Kapitlu 7 – Inħarsu lin-nies u l-libertajiet

Tekniku tal-laboratorju mara liebsa par ingwanti u ġagaga tal-laboratorju, qed tieħu kampjun b’siringa minn kontenitur żgħir.

Introduzzjoni

Fl-2023, hekk kif finalment tneħħa l-istatus tal-COVID-19 bħala emerġenza tas-saħħa dinjija, tlestew l-aħħar sisien tal-Unjoni Ewropea tas-Saħħa. Fil-futur, l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea se jkunu mħejjija aħjar biex jindirizzaw kriżi tas-saħħa pubblika flimkien u jkunu jistgħu jipproteġu aħjar kemm is-saħħa fiżika kif ukoll is-saħħa mentali taċ-ċittadini tagħhom. L-UE saħħet ir-rispons tagħha għall-isfida komuni tal-migrazzjoni bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni — bil-ftehim politiku bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, u miżuri operazzjonali — u bis-saħħa ta’ sħubijiet komprensivi ma’ pajjiżi li mhumiex fl-UE.

Matul l-2023, kellna wkoll is-sħubija tal-Kroazja fiż-żona Schengen, u għalhekk bdiet tgawdi l-benefiċċji sħaħ ta’ membru fl-akbar żona tal-moviment liberu fid-dinja. Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ħa wkoll id-deċiżjoni storika li jilqa’ lill-Bulgarija u lir-Rumanija fiż-żona Schengen, u beda bit-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri tal-ajru u tal-baħar mill-aħħar ta’ Marzu 2024. L-UE ħadet ukoll passi komprensivi biex tipproteġi liċ-ċittadini tagħha mit-theddid intern u minn theddid li jkun ġej minn barra l-fruntieri tagħha.

Ikklikkja biex tmur Taqsima 4 - Saħħa aħjar

Taqsima 4

Saħħa aħjar

Nipproteġu liċ-ċittadini

L-attakki terroristiċi fi skola fi Franza u fit-toroq ta’ Brussell f’Ottubru 2023 kienu tfakkira ċara tal-urġenza li jissoktaw l-adattament u t-tisħiħ tal-arkitettura tas-sigurtà tal-UE. Matul is-sena ġew miftiehma għadd ta’ miżuri biex jgħinu fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-terroriżmu, it-traffikar tal-bnedmin, it-traffikar tad-drogi u l-korruzzjoni.

Il-Kummissjoni ħeġġet ukoll lill-Istati Membri biex jieħdu l-passi meħtieġa ħalli jiżguraw il-konformità sħiħa mar-Regolament li jindirizza t-tixrid tal-kontenut terroristiku online - jinfetaħ f’tab ġdida., li jobbliga lill-fornituri tas-servizzi jneħħu l-kontenut terroristiku fi żmien siegħa minn meta jirċievu ordni ta’ tneħħija mingħand l-awtoritajiet tal-Istati Membri. F’Ottubru ġie ppubblikat sett ta’ rakkomandazzjonijiet - jinfetaħ f’tab ġdida. biex l-Istati Membri jikkoordinaw ir-rispons tagħhom kontra t-tixrid u t-tkattir tal-kontenut illegali, bħall-kontenut terroristiku jew id-diskors ta’ mibegħda illegali, qabel ma jikkaġuna xi theddida serja għas-sigurtà pubblika. (Ara l-Kapitlu 5 għal aktar dettalji.)

L-UE hija impenjata li żżid l-azzjoni kontra kull forma ta’ mibegħda. Wara żieda allarmanti fid-diskors ta’ mibegħda u r-reati tal-mibegħda — immirati b’mod partikolari lejn il-komunitajiet Lhud u Musulmani — il-Kummissjoni Ewropea flimkien mar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, Josep Borrell, nedew sejħa għal azzjoni - jinfetaħ f’tab ġdida. lill-Ewropej kollha biex jieqfu kontra l-mibegħda u jitkellmu favur it-tolleranza u r-rispett. Bil-komunikazzjoni konġunta, l-UE qed issaħħaħ l-azzjoni f’oqsma ta’ politika bħas-sigurtà, il-qasam diġitali, l-edukazzjoni, il-kultura u l-isport. Din tinkludi finanzjament addizzjonali biex jiġu protetti l-postijiet tal-qima, b’rappreżentanti maħtura apposta biex isarrfu l-akbar potenzjal possibbli tal-politiki tal-UE fil-ġlieda kontra l-mibegħda.

Il-Kummissjoni ħeġġet ukoll lill-Kunsill biex jestendi l-lista attwali tar-reati tal-UE stabbilita fit-trattati biex tkun tinkludi d-diskors tal-mibegħda u r-reati tal-mibegħda, kif propost fl-2021 - jinfetaħ f’tab ġdida., u tenniet l-importanza li tiġi intensifikata l-implimentazzjoni tal-Istrateġija 2021–2030 dwar il-Ġlieda kontra l-Antisemitiżmu u t-Trawwim tal-Ħajja Lhudija - jinfetaħ f’tab ġdida..

Iċ-ċittadini u n-negozji fl-UE jiddependu fuq infrastruttura kritika li tipprovdi s-servizzi essenzjali. F’xenarju ġeopolitiku u tas-sigurtà dejjem aktar kumpless, l-UE qed tieħu azzjoni biex tnaqqas il-vulnerabbiltajiet u żżid ir-reżiljenza f’dan il-qasam. Il-Kummissjoni adottat lista ta’ servizzi essenzjali - jinfetaħ f’tab ġdida., marbuta mal-infrastruttura kritika, li trid tiġi vvalutata mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni pproponiet ukoll Pjan ta’ Azzjoni għall-Infrastruttura Kritika - jinfetaħ f’tab ġdida. biex issaħħaħ il-koordinazzjoni fil-livell tal-UE fejn jidħol ir-rispons għall-inċidenti transfruntiera sinifikanti.

Bħala parti minn pakkett ta’ miżuri - jinfetaħ f’tab ġdida. adottat fit-30 anniversarju taċ-ċittadinanza tal-UE - jinfetaħ f’tab ġdida., f’Diċembru, il-Kummissjoni pproponiet li temenda r-regoli biex tipproteġi u tappoġġa liċ-ċittadini tal-UE barra minn pajjiżhom fi żminijiet ta’ kriżi. Id-Direttiva riveduta dwar il-Protezzjoni Konsulari - jinfetaħ f’tab ġdida. għandha l-għan li tiżgura protezzjoni aħjar u aktar faċli liċ-ċittadini meta jivvjaġġaw barra mill-UE, jekk pajjiżhom ma jkollux konsulat jew ambaxxata fejn ikunu.

Ylva Johansson titkellem quddiem kamera f’mikrofonu li qed jinżamm quddiemha minn ġurnalist. Warajha jidher port.
Ylva Johansson, il-Kummissarju Ewropew għall-Affarijiet Interni, twieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti fil-Port ta’ Antwerp fid-dawl taż-żieda kontinwa fil-kwantità ta’ kokaina ssekwestrata fil-port, il-Belġju, is-7 ta’ Frar 2023.

Inqawwu l-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga

It-traffikar tad-droga jħalli ħafna qligħ fil-bwiet tal-kriminali, bħalma qed turi ż-żieda bla preċedent fl-ammont tad-drogi illeċiti disponibbli fl-Ewropa u l-fatt li s-sekwestri tad-drogi fl-UE qed jilħqu livelli rekord. L-impatt tan-networks kriminali involuti fl-attivitajiet illeċiti jinħass fil-qalba tal-komunitajiet u fl-ekonomiji, u jitlob rispons kollettiv u kkoordinat mill-gvernijiet, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-atturi privati f’setturi ewlenin.

Il-profitt stmat tal-kriminalità organizzata minn attivitajiet illeċiti, inkluż it-traffikar tad-droga, huwa ta’ madwar €139 biljun fis-sena, li huwa ekwivalenti għal 1 % tal-prodott domestiku gross tal-UE.

50 % tal-omiċidji kollha fl-Ewropa huma marbuta direttament mat-traffikar tad-droga.

70 % tas-sekwestri kollha tad-droga fl-UE jsiru fil-portijiet.

40 % tan-networks kriminali attivi fl-UE huma involuti fil-kummerċ tad-drogi illegali.

Is-suq Ewropew tal-kokaina żdied b’416 % bejn l-2011 u l-2021.

Kien hemm 6,200 mewta minn dożi eċċessivi ta’ drogi fl-2021 fl-UE.

Biex iżżid l-isforzi tal-UE fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-traffikar tad-droga, f’Ottubru l-Kummissjoni stabbiliet pjan direzzjonali - jinfetaħ f’tab ġdida. bi 17-il azzjoni mmirata f’erba’ oqsma ta’ prijorità. Il-miżuri jibnu fuq l-implimentazzjoni attwali tal-Istrateġija tal-UE dwar il-Kriminalità Organizzata - jinfetaħ f’tab ġdida. 2021–2025 u l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi - jinfetaħ f’tab ġdida..

Pjan direzzjonali ġdid tal-UE għall-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi u l-kriminalità organizzata

Iż-żieda tar-reżiljenza tal-portijiet kontra t-traffikar tad-drogi u l-infiltrazzjoni kriminali.

Iż-żarmar ta’ networks kriminali ta’ riskju għoli permezz ta’ investigazzjonijiet aktar koordinati u l-użu ta’ allerti tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen.

Miżuri għall-prevenzjoni tal-kriminalità organizzata permezz tal-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri.

Ħidma ma’ sħab internazzjonali, inkluż fil-Punent tal-Afrika, fl-Amerka Latina u fil-Karibew.

Barra minn hekk, l-UE qed issaħħaħ il-mandat tal-atturi ewlenin fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi, pereżempju billi fl-2024 tistabbilixxi l-Aġenzija l-ġdida tal-UE dwar id-Drogi - jinfetaħ f’tab ġdida.. L-Aġenzija se tiżviluppa sistema Ewropea tat-twissija dwar id-drogi biex l-awtoritajiet nazzjonali jiġu mgħarrfa malajr dwar is-sustanzi perikolużi ġodda li jidħlu fis-suq. L-UE żiedet ukoll il-finanzjament għall-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea kontra t-Theddid tal-Kriminalità - jinfetaħ f’tab ġdida., u nkisbu riżultati sinifikanti - jinfetaħ f’tab ġdida.. Barra minn hekk, se tissokta tinvesti f’soluzzjonijiet innovattivi għall-aġenziji tal-infurzar tal-liġi ħalli tgħinhom iżommu l-pass mal-bidla teknoloġika u jibqgħu effettivi fil-protezzjoni taċ-ċittadini llum u fil-futur.

Il-korruzzjoni hija theddida għas-sigurtà għax tiftaħ il-bibien u tixpruna l-kriminalità organizzata, it-terroriżmu u forom oħra ta’ kriminalità, fosthom il-ħasil tal-flus u t-traffikar tad-droga. Fl-2023, il-Kummissjoni pproponiet leġiżlazzjoni ġdida - PDF file – jinfetaħ f’tab ġdida. biex tiġġieled il-korruzzjoni u nediet network tal-UE kontra l-korruzzjoni - jinfetaħ f’tab ġdida.. Barra minn hekk, f’Ġunju l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ftiehmu fuq regoli ġodda - jinfetaħ f’tab ġdida. dwar l-aċċess għall-informazzjoni finanzjarja, u dawn se jagħtu aċċess malajr lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għal informazzjoni dwar il-kontijiet fejn il-kriminali u t-terroristi jkunu qed iżommu jew jaħbu l-fondi jew l-assi tagħhom.

Fl-istess xahar, l-UE adottat regoli ġodda - jinfetaħ f’tab ġdida. ħalli jeħfief u jitħaffef il-proċess li bih l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u ġudizzjarji jiksbu l-evidenza elettronika meħtieġa biex jinvestigaw u jressqu lill-kriminali. Dan ifisser li awtorità ġudizzjarja fi Stat Membru partikolari se tkun tista’ tikseb evidenza elettronika mingħand fornitur tas-servizzi (bħal kumpanija tat-telekomunikazzjoni jew tal-midja soċjali) jew mingħand ir-rappreżentant legali tiegħu fi Stat ieħor.


85 % tal-investigazzjonijiet kriminali jinvolvu data diġitali.

Issir talba transfruntiera biex tinkiseb evidenza elettronika f’aktar minn 50 % tal-investigazzjonijiet kriminali kollha.

Iż-żmien medju meħtieġ biex tinkiseb evidenza elettronika kien ta’ 10 xhur għal proċeduri ta’ assistenza legali reċiproka u  120 jum għall-Ordnijiet ta’ Investigazzjoni Ewropej.

Ir-regoli l-ġodda (effettivi mill-2026) se jnaqqsu ż-żmien meħtieġ biex tinkiseb evidenza elettronika għal 10 ijiem biss, u f’każijiet ta’ emerġenza għal inqas minn 8 sigħat.


Resqin lejn politika ġdida dwar il-migrazzjoni

Il-Patt il-Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil - jinfetaħ f’tab ġdida. tfassal biex jimmaniġġja u jinnormalizza l-migrazzjoni fit-tul, filwaqt li jipprovdi ċ-ċertezza u kundizzjonijiet deċenti lill-persuni li jaslu fl-UE. Hu maħsub ukoll biex jistabbilixxi approċċ komuni tal-UE għall-migrazzjoni u l-ażil, imsejjes fuq is-solidarjetà, ir-responsabbiltà u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem.

F’Diċembru, il-Parlament u l-Kunsill laħqu ftehim dwar ħames proposti ewlenin - jinfetaħ f’tab ġdida. tal-patt. Ladarba dawn il-proposti jiġu adottati formalment, il-patt se jkun fis-seħħ, u b’hekk jinħoloq qafas legali li jibbilanċja s-solidarjetà u r-responsabbiltà bejn l-Istati Membri għal approċċ effettiv u ġust għall-immaniġġjar tal-migrazzjoni.

Il-Patt il-Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil: proposti ewlenin - jinfetaħ f’tab ġdida. maqbula fl-2023

Ir-Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni

Jistabbilixxi mekkaniżmu ġdid ta’ solidarjetà biex jibbilanċja s-sistema attwali fejn ftit Stati Membri huma responsabbli għall-maġġoranza l-kbira tal-applikazzjonijiet għall-ażil, u jistabbilixxi regoli ċari dwar ir-responsabbiltà għall-applikazzjonijiet għall-ażil.

Ir-Regolament dwar il-Proċedura tal-Ażil

Jindirizza l-proċedura komuni li l-Istati Membri għandhom isegwu meta l-persuni jfittxu protezzjoni internazzjonali, u b’hekk il-proċeduri tal-ażil, tar-ritorn u tal-fruntieri jsiru aktar rapidi u aktar effettivi.

Ir-Regolament dwar Sitwazzjonijiet ta’ Kriżi

Għandu l-għan li jiżgura li l-UE tkun ippreparata fil-futur biex tiffaċċja sitwazzjonijiet ta’ kriżi, inkluż l-istrumentalizzazzjoni tal-migranti.

Ir-Regolament Eurodac

Jistabbilixxi bażi tad-data komuni li tiġbor flimkien data aktar preċiża u kompluta.

Ir-Regolament dwar l-Iskrinjar

Joħloq regoli uniformi dwar l-identifikazzjoni ta’ ċittadini mhux tal-UE mal-wasla tagħhom, u b’hekk tiżdied is-sigurtà fiż-żona Schengen.


B’mod paralleli, issaħħu miżuri operazzjonali li jappoġġaw lill-Istati Membri tul ir-rotot migratorji ewlenin lejn l-Ewropa. Fl-2023, il-Kummissjoni ppreżentat pjanijiet ta’ azzjoni dwar ir-rotot tal-Mediterran tal-Lvant - jinfetaħ f’tab ġdida. u tal-Mediterran tal-Punent u tal-Atlantiku - jinfetaħ f’tab ġdida., b’miżuri prattiċi mfassla għall-pajjiżi tal-oriġini u tat-tranżitu rilevanti. Dawn jikkumplimentaw il-pjanijiet ta’ azzjoni għar-rotot tal-Balkani tal-Punent - jinfetaħ f’tab ġdida. u tal-Mediterran Ċentrali - jinfetaħ f’tab ġdida., ippreżentati fl-2022. Il-miżuri li ħadu l-UE, l-Istati Membri u s-sħab internazzjonali għenu fl-immaniġġjar tan-numri tal-wasliet irregolari.

Tnieda mill-ġdid il-Grupp ta’ Kuntatt Ewropew dwar it-Tiftix u s-Salvataġġ - jinfetaħ f’tab ġdida. biex jippromwovi koordinazzjoni aktar mill-qrib u l-aqwa prattiki, b’mod partikolari fost l-istati tal-bandiera tal-bastimenti - jinfetaħ f’tab ġdida. u l-istati kostali. Barra minn hekk, 19-il Stat Membru u l-erba’ pajjiżi assoċjati ma’ Schengen (l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera) impenjaw ruħhom li jimplimentaw Mekkaniżmu Volontarju tas-Solidarjetà mfassal biex jappoġġa lill-aktar Stati Membri affettwati mill-isfidi migratorji. L-UE kompliet ukoll issegwi mill-qrib is-sitwazzjoni migratorja permezz tal-Mekkaniżmu tal-UE għat-Tħejjija u l-Ġestjoni tal-Kriżijiet relatati mal-Migrazzjoni - jinfetaħ f’tab ġdida. biex jissaħħaħ ir-rispons konġunt.

Għall-perjodu 2021–2027, il-Kummissjoni warrbet €11.5-il biljun għall-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati ma’ Schengen biex iwettqu programmi li jindirizzaw sfidi fil-migrazzjoni, fl-immaniġġjar tal-fruntieri u tas-sigurtà.

Wara żieda fil-wasliet mill-Afrika ta’ Fuq fuq il-gżira Taljana ta’ Lampedusa f’Settembru, l-UE stabbiliet pjan ta’ 10 punti - jinfetaħ f’tab ġdida. li jinvolvi miżuri prattiċi biex tonqos il-migrazzjoni irregolari u tingħata assistenza immedjata lill-awtoritajiet Taljani.

Ursula von der Leyen, Giorgia Meloni u Matteo Piantedosi mexjin ħdejn tinda tas-Salib l-Aħmar.
Ursula von der Leyen, il-President tal-Kummissjoni Ewropea (it-tielet mix-xellug), Giorgia Meloni, il-Prim Ministru tal-Italja (fuq quddiem, it-tielet mil-lemin), u Matteo Piantedosi, il-Ministru Taljan għall-Intern (fuq quddiem, it-tieni mil-lemin), waqt iż-żjara tagħhom fil-hotspot tal-migranti fuq il-gżira ta’ Lampedusa, l-Italja, is-17 ta’ Settembru 2023.

Nissieltu l-migrazzjoni irregolari

Ġlieda kontra d-dħul klandestin tal-migranti

Il-ġlieda u l-prevenzjoni tal-faċilitazzjoni tad-dħul klandestin tal-migranti u t-traffikar tal-bnedmin huma tnejn mill-prijoritajiet tal-UE, tant kruċjali biex tiġi indirizzata l-migrazzjoni irregolari b’mod komprensiv. In-networks li jiffaċilitaw id-dħul klandestin tal-migranti jafu kif jisfruttaw it-toqob legali u qed jużaw metodi ġodda tar-reklutaġġ, bħall-midja soċjali u l-apps mobbli. Dan l-iżvilupp, magħruf bħala faċilitazzjoni diġitali, hu sfida ġdida għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u ġudizzjarji. Il-faċilitazzjoni tad-dħul klandestin tal-migranti u t-traffikar tal-bnedmin ħafna drabi jkunu interrelatati: in-networks li jiffaċilitaw il-wasliet klandestini jisfruttaw lill-migranti tul ir-rotot jew inkella jiffaċilitaw id-dħul klandestin tagħhom biex ikunu jistgħu jiġu sfruttati fl-Ewropa.

It-Task forces operazzjonali appoġġati mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Koperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi - jinfetaħ f’tab ġdida. u l-iskwadri tal-investigazzjoni konġunta permezz tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali - jinfetaħ f’tab ġdida. qed isaħħu l-isforzi kontra n-networks li jiffaċilitaw id-dħul klandestin tal-migranti. Pereżempju nħolqot task force operazzjonali bħala parti mis-segwitu li qed tagħmel l-Italja għall-pjan ta’ 10 punti għal Lampedusa. L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi - jinfetaħ f’tab ġdida. qed tikkontribwixxi wkoll għall-isforzi fil-ġlieda kontra l-organizzazzjonijiet kriminali.

F’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE kontra l-Faċilitazzjoni tad-Dħul Klandestin tal-Migranti (2021–2025) - jinfetaħ f’tab ġdida., tnediet Sħubija Operazzjonali mat-Tuneżija kontra l-Faċilitazzjoni tad-Dħul Klandestin tal-Migranti, abbażi tas-sħubijiet konklużi fl-2022 mal-Marokk, in-Niġer u l-Balkani tal-Punent.

Issa mod ġdid kif gradwalment in-networks bdew jiffaċilitaw il-migrazzjoni irregolari lejn l-UE hu bil-mezzi kummerċjali tat-trasport, l-aktar bl-ajru. Biex tindirizza dan, f’Ġunju l-Kummissjoni adottat sett ta’ miżuri - jinfetaħ f’tab ġdida. li jappoġġaw lill-Istati Membri, inkluż bit-tixrid tal-għarfien fost l-operaturi tat-trasport.

F’Novembru, il-Kummissjoni pproponiet aġġornament - jinfetaħ f’tab ġdida. tal-qafas leġiżlattiv tal-UE, li kien sar 20 ilu, għall-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni tad-dħul klandestin tal-migranti. Din il-proposta kienet tinkludi proposta li tistabbilixxi regoli minimi - jinfetaħ f’tab ġdida. għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni tad-dħul, tat-tranżitu u tas-soġġorn mhux awtorizzati fl-UE, b’penali aktar stretti għall-kuntrabandisti. Regoli ġodda jsaħħu r-rwol tal-aġenziji tal-UE, b’mod partikolari tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Koperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi, u jżidu l-kooperazzjoni mal-pajjiżi sħab biex il-kwistjoni jindirizzawha globalment. L-UE nediet ukoll Sejħa għal Azzjoni għal Alleanza Dinjija għall-Ġlieda Kontra l-Faċilitazzjoni tad-Dħul Klandestin tal-Migranti - PDF file – jinfetaħ f’tab ġdida..

90 % tal-migranti irregolari jiddaħħlu minn faċilitaturi tad-dħul klandestin.

15,000  faċilitatur tad-dħul klandestin ġew irrappurtati mill-Europol fl-2022.

Kien hemm 331,000 dħul irregolari fil-fruntieri esterni tal-UE fl-2022.

Sfidi emerġenti

Għal immaniġġjar effiċjenti tal-migrazzjoni hemm bżonn politika kkoordinata dwar il-viżi. L-UE għandha arranġamenti mingħajr viża ma’ aktar minn 60 pajjiż, li jipprovdu ħafna benefiċċji liċ-ċittadini taż-żewġ naħat, kif ukoll lill-Istati Membri u lill-pajjiżi sħab. Madankollu, l-ivvjaġġar mingħajr viża joħloq bosta sfidi migratorji u tas-sigurtà - jinfetaħ f’tab ġdida.. Pereżempju, in-nuqqas ta’ allinjament biżżejjed mal-politika tal-UE dwar il-viżi jista’ jbiddel pajjiż mingħajr viża f’ċentru tat-tranżitu għall-wasliet irregolari fl-UE. Barra minn hekk, l-iskemi taċ-ċittadinanza bl-investiment li jħaddmu ċerti pajjiżi mingħajr viża barra mill-UE joħolqu riskji għas-sigurtà.

Bħala tweġiba għal dan, il-Kummissjoni pproponiet reviżjoni - jinfetaħ f’tab ġdida. tal-Mekkaniżmu attwali tas-Sospensjoni tal-Viża - jinfetaħ f’tab ġdida.. Il-proposta tintroduċi raġunijiet ġodda li jwasslu għal sospensjoni tar-reġimi mingħajr viża, limiti aktar flessibbli li jwasslu biex jiskatta l-mekkaniżmu, u dispożizzjonijiet biex jissaħħu l-obbligi tal-monitoraġġ u tar-rappurtar.

F’Ottubru, il-Kummissjoni ppreżentat ukoll is-sitt rapport - jinfetaħ f’tab ġdida. lill-Parlament abbażi tal-Mekkaniżmu tas-Sospensjoni tal-Viża. Ir-rapport ikopri l-iżviluppi fil-pajjiżi mingħajr viża fil-Balkani tal-Punent u s-Sħubija tal-Lvant. Jiffoka wkoll fuq pajjiżi fil-Paċifiku u l-Karibew li jħaddmu skemi taċ-ċittadinanza bl-investiment.

Insaħħu l-immaniġġjar tal-fruntieri

F’Marzu ġiet ippreżentata l-ewwel Strateġija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Fruntieri - jinfetaħ f’tab ġdida. li qatt saret. Din tipprovdi qafas ikkoordinat għall-awtoritajiet nazzjonali u għal aktar minn 120,000 impjegat fl-awtoritajiet nazzjonali tal-fruntieri u fl-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta - jinfetaħ f’tab ġdida. li jaħdmu flimkien biex jipproteġu l-fruntieri tal-UE. Il-viżjoni komuni tfasslet wara perjodu estensiv ta’ konsultazzjoni bejn l-istituzzjonijiet. L-istrateġija tnaqqas ukoll id-dipendenza fuq it-teknoloġiji kritiċi minn pajjiżi mhux tal-UE billi taħtaf ir-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE dwar l-immaniġġjar tal-fruntieri.

Il-Kummissjoni ħadet passi oħrajn biex tissawwar is-sistema komuni tal-UE għall-ġestjoni tar-ritorn tal-migranti irregolari, inkluż b’Rakkomandazzjoni dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku tad-Deċiżjonijiet tar-Ritorn u t-Tħaffif tar-Ritorni - jinfetaħ f’tab ġdida.. Il-Kordinatur tar-Ritorni - jinfetaħ f’tab ġdida. tal-UE, bl-appoġġ ta’ rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, iffinalizza l-istrateġija operazzjonali li tiggwida ħidmet in-Network ta’ Livell Għoli għar-Ritorni u beda jimplimentaha. Il-Kummissjoni diġà qed taħdem flimkien mal-Istati Membri dwar azzjonijiet tar-ritorn immirati. L-Istati Membri rrapportaw żieda ta’ 9 % fid-deċiżjonijiet tar-ritorn maħruġa lil ċittadini mhux tal-UE bejn Jannar u Settembru 2023, meta mqabbla mal-istess perjodu tas-sena ta’ qabel.

Perkorsi sikuri u legali lejn l-Ewropa

L-iskarsezzi tal-ħiliet għadhom jippersistu fl-UE, f’firxa ta’ setturi, u f’diversi livelli tal-ħiliet. L-UE qed tistinka biex issolvi dawn l-iskarsezzi fi ħdanha, billi taħtaf il-potenzjal tal-forza tax-xogħol domestika tal-UE. Iżda biex tindirizza bis-sħiħ din l-isfida u l-impatti tat-tibdil demografiku, l-UE jeħtieġ ukoll tagħmel iżjed ħalli tattira ħiliet u talent minn madwar id-dinja kollha.

L-implimentazzjoni tal-pakkett tal-ħiliet u t-talent - jinfetaħ f’tab ġdida. adottat f’April 2022 qed tgħin biex is-suq tax-xogħol tal-UE jsir aktar attraenti għat-talent minn barra l-UE. Fost il-miżuri kien hemm proposti leġiżlattivi li jissimplifikaw il-proċeduri tal-applikazzjoni għaċ-ċittadini mill-pajjiżi mhux tal-UE li jridu jaħdmu fl-UE u biex jissaħħu d-drittijiet tagħhom. In-negozjati qabdu ritmu tajjeb, u f’Diċembru 2023 sar ftehim politiku bejn il-Parlament u l-Kunsill dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Permess Uniku - jinfetaħ f’tab ġdida., u ftehim dwar aġġornament tad-Direttiva dwar ir-Residenti fit-Tul - jinfetaħ f’tab ġdida. mistenni qabel tmiem il-mandat tal-Kummissjoni attwali.

F’Novembru, il-Kummissjoni ppreżentat pakkett dwar il-mobbiltà tat-talenti - jinfetaħ f’tab ġdida. b’miżuri addizzjonali dwar l-attrazzjoni tat-talent. B’mod partikolari, dan jipproponi li tinħoloq Riżerva tat-Talent tal-UE, l-ewwel pjattaforma għall-UE kollha għat-tqabbil tat-talenti taċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi li jixtiequ jiġu jaħdmu fl-UE mal-ħtiġijiet tal-impjegaturi fl-Istati Membri. Il-pakkett jinkludi wkoll miżuri għar-rikonoxximent tal-kwalifiki taċ-ċittadini mill-pajjiżi terzi u li jiffaċilitaw il-mobbiltà għat-tagħlim. L-UE qed tiżviluppa wkoll sħubijiet tat-talent ma’ pajjiżi sħab ewlenin biex tistabbilixxi koperazzjoni ta’ benefiċċju reċiproku dwar il-mobbiltà u l-iżvilupp tal-ħiliet. (Ara wkoll il-Kapitlu 5.)

© Adobe Stock

Iż-żona Schengen

Fl-ewwel tkabbir taż-żona Schengen - jinfetaħ f’tab ġdida. f’aktar minn għaxar snin, fl-1 ta’ Jannar 2023 il-Kroazja saret is-27 pajjiż li ngħaqad mal-ispazju tal-ivvjaġġar mingħajr fruntieri. Minbarra 23 Stat Membru, anki l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera huma membri ta’ Schengen. F’Diċembru, il-Kunsill iddeċieda - jinfetaħ f’tab ġdida. b’vot unanimu li jilqa’ lill-Bulgarija u lir-Rumanija fiż-żona Schengen, u beda bit-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri tal-ajru u tal-baħar mill-aħħar ta’ Marzu 2024. L-adeżjoni tagħhom se tagħti spinta lill-ivvjaġġar, il-kummerċ u t-turiżmu, u se tkompli tikkonsolida s-Suq Uniku. Matul l-2024 se jitkomplew id-diskussjonijiet dwar deċiżjoni oħra li tneħħi l-kontrolli fil-fruntieri tal-art. Żona Schengen akbar tagħmel lill-UE aktar b’saħħitha bħala Unjoni, kif stabbilit fir-“Rapport dwar l-Istat ta’ Schengen 2023 - jinfetaħ f’tab ġdida.”.

Is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen - jinfetaħ f’tab ġdida. imġedda daħlet fis-seħħ f’Marzu 2023. Din tipprovdi possibbiltajiet ġodda lill-Istati Membri biex jappoġġaw il-koperazzjoni transfruntiera u l-iskambju tal-informazzjoni fiż-żona Schengen. Wara tħejjijiet intensivi mill-awtoritajiet Ċiprijotti biex jiżguraw li jkunu lesti jipproċessaw id-data tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, Ċipru ngħaqad mas-sistema f’Lulju.

Illum, il-proċeduri tal-viża għaż-żona Schengen għadhom jiddependu ħafna fuq il-burokrazija, u din iżżid l-ispejjeż għall-vjaġġaturi daqskemm għall-istati parteċipanti. Fl-2023, l-UE adottat regoli ġodda - jinfetaħ f’tab ġdida. li jippermettu d-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri, bħala riżultat konkret ewlieni skont l-Istrateġija Schengen - jinfetaħ f’tab ġdida. li ppreżentat il-Kummissjoni f’Ġunju 2021.

80 % tan-nies fl-UE jaħsbu li huwa importanti li tittejjeb is-sigurtà fil-fruntieri.

77 % jixtiequ jaraw proċeduri aċċellerati fil-fruntieri.

68 % huma favur dokumenti diġitali tal-ivvjaġġar u  72 % jaqblu li l-użu volontarju tal-kredenzjali diġitali tal-ivvjaġġar se jaċċellera l-proċeduri tal-ivvjaġġar.

Inħarsu d-drittijiet tal-passiġġieri

F’Ġunju daħlu fis-seħħ regoli ġodda tal-UE li jipproteġu l-passiġġieri tal-ferroviji - jinfetaħ f’tab ġdida.. Il-passiġġieri tal-ferroviji issa huma protetti aħjar jekk jinqala’ xi tfixkil waqt l-ivvjaġġar tagħhom, u l-kumpaniji ferrovjarji jridu jiżguraw esperjenza tal-ivvjaġġar bla problemi lill-passiġġieri b’mobbiltà mnaqqsa. L-obbligu li l-kumpaniji ferrovjarji jaqsmu d-data dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar fil-ħin reali jwitti wkoll it-triq għal offerti tal-biljetti aktar kompetittivi.

Il-Kummissjoni pproponiet ukoll li jkomplu jissaħħu d-drittijiet eżistenti tal-passiġġieri - jinfetaħ f’tab ġdida. fir-rigward tal-modi kollha tat-trasport. Il-proposta tiffoka fuq it-titjib tal-infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri (l-infurzar ġenerali u r-rimedju individwali), id-drittijiet tal-passiġġieri li jużaw diversi modi tat-trasport, u r-rimborż għall-biljetti tal-ajru mixtrija mingħand l-intermedjarji.

Saħħa aħjar

Il-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer

Il-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer - jinfetaħ f’tab ġdida. hu l-aktar inizjattiva komprensiva li qatt ħadet l-UE biex tiġġieled il-kanċer, il-kawża ewlenija tal-mewt fost ir-residenti tal-UE taħt il-65 sena, b’baġit ta’ €4 biljun biex tappoġġa l-azzjoni.

Minn mindu tnieda fl-2021, l-UE diġà wettqet diversi inizjattivi ewlenin tal-pjan. B’Ċentru ġdid tal-Għarfien dwar il-Kanċer - jinfetaħ f’tab ġdida. u bl-ewwel Reġistru Ewropew tal-Inugwaljanzi b’rabta mal-Kanċer - jinfetaħ f’tab ġdida. flimkien mat-tnedija ta’ Network Ewropew tas-Superstiti Żgħażagħ tal-Kanċer - jinfetaħ f’tab ġdida.miżuri ġodda - jinfetaħ f’tab ġdida. biex il-kanċer jiġi individwat kmieni - jinfetaħ f’tab ġdida., l-UE qed taħdem biex tbiddel ir-realtajiet tal-kanċer għall-pazjenti u l-familji tagħhom.

Filmat li jiġbor fil-qosor il-konferenza tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Kanċer iddedikata għall-isfidi uniċi ffaċċjati miż-żgħażagħ li fiequ mill-kanċer u għall-appoġġ li jingħatalhom, li jimmarka pass sinifikanti lejn involviment u promozzjoni fit-tul.
FILMAT Il-Missjoni tal-UE dwar il-Kanċer — Nindirizzaw il-ħtiġijiet taż-żgħażagħ li fiequ mill-kanċer.

Fl-2023, l-UE kompliet tikseb ir-riżultati. L-Inizjattiva Ewropea dwar l-Immaġnijiet tal-Kanċer - jinfetaħ f’tab ġdida., imnedija f’Jannar, għandha l-għan li tiffaċilita l-aċċess u l-użu tal-immaġnijiet mediċi u ta’ teknoloġiji diġitali (bħall-intelliġenza artifiċjali) biex il-kanċer jiġi individwat u indirizzat aħjar. F’Settembru, l-inizjattiva kisbet l-ewwel tappa tagħha bit-tnedija - jinfetaħ f’tab ġdida. tal-Pjattaforma Ewropea dwar l-Immaġnijiet tal-Kanċer - jinfetaħ f’tab ġdida.. Din tgħaqqad 36 sett tad-data ta’ immaġnijiet ta’ disa’ tipi ta’ kanċer (is-sider, il-kolon, il-pulmun, il-prostata, ir-rektum, il-fwied, il-glijoma tal-pontina intrinsika diffuża, in-newroblastoma u l-glijoblastoma), li jinkludu aktar minn 200,000 serje ta’ immaġnijiet ta’ madwar 20,000 individwu.


L-Inizjattiva Ewropea dwar l-Immaġnijiet tal-Kanċer se:

tikkapitalizza fuq l-avvanzi reċenti mis-sistemi ta’ intelliġenza artifiċjali u s-suċċessi tagħhom biex jgħinu lill-professjonisti mediċi jidentifikaw u jiddijanjostikaw il-kanċer

tappoġġa l-pilotaġġ u l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet innovattivi megħjuna mill-kompjuter biex jinkisbu preċiżjoni u affidabbiltà akbar fl-immaġnijiet tal-kanċer u fil-kura personalizzata, f’konformità mal-objettivi tal-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer

turi kif l-immaġnijiet mediċi jistgħu jiġu aċċessati, użati u miġbura flimkien filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta’ etika, fiduċja, sigurtà u protezzjoni tad-data personali, f’konformità sħiħa mal-valuri u mar-regoli tal-UE


L-ewwel sett ta’ Profili tal-Pajjiżi b’rabta mal-Kanċer - jinfetaħ f’tab ġdida. għall-Istati Membri, l-Iżlanda u n-Norveġja juri - jinfetaħ f’tab ġdida. li dawn jonfqu ammont ġmielu fuq il-kura tal-kanċer (kważi €170 biljun fl-2018). Il-kanċer tal-pulmun jibqa’ bil-bosta l-aktar kawża komuni tal-imwiet mill-kanċer, u għad hemm inugwaljanzi kbar fir-rati tal-mortalità bil-kanċer bejn il-pajjiżi u anki fi ħdanhom.


Il-kanċer huwa t-tieni kawża ewlenija ta’ mewt fl-UE, li jammonta għal 26 % tal-imwiet kollha - jinfetaħ f’tab ġdida..

Il-mortalità mill-kanċer hija kważi 75 % ogħla fost l-irġiel fl-UE.

50 % aktar persuni - jinfetaħ f’tab ġdida. minn gruppi b’introjtu aktar baxx milli minn gruppi b’introjtu ogħla jpejpu kuljum.

Il-parteċipazzjoni fl-iskrinjar tal-kanċer ċervikali tvarja bi kważi fattur ta’ tnejn - jinfetaħ f’tab ġdida. skont il-livell tal-edukazzjoni.

Minħabba l-COVID-19, l-iskrinjar tal-kanċer fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri naqas fl-2020 meta mqabbel mal-2019.

Fl-2018, l-Istati Membri, l-Iżlanda u n-Norveġja nefqu kważi €170 biljun fuq il-kura tal-kanċer.


Il-Kummissjoni nediet sensiela ta’ djalogi ma’ superstiti żgħażagħ tal-kanċer biex tifhem aħjar il-ħtiġijiet u l-isfidi tagħhom, u biex tiżviluppa magħhom inizjattivi li se jgħinu biex jingħelbu dawn il-punti.

F’April bdiet il-ħidma biex tiżviluppa l-ewwel kodiċi tal-kondotta fil-livell tal-UE dwar l-aċċess ġust għas-servizzi finanzjarji għas-superstiti tal-kanċer. Dan għandu l-għan li jmexxi ’l quddiem id-dritt li wieħed jintesa u li jindirizza d-diskriminazzjoni, ħalli l-persuni bi storja tal-kanċer jirċievu trattament ġust meta jkunu qed jaċċessaw prodotti finanzjarji bħal ipoteki jew assigurazzjoni fuq il-ħajja.

Sa 78 % tal-kanċers okkupazzjonali rikonoxxuti fl-Istati Membri huma relatati mal-asbestos.

L-UE qed taħdem għal:

40 % tal-każijiet ta’ kanċer jistgħu jiġu evitati.

1.ġenerazzjoni ħielsa mit-tabakk;

2.tnaqqis tal-konsum tal-alkoħol li jagħmel il-ħsara;

3.tnaqqis tat-tniġġis ambjentali;

4.tnaqqis tal-esponiment għal sustanzi karċinoġeniċi u għar-radjazzjoni;

5.titjib fl-għarfien u fil-litteriżmu dwar is-saħħa;

6.promozzjoni ta’ stili ta’ għajxien aktar sani.

Margaritis Schinas wara leġiju fuq palk quddiem udjenza kbira. Fuq l-iskrin ta’ warajh hemm il-kliem “Ċentru iddedikat għar-riċerka dwar il-kanċer f’Ċipru” bl-Ingliż.
Margaritis Schinas, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli mill-Promozzjoni tal-Istil ta’ Ħajja Ewropew Tagħna, waqt iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni tal-binja Nicola David-Pinedo tal-Istitut ta’ Ċipru għar-Riċerka dwar il-Kanċer, Nikosija, Ċipru, it-22 ta’ Mejju 2023.

Is-sigurtà tas-saħħa u l-COVID-19

Wara aktar minn 3 snin, fil-5 ta’ Mejju 2023, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ħabbret li l-COVID-19 m’għadhiex emerġenza tas-saħħa dinjija. B’azzjoni u koperazzjoni determinati fil-livelli dinji, tal-UE u tal-Istati Membri, u b’investiment sinifikanti fix-xjenza u l-innovazzjoni, l-UE setgħet tegħleb din il-kriżi li qatt ma ġarrabna bħalha qabel - jinfetaħ f’tab ġdida..

Madankollu, filwaqt li l-istatus tal-imxija jidher li nbidel, il-COVID-19 m’għebietx, u l-UE qed tibqa’ viġilanti. Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard - jinfetaħ f’tab ġdida. qed jimmonitorja mill-qrib is-sitwazzjoni li qed tevolvi. Fil-ħarifa, ippubblika aġġornament - jinfetaħ f’tab ġdida. dwar iż-żieda fit-tixrid tal-COVID-19 fl-UE u fiż-Żona Ekonomika Ewropea, flimkien ma’ gwida għall-Istati Membri dwar kampanji tat-tilqim u kampanji komunikattivi. F’Ottubru ċ-Ċentru u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa nedew għodda ġdida tas-sorveljanza - jinfetaħ f’tab ġdida. biex timmonitorja l-impatt ikkombinat tal-mard respiratorju u ttejjeb il-qbid kmieni u l-komunikazzjoni tas-sinjali ta’ ċirkolazzjoni respiratorja tal-virus.

B’rispons għall-pandemija tal-COVID-19, il-Kummissjoni waqqfet l-Unjoni Ewropea tas-Saħħa - jinfetaħ f’tab ġdida. biex ittejjeb u tissalvagwardja s-saħħa ta’ kulħadd fl-UE. Mit-tagħlimiet miksuba tul il-pandemija, il-qafas - jinfetaħ f’tab ġdida. il-ġdid isaħħaħ l-arkitettura tal-UE għall-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għat-theddidiet transkonfinali għas-saħħa - jinfetaħ f’tab ġdida.. Dan iwessa’ wkoll ir-rwol ta’ żewġ aġenziji ewlenin tal-UE permezz tal-mandati l-ġodda għaċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard - jinfetaħ f’tab ġdida. u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini - jinfetaħ f’tab ġdida..

L-Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa - jinfetaħ f’tab ġdida. (HERA) tal-Kummissjoni taqdi rwol kruċjali biex tiżgura li l-UE jkollha l-mediċini u t-tagħmir meħtieġa biex tipproteġi liċ-ċittadini tagħha meta jfaqqgħu xi emerġenzi. F’Mejju, il-Kummissjoni, f’isem l-Istati Membri, għamlet ftehim ma’ BioNTech-Pfizer - jinfetaħ f’tab ġdida. biex il-konsenji tal-vaċċini jiġu adattati aħjar skont il-ħtiġijiet tal-Istati Membri u tkun żgurata d-disponibbiltà ta’ vaċċini adattati kontra l-COVID-19 jekk jitfaċċaw xi varjanti ġodda. Ġie ffirmat ukoll kuntratt qafas ma’ produtturi ewlenin tal-vaċċini, li jistabbilixxi n-network EU-FAB - jinfetaħ f’tab ġdida. biex tkun żgurata kapaċità kontinwa għall-produzzjoni tal-vaċċini fil-każ ta’ emerġenza futura tas-saħħa pubblika. Fl-2023 tnediet il-HERA Invest - jinfetaħ f’tab ġdida. li se tappoġġa r-riċerka u l-iżvilupp għall-aktar theddid transkonfinali urġenti għas-saħħa. Il-HERA qed taħdem ukoll mal-Istati Membri biex ittejjeb l-għarfien u l-ħiliet fit-tħejjija u r-rispons għas-saħħa, b’mod partikolari f’oqsma ewlenin bħall-ħżin u l-akkwist.

Jissoktaw l-isforzi li jsaħħu t-tħejjija u l-prontezza tal-Ewropa għall-pandemiji għal provi kliniċi fl-UE kollha, ħalli jinkiseb aċċess fil-ħin għal trattamenti u vaċċini ġodda. L-UE hija sostenitur kbir tal-Fond għall-Pandemiji - jinfetaħ f’tab ġdida., ospitat mill-Bank Dinji. Il-fond jappoġġa l-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għall-pandemiji fil-pajjiżi b’introjtu baxx u medju, u kontributuri ewlenin tiegħu huma l-UE, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet finanzjarji tagħha, flimkien bħala Tim Ewropa - jinfetaħ f’tab ġdida..

Stella Kyriakides titkellem max-xjenzati f’laboratorju.
Stella Kyriakides, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari (it-tieni mil-lemin), waqt żjara fl-impjant Biovac u fiċ-ċentru tat-trasferiment tat-teknoloġija mRNA f’Cape Town, l-Afrika t’Isfel, it-28 ta’ Jannar 2023.
Id qed iżżomm smartphone b’kodiċi Q R u l-kliem “ċertifikat COVID diġitali tal-Unjoni Ewropea” bl-Ingliż fuqu. Fl-isfond hemm nies bil-bagalji qegħdin fil-kju.
Iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE hu storja Ewropea ta’ suċċess

Il-pandemija wriet kif is-saħħa diġitali tista’ tbiddel is-sistemi tal-kura tas-saħħa mill-qiegħ u tipprovdi kura tas-saħħa aħjar.

Iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE - jinfetaħ f’tab ġdida. kien element kruċjali fir-rispons għall-pandemija, u għamilha eħfef għan-nies biex jiċċaqilqu bla perikli madwar l-UE waqt il-kriżi. Malajr sar l-istandard dinji, għax mas-sistema ngħaqdu kważi 80 pajjiż u nħarġu aktar minn 2.3 biljun ċertifikat. Ir-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE skada fit-30 ta’ Ġunju 2023.

Abbażi tas-suċess tiegħu, u abbażi tat-teknoloġija tiegħu, fl-1 ta’ Lulju 2023 l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa nediet in-Network Globali taċ-Ċertifikazzjoni Diġitali tas-Saħħa - jinfetaħ f’tab ġdida.. Is-sistema se ssaħħaħ l-arkitettura tas-saħħa dinjija u se tgħin biex tipproteġi lin-nies madwar id-dinja minn theddid attwali u futur għas-saħħa, inkluż il-pandemiji.

Reviżjoni tas-sistemi tal-mediċini tal-UE

Ir-riforma proposta tal-leġiżlazzjoni farmaċewtika tal-UE - jinfetaħ f’tab ġdida. — l-akbar u l-aktar estensiva f’20 sena — għandha l-għan li tiżgura li dan is-settur kruċjali jiġi adattat aħjar għall-ħtiġijiet tas-seklu 21.

Ir-riforma ppreżentata f’April tindirizza diversi sfidi fundamentali. Pereżempju, il-mediċini għadhom mhux qed jaslu għand il-pazjenti malajr biżżejjed u mhux dejjem ikunu disponibbli bl-istess mod fl-Istati Membri. Anki l-prezzijiet għaljin tat-trattamenti innovattivi u l-iskarsezzi tal-mediċini joħolqu tħassib sinifikanti għall-pazjenti u l-fornituri tal-kura tas-saħħa.

Objettiv ewlieni tar-riforma hu li jinħoloq suq uniku għall-mediċini, li jiżgura li l-pazjenti kollha madwar l-UE jkollhom aċċess fil-ħin u ugwali għal mediċini sikuri, effettivi u affordabbli. Ir-reviżjoni se tappoġġa wkoll l-innovazzjoni fl-iżvilupp tal-mediċini u tagħti spinta lill-kompetittività tal-UE b’sistema farmaċewtika li tibqa’ valida fil-futur, tkun reżistenti għall-kriżijiet u simplifikata. Dan ifisser li trattamenti ġodda u trattamenti aħjar ikunu jistgħu jsiru disponibbli aktar malajr, ħalli l-pazjenti jiksbu l-kura meħtieġa aktar malajr.

Ir-riforma tinkludi sett ta’ miżuri li jindirizzaw il-kwistjoni tal-iskarsezzi tal-mediċini fit-tul, u barra minn sitwazzjonijiet tal-kriżi. Bħala parti minn dan l-għan, f’Ottubru l-Kummissjoni ppreżentat - jinfetaħ f’tab ġdida. sett ta’ miżuri b’enfasi partikolari fuq l-aktar mediċini kritiċi, li s-sigurtà tal-provvista tagħhom fl-UE trid tkun żgurata f’kull ħin. Tnieda wkoll Mekkaniżmu Ewropew tas-Solidarjetà Volontarja - jinfetaħ f’tab ġdida. għall-mediċini, biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jqassmu l-mediċini mill-istokkijiet disponibbli tagħhom fil-każ ta’ skarsezzi kritiċi xi mkien ieħor fl-UE. Se tiġi proposta firxa ta’ regoli u inċentivi ġodda għall-kumpaniji farmaċewtiċi bħala parti mir-riforma, u dawn apparti proċeduri regolatorji simplifikati u kunsiderazzjonijiet ambjentali aktar sodi waqt il-produzzjoni tal-mediċini.

Ir-reżistenza għall-antimikrobiċi - jinfetaħ f’tab ġdida. titqies bħala waħda mit-tliet theddidiet ewlenin għas-saħħa fl-UE. Dan jiġri meta l-batterji jsiru reżistenti għall-mediċini użati fil-ġlieda kontra l-infezzjonijiet. Ir-riforma tinkludi miżuri għal użu prudenti u inċentiv ġdid għall-antimikrobiċi li jbiddlu l-qagħda attwali. Il-Kunsill adotta - jinfetaħ f’tab ġdida. malajr rakkomandazzjoni li pproponiet il-Kummissjoni u li tinkludi miri tal-UE u nazzjonali dwar il-konsum tal-antimikrobiċi, bħala parti mis-sett ta’ għodod tal-UE - jinfetaħ f’tab ġdida. dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi.

Reżistenza għall-antimikrobiċi

Il-grafika turi l-ħtieġa urġenti għal azzjoni kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi biex tiġi evitata żieda drammatika fl-imwiet globali u tiddeskrivi l-impenn tal-Unjoni Ewropea li tnaqqas b’mod sinifikanti l-konsum tal-antibijotiċi fis-snin li ġejjin.

Il-grafika turi l-isfida tar-reżistenza għall-antimikrobiċi. Tiddikjara li l-għadd ta’ mwiet kull sena fl-Unjoni Ewropea minħabba r-reżistenza għall-antimikrobiċi attwalment huwa ta’ 35,000 mewta, filwaqt li l-għadd ta’ mwiet madwar id-dinja kull sena huwa ta’ 1.2 miljun mewta, u li r-reżistenza għall-antimikrobiċi tista’ tirriżulta f’10 miljun mewta madwar id-dinja kull sena sal–2050 jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni. Tenfasizza wkoll l-għan tal-Unjoni Ewropea li tnaqqas il-konsum tal-antibijotiċi b’20% sal–2030 biex tiġġieled kontra din il-problema.

Nindirizzaw is-saħħa mentali

L-UE sabet ma’ wiċċha kriżijiet bla preċedent li affettwaw ferm l-abbiltà tan-nies li jegħlbu l-isfidi dejjem akbar li qed jinqalgħu f’kuntesti li tant jinbidlu malajr. Biex tindirizza dan, f’Ġunju l-Kummissjoni ppreżentat approċċ komprensiv għas-saħħa mentali - jinfetaħ f’tab ġdida. li fost l-oħrajn għandu l-għan li jgħin lill-gruppi vulnerabbli, speċjalment liż-żgħażagħ, u li jkisser l-istigma u d-diskriminazzjoni relatati ma’ kwistjonijiet tas-saħħa mentali. Dan hu l-ewwel pass importanti biex is-saħħa mentali tikseb l-istess livell tas-saħħa fiżika. L-approċċ il-ġdid jintroduċi 20 inizjattiva ewlenija u jidentifika €1.2 biljun f’opportunitajiet ta’ finanzjament minn diversi programmi finanzjarji biex jappoġġa lill-Istati Membri ħalli jpoġġu lin-nies u s-saħħa mentali tagħhom fuq quddiem nett.

Miżuri biex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ saħħa mentali fil-politiki kollha

Kodiċi Ewropew għas-Saħħa Mentali

Inizjattiva Healthier Together għal mard li ma jitteħidx

Inizjattiva Ewropea għall-prevenzjoni tad-dipressjoni u tas-suwiċidju

Spazji diġitali aktar sikuri għat-tfal u ż-żgħażagħ

Applikazzjoni xierqa tar-regoli tal-UE dwar is-sikurezza u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol

Kampanji tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

Biex tfakkar il-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali nhar l-10 ta’ Ottubru 2023, il-Kummissjoni organizzat konferenza ta’ livell għoli fi Brussell. L-avveniment laqqa’ flimkien mijiet ta’ nies, fosthom rappreżentanti tal-istituzzjonijiet tal-UE, gvernijiet nazzjonali, organizzazzjonijiet internazzjonali u sħab interessati oħra.

Mathilde, ir-Reġina tal-Belġju, tkellem lil udjenza. Fuq l-iskrin ta’ warajha hemm il-kliem “approċċ komprensiv għas-saħħa mentali” bl-Ingliż.
Mathilde, ir-Reġina tal-Belġju, waqt id-diskors ewlieni tagħha fil-konferenza tal-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali, Brussell, il-Belġju, l-10 ta’ Ottubru 2023.
Naħtfu l-potenzjal tal-fondi tal-UE fis-settur tas-saħħa

L-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku tal-Kummissjoni qed jgħin lill-Belġju, lill-Awstrija u lis-Slovenja biex jużaw il-programmi ta’ finanzjament disponibbli tal-UE bl-aħjar mod u jiżviluppaw is-setturi tal-kura tas-saħħa tagħhom. Permezz taċ-ċentru tas-saħħa - jinfetaħ f’tab ġdida., dawn l-Istati Membri jistgħu jidentifikaw l-aqwa opportunitajiet ta’ finanzjament biex jappoġġaw riformi ewlenin għall-benefiċċju taċ-ċittadini. Fuq medda taż-żmien, dan se jgħin ukoll lill-gvernijiet nazzjonali u reġjonali biex isostnu l-investiment ekonomiku fis-settur tas-saħħa. Filwaqt li jibni fuq ir-riżultati promettenti tiegħu, dan il-proġett jista’ jiġi estiż għal-livell tal-UE.

L-Istrateġija tal-UE għas-Saħħa Globali

Ir-rwol ewlieni tal-UE fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19 ħareġ fid-dieher li din tista’ tagħti kontribut kbir għall-objettivi tas-saħħa dinjija bl-approċċ ta’ Tim Ewropa. Dan iġonġi riżorsi tal-UE, tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet finanzjarji tagħha biex fil-prattika jħallu impatt akbar.

F’Novembru 2022, il-Kummissjoni ppreżentat Strateġija dwar is-Saħħa Globali - jinfetaħ f’tab ġdida., id-dimensjoni esterna tal-Unjoni Ewropea tas-Saħħa u komponent ewlieni tal-istrateġija Global Gateway - jinfetaħ f’tab ġdida. tagħha (ara l-Kapitlu 8). Dan jafferma mill-ġdid l-impenn għall-Għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli (b’mod partikolari l-għan numru 3 dwar is-saħħa u l-benesseri) u l-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp - jinfetaħ f’tab ġdida., li jistabbilixxi objettivi u prinċipji komuni għall-iżvilupp.

F’Novembru 2023 tnediet azzjoni konġunta kkoordinata minn Franza, li tinvolvi 22 Stat Membru, in-Norveġja u l-Ukrajna, u timmappja l-istrateġiji tas-saħħa globali kollha. Din se tgħin għall-koordinazzjoni tal-azzjonijiet u biex tkun evitata kull duplikazzjoni.

Werner Hoyer, Bill Gates, Ursula von der Leyen, Tedros Adhanom Ghebreyesus u Catherine Russell f’linja fuq iż-żewġ naħat ta’ kavallett b’powster isfar bil-kliem “Global Gateway: Intemmu l-poljo darba għal dejjem, insaħħu s-sistemi tas-saħħa, inwasslu l-innovazzjoni għal kulħadd” bl-Ingliż fuqu.
Mix-xellug għal-lemin: Werner Hoyer, il-President tal-Bank Ewropew tal-Investiment, Bill Gates, l-eks Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Microsoft, Ursula von der Leyen, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Tedros Adhanom Ghebreyesus, id-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, u Catherine Russell, id-Direttur Eżekuttiv tal-UNICEF, fit-tnedija ta’ sħubija ġdida biex tinqered il-poljo, tiġi appoġġata d-distribuzzjoni ta’ immunizzazzjonijiet oħra tat-tfal u jissaħħu s-sistemi tas-saħħa sabiex ikunu jistgħu jirrispondu aħjar għat-theddid emerġenti għas-saħħa, Brussell, il-Belġju, il-11 ta’ Ottubru 2023.