Kapitlu 9 – Żviluppi istituzzjonali u tisħiħ tad-demokrazija

Charles Michel, Jessika Roswall, Shirin Ebadi, Roberta Metsola, Samantha Cristoforetti li hija liebsa libsa tal-astronawti ta’ lewn blu, u Ursula von der Leyen f’nofs awditorju kbir, b’ringieli ta’ parteċipanti bilqiegħda fuq is-siġġijiet ta’ warajhom.
Mix-xellug għal-lemin: Charles Michel, il-President tal-Kunsill Ewropew, Jessika Roswall, il-Ministru Żvediż għall-Affarijiet tal-UE, Shirin Ebadi, avukat u kittieba Iranjana, Roberta Metsola, il-President tal-Parlament Ewropew, Samantha Cristoforetti, astronawta Taljana, u Ursula von der Leyen, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-Jum Internazzjonali tan-Nisa, Strażburgu, Franza, il-15 ta’ Marzu 2023.

Introduzzjoni

Fl-2023, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea ħadmu flimkien mill-qrib biex jindirizzaw l-interessi komuni tal-UE u jiksbu riżultati għaċ-ċittadini tagħha. Komplew isiru sforzi biex jittejjeb il-proċess tat-tfassil tal-liġijiet tal-UE u biex jiġu riformati l-amministrazzjonijiet sabiex ikunu ppreparati aħjar għall-opportunitajiet u għall-isfidi ta’ dinja li qed tinbidel. Il-ksib ta’ riżultati aħjar għaċ-ċittadini permezz tat-titjib tar-regoli tal-UE huwa objettiv komuni, u huwa r-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet u tal-Istati Membri kollha tal-UE. Dan jinkludi l-għoti tas-setgħa liċ-ċittadini biex jipparteċipaw b’mod attiv fil-proċess demokratiku.

Naħdmu flimkien

L-istruttura istituzzjonali tal-UE hija unika, u s-sistema tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha qed tevolvi b’mod kostanti. Fil-prinċipju, il-Kummissjoni Ewropea tipproponi liġijiet ġodda, u l-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, bħala koleġiżlaturi, jadottawhom. Imbagħad l-Istati Membri jimplimentaw il-liġijiet, u l-Kummissjoni tiżgura li dawn jiġu applikati kif suppost. Il-ħidma ta’ dawn l-istituzzjonijiet hija kkomplementata minn istituzzjonijiet u korpi - jinfetaħ f’tab ġdida. oħra.

Fl-2023, l-istituzzjonijiet tal-UE għamlu progress f’diversi inizjattivi leġiżlattivi ewlenin u żiedu l-isforzi biex l-UE ssir iktar trasparenti, iktar responsabbli u iktar effettiva. Fid-dawl tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Lejn Ewropa reżiljenti, kompetittiva u sostenibbli - jinfetaħ f’tab ġdida.”, f’Ottubru, il-mexxejja tal-UE ltaqgħu fi Granada, Spanja, biex iniedu diskussjoni bl-għan li jiġu stabbiliti d-direzzjonijiet u l-prijoritajiet politiċi ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-snin li ġejjin.

Il-presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tgħaddi minn Stat Membru għall-ieħor kull 6 xhur. Fl-2023, il-presidenza l-ewwel kienet f’idejn l-Iżvezja u mbagħad f’idejn Spanja.

Ursula von der Leyen, membri tad-delegazzjoni Żvediża u membri tal-Kulleġġ tal-Kummissjoni Ewropea jippożaw għal ritratt tal-grupp barra fil-borra. Warajhom hemm tliet posters fuq kolonni tas-silġ: il-bandiera Ewropea, il-bandiera Żvediża u l-kartellun tal-Presidenza Żvediża tal-Kunsill bil-kliem “l-Iżvezja 2023 U E” bl-Ingliż.
Ursula von der Leyen, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, membri tad-delegazzjoni Żvediża u membri tal-Kulleġġ tal-Kummissjoni Ewropea waqt il-laqgħa introduttorja tal-Presidenza Żvediża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Kiruna, l-Iżvezja, it-12 ta’ Jannar 2023.

Progress fl-inizjattivi leġiżlattivi

Fl-2023, il-koleġiżlaturi tal-UE għamlu progress f’diversi inizjattivi ewlenin.

Dwar is-solidarjetà mal-Ukrajna u l-appoġġ militari (ara l-Kapitlu 1), il-Parlament Ewropew u l-Kunsill laħqu ftehim politiku dwar l-Att b’Appoġġ għall-Produzzjoni tal-Munizzjon, li jimmobilizza €500 miljun għall-manifattura tal-munizzjon u tal-missili. Huma qablu wkoll dwar miżuri ġodda biex tingħata spinta b’mod urġenti lill-kapaċitajiet tal-industrija tad-difiża tal-UE fil-produzzjoni tal-munizzjon (l-Att dwar it-Tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża permezz tal-Akkwist Komuni — ara l-Kapitlu 8). Fid-dawl tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna li għadha għaddejja, il-Kunsill qabel ukoll mal-11 u mat-12-il pakkett ta’ miżuri restrittivi ekonomiċi u individwali (sanzjonijiet).

Sar progress fit-tisħiħ tal-ekonomija u tal-kompetittività tal-UE, bi ftehimiet bejn il-koleġiżlaturi dwar proposti importanti bħar-Regolament tal-UE dwar il-Bonds Ekoloġiċi, il-pakkett bankarju u r-Regolament dwar id-Depożitorji Ċentrali tat-Titoli, flimkien mal-Att rivoluzzjonarju dwar il-Materja Prima Kritika (ara l-Kapitlu 2). Barra minn hekk, il-Kunsill qabel rigward pożizzjoni komuni dwar il-proposta tal-Kummissjoni għar-riforma tar-regoli tal-governanza ekonomika tal-UE.

Fir-rigward tal-aġenda ekoloġika, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw biċċiet ewlenin ta’ leġiżlazzjoni li jgħinu biex jintlaħqu l-miri klimatiċi għall-2030. Dawn jinkludu regoli ġodda biex jitnaqqas il-konsum finali tal-enerġija u biex jiżdied is-sehem tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija tal-UE (ara l-Kapitli 34).

Fir-rigward tat-tranżizzjoni diġitali, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw regoli ġodda biex isaħħu s-settur Ewropew tas-semikondutturi (l-Att dwar iċ-Ċipep), li se jsaħħu s-sovranità teknoloġika tal-UE. Il-koleġiżlaturi adottaw ukoll l-Att dwar id-Data, li se jiżgura aċċess ġust għad-data, u laħqu ftehim politiku rigward l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, li se jippromwovi l-użu sikur tal-intelliġenza artifiċjali fl-UE għall-benefiċċju ta’ kulħadd (ara l-Kapitlu 5).

In-negozjati bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill wasslu għal ftehim politiku rigward il-Patt il-Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil (ara l-Kapitlu 7) u rigward it-trasparenza tar-reklamar politiku (ara hawn taħt). Sar progress ukoll rigward id-Direttiva dwar it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema tal-pjattaformi (il-Kapitlu 6). Barra minn hekk, fir-rigward taż-żona Schengen, il-Kunsill qabel b’unanimità li jneħħi l-kontrolli fil-fruntieri interni marittimi u tal-ajru mal-Bulgarija u mar-Rumanija (ara l-Kapitlu 7).

Barra minn hekk, il-ftehim politiku dwar ir-reviżjoni mmirata tar-Regolament Finanzjarju jimmarka pass sinifikanti fil-protezzjoni tal-baġit tal-UE (ara l-Kapitlu 2), fit-tisħiħ tat-trasparenza, fit-titjib tal-ġestjoni tal-kriżijiet u fit-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi fuq l-Istati Membri.

Ritratt tal-grupp, meħud barra, tal-membri tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Gvern Spanjol.
Fit-3 ta’ Lulju 2023, Ursula von der Leyen, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, u l-membri tal-Kulleġġ tal-Kummissjoni Ewropea attendew il-laqgħa inawgurali tal-Presidenza Spanjola tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f’Madrid, Spanja.

Niżguraw li r-regoli tal-UE jiġu applikati

Id-dritt tal-UE jrid jiġi implimentat u applikat b’mod sħiħ u korrett kullimkien sabiex in-nies u n-negozji jkunu jistgħu jgawdu l-benefiċċji kollha. Sabiex dan jiġi żgurat, il-Kummissjoni fetħet iktar minn 500 proċedura ta’ ksur ġdida fl-2023, jew minħabba li l-Istati Membri kienu naqsu milli jittrasponu fil-ħin id-Direttivi tal-UE fil-liġi nazzjonali jew minħabba li ma kinux qed japplikaw ir-regoli tal-UE sew jew minħabba li r-regoli nazzjonali tagħhom ma kinux konformi bis-sħiħ mal-liġi tal-UE.

Min-naħa l-oħra, matul is-sena setgħu jingħalqu 1,000 proċedura ta’ ksur peress li l-Istati Membri kisbu konformità mar-regoli tal-UE. Dan se jġib benefiċċji konkreti, bħal drittijiet iktar b’saħħithom fis-suq uniku diġitali, effiċjenza enerġetika mtejba, protezzjoni akbar għall-ambjent, servizzi finanzjarji aħjar u trasport iktar sikur.

Il-Kummissjoni kompliet ukoll il-ħidma tagħha rigward qabel xejn il-prevenzjoni tal-ksur, pereżempju billi pprovdiet appoġġ bikri lill-Istati Membri rigward l-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE permezz ta’ gwida prattika, laqgħat, taħriġ u assistenza teknika.

Kooperazzjoni interistituzzjonali attiva

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni pprovdew kontributi importanti u rilevanti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u impenjaw ruħhom bis-sħiħ biex jagħtu appoġġ lill-Ukrajna. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew segwa l-inizjattiva tiegħu li jagħżel il-membri kandidati għat-tkabbir, li tfittex li tinvolvi r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili mill-pajjiżi kandidati tal-UE fil-ħidma konsultattiva ta’ kuljum tal-Kumitat.

Permezz tal-Alleanza Ewropea tal-Bliet u r-Reġjuni għar-Rikostruzzjoni tal-Ukrajna - jinfetaħ f’tab ġdida., il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni enfasizza l-importanza tad-deċentralizzazzjoni u tat-tisħiħ tal-awtonomija lokali fil-proċess ta’ rkupru u ta’ rikostruzzjoni tal-Ukrajna.

Il-parlamenti nazzjonali tal-biċċa l-kbira tal-Istati Membri komplew jikkooperaw b’mod attiv mal-istituzzjonijiet tal-UE, filwaqt li skrutinizzaw il-liġijiet ġodda proposti biex jiżguraw li jirrispettaw il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà jiddefinixxi ċ-ċirkostanzi li fihom huwa leġittimu li tittieħed azzjoni mill-UE, iktar milli mill-Istati Membri. F’dan ir-rigward, il-parlamenti nazzjonali qajmu tħassib fi ftit każijiet biss. Huma pparteċipaw fid-djalogu politiku bil-miktub u bil-fomm mal-Kummissjoni dwar firxa wiesgħa ta’ suġġetti, u f’laqgħat interparlamentari ospitati mill-Parlament Ewropew.

Ir-relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet l-oħra u l-Ombudsman Ewropew - jinfetaħ f’tab ġdida. baqgħu tajbin u kostruttivi ħafna. Il-Kummissjoni tibqa’ d-destinatarju ewlieni tal-inkjesti tal-Ombudsman bħala l-istituzzjoni bl-iktar relazzjonijiet diretti mal-pubbliku. Fl-2023, il-Kummissjoni implimentat madwar tliet kwarti tal-proposti tal-Ombudsman, u l-każijiet ta’ amministrazzjoni ħażina kienu rari ħafna.

Bħala l-gwardjan tal-finanzi tal-UE, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri wettqet sensiela ta’ awditi finanzjarji u tal-prestazzjoni, inkluż f’oqsma bħall-fond għall-irkupru mill-pandemija NextGenerationEU, il-kompetittività ekonomika tal-UE, ir-reżiljenza għat-theddidiet għas-sigurtà, ir-rispett għall-valuri Ewropej, it-tibdil fil-klima u l-ġlieda kontra l-frodi. Bħala l-entità prinċipali awditjata tal-Qorti, il-Kummissjoni aċċettat il-maġġoranza l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet indirizzati lilha, biex tiżgura li l-fondi mill-UE jinġabru u jintefqu f’konformità mar-regoli rilevanti u li jiksbu r-riżultati mixtieqa.

© Adobe Stock

Amministrazzjoni tajba

Insaħħu l-fiduċja pubblika

It-trasparenza, l-integrità u l-obbligu ta’ rendikont huma l-karatteristiċi ewlenin ta’ demokrazija msejsa fuq l-istat tad-dritt. Dawn jippromwovu governanza tajba u jibnu l-fiduċja fil-proċess tat-tfassil tal-politiki. Huma wkoll għodod politiċi estremament importanti fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni. Wara allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni u l-arrest sussegwenti ta’ Membru tal-Parlament Ewropew fi tmiem is-sena preċedenti, fl-2023 il-Parlament Ewropew implimenta sett ta’ riformi - jinfetaħ f’tab ġdida. mmirati lejn it-tisħiħ tal-integrità, tal-indipendenza u tal-obbligu ta’ rendikont tiegħu bħala mod kif jipprevjeni iktar indħil fil-ħidma tiegħu.

Bil-ħsieb li tissaħħaħ il-fiduċja pubblika fl-istituzzjonijiet tal-UE, f’Ġunju l-Kummissjoni ppreżentat proposta - jinfetaħ f’tab ġdida. għal korp interistituzzjonali tal-etika bl-għan li jiġu stabbiliti standards komuni għall-imġiba etika tal-membri u mekkaniżmu formali għall-kooperazzjoni u l-iskambju rigward ir-rekwiżiti etiċi. Il-Kummissjoni stiednet lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE (il-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Qorti tal-Awdituri, flimkien mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni) biex jibdew in-negozjati u organizzat l-ewwel laqgħat politiċi u tekniċi dwar ftehim potenzjali.

F’Ġunju, il-Bank Ċentrali Ewropew ifformalizza l-arranġamenti għall-obbligu ta’ rendikont - jinfetaħ f’tab ġdida. tiegħu mal-Parlament. Id-djalogu bejn il-Bank Ċentrali u l-Parlament huwa ta’ importanza ewlenija f’dan ir-rigward. Dan jippermetti lill-Bank jispjega l-azzjonijiet u l-politiki tiegħu fid-dettall lir-rappreżentanti eletti taċ-ċittadini tal-UE, u jagħti widen lit-tħassib tagħhom. B’dan il-mod, iċ-ċittadini u r-rappreżentanti tagħhom ikunu jistgħu jiffurmaw ġudizzju dwar il-prestazzjoni tal-Bank fid-dawl tal-objettiv primarju tiegħu li jżomm l-istabbiltà fil-prezzijiet.

Regolamentazzjoni aħjar

L-aġenda tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar - jinfetaħ f’tab ġdida. hija l-qofol tal-ħidma tagħha biex tiżgura l-kompetittività u r-reżiljenza tal-UE permezz ta’ regolamentazzjoni iktar intelliġenti, iktar effiċjenti u iktar effettiva. Din tissejjes fuq qafas li jaħdem bil-provi, u li huwa rikonoxxut - jinfetaħ f’tab ġdida. mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi.

Fl-2023, il-Kummissjoni ħadet l-impenn - jinfetaħ f’tab ġdida. li maż-żmien tnaqqas il-piż assoċjat mar-rekwiżiti tar-rapportar b’25 %. Hija ressqet 41 inizjattiva fil-programm ta’ ħidma - jinfetaħ f’tab ġdida. tagħha, u l-prijorità tagħha kienet li jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti tar-rapportar li jimponu piżijiet sproporzjonati fuq in-negozji jew l-amministrazzjonijiet. L-għan huwa li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi mingħajr ma jiddgħajfu l-objettivi ta’ politika jew jitnaqqsu l-istandards soċjali, ekonomiċi, ambjentali jew kwalunkwe standard ieħor, inkluż il-protezzjoni tal-konsumatur. Il-proċess se jiġi infurmat minn 200 kontribut li waslu mingħand in-negozji, l-awtoritajiet pubbliċi, is-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini f’sejħa apposta għall-evidenza.

Christine Lagarde u Roberta Metsola bilqiegħda quddiem mejda jiffirmaw id-dokumenti. Warajhom hemm żewġ bnadar Ewropej, bandiera Ukrena u l-logo tal-Parlament Ewropew.
Christine Lagarde, il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew (xellug), u Roberta Metsola, il-President tal-Parlament Ewropew (lemin), jiffirmaw l-arranġamenti għall-obbligu ta’ rendikont, Brussell, il-Belġju, il-5 ta’ Ġunju 2023.

Razzjonalizzazzjoni u simplifikazzjoni tar-rekwiżiti tar-rappurtar

Din l-infografika tiddeskrivi kif ir-rekwiżiti tar-rappurtar tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu razzjonalizzati u ssimplifikati u tagħti eżempji ta’ din l-istrateġija.

L-objettiv tar-razzjonalizzazzjoni u tas-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti tar-rappurtar jinvolvi diversi passi ewlenin. L-ewwel pass huwa li jiġu eliminati elementi tar-rappurtar li jkunu antikwati, bħal dawk b’użu limitat. Dan l-isforz jappoġġa l-modernizzazzjoni tal-proċess tar-rapportar billi jimplimenta d-diġitalizzazzjoni u t-teknoloġija l-ġdida biex id-data tinġabar b’mod iktar effettiv. Barra minn hekk, l-istrateġija titlob tnaqqis fil-frekwenza tar-rapportar, l-amalgamazzjoni ta’ dmirijiet simili, tnaqqis fl-għadd ta’ negozji affettwati u l-għoti ta’ biżżejjed żmien għall-partijiet ikkonċernati biex jagħmlu l-aġġustamenti meħtieġa għar-rekwiżiti l-ġodda. Diversi proposti juru din l-istrateġija fil-prattika. Il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni huwa ddisinjat biex joħloq interfaċċa unifikata tal-Unjoni Ewropea għar-rappurtar, li hija mistennija tiffaċilita l-użu mill-ġdid tad-data u li tirriżulta fi ffrankar stmat ta’ żewġ biljun ewro. Id-Direttiva riveduta dwar it-Trasport Ikkombinat tfittex li tissimplifika l-proċeduri, pereżempju bl-użu ta’ pjattaformi diġitali tad-data tat-trasport biex tivverifika l-eliġibbiltà, bi ffrankar antiċipat ta’ 430 miljun ewro. L-aġġustament tal-livelli limitu fid-Direttiva dwar il-Kontabbiltà għandu l-għan li jnaqqas il-piż tar-rappurtar b’mod ġenerali, u potenzjalment iwassal benefiċċji għal iktar minn miljun kumpanija. Finalment, l-għan tar-riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim huwa li jitnaqqsu ċerti obbligi ta’ divulgazzjoni u li nersqu lejn pjattaforma online, bi ffrankar finanzjarju previst ta’ madwar 630 miljun ewro.

Eżempji
Proposta Għan Iffrankar/benefiċċji mistennija
Kodiċi Doganali tal-Unjoni riformat Biex tinħoloq interfaċċa unika tal-UE u jiġi ffaċilitat l-użu mill-ġdid tad-data €2 biljun
Direttiva riveduta dwar it-Trasport Ikkombinat Biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri (eż. l-użu ta’ pjattaformi diġitali tad-data tat-trasport għall-prova tal-eliġibbiltà) €430 miljun
Aġġustament tal-livelli limitu tad-Direttiva dwar il-Kontabbiltà Biex jitnaqqsu r-rekwiżiti tar-rappurtar Iktar minn miljun kumpanija mistennija li jibbenefikaw
Riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim Biex jitneħħew xi obbligi ta’ divulgazzjoni u tiġi sostitwita l-pjattaforma online Madwar €630 miljun

Il-Kummissjoni kompliet timplimenta wkoll l-approċċ “one in, one out”, li jiżgura li kwalunkwe piż li jkun għadu kif ġie introdott jiġi kkumpensat billi jitneħħa piż ekwivalenti fl-istess qasam ta’ politika. L-approċċ jikkomplementa l-programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni - jinfetaħ f’tab ġdida. tal-Kummissjoni, li permezz tiegħu l-Kummissjoni tfittex li tidentifika u li tneħħi sistematikament il-burokrazija żejda u l-kostijiet bla bżonn kull meta l-leġiżlazzjoni tal-UE tiġi riveduta u evalwata.

Maroš Šefčovič bilqiegħda quddiem mejda tal-konferenzi, bil-kliem “Pjattaforma Fit for Future” bl-Ingliż fuq skrin fl-isfond.
Maroš Šefčovič, il-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli mill-Patt Ekoloġiku Ewropew u mir-Relazzjonijiet Interistituzzjonali u l-Prospettiva, fit-tmien laqgħa plenarja tal-Pjattaforma Fit for Future, Brussell, il-Belġju, it-28 ta’ Novembru 2023. Dan il-grupp ta’ esperti ta’ livell għoli jappoġġa lill-Kummissjoni fl-isforzi tagħha biex tissimplifika l-liġijiet tal-UE u tnaqqas il-kostijiet żejda.

Insaħħu l-kooperazzjoni amministrattiva

L-amministrazzjonijiet pubbliċi nazzjonali effiċjenti huma kruċjali biex il-politiki nazzjonali u tal-UE jsiru realtà; jiġu implimentati riformi għall-benefiċċju kemm tan-nies kif ukoll tan-negozji; u jitwassal l-investiment għall-ksib tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u għal kompetittività akbar. Bl-għan li jissaħħaħ l-ispazju amministrattiv Ewropew, l-inizjattiva ComPAct - jinfetaħ f’tab ġdida. toffri sett ġdid ta’ prinċipji biex tgħin lill-Istati Membri jindirizzaw id-diskrepanzi fil-ħiliet u jilħqu l-mira li 100 % tas-servizzi pubbliċi ewlenin ikunu aċċessibbli online sal-2030. Dan se jippermetti lill-ekonomiji u lis-soċjetajiet tal-UE jilħqu l-miri ambizzjużi dwar il-klima u l-enerġija għall-2030, u se jwassal biex l-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-UE jkunu inqas burokratiċi, iwasslu s-servizzi iktar malajr, ikunu iktar trasparenti u eqreb tan-nies. F’dan ir-rigward, il-ftehim - jinfetaħ f’tab ġdida. rigward l-Att dwar Ewropa Interoperabbli f’Novembru kien stadju importanti biex jintlaħqu l-miri diġitali tal-UE għall-2030 - jinfetaħ f’tab ġdida. (ara l-Kapitlu 5). Ladarba jiġi adottat, l-att se jgħin biex l-iskambju tal-informazzjoni fis-settur pubbliku tal-UE jgħaddi għal-livell li jmiss u se jħaffef it-trasformazzjoni diġitali tas-settur.

Prospettiva strateġika

Sabiex il-politiki tagħha jibqgħu validi fil-futur fil-kuntest globali dejjem iktar kumpless, l-UE qed tinkorpora progressivament il-prospettiva fit-tfassil tal-politiki tagħha. Qed jiġu esplorati xenarji, xejriet, riskji u kwistjonijiet emerġenti possibbli, li jagħtu ħjiel utli fl-ippjanar strateġiku u fit-tfassil tal-politiki, f’konformità mal-istrumenti għal Regolamentazzjoni Aħjar. Fl-aħħar mill-aħħar, il-prospettiva strateġika se tgħin lill-UE tantiċipa u tirrispondi aħjar għall-ħtiġijiet futuri kif ukoll għall-iżviluppi avversi mhux mistennija u għall-kriżijiet kumplessi, bħal dawk li rajna f’dawn l-aħħar snin.

Ir-Rapport ta’ Prospettiva Strateġika tal-2023 - jinfetaħ f’tab ġdida. analizza l-isfidi soċjali u ekonomiċi fit-triq lejn il-ksib tas-sostenibbiltà u ż-żamma tal-benesseri tan-nies. Dan xeħet dawl ukoll fuq kif il-ġestjoni b’suċċess ta’ dawk l-isfidi tista’ tgħin lill-UE ssaħħaħ it-tmexxija globali tagħha. Ir-rapport jissuġġerixxi 120 qasam konkret għall-azzjoni u jippreżenta l-ewwel riżultati tal-iskema pilota rigward l-approċċ“lil hinn mill-PDG - jinfetaħ f’tab ġdida.”, li għandu l-għan li jappoġġa l-iżvilupp tal-indikaturi tal-progress li jkunu iktar inklużivi rigward l-aspetti ambjentali u soċjali.

Matul is-sena, il-Kummissjoni kompliet tiżviluppa wkoll il-kooperazzjoni tagħha mal-Istati Membri permezz tan-Network ta’ Prospettiva - jinfetaħ f’tab ġdida. għall-UE kollha, stabbilit fl-2021, li kkontribwixxa għal żieda fl-ammont ta’ interess u ta’ investment fil-prospettiva strateġika fil-livell nazzjonali. In-network jgħin ukoll fid-diskussjonijiet usa’ fil-livell tal-UE, bħall-ħidma rigward ir-rapport Resilient EU2030 - jinfetaħ f’tab ġdida. matul il-Presidenza Spanjola tal-Kunsill u d-dikjarazzjoni - jinfetaħ f’tab ġdida. maħruġa wara l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li saret fi Granada, Spanja.

Is-Sistema Ewropea ta’ Analiżi tal-Istrateġija u l-Politika tlaqqa’ flimkien disa’ istituzzjonijiet u korpi tal-UE biex jantiċipaw ir-riskji u l-opportunitajiet futuri. Fl-2023, il-kooperazzjoni ffukat fuq it-tħejjija tar-Rapport il-ġdid dwar ix-Xejriet Globali - jinfetaħ f’tab ġdida., li huwa mistenni fil-bidu tal-2024.

Għaxar oqsma għall-azzjoni biex tinkiseb is-sostenibbiltà

It-tisħiħ tas-sett ta’ għodod tal-UE għat-tħejjija u r-rispons għall-kriżijiet

Kuntratt soċjali Ewropew ġdid

Demokrazija aktar b’saħħitha permezz ta’ aġenzija taċ-ċittadini u ġustizzja

Żieda fil-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u enfasi fuq il-ħiliet futuri

Ċaqliq tal-indikaturi ta’ politika u ekonomiċi lejn benessri sostenibbli u inklużiv

Ingranaġġ tas-Suq Uniku biex jippromwovi ekonomija reżiljenti b’emissjonijiet żero netti

Rabta aktar b’saħħitha bejn il-politiki interni u esterni tal-UE

Bidla fil-produzzjoni u fil-konsum favur is-sostenibbiltà

Baġits pubbliċi adattati għas-sostenibbiltà

Il-ħolqien ta’ Ewropa ta’ investiment billi jiżdiedu l-flussi privati

Insaħħu d-demokrazija

Nissalvagwardjaw l-istat tad-dritt

Peress li l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna għadha għaddejja, huwa vitali li d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt jiġu difiżi u rrispettati b’mod proattiv, fl-UE u lil hinn minnha. Ir-“Rapport dwar l-Istat tad-Dritt - jinfetaħ f’tab ġdida.” tal-2023 kien ta’ kontribut importanti f’dan ir-rigward, u wera li 65 % tar-rakkomandazzjonijiet dwar l-istat tad-dritt maħruġa għall-Istati Membri fl-2022 kienu ġew indirizzati bis-sħiħ jew parzjalment. Dan jirrifletti l-isforzi sinifikanti li qed isiru fl-Istati Membri biex jitwettqu r-riformi meħtieġa għat-tisħiħ tal-istat tad-dritt f’erba’ oqsma ewlenin: is-sistema ġudizzjarja, il-qafas kontra l-korruzzjoni, u l-pluraliżmu u l-libertà tal-media. Bis-saħħa tar-riżultati pożittivi fl-Istati Membri, fl-2023 il-Kummissjoni ħabbret - jinfetaħ f’tab ġdida. li se tiftaħ ir-“Rapport dwar l-Istat tad-Dritt” għall-pajjiżi tal-adeżjoni iktar avvanzati biex tappoġġahom fl-isforzi ta’ riforma tagħhom.

Indħil barrani fis-sistemi demokratiċi

81 %

tan-nies fl-UE jaqblu li l-indħil barrani huwa problema serja li għandha tiġi indirizzata

81 %

tan-nies fl-UE jaqblu li l-entitajiet li jirrappreżentaw il-gvernijiet barranin fit-territorju tal-UE għandhom jiġu rreġistrati biex jiġi evitat indħil bil-moħbi

Ir-rwol tas-soċjetà ċivili fil-promozzjoni u fil-protezzjoni tad-demokrazija

87 %

tan-nies fl-UE jaraw rwol importanti għas-soċjetà ċivili fil-protezzjoni tad-demokrazija u fil-promozzjoni tad-dibattitu demokratiku

Demokrazija u elezzjonijiet

78 %

tan-nies fl-UE huma mħassba li d-deċiżjonijiet tal-votazzjoni jistgħu jkunu bbażati fuq id-diżinformazzjoni

72 %

tan-nies fl-UE huma mħassba li l-elezzjonijiet fl-UE jistgħu jiġu manipulati permezz ta’ attakki ċibernetiċi

70%

tan-nies fl-UE huma mħassba li l-pajjiżi barranin jistgħu jinfluwenzaw l-elezzjonijiet bil-moħbi

65 %

tan-nies fl-UE huma mħassba li jistgħu jkunu taħt pressjoni biex jivvutaw b’ċertu mod

63 %

tan-nies fl-UE huma mħassba li r-riżultati tal-elezzjonijiet jistgħu jiġu manipulati

53 %

tan-nies fl-UE huma mħassba li l-persuni li mhumiex intitolati li jivvutaw se jkunu qed jivvutaw

Niddefendu d-demokrazija

F’demokrazija sana u prospera, iċ-ċittadini jistgħu jesprimu liberament l-opinjonijiet tagħhom, jagħżlu l-mexxejja politiċi tagħhom u jkollhom vuċi dwar il-futur tagħhom. Id-demokrazija fl-UE hija b’saħħitha, iżda qed tiffaċċja sfidi mill-estremiżmu li qed jiżdied, l-indħil elettorali, it-tixrid ta’ informazzjoni manipulattiva u t-theddidiet kontra l-ġurnalisti.

Il-pakkett dwar id-difiża tad-demokrazija - jinfetaħ f’tab ġdida., adottat f’Diċembru, għandu l-għan li jindirizza sfidi bħall-indħil barrani u li jibni r-reżiljenza minn ġewwa billi jinkoraġġixxi l-involviment ċiviku u l-parteċipazzjoni demokratika. Il-qofol tal-pakkett huwa proposta - jinfetaħ f’tab ġdida. biex jissaħħu t-trasparenza u r-responsabbiltà demokratika billi jinxteħet dawl fuq l-indħil barrani minn taħt. Il-miżuri se jtejbu wkoll il-funzjonament tas-suq intern permezz ta’ standards komuni għal attivitajiet ta’ rappreżentanza tal-interessi mwettqa f’isem il-pajjiżi mhux tal-UE. Barra minn hekk, il-pakkett jinkludi żewġ rakkomandazzjonijiet: waħda biex jissaħħu l-proċessi elettorali - jinfetaħ f’tab ġdida. fl-UE u oħra biex tiġi promossa l-parteċipazzjoni inklużiva - jinfetaħ f’tab ġdida. taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili fit-tfassil tal-politiki.

Intlaħaq ukoll ftehim politiku rigward ir-regoli l-ġodda - jinfetaħ f’tab ġdida. dwar it-trasparenza tar-reklamar politiku, li skonthom ir-reklami politiċi jeħtieġ li jiġu ttikkettati b’mod ċar u jridu jinkludu informazzjoni bħal min ħallas għalihom u kemm; ma’ liema elezzjoni, referendum jew proċess regolatorju huma marbuta; u jekk humiex immirati.

Il-promozzjoni ta’ elezzjonijiet ħielsa u ġusti, l-iżgurar tal-istat tad-dritt u l-garanzija tal-libertà tal-media huma elementi kostitwenti biex jinħoloq spazju fejn kull ċittadin iħossu liberu u mogħti s-setgħa.

Elezzjonijiet Ewropej

In-Network Ewropew ta’ Kooperazzjoni dwar l-Elezzjonijiet - jinfetaħ f’tab ġdida. jippromwovi skambji konkreti u prattiċi dwar firxa ta’ suġġetti rilevanti biex jiġu żgurati elezzjonijiet ħielsa u ġusti, inkluż iċ-ċibersigurtà. In-network se jkompli jappoġġa l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet tal-Istati Membri fit-tħejjija għall-elezzjonijiet Ewropej tal-2024.

Filmat li fih Roberta Metsola tħabbar l-elezzjonijiet Ewropej tal–2024. Hi tenfasizza l-importanza tal-votazzjoni u tal-parteċipazzjoni fil-proċess demokratiku, tirrifletti dwar l-isfidi reċenti li qed tiffaċċja l-Unjoni Ewropea u tenfasizza l-kisbiet tal-Unjoni Ewropea f’oqsma bħall-azzjoni klimatika, it-trasformazzjoni diġitali u s-solidarjetà fi żminijiet ta’ kriżi.
FILMAT Messaġġ b’filmat mingħand Roberta Metsola, il-President tal-Parlament Ewropew, dwar l-elezzjonijiet Ewropej li se jsiru mis-6 sad-9 ta’ Ġunju 2024.

Libertà tal-media

Fl-2023, intlaħaq ftehim politiku dwar l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media - jinfetaħ f’tab ġdida., sett ġdid ta’ regoli biex il-media u l-ġurnalisti jiġu protetti aħjar mill-indħil politiku u biex jiġi żgurat li l-media tkun tista’ topera iktar faċilment bejn il-fruntieri. L-att jipproponi Bord Ewropew indipendenti ġdid għas-Servizzi tal-Media, magħmul minn regolaturi jew korpi nazzjonali tal-media, biex isaħħaħ il-kooperazzjoni fil-livell tal-UE, inkluż kontra l-propaganda barranija, u biex jgħin fl-implimentazzjoni tar-regoli l-ġodda.

Intlaħaq ftehim ukoll dwar ir-regoli l-ġodda - jinfetaħ f’tab ġdida. għall-protezzjoni tal-ġurnalisti, tad-difensuri tad-drittijiet, tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u oħrajn li huma fil-mira ta’ kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika. Ir-regoli l-ġodda se jinkludu ċ-ċaħda bikrija ta’ stqarrijiet bla bażi, rimedji kontra proċedimenti tal-qorti abbużivi u l-protezzjoni kontra sentenzi barranin li mhux se jiġu rikonoxxuti jew infurzati fl-UE.

Il-proġett “Free Media Hub EAST - jinfetaħ f’tab ġdida.”, immexxi miċ-Ċentru tas-Soċjetà Ċivili ta’ Praga - jinfetaħ f’tab ġdida. u appoġġat mill-Kummissjoni, fl-2023 ta iżjed minn €2.2 miljun f’għotjiet biex jipprovdi appoġġ lill-media indipendenti Belarussa u Russa eżistenti u stabbilita li taħdem fl-UE (prinċipalment fiċ-Ċekja, fil-Ġermanja, fil-Latvja, fil-Litwanja u fil-Polonja).

L-UE tfakkar it-tħabit u tkompli tonora lil dawk kollha li taw ħajjithom għal-libertà. Il-Premju Sakharov 2023 għal-Libertà tal-Ħsieb - jinfetaħ f’tab ġdida. tal-Parlament Ewropew ingħata lil Jina Mahsa Amini u lill-Moviment Nisa, Ħajja u Libertà fl-Iran.

Grupp ta’ dimostranti bil-powsters ta’ Mahsa Amini.
Dimostranta bi strixxun b’ritratt ta’ Mahsa Amini, mara ta’ 22 sena li ġiet arrestata mill-pulizija morali tal-Iran talli kisret il-liġi dwar il-velu obbligatorju f’dak il-pajjiż u tilfet ħajjitha, Milan, l-Italja, is-16 ta’ Settembru 2023. © AFP

Għoti tas-setgħa liċ-ċittadini

L-UE hija impenjata li tagħti iktar widen liċ-ċittadini u lill-partijiet ikkonċernati. Il-ftuħ tal-proċessi tat-tfassil tal-politiki għall-pubbliku huwa mod ieħor li jgħin lill-UE ssir iktar trasparenti, tibda tagħti iktar rendikont ta’ għemilha u ssir iktar effettiva.

Matul dawn l-aħħar bosta snin, il-Kummissjoni kompliet issaħħaħ l-attivitajiet ta’ konsultazzjoni tagħha permezz tal-portal Semma’ Leħnek - jinfetaħ f’tab ġdida., li huwa l-paġna ċentralizzata għall-feedback u għall-kontributi kollha mingħand iċ-ċittadini u l-partijiet ikkonċernati. Jista’ jingħata kontribut rigward sejħiet għal evidenza, proposti adottati u abbozzi ta’ atti. Sabiex tilħaq kemm jista’ jkun nies, il-Kummissjoni żiedet l-għadd ta’ konsultazzjonijiet tradotti bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE (minn 59 % tal-konsultazzjonijiet pubbliċi tradotti fl-2019 għal 83 % fl-2023).

Panels taċ-Ċittadini

Bejn Diċembru 2022 u April 2023, il-Kummissjoni organizzat l-ewwel sensiela tal-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ Panels taċ-Ċittadini - jinfetaħ f’tab ġdida., u inkludiet dan il-format ġdid tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-proċess tat-tfassil tal-politiki. Filwaqt li jissejsu fuq l-esperjenza miksuba matul il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, u bi tweġiba għall-appelli espressi matul il-konferenza, il-panels jippermettu lil 150 ċittadin magħżula b’mod aleatorju jiddeliberaw u jagħmlu rakkomandazzjonijiet qabel il-proposti tal-Kummissjoni.

Il-panels iddiskutew l-inizjattivi dwar il-ħela tal-ikel, id-dinjiet virtwali u l-mobbiltà tal-apprendiment. Ir-rakkomandazzjonijiet inġabru fir-rapporti taċ-ċittadini, li infurmaw it-tħejjija tal-proposti finali tal-Kummissjoni u ġew ippubblikati magħhom. L-inizjattivi tal-Kummissjoni tressqu fil-5 ta’ Lulju (il-ħela tal-ikel), fil-11 ta’ Lulju (id-dinjiet virtwali) u fil-15 ta’ Novembru (il-mobbiltà tal-apprendiment) rispettivament. Il-Panels il-ġodda taċ-Ċittadini jikkontribwixxu għall-proċess usa’ ta’ konsultazzjoni, li permezz tiegħu l-Kummissjoni tiġbor evidenza mingħand iċ-ċittadini u l-partijiet ikkonċernati.

Folla kbira quddiem skrin ta’ preżentazzjoni bil-kliem “Dinjiet Virtwali” bl-Ingliż fuqu.
Dubravka Šuica, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli mid-Demokrazija u d-Demografija, fil-Panel taċ-Ċittadini Ewropej dwar id-dinjiet virtwali, Brussell, il-Belġju, il-11 ta’ Lulju 2023.
Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej

F’April, il-Kummissjoni rreġistrat il-100 Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej - jinfetaħ f’tab ġdida. mill-introduzzjoni ta’ tali inizjattivi fl-2012. Matul is-sena kollha, il-Kummissjoni rreġistrat 37 inizjattiva ġdida li appellaw għal azzjoni tal-UE f’diversi oqsma, bħat-trattament dinjituż tal-migranti, il-benesseri tal-annimali, in-networks ferrovjarji, it-tassazzjoni, il-preservazzjoni tal-kultura Ukrena u l-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza tal-UE.

Fl-2023 il-Kummissjoni wieġbet ukoll għal erba’ inizjattivi ta’ suċċess, li appellaw għal tnaqqis fl-użu tal-pestiċidi, it-tmiem tal-kummerċ tal-pinen tal-klieb il-baħar mingħajr il-bqija tal-karkassi, it-tmiem tal-ittestjar fuq l-annimali u projbizzjoni fuq il-produzzjoni u l-kummerċ tal-fer. S’issa, 10 inizjattivi ngħataw iktar minn miljun dikjarazzjoni ta’ appoġġ mill-2012 ’l hawn.

Ir-rapport tal-2023 - jinfetaħ f’tab ġdida. dwar ir-regoli l-ġodda tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, li ilhom fis-seħħ mill-2020, juri li dawn jipprovdu qafas iktar aċċessibbli, inqas ta’ piż u iktar faċli biex jintuża għall-organizzaturi tal-inizjattivi u ta’ dawk li jappoġġawhom. Jissuġġerixxi wkoll titjib prattiku dwar kif tista’ tiżdied is-sensibilizzazzjoni ġenerali u kif iċ-ċittadini jistgħu jiġu infurmati dwar id-dritt tagħhom li jużaw l-Inizjattiva taċ-Ċittadini, u dwar kif jista’ jingħata segwitu iktar viżibbli għall-inizjattivi ta’ suċċess.

Insaħħu d-drittijiet taċ-ċittadini

Iċ-ċittadinanza tal-UE hija waħda mill-iktar kisbiet sinifikanti tal-Unjoni Ewropea. Sabiex tfakkar it-30 anniversarju taċ-ċittadinanza tal-UE, il-Kummissjoni pproponiet miżuri - jinfetaħ f’tab ġdida. biex issaħħaħ id-drittijiet taċ-ċittadinanza, akkumpanjati minn gwida għaċ-ċittadini bl-iżjed informazzjoni essenzjali dwar id-drittijiet tagħhom. Ir-rapport tal-2023 dwar iċ-ċittadinanza tal-UE - jinfetaħ f’tab ġdida. jenfasizza l-progress li sar fil-promozzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadinanza, il-valuri komuni u l-parteċipazzjoni demokratika fl-UE mill-pubblikazzjoni, fl-2020, tal-aħħar rapport dwar dan is-suġġett.

Nagħtu s-setgħa lit-tfal u liż-żgħażagħ

Kważi 20 % taċ-ċittadini tal-UE huma tfal. Huma għandhom id-dritt li jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar kwistjonijiet li jikkonċernawhom. Fl-2023, il-Pjattaforma tal-UE għall-Parteċipazzjoni tat-Tfal - jinfetaħ f’tab ġdida. ħolqot saħansitra iktar opportunitajiet għal dawk ta’ taħt it-18-il sena biex jieħdu sehem fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Minn mindu ġiet stabbilita f’Ottubru 2022, kważi 50 organizzazzjoni li jaħdmu direttament mat-tfal fl-UE kollha, saru membri tal-pjattaforma.

L-ewwel Assemblea Ġenerali tal-Pjattaforma għall-Parteċipazzjoni tat-Tfal tal-UE, kopreseduta u komaħluqa mat-tfal u mal-adolexxenti mill-UE, saret fi Brussell f’Ġunju. Madwar 60 tifel u tifla ngħaqdu flimkien biex jiddiskutu s-suġġetti — jiġifieri d-demokrazija, it-tibdil fil-klima, is-saħħa mentali, is-sikurezza u l-faqar — li se jmexxu l-ħidma tal-pjattaforma għal 3 snin.

Infografika diġitali mfassla bl-idejn li tiġbor fil-qosor it-tagħlimiet meħuda mill-Pjattaforma tal-Unjoni Ewropea għall-Parteċipazzjoni tat-Tfal.
Tagħlimiet meħuda fl-ewwel Assemblea Ġenerali tal-Pjattaforma tal-UE għall-Parteċipazzjoni tat-Tfal.

Is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ - jinfetaħ f’tab ġdida. 2022 poġġiet liż-żgħażagħ fuq quddiem fl-aġenda politika fil-livelli kollha u kkontribwiet għall-integrazzjoni tal-perspettiva taż-żgħażagħ f’diversi oqsma ta’ politika. Is-Sena taż-Żgħażagħ ħolqot mobilizzazzjoni u involviment fuq skala kbira, u qajmet kuxjenza dwar l-opportunitajiet tal-UE fost miljuni ta’ żgħażagħ li ħadu sehem fi 13,000 attività f’67 pajjiż, permezz ta’ varjetà ta’ programmi u ta’ inizjattivi ta’ politika tal-UE. Ġew imnedija għadd ta’ formati ġodda tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ, li jvarjaw mill-Pjattaforma “Youth Voices” - jinfetaħ f’tab ġdida. u t-taħdidiet “Youth Talks” - jinfetaħ f’tab ġdida. għad-djalogi ta’ politika - jinfetaħ f’tab ġdida. u l-grupp ta’ ġurnalisti żgħażagħ Ewropej - jinfetaħ f’tab ġdida.. Il-kampanji li saru fuq il-media soċjali minn Frar 2022 sa Mejju 2023 irriżultaw f’210 miljun viżwalizzazzjoni u f’10 miljun interazzjoni, u laħqu lil 91.4 miljun persuna.

Biex isiru ċittadini attivi, iż-żgħażagħ jeħtieġ li jifhmu kif taħdem id-demokrazija u x’inhuma d-drittijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom. Is-sett ta’ għodod - jinfetaħ f’tab ġdida. “Id-Demokrazija tal-UE fl-Azzjoni”, ippubblikat f’Mejju, jintroduċi l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej lill-istudenti u jħeġġiġhom jieħdu rwol attiv fil-kwistjonijiet Ewropej.