Fl-2023 l-Unjoni Ewropea kompliet tiffoka fuq it-tisħiħ tal-kompetittività u fuq it-trasformazzjoni tal-ekonomija tagħha f’ekonomija aktar ekoloġika, diġitali, inklużiva u reżiljenti. Bil-pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku propost fl-2023, l-UE għandha l-għan li ssaħħaħ il-kompetittività tat-teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti u tappoġġa t-tranżizzjoni malajr lejn in-newtralità klimatika. L-UE ressqet ukoll strateġija għall-kisba tas-sigurtà ekonomika fl-UE u stabbiliet indikaturi ewlenin għat-tisħiħ tal-kompetittività fit-tul tagħha.
Barra minn hekk, aġġornat il-qafas tal-finanzjament sostenibbli u ħadet passi biex tirriforma l-unjoni doganali. Is-sena 2023 fakkret ukoll it-30 sena anniversarju tas-Suq Uniku, u matul is-sena l-UE introduċiet sistema tal-privattiva unitarja u miżuri biex tiffaċilita n-negozju transfruntier. Biex tiżgura li l-ekonomija tal-UE tibbenefika mid-diġitalizzazzjoni, l-UE pproponiet qafas legali għal ewro diġitali — li se jikkomplementa l-użu kontinwu tal-flus kontanti — u introduċiet pjattaforma tad-data doganali. Barra minn hekk, ippreżentat diversi proposti leġiżlattivi li se jsaħħu l-unjoni tas-swieq kapitali tagħha billi jagħmlu l-investiment għall-investituri individwali aktar sikur; introduċiet leġiżlazzjoni għall-ġlieda kontra l-effetti distorsivi tas-sussidji barranin fuq is-swieq tal-UE; u rriformat u introduċiet oqfsa biex il-banek isiru aktar reżiljenti waqt ix-xokkijiet ekonomiċi.
Fl-2023, l-ekonomija tal-UE kompliet tikber - jinfetaħ f’tab ġdida., għalkemm b’inqas momentum minħabba x-xokkijiet ekonomiċi formidabbli li kienet ġarrbet. Matul is-sena l-inflazzjoni naqset bis-saħħa tat-tnaqqis fil-prezzijiet tal-enerġija u l-moderazzjoni tal-pressjoni inflazzjonarja mill-ikel u l-prodotti industrijali.
L-ekonomija tal-UE qed tiġi appoġġata minn suq tax-xogħol eċċezzjonalment b’saħħtu, li ra rati tal-qgħad inqas minn qatt qabel, l-espansjoni kontinwa tal-impjiegi u ż-żieda fil-pagi. L-implimentazzjoni tar-riformi u l-investiment fil-qafas tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza - jinfetaħ f’tab ġdida. jibqa’ essenzjali biex l-ekonomija tal-UE tkompli miexja fit-triq it-tajba.
Fil-futur, il-gwerra attwali tal-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u t-tensjonijiet ġeopolitiċi usa’ se jkomplu joħolqu riskji għall-prospetti tat-tkabbir tal-ekonomija tal-UE.
Fl-2023, l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, fil-qalba tal-pjan tal-irkupru NextGenerationEU - jinfetaħ f’tab ġdida. b’baġit ta’ €800 biljun, kompliet tagħti spinta lill-irkupru ekonomiku - jinfetaħ f’tab ġdida.. L-istrument saħħaħ ir-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istati Membri u appoġġa l-pjan REPowerEU, l-inizjattiva tal-UE biex tgħin lill-Istati Membri jħaffu t-tranżizzjoni tagħhom ’il bogħod mill-fjuwils fossili, fid-dawl tal-invażjoni mhux provokata tar-Russja fl-Ukrajna (ara l-Kapitlu 4 għal aktar informazzjoni dwar l-inizjattiva REPowerEU).
Il-faċilità hi unika minħabba n-natura tagħha li hi bbażata fuq il-prestazzjoni. Biex jibbenefika minnha, Stat Membru jrid jippreżenta pjan għall-irkupru u r-reżiljenza lill-Kummissjoni. Dawn il-pjanijiet jiddeskrivu r-riformi u l-investimenti li l-Istati Membri jkun beħsiebhom ilestu sa tmiem l-2026, li għalihom jistgħu jirċievu finanzjament sa allokazzjoni miftiehma minn qabel. Il-pagamenti li l-Kummissjoni tħallas lill-Istati Membri jiddependu fuq jekk jirnexxilhomx jilħqu l-istadji importanti u jiksbu l-miri predeterminati deskritti fil-pjanijiet tagħhom. Dawn il-miżuri huma ddisinjati biex jindirizzaw l-isfidi ewlenin tal-Istati Membri u biex jallinjawhom mal-objettivi tal-UE.
Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza qed tmexxi r-riformi u l-investiment f’sitt oqsma ta’ politika: (i) it-tranżizzjoni ekoloġika; (ii) it-trasformazzjoni diġitali; (iii) it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv; (iv) il-koeżjoni soċjali u territorjali; (v) ir-reżiljenza tas-saħħa, ekonomika, soċjali u istituzzjonali; u (vi) il-politiki għall-ġenerazzjoni li jmiss.
L-UE toffri wkoll għajnuna lill-Istati Membri biex jimplementaw il-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza - jinfetaħ f’tab ġdida. permezz tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku - jinfetaħ f’tab ġdida.. S’issa, aktar minn 400 proġett ibbenefikaw minn dan is-sostenn. 23 Stat Membru rċevew jew qed jirċievu appoġġ ġenerali bl-aspetti orizzontali tal-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, fosthom appoġġ fir-reviżjoni tal-pjanijiet tagħhom, filwaqt li s-27 Stat Membru tal-UE qed jibbenefikaw minn appoġġ tematiku marbut mal-implimentazzjoni tal-miżuri tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.
Sors: l-Ewrobarametru Standard 100 - jinfetaħ f’tab ġdida., Diċembru 2023.
Tranżizzjoni ekoloġika
Fi Franza, l-RRF iffinanzjat titjib fl-effiċjenza enerġetika għal 20,000 abitazzjoni soċjali u għall-akkomodazzjoni tal-istudenti.
Koeżjoni soċjali u territorjali
L-RRF qed tippermetti lill-Awstrija tgħin lill-persuni qiegħda fit-tul jiksbu aċċess għat-taħriġ u għall-kwalifiki.
Trasformazzjoni diġitali
L-RRF qed tagħti spinta lill-kapaċità tal-cloud tal-Italja permezz tal-investiment f’ċentri tad-data għall-ekonomija diġitali.
Saħħa u reżiljenza ekonomika, soċjali u istituzzjonali
Riforma appoġġata mill-RRF f’Ċipru se ssaħħaħ l-isforzi kontra l-korruzzjoni u se tistabbilixxi awtorità indipendenti kontra l-korruzzjoni.
Tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv
L-RRF għenet lil Spanja tassisti iktar minn 60 kumpanija kbira u SME fir-riċerka u fl-innovazzjoni tal-mobbiltà sostenibbli.
Politiki għall-ġenerazzjoni li jmiss
Il-fondi tal-RRF għenu liċ-Ċekja tagħti madwar 74,000 apparat diġitali lill-istudenti għall-apprendiment mill-bogħod.
Fl-2023 il-baġit fit-tul tal-UE (il-qafas finanzjarju pluriennali) u NextGenerationEU kienu essenzjali għall-irkupru tal-Ewropa billi indirizzaw sfidi bħall-gwerra fil-qrib, l-inflazzjoni għolja, id-diżastri naturali u l-kriżijiet umanitarji. Biex tiżgura li l-baġit tal-UE jkun jista’ jkompli jwettaq l-aktar prijoritajiet essenzjali, f’Ġunju l-Kummissjoni pproponiet reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali - jinfetaħ f’tab ġdida..
F’Settembru ġie adottat il-baġit annwali tal-UE għall-2024 - jinfetaħ f’tab ġdida.. Dan jindirizza l-kriżijiet urġenti fil-Lvant Nofsani kif ukoll fl-Ewropa u fil-viċinat tagħha.
Biex tappoġġa lil NextGenerationEU u tgħin lill-Ukrajna, fl-2023 il-Kummissjoni ġabret madwar €116-il biljun f’fondi fit-tul fosthom sa €12.5-il biljun f’bonds ekoloġiċi, u b’hekk l-UE saret il-fornitur ewlieni tal-bonds ekoloġiċi - jinfetaħ f’tab ġdida..
Matul is-sena, il-Kummissjoni ppreżentat il-proposti leġiżlattivi tagħha biex timplimenta l-aktar riforma komprensiva tar-regoli dwar il-governanza ekonomika tal-UE - jinfetaħ f’tab ġdida. minn wara l-kriżi ekonomika u finanzjarja tal-2007–2008. Il-proposti saru wara riflessjoni bir-reqqa u konsultazzjoni estensiva. Ir-regoli l-ġodda għandhom l-għan li jiffaċilitaw u jinkoraġġixxu lill-Istati Membri jimplimentaw riformi u investimenti importanti. Dawn ir-regoli se jissimplifikaw il-governanza ekonomika, se jtejbu s-sjieda nazzjonali, se jagħmlu enfasi akbar fuq iż-żmien medju u se jsaħħu l-infurzar tar-regoli fiskali tal-UE, f’qafas komuni trasparenti tal-UE.
Fl-1 ta’ Jannar 2023, il-Kroazja ssieħbet fiż-żona tal-ewro - jinfetaħ f’tab ġdida. u fiż-żona Schengen.
L-ewro jtejjeb il-konvenjenza u l-kompetittività għall-Kroati billi jissimplifika l-ivvjaġġar u l-kummerċ. Il-karti u l-muniti tal-ewro jissimbolizzaw il-wegħda tal-libertà tal-UE u opportunità għall-Kroati kollha.
Stħarriġ li sar fil-Kroazja wara li l-ewro ssostitwixxa għalkollox il-kuna juri li 61 % taċ-ċittadini Kroati jemmnu li l-bidla saret bla skossi u b’mod effiċjenti, filwaqt li 88 % ħassew li kienu infurmati sew dwar il-munita unika.
Fl-UE, l-appoġġ għall-ewro għadu b’saħħtu ħafna: 71 % tan-nies fl-UE jappoġġaw l-unjoni ekonomika u monetarja Ewropea b’munita unika, u l-perċentwal jilħaq id-79 % fiż-żona tal-ewro.
Sorsi: l-Ewrobarometru Flash 518 - jinfetaħ f’tab ġdida., Frar 2023; l-Ewrobarametru Standard 100 - jinfetaħ f’tab ġdida., Diċembru 2023.
Is-sena 2023 fakkret it-30 anniversarju mill-ħolqien tal-Fond ta’ Koeżjoni - jinfetaħ f’tab ġdida.. Matul dawn it-tliet deċennji li ilu jeżisti, il-Fond ta’ Koeżjoni investa kważi €179 biljun fil-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-UE. Il-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni għall-perjodu 2021–2027 - jinfetaħ f’tab ġdida. mistenni jżid il-prodott domestiku gross tal-UE b’0.5 % u jappoġġa l-ħolqien ta’ 1.3 miljun impjieg. Fost il-proġetti l-kbar li tlestew jew tnedew fl-2023 hemm ir-restawr tas-sit arkeoloġiku ta’ Pompeii, sistema ġdida tal-metrò f’Tessaloniki u infrastruttura mtejba tal-ilma mormi fir-Rumanija. Sa tmiem is-sena, il-programmi tal-politika ta’ koeżjoni għall-perjodu 2014–2020 irnexxielhom jiksbu riżultati sinifikanti fil-prattika, fosthom appoġġ lil 4.5 miljun negozju, il-ħolqien ta’ aktar minn 370 000 impjieg ġdid, aċċess imtejjeb għall-broadband lil aktar minn 7.9 miljun dar, u l-installazzjoni ta’ aktar minn 6 000 megawatt f’kapaċità addizzjonali tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli.
Dawn il-kisbiet jenfasizzaw ir-rwol vitali tal-amministrazzjonijiet pubbliċi reġjonali u lokali, li huma l-eqreb tan-nies u jaqdu rwol ewlieni fit-twettiq tal-prijoritajiet ta’ politika u fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-prattika. B’rikonoxximent ta’ dan, l-inizjattiva ComPAct - jinfetaħ f’tab ġdida., imnedija fl-2023, għandha l-għan li ttejjeb l-amministrazzjonijiet pubbliċi fl-Istati Membri.
Fl-2023, l-UE ċċelebrat it-30 anniversarju tas-Suq Uniku tagħha - jinfetaħ f’tab ġdida., li l-istabbiliment tiegħu fl-1 ta’ Jannar 1993 kien stadju importanti fl-integrazzjoni Ewropea. Is-Suq Uniku hu ferm iżjed minn sempliċiment qafas legali jew suq; jirrappreżenta żona ta’ libertà, progress, opportunità, tkabbir, prosperità komuni, koeżjoni u reżiljenza. Dan isaħħaħ b’mod sinifikanti l-pożizzjoni ekonomika u ġeopolitika globali tal-UE. Jirrappreżenta 15 % tal-prodott domestiku gross globali, u għalhekk hu l-akbar żona integrata tas-suq uniku fid-dinja, filwaqt li jibqa’ wieħed mill-aktar orjentati ’l barra minnu.
Għal aktar minn 30 sena - jinfetaħ f’tab ġdida., is-Suq Uniku kien essenzjali għall-kompetittività tal-UE billi tejjeb il-ħajja taċ-ċittadini u ffaċilita n-negozju. B’żieda ta’ 9 % fil-prodott domestiku gross tal-UE, dan ħoloq benefiċċji ekonomiċi sostanzjali, imsaħħaħ bl-appoġġ tal-politika ta’ koeżjoni biex ir-reġjuni kollha jkunu jistgħu jipparteċipaw fih u jibbenefikaw minnu. Is-Suq Uniku jaqdi wkoll rwol ewlieni biex jiġu ffaċilitati t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Bħala s-sors tal-integrazzjoni regolatorja, finanzjarja u tal-katina tal-provvista tal-UE, dan jgħin biex jissawru l-ekonomiji ta’ skala tant strumentali biex jgħinu lin-negozji jikbru.
Is-Suq Uniku jammonta għal 18 % tal-prodott domestiku gross globali…
… u joffri oġġetti u servizzi lil aktar minn 450 miljun persuna.
Sors: Ir-Rapport Annwali dwar is-Suq Uniku - PDF file – jinfetaħ f’tab ġdida., Jannar 2023.
23 miljun negozju...
... u jimpjega kważi 128 miljun persuna
€965 biljun ta’ esportazzjonijiet intra-UE f’servizzi
€3,428 biljun ta’ esportazzjonijiet intra-UE f’oġġetti
€8,163 biljun ta’ investimenti intra-UE
47.5 % tal-esportazzjonijiet tal-UE ta’ oġġetti lejn pajjiżi mhux tal-UE fl-2020 kienu f’ewro.
Aktar minn 60 % tal-intrapriżi kkontrollati minn barra l-pajjiż fl-UE huma kkontrollati minn intrapriża fi Stat Membru ieħor tal-UE.
Bejn l-2010 u l-2021, l-għadd ta’ persuni impjegati fi Stati Membri li kellhom ċittadinanza ta’ Stat Membru ieħor żdied b’47.0 %.
2.4 % tal-istudenti fil-livell terzjarju fl-Istati Membri huma minn Stat Membru ieħor.
(*) Id-data tirreferi għall-UE b’27 Stat Membru u l-aħħar sena disponibbli.
Is-suq Uniku kien kruċjali għar-reżiljenza ekonomika tal-UE u kien vitali tul il-kriżijiet reċenti bħall-pandemija, jew l-azzjonijiet tar-Russja fl-Ukrajna u l-kriżi sussegwenti tal-enerġija. Barra minn hekk, dan hu għodda ġeopolitika importanti għax isaħħaħ l-influwenza tal-UE fil-kuntest tal-bidliet ġeopolitiċi u fit-tellieqa għal teknoloġija nadifa. Minkejja l-kisbiet tiegħu, is-Suq Uniku jeħtieġ ikompli jevolvi minħabba r-realtajiet ġeopolitiċi ġodda u li qed jinbidlu, l-avvanzi teknoloġiċi u t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u biex jagħti spinta lill-kompetittività u lill-produttività fit-tul tal-UE.
L-UE qed ittejjeb kontinwament l-ambjent tan-negozju fis-setturi kollha tal-ekonomija tagħha. F’Settembru 2023, il-Kummissjoni ppreżentat proposta biex tiġġieled il-pagamenti tard - jinfetaħ f’tab ġdida. tal-kumpaniji u tal-awtoritajiet pubbliċi, prattika li tikkomprometti l-fluss tal-flus tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u xxekkel il-kompetittività u r-reżiljenza tal-ktajjen tal-provvista. Din il-proposta hi parti minn sensiela usa’ ta’ miżuri fil-pakkett ta’ għajnuna li l-Kummissjoni introduċiet biex tappoġġa lill-SMEs li qed jiffaċċjaw sfidi ekonomiċi.
L-UE qed tappoġġa wkoll l-innovazzjoni billi tagħmilha aktar faċli li n-negozji jipproteġu l-proprjetà intellettwali tagħhom madwar l-UE kollha. It-tnedija tas-sistema tal-Privattiva Unitarja - jinfetaħ f’tab ġdida. f’Ġunju kienet pass sinifikanti lejn it-tlestija tas-Suq Uniku u t-tisħiħ tal-protezzjoni tal-privattivi fl-Ewropa. Din is-sistema tipprovdi punt uniku ta’ servizz għar-reġistrazzjoni u l-infurzar tal-privattivi fl-Ewropa, u dan iwassal għal tnaqqis fil-kostijiet, fil-burokrazija u fil-piż amministrattiv għall-innovaturi, u se tkun ta’ benefiċċju b’mod partikolari għall-SMEs.
Barra minn hekk, il-Qorti Unifikata tal-Privattivi - jinfetaħ f’tab ġdida. l-ġdida, b’ġuriżdizzjoni fuq il-Privattivi Unitarji u l-Privattivi Ewropej eżistenti, se tippermetti lill-kumpaniji jinfurzaw id-drittijiet tal-privattivi tagħhom b’mod aktar effettiv. Barra minn hekk, il-Fond għall-SMEs - jinfetaħ f’tab ġdida., inizjattiva konġunta tal-Kummissjoni u tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea - jinfetaħ f’tab ġdida., jipprovdi appoġġ finanzjarju (vawċers tal-proprjetà intellettwali) lill-SMEs biex jimmaniġġjaw il-portafolli tal-proprjetà intellettwali tagħhom, fosthom trademarks, disinji, privattivi u varjetajiet tal-pjanti.
F’April 2023, il-Kummissjoni pproponiet pakkett dwar il-privattivi - jinfetaħ f’tab ġdida. li jikkomplementa l-iskema tal-Privattiva Unitarja. Ladarba jiġi adottat, in-negozji se jibbenefikaw minn qafas ġdid u aktar bilanċjat - jinfetaħ f’tab ġdida. għall-privattivi essenzjali standard u minn aċċess aktar sempliċi għaċ-ċertifikati tal-protezzjoni supplimentari għall-prodotti farmaċewtiċi u għall-protezzjoni tal-pjanti, flimkien ma’ regoli aktar ċari dwar il-liċenzjar obbligatorju waqt il-kriżijiet. Barra minn hekk, ir-Regolament dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi għall-Prodotti Artiġjanali u Industrijali - jinfetaħ f’tab ġdida., li daħal fis-seħħ matul is-sena, jippermetti lill-produtturi tal-UE jipproteġu aħjar il-prodotti artiġjanali u industrijali u l-għarfien assoċjat mar-reġjun tagħhom.
L-inventuri japplikaw għal privattiva Ewropea.
L-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi jiżgura li l-invenzjoni tissodisfa l-kriterji tan-novità, tal-pass inventiv u tal-applikabbiltà industrijali.
Wara li jingħata l-privattiva Ewropea, id-detentur jitlob li tingħata effett unitarju
Il-Privattiva Unitarja ssir effettiva f’pass wieħed, mingħajr formalitajiet żejda bħal traduzzjonijiet, fl-Istati Membri parteċipanti:
il-Belġju, il-Bulgarija, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Portugall, is-Slovenja, il-Finlandja, l-Iżvezja.
B’mod parallel, id-detentur tal-privattiva Ewropea jista’ jivvalidaha wkoll f’pajjiżi mhux parteċipanti, inkluż pajjiżi mhux tal-UE, soġġett għar-rekwiżiti nazzjonali tagħhom.
Bir-riforma proposta tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-disinji - jinfetaħ f’tab ġdida., l-innovazzjoni u l-protezzjoni tad-disinn fl-UE se jissaħħu u jiġu ssimplifikati u modernizzati wkoll.
Fl-aħħar nett, l-UE qed tappoġġa n-negozju transfruntier billi telimina l-ostakli li jxekklu t-tkabbir ekonomiku u n-negozju.
Wieħed mill-eżempji hu r-regoli l-ġodda proposti biex jitneħħew l-ostakli għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq - jinfetaħ f’tab ġdida., bħall-krejnijiet, il-magni tal-ħsad u l-forklifts, fit-toroq pubbliċi.
jelimina l-ostakli għad-dħul fis-suq u jnaqqas d-dewmien fis-suq
inaqqas l-ispejjeż tal-konformità, jiffaċilita l-innovazzjoni u jtejjeb il-kompetittività
jiffaċilita l-użu tal-makkinarju bejn il-fruntieri intra-UE
jiżgura standards għoljin u ugwali għas-sikurezza fit-toroq tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq madwar l-UE
Barra minn hekk, biex jeħfief l-operat transfruntier tal-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, f’Settembru l-Kummissjoni pproponiet forma legali ġdida msejħa l-assoċjazzjoni transfruntiera Ewropea - jinfetaħ f’tab ġdida.. Din se ttejjeb il-funzjonament tas-Suq Uniku billi telimina l-ostakli legali u amministrattivi għall-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li joperaw jew li jridu joperaw f’aktar minn Stat Membru wieħed.
Fl-aħħar nett, f’Diċembru l-Kummissjoni ressqet proposta emendata għal Regolament li jiffaċilita s-soluzzjonijiet transfruntiera - jinfetaħ f’tab ġdida.. Dan għandu l-għan li jgħin lill-Istati Membri jegħlbu l-ostakli li jaffettwaw il-ħajja ta’ kuljum tal-150 miljun ċittadin li jgħixu fir-reġjuni transfruntiera tal-UE. L-indirizzar ta’ dawn l-ostakli se jtejjeb b’mod sinifikanti l-funzjonament tas-Suq Uniku u se jsaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-UE.
Fil-kuntest ta’ kompetizzjoni globali b’saħħitha u ta’ sfidi ġeopolitiċi ġodda, il-Kummissjoni pproponiet li tiffoka fuq disa’ muturi ewlenin biex tingħata spinta lill-kompetittività fit-tul tal-UE - jinfetaħ f’tab ġdida.. Dawn huma Suq Uniku li jiffunzjona sew, l-aċċess għall-kapital privat, l-investiment pubbliku u l-infrastruttura, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-enerġija, iċ-ċirkolarità, id-diġitalizzazzjoni, l-edukazzjoni u l-ħiliet, u l-kummerċ u l-awtonomija strateġika miftuħa.
L-UE tiżgura wkoll kompetittività fit-tul u Suq Uniku b’saħħtu billi tapplika b’mod uniformi r-regoli maħsuba biex tinżamm kompetizzjoni ġusta fl-Istati Membri u n-negozji kollha. Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-antitrust, il-fużjoni u l-kontroll tal-għajnuna mill-Istat jiżguraw suq intern bilanċjat u effiċjenti, tant kruċjali għall-ekonomija tal-UE. Il-kontroll tal-għajnuna mill-Istat jiżgura li s-sussidji tal-gvern ikunu allinjati mal-għanijiet komuni u jżommu kundizzjonijiet tan-negozju konsistenti fl-UE kollha. Kompetizzjoni vibranti fis-settur privat twassal għal kwalità aħjar u prezzijiet aktar ġusti għall-konsumaturi. Kull deċiżjoni dwar il-politika tal-kompetizzjoni li tieħu l-Kummissjoni tiddefendi l-interessi tal-konsumaturi u tan-negozji, filwaqt li tipproteġi wkoll lin-nies fl-UE minn atturi ekonomiċi bla skrupli.
Qafas regolatorju li jtejjeb it-tkabbir għandu disa’ xprunaturi tal-kompetittività, b’Suq Uniku li jiffunzjona fil-qalba tiegħu. Dan is-Suq Uniku jiffunzjona permezz ta’ kompetittività sostenibbli, li hija possibbli permezz ta’ erba’ komponenti: 1. is-sostenibbiltà ambjentali; 2. ir-reżiljenza u l-istabbiltà; 3. il-benesseri għal kulħadd u l-ekwità; 4. il-produttività. It-tmien xprunaturi tal-kompetittività li jifdal huma l-aċċess għall-kapital privat, l-investiment pubbliku u l-infrastruttura, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-enerġija, iċ-ċirkolarità, id-diġitalizzazzjoni, l-edukazzjoni u l-ħiliet, u l-kummerċ u l-awtonomija strateġika miftuħa.
L-Att dwar is-Swieq Diġitali - jinfetaħ f’tab ġdida. hu eżempju tajjeb ta’ kif il-politika tal-kompetizzjoni hi ta’ benefiċċju għan-nies. L-Att, li jikkomplementa r-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE mingħajr ma jissostitwihom, hu wieħed mill-ewwel biċċiet ta’ leġiżlazzjoni fid-dinja li jrażżan is-setgħa tal-gwardjani fost il-kumpaniji diġitali ewlenin, u dan joħloq benefiċċji ekonomiċi u soċjali għaċ-ċittadini. (Għal aktar informazzjoni ara l-Kapitlu 5.)
L-UE mhux biss tiżgura li l-kompetizzjoni interna tkun ġusta, iżda tivverifika wkoll li n-negozji fl-UE jkollhom opportunità ekwa li jirnexxu meta jiffaċċjaw il-kompetizzjoni internazzjonali. F’Lulju, l-UE introduċiet ir-Regolament dwar is-Sussidji Barranin - jinfetaħ f’tab ġdida.. Dan jippermetti lill-Kummissjoni teżamina l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mogħtija mill-gvernijiet mhux tal-UE lill-kumpaniji li joperaw fl-UE. Jekk il-kontribuzzjonijiet jipprovdu vantaġġ inġust lil dawn il-kumpaniji, il-Kummissjoni tista’ tieħu miżuri biex tikkoreġi l-effetti distorsivi.
L-effettività tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE tiddependi fuq l-implimentazzjoni tagħhom. Dawn huma xi modi kif l-UE tiżgura kompetizzjoni ġusta billi tinforza r-regoli.
Fl-2023 ittieħdu 335 deċiżjoni ta’ fużjoni.
€487 biljun ta’ għajnuna mill-Istat ġew awtorizzati matul is-sena, speċjalment fil-kuntest tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-implikazzjonijiet tagħha għall-prezzijiet fl-UE.
F’Ġunju 2023, il-Kummissjoni bagħtet Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet - jinfetaħ f’tab ġdida. lil Google bil-fehma preliminari tagħha li l-kumpanija tiffavorixxi s-servizzi tat-teknoloġija tar-reklamar tal-wiri online tagħha stess għad-detriment tar-rivali.
Il-materja prima kritika hi indispensabbli għal firxa wiesgħa ta’ setturi strateġiċi fosthom it-teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti, l-industrija diġitali u s-setturi ajruspazjali u tad-difiża. L-Att dwar il-Materja Prima Kritika - jinfetaħ f’tab ġdida. se jtejjeb il-kapaċità tal-UE li timmonitorja u ttaffi r-riskji ta’ tfixkil u se jsaħħaħ iċ-ċirkolarità u s-sostenibbiltà. Flimkien mar-riforma tad-disinjar tas-suq tal-elettriku u l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti, li t-tnejn li huma tħabbru bħala parti mill-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku (ara l-Kapitli 3 u 4), dan l-att se jrawwem ambjent regolatorju li jwassal għat-tkabbir tat-teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti u l-kompetittività tal-industrija Ewropea.
L-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti - jinfetaħ f’tab ġdida. mistenni wkoll isaħħaħ il-kompetittività tal-ekonomija tal-UE billi joffri qafas regolatorju aħjar għall-industriji. Dan se jappoġġa t-tranżizzjoni tagħhom lejn innovazzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Bħala parti mill-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku, dan l-att se joħloq qafas regolatorju aktar prevedibbli u simplifikat bil-għan li jħeġġeġ l-investiment fil-manifattura tal-prodotti essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet tan-newtralità klimatika tal-UE.
L-att se jsaħħaħ u jżid ir-reżiljenza wkoll tal-bażi industrijali tal-UE tat-teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti li huma kruċjali għal sistema ta’ enerġija nadifa kosteffettiva, affidabbli u sostenibbli. Barra minn hekk, se jħaffef il-ħolqien u l-produzzjoni tat-teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti, u b’hekk se jgħin fit-tnaqqis tad-dipendenza tal-UE fuq il-fjuwils fossili Russi u jevita dipendenzi ġodda li jistgħu jimblukkaw it-teknoloġiji u l-komponenti ewlenin meħtieġa għat-tranżizzjoni ekoloġika (ara l-Kapitlu 4).
It-titjib tas-sigurtà ekonomika hu fattur ewlieni ieħor biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-UE. F’Ġunju, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, Josep Borrell, nedew l-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà Ekonomika - jinfetaħ f’tab ġdida. — approċċ komprensiv maħsub biex isaħħaħ l-ekonomija tal-UE. Din l-istrateġija se tippromwovi l-iżvilupp tal-bażi industrijali tal-UE, tipproteġi l-interessi essenzjali tas-sigurtà ekonomika tagħha, u tissieħeb mal-aktar firxa wiesgħa possibbli ta’ pajjiżi mhux tal-UE biex tavvanza l-azzjoni komuni għall-promozzjoni tas-sigurtà ekonomika fil-livell internazzjonali. L-istrateġija hi essenzjali biex l-UE tkun tista’ tivvaluta u timmaniġġja r-riskji ekonomiċi, filwaqt li tħares il-ftuħ tagħha u tkompli tinvolvi ruħha fil-livell internazzjonali.
Relazzjonijiet aktar b’saħħithom bejn l-UE u ċ-Ċina biex tingħata spinta lill-kompetittività
Ir-relazzjonijiet tal-UE maċ-Ċina huma essenzjali fl-isforzi biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-UE.
Iffaċċjata b’Ċina dejjem aktar assertiva li webbset il-pożizzjoni strateġika ġenerali tagħha, fl-2023 l-UE nediet l-approċċ tat-tneħħija tar-riskji u l-ibbilanċjar mill-ġdid tar-relazzjoni tagħha maċ-Ċina, filwaqt li kompliet taħdem għal ordni internazzjonali aktar b’saħħtu msejjes fuq ir-regoli.
Il-bilanċ mill-ġdid jinvolvi l-kontinwazzjoni tar-relazzjonijiet ekonomiċi bilaterali u kooperazzjoni dwar l-isfidi globali maċ-Ċina, filwaqt li jindirizza wkoll id-distorsjonijiet tas-suq ikkaġunati mis-sussidji statali sproporzjonati taċ-Ċina.
It-tneħħija tar-riskji tinkludi t-tnaqqis tad-dipendenzi kritiċi u l-indirizzar ta’ riskji speċifiċi relatati mal-istrateġija taċ-Ċina li tavvanza l-iżvilupp militari tagħha billi tisfrutta l-innovazzjonijiet li jinħolqu mir-riċerka konġunta, mid-dinja akkademika u minn kumpaniji privati internazzjonali.
Is-swieq kapitali huma swieq finanzjarji fejn isiru x-xiri u l-bejgħ tat-titoli, bħall-istokks u l-bonds. Dawn jippermettu lin-negozji, lill-gvernijiet u lil entitajiet oħra jiġbru kapital mingħand firxa wiesgħa ta’ investituri. L-unjoni tas-swieq kapitali - jinfetaħ f’tab ġdida. hi l-inizjattiva tal-UE li toħloq suq uniku għall-kapital, li jippermetti flussi transfruntiera tal-kapital u jagħti aċċess lill-kumpaniji tal-UE, inkluż lill-SMEs, għal aktar sorsi tal-finanzjament.
Biex tingħata spinta lill-investiment, l-investituri jeħtieġ li jħossuhom protetti u kunfidenti li l-investimenti tagħhom se jrendu b’mod sodisfaċenti. Din hi r-raġuni għaliex wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-2020 għall-Unjoni tas-Swieq Kapitali - jinfetaħ f’tab ġdida. hu li l-UE ssir post aktar sikur għan-nies biex jinvestu t-tfaddil tagħhom fit-tul.
Fl-24 ta’ Mejju 2023, il-Kummissjoni adottat pakkett aggregat għall-investimenti tal-investituri - jinfetaħ f’tab ġdida. li se jagħti s-setgħa u jipproteġi lil dawn l-investituri. Dawn l-investituri huma investituri individwali u mhux professjonali li jinvestu fis-swieq kapitali biex jimmaniġġjaw il-finanzi tagħhom, inkluż biex iħejju ruħhom għal meta jirtiraw. L-UE trid tiżgura li meta jinvestu, l-investituri individwali jiġu protetti kif xieraq u jiġu ttrattati b’mod ġust biex ikunu jistgħu jaqtgħu l-frott tal-unjoni tas-swieq kapitali u jkattru l-ġid tagħhom. It-tisħiħ tal-kunfidenza tal-investituri u t-titjib tal-unjoni tas-swieq kapitali huma wkoll modi essenzjali kif il-finanzjament privat jitwassal fl-ekonomija tal-UE u kif jiġu ffinanzjati t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali.
L-investituri individwali qed isibuha diffiċli biex jaċċessaw informazzjoni rilevanti, komparabbli u li tinftiehem faċilment biex jagħmlu għażliet informati ta’ investiment.
Il-midja soċjali u l-kanali ġodda ta’ kummerċjalizzazzjoni qed ipoġġu dejjem aktar lill-investituri individwali f’riskju ta’ influwenza mhux xierqa.
Il-pariri finanzjarji mhux dejjem jistgħu jkunu fl-aħjar interessi tal-investituri individwali.
Xi prodotti ta’ investiment ma joffrux valur għall-flus lill-investitur individwali.
Fl-2021, 17 % biss tal-assi tal-unitajiet domestiċi tal-UE kienu miżmuma f’titoli finanzjarji (bħal stokks jew bonds), ferm taħt il-livell tal-unitajiet domestiċi tal-Istati Uniti. (Sors: Eurostat - jinfetaħ f’tab ġdida..)
Jitħallsu tariffi minn investituri individwali 40 % ogħla meta mqabbla ma’ investituri istituzzjonali (eż. fondi tal-pensjoni). (Sors: Rapport dwar il-kostijiet u l-prestazzjoni tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq - PDF file – jinfetaħ f’tab ġdida., Jannar 2023.)
45 % tan-nies fl-UE mhumiex kunfidenti li l-pariri dwar l-investiment li jirċievu minn intermedjarji finanzjarji huma fl-aħjar interessi tagħhom. (Sors: Ewrobarometru Flash 525 - jinfetaħ f’tab ġdida., Lulju 2023.)
F’Mejju, il-Parlament u l-Kunsill qablu wkoll dwar proposta biex jiġi stabbilit punt ta’ aċċess uniku għall-informazzjoni kollha relatata mal-finanzi pubbliċi u mas-sostenibbiltà dwar il-kumpaniji tal-UE u l-prodotti tal-investiment tal-UE. Dan se jżid il-viżibbiltà tal-kumpaniji fost l-investituri billi jipprovdi sorsi tal-finanzjament addizzjonali. Dan hu partikolarment importanti għall-kumpaniji ż-żgħar fi swieq kapitali żgħar. Il-Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew - jinfetaħ f’tab ġdida. se jipprovdi wkoll aċċess faċli għar-rapporti dwar is-sostenibbiltà korporattiva ppubblikati mill-kumpaniji, li se jappoġġaw l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew.
Barra minn hekk, fid-29 ta’ Ġunju, il-Parlament u l-Kunsill qablu dwar proposta leġiżlattiva biex jiġi rivedut ir-Regolament li jistabbilixxi r-regoli dwar l-istruttura tas-swieq fl-istrumenti finanzjarji - jinfetaħ f’tab ġdida.. Ir-reviżjoni se tiżgura li jkun hemm fis-seħħ il-kundizzjonijiet it-tajba biex fornitur tat-tape konsolidat jagħti stampa konsolidata tal-kummerċ madwar l-UE kollha. It-tape konsolidat se jiġbor il-prezzijiet u l-volumi tal-istrumenti finanzjarji, bħall-ishma u l-bonds, minn mijiet ta’ ċentri tal-eżekuzzjoni madwar l-Istati Membri kollha fi fluss uniku tal-informazzjoni, biex isir aċċessibbli b’mod ugwali għal kulħadd. Il-pjattaformi kollha tal-eżekuzzjoni, bħall-boroż u l-pjattaformi tal-iskambju, se jkunu meħtieġa jikkontribwixxu d-data tan-negozjar tagħhom direttament fit-tape konsolidat.
Fid-19 ta’ Lulju, il-Parlament u l-Kunsill qablu dwar proposta biex jittejjeb il-qafas regolatorju applikabbli għall-industrija tal-fondi tal-investiment - jinfetaħ f’tab ġdida.. Ir-reviżjoni tarmonizza r-regoli li jirregolaw l-għażla u l-użu tal-għodod għall-immaniġġjar tal-likwidità relatati mal-fondi, filwaqt li tagħmilhom konformi mar-rakkomandazzjonijiet internazzjonali dwar l-appoġġ għall-istabbiltà finanzjarja. Tistabbilixxi wkoll qafas komuni għall-fondi li jagħtu self lill-kumpaniji (fondi li joriġinaw mis-self) u ttejjeb it-trasparenza dwar ir-regoli tad-delega, filwaqt li tiżgura li s-superviżuri jkunu jifhmu kemm il-maniġers tal-fondi jiddependu fuq l-għarfien espert tal-partijiet terzi.
F’daqqa, it-tliet proposti msemmija hawn fuq se jiżguraw li l-investituri jkollhom aċċess aħjar għad-data tal-kumpaniji u tan-negozjar. Il-miżuri se jinkoraġġixxu wkoll l-investiment fit-tul biex il-bejgħ transfruntier tal-fondi tal-investiment ikun iktar faċli u sikur. B’mod ġenerali, il-proposti se jipprovdu rabtiet aħjar bejn il-kumpaniji tal-UE u l-investituri, u dawn se jwessgħu l-aċċess tal-investituri individwali għall-opportunitajiet tal-investiment u jintegraw aktar lis-swieq kapitali tal-UE.
F’Novembru, l-UE aġġornat ir-Regolament dwar id-Depożitorji Ċentrali tat-Titoli - jinfetaħ f’tab ġdida.. Dan ir-Regolament kien oriġinarjament introdott biex itejjeb is-sikurezza u l-effiċjenza tal-attivitajiet tas-saldu fis-swieq finanzjarji, jiġifieri t-tlestija ta’ tranżazzjoni tat-titoli permezz tat-trasferiment ta’ flus kontanti jew ta’ titoli, jew tat-tnejn li huma. Il-leġiżlazzjoni riveduta - jinfetaħ f’tab ġdida. se ttejjeb is-swieq kapitali u s-sistema finanzjarja tal-UE billi tipprovdi regoli aktar proporzjonati u aktar effettivi biex jitnaqqsu l-kostijiet tal-konformità u l-piżijiet regolatorji għad-depożitorji ċentrali tat-titoli, b’hekk tiffaċilita l-kapaċità tagħhom li joffru firxa usa’ ta’ servizzi transfruntiera u ttejjeb is-superviżjoni transfruntiera tagħhom.
Huwa sistema li tikkonsolida l-informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet mill-pjattaformi tan-negozjar tal-UE f’ħin reali, jew kemm jista’ jkun qrib il-ħin reali.
Din tippermetti kemm lill-investituri professjonali kif ukoll lill-investituri individwali jaraw il-prezz ta’ strument finanzjarju u informazzjoni oħra dwar strument finanzjarju (bħall-volum u l-ħin tat-tranżazzjonijiet) f’post wieħed.
Mingħajr tape konsolidat, l-informazzjoni dwar in-negozjar tkun mifruxa fuq diversi pjattaformi ta’ eżekuzzjoni, bħal boroż, ċentri tan-negozjar oħra u banek ta’ investiment (imsejħa wkoll “internalizzaturi sistematiċi”).
F’Diċembru, intlaħaq ftehim politiku dwar il-proposti tal-Kummissjoni - jinfetaħ f’tab ġdida. biex jissaħħaħ il-qafas regolatorju tal-assigurazzjoni. Dan l-aġġornament se jimmodernizza d-Direttiva Solvenza II - jinfetaħ f’tab ġdida. billi joffri inċentivi aħjar lis-settur tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (jiġifieri l-assigurazzjoni lill-kumpaniji tal-assigurazzjoni) biex jinvesti aktar fil-kapital fit-tul skont l-objettivi tal-unjoni tas-swieq kapitali. Se jiżgura wkoll li dan is-settur jibqa’ b’saħħtu fi żminijiet ekonomiċi diffiċli u jipproteġi l-interessi tal-konsumaturi. Ir-regoli l-ġodda se jqisu aħjar ċerti riskji, anke dawk relatati mat-tibdil fil-klima, u se jagħmlu s-saħħa finanzjarja tal-assiguraturi inqas sensittiva għaċ-ċaqliq ekonomiku fl-immedjat. Se jintroduċu wkoll direttiva ġdida dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni - jinfetaħ f’tab ġdida., biex tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja u jiġu protetti d-detenturi tal-poloz u l-kontribwenti f’każ li assiguratur/riassiguratur ifalli. Din id-Direttiva se tirrikjedi li l-entitajiet akbar u sistemikament importanti jifformulaw pjanijiet tal-irkupru preventiv biex jiżguraw li jkunu ppreparati għall-kriżijiet. Barra minn hekk, l-awtoritajiet nazzjonali se jkollhom l-għodod biex jindirizzaw il-problemi li jġib miegħu il-falliment tal-assiguraturi/tar-riassiguraturi, fosthom billi jneħħuhom mis-suq b’mod ordnat filwaqt li jippreservaw kemm jista’ jkun il-kontinwità tal-kopertura tal-assigurazzjoni.
Fl-aħħar nett, fl-2023 il-Kummissjoni għenet lill-Istati Membri jsaħħu s-swieq kapitali nazzjonali tagħhom - jinfetaħ f’tab ġdida.. S’issa, 21 Stat Membru bbenefikaw mill-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku f’dan il-qasam. Ir-riformi kkontribwew biex jitneħħew ċerti ostakli regolatorji għall-investiment u ċerti ineffiċjenzi tas-suq. L-objettivi ta’ dawn il-proġetti ta’ riforma huma li jżidu l-opportunitajiet tal-investiment, u l-viżibbiltà tas-suq għan-negozji u li jgħinu lill-SMEs jaċċessaw il-kreditu bankarju.
Fit-28 ta’ Ġunju, il-Kummissjoni ressqet żewġ proposti - jinfetaħ f’tab ġdida. biex tiżgura li n-nies ikunu jistgħu jħallsu bl-ewro maħruġ mill-Bank Ċentrali Ewropew u bl-aktar mod konvenjenti għalihom.
L-ewwel proposta hi dwar il-protezzjoni tal-użu tal-flus kontanti. Il-proposta ġiet stabbilita biex jiġi żgurat li l-flus kontanti jibqgħu jiġu aċċettati b’mod wiesa’ bħala mezz ta’ pagament u jkunu aċċessibbli faċilment għan-nies u għan-negozji fiż-żona tal-ewro kollha.
It-tieni proposta hi li jiġi stabbilit qafas legali għall-possibbiltà ta’ ewro diġitali li l-Bank Ċentrali jista’ joħroġ fil-futur bħala komplement għall-flus kontanti. F’Ottubru, wara li investiga l-possibbiltà li jintroduċi l-ewro diġitali għas-sentejn preċedenti, il-Bank iddeċieda li jgħaddi għall-fażi preparatorja.
Filwaqt li l-flus kontanti se jibqgħu aċċessibbli u aċċettati b’mod wiesa’, aktar u aktar ċittadini u negozji qed jagħżlu li jagħmlu pagamenti elettroniċi. L-għan tal-ewro diġitali hu li jipprovdi alternattiva oħra apparti dawk attwali tal-pagamenti privati. Dan ikun joffri mezz biex wieħed iħallas b’mod diġitali u b’forma ta’ flus pubbliċi li hi orħos, sigura, reżiljenti u aċċettata b’mod wiesa’ fiż-żona tal-ewro (u potenzjalment lil hinn minnha).
Il-Bank Ċentrali jista’ jiddeċiedi li joħroġ l-ewro diġitali biss jekk il-proposta dwar l-ewro diġitali tiġi adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.
L-użu tal-ewro diġitali kullimkien fiż-żona tal-ewro (soluzzjonijiet privati oħra ta’ pagament diġitali mhux dejjem joffru din l-għażla).
Aktar faċli biex jintuża mis-soluzzjonijiet ta’ pagament diġitali eżistenti.
Meta jintuża l-ewro diġitali offline, il-privatezza tan-nies tkun l-istess bħal meta jintużaw il-flus kontanti.
Ħlas mingħajr aċċess għall-internet.
Għażla akbar għall-konsumaturi.
Possibbiltà ta’ ħlas anke mingħajr kont bankarju.
Mingħajr ħlas għall-konsumaturi.
Dażgur li le.
L-ewro diġitali jkun sempliċiment jikkomplementa l-flus kontanti u jkun alternattiva għas-soluzzjonijiet diġitali privati eżistenti tal-lum.
Meta l-ħlas isir online, il-bank ikollu aċċess biss għad-data personali meħtieġa biex iwettaq il-pagamenti u jipprevjeni l-frodi u jiġġieled kontra l-ħasil tal-flus.
Dan huwa l-istess bħal meta wieħed iħallas b’mezzi diġitali oħra ta’ pagament, pereżempju karta ta’ kreditu.
Meta l-ħlas isir offline, il-privatezza hija aktar b’saħħitha minn kwalunkwe mezz diġitali ieħor ta’ pagament — il-bank jara biss l-istess data bħal meta tiġbed il-flus minn magna tal-flus kontanti.
Ħadd ma jkun jista’ jara għal xiex qed iħallsu n-nies meta jużaw l-ewro diġitali offline.
Il-Bank Ċentrali Ewropew ma jkollux aċċess għad-data tan-nies.
Issa li qed jiżdiedu l-pagamenti elettroniċi, qed jitfaċċaw fornituri ġodda tas-servizzi, bħall-entitajiet li jipprovdu servizzi bankarji miftuħa. Bdew jidhru wkoll tipi aktar sofistikati ta’ frodi li jpoġġu lill-konsumaturi f’riskju. B’reazzjoni għal dawn l-iżviluppi, u biex jiġi żgurat li s-settur finanzjarju tal-UE jkun kapaċi jaħsad il-benefiċċji tat-trasformazzjoni diġitali li għaddejja bħalissa, fit-28 ta’ Ġunju l-Kummissjoni pproponiet żewġ settijiet ta’ miżuri - jinfetaħ f’tab ġdida..
L-ewwel, il-Kummissjoni pproponiet li temenda u timmodernizza d-Direttiva attwali dwar is-Servizzi tal-Pagament - jinfetaħ f’tab ġdida. (il-PSD2, li se ssir il-PSD3), u pproponiet ukoll Regolament dwar is-servizzi tal-pagament. Dawn il-bidliet se jiżguraw li l-konsumaturi jkunu jistgħu jkomplu jagħmlu pagamenti u tranżazzjonijiet elettroniċi b’mod sikur u sigur fl-UE. L-għan tagħhom hu li jissalvagwardjaw id-drittijiet tal-konsumaturi filwaqt li fis-suq jipprovdu għażla akbar ta’ fornituri tas-servizzi tal-pagament.
tagħmel disponibbli b’mod wiesa’ servizz biex issir verifika tal-konkordanza isem-kont qabel ma jiġu kkonfermati t-trasferimenti
tgħin lill-banek u lil fornituri oħra ta’ servizzi ta’ pagament jikkooperaw kontra l-frodi permezz ta’ aktar kondiviżjoni ta’ informazzjoni relatata mal-frodi
tagħti lill-vittmi ta’ frodi d-dritt ta’ rifużjoni mill-bank tagħhom jew minn fornitur ieħor ta’ servizzi ta’ pagament, f’ċirkostanzi speċifiċi
tobbliga lill-banek itejbu l-għarfien tal-klijenti dwar il-frodi
It-tieni, il-Kummissjoni pproponiet Qafas għall-Aċċess għad-Data Finanzjarja - jinfetaħ f’tab ġdida.. Dan il-qafas se jistabbilixxi drittijiet u obbligi relatati mal-immaniġġjar tal-kondiviżjoni tad-data tal-klijenti fis-settur finanzjarju lil hinn mill-kontijiet tal-pagament. Fil-prattika, il-proposta se twassal għal prodotti u servizzi finanzjarji aktar innovattivi għall-utenti u se tistimula l-kompetizzjoni fis-settur finanzjarju.
Il-pakkett propost għandu l-għan li jiżgura li s-settur finanzjarju tal-UE jadatta għat-trasformazzjoni diġitali li għaddejja bħalissa u għar-riskji u l-opportunitajiet li din tippreżenta.
Fis-7 ta’ Novembru, il-Parlament u l-Kunsill laħqu ftehim politiku dwar il-proposta tal-Kummissjoni - jinfetaħ f’tab ġdida. li l-pagamenti istantanji bl-ewro jsiru disponibbli għan-nies u għan-negozji kollha li għandhom kont bankarju fl-UE. Ir-regoli l-ġodda, li jimmodernizzaw ir-Regolament dwar iż-Żona Unika tal-Pagamenti bl-Ewro - jinfetaħ f’tab ġdida., għandhom l-għan li jiżguraw li l-pagamenti istantanji bl-ewro jkunu affordabbli, siguri u pproċessati mingħajr xkiel madwar l-UE kollha. Il-pagamenti istantanji joffru soluzzjonijiet konvenjenti malajr lin-nies fis-sitwazzjonijiet ta’ kuljum, fosthom li jirċievu l-flus fil-pront (f’inqas minn 10 sekondi) f’każ ta’ emerġenzi jew li l-kostijiet kondiviżi jinqasmu mill-ewwel f’diversi ambjenti soċjali. Itejbu wkoll l-immaniġġjar tal-fluss tal-flus għall-amministrazzjonijiet pubbliċi u għan-negozji, speċjalment għall-SMEs; jippermettu lill-organizzazzjonijiet tal-karità u lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi jaċċessaw il-fondi malajr; u jħeġġu lill-banek jiżviluppaw servizzi u prodotti finanzjarji innovattivi.
L-għan ewlieni tal-Qafas tal-UE għall-Finanzi Sostenibbli - jinfetaħ f’tab ġdida. hu li jidderieġi l-investiment biex jintlaħqu l-miri ambizzjużi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Għalkemm l-implimentazzjoni qed tavvanza, huma meħtieġa aktar sforzi biex ir-regoli jsiru effettivi fil-prattika u l-għodod isiru faċli għall-utent.
Biex ittejjeb l-effiċjenza tal-qafas u tiffaċilita l-implimentazzjoni tiegħu, l-UE tipprovdi definizzjonijiet ċari ta’ liema attivitajiet ekonomiċi jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli, u kif jintwera l-grad tal-ekoloġizzazzjoni tagħhom. Dan hu kruċjali fil-prevenzjoni tal-greenwashing u biex jiġi żgurat li l-fondi jiġu allokati lis-setturi kruċjali għat-tranżizzjoni ekoloġika.
Fit-13 ta’ Ġunju, il-Kummissjoni ppreżentat pakkett - jinfetaħ f’tab ġdida. biex issaħħaħ il-Qafas tal-UE għall-Finanzi Sostenibbli. Din l-inizjattiva tappoġġa lill-kumpaniji u lis-settur finanzjarju billi tippromwovi l-investiment privat fi proġetti u teknoloġiji tat-tranżizzjoni u billi tidderieġi r-riżorsi finanzjarji lejn l-investimenti sostenibbli. Il-pakkett jinkludi kriterji ġodda fil-qafas tat-Tassonomija tal-UE li se jwessgħu s-sistema tal-klassifikazzjoni tagħha biex tkun tinkludi firxa usa’ ta’ attivitajiet ekonomiċi permezz tal-Atti Delegati dwar it-Tassonomija tal-UE fir-rigward tal-Ambjent u l-Klima - jinfetaħ f’tab ġdida..
Id-dijagramma t’hawn taħt turi l-attivitajiet ekonomiċi ġodda ewlenin li issa huma rikonoxxuti bħala ambjentalment sostenibbli.
Hemm disa’ setturi u attivitajiet ekonomiċi koperti mill-Att Delegat dwar il-Klima u l-Att Delegat Ambjentali. It-tassonomija ta’ x’tinvolvi din il-kopertura, u dak li ġie miżjud ma’ dawn is-setturi, hija kif ġej. Il-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastru huwa settur ġdid li żdied. Dan is-settur jinvolvi soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, flimkien mas-servizzi ta’ emerġenza, il-prevenzjoni tar-riskju ta’ għargħar u infrastruttura ta’ protezzjoni. Is-settur tal-provvista tal-ilma u d-drenaġġ qabel kien jinvolvi l-provvista tal-ilma, id-drenaġġ, l-immaniġġjar tal-iskart u r-rimedju. Issa jinkludi wkoll l-ilma mormi urban, is-sistemi tad-drenaġġ sostenibbli u l-irkupru tal-fosforu mill-ilma mormi. It-trasport qabel kien ikopri l-emissjonijiet baxxi, l-alternattivi tranżizzjonali sal–2025 u l-infrastruttura. Dan twessa’ sabiex ikun jinkludi komponenti ġodda tat-trasport bl-ilma tranżizzjonali, bl-ajru, awtomobilistiku u ferrovjarju. Is-servizzi huwa wkoll settur li għadu kif żdied. Dan ikopri l-bejgħ ta’ spare parts u ta’ oġġetti użati, flimkien mat-tħejjija ta’ prodotti u komponenti fi tmiem il-ħajja għall-użu mill-ġdid, u suq għall-kummerċ ta’ oġġetti użati. Is-settur tal-forestrija jkopri l-afforestazzjoni, il-konservazzjoni, il-ġestjoni tal-foresti kif ukoll ir-riabilitazzjoni u r-restawr tal-foresti. Is-settur tal-attivitajiet tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u professjonali qabel kien ikopri r-riċerka, is-soluzzjonijiet tad-data u ċ-ċentri tad-data. Issa jinkludi wkoll is-software u l-konsulenza, u s-soluzzjonijiet xprunati mid-data għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u operazzjonali. Is-settur tal-enerġija jkopri s-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, it-trażmissjoni u l-attivitajiet nukleari u tal-gass naturali speċifiċi (soġġetti għal kundizzjonijiet stretti). Is-settur tal-manifattura qabel kien jinvolvi t-teknoloġiji abilitanti u l-industrija peżanti (tranżizzjonali). Issa jkopri wkoll l-oġġetti tal-imballaġġ tal-plastik, it-tagħmir elettriku u elettroniku, u l-farmaċewtiċi. Fl-aħħar nett hemm is-settur tal-binjiet li qabel kien ikopri l-kostruzzjoni, il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika u r-rinnovazzjonijiet. Issa huwa estiż ukoll għat-twaqqigħ, għall-manutenzjoni tat-toroq u għall-użu tal-konkos fl-inġinerija ċivili.
Il-pakkett jinkludi wkoll rakkomandazzjoni dwar il-finanzjament tat-tranżizzjoni, li tipprovdi gwida u eżempji prattiċi għall-kumpaniji u għas-settur finanzjarju. Dawn juru kif il-kumpaniji jistgħu jużaw diversi għodod tal-qafas b’mod volontarju biex jidderieġu l-investiment lejn it-tranżizzjoni ekoloġika u jimmaniġġjaw ir-riskji tagħhom ikkaġunati mit-tibdil fil-klima u mid-degradazzjoni ambjentali.
Il-graff tirrappreżenta viżwalment il-perkors tat-tranżizzjoni ta’ kumpanija lejn is-sostenibbiltà, b’korrelazzjoni tal-kronoloġija mill–2023 sal–2033 b’titjib fil-prestazzjoni mil-lat tas-sostenibbiltà u proporzjon dejjem ikbar ta’ attivitajiet ekoloġiċi. Malli l-proporzjon ta’ attivitajiet ekoloġiċi f’kumpanija jiżdied maż-żmien, il-prestazzjoni tagħha mil-lat tas-sostenibbiltà tiżdied ukoll. Linja ħadra tielgħa ’l fuq fil-graff tindika wkoll passi progressivi, li jibdew biż-żieda fl-effiċjenza enerġetika, imbagħad ikomplu bit-titjib fit-teknoloġija tal-produzzjoni, u eventwalment ikomplu bl-investiment f’attivitajiet ekoloġiċi ġodda. L-għodod volontarji li l-kumpaniji jistgħu jużaw biex jiffinanzjaw it-tranżizzjoni tagħhom lejn is-sostenibbiltà maż-żmien jinkludu t-tassonomija tal-Unjoni Ewropea, il-parametri referenzjarji klimatiċi tal-Unjoni Ewropea, l-istandard Ewropew għall-Bonds Ekoloġiċi, miri bbażati fuq ix-xjenza u pjanijiet ta’ tranżizzjoni.
Anke l-klassifikazzjonijiet ambjentali, soċjali u tal-governanza (ESG) jaqdu rwol importanti fis-suq tal-finanzi sostenibbli tal-UE għax jipprovdu informazzjoni lill-investituri u lill-istituzzjonijiet finanzjarji rigward, pereżempju, l-istrateġiji tal-investiment relatati mal-fatturi ESG u mal-immaniġġjar tar-riskju tagħhom. F’Ġunju 2023, il-Kummissjoni pproponiet Regolament - jinfetaħ f’tab ġdida. li se jindirizza n-nuqqas ta’ trasparenza tas-suq tal-klassifikazzjoni ESG, b’hekk jagħmluh aktar affidabbli. Bi prinċipji organizzattivi ġodda u regoli ċari dwar il-prevenzjoni tal-kunflitti tal-interess se tiżdied l-integrità tal-operazzjonijiet tal-fornituri tal-klassifikazzjoni ESG.
Qabel, in-nuqqas ta’ ċarezza dwar il-metodoloġiji, is-sorsi tad-data u l-operazzjonijiet tal-fornituri wassal biex l-investituri ma jafdawx il-kwalità tal-klassifikazzjonijiet Ambjentali, Soċjali u ta’ Governanza. Il-kumpaniji ma kinux ċerti jekk dawn il-klassifikazzjonijiet kinux jirriflettu b’mod preċiż il-prestazzjoni tagħhom, u b’hekk dan kien qed jikkomplika t-teħid ta’ deċiżjonijiet infurmati. Konsegwentement, il-potenzjal tas-Suq Uniku li jappoġġa l-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti ma kienx qed jiġi sfruttat għalkollox. L-għan tal-bidliet proposti huwa li jintroduċu iktar trasparenza u integrità, b’iktar ċarezza dwar l-objettivi, il-metodoloġiji u s-sorsi tad-data, flimkien ma’ rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni u ta’ superviżjoni iktar stretti. Huwa mistenni li dawn il-miżuri jippermettu lill-investituri u lill-kumpaniji jieħdu deċiżjonijiet iktar infurmati, u b’hekk tittejjeb l-effiċjenza tas-Suq Uniku u jingħata kontribut għall-avvanz tal-Patt Ekoloġiku tal-Unjoni Ewropea u tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti.
Biex jiġi żgurat li l-kumpaniji jirrapportaw l-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà b’mod armonizzat, f’Lulju 2023, il-Kummissjoni adottat ukoll l-ewwel sett ta’ Standards Ewropej tar-Rapportar dwar is-Sostenibbiltà - jinfetaħ f’tab ġdida. obbligatorji. L-istandards ikopru kwistjonijiet ESG, fosthom it-tibdil fil-klima, il-bijodiversità u d-drittijiet tal-bniedem. Jipprovdu informazzjoni għall-investituri biex jgħinuhom jifhmu l-impatt tal-kumpaniji li jinvestu fihom fuq is-sostenibbiltà. Iqisu wkoll id-diskussjonijiet mal-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tas-Sostenibbiltà - jinfetaħ f’tab ġdida. u l-Inizjattiva Globali tar-Rapportar - jinfetaħ f’tab ġdida. biex jiżguraw livell għoli ta’ interoperabbiltà bejn l-istandards tal-UE u dawk globali u biex jevitaw rapportar doppju għalxejn mill-kumpaniji.
Il-Patt Ekoloġiku Ewropew - jinfetaħ f’tab ġdida. tal-11 ta’ Diċembru 2019 enfasizza l-importanza li r-riżorsi finanzjarji u kapitali jmorru għal investiment ekoloġiku. Il-bonds ekoloġiċi jaqdu rwol dejjem aktar importanti fil-finanzjament tal-assi tant meħtieġa għat-tranżizzjoni biex jonqsu l-emissjonijiet tal-karbonju. Fit-28 ta’ Frar 2023, il-Parlament u l-Kunsill laħqu ftehim - jinfetaħ f’tab ġdida. dwar il-proposta għal Regolament dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej - jinfetaħ f’tab ġdida. biex jiġi stabbilit standard uffiċjali għall-bonds ekoloġiċi. Ir-Regolament daħal fis-seħħ f’Diċembru. Standard għall-bonds ekoloġiċi hu sett ta’ kriterji li jipprovdi qafas għall-ħruġ tal-bonds ekoloġiċi. L-Istandard Ewropew għall-Bonds Ekoloġiċi jiżgura li l-bonds ekoloġiċi jiffinanzjaw proġetti b’benefiċċji ambjentali ġenwini u jgħin biex jinżammu l-integrità u l-fiduċja fis-suq tal-bonds ekoloġiċi. Il-fornituri tal-bonds ekoloġiċi Ewropej iridu jiżguraw li mill-inqas 85 % tal-fondi miġbura mill-bond jiġu allokati għal attivitajiet ekonomiċi allinjati mar-Regolament dwar it-Tassonomija - jinfetaħ f’tab ġdida.. Il-leġiżlazzjoni l-ġdida tistabbilixxi wkoll qafas għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tar-rieżaminaturi terzi, li se jgħin biex jiġu vverifikati l-karatteristiċi tal-bonds, u b’hekk tittejjeb il-fiduċja fl-asserzjonijiet ekoloġiċi.
Wara l-kriżi finanzjarja globali tal-2007–2008, sar xogħol sostanzjali biex jiġi żgurat li l-banek tal-UE jsiru aktar reżiljenti. Bis-saħħa ta’ dawn l-isforzi, l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-UE marru tajjeb matul kriżijiet aktar reċenti, bħall-pandemija tal-COVID-19, il-gwerra tal-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-kriżi bankarja tal-Istati Uniti fir-rebbiegħa tal-2023. Illum, il-banek tal-UE huma kapitalizzati sew, likwidi ħafna u ssorveljati tajjeb. Kif juru t-testijiet tal-istress tal-2023 - jinfetaħ f’tab ġdida. imwettqa mill-Awtorità Bankarja Ewropea, il-banek tal-UE huma reżiljenti anke f’xenarji negattivi ħafna.
Biex tkompli ssaħħaħ il-banek, fit-18 ta’ April il-Kummissjoni adottat proposta li tirriforma l-qafas eżistenti tal-UE dwar l-immaniġġjar tal-kriżijiet bankarji u l-assigurazzjoni tad-depożiti - jinfetaħ f’tab ġdida.. L-enfasi hi fuq banek ta’ daqs medju u iżgħar. Fil-passat, ħafna banek żgħar u ta’ daqs medju li kienu qed ifallu, ġew megħjuna b’metodi li mhumiex fil-qafas stabbilit tar-riżoluzzjoni. Xi kultant dan kien ifisser li jkollhom jintużaw il-fondi pubbliċi (il-flus ta’ dawk li jħallsu t-taxxi) minflok il-flus tal-bank stess jew fondi oħra ta’ riżerva ffinanzjati mill-industrija u maħsuba biex jipproteġu lid-depożitanti (skemi ta’ garanzija tad-depożiti u fondi tar-riżoluzzjoni). Il-qafas riformat se jiffaċilita l-użu ta’ xbieki tas-sikurezza ffinanzjati mill-industrija biex jipproteġu lid-depożitanti waqt kriżijiet bankarji, pereżempju billi jittrasferuhom minn bank f’diffikultà lejn wieħed b’saħħtu. L-użu ta’ dawn ix-xbieki ta’ sikurezza għandu biss ikun ikkomplementat mir-riżervi tal-banek stess, li jibqgħu l-ewwel linja tad-difiża.
Il-preservazzjoni tal-istabbiltà finanzjarja u l-protezzjoni taflus il-kontribwenti
It-titjib tal-protezzjoni għad-depożitanti
Il-protezzjoni tal-ekonomija reali mill-impatt tal-falliment tal-banek
It-titjib tas-sistemi tafalliment tal-banek u l-protezzjoni tad-depożitanti, speċjalment għall-banek żgħar u tadaqs medju
Mudell tanegozju b’sehem għoli tadepożiti fil-karta bilanċjali
L-għan tar-riforma huwa li tinżamm l-istabbiltà finanzjarja u jiġu protetti flus il-kontribwenti. Fl-istess ħin, id-depożitanti u l-ekonomija reali għandhom jiġu protetti aħjar mill-effetti tal-fallimenti tal-banek. L-għan huwa li jittejbu s-sistemi għall-fallimenti tal-banek u għall-protezzjoni tad-depożitanti, b’mod partikolari għall-banek żgħar u ta’ daqs medju. Qabel ir-riforma, l-azzjonisti u l-kredituri kienu l-ewwel li kienu jġarrbu t-telf f’każ ta’ falliment tal-banek, segwiti mid-depożitanti u mill-fond nazzjonali ta’ riżoluzzjoni jew mill-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (fl-unjoni bankarja). Wara r-riforma, l-azzjonisti u l-kredituri se jkomplu jkunu l-ewwel linja ta’ difiża f’każ ta’ falliment tal-banek, segwiti mill-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti, minflok id-depożitanti, u mbagħad mill-fond nazzjonali ta’ riżoluzzjoni jew mill-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (fl-unjoni bankarja). Dan ir-Regolament il-ġdid għandu l-għan li jagħmel is-sistema bankarja iktar reżiljenti, u dan se jkun ta’ benefiċċju b’mod partikolari għall-mudelli ta’ negozju bi proporzjon għoli ta’ depożiti.
Żvilupp importanti ieħor matul is-sena kien il-ftehim politiku - jinfetaħ f’tab ġdida. dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal rieżami tar-regoli bankarji - jinfetaħ f’tab ġdida. tal-UE (ir-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital u d-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital), magħruf bħala l-pakkett bankarju - jinfetaħ f’tab ġdida.. Dan il-pakkett jimplimenta s-sett finali ta’ standards internazzjonali għar-regolamentazzjoni tas-settur bankarju (l-istandards ta’ Basel III - jinfetaħ f’tab ġdida.) maqbula mill-UE u mis-sħab tagħha tal-G20 fil-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja. Il-fażi inizjali tar-riformi ta’ Basel III — li tagħti mandat għal kapital akbar u ta’ kwalità aqwa, ingranaġġ imnaqqas u rekwiżiti stretti tal-likwidità —diġà hi fis-seħħ fil-banek kollha tal-UE. Bit-tlestija ta’ dawn l-istandards, l-UE timmira li ttejjeb is-sempliċità, il-komparabbiltà u s-sensittività għar-riskju tal-qafas regolatorju biex fl-aħħar mill-aħħar terġa’ tinkiseb il-fiduċja fir-rekwiżiti kapitali bbażati fuq ir-riskju.
Basel III: regoli ġodda dwar il-mudelli interni
Se jiġi introdott limitu ġdid biex jiġi żgurat li r-riskji ma jiġux sottovalutati meta l-banek jużaw il-mudelli ta’ kalkolu tagħhom stess.
Superviżjoni aħjar
Is-superviżuri se jkollhom għodod aktar b’saħħithom biex jissorveljaw il-banek tal-UE, inklużi gruppi bankarji kumplessi. Se jiġu introdotti standards minimi biex jissorveljaw banek ta’ pajjiżi mhux fl-UE.
Sostenibbiltà
Il-banek se jkunu meħtieġa jqisu r-riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza meta jiġġestixxu n-negozju tagħhom.
F’Mejju, il-Kummissjoni pproponiet l-aktar riforma ambizzjuża tal-unjoni doganali - jinfetaħ f’tab ġdida. minn mindu ġiet stabbilita fl-1968, b’reazzjoni għaż-żieda fil-volumi tal-kummerċ, għat-tkabbir tal-kummerċ elettroniku u għall-istandards aqwa tal-UE. Il-frammentazzjoni diġitali tas-sistema attwali u l-koordinazzjoni subottimali bejn l-awtoritajiet nazzjonali żiedu l-kostijiet tal-konformità amministrattiva għan-negozjanti u fetħu l-bibien għall-frodi.
Ir-riforma tinkludi l-istabbiliment ta’ awtorità doganali tal-UE li se tissorvelja pjattaforma tad-data doganali - jinfetaħ f’tab ġdida. ġdida. Dan l-istabbiliment se jwassal għal approċċ aktar ċentralizzat u diġitalizzat għad-dwana li għandu jnaqqas il-kostijiet tal-konformità għan-negozjanti, jillibera r-riżorsi għall-awtoritajiet nazzjonali u jiżgura unjoni doganali aktar effiċjenti, imsaħħa u reżistenti għall-frodi.
Rekwiżiti ġodda tar-rapportar u tal-iskambju tal-informazzjoni, f’konformità mal-Qafas għar-Rappurtar tal-Kriptoassi tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, se jassistu lill-Istati Membri fl-indirizzar tal-evażjoni tat-taxxa u tal-frodi fis-setturi tal-kriptoassi u tal-flus elettroniċi. Il-ftehim - jinfetaħ f’tab ġdida. li ntlaħaq fl-2023 jirrikjedi li l-fornituri kollha tal-kriptoassi bbażati fl-UE jirrapportaw it-tranżazzjonijiet li jagħmlu l-klijenti residenti fl-UE, u b’hekk jittejbu d-detezzjoni tal-frodi u l-evitar tat-taxxa.
Bħala parti mill-Pjan ta’ Azzjoni tal-2020 għall-Unjoni tas-Swieq Kapitali u l-Pjan ta’ Azzjoni għal Tassazzjoni Ġusta u Sempliċi li Tappoġġa l-Irkupru tal-UE - jinfetaħ f’tab ġdida., il-Kummissjoni pproponiet is-simplifikazzjoni tal-proċeduri tat-taxxa f’ras il-għajn għall-investituri, għall-intermedjarji finanzjarji u għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa. Dan il-pass għandu l-għan li jipprevjeni kemm it-tassazzjoni doppja kif ukoll l-abbużi tas-sistema tar-rifużjoni jew tal-ħelsien. Maħsub ukoll biex jarmonizza l-proċeduri biex jinkiseb ħelsien mit-taxxi f’ras il-għajn, b’hekk jonqsu l-kostijiet għall-partijiet ikkonċernati.
Il-Kummissjoni pproponiet ukoll Direttiva dwar l-ipprezzar tat-trasferiment - jinfetaħ f’tab ġdida. biex jonqos il-piż tal-konformità, tiżdied iċ-ċertezza tat-taxxa u jonqos it-tilwim dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti. L-għan hu l-prevenzjoni tat-tassazzjoni doppja u tal-każijiet ta’ nontassazzjoni doppja.
L-immaniġġjar ta’ 27 sistema fiskali nazzjonali differenti, ilkoll bir-regoli speċifiċi tagħhom, jikkawża kostijiet kbar f’dak li għandu x’jaqsam mal-konformità fiskali. Dan jiskoraġġixxi l-investiment transfruntier fl-UE, b’hekk iqiegħed lin-negozji fi żvantaġġ kompetittiv meta mqabbla mal-bqija fid-dinja.
Biex tindirizza din il-kwistjoni, f’Settembru l-Kummissjoni adottat il-proposta negozju fl-Ewropa: qafas għat-tassazzjoni fuq l-introjtu - jinfetaħ f’tab ġdida..Dan il-qafas jintroduċi sett unifikat ta’ regoli għad-determinazzjoni tal-bażi tat-taxxa għal gruppi ta’ kumpaniji. Se jnaqqas il-kostijiet tal-konformità b’massimu ta’ 65 % għan-negozji l-kbar li joperaw f’diversi Stati Membri. Barra minn hekk, se jissimplifika l-proċess għall-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali, u b’hekk se jkun aktar faċli li jiġu ddeterminati t-taxxi korretti dovuti.
Filwaqt li l-proposta hi prinċipalment immirata għall-gruppi l-kbar li joperaw madwar l-Unjoni Ewropea kollha, l-UE ħadet ukoll miżuri biex tissimplifika r-regoli tat-taxxa għall-mikrokumpaniji u għall-SMEs. Id-Direttiva proposta dwar it-tassazzjoni tal-uffiċċju prinċipali - jinfetaħ f’tab ġdida. tintroduċi qafas ta’ simplifikazzjoni għall-SMEs li joperaw fi Stati Membri oħra permezz ta’ stabbilimenti permanenti. Din id-Direttiva tagħtihom l-għażla li jinteraġixxu ma’ amministrazzjoni tat-taxxa waħda biss (jew uffiċċju prinċipali) minflok mal-uffiċċji tat-taxxa tal-Istati Membri kollha li joperaw fihom. L-għan hu li titħeġġeġ l-espansjoni transfruntiera.