-prestazzjoni stipulati fl-Artikolu 42(5) tas-CPR, kif ukoll il-kriterji dettaljati għall-prestazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 12 tal-Att ta’ Delega 480/2014 jikkostitwixxu bażi adegwata għall-kisba tal-effett ta’ inċentiv mixtieq u li f’dan l-istadju ma hemm l-ebda bażi suffiċjenti li tiġġustifika l-proposta ta’ emenda.

VIII L-erbatax-il rakkomandazzjoni

Il-Kummissjoni tinnota li din ir-rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Il-Kummissjoni taqbel li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jeħtieġ jagħmlu l-aqwa użu mir-rekwiżiti legali eżistenti.

VIII Il-ħmistax-il rakkomandazzjoni

Il-Kummissjoni ma taċċettax ir-rakkomandazzjoni.

Fir-rigward tal-fattibbiltà u l-proporzjonalità tal-implimentazzjoni ta’ din ir-rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-analiżi tkun teħtieġ l-iżolament tal-ispejjeż għal għotjiet u strumenti finanzjarji mġarrba minn awtorità ta’ ġestjoni, u probabbilment mill-istess persunal li jaħdem fuq iż-żewġ kompiti. Barra minn hekk, l-istrutturi tal-ispejjeż ta’ għotjiet u strumenti finanzjarji, kif ukoll ta’ strumenti finanzjarji b’ġestjoni kondiviża jew ġestjoni diretta, ivarjaw għaliex għandhom modi differenti għat-twettiq tal-politika u jimmiraw lejn tipoloġiji ta’ investimenti differenti.

Introduzzjoni

02

Il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza aktar il-vantaġġi bħall-kompetenza aħjar u l-aċċess għal firxa usa’ ta’ għodod finanzjarji għat-twettiq tal-politika.

08

Il-Kummissjoni tenfasizza li l-kriterji għall-għażla ta’ maniġers ta’ fondi, kif iddefinit fl-Artikolu 7 tar-Regolament 480/2014, huma applikabbli anke fil-każijiet fejn ir-regoli ta’ akkwist pubbliku mhumiex applikabbli.

Ir-regoli dwar għajnuna mill-Istat jeħtieġu wkoll proċess miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju għall-għażla tal-maniġer tal-fond.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li dawn huma salvagwardji b’saħħithom sabiex jiżguraw għażla tajba ta’ maniġers tal-fondi.

09

Il-Kummissjoni tinnota li fil-proposta leġiżlattiva l-maniġer tal-fond mhuwiex innominat għall-istrumenti kollha ġestiti ċentralment,eż. ir-Regolament EASI jsemmi l-Grupp BEI, iżda dan ma jeskludix maniġers ta’ fondi oħrajn.

22

Il-Kummissjoni tfakkar li l-FEIS jimmira li jimmobilizza mill-anqas 315-il biljun euro b’garanzija ta’ baġit tal-UE ta’ 16-il biljun euro u 5 biljun euro ta’ kapaċità ta’ riskju addizzjonali mir-riżorsi tal-BEI.

Din il-garanzija hija mistennija li twassal għal effett ta’ ingranaġġ ogħla f’kuntrast mal-prodotti differenti mwassla taħt l-istrumenti finanzjarji tal-FSIE.

Osservazzjonijiet

31

Meta jitqies iċ-ċiklu tal-ħajja tal-istrumenti finanzjarji, hija mistennija żieda fl-aħħar snin ta’ implimentazzjoni u wieħed jista’ jasal għal konklużjoni kompleta dwar ir-rati ta’ żborż fl-għeluq.

32

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 43 u r-rakkomandazzjoni 5 tar-rapport annwali tal-Qorti tal-2014.

33

Il-Kummissjoni tikkunsidra li ma hemmx konnessjoni awtomatika bejn il-livell ta’ żborż u l-livell ta’ dotazzjoni inizjali minħabba l-fatturi li ġejjin:

L-analiżi tar-rati ta’ żborż hija bbażata fuq dejta miġbura fl-aħħar tal-2014. Il-progress sena b’sena miksub fl-2014 (+12 % għal kontribuzzjonijiet tal-PO għal strumenti finanzjarji u +38 % għal ħlas lil riċevituri finali, li jwasslu għal żieda ta’ 10 punti perċentwali fir-rati ta’ żborż ġenerali) jikkorrispondi għaċ-ċiklu tal-ħajja tal-istrumenti finanzjarji. Il-Kummissjoni tistenna li r-rata ta’ assorbiment fir-rapport għas-sena 2015 u fir-rapport finali dwar l-implimentazzjoni li tkopri l-2016 u l-2017 se tkun sostanzjalment ogħla.

Il-Kummissjoni tinnota li hemm ukoll fatturi oħra li jinfluwenzaw il-livell tar-rati ta’ żborż fl-aħħar tal-2014 bħal strumenti ġodda stabbiliti fl-2014 u l-ħlas tard ta’ strumenti finanzjarji f’xi Stati Membri fl-2012 u 2013.

Ara wkoll it-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-paragrafi 53 u 54.

34

Il-Kummissjoni temmen li rata ta’ assorbiment ġenerali ta’ 75 % u rata ta’ żborż ta’ madwar 60 % għal strumenti finanzjarji, fl-aħħar tal-2014, tista’ titqies raġonevoli. Kif indikat fl-Illustrazzjoni 2a, hemm ukoll rati ta’ assorbiment għoljin f’xi Stati Membri li jallokaw ammonti konsiderevoli għal strumenti finanzjarji.

Bħal f’kull rappreżentazzjoni statistika, jeżistu eċċezzjonijiet:

  • rata ta’ assorbiment ġenerali baxxa u rata ta’ żborż għolja għar-Rumanija u r-Repubblika Ċeka;
  • rata ta’ assorbiment ġenerali għolja u rata ta’ żborż medja bħall-Greċja u Franza.
  • L-Italja, Spanja u s-Slovakkja b’assorbiment ġenerali baxx.

Il-Kummissjoni stabbilixxiet azzjonijiet speċifiċi sabiex tgħin lil dawk bi prestazzjoni baxxa jżidu l-kapaċità amministrattiva tagħhom sabiex ikunu kapaċi jużaw il-fondi skont il-ħtiġijiet tagħhom.

It-tweġiba Komuni tal-Kummissjoni għall-paragrafi 36-38

Il-Kummissjoni identifikat ir-riskju indikat mill-Qorti (anke jekk f’xi każijiet iż-żieda kienet iġġustifikata mill-kundizzjonijiet tas-suq). Ir-regoli tal-2014-2020 dwar ħlasijiet bin-nifs jindirizzaw din il-kwistjoni.

Il-Kummissjoni tixtieq tirrimarka li f’kull każ l-intermedjarji finanzjarji mhux se japprovaw li tibda l-implimentazzjoni ta’ strument finanzjarju mingħajr ma jkun sar disponibbli għalih ammont xieraq ta’ flus.

40

Arranġamenti dwar spejjeż u tariffi tal-ġestjoni jitħallew għall-ftehim bejn l-awtorità ta’ ġestjoni u l-maniġer tal-fond skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà.

F’ħafna każijiet dawn l-arranġamenti inkludew ukoll ħlas ibbażat fuq il-prestazzjoni, u/jew iffissaw l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni taħt il-limiti massimi tar-Regolament. F’xi każijiet ma kienx hemm spejjeż u tariffi li kellhom jitħallsu mill-baġit tal-UE.

Ir-Regolament jiddefinixxi l-livell massimu ta’ spejjeż u tariffi ta’ ġestjoni eliġibbli biss, li huwa llimitat bil-limitu marbut mal-kapital imħallas.

41

Għall-investimenti fl-SMEs, l-istrumenti finanzjarji ġestiti mill-FEI li bdew fl-2013-2014 u għal xi strumenti, saru allokazzjonijiet addizzjonali fl-2015. Anke jekk ir-rati ta’ żborż fl-aħħar tal-2014 kienu taħt il-medja, żieda sinifikanti oħra hija mistennija sal-aħħar tal-perjodu ta’ eliġibbiltà.

Għal investimenti f’fondi ta’ żvilupp urban (UDFs), il-BEI u l-UDFs żiedu sew il-pass tal-attività ta’ investiment mill-2014. Il-fatt li proġetti ta’ investiment damu biex jaqbdu fil-livell ta’ riċevituri finali jista’ jiġi spjegat min-natura tal-infrastruttura u għalhekk iċ-ċiklu itwal tal-proġetti JESSICA li jimplika proċessi ta’ permessi aktar kumplessi, għajnuna mill-Istat u ħlasijiet bil-quddiem għal xogħol. Għadd ta’ fondi tal-Ewropa tan-Nofsinhar sofrew ukoll kriżi makroekonomika u fis-settur bankarju.

43

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-modifiki introdotti fil-linji gwida tal-għeluq tagħha kienu fl-ambitu tal-Artikolu 78(6) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, kif emendat, u għalhekk ma kinux jeħtieġu emenda ta’ att leġiżlattiv (ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 6.52 u għar-Rakkomandazzjoni 5 tar-rapport annwali tal-Qorti tal-2014).

44

Il-Kummissjoni tikkunsidra l-previżjoni ta’ rati ta’ żborż mis-snin ta’ qabel mhix l-aktar metodu rilevanti sabiex jiġi stmat il-livell tar-rata ta’ żborż sal-aħħar tal-2015 għaliex din ma tikkunsidrax iċ-ċiklu ta’ ħajja tal-istrumenti finanzjarji fl-intier tiegħu u ż-żmien li għadda minn meta fond partikolari ġie stabbilit.

Ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 43.

48

L-esperjenza wriet li mhuwiex xieraq li wieħed jirregola skont id-dettalji tal-kontenut ta’ pjan ta’ direzzjoni tan-negozju. Dan huwa wkoll skont l-ispirtu ta’ ġestjoni kondiviża u l-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità.

Il-mod kif kien abbozzat inizjalment l-Artikolu 43(2) tar-Regolament Ġenerali qajjem mistoqsijiet importanti. Pereżempju ma kienx ikkunsidrat adegwat ir-rekwiżit li l-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju jintbagħat minn imsieħba kofinanzjaturi għaliex pjan ta’ direzzjoni tan-negozju (jew dokument xieraq ieħor) għandu jintbagħat biss mill-maniġer tal-fond. Barra minn hekk, l-Artikolu 43(2) ma għamilx distinzjoni bejn il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ fond tal-ishma u pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ intermedjarju finanzjarju u għalhekk il-kontenut tiegħu qajjem konfużjoni.

Fil-qafas legali tal-2014-2020 li huwa aktar komprensiv, il-kontenut eżatt ta’ pjan ta’ direzzjoni tan-negozju lanqas ma huwa pprovdut. L-element kruċjali f’termini ta’ stabbiliment ta’ strument finanzjarju huwa l-ftehim ta’ finanzjament iffirmat bejn l-awtorità ta’ ġestjoni u l-maniġer tal-fond. Il-ftehim ta’ finanzjament għandu jinkludi l-istrateġija tal-investiment u pjan ta’ negozju u għadd ta’ elementi rilevanti oħrajn (ara l-Anness IV tas-CPR).

50

Il-Kummissjoni rrakkomandat ripetutament lill-Istati Membri sabiex jinkludu fil-ftehimiet ta’ finanzjament il-kundizzjonijiet għall-ġbid ta’ fondi minn strumenti finanzjarji u sabiex jipproċedu bi ħlasijiet bin-nifs fl-istrumenti (ara l-punt 5.3 tal-Gwida COCOF FEI 10-0014-05-EN).

51

Il-Kummissjoni tinnota li fl-istess pajjiż fondi differenti taw prestazzjoni differenti.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li hemm fatturi oħrajn apparti s-sodezza tal-valutazzjoni tan-nuqqasijiet li setgħu kkontribwixxew għad-daqs eċċessiv tal-istrumenti (eż. kriżi finanzjarja jew l-istabbiliment tard tal-istrumenti li jinfluwenzaw l-iżborż tal-fondi).

Barra minn hekk, l-istrumenti finanzjarji huma strumenti mmexxija mis-suq. Il-valutazzjoni tan-nuqqasijiet tikxef eżistenza, jew le, ta’ nuqqas partikolari tas-suq. Il-kundizzjonijiet tas-suq jistgħu madankollu jvarjaw b’mod sinifikanti ftit snin wara li l-istrumenti jkunu ġew stabbiliti. Għalhekk, il-valutazzjoni tal-prestazzjoni ta’ strument finanzjarju b’referenza għa rabta bejn l-analiżi tan-nuqqasijiet u r-rati ta’ żborż tidher li mhux qed tindirizza dawn il-kundizzjonijiet tas-suq li qed jevolvu.

52

Il-Kummissjoni tinnota li, fl-2007-2013, it-twettiq ta’ valutazzjoni tan-nuqqasijiet kienet biss meħtieġa indirettament mill-qafas legali. Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni tikkunsidra li huwa pożittiv il-fatt li 82 % ta’ dawk li wieġbu l-istħarriġ tal-Qorti wettqu valutazzjoni.

53

Il-Kummissjoni tfakkar li r-rekwiżit indirett li titwettaq valutazzjoni tan-nuqqasijiet fil-perjodu 2007-2013 ma kien jinkludi l-ebda rekwiżit obbligatorju u dettaljat previsti fil-valutazzjoni ex ante fl-Artikolu 37 tas-CPR għall-perjodu 2014-2020. Il-Kummissjoni temmen li r-rekwiżit legali ġdid se jipprevjeni r-riskju assoċjat u li t-tieni livell ta’ rieżami ma jġib miegħu l-ebda valur miżjud.

It-twettiq ta’ valutazzjoni ex ante hija r-responsabbiltà tal-awtorità ta’ ġestjoni u r-riżultati tagħha għandhom jintbagħtu lill-kumitat ta’ monitoraġġ qabel ma tittieħed xi deċiżjoni sabiex isiru kontribuzzjonijiet tal-programm għal strumenti finanzjarji. Il-valutazzjoni ex ante mhijiex deċiżjoni per se. Din tgħin sabiex ikunu evitati duplikazzjonijiet u inkonsistenzi bejn strumenti implimentati minn atturi differenti f’livelli differenti u sabiex ikunu evitati ftit mill-problemi identifikati fil-perjodu 2007-2013.

L-esperjenza tal-Kummissjoni turi li l-valutazzjonijiet ex ante fl-2014-2020 huma mwettqa minn entitajiet li jkollhom esperjenza u kompetenza fis-suq, inkluż il-grupp tal-BEI. Il-valutazzjoni ex ante meħtieġa ġiet imfassla bl-idea li tiżgura l-indipendenza u l-oġġettività tagħha. Il-valutazzjoni ex ante għaddejja minn skrutinju pubbliku qawwi b’valur miżjud ferm ogħla minn “rieżami indipendenti” minħabba t-tressiq tagħha lill-kumitat ta’ monitoraġġ u l-pubblikazzjoni fi żmien tliet xhur mid-data meta jlestu.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li s-sistema ta’ ħlas bin-nifs ġdida se tiffunzjona wkoll bħala test tas-suq u bħala livell ieħor ta’ salvagwardja. Fil-każ li l-iżborżi għar-riċevituri finali jkunu aktar baxxi milli mistenni l-Kummissjoni mhux ser tipproċedi b’aktar rimborżi.

54

Il-Kummissjoni tinnota li “t-tagħlimiet meħuda” u “t-tibdiliet soċjoekonomiċi ewlenin” diġà huma kkunsidrati fir-rieżamijiet sistematiċi ta’ nofs it-terminu tal-istrumenti ġestiti ċentralment tal-2014-2020. Din hija r-raġuni għaliex l-Kummissjoni tikkunsidra li ma hemmx bżonn li l-valutazzjonijiet ex ante jiġu aġġornati sabiex ikopru dawn l-aspetti.

55

Il-Kummissjoni tfakkar li, filwaqt li għandhom jiġu stabbiliti strumenti finanzjarji skont ir-regoli tal-programmi (nazzjonali/reġjonali), dan ma jfissirx li strument finanzjarju jeħtieġ li jinħoloq f’kull reġjun. Huwa possibbli li jsiru ħafna ta’ kontribuzzjonijiet ta’ programmi għal strument finanzjarju wieħed li għalhekk jibbenefikaw minn ekonomiji tal-iskala u massa kritika.

Huwa enfasizzat ukoll li l-ammonti allokati għal strumenti finanzjarji f’reġjun mhumiex arbitrarji. Huma parti mill-istrateġija tal-programm użata għan-negozjati tal-programmi u tinkludi l-analiżi tal-ħtiġijiet tar-reġjun li hija kkonfermata minn valutazzjoni ex ante tal-programm.

57

Taħt politika ta’ Koeżjoni l-objettiv kien li tkun ipprovduta firxa suffiċjenti ta’ għażliet sabiex l-aqwa għażla ta’ implimentazzjoni tintgħażel fir-rigward tan-nuqqas tas-suq identifikat sabiex ikun ipprovdut l-aktar appoġġ effettiv.

Skont il-valutazzjoni ex ante l-istrumenti għandhom jiġu mfassla b’tali mod li ma jkunx hemm duplikazzjoni waqt li jiżgura li jikkumplimentaw lil xulxin. Huwa possibbli li jsiru ħafna kontribuzzjonijiet tal-programmi minn reġjuni differenti għal strument finanzjarju wieħed li b’hekk jibbenefikaw minn ekonomiji ta’ skala u massa kritika. Skont it-tip ta’ strumenti (eż. self u garanziji), u l-karatteristiċi speċifiċi tal-Istati Membri, xi fondi iżgħar jagħtu prestazzjoni tajba daqs fondi akbar jew saħansitra aħjar (eż. il-Ġermanja, il-Polonja jew Franza).

Il-Kummissjoni temmen li l-valutazzjoni ex ante, billi tindika d-daqs adegwat tal-istrument finanzjarju, se tipprovdi riżultati affidabbli u xierqa b’aktar preċiżjoni minn kwalunkwe informazzjoni ġenerali maħruġa mill-industrija tal-finanzjament tan-negozju.

59

Il-Kummissjoni tfakkar li din il-possibbiltà fir-Regolament tad-Dispożizzjonijiet Komuni ma teliminax ir-restrizzjonijiet ġeografiċi ta’ kull programm li jikkontribwixxi. L-eliġibbiltà ġeografika hija waħda mill-fatturi tal-politika ta’ Koeżjoni.

Ara t-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-paragrafi 55 u 57.

61

Fir-rigward tal-Artikolu 38(1)(a) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (CPR), l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jistgħu jipprovdu kontribuzzjoni finanzjarja għal strumenti finanzjarji stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, ġestiti direttament jew indirettament mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni pprovdiet kjarifiki estensivi u ħadmet mill-qrib mal-Istati Membri dwar x’jikkonċerna l-Inizjattiva SME, li hija strument finanzjarju fil-livell tal-UE. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ħarġet fuljett sabiex jiggwida lill-Istati Membri dwar l-aspetti kumplimentari bejn l-FSIE u l-FEIS. F’każ li jiġu żviluppati strumenti ġodda fil-livell tal-UE, il-Kummissjoni se tipprovdi gwida dwar il-kontribuzzjoni ta’ riżorsi tal-programm lill-istrumenti fil-livell tal-UE bbażati fuq talbiet tal-Istati Membri.

64

Id-definizzjoni ta’ ingranaġġ ġejja mill-Artikolu 223 tar-Regoli ta’ applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju li se jippermetti rappurtar konsistenti minn kull Stat Membru.

Id-diskussjoni dwar definizzjoni komuni ta’ ingranaġġ saret bejn is-servizzi tal-Kummissjoni kollha. It-Taqsima 2.3.4 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2011) 662 tad-19.10.2011 tintroduċi kunċett unifikat.

65

Diskussjonijiet dwar id-definizzjoni ta’ ingranaġġ bejn il-Qorti u l-Kummissjoni ilhom għaddejjin mill-2010. Kif imsemmi fit-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 64, id-definizzjoni ta’ ingranaġġ ġejja mir-Regolament Finanzjarju u tiżgura rappurtar konsistenti mill-Istati Membri.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-interpretazzjoni tal-Qorti tal-effett ta’ ingranaġġ huwa differenti mid-definizzjoni f’Artikolu 223 tar-Regoli ta’ Applikazzjoni għar-Regolament Finanzjarju tal-UE (RAP) bħala “l-ammont ta’ finanzi għal riċevituri finali eliġibbli diviż bl-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni”. Dan ifisser li l-ingranaġġ għandu jitqies bħala l-proporzjon bejn ir-riżorsi finanzjarji tal-Unjoni allokati għal strument finanzjarju (input) u l-ammont (totali) ta’ finanzi pprovduti għal riċevituri finali eliġibbli (output).

Interpretazzjoni bħal din tiggarantixxi fil-fatt trattament komparabbli tal-effett ta’ ingranaġġ bejn strumenti finanzjarji u għotjiet.

Għal strumenti ta’ ġestjoni kondiviża, ir-rappurtar mill-Istati Membri se jippermetti li l-Kummissjoni tiddistingwi bejn l-ingranaġġ ta’ kontribuzzjonijiet privati u nazzjonali pubbliċi taħt il-PO u/jew ta’ kontribuzzjonijiet kapitali addizzjonali privati jew pubbliċi. Il-kofinanzjament mhux neċessarjament jikkostitwixxi finanzjament pubbliku biss. Assi prijoritarju jista’ jkun fuq infiq pubbliku eliġibbli jew infiq totali eliġibbli (inkluż infiq pubbliku u privat). Il-maġġoranza tal-assi maħluqin biex jappoġġjaw l-SMEs u s-settur privat b’mod ġenerali huma fuq l-infiq totali (ara l-Artikolu 120 tar-Regolament tad-Dispożizzjonijiet Komuni).

Minħabba li l-fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (SIE) huma implimentati dejjem permezz ta’ programmi operazzjonali li huma kofinanzjati b’riżorsi pubbliċi u/jew privati (filwaqt li strumenti finanzjarji implimentati taħt oqsma ta’ politika oħrajn ma jeħtiġux kofinanzjament bħal dan fil-livell ta’ programm), ma jkunx xieraq jekk jitqies li kofinanzjament bħal dan ma għandux jgħodd bħala riżorsi ta’ ingranaġġ għal strumenti finanzjarji implimentati permezz ta’ fondi SIE.

67

Il-Kummissjoni tenfasizza li r-rapporti tal-Istati Membri fil-perjodu 2014-2020, fost l-oħrajn, se jippermettu li l-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dwar l-effett ta’ ingranaġġ ta’ strumenti finanzjarji, li tikkunsidra r-rekwiżiti tal-kofinanzjament, jiġifieri l-fatt li kofinanzjament nazzjonali jikkonsisti fi nfiq pubbliku u/jew privat.

68

Il-Kummissjoni stabbilixxiet taskforce orizzontali li tipprovdi gwida għall-interpretazzjoni tar-regoli tar-Regolamenti Finanzjarju kurrenti fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji tal-2014-2020, inkluż dwar l-ingranaġġ.

Il-Kummissjoni tirreferi wkoll għat-tweġibiet tagħha għall-paragrafi 69 u 73.

69

Ir-Regolament Finanzjarju kurrenti u r-Regoli ta’ Applikazzjoni tiegħu jeħtieġu approċċ unifikat għal rappurtar dwar l-ingranaġġ. Il-Kummissjoni ħadet passi sabiex tirfina l-metodoloġija għall-kalkolu tal-ingranaġġ kif indikat fit-tweġiba għall-paragrafu 68.

Peress li d-dispożizzjonijiet li japplikaw għal strumenti finanzjarji daħlu fis-seħħ f’Jannar 2014, l-approċċ rivedut se jiġi applikat biss għall-istrumenti finanzjarji tal-2014-2020.

Barra minn hekk, wieħed għandu jinnota li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn l-istrumenti mhuwiex omoġenju, li jispjega xi differenzi fil-metodoloġija applikata. Dawn id-differenzi għalhekk ma għandhomx jitqiesu sistematikament bħala inkonsistenzi.

70

Il-Kummissjoni taqbel li għandhom ikunu kkjarifikati metodoloġiji differenti adattati għall-istrumenti differenti u tinnota li diġà bdew isiru sforzi f’dan ir-rigward.

F’Ġunju 2015, il-Kummissjoni rfinat il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ingranaġġ sabiex tikkonforma, b’mod konsistenti u armonizzat, ma’ rekwiżiti applikabbli fuq l-effett ta’ ingranaġġ fir-Regolament Finanzjarju u fir-Regoli ta’ Applikazzjoni. Il-metodoloġija tkopri strumenti finanzjarji fil-livell tal-UE tal-perjodu ta’ programmazzjoni kurrenti (2014-2020). Skont il-metodoloġija msemmija qabel, l-ammont ta’ finanzi għal riċevituri finali eliġibbli għandu jikkorrispondi mal-volum ta’ finanzi pprovduti għal riċevituri finali eliġibbli minn strument finanzjarju permezz tal-katina ta’ finanzjament tiegħu, inkluża l-parti tal-Kontribuzzjoni tal-Unjoni.

Barra minn hekk, finanzi pprovduti barra mill-katina ta’ finanzjament ta’ strument finanzjarju jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll sakemm ikun hemm konnessjoni ċara mal-finanzjament ipprovdut permezz tal-katina ta’ finanzjament tal-istrument finanzjarju. Skont dak li ntqal hawn fuq, fil-finanzjament ta’ infrastruttura, is-sorsi kollha tal-finanzjament - investiment ta’ kapital, self u għotjiet - għandhom jiġu kkunsidrati għall-kalkolu tal-ammont ta’ finanzjament għall-proġett. F’dan il-kuntest, l-intervent tal-baġit tal-UE fl-iffinanzjar ta’ tranżazzjoni jiżgura grad għoli ta’ ċertezza u twassil tat-tranżazzjoni b’mod sħiħ, li jkollu l-effett li jistimola volum ogħla ta’ finanzi mmobilizzati.

Għall-perjodu ta’ rappurtar li jibda mill-2015 il-Kummissjoni se tiżgura konsistenza mtejba fil-metodoloġija għall-kalkolu tal-ingranaġġ bejn l-istrumenti u t-tipi ta’ prodott.

Ara wkoll it-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-paragrafi 69 u 73.

Kaxxa 7

Il-Kummissjoni tinnota li l-metodoloġija tal-OECD tikkonċerna l-kejl ta’ ammont immobilizzat mis-settur privat permezz ta’ finanzi ta’ żvilupp uffiċjali.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kawżalità bejn il-kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE u l-ammont ta’ finanzi li kienu mobilizzati bħala riżultat tista’ tiġi vvalutata biss skont il-każ.

Anke kontribuzzjonijiet tal-UE u l-BEI għal proġetti jista’ jkollhom impatti pożittivi:

  • Jattiraw finanzjament privat addizzjonali mill-anqas għall-istess ammont bħas-self superjuri tal-BEI (dan huwa l-każ għall-proġetti garantiti mil-LGTT, fejn is-self tal-BEI kien ugwali għal self minn banek oħrajn);
  • Jipprovdu intervent fl-għeluq finanzjarju ta’ istituzzjonijiet ta’ finanzjament privati, jew banek ta’ żvilupp nazzjonali, minħabba r-rwol rikonoxxut tal-BEI bħala istituzzjoni ta’ finanzjament AAA;
  • L-awtoritajiet pubbliċi jimpenjaw ruħhom għal maturitajiet fit-tul mal-BEI għal proġetti li kieku ma setgħux jiġu ffinanzjati biss fil-kuntest reġjonali jew anke nazzjonali minħabba redditu b’terminu iqsar fuq rekwiżiti ta’ investiment tal-investituri privati.

Minħabba l-argumenti ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji konġunti tal-KE-BEI, kif ukoll ir-rwol tal-BEI bħala bank istituzzjonali, jistimolaw id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali/reġjonali fit-twettiq ta’ proġetti ta’ sħubija privati pubbliċi, fejn parti mill-finanzjament huwa pprovdut fuq bażi fit-tul mill-baġits nazzjonali, flimkien mal-involviment tal-UE-BEI fuq bażi fit-tul, li l-istituzzjonijiet unikament privati ma jkunux kapaċi jwettqu.

Il-metodoloġija għall-kalkolu multiplikatur ġiet irfinuta fid-disinn tal-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS). Għalhekk l-Ispejjeż ta’ Investiment tal-Proġett ġew aġġustati sabiex jeskludu l-finanzjament tal-għotjiet tal-UE kollha, l-istrumenti finanzjarji tal-UE jew l-għotjiet/strumenti finanzjarji tal-FSIE (inkluż il-kofinanzjament pubbliku nazzjonali relatat minn Awtoritajiet ta’ Ġestjoni) li huma mdorrija jikkofinanzjaw il-proġett propost.

Ara t-tweġiba konġunta tal-Kummissjoni għall-paragrafi 71 u 72

Ir-Regolament tad-Dispożizzjonijiet Komuni jipprovdi l-qafas għall-implimentazzjoni tal-FSIE. Oqfsa legali oħrajn bħad-Direttivi tal-Akkwist jew regoli tal-għajnuna mill-Istat japplikaw ukoll mingħajr il-ħtieġa li jiġu rripetuti fir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni. Ir-Regolament Finanzjarju japplika wkoll bl-istess mod, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet speċjali tiegħu applikabbli għal ġestjoni kondiviża.

F’April 2016, il-Kummissjoni ħarġet nota ta’ gwida dwar ir-rappurtar, li tkopri l-kalkolu tal-ingranaġġ sabiex tagħti lill-Istati Membri metodoloġija konsistenti. Dan jiżgura dejta robusta u komparabbli fir-rigward tal-effett ta’ ingranaġġ mistenni u miksub. Għal strumenti ta’ ġestjoni kondiviżi, ir-rappurtar mill-Istati Membri se jippermetti wkoll li l-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dwar l-effett ta’ ingranaġġ ta’ strumenti finanzjarji, li jikkunsidra r-rekwiżiti ta’ kofinanzjament li jista’ jikkonsisti fi nfiq pubbliku u/jew privat.

73

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għan li jiġi attirat kapital privat ma għandux ikun enfasizzat wisq b’mod partikolari għal setturi esposti għal fallimenti kbar tas-suq.

Kemm għal strumenti ġestiti ċentralment kif ukoll dawk b’ġestjoni kondiviża, miri oħrajn jistgħu jkunu ugwalment importanti (eż. l-istabbiliment ta’ investiment f’suq partikolari li għadu jibda b’valjur miżjud tal-UE qawwi fi żmien ta’ riċessjoni ekonomika; appoġġ għat-tkabbir, l-impjiegi u l-kompetittività fl-Istati Membri kollha u r-reġjuni tagħhom, eċċ.). Għalhekk il-kejl tal-fattur ta’ suċċess ta’ strumenti finanzjarji jmur lil hinn mill-ammont ta’ fondi privati attirati.

Il-Kummissjoni tenfasizza li finanzjament privat huwa rekwiżit legali addizzjonali għal ġestjoni kondiviża li jirriżulta mill-qafas legali tal-għajnuna mill-Istat.

It-tweġiba komuni tal-Kummissjoni għall-paragrafi 74 sa 76

Il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni li l-fatt li l-partijiet jista’ jkollhom miri differenti se jsaħħaħ il-kwalità tal-proġetti u se jippermetti aċċess għal firxa usa’ ta’ għodod finanzjarji għat-twassil ta’ politika u l-involviment u kompetenza tas-settur privat. Hi temmen li appoġġ tal-UE mwassal permezz ta’ mekkaniżmi professjonali u b’esperjenza se jsaħħaħ il-governanza u s-sistema ta’ twassil tal-FSIE.

Għal strumenti finanzjarji “b’ġestjoni kondiviża”, it-trattament preferenzjali ta’ investituri privati jew investituri pubbliċi li joperaw skont il-prinċipju tal-ekonomija tas-suq, kif ukoll kwalunkwe arranġamenti ta’ kondiviżjoni tar-riskju, għandhom jikkonformaw mar-regoli ta’ għajnuna mill-Istat kif previst fir-regolamenti għall-2007-13 u huma limitati għall-minimu meħtieġ sabiex jattiraw dawn l-investituri.

Barra minn hekk, kif previst fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat Nru 480/2014 il-ħlas preferenzjali ta’ investituri privati jew investituri pubbliċi li joperaw skont il-prinċipju ta’ ekonomija tas-suq, kif imsemmi fl-Artikoli 37(2)(c) u 44(1)(b) tas-CPR, huwa proporzjonat għar-riskji meħuda minn dawn l-investituri u limitat għall-minimu meħtieġ sabiex jattira dawn l-investituri, li għandhom ikunu żgurati permezz ta’ termini u kundizzjonijiet kuntrattwali u salvagwardji proċedurali.

77

Il-Kummissjoni temmen li l-bażi ġuridika għandu jkollha termini ġenerali b’rabta ma’ mekkaniżmi li jaqsmu r-riskju u l-profitt, sabiex tingħata flessibbiltà biżżejjed għall-arranġamenti dettaljati li għandu jkun hemm qbil dwarhom fil-Ftehimiet ta’ Delegazzjoni speċifiċi bejn il-Kummissjoni u l-entitajiet inkarigati (ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-Kaxxa 9).

Kaxxa 9 Il-ħames inċiż

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-livell ta’ ħlas li l-Kummissjoni hija intitolata li tirċievi għall-portafoll LGTT/PBI huwa proporzjonat mar-riskju meħud. Barra minn hekk wara li nħela l-PFLP ir-riskju li fadal huwa mġarrab kompletament mill-BEI.

Kaxxa 9 Is-sitt inċiż

Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tad-19 ta’ Ottubru 2011 kien dokument esploratorju, li jippjana l-profili ta’ skema innovattiva ħafna mingħajr ebda preċedent.

Skont il-proċedura leġiżlattiva, il-koleġiżlaturi saru konxji mill-evoluzzjoni tal-iskema dettaljata, li ġiet attivata minn aktar kalkoli u analiżi tar-riskju mill-Kummissjoni u l-BEI. Fi kwalunkwe każ, il-qasma 95 %/5 % tal-Parti tal-Ewwel Telf kienet indikata b’mod ċar fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal - dan il-parametru ta’ kondiviżjoni tar-riskju qatt ma nbidel.

Tweġiba komuni tal-Kummissjoni għall-paragrafu 78 u l-Kaxxa 10

Il-Kummissjoni temmen li l-allokazzjoni tar-riskju skont l-istrumenti ġestiti ċentralment eżaminati hija ġustifikata b’mod partikolari sabiex tgħin biex tegħleb ir-riluttanza tas-settur privat biex jinvesti f’ċerti oqsma. Partijiet tal-ewwel telf għandhom ikunu ġġustifikati b’mod xieraq u ċerti twissijiet għandhom japplikaw b’kunsiderazzjoni partikolari tas-settur u s-suq li fih jopera l-istrument, li jista’ min-naħa l-oħra jiġġustifika dan it-teħid ta’ riskju.

Fir-rigward tal-EEEF, minħabba d-diffikultajiet fit-tqanqil tal-investiment fis-suq embrijoniku, frammentat, fuq skala żgħira, b’effiċjenza tal-enerġija intensiva fuq il-kapital, jista’ jkun meħtieġ aktar teħid ta’ riskju u miżuri oħrajn sabiex jistimolaw l-investiment.

79

L-użu ta’ deċiżjoni fiskali fl-industrija tal-Fondi fil-Lussemburgu hija normali u meħtieġa, b’mod partikolari għal SIVAC, sabiex tnaqqas l-inċertezza li jiffaċċjaw l-investituri billi tipprovdi ċarezza dwar it-tassazzjonijiet tal-investiment transfruntieri.

Fondi bħal dawn jiksbu deċiżjonijiet fiskali biss minħabba l-ambjent tas-suq li joperaw fih u mhix marbuta mal-fatt li strument finanzjarju huwa implimentat permezz ta’ struttura SIVAC.

80

Il-Kummissjoni tinnota li ebda waħda mill-investigazzjonijiet imsemmija ma hija marbuta ma’ SIVAC. Il-Kummissjoni tenfasizza li frazzjoni biss tad-deċiżjonijiet fiskali ġiet użata minn kumpaniji multinazzjonali kbar sabiex jiksbu vantaġġi inġusti. Il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill COM(2015)135 għad trid tiġi adottata mil-leġiżlatur u sussegwentament tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri. Ir-rakkomandazzjoni C(2012)8806 hija indirizzata lill-Istati Membri.

Tweġiba komuni tal-Kummissjoni għall-paragrafu 81 u l-Kaxxa 11

Marguerite hija SIVAC ibbażata fil-Lussemburgu li topera fil-prattiki u l-kundizzjonijiet tas-suq kif ukoll bħala l-ambjent legali nazzjonali.

L-użu ta’ deċiżjonijiet fiskali huwa komuni għal mezzi finanzjarji stabbiliti fil-Lussemburgu għal raġunijiet konfermatorji bl-għan li jillimitaw l-inċertezza għall-investituri (b’mod speċjali meta l-Fond jimmira li jattira investituri privati).

82

Ma hemm l-ebda rekwiżit legali mill-Istati Membri li jirrapportaw lill-Kummissjoni d-dettalji tal-istabbiliment ta’ strumenti finanzjarji FEŻR u FSE. Skont ġestjoni kondiviża u f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà li jiżguraw li l-istabbiliment ta’ strumenti finanzjarji jkun konformi mal-liġijiet tal-UE u dawk nazzjonali applikabbli sabiex in-nefqa relatata tkun legali u regolari.

83

Il-Kummissjoni tfakkar li ma hemmx rappurtar sistematiku sabiex jiġi identifikat finanzjar privat fil-livell tar-riċevituri finali.

L-analiżi tal-Qorti tikkunsidra biss ir-rapport ta’ implimentazzjoni fuq FEIs li għalihom iċ-ċifri ddaħħlu fil-kolonna II.10 Ammonti ta’ kontribuzzjonijiet PO mħallsin lill-FEI - kofinanzjament privat nazzjonali. Madankollu, bħal ma tispjega l-Qorti fil-paragrafu 85, finanzjament privat jista’ jkun ipprovdut ukoll minn sorsi barra mill-PO.

85

Għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 ir-rekwiżiti tar-rappurtar dwar l-istrumenti finanzjarji huma pprovduti fl-Artikolu 46 tas-CPR, u fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 821/2014. Dan tal-aħħar jistabbilixxi mudell għar-rappurtar dwar strumenti finanzjarji. Fit-taqsima VIII tal-mudell ta’ rappurtar l-Istati Membri jridu jipprovdu informazzjoni dwar l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet oħrajn, barra l-Fondi SIE ġġenerati minn strumenti finanzjarji, inklużi kontribuzzjonijiet pubbliċi u/jew privati, it-tnejn impenjati fil-ftehimiet ta’ finanzjament u mħallsin fil-livell ta’ riċevituri finali. Tabilħaqq il-qafas regolatorju jipprevedi li r-rappurtar dwar strumenti finanzjarji skont l-Artikolu 46 għandu jinkludi informazzjoni dwar il-kontribuzzjonijiet privati (fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-effett ta’ ingranaġġ).

86

Filwaqt li l-bażi ġuridika għall-2007-2013 ma kinitx teħtieġ espliċitament spejjeż u tariffi ta’ ġestjoni bbażati fuq il-prestazzjoni, il-ħlas huwa ġeneralment iddeterminat fil-ftehim ta’ finanzjament bejn l-awtorità ta’ ġestjoni u l-entità li timplimenta l-istrument finanzjarju. Pereżempju, mill-anqas il-Portugall, ir-Renju Unit u l-Polonja stabbilixxew sistema ta’ ħlas ibbażata fuq il-prestazzjoni f’xi ftit mill-ftehimiet ta’ finanzjament għal strumenti tal-FEŻR u FSE matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013.

Il-Kummissjoni tenfasizza wkoll li f’ħafna fondi ta’ self il-koinvestiment privat iseħħ fil-livell ta’ fond u huwa pprovdut mill-maniġer tal-fond stess.

87

Il-Kummissjoni tinnota li fattur addizzjonali fir-rigward tal-istabbiliment ta’ strumenti finanzjarji u r-riżultat ta’ ingranaġġ fl-immobilizzar ta’ fondi privati addizzjonali huwa r-riskju u l-profil ta’ kreditu ta’ riċevituri finali fil-mira. Ta’ min wieħed isemmi li l-EPMF timmira lejn riċevituri finali bi profili ta’ kreditu b’riskju ogħla.

Ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-Kaxxa 12.

Kaxxa 12 L-ewwel inċiż

Skont ir-rapport ta’ verifika ad hoc ippreparat minn konsulenti esterni fuq talba tal-Kummissjoni dwar il-Fond Marguerite, in-nuqqas ta’ kofinanzjament privat fil-livell ta’ Fondi ma kienx minħabba nuqqas ta’ ħeġġa min-naħa tas-settur privat li jinvesti fi strumenti ffinanzjati pubblikament iżda minħabba l-istruttura ta’ governanza anqas komuni ta’ Marguerite, il-pipeline limitat ta’ proġetti maturi u l-kundizzjonijiet tas-suq diffiċli li fihom kellu jopera l-Fond.

Kaxxa 12 It-tieni inċiż

L-EEEF inħoloq f’medda ta’ żmien qasira taħt il-programm Ewropew tal-Enerġija għall-Irkupru bħala sostenn għall-proġetti ta’ effiċjenza tal-enerġija partikolarment riskjużi u innovattivi, settur fejn l-ebda fondi ddedikati preċedenti ma kienu stabbiliti. Għalhekk, il-Kummissjoni qablet li tkun l-investitur fundamentali tal-fond. Madankollu għad hemm lok għal investimenti addizzjonali għaliex l-ammont totali f’dan l-istadju huwa anqas minn nofs tal-mira tal-fond ta’ EUR 700 miljun.

89

Il-Kummissjoni bdiet taħdem fuq abbozz ta’ nota ta’ gwida dwar ħlas preferenzjali li ġie ppreżentat lill-Istati Membri f’Ottubru 2015 u l-verżjoni finali qed titħejja.

90

Il-Kummissjoni temmen li l-aspetti ewlenin tal-arranġamenti ta’ kondiviżjoni tar-riskju bejn il-Kummissjoni u l-imsieħba tagħha għandhom jiġu vvalutati fil-bażijiet ġuridiċi futuri.

Madankollu, irid jinstab bilanċ li jippermetti flessibbiltà biżżejjed fil-bażijiet ġuridiċi sabiex l-arranġamenti ta’ kondiviżjoni ta’ riskju u profitt bejn il-Kummissjoni u l-entità inkarigata jkun jista’ jsir qbil dwarhom fil-Ftehim ta’ Delegazzjoni speċifiku.

91

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-importanza li jkun żgurat li strumenti finanzjarji ma jkunux soġġetti għal skemi ta’ evitar tat-taxxa inaċċettabbli. Dan huwa mtenni fil-Komunikazzjoni riċenti tagħha dwar il-Pakkett ta’ kontra l-evitar tat-taxxa tad-29/01/2016. Madankollu ftehimiet fiskali bil-quddiem ma jistgħux jiġu kkunsidrati per se għaliex imorru kontra l-politika tal-Kummissjoni stess.

Fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji b’ġestjoni kemm ċentrali kif ukoll kondiviża kif previst rispettivament fl-Artikolu 140(4) tar-Regolament Finanzjarju u fl-Artikolu 38(4) tar-Regolament tad-Dispożizzjonijiet Komuni, l-entitajiet li jimplimentaw dawn l-istrumenti ma għandhomx ikunu stabbiliti u ma għandux ikollhom relazzjonijiet ta’ negozju ma’ entitajiet inkorporati f’territorji, li l-ġurisdizzjonijiet tagħhom ma jikkooperawx mal-Unjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ standards tat-taxxa maqbula internazzjonalment u għandhom jittrasponu dawn ir-rekwiżiti fil-kuntratti tagħhom mal-intermedjarji finanzjarji magħżulin. Dan huwa rekwiżit legali għall-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji u jipprovdi salvagwardja b’saħħitha għall-użu ta’ fondi tal-UE.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li r-riskju għar-reputazzjoni ma għandux ikun magħqud mal-eżistenza ta’ ftehimiet fiskali bil-quddiem, iżda mad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dawn il-ftehimiet.

94

Il-Kummissjoni tipprevedi li tipprovdi gwida f’waqtha bbażata fuq mistoqsijiet u ħtiġijiet identifikati tal-Istati Membri.

Ara t-tweġiba konġunta tal-Kummissjoni għall-paragrafi 96 u 97

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-frekwenza tar-riċiklaġġ ta’ fondi matul il-perjodu ta’ eliġibbiltà mhuwiex għan fih innifsu.

Barra minn hekk, id-data ta’ maturità tal-finanzjament ipprovdut għandu jiġi aġġustat għat-tipoloġija ta’ investimenti li qed jiġu ffinanzjati, u kull konklużjoni dwar l-effett limitat tal-użu mill-ġdid għandha ssir b’referenza għad-data ta’ stabbiliment tal-istrument finanzjarju, il-perjodu ta’ grazzja, il-maturità u r-rati ta’ inadempjenza tal-finanzjament ipprovdut lir-riċevituri finali.

Pereżempju, fl-istrument disponibbli “Self għar-Rinnovazzjoni” tal-Effiċjenza Enerġetika għall-2014-2020 il-maturità tas-self tista’ tiġi ddefinita għal perjodu sa 20 sena.

Ċiklu komplet ta’ tiġdid fil-perjodu ta’ programmazzjoni jmur kontra perspettiva fit-tul bħal din.

Ara t-tweġiba konġunta tal-Kummissjoni għall-paragrafi 99 u 100

Il-Kummissjoni tenfasizza li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni huma obbligati jiżguraw miżuri propji sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 78(7) tar-Regolament Ġenerali u sabiex jippreżentaw dawn il-miżuri fl-għeluq, bħall-informazzjoni dwar l-użu mill-ġdid ta’ riżorsi li jibqgħu disponibbli attribwibbli għall-FEŻR u l-FSE, li jispeċifikaw l-awtorità kompetenti li hija responsabbli mill-ġestjoni ta’ riżorsi li jibqgħu disponibbli, il-forma ta’ użu mill-ġdid, l-għan, iż-żona ġeografika kkonċernata u t-tul ta’ żmien previst. (ara l-linji gwida dwar l-għeluq punt 5.2.5).

Il-qafas mhux biss jagħti inċentiv lill-Istati Membri sabiex jerġgħu jużaw ir-riżorsi għall-istess grupp fil-mira iżda anke li dawn ir-riżorsi jiġu investiti mill-ġdid diversi drabi sakemm ikun hemm lakuna fis-suq. Huwa f’idejn l-Istati Membri li jiżguraw konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet.

102

Il-Kummissjoni tenfasizza li riżorsi rritornati lejn il-fond wara t-tmiem tal-perjodu ta’ eliġibbiltà ma jibqgħux riżorsi tal-UE, iżda jsiru riżorsi nazzjonali.

Is-CPR jirrikjedi li l-Istati Membri jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw l-użu xieraq ta’ riżorsi mħallsin lura lill-istrumenti finanzjarji matul perjodu ta’ mill-anqas tmien snin wara t-tmiem tal-perjodu ta’ eliġibbiltà (ara l-Artikolu 45 tar-Regolament tad-Dispożizzjonijiet Komuni u l-mudell ta’ ftehim tal-finanzjament fl-Anness IV Artikolu 1(j)).

Il-Kummissjoni tipprevedi l-verifika tal-adegwatezza ta’ miżuri stabbiliti fil-ftehimiet ta’ finanzjament permezz tax-xogħol ta’ awditjar regolari tal-awtoritajiet tal-awditjar nazzjonali u s-servizzi tagħha stess fuq strumenti finanzjarji.

104

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-perjodu ta’ żmien meħtieġ biex tiġi organizzata proċedura miftuħa sabiex jintgħażel maniġer tal-fond. Madankollu, dan ma jistax jiġi evitat għaliex irid ikun hemm konformità mar-regoli ta’ għażla applikabbli, inklużi dawk dwar l-akkwist pubbliku.

In-nota ta’ Gwida dwar valutazzjoni ex ante li ġiet finalizzata fi Frar 2015 tispjega l-kundizzjonijiet għall-kontribuzzjoni ta’ riżorsi tal-programm 2014-2020 għal strument finanzjarju eżistenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni bdiet taħdem fuq abbozz ta’ nota ta’ gwida dwar għażla ta’ entitajiet li jimplimentaw strumenti finanzjarji li huwa previst li jinkludi taqsima li tispjega l-kundizzjonijiet applikabbli għal modifiki fil-kuntratt (eż. estensjoni tal-perjodu ta’ implimentazzjoni jew żieda ta’ ammonti tal-kontribuzzjoni PO għal strumenti finanzjarji li jeżistu taħt il-perjodu 2007-2013).

110

Il-Kummissjoni tfakkar li tariffi rrapportati bħala “żero” ħafna drabi tfisser li ma tħallsu l-ebda spejjeż u tariffi ta’ ġestjoni. Hemm aktar minn 261 fond li rrapportaw “żero” spejjeż u tariffi ta’ ġestjoni.

111 It-tieni inċiż

Fl-2007-2013 ir-Regolament kien jirreferi għal regoli ta’ eliġibbiltà nazzjonali aktar milli regoli ta’ eliġibbiltà tal-UE (l-Artikolu 56(4) tal-1083/2006). Dan l-għoti ta’ setgħa lill-Istati Membri kien skont il-ġestjoni kondiviża u l-prinċipju ta’ sussidjarjetà.

Ir-regoli ta’ eliġibbiltà dwar spejjeż u tariffi ta’ ġestjoni huma waħda mill-ftit elementi fil-leġiżlazzjoni fejn huwa impost limitu fuq infiq speċifiku mill-bażi ġuridika. Ir-Regolament stabbilixxa limiti differenti għal spejjeż u tariffi ta’ ġestjoni skont it-tip ta’ prodotti finanzjarji pprovduti u dawn jistgħu jkunu aktar baxxi (iżda mhux ogħla) minn 4 %, jiġifieri 2 % għal fondi tal-ishma u ta’ garanzija, 3 % għal fondi ta’ self u ta’ ekwità u 4 % għal strumenti ta’ mikrokreditu. Il-limiti għandhom l-għan li jippreżervaw l-interessi finanzjarji tal-UE.

113

L-ispejjeż u tariffi ta’ ġestjoni huma eliġibbli u rimborżati mill-UE biss jekk ikunu mħallsin. Għalhekk, l-Istat Membru ma għandu l-ebda obbligu li jirrapporta dwar spejjeż u tariffi ta’ ġestjoni li mhumiex imħallsin għaliex dawn ma jistgħux jintalbu għal rimborż mill-Kummissjoni u għalhekk mhumiex iffinanzjati mill-baġit tal-UE.

Jekk l-ispejjeż u tariffi ta’ ġestjoni jkunu jaqbżu l-limiti bbażati fuq proċedura kompetittiva u jkunu ddikjarati lill-Kummissjoni bħala nefqa eliġibbli, fl-għeluq, l-awtoritajiet kompetenti (awtoritajiet ta’ ġestjoni, awtoritajiet ta’ ċertifikazzjoni u awtoritajiet ta’ verifika) għandhom jivverifikaw l-eliġibbiltà ta’ din in-nefqa u jkunu obbligati li jirrapportaw lill-Kummissjoni kwalunkwe irregolarità.

It-tweġiba komuni tal-Kummissjoni għall-paragrafi 115 sa 117

Il-Kummissjoni tikkunsidra li r-regoli huma stabbiliti b’mod ċar fil-bażi ġuridika li kienet soġġetta għal gwida dettaljata u li f’dan l-istadju ma hemmx skop għal interpretazzjoni mill-ġdid.

L-Artikolu 43 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni jgħid li l-limiti għal infiq eliġibbli huma applikabbli għall-kapital ikkontribwit mill-programm operazzjonali għall-fond, u mhux għall-kapital użat mill-fond sabiex jipprovdi appoġġ għal riċevituri finali.

Il-limiti jiddefinixxu l-ammont massimu ta’ nfiq eliġibbli u għandhom jiġu kkalkolati fuq medja annwali, pro-rata temporis. In-nota ta’ gwida tal-COCOF dwar strumenti ta’ inġinerija finanzjarja tindirizza u tispjega aktar il-bażi ġuridika (ara Paragrafi 2.6.1 sa 2.6.17).

Għall-2014-2020, il-qafas legali jirrikjedi li l-ispejjeż u t-tariffi ta’ ġestjoni jridu jkunu konnessi mal-prestazzjoni, inklużi l-ammonti żborżati għal riċevituri finali.

118

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 86.

122

Abbażi tad-dejta rrapportata mill-Istati Membri, l-ispejjeż u tariffi ta’ ġestjoni kumulattivi għall-istrumenti finanzjarji tal-FEŻR u l-FSE fl-aħħar tal-2014 jirrappreżentaw 4,7 % tal-ammonti mħallsin għall-istrumenti finanzjarji, li huwa ekwivalenti annwali ta’ anqas minn 1,0 %. Dan huwa skont iċ-ċifri ppreżentati mill-Qorti għal kontribuzzjonijiet mill-baġit tal-UE għal strumenti ġestiti ċentralment.

123

L-ispejjeż u t-tariffi ta’ ġestjoni rrapportati lill-Kummissjoni huma dawk imħallsin mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni u rimborżati mill-Kummissjoni lill-Istat Membru irrispettivament mill-livell ta’ implimentazzjoni fejn jiġġarrbu l-ispejjeż u t-tariffi ta’ ġestjoni. Il-Kummissjoni tenfasizza li maniġer ta’ fond tal-ishma u maniġer ta’ strument finanzjarju jwettqu funzjonijiet differenti u huma intitolati għal tariffi għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom.

It-tariffi ċċarġjati lir-riċevituri finali jridu jitnaqqsu min-nefqa eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni sabiex ikun evitat finanzjament doppju. L-eżistenza ta’ tariffi bħal dawn u t-trattament xieraq tagħhom huma parti mill-verifiki ta’ ġestjoni u x-xogħol ta’ awditjar.

It-tweġiba komuni tal-Kummissjoni għall-paragrafi 124 sa 127

Il-proporzjon bejn tariffi u appoġġ finanzjarju pprovdut għal riċevituri finali jirrifletti s-sitwazzjoni fl-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarju fl-aħħar tal-2014 u se jitnaqqas fi snin sussegwenti għaliex l-appoġġ finanzjarju pprovdut lil riċevituri finali mistenni li jiżdied.

128

Il-Kummissjoni tirreferi għat-tweġiba tagħha għall-paragrafu 124 u tinnota li tqabbil se jkun possibbli biss fl-għeluq tal-istrumenti FEŻR u FSE.

131

Skont il-ġestjoni kondiviża u b’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, hija r-responsabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali li jiżguraw li operazzjonijiet individwali jiġu implimentati skont id-dispożizzjonijiet legali applikabbli, inkluża konformità mal-limiti għar-rimborż.

Għal strumenti finanzjarji FEŻR u FSE l-Kummissjoni tenfasizza li l-ispejjeż u tariffi ta’ ġestjoni huma stabbiliti abbażi ta’ ftehim ta’ finanzjament innegozjat bejn l-awtorità ta’ ġestjoni u l-maniġer tal-fond u l-Kummissjoni mhijiex parti minn din ir-relazzjoni kuntrattwali. Dan huwa differenti għal strument ġestit ċentralment fejn il-Kummissjoni hija parti mir-relazzjoni kuntrattwali mal-maniġer tal-fond.

133

L-ispejjeż u t-tariffi ta’ ġestjoni huma eliġibbli u rimborżati mill-UE biss jekk ikunu mħallsin. Għalhekk, l-Istat Membru ma għandu l-ebda obbligu li jirrapporta dwar spejjeż u tariffi ta’ ġestjoni li mhumiex imħallsin għaliex dawn ma jistgħux jintalbu għal rimborż mill-Kummissjoni u għalhekk mhumiex iffinanzjati mill-baġit tal-UE.

L-ispejjeż u t-tariffi ta’ ġestjoni imħallsin mill-awtorità ta’ ġestjoni jistgħu jaqbżu wkoll il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 43.4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1828/2006, iżda dawn mhumiex eliġibbli għal rimborż mill-Fondi Strutturali.

134

Għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, is-sommarju tad-dejta għandu jitħejja mill-Kummissjoni għall-ħames fondi SIE. Ir-rappurtar ta’ strumenti finanzjarji ġie stabbilit għal perjodu ta’ żmien ta’ sitt xhur sabiex jikkunsidra r-regoli kollha speċifiċi għall-fondi (u d-dati ta’ skadenza rispettivi biex jiġi ppreżentati ir-rapport ta’ implimentazzjoni annwali kif meħtieġ mill-Artikoli 50(6) u (7) CPR), iż-żmien meħtieġ għall-konsolidazzjoni u l-valutazzjoni tad-dejta mibgħuta mill-Istati Membri/awtoritajiet ta’ ġestjoni bħala parti mir-rapport ta’ implimentazzjoni annwali, u l-preżentazzjoni ġenerali tal-progress dwar l-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji fil-ħames (5) Fondi SIE.

Meta l-Kummissjoni tipprovdi osservazzjonijiet dwar ir-rapport ta’ implimentazzjoni annwali, inklużi l-istrumenti finanzjarji, ir-rapport jintbagħat lura lill-awtoritajiet ta’ ġestjoni u d-data ta’ skadenza ta’ xahrejn tiġi interrotta sakemm l-informazzjoni riveduta tintbagħat mill-ġdid lill-Kummissjoni u l-iskadenza ta’ xahrejn tibda mill-ġdid.

Għalhekk, id-dejta tista’ tiġi aggregata ladarba tkun saret il-valutazzjoni sħiħa mill-Kummissjoni u jkun hemm assigurazzjoni biżżejjed dwar il-preċiżjoni u l-plawżibbiltà tad-dejta pprovduta mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni.

141 L-ewwel inċiż

Il-Kummissjoni tikkunsidra li t-tul ta’ żmien normali ta’ fond tal-ishma u ta’ fond speċifiku huwa iqsar mill-perjodu ta’ eliġibbiltà minħabba ż-żmien meħtieġ biex jiġi stabbilit strument finanzjarju (ara wkoll il-paragrafu 93).

Il-Kummissjoni tenfasizza li, skont l-Artikolu 42(5) CPR, huwa obbligatorju li tintuża metodoloġija ta’ kalkolu bbażata fuq il-prestazzjoni u l-kriterji għall-prestazzjoni huma stabbiliti fl-Artikolu 12 tal-Att Delegat 480/2014. Il-limitu globali għal spejjeż u tariffi ta’ ġestjoni eliġibbli huwa stabbilit fl-Artikolu 13(3) tal-Att Delegat 480/2014 li jimmira li jipproteġi l-interess finanzjarju tal-UE.

Skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà, il-ħlasijiet ta’ spejjeż u tariffi ta’ ġestjoni huma kwistjoni li għandha tiġi stabbilita fil-ftehim ta’ finanzjament. Is-CPR u l-Att Delegat 480/2014 jistabbilixxu limiti biss għan-nefqa eliġibbli massima li għandha tiġi kkofinanzjata mill-FSIE, u mhux għall-ħlasijiet attwali ta’ tariffi li għandhom isiru. Din tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-UE.

141 It-tieni inċiż

Fin-Nota ta’ Gwida EGESIF 15-0021-01 dwar l-ispejjeż u tariffi ta’ ġestjoni tas-26 ta’ Novembru 2015 il-Kummissjoni ċċarat li jeħtieġ li tintuża “skema bonus/malus” fejn pereżempju r-rimborż sħiħ ta’ spejjeż ta’ ġestjoni jkun marbut mat-twettiq ta’ miri miftiehma b’rabta ma’ kriterji ta’ prestazzjoni rilevanti (ara l-punt 2.2 fil-paġna 3 tan-Nota ta’ Gwida).

141 It-tielet inċiż

Skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà, kundizzjoni bħal din tista’ tiġi stabbilita fil-livell tal-ftehim ta’ finanzjament għaliex hija kwistjoni ta’ negozjati bejn l-awtorità ta’ ġestjoni u l-entità li qed timplimenta l-istrument finanzjarju. Il-limiti għall-ħlas bażi u għall-ħlas ibbażat fuq il-prestazzjoni jimmiraw li jillimitaw in-nefqa eliġibbli massima.

Il-Kummissjoni tenfasizza barra minn hekk li l-użu ta’ kriterji bbażati fuq il-prestazzjoni huwa obbligatorju.

Il-ħlas ibbażat fuq il-prestazzjoni huwa rekwiżit obbligatorju kif previst fl-Artikolu 42(5) CPR u l-kriterji għall-prestazzjoni huma stabbiliti fl-Artikolu 12 tal-Att Delegat 480/2014.

Minn perspettiva regolatorja dan kien ikkunsidrat biżżejjed mill-koleġiżlaturi sabiex tkun żgurata implimentazzjoni tajba tal-istrumenti finanzjarji.

Minn perspettiva ta’ trasparenza u ġestjoni finanzjarja tajba huwa enfasizzat ukoll li l-awtorità ta’ ġestjoni trid tinforma lill-kumitat ta’ monitoraġġ bid-dispożizzjonijiet dwar il-kalkolu bbażat fuq il-prestazzjoni ta’ spejjeż ta’ ġestjoni mġarrba jew bit-tariffi ta’ ġestjoni tal-istrument finanzjarju. Il-kumitat ta’ monitoraġġ jirċievi rapporti fuq bażi annwali dwar l-ispejjeż u tariffi ta’ ġestjoni effettivament imħallsa fis-sena kalendarja preċedenti.

144

Il-Kummissjoni ma tikkunsidrax li ż-żieda fil-finanzjament permezz ta’ strumenti finanzjarji de facto żżid l-appoġġ ta’ assistenza teknika għall-Istati Membri għaliex l-ammonti impenjati għal assistenza teknika huma bbażati fuq proġetti speċifiċi relatati mal-implimentazzjoni tal-programmi u mhux mal-livell ta’ finanzjament imwassal permezz ta’ strumenti finanzjarji.

Barra minn hekk, xi appoġġ tekniku għandu jintuża fl-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji (ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 94).

Il-livell ta’ appoġġ ta’ assistenza teknika kien ippjanat f’kull Stat Membru b’rabta mal-ħtiġijiet mistennija biex ikopru x-xogħol marbut mal-preparazzjoni u implimentazzjoni tal-programmi.

L-ispejjeż u t-tariffi ta’ ġestjoni jirrappreżentaw il-ħlas tal-maniġer tal-fond u sabiex jiżguraw ir-rekwiżiti ta’ rappurtar.

Barra minn hekk, il-fattur ewlieni tal-ispiża tal-assistenza teknika mhuwiex neċessarjament l-ammont ġenerali magħmul disponibbli għal skemi ta’ għotjiet, iżda fatturi oħrajn bħall-kumplessità tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll u tar-rekwiżiti legali marbuta mal-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali u tal-UE, l-għadd ta’ PO, il- miżuri u l-proġetti ewlenin ikkofinanzjati, l-għadd ta’ IBs eċċ.

145

Il-Kummissjoni tirrimarka li fir-Rapport ta’ Implimentazzjoni Annwali mibgħut mill-awtorità ta’ ġestjoni l-azzjonijiet ta’ assistenza teknika ewlenin imwettqa f’sena partikolari huma deskritti f’taqsima speċifika. Barra minn hekk, spejjeż ta’ assistenza teknika ddikjarati lill-Kummissjoni għal rimborż huma vverifikati, fuq il-bażi ta’ rendikont tal-ispejjeż u sostnuti b’fatturi, irċevuti tal-paga jew evidenza oħra, mill-awtorità ta’ ġestjoni jew minn entità oħra.

Id-dikjarazzjoni ta’ nfiq ivverifikata mill-awtorità ta’ ġestjoni, ibbażata fuq metodu ta’ teħid ta’ kampjuni, tista’ tiġi vverifikata aktar mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni, l-awtorità ta’ verifika u l-awdituri tal-Kummissjoni.

146

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-ispejjeż tal-ġestjoni tal-programm (Baġit TA) ma għandhomx jitħalltu mal-ispejjeż ta’ implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet uniċi fi programm (spejjeż u tariffi ta’ ġestjoni għal strumenti finanzjarji) għaliex dawn lanqas ma huma mħalltin mal-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ għotjiet (eż. l-ispejjeż marbutin mal-ħlas tal-inġinier superviżur tal-proġett inkluż fl-ammont allokat għall-proġetti u mhux fl-ammonti tal-Assistenza Teknika).

Il-Kummissjoni tirċievi rapporti mill-Istati Membri dwar il-baġit ta’ assistenza teknika.

Barra minn hekk, l-istruttura tal-ispejjeż ta’ għotjiet u strumenti finanzjarji, kif ukoll ta’ strumenti finanzjarji b’ġestjoni kondiviża u ġestjoni diretta, hija differenti.

F’Lulju 2012 il-Kummissjoni ppubblikat studju b’informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva dwar l-ispejjeż amministrattivi u l-piż amministrattiv tal-ġestjoni ta’ fondi strutturali tal-UE. (http://ec.europa.eu/regional_policy/sources/docgener/studies/pdf /measuring/measuring_impact_report.pdf).

L-aġġornament ta’ dan l-istudju huwa kontinwu u huwa ppjanat li jiġi ppubblikat fl-aħħar tal-2016. Huwa ppjanat li jiġi kkunsidrat fl-eżerċizzju ta’ simplifikazzjoni.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

147

Il-Kummissjoni taqbel li hemm għadd ta’ vantaġġi f’li jkun hemm appoġġ finanzjarju mill-baġit tal-UE permezz ta’ strumenti finanzjarji, li huwa għalfejn għall-perjodu tal-programm 2014-2020 qed tippromwovi u tinkoraġġixxi b’mod attiv użu akbar tagħhom.

148

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-effett tal-kwistjonijiet identifikati mill-Qorti jvarja skont l-Istati Membri u t-tipi ta’ strumenti finanzjarji u li, b’mod ġenerali, l-istrumenti finanzjarji jibqgħu mezz effiċjenti u effettiv sabiex jitwasslu l-fondi tal-UE.

148 L-ewwel inċiż

Il-Kummissjoni tikkunsidra li r-rata medja ta’ żborż ta’ 57 % (fl-aħħar tal-2014) tirrappreżenta sitwazzjoni eteroġenja ħafna. Ir-riskju li ma jinkisibx żborż sħiħ fl-għeluq jikkonċerna għadd limitat ta’ strumenti finanzjarji fi ftit Stati Membri.

Ir-rata ta’ żborż baxxa fl-aħħar tal-2014 hija r-riżultat ta’ għadd ta’ fatturi inklużi l-kriżi finanzjarja, l-esperjenza limitata f’xi Stati Membri u l-bidu tard ta’ xi strumenti.

148 It-tieni inċiż

Għal strumenti finanzjarji ta’ ġestjoni kondiviża, ir-rekwiżiti legali għar-rappurtar ma kinux jippermettu li l-Kummissjoni tikseb dejta eżawrjenti dwar il-parteċipazzjoni ta’ investituri privati minn Stati Membri. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li r-regoli tal-għajnuna mill-istat għal ċerti strumenti finanzjarji jeħtieġu parteċipazzjoni minima ta’ investituri privati (eż. 30 % u f’xi każijiet anke 60 %).

Il-Kummissjoni tikkunsidra li strumenti finanzjarji ġestiti ċentralment żviluppati fil-perjodu 2007-2013 irnexxielhom jattiraw riżorsi mdaqqsa mis-settur privat fil-livell ta’ proġetti, anke f’dawk il-każijiet fejn ma kienet saret l-ebda kontribuzzjoni privata fil-livell tal-fond (bħall-fond Marguerite). Aħna nikkunsidraw li l-esperjenza miksuba taħt dawn l-istrumenti tgħin lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa strumenti li huma kapaċi jattiraw saħansitra aktar investiment privat.

148 It-tielet inċiż

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-frekwenza tar-riċiklaġġ ta’ fondi matul il-perjodu ta’ eliġibbiltà mhuwiex għan fih innifsu.

Barra minn hekk, id-data ta’ maturità tal-finanzjament ipprovdut hija/trid tiġi aġġustata għat-tip ta’ investimenti li qed jiġu ffinanzjati, u kwalunkwe konklużjoni dwar l-effett tal-użu mill-ġdid limitat għandha ssir b’referenza għad-data ta’ stabbiliment tal-istrument finanzjarju, il-perjodu ta’ grazzja, il-maturità u r-rati ta’ inadempjenza tal-finanzjament ipprovdut lir-riċevituri finali.

148 Ir-raba’ inċiż

Taħt ir-regoli stabbiliti għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, l-ispejjeż u t-tariffi ta’ ġestjoni huma konnessi mal-ammonti mħallsin għall-istrumenti finanzjarji u mhux għall-ammonti żborżati lir-riċevituri finali. Il-Kummissjoni tinnota li tqabbil ma’ strumenti ġestiti ċentralment se jkunu possibbli biss fl-għeluq tal-istrumenti FEŻR u FSE.

Għall-2014-2020 l-ispejjeż u t-tariffi ta’ ġestjoni jridu jkunu konnessi mal-prestazzjoni, inklużi l-ammonti żborżati lir-riċevituri finali.

150

Il-Kummissjoni tikkunsidra li r-riskju li ma jinkisibx żborż sħiħ fl-għeluq jikkonċerna għadd limitat ta’ strumenti finanzjarji fi ftit Stati Membri.

Il-Kummissjoni tinnota li 82 % ta’ dawk li wieġbu indikaw li huma wettqu valutazzjoni tan-nuqqasijiet tal-ħtiġijiet tas-suq minkejja l-fatt li kien biss meħtieġ indirettament mill-qafas legali. Dan għandu jitqies bħala aspett pożittiv meta wieħed jikkunsidra n-natura mhux vinkolanti ta’ dan ir-rekwiżit għall-2007-2013.

151

Il-Kummissjoni tinnota li, skont it-tip ta’ strumenti, (eż. self u garanziji), u l-ispeċifitajiet tal-Istati Membri, xi fondi iżgħar jagħtu prestazzjoni tajba daqs jew saħansitra aħjar minn fondi akbar (eż. il-Ġermanja, il-Polonja jew Franza).

Rakkomandazzjoni 1(a)

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

Kull meta jiġi żviluppat strument finanzjarju ġdid, il-valutazzjoni ex ante jeħtieġ li tinkludi analiżi tat-tagħlimiet li ttieħdu minn strumenti simili fil-passat.

Rakkomandazzjoni 1 (b)

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

Għal strumenti ġestiti ċentralment il-bażijiet ġuridiċi rilevanti jipprevedu rieżamijiet jew evalwazzjonijiet ta’ nofs it-terminu.

Għal rieżamijiet ta’ nofs it-terminu bħal dawn ta’ strumenti finanzjarji, il-Kummissjoni se tiżgura li jkunu jkopru t-tagħlimiet li ttieħdu u l-effett ta’ kull tibdil soċjoekonomiku ewlieni fuq il-bażi loġika wara l-istrument u l-kontribuzzjoni korrispondenti mill-baġit tal-UE.

Rakkomandazzjoni 2

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni u tikkunsidraha implimentata sa fejn jikkonċerna lilha.

B’rabta ma’ strumenti finanzjarji fil-livell nazzjonali/reġjonali l-Kummissjoni bdiet taħdem fuq abbozz ta’ nota ta’ gwida dwar l-għażliet ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 38(1)(b) CPR u ppreżentatu lill-Istati Membri fit-28 ta’ April 2016. Il-potenzjal għal ekonomiji ta’ skala għandu jiġi indirizzat fil-kuntest tal-valutazzjoni ex ante meta wieħed iħares lejn il-ftehim ta’ implimentazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 38 CPR.

Fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet tal-programm FSIE għal strumenti fil-livell tal-UE, il-Kummissjoni pprovdiet kjarifiki estensivi u ħadmet mill-qrib ma’ Stati Membri dwar dak li jikkonċerna l-Inizjattiva SME, li hija strument finanzjarju fil-livell tal-UE.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ħarġet fuljett bħala gwida għall-Istati Membri dwar l-aspetti kumplimentari tal-FSIE/FEIS.

F’każ li jiġu żviluppati strumenti ġodda fil-livell tal-UE, il-Kummissjoni se tipprovdi gwida dwar il-kontribuzzjoni ta’ riżorsi tal-programm lill-istrumenti fil-livell tal-UE bbażati fuq talbiet tal-Istati Membri.

Fir-rigward tad-data ta’ implimentazzjoni fil-mira, il-Kummissjoni tenfasizza li r-rakkomandazzjoni qed tiġi implimentata sa fejn din tikkonċerna lill-Kummissjoni.

152

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għan li jiġi attirat kapital privat ma jeħtieġx ikun enfasizzat wisq b’mod partikolari għal setturi esposti għal fallimenti kbar tas-suq. Kemm għal strumenti fil-livell tal-UE kif ukoll għal strumenti b’ġestjoni kondiviża, miri oħrajn kienu daqstant importanti (eż. l-istabbiliment ta’ investiment f’suq partikolari li għadu jibda b’valur tal-UE miżjud b’saħħtu fi żmien ta’ riċessjoni ekonomika u l-appoġġ għat-tkabbir, l-impjiegi u l-kompetittività fl-Istati Membri kollha u r-reġjuni tagħhom.). Għalhekk il-kejl tas-suċċess ta’ strumenti finanzjarju jmur lil hinn mill-ammont ta’ fondi privati attirati.

Għal strumenti finanzjarji ta’ ġestjoni kondiviża, ir-rekwiżiti legali għar-rappurtar ma kinux jippermettu li l-Kummissjoni tikseb dejta eżawrjenti dwar il-parteċipazzjoni ta’ investituri privati minn Stati Membri. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li r-regoli tal-għajnuna mill-istat għal ċerti strumenti finanzjarji jeħtieġu parteċipazzjoni minima ta’ investituri privati (eż. 30 % u f’xi każijiet anke 60 %).

Il-Kummissjoni tikkunsidra li strumenti finanzjarji ġestiti ċentralment żviluppati fil-perjodu 2007-2013 irnexxielhom jattiraw riżorsi mdaqqsa mis-settur privat fil-livell ta’ proġetti, anke f’dawk il-każijiet fejn ma kienet saret l-ebda kontribuzzjoni privata fil-livell tal-fond (bħall-fond Marguerite). Aħna nikkunsidraw li l-esperjenza miksuba taħt dawn l-istrumenti tgħin lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa strumenti li huma kapaċi jattiraw saħansitra aktar investiment privat.

L-Artikolu 223 tar-regoli ta’ Applikazzjoni għar-Regolament Finanzjarju tal-UE jiddefinixxi l-ingranaġġ bħala “l-ammont ta’ finanzi għal riċevituri finali eliġibbli diviż mill-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni”. Dan ifisser li l-ingranaġġ għandu jitqies bħala l-proporzjon bejn ir-riżorsi finanzjarji tal-Unjoni allokati għal strument finanzjarju (input) u l-ammont (totali) ta’ finanzi pprovduti għal riċevituri finali eliġibbli (output). Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li din il-formola tikkunsidra kompletament safejn il-finanzjament pubbliku mill-baġit tal-UE jimmobilizza fondi addizzjonali.

153

Il-Kummissjoni tikkunsidra li huwa kmieni wisq biex wieħed jislet konklużjonijiet fir-rigward tal-livell ta’ finanzjament privat li għandu jiġi attirat matul l-2014-2020. L-ambitu usa’ tal-istrumenti finanzjarji għall-perjodu 2014-2020 għandu jipprovdi opportunitajiet addizzjonali, bħalma għandha tkun il-possibbiltà għal kombinazzjoni mal-FEIS. Il-Kummissjoni tinnota li pprovdiet mudelli għal skemi ta’ ħlas preferenzjali fil-gwida tal-2014.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 964/2014 għal strumenti disponibbli għall-perjodu 2014-2020 jipprovdi eżempji dwar kif l-aħjar jiġu applikati d-dispożizzjonijiet dwar trattament preferenzjali sabiex jiġi attirat aktar kapital privat mingħajr ma jiġu allokati riskji eċċessivi lis-settur pubbliku.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni pprovdiet eżempji ta’ kombinazzjonijiet tal-FSIE u l-FEIS li jinvolvu ħlas preferenzjali ta’ investituri privati fil-fuljett tagħha tat-22 ta’ Frar 2016 (ara http://ec.europa.eu/regional_policy/sources/thefunds/fin_inst/pdf/efsi_esif_compl_en.pdf).

Fl-aħħar, il-Kummissjoni bdiet taħdem fuq abbozz ta’ nota ta’ gwida dwar ħlas preferenzjali li ġie ppreżentat lill-Istati Membri f’Ottubru 2015 u l-verżjoni finali qed titħejja.

154

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-importanza li jkun żgurat li l-istrumenti finanzjarji ma jkunux soġġetti għal skemi inaċċettabbli ta’ evitar tat-taxxa. Dan huwa mtenni fil-Komunikazzjoni riċenti tagħha dwar il-Pakkett ta’ kontra l-evitar tat-taxxa tad-29/01/2016. Madankollu ftehimiet tat-taxxa bil-quddiem ma jistgħux jiġu kkunsidrati per se għaliex imorru kontra l-politika tal-Kummissjoni stess. Bħala kunċett ftehim tat-taxxa bil-quddiem jimmira li jnaqqas l-inċertezza għall-investituri.

Rakkomandazzjoni 3

Il-Kummissjoni ma taċċettax ir-rakkomandazzjoni.

Hija ma tarax il-ħtieġa li jiġi emendat ir-Regolament Finanzjarju u/jew ir-regoli settorjali sottostanti (CPR u regoli settorjali ġestiti ċentralment) u tikkunsidra li l-kwistjoni tista’ tkun indirizzata b’mod suffiċjenti biżżejjed permezz tal-għoti ta’ gwida.

Għal ġestjoni kondiviża, id-Direttorati Ġenerali tal-FSIE bdew jelaboraw abbozz ta’ nota ta’ gwida dwar ir-rappurtar. Dan l-abbozz ġie ppreżentat lill-Istati Membri fit-28 ta’ April 2016 u huwa previst li jkollu informazzjoni estensiva dwar il-kalkolu tal-ingranaġġ kif previst fir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ Applikazzjoni tiegħu inkluż kif l-ammonti mobilizzati jiġu ddeterminati. Ir-rappurtar mill-Istati Membri se jippermetti li l-Kummissjoni tiddistingwi bejn il-ingranaġġ ta’ kontribuzzjonijiet privati u nazzjonali pubbliċi taħt il-PO u/jew ta’ kontribuzzjonijiet kapitali addizzjonali privati jew pubbliċi.

Għal strumenti ġestiti ċentralment, f’Ġunju 2015, il-Kummissjoni rfinat il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ingranaġġ għall-istrumenti finanzjarji tal-2014-2020 sabiex jikkonformaw, b’mod konsistenti u armonizzat, ma’ rekwiżiti applikabbli fuq l-effett ta’ ingranaġġ fir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ Applikazzjoni.

Rakkomandazzjoni 4

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Il-linji gwida dwar l-għeluq ta’ programmi operazzjonali (Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 2771) jipprevedu fil-kapitolu 5.2.5 li r-rapport finali bħala parti mill-pakkett tal-għeluq irid jiddeskrivi l-identità ta’ fornituri ta’ kofinanzjament nazzjonali, it-tip ta’ kofinanzjament ipprovdut u kull fond ta’ koinvestiment flimkien ma’ riżorsi tal-programm. Barra minn hekk, l-Anness I, mudelli 1 u 2, jirrikjedu li l-Istati Membri jirrappurtaw fil-parti obbligatorja III.2.2.4 il-kofinanzjament privat nazzjonali effettivament imħallas lill-istrument finanzjarju.

Rakkomandazzjoni 5

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

Il-mod li bih għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar trattament preferenzjali sabiex ikun attirat aktar kapital privat mingħajr ma jkunu allokati riskji eċċessivi għal kontributuri pubbliċi għad-dotazzjoni tal-istrumenti finanzjarji huwa kopert fil-Volum I tal-Metodoloġija Ġenerali sabiex titwettaq il-valutazzjoni ex ante għal strumenti finanzjarji, maħruġ f’April 2014.

Barra minn hekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 964/2014 għal strumenti disponibbli għall-perjodu 2014-2020 jipprovdi eżempji dwar kif l-aħjar jiġu applikati dispożizzjonijiet dwar trattament preferenzjali sabiex jiġi attirat aktar kapital privat mingħajr ma jiġu allokati riskji eċċessivi lis-settur pubbliku.

Fl-aħħar, il-Kummissjoni bdiet taħdem fuq abbozz ta’ nota ta’ gwida dwar ħlas preferenzjali li ġie ppreżentat lill-Istati Membri f’Ottubru 2015 u l-verżjoni finali qed titħejja.

Fir-rigward tad-data ta’ implimentazzjoni fil-mira, il-Kummissjoni tenfasizza li r-rakkomandazzjoni qed tiġi implimentata sa fejn din tikkonċerna lill-Kummissjoni.

Rakkomandazzjoni 6

Il-Kummissjoni parzjalment taċċetta din ir-rakkomandazzjoni sa fejn din tikkonċerna l-proposti leġiżlattivi tagħha għall-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ wara l-2020.

Rakkomandazzjoni 7

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Għal ġestjoni kondiviża, il-Kummissjoni se tinkludi fin-nota ta’ gwida dwar l-għażliet ta’ implimentazzjoni taħt l-Artikolu 38(1)(b) CPR rakkomandazzjonijiet addizzjonali sabiex ikun meħtieġ allinjament tal-istrutturi ta’ strumenti finanzjarji mal-politika stabbilita fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-pakkett kontra l-evitar tat-taxxa ta’ Jannar 2016.

Għal strumenti ġestiti ċentralment, il-Kummissjoni diġà kitbet lill-BEI u l-FEI sabiex tisħaq dwar l-importanza tal-miżuri ta’ kontra l-evitar tat-taxxa tal-Kummissjoni li jinkoraġġixxu aktar promozzjoni tal-aħjar prattika mill-BEI/FEI f’dan il-qasam. Il-Kummissjoni tinvolvi ruħha fi djalogu attiv mal-BEI u l-FEI dwar ir-rieżami tal-politiki rispettivi tagħhom f’dan il-qasam.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-Artikolu 140(4) tar-Regolament Finanzjarju u t-tieni paragafu tal-Artikolu 38(4) CPR jispeċifika li l-entitajiet li jimplimentaw strumenti finanzjarju jeħtieġ li jkunu konformi mal-liġi applikabbli, inkluż il-ħasil ta’ flus, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-evażjoni tat-taxxa. L-entitajiet li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji ma jistgħux jiġu stabbiliti u ma jistgħux ikollhom relazzjonijiet kummerċjali ma’ entitajiet inkorporati f’territorji li l-ġurisdizzjonijiet tagħhom ma jikkooperawx mal-Unjoni b’rabta mal-applikazzjoni ta’ standards tat-taxxa miftiehma internazzjonalment. L-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom jittrasponu rekwiżiti bħal dawn fil-kuntratti tagħhom mal-intermedjarji finanzjarji magħżulin.

Il-konformità tat-trattamenti tat-taxxa mal-liġi nazzjonali u r-rakkomandazzjonijiet tal-UE hija parti mis-sistema stabbilita sabiex timplimenta l-istrumenti finanzjarji u hija wkoll koperta fl-ambitu ta’ verifiki tal-ġestjoni kif previst fin-nota ta’ gwida EGESIF 14/0012/02.

Fir-rigward tad-data ta’ implimentazzjoni fil-mira, il-Kummissjoni tenfasizza li r-rakkomandazzjoni qed tiġi implimentata, sa fejn din tikkonċerna lill-Kummissjoni.

Ara t-tweġiba konġunta tal-Kummissjoni għall-paragrafi 155 u 156:

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-frekwenza tar-riċiklaġġ ta’ fondi matul il-perjodu ta’ eliġibbiltà mhuwiex għan fih innifsu.

Barra minn hekk, id-data ta’ maturità tal-finanzjament ipprovdut hija/għandha tiġi aġġustata għat-tipoloġija ta’ investimenti li qed jiġu ffinanzjati, u kwalunkwe konklużjoni dwar l-effett tal-użu mill-ġdid limitat għandha ssir b’referenza għad-data ta’ stabbiliment tal-istrument finanzjarju, il-perjodu ta’ grazzja, il-maturità u r-rati ta’ inadempjenza tal-finanzjament ipprovdut lir-riċevituri finali.

Fir-rigward tat-tmiem tal-perjodu ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-modifiki li ddaħħlu fil-linji gwida tal-għeluq tagħha kienu fl-ambitu tal-Artikolu 78(6) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, kif emendat, u għalhekk ma kinux jeħtieġu emenda ta’ att leġiżlattiv (ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 43 u r-t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 6.52 u Rakkomandazzjoni 5 tar-rapport Annwali tal-Qorti tal-2014). Il-Kummissjoni tenfasizza li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni huma obbligati jiżguraw miżuri proprji sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 78(7) tar-Regolament Ġenerali u sabiex jippreżentaw dawn il-miżuri fl-għeluq, bħall-informazzjoni dwar l-użu mill-ġdid ta’ riżorsi li jibqgħu disponibbli li huma attribwibbli għall-FEŻR u l-FSE, u b’mod partikolari jispeċifikaw l-awtorità kompetenti li hija responsabbli mill-ġestjoni ta’ riżorsi li jibqgħu disponibbli, il-forma ta’ użu mill-ġdid, l-għan, iż-żona ġeografika kkonċernata u t-tul ta’ żmien previst (ara l-linji gwida għall-għeluq, punt 5.2.5).

Rakkomandazzjoni 8

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

L-Artikolu 45 CPR jirrikjedi li l-Istati Membri jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw l-użu xieraq ta’ riżorsi mħallsin lura lill-istrumenti finanzjarji matul perjodu ta’ mill-anqas tmien snin wara t-tmiem tal-perjodu ta’ eliġibbiltà (ara wkoll il-mudell ta’ ftehim tal-finanzjament f’Anness IV Artikolu 1(j)). Riżorsi rritornati lill-fond wara t-tmiem tal-perjodu ta’ eliġibbiltà ma jibqgħux riżorsi tal-UE iżda jsiru riżorsi nazzjonali.

Il-Kummissjoni fin-nota ta’ gwida dwar l-għażliet ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 38(1)(b) CPR se tenfasizza l-importanza ta’ dan ir-rekwiżit fil-ftehim ta’ finanzjament iffirmat mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni u se turi li verifika tal-adegwatezza ta’ din id-dispożizzjoni taqa’ fl-ambitu ta’ xogħol ta’ awditjar regolari tal-awtoritajiet ta’ awditjar.

Fir-rigward tad-data ta’ implimentazzjoni fil-mira, il-Kummissjoni tenfasizza li r-rakkomandazzjoni qed tiġi implimentata, sa fejn din tikkonċerna lill-Kummissjoni.

Rakkomandazzjoni 9

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

In-nota ta’ gwida dwar valutazzjoni adottata f’Mejju 2014 tispjega l-kundizzjonijiet għall-kontribuzzjoni ta’ riżorsi tal-programm 2014-2020 għal strument finanzjarju eżistenti.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni bdiet taħdem fuq abbozz ta’ nota ta’ gwida dwar l-għażla ta’ entitajiet li jimplimentaw strumenti finanzjarji. Dak l-abbozz ġie ppreżentat lill-Istati Membri f’Ottubru 2015 u huwa previst li jinkludi taqsima li tispjega l-kundizzjonijiet applikabbli għal modifiki fil-kuntratt (eż. estensjoni tal-perjodu ta’ implimentazzjoni jew żieda fl-ammonti tal-kontribuzzjoni PO għal strumenti finanzjarji li jeżistu fil-perjodu 2007-2013). Il-verżjoni finali tan-nota ta’ gwida bħalissa qed titħejja.

Fir-rigward tad-data ta’ implimentazzjoni fil-mira, il-Kummissjoni tenfasizza li r-rakkomandazzjoni qed tiġi implimentata sa fejn din tikkonċerna lill-Kummissjoni.

158

L-ispejjeż u t-tariffi ta’ ġestjoni akkumulati jirrappreżentaw 4,7 % tal-ammonti mħallsin għal strumenti finanzjarji fl-aħħar ta’ Diċembru 2014, li huwa ekwivalenti annwali ta’ anqas minn 1 %.

L-ispejjeż u t-tariffi ta’ ġestjoni huma eliġibbli u rimborżati mill-UE biss jekk jitħallsu lill-maniġer tal-fond. Jekk l-ispejjeż u t-tariffi mħallsin jaqbżu l-limiti, ir-rimborż isir abbażi ta’ dawn il-limiti u mhux tal-ammonti ogħla fil-fatt imħallsin. Din il-miżura tipproteġi l-interess finanzjarju tal-UE.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li r-regoli huma stabbiliti b’mod ċar fil-bażi ġuridika li kienet soġġetta għal gwida dettaljata u li f’dan l-istadju ma hemmx skop għal interpretazzjoni mill-ġdid.

L-Artikolu 43 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni jgħid li l-limiti għal infiq eliġibbli huma applikabbli għall-kapital ikkontribwit mill-programm operattiv għall-fond, u mhux għall-kapital użat mill-fond sabiex jipprovdi appoġġ għal riċevituri finali.

Il-limiti jiddefinixxu l-ammont massimu ta’ nfiq eliġibbli u għandhom jiġu kkalkolati fuq medja ta’ kull sena, pro-rata temporis. In-nota ta’ gwida tal-COCOF dwar strumenti ta’ inġinerija finanzjarja tindirizza u tispjega aktar il-bażi ġuridika (ara l-Paragrafi 2.6.1 sa 2.6.17).

Għall-2014-2020, il-qafas legali jirrikjedi li l-ispejjeż u t-tariffi ta’ ġestjoni jridu jkunu konnessi mal-prestazzjoni, inklużi l-ammonti żborżati lil riċevituri finali.

Ara t-tweġiba konġunta tal-Kummissjoni għall-paragrafi 159 u 160:

Għall-2007-2013, il-Kummissjoni tissorvelja l-ispejjeż u t-tariffi ta’ ġestjoni permezz tas-Sommarju ta’ dejta għal strumenti finanzjarju bbażati fuq ir-rappurtar minn Stati Membri. Dan ir-rekwiżit ġie introdott fl-2011.

Għall-2014-2020, il-Kummissjoni se jkollha sett ta’ dejta aktar komplet u affidabbli sabiex tissorvelja l-implimentazzjoni sħiħa tal-istrumenti finanzjarji, inklużi spejjeż u tariffi ta’ ġestjoni.

Għaż-żewġ perjodi, l-awtoritajiet nazzjonali huma responsabbli sabiex jiżguraw l-eliġibbiltà tal-ispejjeż u tariffi ta’ ġestjoni skont ir-regoli applikabbli u l-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-ispejjeż tal-ġestjoni tal-programm (Baġit TA) ma għandhomx jitħalltu mal-ispejjeż ta’ implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet uniċi fi programm (spejjeż u tariffi ta’ ġestjoni għal strumenti finanzjarji) għaliex dawn mhumiex imħalltin fl-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ għotjiet (eż. l-ispejjeż marbutin mal-ħlas tal-inġinier superviżur tal-proġett inkluż fl-ammont allokat għall-proġetti u mhux fl-ammonti tal-Assistenza Teknika).

Il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza li hi tanalizza r-rapporti li tirċievi mill-Istati Membri dwar il-baġit ta’ assistenza teknika. Dan kien il-każ għall-perjodu 2007-2013 u jibqa’ għall-perjodu 2014-2020.

161

Għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, is-sommarju tad-dejta jrid ikun ippreparat mill-Kummissjoni għall-ħames fondi SIE. Ir-rappurtar ta’ strumenti finanzjarji ġie stabbilit għal perjodu ta’ sitt xhur sabiex jikkunsidra r-regoli speċifiċi għall-fond kollha (u d-dati ta’ skadenzi rispettivi għall-preżentazzjoni tar-rapport ta’ implimentazzjoni annwali kif jirrikjedu l-Artikoli 50(6) u (7) CPR), iż-żmien meħtieġ għall-konsolidazzjoni u l-valutazzjoni tad-dejta mibgħuta mill-Istati Membri/awtoritajiet ta’ ġestjoni bħala parti mir-rapport ta’ implimentazzjoni annwali, u l-preżentazzjoni ġenerali tal-progress dwar l-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji fil-ħames Fondi SIE.

Meta l-Kummissjoni tipprovdi osservazzjonijiet dwar ir-rapport ta’ implimentazzjoni annwali, inklużi l-istrumenti finanzjarji, ir-rapport jintbagħat lura lill-awtoritajiet ta’ ġestjoni u d-data ta’ skadenza ta’ xahrejn tiġi interrotta sakemm l-informazzjoni riveduta tintbagħat mill-ġdid lill-Kummissjoni u l-iskadenza ta’ xahrejn tibda mill-ġdid.

Għalhekk, id-dejta tista’ tkun aggregata ladarba tkun saret il-valutazzjoni sħiħa mill-Kummissjoni u jkun hemm assigurazzjoni biżżejjed dwar il-preċiżjoni u l-plawżibbiltà tad-dejta pprovduta mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni.

162

Il-ħlas ibbażat fuq il-prestazzjoni huwa rekwiżit obbligatorju kif previst fl-Artikolu 42(5) CPR u l-kriterji għall-prestazzjoni huma stabbiliti fl-Artikolu 12 tal-Att Delegat 480/2014.

Fin-nota ta’ gwida dwar l-ispejjeż u tariffi ta’ ġestjoni (EGESIF_15-0021-01) maħruġa f’Novembru 2015, il-Kummissjoni pprovdiet kjarifiki dwar il-metodoloġija ta’ kalkolu bbażat fuq il-prestazzjoni.

Rakkomandazzjoni 10(a)

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

L-ispejjeż u t-tariffi ta’ ġestjoni se jkomplu jiġu rraportati fil-qafas tas-sommarju ta’ dejta u f’Mejju 2015 struzzjonijiet speċifiċi dwar dan ir-rappurtar intbagħtu lill-Istati Membri.

Il-linji gwida dwar l-għeluq ta’ programmi operazzjonali (Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 2771) Anness I, mudell 1 (parti obbligatorja III.4, III.6) u mudell 2 (parti obbligatorja III.4), jirrikjedu li l-Istati Membri jirraportaw l-ispejjeż u t-tariffi ta’ ġestjoni mġarrba u mħallsa sa Marzu 2017.

Rakkomandazzjoni 10 (b)

Il-Kummissjoni ma taċċettax ir-rakkomandazzjoni.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li r-regoli huma stabbiliti b’mod ċar fil-bażi ġuridika li kienet soġġetta għal gwida dettaljata u li f’dan l-istadju ma hemm ebda skop għal interpretazzjoni mill-ġdid.

L-Artikolu 43 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni jgħid li l-limiti għal infiq eliġibbli huma applikabbli għall-kapital ikkontribwit mill-programm operazzjonali għall-fond, u mhux għall-kapital użat mill-fond sabiex jipprovdi appoġġ lir-riċevituri finali.

Il-limiti jiddefinixxu l-ammont massimu ta’ nfiq eliġibbli u għandhom jiġu kkalkolati fuq medja annwali, pro-rata temporis. In-nota ta’ gwida tal-COCOF dwar strumenti ta’ inġinerija finanzjarja tindirizza u tispjega aktar il-bażi ġuridika (ara l-Paragrafi 2.6.1 sa 2.6.17).

Għall-2014-2020, il-qafas legali jirrikjedi li l-ispejjeż u t-tariffi ta’ ġestjoni jridu jkunu konnessi mal-prestazzjoni, inklużi l-ammonti żborżati lir-riċevituri finali.

Rakkomandazzjoni 11(a)

Il-Kummissjoni ma taċċettax ir-rakkomandazzjoni.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li d-dispożizzjonijiet obbligatorji dwar ħlas ibbażat fuq il-prestazzjoni stipulati fl-Artikolu 42(5) CPR, kif ukoll il-kriterji dettaljati għall-prestazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 12 tal-Att Delegat 480/2014 jikkostitwixxu bażi adegwata għall-kisba tal-effett ta’ inċentiv mixtieq u li f’dan l-istadju ma hemm ebda bażi suffiċjenti li tiġġustifika l-proposta ta’ emenda.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-awtorità ta’ ġestjoni trid tinforma lill-kumitat ta’ monitoraġġ bid-dispożizzjonijiet dwar il-kalkolu bbażat fuq il-prestazzjoni ta’ spejjeż ta’ ġestjoni mġarrba jew bit-tariffi ta’ ġestjoni tal-istrument finanzjarju. Il-kumitat ta’ monitoraġġ se jirċievi rapporti fuq bażi annwali dwar l-ispejjeż u t-tariffi ta’ ġestjoni effettivament imħallsa fis-sena kalendarja preċedenti.

Rakkomandazzjoni 11 (b)

Il-Kummissjoni tinnota li din ir-rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Il-Kummissjoni taqbel li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom jagħmlu l-aqwa użu mir-rekwiżiti legali eżistenti. Dawn ir-rekwiżiti huma spjegati u interpretati wkoll fid-dettall fin-Nota ta’ Gwida dwar spejjeż u tariffi ta’ ġestjoni.

Il-bażi ġuridika eżistenti tippermetti li jintużaw aktar kriterji ta’ prestazzjoni flimkien ma’ dawk imsemmijin fl-Artikolu 12 tal-Att Iddelegat 480/2014.

Rakkomandazzjoni 12

Il-Kummissjoni ma taċċettax ir-rakkomandazzjoni.

Fir-rigward tal-fattibbiltà u l-proporzjonalità tal-implimentazzjoni ta’ din ir-rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-analiżi tkun tirrikjedi l-iżolament tal-ispejjeż għal għotjiet u strumenti finanzjarji mġarrba minn awtorità ta’ ġestjoni, u probabbilment mill-istess persunal li jaħdem fuq iż-żewġ kompiti. Barra minn hekk, l-istrutturi tal-ispejjeż ta’ għotjiet u tal-istrumenti finanzjarji, kif ukoll tal-istrumenti finanzjarji b’ġestjoni kondiviża u ġestjoni diretta, ivarjaw minn xulxin.

Fir-rigward tar-rilevanza ta’ tali analiżi komparattiva, il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza li l-għotjiet u strumenti finanzjarji huma żewġ modi ta’ twassil differenti tal-politika tal-FSIE u jimmiraw lejn tipi differenti ta’ investimenti.

163

Il-Kummissjoni taqbel mal-prinċipju li tiġi ottimizzata l-koordinazzjoni bejn l-istrumenti finanzjarji skont il-Fondi SIE u FEIS.

Fit-22 ta’ Frar 2016 il-Kummissjoni ħarġet fuljett biex jgħin lill-awtoritajiet u l-promoturi ta’ proġetti lokali biex jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet għall-koordinazzjoni, is-sinerġiji u l-komplementaritajiet tal-Fondi FEIS u SIE. Dawn iż-żewġ strumenti tfasslu b’mod differenti iżda huma kumplimentari fir-rigward tar-raġunament, id-disinn u l-qafas leġiżlattiv. Dawn isaħħu lil xulxin. Il-fuljett jipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-kombinazzjonijiet possibbli ta’ Fondi tal-FEIS u SIE, jew fil-livell ta’ proġett jew permezz ta’ strument finanzjarju bħal pjattaforma ta’ investiment (ara http://ec.europa.eu/regional_policy/sources/thefunds/fin_inst/pdf/efsi_esif_compl_en.pdf).

Risposta tal-Fond Marguerite

Risposti għall-paragrafu 81 u għall-Kaxxa 11

L-istruttura użata mill-Fond Marguerite biex jinżammu l-investimenti li huwa jagħmel ġiet stabbilita primarjament biex il-Fond Marguerite ikun jista' jżomm l-investimenti individwali tiegħu permezz ta' kumpaniji sussidjarji individwali kemm għal raġunijiet ta' mmaniġġjar tar-riskju tal-portafoll (li jippermetti s-separazzjoni ta' investiment wieħed minn ieħor), għall-iffaċilitar tal-użu ta' dawk l-investimenti fil-futur kif ukoll għall-iffaċilitar tal-fluss tal-flus kontanti fi ħdan l-istruttura (mill-Fond Marguerite biex jagħmel l-investimenti tiegħu u mbagħad il-fluss tal-flus kontanti lura lill-Fond Marguerite minn dawk l-investimenti). L-awtoritajiet tal-Lussemburgu fittxew deċiżjoni fil-qasam tat-taxxa għal raġunijiet ta' konferma.

Fir-rigward tad-dikjarazzjoni tagħkom "Huwa possibbli ….. li taxxi oħrajn ….. jiġu evitati permezz tal-użu ta' din l-istruttura", aħna nemmnu li r-referenza għall-evitar tat-taxxa tista' tkun qarrieqa peress li t-terminu ta' spiss jintuża biex jirreferi għal skemi li l-għan tagħhom huwa li l-evitar ta' taxxi li huma leġittimament dovuti. Il-Konsulent tal-Fond Marguerite jimmaniġġja l-kwistjonijiet ta' taxxa tal-Fond Marguerite biex jiżgura li dan jikkonforma mal-obbligi tiegħu tat-taxxa u li jħallas it-taxxi kollha dovuti.

Abbrevjazzjonijiet

BEI: Bank Ewropew tal-Investiment

COCOF: Kumitat ta’ Koordinazzjoni tal-Fondi

DAS: Dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni

EaSI: Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali

EEEF: Fond Ewropew għall-Effiċjenza Enerġetika

EEPR: Programm li jgħin l-irkupru ekonomiku billi jagħti assistenza finanzjarja Komunitarja għal proġetti fil-qasam tal-enerġija

EPMF: Faċilità Ewropea ta’ Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali

FAEŻR: Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali

FEI: Fond Ewropew tal-Investiment

FEIS: Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi

FES: Fond Ewropew għas-Sajd

FEŻR: Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali

FK: Fond ta’ Koeżjoni

FNE: Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa

Fond Marguerite: Il-fond Ewropew 2020 għall-Enerġija, it-Tibdil fil-Klima u l-Infrastruttura

FSE: Fond Soċjali Ewropew

FSIE: Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej

GEFSIE: Grupp espert fuq il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej

IBP: Inizjattiva tal-Bonds tal-Proġetti

JEREMIE: Riżorsi Ewropej Konġunti għall-Impriżi Mikro sa Medji

LGTT: Strument ta’ Garanzija fuq is-Self għall-Proġetti TEN-T

PFLP: L-Ewwel Biċċa Telf ta’ Portafoll

PO: Programm operazzjonali

QFP: Qafas finanzjarju pluriennali

RDK: Regolament dwar dispożizzjonijiet komuni

REĠS: Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa

SICAR: Société d’investissement en capital à risque

SICAV: Société d’investissement à capital variable

SME: Intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju

TEN-E/T: Netwerks trans-Ewropej tat-Trasport – Enerġija/Trasport

TFUE: Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Glossarju

Assi prijoritarju: Waħda mill-prijoritajiet tal-istrateġija fi Programm Operazzjonali li tinkludi grupp ta’ operazzjonijiet li jkunu relatati u li jkollhom għanijiet speċifiċi li jistgħu jitkejlu.

Awtorità maniġerjali hija awtorità pubblika nazzjonali, reġjonali jew lokali jew kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor, li tkun ġiet innominata minn Stat Membru biex timmaniġġja programm operazzjonali. Il-kompiti tagħha jinkludu li tagħżel proġetti għall-finanzjament, li timmonitorja kif il-proġetti jiġu implimentati u li tirrapporta lill-Kummissjoni dwar aspetti finanzjarji u r-riżultati miksuba.

Dotazzjoni tal-kapital tirreferi għall-ammont ta’ finanzjament li jitħallas lil strument finanzjarju (mill-baġit tal-UE, il-baġit nazzjonali jew investituri privati) għall-appoġġ tal-operazzjonijiet tiegħu. Jenħtieġ li hija tirrifletti l-kapaċità tal-istrument finanzjarju għall-investiment u tkun proporzjonali għas-suq li lejh jimmira l-istrument.

L-Ewwel Biċċa Telf ta’ Portafoll (PFLP): Meta portafoll ta’ self jinqasam f’bosta segmenti ta’ riskju, il-PFLP huwa s-segment li jassorbixxi l-ewwel telf tal-portafoll (li pereżempju jista’ jkun ir-riżultat ta’ inadempjenzi tas-self).

Finanzjament li jintiret huwa l-parti tad-dotazzjoni tal-kapital li laħqet lir-riċevituri finali, sussegwentement intraddet lura lill-istrument finanzjarju u hija għaldaqstant disponibbli għal sensiela ġdida ta’ investimenti.

Il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) għandu l-għan li jimmobilizza mill-inqas EUR 315-il biljun f’investiment privat u pubbliku fuq terminu twil madwar l-UE kollha matul il-perjodu 2015-2017, u li jiggarantixxi l-finanzjament ta’ proġetti fis-snin sussegwenti. Il-FEIS huwa stabbilit fi ħdan il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) bħala fond fiduċjarju, b’durata mingħajr limitu, biex jiffinanzja partijiet aktar riskjużi ta’ proġetti. Garanzija li tista’ tkun sa EUR 16-il biljun, appoġġata mill-baġit tal-UE, tikkumpensa r-riskju addizzjonali li jieħu l-BEI. L-Istati Membri jistgħu jikkontribwixxu fondi addizzjonali għall-FEIS.

L-għan tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) huwa li jirrinforza l-koeżjoni ekonomika u soċjali fi ħdan l-Unjoni Ewropea billi jirrimedja l-iżbilanċi reġjonali prinċipali permezz ta’ appoġġ finanzjarju għall-ħolqien ta’ infrastruttura u ta’ investimenti produttivi li joħloqu l-impjiegi, prinċipalment għan-negozji.

Fond ta’ parteċipazzjoni huwa fond li jitwaqqaf għall-invetiment f’bosta fondi ta’ kapital ta’ riskju, fondi ta’ garanzija, fondi ta’ self, fondi għall-iżvilupp urban, fondi jew skemi oħra ta’ inċentiv li jipprovdu self, garanziji għal investimenti li jridu jitħallsu lura, jew strumenti ekwivalenti, għall-effiċjenza enerġetika u l-użu ta’ enerġija rinnovabbli fil-bini, inkluż f’abitazzjonijiet eżistenti.

L-għan tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) huwa li jsaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali fi ħdan l-Unjoni Ewropea billi jtejjeb l-impjieg u l-opportunitajiet ta’ impjiegi, prinċipalment permezz ta’ miżuri ta’ taħriġ, filwaqt li jħeġġeġ livell ogħla ta’ impjieg u l-ħolqien ta’ aktar impjiegi u impjiegi aħjar.

Fondi speċifiċi huma fondi li mhumiex fondi ta’ parteċipazzjoni.

Il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) ikopru ħames fondi separati li għandhom l-għan li jnaqqsu l-iżbilanċi reġjonali madwar l-Unjoni matul il-perjodu tal-programm 2014-2020. Il-fondi jinkludu: il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali; il-Fond Soċjali Ewropew; il-Fond ta’ Koeżjoni; il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali; u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd.

Garanzija hija impenn minn parti terza, imsejħa l-garanti, biex tħallas id-dejn ta’ mutwatarju meta dan tal-aħħar ma jkunx jista’ jħallsu hu stess. Il-garanti huwa responsabbli biex ikopri kwalunkwe nuqqas jew inadempjenza fil-ħlas tad-dejn tal-mutwatarju skont it-termini u l-kundizzjonijiet kif stipulati fil-ftehim bejn il-garanti, il-mutwanti u/jew il-mutwatarju.

Għajnuna mill-Istat hija kwalunkwe forma ta’ appoġġ finanzjarju dirett jew indirett li jiġi pprovdut mill-awtoritajiet pubbliċi lil impriżi tas-settur privat. It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) ġeneralment jipprojbixxi li tingħata għajnuna mill-Istat fi ħdan is-suq komuni dment li din ma tkunx debitament ġustifikata. Ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat jistipulaw meta dan l-appoġġ ma jfixkilx (jew ma jheddidx li jfixkel) il-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni Ewropea għandha l-kompetenza esklussiva li tivvaluta jekk l-għajnuna mill-Istat li tingħata mill-Istati Membri tkunx kompatibbli ma’ dawn ir-regoli. Id-deċiżjonijiet proċedurali u l-azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni Ewropea huma suġġetti għal reviżjoni mill-Qorti Ġenerali u mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.

Il-Grupp espert fuq il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (GEFSIE) inħoloq fil-Kummissjoni bl-għan li jipprovdi parir lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni ta’ programmi adottati u implimentati skont ir-regolamenti dwar il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej. Dan huwa wieħed miż-żewġ gruppi li jissostitwixxu l-Kumitat ta’ Koordinazzjoni tal-Fondi (it-tieni grupp huwa l-KKFSIE - il-Kumitat ta’ Koordinazzjoni għall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej).

Intermedjarju finanzjarju huwa entità li taġixxi bħala intermedjarja bejn l-awtorità maniġerjali jew il-fond ta’ parteċipazzjoni u r-riċevituri finali tal-fondi li jitwasslu permezz ta’ strumenti finanzjarji fil-ġestjoni kondiviża.

Investiment fil-kapital ifisser l-għoti ta’ kapital lil impriża, b’investiment dirett jew indirett inkambju għall-proprjetà sħiħa jew parzjali ta’ dik l-impriża, u fejn l-Investitur fil-kapital jista’ jassumi xi kontroll ġestjonali tal-impriża u jkun jista’ jipparteċipa fil-profitti futuri (tal-impriża).

Il-Kumitat ta’ Koordinazzjoni tal-Fondi (COCOF) huwa kumitat permanenti ta’ monitoraġġ, tal-Kummissjoni. Il-funzjoni tiegħu hija li jiddiskuti kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tar-regolamenti li jirregolaw il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni.

Linja ta’ kreditu ta’ kontinġenza hija linja ta’ kreditu li jista’ jsir rikors għaliha dment li jkun seħħ avveniment iddefinit minn qabel.

Il-politika ta’ Koeżjoni fil-perjodu tal-programm 2007-2013 kienet tkopri l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew (jiġifieri ż-żewġ “fondi strutturali”) u l-Fond ta’ Koeżjoni. Fil-perjodu tal-programm 2014-2020, il-koordinazzjoni bejn il-politika ta’ Koeżjoni u l-politiki l-oħra tal-UE li jikkontribwixxu għall-iżvilupp reġjonali, jiġifieri l-politika ta’ żvilupp rurali u l-politika tas-sajd u l-affarijiet marittimi, tjiebet permezz tal-istabbiliment ta’ dispożizzjonijiet komuni għall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej.

Ir-rata “hurdle” hija r-rata minima ta’ redditu fuq proġett jew investiment li tkun meħtieġa minn maniġer jew minn investitur.

Ir-rata ta’ limitu tal-garanzija hija perċentwal tal-valur totali ta’ portafoll ta’ self li huwa effettivament kopert mill-garanzija.

Ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (RDK) għall-perjodu 2014-2020: ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/20061.

Ir-Regolament dwar l-FNE: ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/20102.

Ir-Regolament Finanzjarju: ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/20023.

Ir-Regolament Ġenerali għall-perjodu tal-programm 2007-2013: ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/19994.

Ir-Regolament ta’ Delega: ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 tat-3 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd5.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1828/2006 tat-8 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 u tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali6.

Ir-Riżorsi Ewropej Konġunti għall-Impriżi Mikro sa Medji (JEREMIE) hija inizjattiva tal-Kummissjoni, żviluppata flimkien mal-Fond Ewropew tal-Investiment. Hija tippromwovi l-użu ta’ strumenti ta’ inġinerija finanzjarja għat-titjib tal-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament permezz tal-Fondi Strutturali.

Programm operazzjonali (PO) jippreżenta l-prijoritajiet u l-objettivi speċifiċi ta’ Stat Membru u kif il-finanzjament ikun se jintuża matul perjodu partikolari, ġeneralment ta’ seba’ snin, biex jiffinanzja proġetti. Dawn il-proġetti jridu jikkontribwixxu għall-ilħuq ta’ objettiv wieħed jew aktar, minn ċertu ammont ta’ objettivi speċifikati fil-livell tal-assi prijoritarju tal-PO. Il-programmi jridu jkunu stabbiliti għal kull wieħed mill-fondi fil-qasam tal-politika ta’ Koeżjoni, jiġifieri l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew jew il-Fond ta’ Koeżjoni. Il-programmi operazzjonali jitħejjew mill-Istati Membri u jridu jiġu approvati mill-Kummissjoni qabel ma jkunu jistgħu jsiru xi pagamenti mill-baġit tal-UE. Huma jistgħu jiġu modifikati biss matul il-perjodu kopert jekk iż-żewġ partijiet jaqblu dwar dan.

Riċevitur finali huwa kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika, għajr fond ta’ parteċipazzjoni jew intermedjarju finanzjarju, li tirċievi finanzjament minn strument finanzjarju.

Selfa tfisser ftehim li jobbliga lill-mutwanti li jqiegħed ammont miftiehem ta’ flus disponibbli għall-mutwatarju għall-perjodu miftiehem ta’ żmien. Il-mutwatarju huwa obbligat iħallas is-self lura wara ċertu perjodu. Normalment, il-mutwatarju huwa obbligat li jħallas imgħax fuq l-ammont tas-self.

Société d’investissement à capital variable (SICAV) hija tip ta’ fond miftuħ ta’ investiment li l-valur tal-kapital tiegħu jinbidel abbażi tal-ammont ta’ investituri u l-valur tal-investimenti sottostanti tiegħu. Ishma fil-fond jinxtraw u jinbiegħu abbażi tal-valur nett, tal-fond, l-aktar reċenti tal-assi.

Société d’investissement en capital à risque (SICAR) hija struttura mfassla għal investimenti fil-kapital privat u fil-kapital ta’ riskju mingħajr regoli ta’ diversifikazzjoni ta’ investiment, u mingħajr restrizzjonijiet fuq l-għoti ta’ self jew fuq l-ingranaġġ.

Noti

1 ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

2 ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129.

3 ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

4 ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

5 ĠU L 138, 13.5.2014, p. 5.

6 ĠU L 371, 27.12.2006, p. 1.

7 Matul il-perjodu tal-programm 2007-2013, il-leġiżlazzjoni li tirregola l-FEŻR u l-FSE għamlet referenza għal “strumenti ta’ inġinerija finanzjarja”. F’dan ir-rapport, it-termini “strument ta’ inġinerija finanzjarja” u “strument finanzjarju” jintużaw b’mod sinonimu.

8 Skont l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabbiltà Nru 32, strument finanzjarju huwa “[…] kull kuntratt li jagħti lok għal assi finanzjarju f’entità waħda u obbligazzjoni finanzjarja jew strument azzjonarju ta’ entità oħra”.

9 L-Artikolu 58 tar-Regolament Finanzjarju.

10 Il-Parlament Ewropew, id-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, “Financial Engineering Instruments in Cohesion policy - Study” (Strumenti ta’ Inġinerija Finanzjarja fil-politika ta’ Koeżjoni - Studju), 2013, p. 46.

11 L-Artikolu 44(c) tar-Regolament Ġenerali.

12 L-Artikolu 37(1) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (RDK): “Fl-applikazzjoni ta’ dan it-Titolu, (it-Titolu IV, Strumenti Finanzjarji), l-awtoritajiet ta’ ġestjoni, il-korpi li jimplimentaw il-fondi, u l-korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju għandhom jikkonformaw mal-liġi applikabbli, b’mod partikolari dwar l-għajnuna mill-Istat u l-akkwist pubbliku.”

13 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta ‘ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).

14 Il-Kummissjoni Ewropea, “Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat biex tippromwovi investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju” (ĠU C 19, 22.1.2014, p. 4).

15 L-Artikolu 37 tal-RDK.

16 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 tat-13 ta’ Lulju 2015 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali (kodifikazzjoni) (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 1).

17 Minkejja dan, fil-Lussebmburgu twaqqfu strumenti finanzjarji, immaniġġjati ċentralment. Barra minn hekk, huma pprovdew finanzjament mill-UE għal proġetti fl-Irlanda u fil-Kroazja.

18 Il-Kummissjoni Ewropea, il-BEI, “FI Compass: Financial Instruments - A sustainable way of achieving EU economic and social objectives” (FI Compass: Strumenti Finanzjarji - Mod sostenibbli għall-ilħuq ta’ objettivi ekonomiċi u soċjali tal-UE), p. 3.

19 Ara r-Rapport Speċjali Nru 5/2015 “L-istrumenti finanzjarji huma għodda ta’ suċċess u promettenti fil-qasam tal-iżvilupp rurali?”, il-paragrafu 82 (http://eca.europa.eu).

20 COM(2015) 565 final tat-13 ta’ Novembru 2015 “Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar strumenti finanzjarji appoġġati mill-baġit ġenerali skont l-Artikolu 140.8 tar-Regolament Finanzjarju sal-31 ta’ Diċembru 2014”, p. 4.

21 SWD(2015) 206 final tat-13 ta’ Novembru 2015 “Activities relating to financial instruments” (Attivitajiet relatati ma’ strumenti finanzjarji), pp. 6-12.

22 Il-Parlament Ewropew, il-Ħames Rapport ta’ Koeżjoni u l-istrateġija għall-politika ta’ Koeżjoni ta’ wara l-2013; EUCO 169/13, il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, il-25 ta’ Ottubru 2013, p. 10.

23 Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

24 Il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni, Il-kwittanza baġitarja 2014 lill-Kummissjoni – Tweġibiet għall-mistoqsijiet bil-miktub tal-Parlament Ewropew lill-Kummissarju Crețu, smigħ fis-7 ta’ Diċembru 2015, p. 34.

25 EGESIF_15-0027-00, Summary of data on the progress made in financing and implementing financial engineering instruments reported by the managing authorities in accordance with Article 67(2)(j) of Council Regulation (EC) No 1083/2006, Programme period 2007-2013, Situation as at 31 December 2014 (Sommarju tad-data dwar il-progress li sar fil-finanzjament u l-implimentazzjoni tal-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja rrappurtat mill-awtoritajiet maniġerjali skont l-Artikolu 67(2)(j) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, Il-perjodu tal-programm 2007-2013, Is-sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2014), pp. 21 u 54.

26 Wieħed minn dawn is-sitt strumenti finanzjarji, il-Fond Ewropew 2020 għall-Enerġija, it-Tibdil fil-Klima u l-Infrastruttura (“Fond Marguerite”), huwa mmaniġġjat taħt il-mod ta’ ġestjoni diretta (ara l-paragrafu 6).

27 SWD(2015) 206 final.
Il-Kummissjoni Ewropea, “Summary of data on the progress made in financing and implementing financial engineering instruments reported by the managing authorities in accordance with Article 67(2)(j) of Council Regulation (EC) No 1083/2006, Programme period 2007-2013, Situation as at 31 December 2014” (Sommarju tad-data dwar il-progress li sar fil-finanzjament u l-implimentazzjoni tal-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja rrappurtat mill-awtoritajiet maniġerjali skont l-Artikolu 67(2)(j) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, Il-perjodu tal-programm 2007-2013, Is-sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2014), Brussell, Settembru 2015.

28 L-Istrument ta’ Garanzija fuq is-Self għall-Proġetti TEN-T (LGTT), l-Inizjattiva tal-Bonds tal-Proġetti (IBP), il-Fond Marguerite, il-Fond Ewropew għall-Effiċjenza Enerġetika (EEEF), il-Faċilità Ewropea ta’ Mikrofinanzjament Progress (EPMF), JESSICA fil-Greċja, JEREMIE fis-Slovakkja, il-Fond ta’ Intraprenditorija fil-Greċja, il-Finanzjament ta’ Kapital ta’ Riskju fl-Ungerija (JEREMIE fl-Ungerija), JEREMIE fi Sqallija.

29 Caisse des Dépôts, Kreditanstalt für Wiederaufbau (KfW) u l-OECD.

30 Il-paragrafi  4.30 sa 4.36 tar-Rapport Annwali 2010 (ĠU C 326, 10.11.2011); il-paragrafu 5.34 tar-Rapport Annwali 2011 (ĠU C 344, 12.11.2012); il-paragrafu 10.31 tar-Rapport Annwali 2012 (ĠU C 331, 14.11.2013); il-paragrafi 5.33 sa 5.36 tar-Rapport Annwali 2013 (ĠU C 398, 12.11.2014); il-paragrafi 6.46 sa 6.52 tar-Rapport Annwali 2014 (ĠU C 373, 10.11.2015).

31 Ir-Rapport Speċjali Nru 4/2011 “Il-verifika tal-Faċilità ta’ Garanzija għall-SMEs”; ir-Rapport Speċjali Nru 2/2012 “L-istrumenti finanzjarji għall-SMEs kofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali”; ir-Rapport Speċjali Nru 5/2015 “L-istrumenti finanzjarji huma għodda ta’ suċċess u promettenti fil-qasam tal-iżvilupp rurali?”; ir-Rapport Speċjali Nru 8/2015 “L-appoġġ finanzjarju tal-UE qed jindirizza l-ħtiġijiet ta’ mikroimprendituri b’mod adegwat?” (http://eca.europa.eu).

32 Ara r-Rapporti Annwali għas-sena finanzjarja 2013 (il-paragrafu 5.35) u għas-sena finanzjarja 2014 (il-paragrafu 6.49), ir-Rapport Speċjali Nru 8/2015 (il-paragrafu 67).

33 Il-Kummissjoni Ewropea, “Summary of data on the progress made in financing and implementing financial engineering instruments reported by the managing authorities in accordance with Article 67(2)(j) of Council Regulation (EC) No 1083/2006, Programme period 2007-2013, Situation as at 31 December 2014” (Sommarju tad-data dwar il-progress li sar fil-finanzjament u l-implimentazzjoni tal-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja rrappurtat mill-awtoritajiet maniġerjali skont l-Artikolu 67(2)(j) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, Il-perjodu tal-programm 2007-2013, Is-sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2014), p. 22.

34 Ir-regola awtomatika ta’ diżimpenn (ir-regola n + 2) tgħin fl-ikklirjar ta’ impenji pendenti. Din ir-regola tirrikjedi diżimpenn awtomatiku tal-fondi kollha li ma ntnefqux u li ma kinux koperti minn talba għal pagament sa tmiem it-tieni sena wara s-sena tal-allokazzjoni.

35 Il-paragrafu 6.50 tar-Rapport Annwali 2014.

36 C(2015) 2771 final tat-30 ta’ April 2015, “Annex to the Commission Decision amending Decision C(2013) 1573 on the approval of the guidelines on the closure of operational programmes adopted for assistance from the European Regional Development Fund, the European Social Fund and the Cohesion Fund (2007-2013)” (Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjoni C(2013) 1573 dwar l-approvazzjoni tal-linji gwida dwar l-għeluq ta’ programmi operazzjonali adottati għal assistenza mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni (2007-2013)), p 7.

37 Il-paragrafu 6.52 tar-Rapport Annwali 2014.

38 Ir-Rapporti Speċjali Nru 8/2015 (il-paragrafu 21), Nru 2/2012 (il-paragrafu 118) u Nru 5/2015 (il-paragrafu 27); il-Kummissjoni Ewropea, il-BEI, “Financial Instruments: A Stock-taking Exercise in Preparation for the 2014-2020 Programme period” (Strumenti Finanzjarji: Eżerċizzju ta’ Rendikont bħala Tħejjija għall-Perjodu tal-programm 2014-2020), studju mwettaq minn Mazars/Ecorys/EPRC, pp. 52, 66, 73.

39 Għall-fondi ta’ parteċipazzjoni, l-analiżi tad-diskrepanzi hija indirizzata fl-Artikolu 44(1)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni: “[…]Il-ftehim tal-finanzjament [bejn l-Istat Membru jew l-awtorità maniġerjali u l-fond ta’ parteċipazzjoni] għandu, fejn xieraq, iqis li ġej: (a) rigward l-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja li jappoġġjaw l-intrapriżi, l-aktar l-SMEs, inklużi l-mikrointrapriżi, il-konklużjonijiet ta’ evalwazzjoni tad-differenzi (diskrepanzi) bejn il-provvista ta’ tali strumenti u d-domanda gћal tali strumenti [...]”.

40 L-Artikolu 43(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, il-verżjoni inizjali.

41 L-Artikolu1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 846/2009 tal-1 ta’ Settembru 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1828/2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ĠU L 250, 23.9.2009, p. 1).

42 Ir-Rapporti Speċjali Nru 8/2015 (il-paragrafi 21 sa 22), Nru 2/2012 (il-paragrafi 33 sa 37 u 116 sa 118) u Nru 5/2015 (il-paragrafi 27 u 96).

43 Ara r-Rapport Speċjali Nru 2/2012, il-paragrafu 118.

44 L-Artikolu 35 tar-Regolament Ġenerali.

45 L-Artikolu 96(1) tal-RDK.

46 L-Artikolu 38(1) tal-RDK.

47 Fi ħdan din l-għażla hemm każ speċjali fejn programmi operazzjonali taħt il-FEŻR jistgħu jikkontribwixxu għall-inizjattiva tal-SMEs, li hija mmaniġġjata direttament mill-Kummissjoni. F’dan il-każ, regoli speċifiċi japplikaw, kif issettjat fl-Artikolu 39 tal-RDK.

48 L-Artikoli 120(5) u 120(7) tal-RDK.

49 Il-Kummissjoni, COCOF (10-0014-05), Note on Financial Engineering Instruments under Article 44 of the General Regulation (Nota dwar l-Istrumenti ta’ Inġinerija Finanzjarja taħt l-Artikolu 44 tar-Regolament Ġenerali).

50 Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana, “Common Audit Framework” (Il-Qafas Komuni tal-Awditjar), Lulju 2011 (il-Parti 2), p. 7.

51 L-Artikolu 223 tar-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju.

52 Ir-Rapport Speċjali Nru 2/2012, il-Kaxxa 5.

53 SWD(2015) 206 final.

54 L-OECD, “Methodologies to measure amounts mobilised from the private sector by official development finance interventions” (Metodoloġiji għall-kejl ta’ ammonti mmobilizzati mis-settur pubbliku permezz ta’ interventi ta’ finanzjament uffiċjali għall-iżvilupp), DCD/DAC/STAT(2015)8, l-24 ta’ Frar 2015.

55 L-Anness I għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 821/2014 tat-28 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-arranġamenti dettaljati għat-trasferiment u l-immaniġġar ta’ kontribuzzjonijiet tal-Programm, ir-rappurtar dwar strumenti finanzjarji, il-karatteristiċi tekniċi tal-miżuri ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni għal operazzjonijiet u s-sistema biex tiġi rreġistrata u tinħażen id-dejta (ĠU L 223, 29.7.2014, p. 7) jistabbilixxi ħafna taqsimiet li għandhom jintużaw bħala l-bażi għal dan ir-rappurtar, li jinkludi informazzjoni dwar is-sorsi ta’ finanzjament tal-istrumenti finanzjarji.

56 L-Artikolu 43(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

57 SEC(2011) 1237 final tad-19 ta’ Ottubru 2011 “Commission Staff Working Paper - Impact assessment accompanying the document “Communication from the Commission to the European Parliament, the Council, the European Economic and Social committee and the Committee of the Regions - A pilot for the Europe 2020 Project Bond Initiative”” (Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni - Valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja d-dokument “Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Soċjali u u Ekonomiku Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Pilota għall-Inizjattiva Bonds Ewropa 2020 għall-Proġetti”), p. 53.

58 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Diċembru 2012 dwar l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, C(2012) 8806.

59 Ara pereżempju IP/14/663 – l-Istqarrija għall-istampa tal-11 ta’ Ġunju 2014.

60 COM(2015) 135 final tat-18 ta’ Marzu 2015, “Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta’ informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni”.

61 COM(2015) 302 final tas-17 ta’ Ġunju 2015, “Sistema tat-taxxa korporattiva ġusta u effiċjenti fl-Unjoni Ewropea: Ħames oqsma ewlenin għal azzjoni”.

62 Strumenti ibridi huma strumenti li jistgħu jiġu ttrattati b’mod differenti għal finijiet tat-taxxa fi ħdan u/jew fil-ġurisdizzjonijiet, pereżempju bħala dejn f’pajjiż wieħed u bħala kapital f’pajjiż ieħor, (ara l-OECD, “Hybrid Mismatch Arrangements - Tax Policy and Compliance Issues” (Arranġamenti Ibridi dwar Spariġġ - Kwistjonijiet ta’ Politika dwar it-Taxxa u ta’ Konformità), Marzu 2012, p. 7).

63 SICAV hija tip ta’ fond miftuħ ta’ investiment li l-valur tal-kapital tiegħu jinbidel abbażi tal-ammont ta’ investituri u l-valur tal-investimenti sottostanti tiegħu. Ishma fil-fond jinxtraw u jinbiegħu abbażi tal-valur nett, tal-fond, l-aktar reċenti tal-assi.

64 SICAR hija struttura mfassla għal investimenti fil-kapital privat u fil-kapital ta’ riskju mingħajr regoli ta’ diversifikazzjoni ta’ investiment, u mingħajr restrizzjonijiet fuq l-għoti ta’ self jew fuq l-ingranaġġ.

65 Ara r-Rapporti Speċjali Nru 2/2012 (il-paragrafi 105 sa 115 u 124), Nru 8/2015 (il-paragrafi 34 sa 35), Nru 5/2015 (il-paragrafi 66 sa 67 u l-Kaxxa 7).

66 Community guidelines on State aid to promote risk capital investments in small and medium-sized enterprises (Linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta’ investimenti fil-kapital ta’ riskju f’intrapriżi żgħar u medji), il-paragrafu 4.3.4 (ĠU C 194, 18.8.2006, p. 2).

67 Il-Kummissjoni Ewropea, “Summary of data on the progress made in financing and implementing financial engineering instruments reported by the managing authorities in accordance with Article 67(2)(j) of Council Regulation (EC) No 1083/2006, Programme period 2007-2013, Situation as at 31 December 2014” (Sommarju tad-data dwar il-progress li sar fil-finanzjament u l-implimentazzjoni tal-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja rrappurtat mill-awtoritajiet maniġerjali skont l-Artikolu 67(2)(j) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, Il-perjodu tal-programm 2007-2013, Is-sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2014), p. 25.

68 L-Artikolu 43(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

69 SWD(2015) 206 final.

70 Commission Decision of 25 February 2010 on European Union participation in the 2020 European Fund for Energy, Climate Change and Infrastructure (the Marguerite Fund) (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Frar 2010 dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Fond Ewropew 2020 għall-Enerġija, it-Tibdil fil-Klima u l-Infrastruttura (il-Fond Marguerite)), C(2010) 941.

71 L-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014.

72 L-Artikolu 37(2)(c) tal-RDK.

73 L-Artikolu 44(1) tal-RDK.

74 L-Artikolu 21(13)(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014.

75 L-Anness I għar-Regolament dwar l-FNE, il-Parti III, it-Taqsima 6.

76 Ara r-Rapport Speċjali Nru 2/2013, ir-Rakkomandazzjoni 7.

77 Il-Parlament Ewropew, id-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tal-Unjoni, “Financial Instruments under Cohesion policy 2007-13: How have Member States and Selected Financial Institutions Respected and Preserved EU Financial Interests?” (Strumenti finanzjarji taħt il-politika ta’ Koeżjoni għall-2007-13: L-Istati Membri u l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Magħżula Kif Irrispettaw u Ppreservaw l-Interessi Finanzjarji tal-UE?”, p. 16; il-Kummissjoni u l-BEI, “Financial Instruments: A Stock-taking Exercise in Preparation for the 2014-2020 Programme period” (Strumenti Finanzjarji: Eżerċizzju ta’ Rendikont fit-Tħejjija għall-Perjodu tal-programm 2014-2020) – studju mwettaq minn Mazars/Ecorys/EPRC, p. 62.

78 Preqin, Private Equity Spotlight (Attenzjoni fuq il-Kapital Privat), Mejju 2015, p. 8.

79 SWD(2015) 206 final, pp. 151, 159.

80 L-Artikolu 78(7) tar-Regolament Ġenerali.

81 Il-Kummissjoni Ewropea, “Revised Guidance Note on Financial Engineering Instruments under Article 44 of Council Regulation (EC) No 1083/2006” (Nota ta’ Gwida Riveduta dwar l-Istrumenti ta’ Inġinerija Finanzjarja taħt l-Artikolu 44 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006), COCOF_10-0014-05-EN, l-10 ta’ Frar 2012, il-paragrafu 5.2.5.

82 C(2015) 2771 final tat-30 ta’ April 2015, “Annex to the Commission Decision amending Decision C(2013) 1573 on the approval of the guidelines on the closure of operational programmes adopted for assistance from the European Regional Development Fund, the European Social Fund and the Cohesion Fund (2007-2013)” (Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjoni C(2013) 1573 dwar l-approvazzjoni tal-linji gwida dwar l-għeluq ta’ programmi operazzjonali adottati għal assistenza mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni (2007-2013)), p 7.

83 L-Artikolu 108 tar-Regolament Ġenerali b’konnessjoni mal-Artikoli 152(1) u 153 tal-RDK.

84 L-Artikolu 45 tal-RDK.

85 L-Artikolu 38(3)(b) tal-RDK.

86 Is-Slovenja (66 %), Spanja (63 %), Franza (37 %), l-Italja (28 %), id-Danimarka (18 %), ir-Repubblika Ċeka (16 %), in-Netherlands (10 %), il-Belġju (1 %) u l-Estonja (0 %).

87 L-Artikolu 78(6) tar-Regolament Ġenerali.

88 L-Artikolu 43(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

89 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 448/2004, ir-Regola Nru 8, il-punt 2.7 u r-Regola Nru 9, il-punt 2.6.

90 L-Artikolu 42 (1)d tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

91 L-Artikolu 78(6)(d) tar-Regolament Ġenerali, fi ħdan il-limiti stipulati fl-Artikolu 43(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

92 COCOF (10-0014-05), it-8 ta’ Frar 2012, it-Taqsima 2.6.

93 Matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, il-Kummissjoni ħarġet tliet noti ta’ gwida tal-COCOF dwar l-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja: COCOF (07/0018/01), COCOF (08/0002/03) u COCOF (10-0014-05).

94 Il-Kummissjoni Ewropea, Revised Guidance Note on Financial Engineering Instruments under Article 44 of Council Regulation (EC) No 1083/2006 (Nota ta’ Gwida Riveduta dwar l-Istrumenti ta’ Inġinerija Finanzjarja taħt l-Artikolu 44 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006), COCOF (10-0014-05), l-10 ta’ Frar 2012, il-paragrafu 2.6.12.

95 Il-Kummissjoni Ewropea, “Summary of data on the progress made in financing and implementing financial engineering instruments reported by the managing authorities in accordance with Article 67(2)(j) of Council Regulation (EC) No 1083/2006, Programme period 2007-2013, Situation as at 31 December 2014” (Sommarju tad-data dwar il-progress li sar fil-finanzjament u l-implimentazzjoni tal-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja rrappurtat mill-awtoritajiet maniġerjali skont l-Artikolu 67(2)(j) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, Il-perjodu tal-programm 2007-2013, Is-sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2014), p. 29.

96 Ara r-Rapport Speċjali Nru 8/2015, il-paragrafu 63.

97 Lane Clark & Peacock, “Investment management fee survey” (Stħarriġ dwar it-tariffi tal-ġestjoni tal-investiment), 2015 u Morningstar, “Fee Study: Investors Are Driving Expense Ratios Down” (Studju dwar it-tariffi: l-Investituri qed ibaxxu l-Proporzjonijiet tal-Ispejjeż), 2015.

98 KfW Economic Research (Riċerka Ekonomika) Nru 18, “You get what you pay for – The remuneration structure of VC funds and its consequences” (Talli tħallas tieħu – L-istruttura ta’ rimunerazzjoni tal-fondi ta’ kapital ta’ riskju, u l-konsegwenzi tagħha), is-7 ta’ Marzu 2013.

99 Ara r-Rapport Speċjali Nru 8/2015, il-paragrafi 62 u 72.

100 Ir-Regolament (UE) Nru 1310/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 fir-rigward tal-għajnuna li trid titħallas lura, l-inġinerija finanzjarja u ċerti dispożizzjonijiet marbutin mar-rendikont tal-infiq (ĠU L 337, 20.12.2011, p. 1).

101 Il-Kummissjoni Ewropea, “Summary of data on the progress made in financing and implementing financial engineering instruments reported by the managing authorities in accordance with Article 67(2)(j) of Council Regulation (EC) No 1083/2006, Programming period 2007-2013, Situation as at 31 December 2014” (Sommarju tad-data dwar il-progress li sar fil-finanzjament u l-implimentazzjoni tal-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja rrappurtat mill-awtoritajiet maniġerjali skont l-Artikolu 67(2)(j) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, Il-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, Is-sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2014), p. 27.

102 L-Artikolu 46.1 u l-Artikolu 111 tal-RDK.

103 L-Artikolu 46(2e) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

104 L-Artikolu 13 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014.

105 Il-Kunsiderazzjoni 123 u l-Artikolu 42 tal-RDK.

106 L-Artikoli 12, 13 u 14 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014.

107 Il-Kummissjoni Ewropea, “Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat biex tippromwovi investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju”, il-punt 3.6.1.

108 L-Artikolu 45 tar-Regolament Ġenerali.

109 L-Artikolu 46 tar-Regolament Ġenerali.

110 SEC(2011) 1141 final tas-6 ta’ Ottubru 2011 (ara wkoll ir-Rapport Speċjali Nru 8/2015, il-paragrafu 56; ir-Rapport Speċjali Nru 16/2013, il-paragrafi 74 sa 75).

111 Il-Kummissjoni Ewropea, “Co-financing salaries, bonuses, top-ups from Structural Funds during the 2007-2013 programme period” (Kofinanzjament ta’ salarji, bonusijiet, top-ups mill-Fondi Strutturali matul il-perjodu tal-programm 2007-2013), ir-Rapport Finali, 2014.

112 Ara r-Rapport Speċjali Nru 5/2015, il-paragrafi 58 u 71.

113 Ara r-Rapport Speċjali Nru 8/2015, il-paragrafi 57, 63 sa 64, 71 sa 72 u r-Rakkomandazzjoni 4.

Tim tal-awditjar

Ir-rapporti speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditi tal-prestazzjoni u tal-konformità tagħha f’dak li jirrigwarda oqsma baġitarji jew suġġetti ta’ ġestjoni speċifiċi. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar biex timmassimizza l-impatt tagħhom billi tqis ir-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta’ introjtu jew ta’ nfiq involut, l-iżviluppi li jkunu għad iridu jseħħu u l-interess politiku u pubbliku.

Dan l-awditu tal-prestazzjoni twettaq mill-Awla II tal-Awditjar — immexxija minn Henri Grethen, Membru tal-QEA — li tispeċjalizza fl-oqsma ta’ nfiq ta’ politiki strutturali, trasport u enerġija. L-awditu tmexxa mill-Membru Relatur Iliana Ivanova, b’appoġġ minn Tony Murphy, Kap tal-kabinett u Mihail Stefanov, Attaché; Niels-Erik Brokopp, Maniġer Prinċipali; Rares Rusanescu, Kap tal-Kompitu u Agathoclis Argyrou, Marcel Bode, Viorel Cirje u Maria Ploumaki, Awdituri.

Mix-xellug għal-lemin: M. Stefanov, I. Ivanova, N.-E. Brokopp, R. Rusanescu, T. Murphy, A. Argyrou.

Dwar

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditorsECA

Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).

Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2016

PrintISBN 978-92-872-5427-6ISSN 1831-0907doi:10.2865/105995QJ-AB-16-019-MT-C
PDFISBN 978-92-872-5385-9ISSN 1977-5741doi:10.2865/350232QJ-AB-16-019-MT-N
EPUBISBN 978-92-872-5398-9ISSN 1977-5741doi:10.2865/76657QJ-AB-16-019-MT-E

© L-Unjoni Ewropea, 2016

Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata kemm-il darba jissemma s-sors oriġinali.