L-UE tappoġġa viżjoni sostenibbli ċċentrata fuq il-bniedem għal soċjetà diġitali li tagħti s-setgħa liċ-ċittadini u lin-negozji u li taġixxi bħala katalizzatur għall-azzjoni klimatika. Is-soċjetà diġitali u t-teknoloġiji diġitali jġibu magħhom libertajiet u drittijiet ġodda, flimkien ma’ opportunitajiet ġodda ta’ apprendiment, divertiment, xogħol, esplorazzjoni u twettiq ta’ ambizzjonijiet li jmorru lil hinn mill-komunitajiet fiżiċi u mill-postijiet ġeografiċi.
Madankollu, għad hemm ħafna sfidi assoċjati mat-trasformazzjoni diġitali, u l-UE qed tindirizzahom permezz ta’ qafas komprensiv magħruf bħala d-Deċennju Diġitali. Fl-2023, l-UE żiedet l-azzjoni tagħha biex issaħħaħ iċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tad-data, tipprovdi salvagwardji għall-intelliġenza artifiċjali (IA), trażżan il-prattiki inġusti fl-ispazju diġitali u tipproteġi d-drittijiet tal-utenti tas-servizzi diġitali, b’attenzjoni speċjali mogħtija lil dawk li huma l-iktar vulnerabbli — uliedna. Prijoritajiet oħra kienu jinkludu miżuri biex jittejbu l-konnettività, il-mobbiltà, l-edukazzjoni u l-kooperazzjoni ġudizzjarja.
L-għan tad-Deċennju Diġitali - jinfetaħ f’tab ġdida. huwa li jiżgura li l-aspetti kollha tat-teknoloġija u tal-innovazzjoni jaħdmu għan-nies. Mill-avvanz tal-ħiliet diġitali u l-immodernizzar tal-infrastruttura għall-integrazzjoni tal-IA fil-prattiki tan-negozju u t-titjib tas-servizzi pubbliċi b’għodod diġitali, l-UE hija impenjata għal trasformazzjoni olistika. F’Settembru 2023, ir-rapport - jinfetaħ f’tab ġdida. inawgurali dwar id-Deċennju Diġitali rrieżamina l-progress diġitali tal-UE. Fir-rapport l-UE pprovdiet rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri tagħha biex jgħinu fil-ksib tal-ambizzjonijiet tad-Deċennju Diġitali. Ir-rapport kien jinkludi wkoll l-Indiċi tal-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali - jinfetaħ f’tab ġdida. annwali u analizza l-implimentazzjoni ta’ proġetti diġitali multinazzjonali - jinfetaħ f’tab ġdida. — proġetti fuq skala kbira li l-ebda Stat Membru ma seta’ jiżviluppa waħdu.
Barra minn hekk, id-dokument eżamina kif l-Istati Membri implimentaw id-Dikjarazzjoni dwar id-Drittijiet u l-Prinċipji Diġitali - jinfetaħ f’tab ġdida., li tirrifletti l-impenn tal-UE għal trasformazzjoni diġitali sigura, sikura u sostenibbli, li għandha lin-nies fil-qalba tagħha. Wera wkoll il-potenzjal u s-suċċess tal-isforzi kollettivi tagħhom. Punt li spikka kien il-ħtieġa urġenti li tingħata spinta lill-investiment fit-teknoloġiji, fil-ħiliet u fl-infrastruttura diġitali.
Il-Kummissjoni Ewropea fformalizzat l-impenn tagħha għat-tmexxija diġitali bl-adozzjoni tal-Programm ta’ Ħidma tal-Ewropa Diġitali għall-2023–2024. Il-programm ta’ ħidma jġib miegħu investiment strateġiku li se jkun strumentali biex jinkisbu l-ambizzjonijiet tad-Deċennju Diġitali - jinfetaħ f’tab ġdida.. Iktar minn sempliċiment impenn monetarju, dan il-programm huwa dwar is-sovranità teknoloġika tal-UE, li timxi id f’id mal-Patt Ekoloġiku Ewropew. B’dan il-mod, l-UE qed twitti t-triq lejn futur diġitali, għall-benefiċċju tal-individwi, tan-negozji u tal-korpi tal-gvern kollha.
Adozzjoni ta’ żewġ programmi ta’ ħidma pluriennali - jinfetaħ f’tab ġdida. għall-Programm Ewropa Diġitali - jinfetaħ f’tab ġdida.
Sejħiet miftuħa għan-negozji, għall-amministrazzjonijiet pubbliċi u għal entitajiet oħra mill-Istati Membri tal-UE, mill-pajjiżi tal-EFTA/taż-ŻEE u mill-pajjiżi assoċjati
Il-Kummissjoni nediet:
Il-Kummissjoni ffrmat ftehimiet ta’ assoċjazzjoni dwar il-Programm Ewropa Diġitali mal-Montenegro, mal-Maċedonja ta’ Fuq, mal-Albanija u mas-Serbja fil-qafas tad-Djalogu Regolatorju mal-Balkani tal-Punent - jinfetaħ f’tab ġdida..
Ġie ssiġillat ftehim ta’ assoċjazzjoni mat-Turkija.
It-tnedija ta’ sejħiet li jappoġġaw il-ħiliet diġitali avvanzati u l-ispazji tad-data.
It-tnedija ta’ sejħiet li jappoġġaw il-ħiliet diġitali avvanzati
L-adozzjoni tal-programmi ta’ ħidma emendati għall-2024.
In-navigazzjoni tat-trasformazzjoni diġitali titlob kemm adattament rapidu kif ukoll konnettività akbar. Fi Frar 2023, il-Kummissjoni nediet pjan biex il-konnettività tal-gigabits - jinfetaħ f’tab ġdida. titwassal f’kull rokna tal-UE. L-Att dwar l-infrastruttura tal-gigabits - jinfetaħ f’tab ġdida. li ġie propost għandu l-għan li jnaqqas iż-żmien meħtieġ u l-kost tat-tnedija ta’ networks b’kapaċità għolja ħafna. Sabiex jgħin lill-awtoritajiet nazzjonali fin-navigazzjoni, l-abbozz ta’ rakkomandazzjoni dwar il-gigabits - jinfetaħ f’tab ġdida. jiddeskrivi l-kundizzjonijiet li fil-qafas tagħhom l-operaturi jistgħu jaċċessaw in-networks tal-kompetituri. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni - jinfetaħ f’tab ġdida. fl-istess żmien biex tiġbor il-fehmiet dwar il-futur tas-settur tal-komunikazzjoni elettronika u tal-infrastruttura tiegħu.
Minn interazzjonijiet ma’ chatbots għal rakkomandazzjonijiet online mfassla apposta għall-individwu, in-nies fl-UE qed jagħmlu l-IA parti integrali mill-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Minħabba l-użu mifrux tagħha, huwa kruċjali li jiġi stabbilit qafas għall-prevenzjoni tal-użu ħażin u għall-protezzjoni tal-privatezza tan-nies.
L-UE għandha l-għan li jkollha rwol mexxej fl-IA li n-nies jistgħu jafdaw. Trid ittejjeb ir-riċerka u l-kapaċità industrijali, filwaqt li tiżgura li t-teknoloġija tibqa’ sikura u li jiġu protetti d-drittijiet tan-nies.
F’Diċembru, in-negozjati bejn il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rigward l-Att rivoluzzjonarju dwar l-IA - jinfetaħ f’tab ġdida. rriżultaw fi ftehim politiku. L-ewwel qafas legali komprensiv fid-dinja għall-IA se jippromwovi t-tkabbir tagħha fl-UE għall-benefiċċju ta’ kulħadd u se jġestixxi r-riskji li ġġib magħha t-teknoloġija. Jipprovdi lill-iżviluppaturi, lill-amministraturi u lill-utenti tal-IA b’rekwiżiti u b’obbligi ċari għall-użu sikur tagħha fl-UE; jiżgura li l-IA tirrispetta d-drittijiet fundamentali tal-individwi fl-UE; u jipprojbixxi prattiki bħall-evalwazzjoni tal-kreditu soċjali. L-att għandu wkoll l-għan li jħeġġeġ l-innovazzjoni billi jistabbilixxi ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja — oqfsa speċjali fejn in-negozji, b’mod partikolari n-negozji ġodda, jistgħu jittestjaw prodotti u servizzi ġodda f’ambjent reali mingħajr l-isfidi regolatorji tas-soltu.
Fi sforz biex jiġu stabbiliti standards internazzjonali għal IA affidabbli, il-Kummissjoni qed taħdem ma’ sħab tal-istess fehma, bħall-G7, inkluż permezz tal-proċess ta’ Hiroshima dwar l-IA - jinfetaħ f’tab ġdida.. Il-Kummissjoni laqgħet il-ftehim tal-mexxejja tal-G7 dwar il-Prinċipji Gwida Internazzjonali - jinfetaħ f’tab ġdida. għall-IA u Kodiċi ta’ Kondotta - jinfetaħ f’tab ġdida. volontarju għall-iżviluppaturi tal-IA u kkontribwiet għalihom.
Fl-2023, l-UE ħadet passi ulterjuri fil-bini ta’ network tas-supercomputers ta’ klassi dinjija fl-Istati Membri tagħha. L-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew - jinfetaħ f’tab ġdida. — entità legali u ta’ finanzjament li tlaqqa’ flimkien lill-kumpaniji tal-UE biex jiżviluppaw is-supercomputers — għażlet bejjiegħ biex jieħu ħsieb l-akkwist, il-forniment, l-installazzjoni u l-manutenzjoni ta’ Jupiter - jinfetaħ f’tab ġdida., l-ewwel supercomputer Ewropew fuq skala eksa (kompjuter li kapaċi jwettaq iktar minn kwintiljun kalkolu kull sekonda). Barra minn hekk, f’Ġunju, l-impriża konġunta ffirmat ftehimiet ta’ ospitar ma’ sitt siti fl-UE (fiċ-Ċekja, fil-Ġermanja, fi Spanja, fi Franza, fl-Italja u fil-Polonja) biex jospitaw u joperaw il-kompjuters kwantistiċi - jinfetaħ f’tab ġdida..
L-UE użat in-network ta’ supercomputers ta’ klassi dinjija tagħha - jinfetaħ f’tab ġdida. biex twassal l-IA ġenerattiva “magħmula fl-Ewropa” fix-xena internazzjonali. Dan il-pass se jgħin lin-negozji ġodda fl-UE jħarrġu l-mudelli tal-IA tagħhom b’iktar ħeffa.
Is-semikondutturi — li spiss issir referenza għalihom bħala ċipep — huma l-qlub u l-imħuħ tal-elettronika tal-lum. L-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep, li daħal fis-seħħ - jinfetaħ f’tab ġdida. fil-21 ta’ Settembru, huwa pass kuraġġuż favur it-tisħiħ tas-settur Ewropew tas-semikondutturi. Se jidderieġi wkoll lill-UE lejn is-sovranità teknoloġika fit-teknoloġiji u fl-applikazzjonijiet tas-semikondutturi. Il-mira ambizzjuża tiegħu hi li l-UE tirdoppja s-sehem tas-suq globali tagħha fis-semikondutturi għal 20 % sal-2030.
L-appoġġ għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji avvanzati taċ-ċipep u l-innovazzjoni fihom permezz tal-Impriża Konġunta taċ-Ċipep.
F’Novembru 2023, l-Impriża Konġunta taċ-Ċipep - jinfetaħ f’tab ġdida. ħabbret l-ewwel sejħiet għall-proposti tagħha ddedikati għal-linji ta’ produzzjoni pilota. Is-sejħa inizjali tipprovdi €1.67 biljun mill-UE, li mistennija jiżdiedu mill-Istati Membri u mill-fondi privati għal total ta’ madwar €3.3 biljun. L-impriża konġunta se ssaħħaħ l-ekosistema tal-UE tas-semikondutturi u t-tmexxija teknoloġika tal-Ewropa. L-objettiv hu li jitnaqqas id-distakk bejn il-laboratorji u l-manifattura. Dan ifisser it-trasferiment ta’ riċerka u prototipi żviluppati fil-laboratorji fi proċessi skalabbli għall-produzzjoni fil-fabbriki.
L-attirar ta’ investiment fuq skala kbira għall-produzzjoni taċ-ċipep fl-UE u l-iżgurar ta’ provvista stabbli.
Minn meta l-att ġie propost fil-bidu tal-2022, tħabbru aktar minn €100 biljun ta’ investiment industrijali - jinfetaħ f’tab ġdida. fl-UE.
Il-monitoraġġ tal-iżviluppi tas-suq u l-antiċipazzjoni ta’ kriżijiet futuri permezz ta’ mekkaniżmu għall-koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri.
Is-Sistema ta’ Twissija dwar is-Semikondutturi - jinfetaħ f’tab ġdida. ġiet introdotta f’Mejju 2023 biex timmonitorja l-katina tal-provvista tas-semikondutturi għal riskji potenzjali.
Id-data tixpruna t-trasformazzjoni diġitali, l-innovazzjoni u t-tkabbir. Ċerta data tas-settur pubbliku — bħal data dwar it-temp jew il-kwalità tal-arja — li għandha benefiċċji soċjetali, ambjentali u ekonomiċi għandha tkun disponibbli liberament. F’Jannar 2023, il-Kummissjoni ppubblikat lista ta’ settijiet tad-data ta’ valur għoli - jinfetaħ f’tab ġdida. li jridu jkunu disponibbli mingħajr ħlas, f’formati li jinqraw mill-magni.
L-Att dwar il-Governanza tad-Data - jinfetaħ f’tab ġdida., li ilu applikabbli minn Settembru 2023, se jisfrutta l-potenzjal tad-data pubblika u se jippromwovi l-fiduċja fil-kondiviżjoni volontarja tad-data. Dan se jirregola l-użu mill-ġdid ta’ data protetta miżmuma pubblikament u se jintroduċi logos komuni - jinfetaħ f’tab ġdida. biex jiġu identifikati l-intermedjarji u l-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data fl-UE. L-att ifittex ukoll li jneħħi l-ostakli tekniċi, bl-għajnuna tal-Bord Ewropew għall-Innovazzjoni fil-Qasam tad-Data. Matul is-sena, il-Kummissjoni ppreżentat pjanijiet għal Spazju Ewropew tad-Data dwar it-Turiżmu - jinfetaħ f’tab ġdida. u Spazju Ewropew tad-Data dwar l-Akkwist Pubbliku - jinfetaħ f’tab ġdida.. Hija stabbiliet ukoll il-qafas kemm għal Pjattaforma Ewropea ta’ Kollaborazzjoni bejn il-Partijiet Ikkonċernati tas-Settur tat-Turiżmu kif ukoll għal Pjattaforma innovattiva tal-Komunità tax-Xerrejja Pubbliċi għal kooperazzjoni aħjar bejn ix-xerrejja pubbliċi.
F’Novembru, l-UE adottat - jinfetaħ f’tab ġdida. Regolament ġdid dwar regoli armonizzati rigward l-aċċess ġust għad-data u l-użu tagħha (l-Att dwar id-Data), li għandu japplika mill-2025. Dan għandu l-għan li jagħti spinta lill-ekonomija mmexxija mid-data tal-UE, itejjeb l-aċċess għad-data industrijali u jippromwovi suq affidabbli tal-cloud tal-UE. L-Att dwar id-Data se jipprovdi iktar kontroll fuq id-data, se jippromwovi l-innovazzjoni u se jħeġġeġ il-ħolqien ta’ data ulterjuri.
Kull negozju, irrispettivament mid-daqs tiegħu, irid iħaddan it-trasformazzjoni diġitali biex jibqa’ kompetittiv. Iċ-Ċentri Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali - jinfetaħ f’tab ġdida. jipprovdu tweġibiet u appoġġ għan-negozji li jkollhom bżonn l-għajnuna matul it-tranżizzjoni diġitali tagħhom.
L-EDIHs huma punti uniċi ta’ servizz, mifruxa madwar l-Istati Membri, li jgħinu lin-negozji u lill-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku jindirizzaw l-isfidi diġitali u jsiru aktar kompetittivi.
Aktar minn
150 EDIH - jinfetaħ f’tab ġdida.
ġew stabbiliti madwar l-Ewropa
Kofinanzjat bi €314-il miljun taħt il-Programm Ewropa Diġitali
L-EDIHs jgħinu lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, lill-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja u lill-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku jwieġbu għall-isfidi diġitali. Il-missjoni tagħhom hija allinjata mal-għan tad-Deċennju Diġitali tal-Ewropa li jiġi żgurat li aktar minn 90 % tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju jilħqu mill-inqas livell bażiku ta’ intensità diġitali sal-2030.
L-EDIHs joffru rikkezza ta’ servizzi, li jipprovdu għarfien espert tekniku, taħriġ professjonali u pariri finanzjarji.
In-negozju modern jappella wkoll għal qafas legali iktar rigoruż. Bl-iżvilupp ulterjuri tal-għodod online għall-istabbiliment tal-kumpaniji u għall-attivitajiet transfruntiera, qed isir iktar faċli biex dak li jkun jagħmel negozju fl-UE. L-iżjed proposta - jinfetaħ f’tab ġdida. reċenti tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward għandha l-għan li tespandi l-użu tal-għodod u tal-proċessi diġitali fid-dritt tal-kumpaniji tal-UE. Huwa mistenni li l-prinċipju ta’ darba biss tiegħu jnaqqas il-piżijiet amministrattivi, peress li l-kumpaniji li qed jespandu fl-UE mhux se jkollhom għalfejn jippreżentaw l-informazzjoni mill-ġdid. Barra minn hekk, is-Sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali - jinfetaħ f’tab ġdida. tiżgura li d-data tal-kumpaniji tibqa’ affidabbli u faċilment aċċessibbli fl-UE kollha.
Il-kondiviżjoni ta’ kontenut bid-drittijiet tal-awtur mingħajr permess tagħmel ħsara lin-negozji kreattivi u tostakola l-innovazzjoni u t-tkabbir ekonomiku. F’Mejju 2023, konxja tal-importanza li titwaqqaf il-piraterija online, speċjalment matul avvenimenti f’ħin reali bħall-isport u l-kunċerti, il-Kummissjoni rrakkomandat xi miżuri - jinfetaħ f’tab ġdida.. Hija tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jieħdu passi sabiex jindirizzaw ix-xandiriet illegali, u b’hekk jappoġġaw l-industriji sportivi u kreattivi tal-UE.
Bl-istess mod kif ir-regoli dwar in-negozju diġitali jrawmu t-tkabbir ekonomiku, it-trasport diġitali jiżgura li t-tkabbir ikun sostenibbli, effiċjenti u estensiv. Għalhekk, l-UE adottat regoli ġodda biex tagħti spinta lis-sistemi tat-trasport intelliġenti - jinfetaħ f’tab ġdida.. Dan l-aġġornament tad-Direttiva attwali dwar is-suġġett jottimizza l-ippjanar tal-ivvjaġġar multimodali, jissimplifika l-ġestjoni tat-traffiku u jinkoraġġixxi l-ivvjaġġar li jħares l-ambjent. F’Novembru ġiet adottata wkoll proposta għal Spazju Ewropew unifikat tad-Data dwar il-Mobbiltà - jinfetaħ f’tab ġdida., biex jiġu ssimplifikati l-kondiviżjoni u l-ġbir flimkien tad-data.
L-UE ilha taħdem ukoll biex it-toroq tagħmilhom iktar sikuri. Pass kbir li sar fl-2023 biex dan jinkiseb kien il-proposta biex jiġu mmodernizzati r-regoli dwar il-liċenzji tas-sewqan - jinfetaħ f’tab ġdida.. Il-proposta tinkludi l-introduzzjoni ta’ liċenzja tas-sewqan diġitali li tkun valida fl-UE kollha. Din se tiffaċilita wkoll l-infurzar tar-regoli tat-traffiku bejn il-fruntieri. Dawn il-bidliet huma kruċjali biex tittejjeb is-sikurezza fit-toroq u biex jintlaħaq l-għan tal-UE tal-approċċ “Viżjoni Żero” — l-ebda mewt fit-toroq sal-2050.
L-espansjoni rapida tas-suq tad-droni kummerċjali fl-UE qanqlet mewġa ta’ regolamenti ġodda dwar is-sikurezza u l-effikaċja tad-droni. Fl-2023 bdew japplikaw regoli ġodda tal-UE - jinfetaħ f’tab ġdida., li stabbilew spazju tal-ajru ddedikat għad-droni, magħruf bħala U-space, biex it-traffiku tad-droni jkun sikur u biex l-operaturi jkunu jistgħu joffru firxa usa’ ta’ servizzi. Mill-konsenja tal-pakketti għall-assistenza f’każ ta’ emerġenza, u minn missjonijiet ta’ tiftix u ta’ salvataġġ għall-monitoraġġ tal-infrastruttura, il-viżjoni tal-Istrateġija Ewropea 2.0 dwar id-Droni se tagħti l-frott b’mod kostanti.
Ir-regoli l-ġodda biex jiġi żgurat livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà fl-Istati Membri kollha, magħrufa bħala d-Direttiva NIS2 - jinfetaħ f’tab ġdida., daħlu fis-seħħ f’Jannar 2023. Meta mqabbla mal-miżuri preċedenti taċ-ċibersigurtà tal-2016, ir-regoli l-ġodda jkopru iktar setturi, bħall-fornituri tat-telekomunikazzjoni, is-servizzi postali, l-amministrazzjoni pubblika u l-kura tas-saħħa. Il-kumpaniji li joperaw f’dawn is-setturi issa għandhom dmirijiet iktar rigorużi ta’ ġestjoni tar-riskji u ta’ rapportar tal-inċidenti.
Fit-30 ta’ Novembru, il-Parlament u l-Kunsill qablu rigward l-Att dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika - jinfetaħ f’tab ġdida., maħsub biex itejjeb ir-regoli għal prodotti ta’ hardware u ta’ software iktar siguri. Din hija l-ewwel liġi tat-tip tagħha fid-dinja. Se tgħolli l-livell ta’ ċibersigurtà għall-prodotti diġitali kollha fl-UE, u dan se jgħin lill-konsumaturi u lin-negozji. Il-liġi se tapplika għal kollox, minn apparati għall-monitoraġġ tat-trabi għal routers, b’regoli dwar is-sigurtà li jvarjaw abbażi tal-livell ta’ riskju tal-prodott.
F’April, il-Kummissjoni pproponiet ukoll l-Att tal-UE dwar is-Solidarjetà Ċibernetika - jinfetaħ f’tab ġdida., biex tgħin lill-pajjiżi jaħdmu flimkien kontra t-theddidiet online.
Fid-dinja interkonnessa tal-lum, id-data tiċċirkola globalment malli wieħed jagħfas buttuna. Il-protezzjoni tad-data ssaħħaħ il-fiduċja tan-nies. Dan ifisser li dawk kollha li jittrattaw id-data personali għandu jkollhom l-istess regoli. Dan huwa enfasizzat mill-proposta għal Regolament ġdid dwar ir-regoli proċedurali tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) - jinfetaħ f’tab ġdida. li ġiet ippreżentata f’Lulju mill-Kummissjoni. Ir-Regolament propost għandu l-għan li jsaħħaħ l-infurzar tal-GDPR f’każijiet li jaffettwaw lin-nies li jinsabu f’iktar minn Stat Membru wieħed. L-intenzjoni tiegħu hija ċara: iktar kemm il-każijiet jissolvew malajr, iktar ikun hemm rimedji malajr għan-nies u iktar ikun hemm ċertezza tad-dritt għan-negozji.
Bis-saħħa tal-istandards globali li qed jogħlew għall-protezzjoni tad-data, il-kooperazzjoni internazzjonali mxiet ’il quddiem. Fost l-eżiti notevoli hemm ir-rilaxx tal-gwida tal-UE u tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja dwar il-klawżoli tat-trasferiment tad-data - jinfetaħ f’tab ġdida. f’Mejju, il- Qafas tal-Privatezza tad-Data UE-Stati Uniti - jinfetaħ f’tab ġdida. li l-Kummissjoni qablet dwaru f’Lulju u r-rieżami ta’ suċċess tal-ftehim dwar id-data mal-Ġappun - jinfetaħ f’tab ġdida..
Sabiex tipproteġi aħjar id-drittijiet fundamentali u trażżan il-prattiki inġusti fl-ispazju diġitali, l-UE bdiet tapplika żewġ atti ġodda fl-2023: l-Att dwar is-Servizzi Diġitali - jinfetaħ f’tab ġdida. u l-Att dwar is-Swieq Diġitali - jinfetaħ f’tab ġdida..
L-Att dwar is-Servizzi Diġitali jiżgura li l-pjattaformi online u l-magni tat-tiftix jinżammu responsabbli għal kontenut ta’ ħsara. Għandu l-għan li jipproteġi lit-tfal online, jipprovdi ċarezza dwar kif jaħdmu l-algoritmi u jipprojbixxi r-reklamar immirat li jfassal profili tan-nies abbażi ta’ kategoriji bħall-etniċità, il-fehmiet politiċi u l-orjentament sesswali.
Sas-17 ta’ Frar, dawn il-pjattaformi kellhom jiżvelaw in-numri ta’ utenti tagħhom fl-UE - jinfetaħ f’tab ġdida.. L-ikbar pjattaformi — li jissejħu pjattaformi online u magni tat-tiftix kbar ħafna - jinfetaħ f’tab ġdida. — ingħataw sal-aħħar ta’ Awwissu biex jikkonformaw mal-obbligi fl-att. Minn dak iż-żmien ’l hawn, l-UE ilha tiġbor informazzjoni mill-pjattaformi ewlenin biex tivverifika jekk humiex qed jikkonformaw ma’ partijiet tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali, b’mod partikolari għall-protezzjoni tat-tfal u t-tneħħija tal-kontenut ta’ ħsara. Sabiex tiġi appoġġata l-applikazzjoni tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali, ġie stabbilit iċ-Ċentru Ewropew tat-Trasparenza Algoritmika - jinfetaħ f’tab ġdida. biex jissorvelja l-algoritmi ta’ dawn il-kumpaniji.
Anke l-Istati Membri ġew imħeġġa - jinfetaħ f’tab ġdida. jaġixxu malajr kontra l-kontenut terroristiku u d-diskors ta’ mibegħda online, sabiex jitħaffef l-infurzar tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali. Il-Kummissjoni ffirmat ukoll ftehimiet amministrattivi - jinfetaħ f’tab ġdida. ma’ diversi regolaturi tal-media nazzjonali, li issa huma minn ta’ quddiem nett fl-implimentazzjoni tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali. Ir-rwol tagħhom fis-sorveljanza tal-operazzjonijiet tal-media u fiż-żamma tal-istandards tax-xandir imur lil hinn minn sempliċi superviżjoni. Huma jiżguraw li l-pjattaformi diġitali ma jkunux biss ospitanti passivi, iżda minflok ikunu parteċipanti attivi fil-moderazzjoni u fil-ġestjoni tal-kontenut online li jkun illegali jew li jippreżenta riskju soċjetali sistematiku.
L-Att dwar is-Swieq Diġitali relatat stabbilixxa obbligi ċari - jinfetaħ f’tab ġdida. biex jiġi żgurat li l-kumpaniji dominanti fis-settur diġitali, magħrufa bħala gwardjani, ikollhom kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-suq diġitali. Sitt gwardjani - jinfetaħ f’tab ġdida. ġew magħżula fil-bidu ta’ Settembru, u għandhom sa Marzu 2024 biex jikkonformaw bis-sħiħ.
Il-firmatarji tal-Kodiċi ta’ Prattika dwar id-Diżinformazzjoni tal-2022 - jinfetaħ f’tab ġdida., inkluż il-pjattaformi online ewlenin kollha, varaw ukoll iċ-Ċentru tat-Trasparenza - jinfetaħ f’tab ġdida. l-ġdid u ppubblikaw l-ewwel rapporti tax-xenarji ta’ referenza - jinfetaħ f’tab ġdida. dwar kif qed iwettqu l-impenji tal-kodiċi fil-prattika.
Skont studju - jinfetaħ f’tab ġdida. tal-UE, 98 % tal-professjonisti jqisu r-realtà estiża - jinfetaħ f’tab ġdida. bħala forza ewlenija fl-industrija tagħhom fil-5 snin li ġejjin. Konxja ta’ dan, l-UE hija ħerqana li tifhem kemm il-benefiċċji kif ukoll ir-riskji ta’ dawn it-teknoloġiji, filwaqt li dejjem iżżomm f’moħħha d-drittijiet tal-individwu. Sabiex tikseb rispons ġenwin, il-Kummissjoni ospitat Panel taċ-Ċittadini Ewropej - jinfetaħ f’tab ġdida. minn Frar sa April 2023, li ġabar input dwar id-dinjiet virtwali fl-UE (ara l-Kapitlu 9).
Dan ir-rispons kollettiv ikkontribwixxa għall-Istrateġija l-ġdida għall-Web 4.0 u d-Dinjiet Virtwali - jinfetaħ f’tab ġdida., adottata f’Lulju, li għandha l-għan li toħloq xenarju diġitali tal-UE li jkun trasparenti, sikur u akkoljenti għal kulħadd — għan-nies, għan-negozji u għall-awtoritajiet pubbliċi.
L-istudenti u l-professjonisti jistgħu jiġu mħarrġa biex jittrattaw sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u jwettqu simulazzjonijiet tal-kirurġija, li jwasslu għal riskju aktar baxx ta’ kumplikazzjonijiet kirurġiċi u akkuratezza aħjar tad-dijanjożi.
Il-mudelli 3D jistgħu jissimulaw l-effetti tat-tisħin globali, u b’hekk iwasslu għal fehim aħjar tal-kawżi u tal-miżuri ta’ mitigazzjoni tiegħu.
Iż-żminijiet ta’ stabbiliment aktar rapidi u inqas ħela tal-enerġija, tal-materjali u tar-riżorsi se jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni ekoloġika fl-industrija kollha.
Sal-2025, id-dinjiet virtwali industrijali se jnaqqsu l-ħinijiet tal-konsenja tal-vetturi b’60 % u l-impronta tal-karbonju tal-manifattura tal-vetturi b’50 %.
Mill-moda sal-wirt kulturali, u mill-mużika għall-arti viżiva u d-disinn, ix-xogħlijiet virtwali se joffru modi ġodda ta’ ħolqien. Dawn jagħtu lill-utenti s-sensazzjoni li jkunu f’mużew reali, jew waqt kunċerti, drammi teatrali jew żfin klassiku immersiv.
Proċess ta’ apprendiment aktar esperjenzjali jista’ jgħin lill-istudenti jitgħallmu aktar malajr u jifhmu aħjar id-dinja.
Meta r-residenti tal-UE jiċċaqilqu fl-UE, id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tagħhom, inkluż il-kura tas-saħħa u l-pensjonijiet, jiċċaqilqu magħhom. Fis-6 ta’ Settembru, il-Kummissjoni pproponiet pjan diġitali - jinfetaħ f’tab ġdida. biex l-aċċess għal dawn il-benefiċċji bejn il-fruntieri jsir iktar rapidu u iktar faċli. Skambji aħjar tad-data bejn l-Istati Membri u proċeduri ssimplifikati ta’ benefiċċji u talbiet se jagħmluha iktar faċli mhux biss għan-nies biex jgħixu, jaħdmu u jivvjaġġaw barra minn pajjiżhom, iżda wkoll għall-kumpaniji biex jagħmlu negozju fi Stati Membri oħra, u għall-amministrazzjonijiet nazzjonali biex jikkoordinaw is-sigurtà soċjali bejn il-fruntieri.
Bis-saħħa tal-Kartiera tal-Identità Diġitali tal-UE - jinfetaħ f’tab ġdida., kull resident tal-UE dalwaqt jaf ikollu aċċess għal app sigura għall-apparati mobbli li tippermettilu jagħti prova tal-identità tiegħu, kemm online kif ukoll offline, u jaħżen dokumenti personali bħal-liċenzja tas-sewqan, il-karta tal-identità u ċ-ċertifikati akkademiċi tiegħu.
L-għan huwa li nitbiegħdu mill-iskambju bbażat fuq il-karta u mmorru għal wieħed diġitali bejn l-istituzzjonijiet nazzjonali tas-sigurtà soċjali billi s-sistema ta’ Skambju Elettroniku ta’ Informazzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali (EESSI - jinfetaħ f’tab ġdida.) issir operattiva fil-pajjiżi Ewropej parteċipanti kollha sa tmiem l-2024.
L-għan huwa li jsir aktar faċli għall-persuni li jiċċaqalqu u jaħdmu barra minn pajjiżhom, u li jiġi żgurat aċċess rapidu għall-benefiċċji statutorji. L-Istati Membri jistgħu jsejsu fuq ir-Regolament dwar il-Gateway Diġitali Unika - jinfetaħ f’tab ġdida., li jipprevedi li ċerti proċeduri amministrattivi jkunu kompletament online sat-12 ta’ Diċembru 2023.
Il-Pass Ewropew tas-Sigurtà Soċjali (Esspass - jinfetaħ f’tab ġdida.) għandu l-għan li jissimplifika l-ħruġ u l-verifika transfruntieri ta’ dokumenti tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali taċ-ċittadini.
Il-Kartiera tal-Identità Diġitali tal-UE se tkun għodda diġitali għaċ-ċittadini tal-UE biex jivverifikaw l-identità tagħhom online u jaċċessaw is-servizzi tagħhom fl-Istati Membri kollha.
F’Novembru, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill laħqu ftehim politiku - jinfetaħ f’tab ġdida. dwar l-elementi ewlenin għall-qafas legali tal-Identità Diġitali tal-UE. Bħala parti minn dan il-qafas, il-kartiera se tagħti lill-utenti kontroll sħiħ fuq id-data tagħhom permezz ta’ sistema ggarantita pubblikament, iktar milli waħda offruta minn pjattaforma privata kbira.
L-UE aġġornat ukoll ir-regoli - jinfetaħ f’tab ġdida. tagħha dwar il-kooperazzjoni transfruntiera f’materji legali. Ir-regoli preċedenti kienu jkopru l-kooperazzjoni ġudizzjarja, iżda mhux il-komunikazzjoni permezz ta’ mezzi diġitali. Issa, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jridu jkunu kkollegati ma’ sistema tal-IT deċentralizzata biex jiskambjaw id-data b’mod sigur. Is-sistema se tkun interoperabbli mal-e-CODEX - jinfetaħ f’tab ġdida., li hija għodda ta’ komunikazzjoni żviluppata speċifikament għas-settur ġudizzjarju, u ġestita mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju tal-Libertà, tas-Sigurtà u tal-Ġustizzja - jinfetaħ f’tab ġdida..
Barra minn hekk, issa huwa disponibbli punt ta’ aċċess elettroniku Ewropew biex in-nies u n-negozji jinteraġixxu b’mod diġitali mal-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali. Is-seduti tal-qorti issa jistgħu jużaw telefonati bil-vidjo, u hemm fis-seħħ protokolli ġodda għall-użu tal-firem u tas-siġilli elettroniċi, l-effett legali tad-dokumenti elettroniċi u l-pagament elettroniku tat-tariffi tal-qorti fil-proċedimenti ċivili.
Anke il-futur tal-kura tas-saħħa huwa diġitali, u l-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa - jinfetaħ f’tab ġdida., propost fl-2022, dalwaqt jista’ jkollu rwol ewlieni f’din it-trasformazzjoni. F’Diċembru, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw il-pożizzjonijiet - jinfetaħ f’tab ġdida. tagħhom b’appoġġ għall-ħolqien ta’ dan l-ispazju, li huwa ddisinjat biex jipprovdi lir-residenti tal-UE aċċess iktar faċli għad-data tagħhom dwar is-saħħa u kontroll fuqha, anke meta jkunu fi Stat Membru ieħor. Dan se jippermetti lill-professjonisti tal-kura tas-saħħa jipprovdu kura effettiva bbażata fuq storja medika kompluta. Barra minn hekk, huwa previst li dan se jkun komponent ewlieni biex jippermetti l-użu sigur tad-data dwar is-saħħa għal riċerka importanti u għall-iżvilupp ta’ politiki tas-saħħa.
1
Tagħmel appuntament mal-bank
2
Tmur għal laqgħa fil-bank
Ikun hemm dokument nieqes (→1)
3
Tipprovdi d-dokumenti stampati kollha
4
Il-bank jibgħat proposta
5
Tagħmel appuntament ieħor mal-bank
6
Tmur għal laqgħa oħra fil-bank biex tiffirma l-ftehim tas-self
1
L-utenti jkollhom id-dokumenti kollha tagħhom fil-kartiera diġitali personali tagħhom, mill-karta tal-identità tagħhom sar-rapport tal-introjtu tagħhom.
2
Jagħżlu biss id-dokumenti meħtieġa mill-bank għall-applikazzjoni għas-self, u jibagħtuhom b’mod sempliċi u sigur.
3
Il-bank jirċievi d-dokumenti b’mod elettroniku. Jekk ikun hemm xi dokument nieqes, l-utenti jistgħu jżidu b’sempliċi klikk. L-applikazzjoni tkun lesta biex tipproċedi.
L-użu tal-Identità Diġitali tal-UE jissimplifika dan il-proċess u jiffranka l-ħin.
Il-ħiliet diġitali huma essenzjali biex in-nies ikunu jistgħu jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà inġenerali, u biex tinkiseb l-inklużjoni soċjali. Peress li l-2023 kienet is-Sena Ewropea tal-Ħiliet, l-UE kompliet tappoġġa lill-Istati Membri u lis-settur tal-edukazzjoni u t-taħriġ biex jipprovdu edukazzjoni u taħriġ diġitali ta’ kwalità għolja, inklużivi u aċċessibbli għall-iżvilupp tal-ħiliet diġitali tan-nies li jgħixu fl-UE. Matul is-sena, l-UE nediet diversi inizjattivi biex tnaqqas id-diskrepanza fil-ħiliet.
Sabiex jinkiseb l-għan tal-politika tad-Deċennju Diġitali li jintlaħqu 20 miljun speċjalista tal-ICT ibbilanċjati bejn il-ġeneri sal-2030, inbdew programmi ta’ masters u korsijiet tat-taħriġ għal żmien qasir fil-ħiliet diġitali avvanzati fil-qafas tal-Programm Ewropa Diġitali. Mill-2023, dawn kienu aċċessibbli permezz tal-Pjattaforma għall-Ħiliet u l-Impjiegi Diġitali - jinfetaħ f’tab ġdida., li issa kompliet tikber bi 22 koalizzjoni nazzjonali għall-ħiliet u l-impjiegi diġitali - jinfetaħ f’tab ġdida..
Fl-elfejn u wieħed u għoxrin, 19 punt wieħed % tal-ispeċjalisti tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni tal-Unjoni Ewropea kienu nisa. Sal–2030, l-għan tal-Unjoni Ewropea huwa li tilħaq il-parità bejn il-ġeneri, billi l-perċentwal ta’ speċjalisti nisa tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni jiżdied għal 50%.
Fil-futur, 90 % tal-impjiegi se jirrikjedu ħiliet diġitali.
Aktar minn terz tal-forza tax-xogħol tal-UE ma għandhiex il-ħiliet diġitali meħtieġa għall-biċċa l-kbira tal-impjiegi, fis-setturi kollha — min-negozju sat-trasport, u saħansitra sal-agrikoltura.
54 % biss tan-nies fl-UE bejn l-etajiet ta’ 16 u 74 sena jistgħu jwettqu kompiti diġitali bażiċi.
Aktar minn 70 % tan-negozji jirrapportaw nuqqas ta’ persunal b’ħiliet diġitali adegwati bħala xkiel għall-investiment.
L-UE qed tiffaċċja skarsezza kritika ta’ esperti diġitali, inkluż fiċ-ċibersigurtà u fl-analiżi tad-data. Dawn l-iskarsezzi x’aktarx se jiżdiedu bit-tnaqqis previst fil-popolazzjoni bl-età tax-xogħol minn 265 miljun fl-2022 għal 258 miljun sal-2030.
9.4 miljun speċjalista tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) huma impjegati (4.6 % tal-impjiegi totali tal-UE). Bil-kundizzjonijiet attwali, sal-2030 l-għadd ta’ speċjalisti tal-ICT fl-UE se jkun qrib it-12-il miljun, u b’hekk ma tintlaħaqx il-mira tal-2030 (mill-inqas 20 miljun speċjalista tal-ICT impjegati) b’madwar 8 miljuni.
€2 biljun
Il-programmi tal-Fond Soċjali Ewropew Plus
€29 biljun (*)
Pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza(*) Din iċ-ċifra turi n-nefqa stmata għall-pjanijiet oriġinali għall-irkupru u r-reżiljenza.
€580 miljun Ewropa Diġitali
Fl-ewwel sena tal-inizjattiva, l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għamel progress sinifikanti lejn l-għan li jikkwalifikaw miljun persuna fit-teknoloġija profonda sal-2025.
Immaġni: © Getty Images.
Settembru 2022
Twettaq studju tal-fattibbiltà biex jinkiseb għarfien dwar l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni eżistenti għall-ħiliet diġitali.
April 2023
Tnieda proġett pilota ma’ ħames Stati Membri tal-UE (Spanja, Franza, l-Awstrija, ir-Rumanija u l-Finlandja) biex jiġu ttestjati l-elementi kostitwenti għal ċertifikat Ewropew.
Diċembru 2023
L-eżiti taż-żewġ flussi ta’ ħidma ġew ippreżentati u diskussi f’avveniment finali.
Il-Premjijiet Ewropej għall-Ħiliet Diġitali jħeġġu l-kondiviżjoni tal-esperjenzi dwar kif tista’ tonqos id-diskrepanza fil-ħiliet diġitali.
Fl-2023, il-premjijiet ippromwovew inizjattivi f’ħames kategoriji: iż-żgħażagħ, in-nisa, l-inklużjoni, it-titjib tal-ħiliet diġitali fuq il-post tax-xogħol u l-ħiliet diġitali għall-edukazzjoni.
Seba’ rebbieħa ntgħażlu minn 330 applikant.
F’dawn l-aħħar snin, it-theddid ċibernetiku fl-UE żdied drammatikament. L-akkademja se ssaħħaħ il-kapaċitajiet taċ-ċibersigurtà tal-UE u se żżid l-għadd ta’ professjonisti taċ-ċibersigurtà b’livell għoli ta’ ħiliet.
It-teknoloġija spazjali għandha rwol essenzjali fil-ħajja ta’ kuljum tan-nies fl-UE, pereżempju meta jużaw il-mowbajls jew is-sistemi tan-navigazzjoni tal-karozzi, jaraw it-televiżjoni bis-satellita jew jiġbdu l-flus minn magna tal-flus kontanti. Is-satelliti jipprovdu wkoll data importanti waqt id-diżastri, u dan itejjeb il-koordinazzjoni tar-rispons f’każ ta’ emerġenza.
Fl-2023, ġew varati servizzi ġodda biex jissaħħu r-reżiljenza u l-kompetittività tal-kostellazzjonijiet satellitari Copernicus u Galileo tal-UE. Pereżempju, is-sistema satellitari Galileo mmodernizzata - jinfetaħ f’tab ġdida. issa tipprovdi trekkjar tal-pożizzjoni saħansitra iktar preċiż, sa 20 cm.
Sabiex tappoġġa l-ħtiġijiet attwali tad-data u trawwem l-innovazzjoni, il-Kummissjoni introduċiet is-Sistema Dinamika ta’ Xiri għal Copernicus - jinfetaħ f’tab ġdida. — mod ġdid kif isir l-akkwist spazjali fl-Ewropa. Dan jagħmilha iktar faċli għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u għan-negozji ġodda - jinfetaħ f’tab ġdida. biex jipparteċipaw fis-suq tad-data spazjali.
F’Marzu, l-UE adottat l-IRIS² - jinfetaħ f’tab ġdida. (Infrastruttura għar-Reżiljenza, l-Interkonnettività u s-Sigurtà bis-Satellita), it-tielet kostellazzjoni satellitari ewlenija tagħha. B’kontribuzzjoni ta’ €2.4 biljun mill-baġit tal-UE, il-programm huwa ddisinjat biex jiżgura komunikazzjoni sigura tal-gvern, jappoġġa l-operazzjonijiet militari u tad-difiża u jespandi s-servizzi kummerċjali tal-broadband, speċjalment f’żoni remoti.
Sabiex l-Ewropa tibqa’ fuq quddiem nett tat-teknoloġija spazjali, l-investiment fir-riċerka u fl-innovazzjoni - jinfetaħ f’tab ġdida. huwa daqstant importanti, speċjalment permezz ta’ programmi ta’ finanzjament tal-UE bħal Orizzont Ewropa. Il-programm ta’ Dimostrazzjoni u ta’ Validazzjoni fl-Orbita - jinfetaħ f’tab ġdida. huwa prova ta’ dan l-impenn. Kif jissuġġerixxi l-isem, dan jippermetti lill-kumpaniji spazjali jippruvaw teknoloġiji spazjali ġodda direttament fl-orbita. Dan, pereżempju, jipprovdi liċ-ċentri ta’ riċerka Ewropej b’għarfien imprezzabbli u jgħin biex jitmexxew ’il quddiem l-illanċjar tas-satelliti għall-kumpaniji.
Filwaqt li rrikonoxxiet il-ħtieġa li jiġi attirat iktar investiment, fil-bidu tal-2023 il-Kummissjoni nediet ukoll l-ewwel indiċi tal-borża spazjali, bl-isem ta’ Helios - jinfetaħ f’tab ġdida.. Din l-għodda tagħti stampa ċara ta’ kif sejrin finanzjarjament il-kumpaniji spazjali Ewropej. Tgħinhom jiġbdu iktar attenzjoni u tagħmilha iktar faċli għan-nies biex jinvestu fihom.
Iktar ma l-infrastruttura spazjali tal-Ewropa tespandi, iktar il-miżuri protettivi qed isiru importanti. L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali, f’kooperazzjoni ma’ 15-il Stat Membru, tippromwovi din il-kawża permezz tas-Sħubija tal-UE għas-Sorveljanza u l-Insegwiment fl-Ispazju - jinfetaħ f’tab ġdida.. Din is-sħubija, mgħammra b’sistema kumplessa ta’ sensuri ta’ sorveljanza u insegwiment fl-ispazju, taqdi iktar minn 190 organizzazzjoni rreġistrata, u tipproteġi iktar minn 400 satellita mir-riskju ta’ kolliżjoni ma’ residwi spazjali u satelliti operattivi oħra.
It-teknoloġija spazjali hija kruċjali għall-protezzjoni ambjentali, u l-proġett Destinazzjoni d-Dinja - jinfetaħ f’tab ġdida. tal-UE huwa eżempju mill-aqwa ta’ din l-intersezzjoni. Għandha l-għan li toħloq mudell diġitali komprensiv tad-Dinja għal tbassir aħjar tat-temp u tad-diżastri. Ikkonfermata f’Diċembru, it-tieni fażi - jinfetaħ f’tab ġdida. tal-proġett se ttejjeb il-mudelli diġitali eżistenti u t-trattament tad-data u se tinkorpora teknoloġija avvanzata tal-IA.
Fl-2023, il-Politika Ewropea dwar l-Ispazju - jinfetaħ f’tab ġdida. għamlet enfasi sinifikanti fuq is-sigurtà fl-ispazju. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, Josep Borrell, ippreżentaw komunikazzjoni konġunta dwar Strateġija Spazjali Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża - jinfetaħ f’tab ġdida.. Din tintroduċi miżuri għal fehim komuni tat-theddidiet spazjali u twitti t-triq għal proposta leġiżlattiva għal liġi spazjali tal-UE fl-2024 (ara l-Kapitlu 8).
Sa tmiem l-2023, ġew individwati iktar minn 15,600 approċċ mill-qrib fi tliet orbiti differenti.
434
satellita mmonitorjati
196
organizzazzjoni rreġistrata, minn 24 Stat Membru
1,000
istanza ta’ interess qawwi għall-evitar ta’ kolliżjonijiet
127
istanza ta’ analiżi ta’ dħul mill-ġdid
6
istanzi ta’ analiżi ta’ frammentazzjoni
± 445,000
kejl kuljum