Kapitlu 3 – Noħolqu Ewropa prospera u newtrali għall-klima

Tifel żgħir jaqta’ tuffieħa minn ġo siġra, filwaqt li jħares laġenbha minn qalb il-weraq.

Introduzzjoni

Il-Patt Ekoloġiku Ewropew huwa l-pjan direzzjonali tal-Unjoni Ewropea biex tiġi indirizzata t-theddida tripla tal-kriżijiet klimatiċi, ambjentali u tal-bijodiversità. Miegħu, l-UE għolliet il-livell tal-ambizzjonijiet klimatiċi tagħha billi impenjat ruħha li tilħaq in-newtralità klimatika sal-2050. Qed jittrasforma l-UE f’soċjetà ġusta u prospera b’ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva.

Fl-2023, l-UE laħqet stadju importanti fit-triq tagħha lejn il-kisba tan-newtralità klimatika. Il-leġiżlazzjoni ewlenija biex tintlaħaq — u saħansitra tinqabeż — il-mira tagħha ta’ nofs it-terminu li tnaqqas l-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra b’mill-inqas 55 % sal-2030 ġiet adottata f’nofs Ottubru.

It-temp estrem għal darb’oħra kixef ir-realtà ħarxa tat-tibdil fil-klima madwar l-UE u d-dinja, u enfasizza l-ħtieġa għal sforzi kontinwi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet malajr kemm jista’ jkun. Fil-COP28, l-UE kellha rwol ewlieni fl-iżgurar kemm ta’ ftehim globali biex titħaffef it-tranżizzjoni lil hinn mill-fjuwils fossili, kif ukoll ta’ impenn biex il-kapaċità globali tal-enerġija rinnovabbli tittripla u tiġi rduppjata r-rata ta’ titjib fl-effiċjenza enerġetika sal-2030.

Ikklikkja biex tmur Taqsima 2 - Lejn żero netti

Taqsima 2© Adobe Stock

Lejn żero netti

Ir-realtà ta’ pjaneta tagħli

It-tfixkil u l-qerda kkawżati minn avvenimenti estremi tat-temp fl-Ewropa u fid-dinja fl-2023 kienu tfakkira qawwija tat-theddida gravi u dejjem preżenti li t-tibdil fil-klima joħloq għas-soċjetajiet, u tal-ħtieġa għal azzjoni urġenti biex tiġi protetta l-pjaneta.

Il-kundizzjonijiet tan-nixfa kkontribwew għal staġuni itwal u aktar perikolużi ta’ nirien fis-selvaġġ, b’tifqigħat kbar saħansitra minn Marzu fi Spanja, u nirien rekord li ħallew ħerba f’partijiet tal-Greċja, ta’ Spanja u tal-Portugall f’Lulju u f’Awwissu. In-nirien fis-selvaġġ fir-reġjun tal-Grigal tal-Greċja ta’ Evros kienu l-akbar li qatt rat l-UE. Skont is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni dwar in-Nirien Forestali - jinfetaħ f’tab ġdida., sat-22 ta’ Lulju aktar minn 181,000 ettaru ta’ art madwar l-UE kienu diġà saru rmied - jinfetaħ f’tab ġdida. — aktar minn 40 % ogħla mill-medja rreġistrata bejn l-2003 u l-2022 (128,225 ettaru).

B’rispons għaż-żieda fir-riskju ta’ nirien fis-selvaġġ, fl-2023 l-UE saħħet il-kapaċitajiet antiċipatorji u ta’ prospettiva tagħha, irrinforzat il-flotta tat-tifi tan-nar ta’ rescEU - jinfetaħ f’tab ġdida. tagħha u ppożizzjonat mijiet ta’ ħaddiema tat-tifi tan-nar sabiex ikunu jistgħu jipprovdu appoġġ immedjat. Ħolqot ukoll Tim ta’ Appoġġ kontra n-Nirien fis-Selvaġġ bħala parti miċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza - jinfetaħ f’tab ġdida. tagħha.

B’7 xhur u żewġ staġuni rekord, l-2023 kienet l-aktar sena sħuna li qatt ġiet irreġistrata fl-istorja tad-dinja. Skont is-Servizz tal-UE dwar it-Tibdil fil-Klima ta’ Copernicus - jinfetaħ f’tab ġdida., kważi 50 % tal-jiem fl-2023 kienu aktar minn 1.5 °C ’il fuq mill-medja preindustrijali (1850–1900).

Nar forestali qawwi b’duħħan dens ħiereġ minnu.
Nirien fis-selvaġġ jinfirxu fil-muniċipalitajiet ta’ Candelaria u Arafo, Tenerife, Spanja, is-16 ta’ Awwissu 2023. © AFP

In-nirien fis-selvaġġ huma tħassib globali. Biex jgħinu fl-indirizzar tal-agħar nirien fis-selvaġġ fil-Kanada f’għaxar snin (li ħarqu madwar erba’ miljun ettaru, żona kbira daqs in-Netherlands), l-Istati Membri tal-UE offrew is-servizzi ta’ madwar 300 ħaddiem tat-tifi tan-nar lill-pajjiż permezz tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili - jinfetaħ f’tab ġdida. (ara l-Kapitlu 8).

Bħala riżultat tal-għargħar u n-nirien fil-foresti mingħajr preċedent, is-sejħiet fl-2023 għal irkupru minn diżastri u appoġġ għar-rikostruzzjoni mill-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea - jinfetaħ f’tab ġdida. mmobilizzaw ir-riżorsi kollha disponibbli biex tiġi pprovduta l-assistenza.

Ix-xita estrema kkawżat għargħar fatali f’partijiet tal-UE, inklużi l-Kroazja, l-Italja, l-Awstrija u s-Slovenja.

Għadd ta’ gruppi ta’ siġar u l-bjut ta’ xi binjiet ħerġin mill-ilma li huma mdawrin bih, kawża tal-għargħar.
Ħarsa mill-ajru lejn iż-żoni affettwati mill-għargħar u miċ-ċedimenti tal-art fl-Emilia-Romagna, l-Italja, il-25 ta’ Mejju 2023.

Fil-15 ta’ Lulju, l-UE inawgurat il-Jum annwali għall-Vittmi tal-Kriżi Klimatika Globali - jinfetaħ f’tab ġdida., biex tfakkar il-vittmi fl-Ewropa u madwar id-dinja. L-avveniment għandu l-għan li jqajjem kuxjenza dwar il-passi speċifiċi li n-nies jistgħu jieħdu biex jgħinu fit-tnaqqis tal-ħsara kkawżata mit-tibdil fil-klima u biex ikunu ppreparati aħjar għad-diżastri klimatiċi.

Lil hinn mill-Ewropa, it-tibdil fil-klima huwa wkoll theddida serja għall-ifqar pajjiżi tad-dinja, li taggrava l-kriżijiet li kienu jeżistu qabel u li tirrikjedi sforzi akbar biex tiġi ssodisfata ż-żieda fil-ħtiġijiet umanitarji (ara l-Kapitlu 8). Skont l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-NU, il-proporzjon ta’ pajjiżi b’introjtu baxx u medju esposti għal estremitajiet klimatiċi żdied minn 76 % għal 98 % matul l-aħħar għoxrin sena.

Lejn żero netti

Ir-rapport tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima - jinfetaħ f’tab ġdida., ippubblikat f’Marzu, għal darb’oħra wera lill-komunità xjentifika toħroġ twissija qawwija dwar il-ħtieġa għal azzjoni biex tiġi indirizzata l-kriżi klimatika. Ir-rapport jafferma mill-ġdid li d-dinja qed tisħon malajr minħabba l-influwenza tal-bniedem, b’estremitajiet tat-temp u katastrofi li jpoġġu l-ħajjiet u l-għajxien f’riskju madwar id-dinja. Ix-xjenza hija ċara: l-uniku mod biex jitwaqqaf it-tisħin globali u jittaffew l-impatti tat-tibdil fil-klima huwa billi dawk l-emissjonijiet jinġiebu għal żero netti. Dan ifisser li jintlaħaq bilanċ bejn l-ammont ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra rilaxxati fl-atmosfera u l-ammont imneħħi minnha.

Bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-klima u l-enerġija, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-UE diġà naqsu bi 32.5 % meta mqabbla mal-1990, filwaqt li l-ekonomija tal-UE kibret b’60 % fl-istess perjodu.

Li l-Ewropa ssir l-ewwel kontinent newtrali għall-klima huwa l-pedament tal-Patt Ekoloġiku Ewropew - jinfetaħ f’tab ġdida.. Dan l-objettiv huwa msejjes fuq il-Liġi Ewropea dwar il-Klima - jinfetaħ f’tab ġdida., flimkien mal-impenn legalment vinkolanti li jitnaqqsu l-emissjonijiet netti tal-gassijiet serra b’mill-inqas 55 % sal-2030, meta mqabbla mal-livelli tal-1990.

Biex jinkiseb dan, fl-2021 il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-pakkett ta’ proposti leġiżlattivi “Lesti għall-mira ta’ 55 %”. Fl-2022, skont il-Pjan REPowerEU - jinfetaħ f’tab ġdida., żiedet il-livell ta’ ambizzjoni tal-proposti (partikolarment dawk dwar l-effiċjenza enerġetika - jinfetaħ f’tab ġdida. u l-enerġija rinnovabbli - jinfetaħ f’tab ġdida.) bl-għan li tkompli titnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq l-importazzjonijiet ta’ fjuwils fossili Russi (ara l-Kapitlu 4). Sa tmiem l-2023, il-leġiżlazzjoni ewlenija biex tintlaħaq il-mira tal-2030 ta’ tnaqqis nett ta’ 55 % kienet fis-seħħ (ara hawn taħt). Dan jinkludi miri legalment vinkolanti li jkopru s-setturi kollha tal-ekonomija, mira biex tingħata spinta lill-bjar tal-karbonju naturali u Sistema aġġornata tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet - jinfetaħ f’tab ġdida..

Aktar minn 9 minn kull 10 ċittadini tal-UE jqisu t-tibdil fil-klima bħala problema serja.

It-tibdil fil-klima huwa kkunsidrat:

  • problema serja ħafna minn 77 %
  • problema pjuttost serja minn 16 %
  • mhux problema serja minn 7 %

Is-sistema eżistenti ssaħħet fl-2023, u l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha ġie estiż biex ikopri l-emissjonijiet mit-trasport marittimu. Inħolqot Sistema ġdida separata għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet biex testendi l-ipprezzar tal-karbonju għal setturi ġodda tal-ekonomija, b’mod partikolari għall-fjuwils għall-bini u għat-trasport bit-triq. Minbarra li tpoġġi prezz fuq it-tniġġis u tiġġenera investiment fit-tranżizzjoni ekoloġika, is-sistema l-ġdida se tipprovdi appoġġ soċjali għan-nies u għan-negozji ż-żgħar biex tiżgura li ħadd ma jibqa’ lura.

Il-pakkett leġiżlattiv finali huwa mistenni li jnaqqas l-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra tal-UE b’57 % sal-2030, meta mqabbel mal-1990.

Mekkaniżmu - jinfetaħ f’tab ġdida. ġdid għall-importazzjoni ta’ oġġetti minn barra l-UE se jiżgura li jiġi stabbilit prezz tal-karbonju fis-setturi fil-mira. Il-leġiżlazzjoni l-ġdida tinkludi wkoll miri aġġornati dwar l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika, u regoli biex tingħata spinta lill-infrastruttura tal-iċċarġjar u l-użu ta’ fjuwils alternattivi fit-trasport bit-triq, it-trasport marittimu u l-avjazzjoni.

Fl-2023, l-Istati Membri kellhom jippreżentaw l-abbozzi aġġornati tagħhom tal-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima - jinfetaħ f’tab ġdida., li jiddeskrivu kif beħsiebhom jilħqu l-miri tal-enerġija u tal-klima tal-UE għall-2030. F’Diċembru, il-Kummissjoni vvalutat il-pjanijiet u ħarġet rakkomandazzjonijiet.

Ħadd ma jibqa’ lura

Biex tiġi żgurata tranżizzjoni ekoloġika ġusta u inklużiva, se jiġu ġġenerati €55 biljun f’investiment - jinfetaħ f’tab ġdida. matul id-deċennju attwali biex jiġu appoġġati dawk li jgħixu fir-reġjuni tal-UE li qed jiffaċċjaw l-akbar sfidi fil-bidla lejn ekonomija newtrali għall-klima. F’kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati nazzjonali, reġjonali u lokali, l-UE qed tgħin biex tiddiversifika l-ekonomiji reġjonali u tagħti lin-nies l-opportunità li jirnexxu fl-ekonomija l-ġdida (ara wkoll il-Kapitlu 6).

Dan il-filmat jiddiskuti l-għan tal-Unjoni Ewropea li ssir newtrali għall-klima sal-2050 u jenfasizza t-tranżizzjoni lejn l-enerġija rinnovabbli, b’appoġġ għall-komunitajiet affettwati permezz tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Pjattaforma għal Tranżizzjoni Ġusta għal għarfien espert kondiviż. Jenfasizza l-innovazzjoni, it-tkabbir sostenibbli u l-benefiċċji ekwi fit-triq lejn futur aktar ekoloġiku.
FILMAT Il-Pjattaforma għal Tranżizzjoni Ġusta.

Lesti għall-mira ta’ 55 % — leġiżlazzjoni adottata

Ir-riforma dwar is-Sistema tal-UE għall-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet

Is-Sistema ġdida tal-UE għall-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet għall-fjuwils tal-bini u tat-trasport bit-triq

Il-Fond Soċjali għall-Klima

Ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi

Ir-Regolament dwar l-Użu tal-Art, il-Forestrija u l-Agrikoltura

L-istandards tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju għall-karozzi u l-vannijiet

Il-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri

Id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli

Id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika

Ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi

Ir-Regolament ReFuelEU Aviation

Ir-Regolament FuelEU Maritime

Il-kompetittività tal-UE se tiddependi ħafna fuq il-kapaċità tagħha li tiżviluppa u timmanifattura t-teknoloġiji nodfa meħtieġa għal tranżizzjoni b’suċċess lejn ekonomija b’emissjonijiet żero netti. Biex tissaħħaħ il-kompetittività tat-teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti fl-UE u tiġi appoġġata t-tranżizzjoni rapida lejn in-newtralità klimatika, fi Frar 2023 il-Kummissjoni ppreżentat il-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku għall-Era b’Emissjonijiet Żero Netti - jinfetaħ f’tab ġdida.. Il-pjan għandu l-għan li joħloq ambjent ta’ aktar appoġġ biex tiżdied l-iskala tal-kapaċità tal-manifattura tal-UE għal teknoloġiji u prodotti b’emissjonijiet żero netti (ara l-Kapitlu 4).

L-UE qed tappoġġa wkoll teknoloġiji innovattivi b’emissjonijiet żero netti permezz tal-Fond għall-Innovazzjoni - jinfetaħ f’tab ġdida., iffinanzjat mill-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet. Għandha l-għan li ġġib soluzzjonijiet fis-suq għad-dekarbonizzazzjoni tal-industrija Ewropea u tappoġġa t-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika, filwaqt li tagħti spinta lill-kompetittività tal-UE. Xi Stati Membri qed jappoġġaw ukoll il-kapaċità tal-manifattura ta’ teknoloġiji innovattivi skont il-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza. Il-Kummissjoni nediet sensiela ta’ Djalogi dwar Tranżizzjoni Nadifa biex tkun tista’ tappoġġa lil kull settur fil-bini tal-mudell kummerċjali tiegħu għad-dekarbonizzazzjoni tal-industrija, l-ewwel nett bi djalogi dwar l-idroġenu u l-industriji intensivi fl-enerġija fl-2023 (ara l-Kapitlu 4).

Lejn ekonomija ċirkolari

Matul is-sena, l-UE kompliet tagħmel progress fil-mixja lejn ekonomija ċirkolari, bl-għan li tagħmel il-prodotti sostenibbli n-norma, tnaqqas il-pressjoni fuq ir-riżorsi naturali, tnaqqas l-iskart u toħloq tkabbir u impjiegi sostenibbli.

Kull sena, aktar minn 5 miljun tunnellata ta’ ħwejjeġ jintremew fl-UE (aktar minn 11-il kg għal kull persuna), iżda 22 % biss ta’ dan l-iskart jinġabar separatament għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ, filwaqt li l-bqija spiss jiġi inċinerat jew jintbagħat fil-miżbliet. Ir-regoli ġodda proposti - jinfetaħ f’tab ġdida. dwar it-tessuti se jżommu lill-produtturi responsabbli għaċ-ċikli tal-ħajja tal-prodotti tagħhom, b’mod partikolari l-ġestjoni tal-iskart, u b’hekk jippromwovu l-immaniġġar sostenibbli tal-iskart mit-tessuti madwar l-UE. Iż-żieda fid-disponibbiltà tat-tessuti użati u riċiklati mistennija toħloq impjiegi lokali u tiffranka l-flus għall-konsumaturi fl-UE u lil hinn minnha, filwaqt li ttaffi l-impatti tal-produzzjoni tat-tessuti fuq ir-riżorsi naturali. Il-kampanja ReSet Trend - jinfetaħ f’tab ġdida. tnediet fl-2023 biex titqajjem kuxjenza dwar il-moda sostenibbli.

Il-ħela tal-ikel għandha impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali enormi. Skont proposta ġdida - jinfetaħ f’tab ġdida. ppreżentata mill-Kummissjoni f’Lulju, l-Istati Membri se jkunu mistennija jnaqqsu l-ħela tal-ikel - jinfetaħ f’tab ġdida. fl-ipproċessar u fil-manifattura b’10 % sal-2030, u bi 30 % (per capita) b’mod konġunt fil-livelli tal-bejgħ bl-imnut u tal-konsum. Dawn il-miri l-ġodda se jkunu ta’ benefiċċju għas-sigurtà tal-ikel u se jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, filwaqt li se jiffrankaw ukoll il-kostijiet għan-negozji u għall-konsumaturi.

Ħela tal-ikel

58.4 miljun tunnellata (131 kg/persuna/sena) jiġu ġġenerati kull sena fl-UE. Sors: Eurostat - jinfetaħ f’tab ġdida., 2023.

Madwar 10 % tal-ikel kollu fornut lill-bejjiegħa bl-imnut, lis-servizzi tal-ikel u lill-unitajiet domestiċi jinħela.

Aktar minn nofs il-ħela tal-ikel hija ġġenerata mill-unitajiet domestiċi (54 %).

It-tieni l-akbar sehem (21 %) huwa mis-settur tal-ipproċessar u tal-manifattura.

Abbażi ta’ dawn l-isforzi, il-Kummissjoni adottat Qafas ta’ Monitoraġġ rivedut għall-Ekonomija Ċirkolari - jinfetaħ f’tab ġdida. biex issegwi aħjar il-progress fit-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari fl-UE, u l-kontribut tagħha għas-sostenibbiltà globali u għar-reżiljenza tal-UE. Dan il-qafas jinkludi indikaturi ġodda, bħall-impronta tal-materjali u l-produttività tar-riżorsi, biex jitkejjel il-progress lejn il-miri għall-prevenzjoni tal-ħela.

Kull sena, kważi sitt miljun vettura fl-UE jaslu fi tmiem iċ-ċiklu ta’ ħajjithom. L-immaniġġar inadegwat tal-vetturi fi tmiem iċ-ċiklu ta’ ħajjithom jirriżulta f’telf ta’ valur u tniġġis. Ir-regoli ġodda proposti - jinfetaħ f’tab ġdida., li jkopru l-aspetti kollha ta’ vettura mid-disinn u t-tqegħid fis-suq sat-trattament finali tagħha, mistennija jiġġeneraw €1.8 biljun fi dħul nett sal-2035. Dawn se jwasslu wkoll għal iffrankar sinifikanti tal-karbonju u dipendenza mnaqqsa fuq il-materja prima, u se joħolqu impjiegi addizzjonali u flussi ta’ dħul imtejba għall-industrija tal-ġestjoni tal-iskart u tar-riċiklaġġ.

Virginijus Sinkevičius, flimkien ma’ żewġ persuni oħra, josserva faċilità għar-riċiklaġġ ta’ materjali tal-karozzi użati. Fl-isfond jidhru conveyor belt iswed iġorr frammenti żgħar, u pajp twil.
Virginijus Sinkevičius, il-Kummissarju Ewropew għall-Ambjent, l-Oċeani u s-Sajd (lemin), iżur kumpanija li hi minn ta’ quddiem fil-qasam tal-ekonomija ċirkolari, il-Belġju, Lulju 2023.

Miżuri ġodda biex tingħata spinta liċ-ċirkolarità fis-settur awtomobilistiku jistgħu jwasslu biex sal-2035 jiġu riċiklati sa erba’ miljun karozza oħra u jinħolqu 22,000 impjieg ieħor.

Intlaħaq ftehim - jinfetaħ f’tab ġdida. politiku dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal regoli ġodda dwar il-vjeġġi ta’ skart, li se jiżgura responsabbiltà akbar mill-UE fir-rigward tal-iskart tagħha stess. L-esportazzjoni tal-iskart tal-plastik mill-UE lejn pajjiżi li mhumiex membri tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi se tiġi pprojbita. Il-ftehim se jikkontribwixxi għat-tnaqqis tat-tniġġis mill-iskart u għall-avvanz tal-ekonomija ċirkolari.

Il-prodotti għandhom impatt ambjentali sinifikanti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom — mill-estrazzjoni tal-materja prima sal-manifattura, it-trasport, l-użu u t-tmiem tal-ħajja tagħhom. F’Diċembru, intlaħaq ftehim - jinfetaħ f’tab ġdida. dwar il-proposta biex il-prodotti sostenibbli jsiru n-norma fl-UE. Ir-Regolament dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli - jinfetaħ f’tab ġdida. l-ġdid jibni fuq ir-regoli dwar l-ekodisinn - jinfetaħ f’tab ġdida. eżistenti li rnexxielhom jixprunaw l-effiċjenza enerġetika mtejba tal-prodotti fl-UE għal kważi 20 sena. Il-liġi l-ġdida se testendi l-qafas eżistenti b’żewġ modi: l-ewwel nett, biex tiġi koperta l-aktar firxa wiesgħa possibbli ta’ prodotti; it-tieni, fejn xieraq, biex jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżiti li magħhom iridu jikkonformaw il-prodotti.

L-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi għat-tranżizzjoni ekoloġika huwa element importanti biex jintlaħqu l-objettivi ta’ konsum sostenibbli tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. F’Settembru, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea laħqu ftehim - jinfetaħ f’tab ġdida. dwar il-proposta għal regoli ġodda li se jiżguraw li l-konsumaturi jkunu informati aħjar dwar id-durabbiltà u l-possibbiltà ta’ tiswija tal-oġġetti li jixtru, u li jkollhom protezzjoni aħjar kontra prattiċi kummerċjali inġusti. Se jkun hemm ukoll projbizzjoni ġdida fuq asserzjonijiet qarrieqa dwar prodotti bbażati fuq il-kumpens għall-emissjonijiet. Il-Kummissjoni ppreżentat ukoll proposta - jinfetaħ f’tab ġdida. biex ittejjeb l-aċċess għas-servizzi ta’ tiswija u l-informazzjoni dwarhom. Dan jippromwovi t-tiswija fuq is-sostituzzjoni matul il-garanzija legali u jirrikjedi li l-manifatturi jsewwu oġġetti li huma soġġetti, jew li se jsiru soġġetti, għal rekwiżiti speċifiċi ta’ tiswija (ekodisinn) skont il-liġi tal-UE.

Nagħmlu għażliet sostenibbli

Biex tikkomplementa l-miżuri li jagħtu s-setgħa lill-konsumaturi, il-Kummissjoni pproponiet - jinfetaħ f’tab ġdida. ukoll regoli ġodda biex tindirizza l-greenwashing — fejn il-prodotti jew il-proċessi jidhru aktar ekoloġiċi milli jkunu verament. L-iżgurar li t-tikketti u l-asserzjonijiet ambjentali jkunu kredibbli u affidabbli se jippermetti lill-konsumaturi jieħdu deċiżjonijiet ta’ xiri infurmati aħjar. Se tagħti spinta wkoll lill-kompetittività tan-negozji li qed jistinkaw biex iżidu s-sostenibbiltà ambjentali tal-prodotti u l-attivitajiet tagħhom.

Ġew iffinalizzati regoli ġodda - jinfetaħ f’tab ġdida. biex jgħinu lill-konsumaturi jagħmlu għażliet infurmati u ekoloġiċi meta jixtru l-mowbajls u t-tablets. Ir-regoli ġodda dwar l-ekodisinn se jtejbu d-durabbiltà, il-possibbiltà ta’ tiswija, l-użu mill-ġdid u r-riċiklabbiltà ta’ apparati bħal dawn. Sadanittant, it-tikketta enerġetika l-ġdida fuq l-ismartphones u t-tablets se tagħti dettalji dwar l-effiċjenza u d-durabbiltà tagħhom, u l-punteġġ tal-possibbiltà ta’ tiswija se jiggwida lill-konsumaturi lejn għażliet sostenibbli. Dawk ir-regoli se japplikaw mill-20 ta’ Ġunju 2025.

Filmat li jispjega l-miżuri tal-Unjoni Ewropea biex jiġi indirizzat il-greenwashing, bħal liġijiet ġodda li jġiegħlu lill-kumpaniji jagħtu prova tal-asserzjonijiet ambjentali tagħhom, tal-kriterji komuni għall-verifika ta’ dawn l-asserzjonijiet u tal-promozzjoni ta’ ekotikketti affidabbli.
FILMAT Il-liġi l-ġdida proposta dwar l-asserzjonijiet ekoloġiċi.

L-Avvanz tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero

Ilma

Fl-2023, bid-Direttiva riveduta dwar l-Ilma tax-Xorb - jinfetaħ f’tab ġdida. li ġiet inkorporata fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, bdew japplikaw regoli ġodda madwar l-UE. Dawn ir-regoli se jiżguraw uħud mill-ogħla standards fid-dinja għall-ilma tax-xorb.

F’Ġunju, b’rispons għall-evidenza li issa hemm inqas xita f’ħafna partijiet tal-UE, bdew japplikaw rekwiżiti ġodda - jinfetaħ f’tab ġdida. għall-użu mill-ġdid sikur tal-ilma mormi ttrattat fl-irrigazzjoni agrikola.

Fi Frar 2023 ġie ppubblikat rapport tal-UE - jinfetaħ f’tab ġdida. li janalizza wieħed mill-akbar diżastri ekoloġiċi ta’ dan l-aħħar fl-Ewropa, li fih mietu madwar 360 tunnellata ta’ ħut fix-xmara Oder. Huwa jidentifika l-kawża probabbli bħala l-proliferazzjoni sostanzjali tal-alga tossika, u jipproponi rakkomandazzjonijiet biex jgħinu jiġi evitat li avveniment katastrofiku bħal dan jerġa’ jseħħ.

Ħarsa mill-ajru lejn xmara.
© Getty Images

Għalkemm is-sikurezza marittima fl-ilmijiet tal-UE hija għolja ħafna, bi ftit imwiet u bl-ebda każ reċenti ta’ tixrid kbir taż-żejt, kull sena għadhom jiġu rrappurtati iktar minn 2,000 aċċident u inċident fil-baħar. F’Ġunju, il-Kummissjoni ppreżentat ħames proposti leġiżlattivi - jinfetaħ f’tab ġdida. biex timmodernizza r-regoli tal-UE u tipprevjeni t-tniġġis tal-ilma mill-bastimenti.

Il-proposti għandhom ukoll l-għan li jipprevjenu l-iskariki illegali fl-ibħra Ewropej sabiex jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-attivitajiet tat-trasport marittimu u tiġi ppreservata l-ekosistema tal-baħar.

Iż-żieda tas-sikurezza marittima

L-infografika turi kif l-appoġġ mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima se jirriżulta f’Regolamenti u fi spezzjonijiet tal-vapuri iktar rigorużi, biex titnaqqas l-inċidenza ta’ aċċidenti marittimi.

L-istandards stretti tas-sikurezza marittima tal-Unjoni Ewropea huma effettivi, iżda l-isfidi u t-teknoloġiji ġodda jeħtieġu approċċi ġodda. L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima biħsiebha testendi l-appoġġ fil-forma ta’ approċċi u teknoloġiji ġodda, bħal spezzjonijiet iktar effettivi, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-istati tal-bandiera dwar ir-riżultati tal-ispezzjonijiet, użu ikbar ta’ soluzzjonijiet diġitali, bħaċ-ċertifikati elettroniċi, it-titjib tas-sikurezza tal-bastimenti tas-sajd u t-titjib tal-kapaċità tal-Istati Membri li jidentifikaw kwistjonijiet ta’ sikurezza u nuqqas ta’ konformità mil-lat tal-ambjent u tat-tniġġis. Dawn il-bidliet se jirriżultaw fi tliet azzjonijiet ewlenin. wieħed. L-istati tal-bandiera se jkollhom jiżguraw li l-vapuri jkunu tajbin għat-tbaħħir. 2. L-ispetturi tal-istat tal-port se jispezzjonaw il-vapuri barranin irmiġġati fil-portijiet. 3. L-investigazzjonijiet tal-aċċidenti marittimi se jiddeterminaw il-kawżi tal-aċċidenti biex jipprevjenu każijiet simili milli jseħħu fil-futur.

Sustanzi kimiċi

Skont proposta - jinfetaħ f’tab ġdida. tal-Kummissjoni biex iċ-ċittadini tal-UE u l-ambjent jiġu protetti mill-merkurju tossiku, l-użu tal-amalgama dentali se jkun kompletament ipprojbit. Jintużaw madwar 40 tunnellata ta’ merkurju kull sena fl-UE għal dan l-iskop. Il-proposta se tipprojbixxi wkoll il-manifattura u l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti li fihom il-merkurju, bħal lampi.

Storbju

L-istorbju jirrappreżenta t-tieni l-akbar theddida għas-saħħa ambjentali fl-Ewropa wara t-tniġġis tal-arja. Ir-rapport - jinfetaħ f’tab ġdida. dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħsejjes Ambjentali jistabbilixxi kif l-istorbju jista’ jkompli jitnaqqas biex tintlaħaq il-mira ta’ tnaqqis ta’ 30 % sal-2030.

Emissjonijiet industrijali

Id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali - jinfetaħ f’tab ġdida. tirregola madwar 52,000 installazzjoni industrijali u tal-bhejjem akbar madwar l-UE. Din tirrikjedi li jkollhom permess ibbażat fuq l-użu tal-aqwa tekniki disponibbli. Fl-2023, saret sensiela ġdida ta’ evalwazzjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli dwar il-biċċeriji, il-prodotti sekondarji tal-annimali u l-industriji tal-koprodotti li jittieklu. Madwar 800 biċċerija fl-UE se jkollhom jikkonformaw ma’ dawn l-istandards il-ġodda biex inaqqsu l-impatt ambjentali tagħhom.

Mikroplastiċi

Il-Kummissjoni ħadet pass ieħor ewlieni fil-protezzjoni tal-ambjent billi adottat miżuri - jinfetaħ f’tab ġdida. li jirrestrinġu l-mikroplastiċi miżjuda intenzjonalment mal-prodotti. Ir-regoli l-ġodda se jipprevjenu r-rilaxx ta’ madwar nofs miljun tunnellata ta’ mikroplastiċi fl-ambjent.

Bijodiversità

In-natura hija vitali fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Id-degradazzjoni tal-ambjent naturali żżid il-probabbiltà u s-severità ta’ avvenimenti bħall-għargħar u n-nirien fis-selvaġġ, u b’hekk in-natura u l-bijodiversità tal-Ewropa jsiru l-aħjar difiża tagħha kontra d-diżastri naturali.

F’Novembru ntlaħaq ftehim politiku proviżorju rigward il-Liġi dwar ir-Restawr tan-Natura - jinfetaħ f’tab ġdida., li ta bidu għal proċess ta’ rkupru kontinwu u sostnut tan-natura. L-Istati Membri se jistabbilixxu miżuri ta’ restawr f’mill-inqas 20 % taż-żoni tal-art tal-UE u 20 % tal-ibħra tagħha sal-2030. Sal-2050, jeħtieġ li miżuri bħal dawn ikunu fis-seħħ għall-ekosistemi kollha li jeħtieġu restawr.

Ħamrija

Il-ħamrija f’saħħitha hija kruċjali biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel, tinkiseb in-newtralità klimatika u jitwaqqfu d-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art. Madankollu, iktar minn 60 % tal-ħamrija Ewropea mhijiex f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba. Il-proposta għal liġi dwar il-monitoraġġ tal-ħamrija - jinfetaħ f’tab ġdida. għandha l-għan li tpoġġi lill-UE fit-triq it-tajba biex sal-2050 ikollna ħamrija f’saħħitha billi tiġbor id-data dwar is-saħħa tal-ħamrija u tagħmilha disponibbli għall-bdiewa u kull min jiġġestixxi l-ħamrija. Permezz ta’ din il-liġi l-ġdida, il-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija se ssir in-norma. Il-Kummissjoni ppubblikat ukoll gwida dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament tal-UE għal ħamrija f’saħħitha għall-partijiet ikkonċernati. Il-Missjoni tal-Manifest tal-Ħamrija - jinfetaħ f’tab ġdida., imnedija f’April, tlaqqa’ flimkien lil min ifassal il-politika reġjonali u lokali, lill-persuni kkonċernati u liċ-ċittadini f’komunità vibranti li jimpurataha minn saħħet il-ħamrija. Iktar minn 2,100 individwu u 350 organizzazzjoni kienu ffirmaw għal din l-inizjattiva volontarja sa tmiem is-sena. Il-firmatarji jirrikonoxxu l-ħtieġa għal azzjoni rigward is-saħħa tal-ħamrija u jinvolvu ruħhom f’attivitajiet għall-protezzjoni u r-restawr tal-ħamrija.

Pollinaturi

Peress li waħda minn kull tliet speċijiet ta’ naħal, friefet u hoverflies fl-UE qed jisparixxu, il-Kummissjoni ppreżentat inizjattiva mġedda - jinfetaħ f’tab ġdida. fl-2023 li tistabbilixxi l-azzjoni li għandha tittieħed mill-UE u mill-Istati Membri biex jieqaf it-tnaqqis tal-pollinaturi sal-2030. Kulma jmur aktar ċittadini appellaw għal azzjoni deċiżiva kontra t-telf tal-pollinaturi, anki matul l-aħħar Inizjattiva Ewropea taċ-Ċittadini “Insalvaw lin-Naħal u lill-Bdiewa - jinfetaħ f’tab ġdida.” li kienet suċċess. L-UE naqqset - jinfetaħ f’tab ġdida. ukoll il-livelli massimi ta’ residwi ta’ żewġ pestiċidi neonikotinojdi fl-ikel għall-aktar livell baxx li jista’ jitkejjel bl-aħħar teknoloġiji. L-użu fuq barra tal-klotijanidin - jinfetaħ f’tab ġdida. u t-tijametossam - jinfetaħ f’tab ġdida. diġà ġie pprojbit fl-UE. Il-livelli l-ġodda se japplikaw għall-prodotti tal-ikel u tal-għalf prodotti fl-UE jew importati fiha. Dan se jiżgura li l-ikel li jitqiegħed fis-suq intern ma jkunx ta’ kontribut għat-tnaqqis tal-pollinaturi, irrispettivament minn fejn jiġi prodott.

Saħħet il-ħamrija taffettwa direttament is-sigurtà tal-ikel tal-UE

95 % tal-ikel tagħna jiġi prodott direttament jew indirettament fil-ħamrija.

L-erożjoni tal-ħamrija tiswa lill-UE €1.25 biljun fis-sena fi produttività agrikola mitlufa.

83 % tal-ħamrija tal-UE fiha residwi tal-pestiċidi.

Aktar minn 23 % tal-art agrikola tbati minn kompattazzjoni, li tnaqqas il-produttività.

Foresti

Il-foresti huma alleat kruċjali fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u t-telf tal-bijodiversità. Kemm l-art, u b’mod partikolari s-settur tal-użu tal-art, jistgħu jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, jiddependi ħafna fuq kif dawn iż-żoni jintużaw u jiġu ġestiti. L-assorbiment tal-karbonju fis-settur tal-użu tal-art tal-UE naqas b’mod sinifikanti f’dawn l-aħħar snin, u l-funzjoni tal-bjar tal-art qed tonqos. Fl-2023, l-UE mmodernizzat il-leġiżlazzjoni tagħha - jinfetaħ f’tab ġdida. dwar l-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija biex tagħti spinta lill-assorbiment tal-karbonju u tippromwovi l-ġestjoni sostenibbli tal-art agrikola u tal-foresti.

F’Novembru, il-Kummissjoni pproponiet - jinfetaħ f’tab ġdida. liġi dwar il-monitoraġġ tal-foresti bl-għan li toħloq qafas ta’ għarfien komprensiv li jippermetti lill-Istati Membri, lis-sidien tal-foresti u lill-forestiera jtejbu ir-rispons tagħhom għall-pressjonijiet dejjem akbar fuq il-foresti, li huma aggravati mit-tibdil fil-klima. Minbarra li jiżgura li l-foresti jkunu aktar reżiljenti għat-theddid transfruntier (pesti, nixfa u nirien fis-selvaġġ), il-qafas ta’ monitoraġġ se jgħin lis-sidien tal-foresti u lill-forestiera jibbenefikaw minn skemi ta’ pagament tal-ekosistema bħall-iskema ta’ ċertifikazzjoni tal-UE għall-assorbiment tal-karbonju.

Ir-Regolament pijunier tal-UE dwar il-Ktajjen tal-Provvista mingħajr Deforestazzjoni - jinfetaħ f’tab ġdida., element ewlieni fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u t-telf tal-bijodiversità, daħal fis-seħħ f’Ġunju. L-operaturi u n-negozjanti se jkollhom 18-il xahar biex jimplimentaw ir-regoli l-ġodda. Ladarba jiġu applikati, se jiżguraw li sett ta’ oġġetti ewlenin li jiġu esportati mill-UE jew li jitqiegħdu fis-suq tal-UE ma jibqgħux jikkontribwixxu għad-deforestazzjoni u għad-degradazzjoni tal-foresti, la fl-Unjoni Ewropea nnifisha u lanqas xi mkien ieħor fid-dinja. Il-lista tinkludi ż-żejt tal-palm, il-kafè, is-sojja u ċ-ċikkulata. Ir-regoli l-ġodda se jgħinu wkoll biex jiżguraw l-għajxien ta’ miljuni ta’ nies, inklużi il-popli indiġeni u l-komunitajiet lokali madwar id-dinja, li jiddependu ħafna fuq l-ekosistemi tal-foresti.

Persuna liebsa kappell bix-xifer wiesa’ u qmis bil-kmiem twal qed ixxattab il-kafeni fuq wiċċ ċatt fuq barra, b’pajsaġġ rurali aħdar fl-isfond.
© Adobe Stock

Sistemi tal-ikel sostenibbli

L-approvazzjoni tat-28 pjan strateġiku kollha - PDF file – jinfetaħ f’tab ġdida. mill-Kummissjoni mmarkat il-bidu tal-Politika Agrikola Komuni - jinfetaħ f’tab ġdida. (PAK) il-ġdida fl-1 ta’ Jannar 2023. Total ta’ €264 biljun ta’ finanzjament mill-UE se jappoġġa lill-bdiewa Ewropej fit-tranżizzjoni lejn settur agrikolu aktar sostenibbli u reżiljenti, u se jgħin biex jiġu ssalvagwardjati l-vitalità u d-diversità taż-żoni rurali bejn l-2023 u l-2027. Kważi €98 biljun se jkunu ddedikati biex jinkisbu benefiċċji għall-klima, l-ilma, il-ħamrija, l-arja, il-bijodiversità u l-benessri tal-annimali, f’konformità mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew.

Il-PAK il-ġdida se tikkontribwixxi għall-objettivi tal-UE dwar it-tnaqqis tal-użu tal-pestiċidi kimiċi u r-riskju minnhom u se żżid b’mod sostanzjali l-appoġġ immirat għall-biedja organika. Se tipprovdi wkoll inċentivi lill-maniġers tal-art biex jaħżnu l-karbonju fil-ħamrija u fil-bijomassa u biex inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra f’35 % taż-żona agrikola tal-UE permezz ta’ prattiki ta’ ġestjoni xierqa, u n-newba tal-għelejjel mistennija fuq 85 % tar-raba’ li jinħadem appoġġat mill-PAK.

Fi żmien ta’ tħassib dejjem jikber dwar il-provvista tal-ikel, il-Kummissjoni kompliet il-ħidma tagħha fuq l-immappjar tal-ixprunaturi tas-sigurtà tal-ikel. Il-proposta - jinfetaħ f’tab ġdida. ġdida li tippermetti l-użu sikur ta’ tekniki ġenomiċi ġodda - jinfetaħ f’tab ġdida. se tikkontribwixxi għall-avvanz lejn sistemi tal-ikel aktar sostenibbli filwaqt li tissalvagwardja s-sigurtà tal-ikel. Dawn it-tekniki jistgħu joħolqu varjetajiet ta’ pjanti reżiljenti għat-tibdil fil-klima, reżistenti għall-pesti u li jipproduċu ħafna, u b’hekk inaqqsu l-ħtieġa ta’ pestiċidi kimiċi u d-dipendenza tal-UE fuq l-importazzjonijiet agrikoli. Il-Kummissjoni pproponiet leġiżlazzjoni ġdida tal-UE - jinfetaħ f’tab ġdida. dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjali riproduttivi tal-pjanti u tal-foresti biex tiżdied id-diversità u l-kwalità taż-żrieragħ, tal-biċċiet tal-pjanti, u ta’ materjal riproduttiv ieħor tal-pjanti.

Il-PAK mhijiex biss għodda biex tappoġġa l-miżuri ta’ rkupru u restawr wara kriżi; iżda tippermetti wkoll lill-bdiewa jantiċipaw u jadattaw għall-effetti tat-tibdil fil-klima u sfidi oħra. L-UE qed teżamina kif l-aħjar tappoġġa lill-bdiewa tal-UE, u kif tadatta l-politiki agrikoli tal-UE skont il-ħtiġijiet tagħhom. Biex dan jitwettaq, id-Djalogu Strateġiku dwar il-Futur tal-Agrikoltura tal-UE se jitnieda f’Jannar 2024.

Janusz Wojciechowski jżur razzett ma’ grupp ta’ nies. Fl-isfond jidhru makkinarji kbar.
Janusz Wojciechowski, il-Kummissarju Ewropew għall-Agrikoltura (fuq quddiem, in-naħa tal-lemin), iżur il-komunitajiet milquta mill-għargħar fl-għelieqi fit-Tessalija, il-Greċja, Ottubru 2023.

Benessri tal-annimali

L-UE ilha tieħu azzjoni biex ittejjeb il-benessri tal-annimali għal aktar minn 40 sena, u b’mod progressiv tejbet il-ħajja tal-annimali u adottat standards tal-benessri li huma fost l-ogħla fid-dinja. Dan kompla fl-2023 bi proposta - jinfetaħ f’tab ġdida. biex jiġu riveduti r-regoli attwali tal-UE dwar it-trasportazzjoni tal-annimali, li se ttejjeb il-benessri tal-1.6 biljun annimal ittrasportat fl-UE u minnha kull sena. Il-proposta tiffoka fuq objettivi speċifiċi, inkluż it-tnaqqis tal-ħinijiet tal-ivvjaġġar, iż-żieda fl-allokazzjonijiet minimi ta’ spazju u t-titjib tal-kundizzjonijiet għall-annimali esportati mill-UE. L-infurzar tal-leġiżlazzjoni eżistenti jibqa’ prijorità, u l-verifiki u l-kontrolli regolari komplew matul l-2023 f’diversi oqsma.

Barra minn hekk, l-ewwel regoli dwar il-benessri u t-traċċabbiltà tal-klieb u l-qtates - jinfetaħ f’tab ġdida. se jistabbilixxu standards uniformi tal-UE għat-tnissil, għall-akkomodazzjoni u għal kif wieħed jieħu ħsieb il-klieb u l-qtates fi stabbilimenti tat-tnissil, ħwienet tal-annimali domestiċi u shelters tal-annimali. It-traċċabbiltà tal-klieb u l-qtates se tiġi msaħħa wkoll permezz ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni obbligatorji f’bażijiet ta’ data nazzjonali biex jiġi miġġieled il-kummerċ illegali u jiġu kkontrollati aħjar il-kundizzjonijiet tal-benessri tal-annimali fl-istabbilimenti.

Matul is-sena, il-Kummissjoni wieġbet għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Fur Free Europe - jinfetaħ f’tab ġdida.”, l-għaxar inizjattiva ta’ suċċess, appoġġata minn aktar minn 1.5 miljun ċittadin mill-UE kollha. Għalkemm l-ebda leġiżlazzjoni oħra mhi proposta f’dan l-istadju, il-Kummissjoni tipprevedi sensiela ta’ miżuri biex tindirizza l-għanijiet tal-inizjattiva, inkluż li l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel tingħata l-kompitu li tħejji opinjoni xjentifika dwar il-benessri tal-annimali tal-fer sa Marzu 2025.

Qed jitħejjew aktar miżuri dwar il-benessri tal-annimali, pereżempju s-segwitu għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “End of Cage”.

X’jgħidu n-nies fl-UE dwar il-benessri tal-annimali?

Il-ħtieġa li nħarsu aħjar il-benessri tal-annimali

84 % jaħsbu li l-benessri tal-annimali mrobbija fl-irziezet għandu jitħares aħjar.

74 % jaħsbu li l-benessri tal-annimali tal-kumpanija għandu jitħares aħjar.

Il-benessri tal-annimali mrobbija fl-irziezet

91 % iqisuha importanti.

8 % ma jqisuhiex importanti.

Il-benessri tal-annimali huwa importanti għan-nies fl-UE, kif juru r-riżultati ta’ stħarriġ tal-Ewrobarometru ppubblikat f’Ottubru.

Riżorsi tas-sajd u oċeani sostenibbli

It-tibdil fil-klima u t-telf tal-bijodiversità jheddu s-sostenibbiltà tar-riżorsi tas-sajd u tal-akkwakultura. Pakkett ta’ miżuri - jinfetaħ f’tab ġdida. li tressaq fi Frar jistabbilixxi miżuri biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi permezz tal-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd - jinfetaħ f’tab ġdida.Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Baħar - jinfetaħ f’tab ġdida. ġdid. Il-miżuri jipprovdu modi biex jiżdiedu r-reżiljenza u s-sostenibbiltà tar-riżorsi tas-sajd u tal-akkwakultura, inkluż billi jappoġġaw it-tranżizzjoni tal-enerġija tant meħtieġa (ara l-Kapitlu 4). Il-pakkett jikkontribwixxi għall-impenn tal-UE li tipproteġi mill-inqas 30 % tal-ibħra tagħha (b’10 % taħt protezzjoni stretta). Il-miżuri proposti se jitwettqu gradwalment biex is-settur ikun jista’ jadatta ruħu.

Ir-regoli l-ġodda - jinfetaħ f’tab ġdida. adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fl-2023 għandhom l-għan li jgħinu fil-prevenzjoni tas-sajd eċċessiv u li joħolqu sistema ta’ kontroll tas-sajd aktar effettiva u armonizzata, filwaqt li jittieħed vantaġġ sħiħ mit-teknoloġiji moderni. Dan jinkludi l-użu ta’ monitoraġġ elettroniku mill-bogħod u CCTV abbord il-bastimenti tas-sajd, u l-użu obbligatorju ta’ għodod diġitali fiċ-ċertifikazzjoni tal-qbid u l-proċessi ta’ traċċabbiltà biex jiġu evitati l-importazzjonijiet miksuba minn sajd illegali.

Il-Kummissjoni laqgħet l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Inwaqqfu t-tneħħija tal-pinen tal-klieb il-baħar — Inwaqqfu l-kummerċ - jinfetaħ f’tab ġdida.”, li talbitha tgħin biex jintemm il-kummerċ internazzjonali tal-pinen tal-klieb il-baħar, l-ewwel nett bil-projbizzjoni tal-kummerċ fis-suq tal-UE. Il-Kummissjoni se tikkunsidra jekk hijiex meħtieġa leġiżlazzjoni. Se żżid ukoll l-infurzar tal-miżuri ta’ traċċabbiltà tal-UE u se tinvolvi ruħha mas-sħab internazzjonali biex tipproteġi u timmaniġġja b’mod sostenibbli l-klieb il-baħar globalment.

Wara aktar minn għaxar snin ta’ negozjati multilaterali, it-Trattat dwar l-Ibħra Miftuħa - jinfetaħ f’tab ġdida. ġie adottat f’Ġunju. Dan it-Trattat huwa kisba storika fl-isforzi għall-protezzjoni tal-oċeani, għall-indirizzar tad-degradazzjoni ambjentali, għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u għall-prevenzjoni tat-telf tal-bijodiversità fl-ibħra miftuħa. Kienet prijorità għall-UE u l-Istati Membri tagħha, li mexxew in-negozjati - jinfetaħ f’tab ġdida. fil-livell globali. It-Trattat se jidħol fis-seħħ ladarba jkun ġie ratifikat minn 60 parti.

Illum l-UE aċċettat formalment - jinfetaħ f’tab ġdida. il-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar is-Sussidji tas-Sajd f’isem l-Istati Membri tagħha. Il-ftehim huwa kruċjali biex jiġi żgurat li s-sussidji tas-sajd ikollhom is-sostenibbiltà bħala l-objettiv ewlieni tagħhom u jevitaw li jagħmlu ħsara lill-oċeani u lill-istokkijiet tal-ħut li fuqhom jiddependi l-għajxien tal-komunitajiet kostali madwar id-dinja. Jidħol fis-seħħ ladarba żewġ terzi tal-164 membru tal-organizzazzjoni jkunu lestew il-proċessi interni tagħhom ta’ ratifika.

Mobbiltà sostenibbli

L-UE qed tinvesti f’firxa wiesgħa ta’ proġetti tat-trasport biex ittejjeb l-infrastruttura transfruntiera u tippromwovi teknoloġiji ġodda permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa - jinfetaħ f’tab ġdida. 2021–2027. Il-proġetti li rċevew finanzjament mill-UE fl-2023 - jinfetaħ f’tab ġdida. jinkludu konnessjonijiet ferrovjarji transfruntiera ewlenin, b’mod partikolari l-Mina ta’ Bażi ta’ Brenner (li tgħaqqad l-Italja u l-Awstrija), Rail Baltica (li tgħaqqad it-tliet stati Baltiċi u l-Polonja mal-bqija tal-Ewropa) u s-sezzjoni transfruntiera bejn il-Ġermanja u n-Netherlands (Emmerich-Oberhausen). Il-finanzjament b’valur ta’ €6.2 biljun jappoġġa proġetti li jikkontribwixxu għal network aktar effiċjenti, aktar ekoloġiku u aktar intelliġenti ta’ ferroviji, passaġġi fuq l-ilma interni, toroq u rotot marittimi, bil-maġġoranza jmorru għal modi ta’ trasport sostenibbli. Biex ittejjeb il-konnessjonijiet ferrovjarji transfruntiera madwar l-Ewropa, fl-2023 l-UE ħabbret appoġġ għal 10 proġetti pilota tal-UE - jinfetaħ f’tab ġdida. li jistabbilixxu servizzi ferrovjarji ġodda jew li jtejbu dawk eżistenti — li jagħmluhom aktar rapidi, aktar frekwenti u aktar affordabbli.

Barra minn hekk, l-UE investiet aktar minn €540 miljun f’infrastruttura ta’ fjuwil alternattiv tul in-Network Trans-Ewropew tat-Trasport. Dan se jissarraf f’madwar 14,000 punt tal-iċċarġjar u 81 stazzjon tar-riforniment tal-idroġenu, flimkien mal-elettrifikazzjoni tal-portijiet u tal-ajruporti.

L-UE pproponiet - jinfetaħ f’tab ġdida. ukoll li tirrevedi d-Direttiva tagħha dwar it-Trasport Ikkombinat - jinfetaħ f’tab ġdida., bl-għan li t-trasport tal-merkanzija jsir aktar sostenibbli billi tittejjeb il-kompetittività tal-użu ta’ żewġ modi ta’ trasport jew aktar.

Il-Kummissjoni ressqet reviżjoni tal-istandards għall-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju minn vetturi tqal - jinfetaħ f’tab ġdida. bħat-trakkijiet, ix-xarabanks tal-bliet u x-xarabanks fuq distanzi twal. Dawn huma responsabbli għal aktar minn 25 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport bit-triq fl-UE u aktar minn 6 % tal-emissjonijiet totali tal-UE. Biex tħeġġeġ l-introduzzjoni aktar mgħaġġla ta’ xarabanks li jintużaw fl-ibliet b’emissjonijiet żero, il-Kummissjoni pproponiet li mill-2030, ix-xarabanks il-ġodda kollha li jintużaw fl-ibliet ikunu b’emissjonijiet żero.

Adina Vălean titkellem ma’ żewġt irġiel bir-roti tagħhom ħdejhom.
Adina Vălean, il-Kummissarju Ewropew għat-Trasport (lemin), matul il-Jiem tal-Mobbiltà Urbana tal-2023 f’Sivilja, Spanja, l-4 ta’ Ottubru 2023.

Avjazzjoni

F’Ottubru, l-UE adottat ir-Regolament ReFuelEU Aviation - jinfetaħ f’tab ġdida. biex jippromwovi l-użu ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli. Ir-regoli l-ġodda se jirrikjedu li l-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni jħalltu l-pitrolju ma’ ammonti dejjem akbar ta’ fjuwils sostenibbli mill-2025. Huwa previst li dan se jnaqqas l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mill-inġenji tal-ajru b’madwar żewġ terzi sal-2050 meta mqabbel ma’ xenarju li jibqa’ kollox kif inhu, u se jipprovdi benefiċċji għall-klima u għall-kwalità tal-arja.

L-Alleanza għall-Avjazzjoni b’Emissjonijiet Żero - jinfetaħ f’tab ġdida., imnedija fl-2022, qed tħejji għad-dħul fis-servizz ta’ inġenji tal-ajru li jaħdmu bl-idroġenu u bl-elettriku. Kważi 300 espert mill-141 organizzazzjoni li huma membri tal-alleanza qed jindirizzaw kwistjonijiet fundamentali għall-introduzzjoni tagħhom. Ir-rapport ta’ progress - PDF file – jinfetaħ f’tab ġdida. ippubblikat mill-alleanza jargumenta li s-snin li ġejjin iridu jintużaw biex jiġi stabbilit qafas regolatorju xieraq.

It-trasport bil-baħar

Ir-Regolament il-ġdid FuelEU Maritime - jinfetaħ f’tab ġdida., adottat mill-UE f’Lulju, se jippromwovi l-użu ta’ fjuwils u enerġija aktar nodfa għat-trasport marittimu, filwaqt li se jiżgura li l-intensità tal-gassijiet serra tal-fjuwils użati mis-settur tonqos gradwalment maż-żmien — bi 2 % fl-2025 għal saħansitra 80 % sal-2050.

L-UE laqgħet - jinfetaħ f’tab ġdida. il-ftehim milħuq fl-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali biex tiġi stabbilita mira ta’ emissjonijiet żero netti mill-vapuri “sa jew madwar, jiġifieri qrib, l-2050”. Hija laqgħet ukoll il-punti ta’ kontroll indikattivi: mill-inqas 20 % — bi sforz għal 30 % — fl-2030, u mill-inqas 70 % — bi sforz għal 80 % — fl-2040 (meta mqabbla mal-livelli tal-2008).

Azzjoni globali għall-pjaneta

Il-Konferenza dwar it-Tibdil fil-Klima tan-NU tal-2023 (COP28 - jinfetaħ f’tab ġdida.) f’Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda, immarkat il-konklużjoni tal-ewwel rendikont globali fil-qafas tal-Ftehim ta’ Pariġi - jinfetaħ f’tab ġdida. biex jiġi kkalkulat il-progress li għamlu l-pajjiżi mill-adozzjoni tal-ftehim globali dwar it-tibdil fil-klima ’l hawn.

Filmat dwar ir-rwol tal-Unjoni Ewropea fil-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (COP28), li jiffoka fuq l-impenji tal-Unjoni Ewropea biex tnaqqas l-emissjonijiet, iżżid l-enerġija rinnovabbli u tistabbilixxi fond għall-pajjiżi vulnerabbli, bl-għan li t-tisħin globali jiġi limitat għal wieħed punt ħames gradi Celsius.
FILMAT L-eżiti tal-COP28.

Flimkien ma’ sħab minn madwar id-dinja, l-UE rnexxielha żżomm ħajja l-possibbiltà li jitwettaq l-impenn li sar f’Pariġi fl-2015 biex tiġi limitata ż-żieda fit-temperatura medja globali għal 1.5 °C. Filwaqt li rrikonoxxew li attwalment id-dinja ma tinsabx fir-rotta biex tikseb dan l-għan, il-partijiet qablu dwar perkors biex terġa’ tinstab it-triq it-tajba.

Il-partijiet kollha qablu li jitbiegħdu mill-fjuwils fossili u li jieħdu azzjoni urġenti f’dan id-deċennju kritiku għall-klima. Bit-taħditiet b’enfasi partikolari fuq is-settur tal-enerġija, il-pajjiżi qablu li jieħdu azzjoni biex inaqqsu l-emissjonijiet bi 43 % sal-2030 u li jpoġġu lid-dinja fit-triq biex tilħaq emissjonijiet netti żero sal-2050, f’konformità mal-aqwa xjenza disponibbli.

L-UE mexxiet inizjattiva globali fil-konferenza biex tittriplika l-kapaċità globali tal-enerġija rinnovabbli u tirdoppja r-rata ta’ titjib fl-effiċjenza enerġetika sal-2030, filwaqt li nediet il-Wegħda Globali dwar l-Enerġija Rinnovabbli u l-Effiċjenza Enerġetika - jinfetaħ f’tab ġdida. matul it-taħditiet. Bl-appoġġ tal-presidenza tal-COP28, u appoġġata minn madwar 130 pajjiż, il-wegħda ġiet approvata mid-dinja kollha fid-dokument dwar l-eżitu tal-konferenza, il-Konsensus tal-Emirati Għarab Magħquda - jinfetaħ f’tab ġdida..

L-UE ħabbret li se tinvesti €2.3 biljun mill-baġit tal-UE biex tappoġġa t-tranżizzjoni enerġetika fil-Viċinat Ewropew u madwar id-dinja fis-sentejn li ġejjin, permezz tal-istrateġija Global Gateway - jinfetaħ f’tab ġdida. (ara l-Kapitlu 8).

Skont il-Wegħda Globali b’rabta mal-Metan - jinfetaħ f’tab ġdida., imnedija fl-2021 mill-UE u mill-Istati Uniti, aktar minn 150 pajjiż issa qed jimplimentaw għan kollettiv li jitnaqqsu l-emissjonijiet globali tal-metan b’mill-inqas 30 % sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-2020. Waqt il-COP28, l-UE u l-Istati Membri tagħha ħabbru finanzjament ta’ €175 miljun f’appoġġ għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-metan - jinfetaħ f’tab ġdida. biex jiġi promoss it-tnaqqis tal-metan.

Wopke Hoekstra jitkellem minn wara leġiju quddiem skrin bil-kliem “C O P 28 U A E Dubai 2023” fuqu.
Wopke Hoekstra, il-Kummissarju Ewropew għall-Azzjoni Klimatika, fil-COP28, Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda, it-8 ta’ Diċembru 2023.
Maroš Šefčovič jitkellem minn wara leġiju.
Maroš Šefčovič, il-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli mill-Patt Ekoloġiku Ewropew u mir-Relazzjonijiet Interistituzzjonali u l-Prospettiva, jipparteċipa fil-laqgħa tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima fil-kuntest tal-COP28 f’Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda, l-4 ta’ Diċembru 2023.

Ir-rendikont globali indirizza wkoll il-mezzi ta’ implimentazzjoni tat-tranżizzjoni meħtieġa, u l-partijiet qablu dwar il-passi finali lejn l-istabbiliment tal-għan kwantifikat kollettiv il-ġdid dwar il-finanzjament għall-klima fil-konferenza tas-sena d-dieħla. Fil-konferenza ġie maqbul ukoll qafas għall-Għan Globali dwar l-Adattament - jinfetaħ f’tab ġdida., li għandu fil-mira t-tisħiħ tar-reżiljenza dinjija għat-tibdil fil-klima.

L-UE għenet fl-operazzjonalizzazzjoni tal-Fond il-ġdid għat-Telf u l-Ħsara, li se jassisti lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma partikolarment vulnerabbli għall-effetti avversi tat-tibdil fil-klima. L-UE u l-Istati Membri tagħha kkontribwew aktar minn €400 miljun għall-fond — aktar minn żewġ terzi tal-wegħdiet ta’ finanzjament inizjali.

Biex tindirizza l-impatt uman tal-kriżi klimatika f’kuntesti fraġli u ta’ kunflitt, l-UE ngħaqdet ma’ żewġ inizjattivi ewlenin ġodda mnedija mill-presidenza tal-COP28: Nantiċipaw id-Diżastri: Karta dwar il-finanzi għall-ġestjoni tar-riskji - jinfetaħ f’tab ġdida. u d-Dikjarazzjoni dwar il-Klima, is-Sokkors, l-Irkupru u l-Paċi - jinfetaħ f’tab ġdida.. Il-karta tistabbilixxi prinċipji biex jiġi żgurat użu aħjar tal-finanzi għall-ġestjoni tar-riskji u għall-protezzjoni tan-nies fl-aktar pajjiżi vulnerabbli, filwaqt li d-dikjarazzjoni titlob appoġġ finanzjarju urġenti għall-adattament għat-tibdil fil-klima u għar-reżiljenza f’dawk il-pajjiżi.

Fil-Konferenza tan-NU dwar l-Ilma - jinfetaħ f’tab ġdida. f’Marzu, l-ewwel summit ta’ dan it-tip fi kważi 50 sena, l-UE kkonfermat l-impenn qawwi - jinfetaħ f’tab ġdida. tagħha biex tiżgura r-reżiljenza u s-sigurtà globali tal-ilma. Id-delegazzjoni tal-UE ppreżentat - jinfetaħ f’tab ġdida. 33 impenn volontarju għall-Aġenda ta’ Azzjoni dwar l-Ilma - jinfetaħ f’tab ġdida., pjattaforma biex jitħaffef il-progress globali dwar l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli relatati mal-ilma.

Fil-bidu tas-sena, l-UE ssieħbet ma’ 26 pajjiż biex tniedi l-Koalizzjoni tal-Ministri għall-Kummerċ dwar il-Klima - jinfetaħ f’tab ġdida., l-ewwel forum globali fil-livell ministerjali ddedikat għal kwistjonijiet tal-kummerċ, tal-klima u tal-iżvilupp sostenibbli. Il-koalizzjoni għandha l-għan li tixpruna l-politiki kummerċjali li jindirizzaw it-tibdil fil-klima kemm lokalment kif ukoll globalment.

F’April,l-UE sawret alleanza ekoloġika man-Norveġja - jinfetaħ f’tab ġdida., u oħra mal-Kanada - jinfetaħ f’tab ġdida. f’Novembru, biex tapprofondixxi l-kooperazzjoni dwar il-klima, l-ambjent, l-enerġija u l-industrija nadifa. F’Mejju, l-UE u l-Korea t’Isfel stabbilew sħubija ekoloġika - jinfetaħ f’tab ġdida. wkoll bl-għan li jsaħħu l-kooperazzjoni bilaterali u jiskambjaw l-aħjar prattiki dwar l-azzjoni klimatika, it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta, il-ħarsien tal-ambjent, u oqsma oħra tat-tranżizzjoni ekoloġika.

Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli

L-ewwel rieżami volontarju - PDF file – jinfetaħ f’tab ġdida. mill-UE dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli juri li hija impenjata bis-sħiħ biex tilħaq is-17-il Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli, li ġew adottati mill-istati membri kollha tan-NU fl-2015.

L-UE poġġiet l-iżvilupp sostenibbli fil-qalba tagħha b’mod sod u qed tagħmel sforzi biex tavvanza l-Aġenda 2030, kemm internament kif ukoll madwar id-dinja, billi tappoġġa lill-pajjiżi sħab fl-isforzi ta’ implimentazzjoni tagħhom.

L-UE integrat l-għanijiet fil-politiki, fil-baġits u fl-ippjanar fit-tul tagħha. Permezz tal-approċċ komprensiv tiegħu ta’ gvern sħiħ, il-Patt Ekoloġiku Ewropew qed jindika t-triq lejn futur aktar sostenibbli u prosperu għal kulħadd.