Fl-2023 ġew intensifikati aktar l-isforzi tal-UE biex tiżgura li l-irkupru ekonomiku mill-pandemija u t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jkunu ġusti u ma jiddiskriminawx soċjalment. B’mijiet ta’ avvenimenti u attivitajiet matul is-sena, is-Sena Ewropea tal-Ħiliet ipprovdiet impetu qawwi għal parteċipazzjoni akbar fl-apprendiment tul il-ħajja u għall-iżvilupp tal-ħiliet u l-attirar tat-talent biex tingħata spinta lill-kompetittività tal-UE. L-UE żiedet ukoll il-ħidma rivoluzzjonarja tagħha fuq l-iżgurar tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, inkluż billi adottat miżuri biex tiżgura paga ugwali għal xogħol ugwali u billi aderixxiet mal-Konvenzjoni ta’ Istanbul dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika.
Bil-prinċipji ewlenin tiegħu ta’ opportunitajiet indaqs u aċċess għas-suq tax-xogħol, kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti, u protezzjoni u inklużjoni soċjali, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali - jinfetaħ f’tab ġdida. jaġixxi bħala l-gwida tal-UE biex is-soċjetajiet tal-Ewropa jsiru aktar ġusti u reżiljenti. Għandu l-għan li jiżgura li kulħadd ikollu opportunitajiet indaqs fil-ħajja u jkun jista’ jibbenefika mill-istess drittijiet soċjali. Dawn ivarjaw minn edukazzjoni u taħriġ tajbin tul il-ħajja, pagi u benefiċċji ġusti, u kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri u tajbin għas-saħħa għall-indukrar tat-tfal, pensjonijiet u kura tas-saħħa affordabbli u ta’ kwalità tajba.
L-2023 immarkat it-tieni anniversarju tal-pjan ta’ azzjoni biex il-pilastru jsir realtà. Kważi l-75 miżura kollha tagħha issa ġew implimentati jew ippreżentati. Rieżami tal-pjan ta’ azzjoni huwa stabbilit għall-2025.
Ir-“Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi - PDF file – jinfetaħ f’tab ġdida.” tal-2023 kien l-ewwel wieħed li pprovda aġġornament dwar il-progress lejn il-miri tal-UE u dawk nazzjonali dwar l-impjiegi, il-ħiliet u l-protezzjoni soċjali stabbiliti għall-2030. Filwaqt li l-UE tinsab fit-triq it-tajba lejn il-mira ewlenija tagħha tal-impjiegi ta’ 78 % sal-2030, għadu meħtieġ progress sinifikanti biex jintlaħqu l-miri dwar l-apprendiment għall-adulti u t-tnaqqis tal-faqar.
Mill-inqas 78 % tal-popolazzjoni ta’ bejn l-20 u l-64 sena mistennija li jkollhom impjieg sal-2030
Mill-inqas 60 % tal-adulti għandhom jipparteċipaw f’xi taħriġ kull sena sal-2030
L-għadd ta’ persuni f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali għandu jonqos b’mill-inqas 15-il miljun sal-2030
In-negozjati bejn l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lil min iħaddem u lill-ħaddiema permezz tad-djalogu soċjali jgħinu biex itejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol, u għandhom ukoll rwol importanti fl-adattament għaċ-ċirkostanzi ekonomiċi u soċjali li qed jinbidlu. Madankollu, il-livell ta’ involviment tas-sħab soċjali jvarja b’mod konsiderevoli fost l-Istati Membri tal-UE, filwaqt li forom aktar ġodda ta’ impjieg u ċerti gruppi, bħaż-żgħażagħ, huma inqas probabbli li jkunu rappreżentati.
Biex tappoġġa lill-Istati Membri fit-tisħiħ tad-djalogu soċjali, l-UE adottat rakkomandazzjoni - jinfetaħ f’tab ġdida. b’miżuri konkreti għall-involviment akbar tas-sħab soċjali — pereżempju, il-promozzjoni tan-negozjar kollettiv u l-konsultazzjoni tagħhom fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki ekonomiċi, tal-impjiegi u soċjali. Is-sħab soċjali ġew ikkonsultati - jinfetaħ f’tab ġdida. wkoll dwar azzjoni biex jissaħħu d-drittijiet tal-Kunsilli Ewropej tax-Xogħlijiet - jinfetaħ f’tab ġdida., li huma għodda importanti għall-involviment tal-ħaddiema f’deċiżjonijiet li jistgħu jaffettwaw il-kundizzjonijiet tal-impjieg jew tax-xogħol tagħhom magħmula minn kumpaniji li joperaw f’diversi Stati Membri.
L-ekonomija soċjali tagħti prijorità lin-nies u l-kawżi soċjali u ambjentali fuq il-profitt. L-organizzazzjonijiet tal-ekonomija soċjali jkopru firxa wiesgħa ta’ setturi, minn servizzi soċjali u tal-kura għall-akkomodazzjoni, ir-rikreazzjoni u l-enerġija affordabbli. Dawk jinkludu l-kooperattivi, is-soċjetajiet ta’ għajnuna reċiproka, l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, il-fondazzjonijiet u l-intrapriżi soċjali.
Aktar minn
13-il miljun
impjieg imħallas
2.8 miljun
entità soċjoekonomika fl-UE
L-ekonomija soċjali tirrappreżenta
6.3 %
tal-impjiegi fl-UE
L-organizzazzjonijiet tal-ekonomija soċjali għandhom rwol kruċjali fl-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà u jippromwovu kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti billi jinvolvu lill-impjegati fit-teħid tad-deċiżjonijiet u fil-governanza. Joħolqu wkoll opportunitajiet għal gruppi sottorappreżentati bħan-nisa u ż-żgħażagħ, u jikkontribwixxu biex it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jsiru ġusti u inklużivi. Biex tappoġġa l-iżvilupp ulterjuri ta’ dan is-settur importanti, f’Novembru l-UE approvat miżuri - jinfetaħ f’tab ġdida. biex toħloq ambjent li jippermetti lill-organizzazzjonijiet tal-ekonomija soċjali jirnexxu u jikbru. Punt uniku ta’ servizz - jinfetaħ f’tab ġdida. ġdid għall-ekonomija soċjali jipprovdi informazzjoni dwar il-finanzjament mill-UE, dwar l-opportunitajiet ta’ taħriġ u dwar x’qed jiġri fil-prattika fl-Istati Membri.
Illum, l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ involuti f’attivitajiet fi Stat Membru ieħor jiffaċċjaw regoli differenti madwar l-UE, li jirriżultaw f’piżijiet u f’kostijiet amministrattivi. Biex jitneħħew dawn l-ostakli, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet - jinfetaħ f’tab ġdida. forma nazzjonali ġdida ta’ assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ imfassla speċifikament għall-attivitajiet transfruntiera, li se tippermettilhom igawdu l-libertajiet tas-Suq Uniku tagħhom.
Il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta - jinfetaħ f’tab ġdida. u l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni - jinfetaħ f’tab ġdida. huma kruċjali biex jiġi żgurat li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura. Barra minn hekk, il-Fond Soċjali għall-Klima - jinfetaħ f’tab ġdida. li għadu kif inħoloq se jappoġġa lill-unitajiet domestiċi, lill-mikrointrapriżi u lill-utenti tat-trasport vulnerabbli tal-UE, li jaf jiffaċċjaw il-faqar enerġetiku u tat-trasport. Madwar €65 biljun mill-baġit ta’ €86.7 biljun tal-fond se jiġu minn dħul iġġenerat mis-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet - jinfetaħ f’tab ġdida. il-ġdida li tkopri s-setturi tal-bini u tat-trasport. Se topera mill-2026 sal-2032. (Ara wkoll il-Kapitlu 4.)
Filwaqt li t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali qed jiftħu opportunitajiet ġodda għan-nies u għall-ekonomija Ewropea, ħafna kumpaniji tal-UE qed jirrapportaw diffikultajiet biex isibu ħaddiema bil-ħiliet li jeħtieġu. Biex jitwasslu t-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet meħtieġa tal-forza tax-xogħol Ewropea u biex jiġu attirati persuni bil-ħiliet it-tajba lejn l-UE, l-2023 intgħażlet bħala s-Sena Ewropea tal-Ħiliet - jinfetaħ f’tab ġdida..
L-urġenza għal inizjattiva bħal din ġiet enfasizzata mir-riżultati ta’ stħarriġ - jinfetaħ f’tab ġdida. li sar fir-rebbiegħa fost l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, li żvela riżultati li jistgħu jillimitaw il-kapaċità tal-UE li tilħaq l-għanijiet tagħha.
Perċentwal ta’ SMEs li qed jiffaċċjaw skarsezzi ta’ ħiliet fir-rigward:
Minħabba nuqqas ta’ ħiliet, 63% tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju qed jiffaċċjaw sfidi fl-attivitajiet tan-negozju ġenerali tagħhom, 45% fl-adozzjoni jew fl-użu tat-teknoloġiji diġitali u 39% fl-ekoloġizzazzjoni tal-attivitajiet tan-negozju. Fir-rigward ta’ rwoli speċifiċi tal-impjieg, 69% tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju qed jirrapportaw skarsezza ta’ ħiliet fost l-operaturi tal-magni, il-ħaddiema tal-artiġjanat u l-ħaddiema tas-sengħa. Hemm skarsezza ta’ ħaddiema manwali wkoll għal 59% tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, filwaqt li 58% qed isibuha diffiċli biex isibu professjonisti, professjonisti intermedji u tekniċi bil-ħiliet meħtieġa. Hemm skarsezza wkoll ta’ maniġers u ħaddiema amministrattivi, skrivani u ħaddiema tas-servizzi, b’39% u b’34% tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju rispettivament qed jirrappurtaw diffikultajiet f’dawn l-oqsma.
Inizjattivi bħall-Patt għall-Ħiliet - jinfetaħ f’tab ġdida. diġà qed jindirizzaw l-isfidi u l-iskarsezzi fl-iżvilupp tal-ħiliet, u se jagħtu kontribut importanti għas-Sena tal-Ħiliet. S’issa, aktar minn żewġ miljun persuna bbenefikaw minn attivitajiet ta’ titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid, u aktar minn 1,500 organizzazzjoni ffirmaw il-Karta tal-Patt għall-Ħiliet - jinfetaħ f’tab ġdida., inklużi 20 sħubija fuq skala kbira - jinfetaħ f’tab ġdida.. Il-membri tal-Patt żviluppaw jew aġġornaw ukoll aktar minn 15,000 programm ta’ taħriġ u investew kważi €160 miljun f’inizjattivi tal-ħiliet.
Immudellata fuq l-Akkademja Ewropea tal-Batteriji - jinfetaħ f’tab ġdida., imnedija fl-2022, il-Kummissjoni qed tipproponi Akkademji tal-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti biex il-ħaddiema jingħataw il-ħiliet meħtieġa għat-tranżizzjoni ekoloġika. L-akkademji, li kull waħda minnhom tiffoka fuq teknoloġija waħda b’emissjonijiet żero netti, se jlaqqgħu flimkien l-industrija, is-sħab soċjali, u l-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ.
Is-Sena Ewropea tal-Ħiliet għandha l-għan li twassal lil kulħadd biex jirrikonoxxi l-importanza tat-taħriġ u bies isir attiv.
L-UE qed taħdem mal-Istati Membri, is-sħab soċjali, is-servizzi tal-impjiegi, il-kmamar tal-kummerċ u l-industrija, il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-ħaddiema u l-kumpaniji biex iżidu u javvanzaw l-iżvilupp tal-ħiliet fil-prattika.
L-avveniment ewlieni “Making Skills Count - jinfetaħ f’tab ġdida.” laqqa’ flimkien madwar 300 persuna fi Brussell u aktar minn 1,000 persuna online. Il-Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali - jinfetaħ f’tab ġdida. mit-23 sas-27 ta’ Ottubru enfasizzat l-importanza tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fir-rispons għall-isfidi ekonomiċi, klimatiċi u soċjali. Sa tmiem is-sena, kienu ġew organizzati aktar minn 900 avveniment fil-livelli nazzjonali u lokali.
Bħala waħda mill-inizjattivi ewlenin tas-Sena Ewropea tal-Ħiliet, l-inizjattiva tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida nediet l-Akkademja tal-NEB - jinfetaħ f’tab ġdida. dwar il-ħiliet għall-kostruzzjoni sostenibbli. Din se taċċellera t-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid fl-ekosistema tal-kostruzzjoni biex tappoġġa t-tranżizzjoni lejn bijoekonomija - jinfetaħ f’tab ġdida. riġenerattiva. Dan huwa fejn ir-riżorsi bijoloġiċi rinnovabbli mill-art u l-baħar (eż. għelejjel, foresti u ħut) jintużaw għall-produzzjoni tal-ikel, il-materjali u l-enerġija. L-identifikazzjoni tal-lakuni fl-għarfien fl-użu ta’ materjali b’bażi bijoloġika u t-teknoloġiji diġitali se tkun fost l-ewwel oqsma tal-fokus tal-akkademja, flimkien ma’ aktar ċirkolarità fil-kostruzzjoni.
Bħala kontribut importanti għas-Sena tal-Ħiliet, il-Kummissjoni kkonsultat mas-sħab soċjali dwar inizjattiva biex taġġorna u ssaħħaħ il-Qafas Ewropew ta’ Kwalità għat-Traineeships - jinfetaħ f’tab ġdida.. Il-qafas għandu l-għan li jtejjeb il-kwalità tat-traineeships, b’mod partikolari f’termini ta’ kontenut ta’ apprendiment u taħriġ u kundizzjonijiet tax-xogħol, sabiex jiffaċilita t-tranżizzjoni mill-edukazzjoni, il-qgħad jew l-inattività u jippermetti lin-nies itejbu l-ħiliet tagħhom u jiksbu esperjenza ta’ xogħol.
Il-Pjattaforma tat-Talent għall-Innovazzjoni - jinfetaħ f’tab ġdida. fl-UE kollha, imnedija f’Marzu, se tgħin lin-negozji, inklużi n-negozji ġodda, isibu t-talent li jeħtieġu lil hinn mill-UE. Din se żżid il-mobbiltà tal-individwi bil-ħiliet lejn u fi ħdan l-Ewropa permezz ta’ reklutaġġ internazzjonali, u billi tappoġġa it-tqabbil bejn l-impjegaturi bbażati fl-UE u ċ-ċittadini kwalifikati ta’ pajjiżi terzi li jixtiequ jaħdmu u jgħixu legalment fl-UE.
Fis-snin li ġejjin, il-popolazzjoni tal-UE se tkompli tonqos. Jekk ma jiġix indirizzat, it-tibdil demografiku se jkompli jaggrava n-nuqqas ta’ ħaddiema u jżid il-pressjoni fuq il-baġits pubbliċi, kif ikkonfermat fir-rapport demografiku tal-2023 - PDF file – jinfetaħ f’tab ġdida.. Wara sejħa mill-mexxejja fil-Kunsill Ewropew f’Ġunju, il-Kummissjoni ppreżentat sett ta’ miżuri - PDF file – jinfetaħ f’tab ġdida. biex tgħin lill-Istati Membri jimmaniġġjaw it-tibdil demografiku. Għandhom l-għan li jagħtu s-setgħa lill-ġenerazzjonijiet kollha biex iwettqu l-aspirazzjonijiet personali tagħhom u l-potenzjal sħiħ tagħhom fl-ekonomija u s-soċjetà inġenerali.
It-trawwim tat-talent huwa partikolarment importanti f’reġjuni li jbatu minn forza tax-xogħol li qed tonqos u proporzjon baxx ta’ persuni b’edukazzjoni postsekondarja, u dawk milquta mit-tluq taż-żgħażagħ. Il-Mekkaniżmu ta’ Spinta tat-Talent - jinfetaħ f’tab ġdida. tnieda f’Jannar 2023 bħala parti mill-istrateġija tal-UE għall-isfruttar tat-talent fir-reġjuni tagħha - jinfetaħ f’tab ġdida.. Dan se jappoġġa lir-reġjuni tal-UE affettwati mit-tnaqqis aċċellerat tal-popolazzjoni fl-età tax-xogħol tagħhom biex iħarrġu, iżommu u jattiraw lin-nies, il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa biex jiġi indirizzat l-impatt tat-tranżizzjoni demografika. Il-Pjattaforma dwar l-Isfruttar tat-Talenti - jinfetaħ f’tab ġdida. tnediet uffiċjalment f’Novembru, u laqqgħet flimkien lil dawk li jfasslu l-politika minn reġjuni u Stati Membri ma’ dawk fil-livell tal-UE.

L-iffaċilitar tar-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol u dik privata u t-twettiq tal-pjanijiet tal-familja.

Il-possibbiltà li ż-żgħażagħ jilħqu l-potenzjal tagħhom f’ambjent ta’ apprendiment ta’ kwalità għolja u l-iffaċilitar tat-tranżizzjoni għall-ħajja tax-xogħol.

L-appoġġ għal tixjiħ san u attiv u l-possibbiltà li n-nies jibqgħu fil-kontroll ta’ ħajjithom u xorta jikkontribwixxu għall-ekonomija u s-soċjetà.

L-attrazzjoni u l-integrazzjoni ta’ talent minn barra l-UE.
Il-promozzjoni tal-prosperità ekonomika u l-benessri fir-reġjuni kollha b’politiki bbażati fuq il-post.
L-implimentazzjoni tal-viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE - jinfetaħ f’tab ġdida. tinsab fl-aqwa tagħha. Aktar minn 2,000 organizzazzjoni u awtorità fil-livelli tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali issa qed jikkollaboraw biex isawru kooperazzjoni aktar b’saħħitha f’oqsma ta’ politika differenti u jagħtu spinta lis-sostenibbiltà u l-vitalità taż-żoni rurali. Fl-2023 inħoloq il-Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-Patt Rurali - jinfetaħ f’tab ġdida. u tnediet il-Pjattaforma Komunitarja tal-Patt Rurali - jinfetaħ f’tab ġdida., b’riżorsi għall-komunitajiet rurali li qed jiffaċċjaw it-telf tal-popolazzjoni, it-tixjiħ u t-tnaqqis demografiku. L-UE pprovdiet ukoll gwida politika - jinfetaħ f’tab ġdida. mmirata lejn it-tisħiħ ulterjuri tal-prosperità, ir-reżiljenza u n-nisġa soċjali taż-żoni rurali u tal-komunitajiet rurali.
F’Novembru, il-Kummissjoni ppreżentat miżuri - jinfetaħ f’tab ġdida. biex l-UE ssir aktar attraenti għat-talent minn barra, u biex il-mobbiltà fi ħdanha ssir aktar faċli. Waħda mill-inizjattivi ewlenin hija proposta biex tiġi stabbilita Riżerva ta’ Talent tal-UE. Din se tkun l-ewwel pjattaforma ta’ tqabbil tal-impjiegi fl-UE kollha, li għandha l-għan li tiffaċilita r-reklutaġġ internazzjonali għal okkupazzjonijiet bi skarsezzi, fil-livelli kollha tal-ħiliet. Is-sett ta’ rakkomandazzjonijiet li jakkumpanjaw l-inizjattiva se jissimplifikaw u jħaffu r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kwalifiki miksuba barra mill-UE. Billi tipprovdi informazzjoni u gwida online ċari u trasparenti dwar il-proċeduri tal-immigrazzjoni u r-rikonoxximent, ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE se tappoġġa lill-impjegaturi u lil dawk li qed ifittxu impjieg biex isibu tarf ir-regoli kumplessi ta’ reklutaġġ. Dan se jagħmel ir-reklutaġġ internazzjonali aktar faċli, aktar rapidu u aktar effettiv għal dawk kollha kkonċernati. Ir-Riżerva ta’ Talent tal-UE se tgħin ukoll fl-implimentazzjoni tas-Sħubijiet ta’ Talent billi tipprovdi għodda għal kollokamenti effettivi f’impjieg għaċ-ċittadini parteċipanti mhux tal-UE.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill avvanzaw fin-negozjati tagħhom dwar id-Direttiva proposta tal-Kummissjoni dwar it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fuq il-pjattaformi tax-xogħol. Il-proposta għandha l-għan li tiżgura li l-persuni li jaħdmu permezz ta’ pjattaformi tax-xogħol diġitali jingħataw l-istatus ta’ impjieg legali li jikkorrispondi għall-arranġamenti tax-xogħol reali tagħhom, u jkunu jistgħu jgawdu d-drittijiet tax-xogħol u l-benefiċċji soċjali li huma intitolati għalihom. Id-Direttiva tistabbilixxi wkoll regoli ġodda li jirregolaw l-użu ta’ sistemi awtomatizzati fil-monitoraġġ u fit-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-pjattaformi tax-xogħol diġitali. Dan jippromwovi trasparenza u responsabbiltà akbar fil-ġestjoni algoritmika, filwaqt li jagħti s-setgħa lill-persuni li jkunu konxji mid-deċiżjonijiet li jaffettwaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u jikkontestawhom.
L-infografika tindika li, mill–2022, kien hemm 28.3 miljun ħaddiem tal-pjattaformi diġitali fl-Unjoni Ewropea, għadd komparabbli mad–29 miljun persuna impjegati fil-manifattura. Huwa antiċipat li, sal–2025, l-għadd ta’ ħaddiema tal-pjattaformi diġitali se jiżdied bi 52%, u se jilħaq it–43 miljun.
Fl-2023, madwar 100 impjegat taċ-ċivil minn 17-il Stat Membru ħadu sehem fi proġett ta’ skambju ġdid biex iħejju l-ġenerazzjoni li jmiss ta’ dawk li jfasslu l-politika fl-UE. Il-Programm ta’ Kooperazzjoni u Skambju tal-Amministrazzjoni Pubblika - jinfetaħ f’tab ġdida. jippermetti lill-parteċipanti jitgħallmu mill-metodi ta’ ħidma u l-kulturi ta’ amministrazzjonijiet pubbliċi oħra tal-UE. Huwa ffinanzjat permezz tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku - jinfetaħ f’tab ġdida., il-programm tal-UE li jipprovdi għarfien espert tekniku mfassal apposta lill-Istati Membri biex jgħinhom ifasslu u jimplimentaw ir-riformi.
Matul is-sena, l-Estonja, Spanja, l-Italja u r-Rumanija bbenefikaw minn proġetti ffinanzjati mill-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku biex isaħħu l-kompetenzi diġitali tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa tagħhom u jiżguraw titjib tal-ħiliet kostanti fil-futur. Il-proġetti jappoġġaw lill-awtoritajiet tas-saħħa fil-livelli nazzjonali u reġjonali fl-iżvilupp ta’ pjanijiet għall-ħiliet diġitali u linji gwida operazzjonali biex jiffaċilitaw l-adozzjoni u l-użu tar-rekords elettroniċi tas-saħħa.
F’Novembru, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu b’mod proviżorju - jinfetaħ f’tab ġdida. li jbaxxu l-limiti ta’ esponiment għaċ-ċomb għal għoxrin fil-mija tal-valur ta’ limitu attwali. Iċ-ċomb jista’ jaffettwa l-funzjoni sesswali u l-fertilità u jista’ jkun ta’ ħsara għall-iżvilupp tal-fetu jew għan-nisel ta’ nisa li jkunu esposti għalih. Huma appoġġaw ukoll l-introduzzjoni tal-ewwel limitu ta’ esponiment għal sustanzi kimiċi msejħa diisoċjanati, li jistgħu jikkawżaw mard respiratorju bħall-ażma. Dawn il-bidliet, wara proposta - jinfetaħ f’tab ġdida. tal-Kummissjoni bbażata fuq l-aħħar evidenza xjentifika, se jkunu kruċjali fil-protezzjoni tal-ħaddiema fit-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika. Kemm iċ-ċomb kif ukoll id-diisoċjanati x’aktarx se jintużaw, pereżempju, fil-produzzjoni ta’ batteriji, fi proċessi biex il-vetturi elettriċi jsiru eħfef, fit-turbini tar-riħ jew bħala materjali iżolanti fir-rinnovazzjonijiet tal-bini.
L-UE emendat il-leġiżlazzjoni - jinfetaħ f’tab ġdida. biex tnaqqas b’mod sinifikanti l-limitu ta’ esponiment okkupazzjonali għall-asbestos - jinfetaħ f’tab ġdida.. Dan huwa pass importanti lejn protezzjoni aħjar tal-ħaddiema mill-asbestos, sustanza perikoluża ħafna li tikkawża l-kanċer li għadha preżenti f’ħafna mill-binjiet. Dan huwa parti mill-approċċ komprensiv tal-UE biex tipproteġi aħjar lin-nies u lill-ambjent mill-asbestos u tiżgura futur ħieles mill-asbestos.
Ġew proposti - jinfetaħ f’tab ġdida. passi prattiċi biex il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali fl-Ewropa tiġi diġitalizzata ulterjorment. L-użu sħiħ tal-għodod diġitali se jtejjeb l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-istituzzjonijiet nazzjonali tas-sigurtà soċjali u se jħaffef ir-rikonoxximent u l-għoti ta’ benefiċċji eliġibbli bejn il-fruntieri. Dan se jagħmilha aktar faċli għar-residenti tal-UE biex jgħixu, jaħdmu u jivvjaġġaw barra minn pajjiżhom, għall-kumpaniji biex jagħmlu negozju fi Stati Membri oħra u għall-amministrazzjonijiet nazzjonali biex jikkoordinaw is-sigurtà soċjali bejn il-fruntieri (ara l-Kapitlu 5).
Bi kważi 14-il miljun parteċipant sal-lum, Erasmus+ - jinfetaħ f’tab ġdida. huwa wieħed mill-aktar programmi emblematiċi tal-UE, li jkopri l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport. Il-Kummissjoni żiedet il-baġit tal-2023 għall-programm għal total ta’ €4.43 biljun — l-ogħla allokazzjoni finanzjarja annwali tagħha li qatt kellha. Dan għen biex jissaħħu l-prijoritajiet tal-Erasmus+ dwar l-inklużjoni, iċ-ċittadinanza attiva u l-parteċipazzjoni demokratika, u dwar it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali fl-UE u internazzjonalment. Il-programm ta’ ħidma rivedut kien jinkludi €100 miljun biex jiġu appoġġati l-istudenti u l-persunal edukattiv affettwati mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Id-dimensjoni internazzjonali tal-Erasmus+ issaħħet, b’żieda fil-baġit ta’ €31 miljun biex jissaħħu l-proġetti ta’ mobbiltà u l-bini tal-kapaċità fl-edukazzjoni għolja b’appoġġ għall-proġetti ta’ kooperazzjoni internazzjonali. Fl-2023, dan appoġġa wkoll il-ħolqien ta’ ambjent diġitali ta’ edukazzjoni miftuħa għall-istudenti rreġistrati fl-istituzzjonijiet Ukreni tal-edukazzjoni għolja, għal dawk li qed jaħarbu mill-Ukrajna jew għall-istudenti spostati internament.
L-infografika turi l-profil medju ta’ student tal-Erasmus+ fl–2023, li kellu 22 sena u nofs, tipikament qatta’ 5 punt wieħed 8 xhur barra mill-pajjiż u rċieva għotja medja fix-xahar ta’ 374 ewro, b’distribuzzjoni tal-ġeneri ta’ wieħed u sittin % nisa u 39% irġiel.
Iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni - jinfetaħ f’tab ġdida. hija inizjattiva biex tgħin lill-Istati Membri jaħdmu flimkien biex jibnu sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ aktar inklużivi u aktar reżiljenti. Għandha l-għan li ttejjeb l-aċċess għal edukazzjoni u taħriġ ta’ kwalità, tippermetti lill-istudenti jiċċaqalqu faċilment bejn is-sistemi edukattivi f’pajjiżi differenti u tgħin biex tinħoloq kultura ta’ apprendiment tul il-ħajja. Fil-punt ta’ nofs it-terminu fil-bini taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, il-Kunsill irrikonoxxa l-progress li sar - jinfetaħ f’tab ġdida. u l-ħtieġa għal sforzi kontinwi mill-Istati Membri, il-Kummissjoni u komunità usa’ ta’ partijiet ikkonċernati biex din issir realtà sal-2025.
Panel ddedikat taċ-Ċittadini dwar il-Mobbiltà tal-Apprendiment - jinfetaħ f’tab ġdida. (ara wkoll il-Kapitlu 9) iġġenera 21 rakkomandazzjoni speċifika mmirati lejn it-titjib tal-opportunitajiet ta’ apprendiment barra mill-pajjiż għal kulħadd fl-UE. Dawn tqiesu fl-abbozzar tal-proposta tal-Kummissjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill - jinfetaħ f’tab ġdida. li tistieden lill-Istati Membri jagħmlu l-mobbiltà għall-apprendiment fl-UE parti integrali mill-perkorsi kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ.
Il-ħiliet diġitali huma essenzjali biex in-nies jipparteċipaw fis-soċjetà u fix-xogħol, u biex tinkiseb l-inklużjoni soċjali. L-UE għandha l-għan li ttejjeb il-mod kif in-nies jitgħallmu online u tiżgura li kulħadd ikollu l-ħiliet diġitali li jeħtieġ, illum u għall-futur.
B’dan il-ħsieb, f’Novembru l-UE adottat żewġ rakkomandazzjonijiet - jinfetaħ f’tab ġdida. li għandhom l-għan li jiggwidaw u jappoġġaw lill-Istati Membri fl-iżvilupp tal-ħiliet diġitali tan-nies u fl-indirizzar tad-distakk diġitali. Ir-rakkomandazzjonijiet huma parti mill-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali 2021–2027. - jinfetaħ f’tab ġdida. B’mod parallel, tkompli l-ħidma fuq it-13-il azzjoni fil-qafas tal-pjan. Pereżempju, f’Ġunju, tnediet komunità ta’ prattika biex tappoġġa l-Pjattaforma għal Skambji Ewropej għall-kontenut tal-edukazzjoni għolja u d-data edukattiva, bħala parti miċ-Ċentru tal-Edukazzjoni Diġitali - jinfetaħ f’tab ġdida.. Il-Kummissjoni bdiet ukoll proġett pilota biex tesplora l-iżvilupp ta’ Ċertifikat Ewropew tal-Ħiliet Diġitali - jinfetaħ f’tab ġdida., li jgħin lin-nies ikollhom il-ħiliet diġitali tagħhom rikonoxxuti malajr u faċilment bejn il-fruntieri mill-impjegaturi u mill-fornituri tat-taħriġ. (Għal aktar informazzjoni dwar il-ħiliet diġitali, ara l-Kapitlu 5.)
Bis-saħħa tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku, Spanja, l-Italja u l-Portugall qed jagħmlu s-sistemi edukattivi tagħhom aktar inklużivi għall-istudjużi żvantaġġati permezz ta’ proġett multinazzjonali mmirat lejn il-ġlieda kontra d-disparitajiet reġjonali. Il-finanzjament fil-qafas tal-istrument qed jgħin ukoll lill-Irlanda u lill-Finlandja jiżviluppaw pjanijiet direzzjonali għat-titjib tal-ħiliet tal-għalliema u jippromwovu edukazzjoni ta’ kwalità u inklużiva, u jappoġġa lir-Rumanija fl-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ sistema biex jitnaqqas l-għadd ta’ studenti li jitilqu mill-iskola kmieni.
L-ewwel Jum tal-Awturi Ewropej — inizjattiva ġdida fil-qafas tal-programm Ewropa Kreattiva — tnieda f’Marzu. B’aktar minn 1,000 avveniment, dan kellu l-għan li jerġa’ jikkollega l-ġenerazzjoni żagħżugħa mal-qari tal-kotba u jħeġġeġ lin-nies jiskopru d-diversità kulturali u lingwistika tal-letteratura Ewropea.
Filwaqt li jieħdu r-riċerka u l-innovazzjoni bħala l-punt tat-tluq tagħhom, il-ħames missjonijiet tal-UE - jinfetaħ f’tab ġdida., appoġġati primarjament mill-finanzjament ta’ Orizzont Ewropa - jinfetaħ f’tab ġdida., qed jgħinu l-ħidma tal-Kummissjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew, biex l-Ewropa tkun lesta għall-era diġitali u dwar il-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer. Kull missjoni tistabbilixxi miri ambizzjużi, prattiċi u li jistgħu jitkejlu biex jinkisbu riżultati tanġibbli għal kulħadd fl-UE. Il-valutazzjoni tal-progress turi - jinfetaħ f’tab ġdida. li l-missjonijiet jinsabu fit-triq it-tajba biex jilħqu l-għanijiet ambizzjużi tagħhom sal-2030.
Biex jinħoloq impatt reali u dejjiemi, il-missjonijiet jimmobilizzaw firxa wiesgħa ta’ atturi pubbliċi u privati — mill-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali sa istituti ta’ riċerka, bdiewa, investituri u sħab assoċjati minn barra l-UE. Huma jinvolvu ruħhom ukoll maċ-ċittadini biex jagħtu spinta lill-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet u approċċi ġodda. Fl-2023, tnediet il-fażi preparatorja għas-sitt missjoni dwar il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida. B’enfasi fuq l-innovazzjoni, din se jkollha l-għan li tittrasforma l-viċinati madwar l-Ewropa għall-aħjar, u b’hekk tagħmilhom sbieħ, sostenibbli u inklużivi sal-2035.
Bħala parti mill-programm Orizzont Ewropa, il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka - jinfetaħ f’tab ġdida. jgħin biex iwessa’ l-konfini tal-għarfien fl-oqsma kollha tax-xjenza u tal-boroż ta’ studju permezz tal-iskemi prestiġjużi tiegħu ta’ għotjiet. Fl-2023 ingħataw għotjiet mill-kunsill b’valur totali ta’ €2 biljun għal proġetti li ntgħażlu abbażi tal-eċċellenza xjentifika tagħhom.
L-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie - jinfetaħ f’tab ġdida. huma l-programm ewlieni ta’ finanzjament tal-UE għall-edukazzjoni fil-livell ta’ dottorat u t-taħriġ tar-riċerkaturi wara l-livell ta’ dottorat. Matul l-2023, il-programm appoġġa kważi 3,000 proġett u 4,400 organizzazzjoni, li ntgħażlu għall-finanzjament fl-2021 u fl-2022. Il-finanzjament, li jammonta għal aktar minn €1.6 biljun, se jħarreġ aktar minn 15,000 kandidat għal dottorat fi ħdan u barra d-dinja akkademika.
Żewġ riċerkaturi ffinanzjati mill-UE ssemmew bħala r-rebbieħa tal-Premju Nobel għall-Fiżika tal-2023 - jinfetaħ f’tab ġdida.. Ferenc Krausz u Anne L’Huillier irċevew għotjiet b’valur ta’ kważi €9.5 miljun mill-Kunsill Ewropew tar-Riċerka. Huma rċevew ukoll appoġġ minn programmi oħra ta’ riċerka tal-UE, inklużi l-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie. Huma rebħu l-premju, flimkien ma’ fiżiku ieħor Pierre Agostini, “għal metodi sperimentali li jiġġeneraw pulsazzjonijiet ta’ attosekondi ta’ dawl għall-istudju tad-dinamika tal-elettroni fil-materja”.
F’Lulju, il-Kummissjoni pproponiet - jinfetaħ f’tab ġdida. rakkomandazzjoni tal-Kunsill biex tistabbilixxi qafas Ewropew ġdid għall-karrieri fir-riċerka, karta ġdida għar-riċerkaturi u qafas ta’ kompetenza Ewropew għar-riċerkaturi. L-għan ewlieni ta’ dawn l-inizjattivi huwa li jżommu r-riċerkaturi fl-Ewropa, jagħmluha destinazzjoni attraenti għar-riċerkaturi minn barra u jippromwovu l-karrieri fir-riċerka bħala għażla attraenti għall-istudenti u l-gradwati żgħażagħ.
L-ewwel rebbieħa ta’ premju ġdid li jirrikonoxxi organizzazzjonijiet akkademiċi u tar-riċerka għall-ixprunar tal-bidla lejn l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fir-riċerka u fl-innovazzjoni tħabbru fil-Jum Internazzjonali tan-Nisa (it-8 ta’ Marzu). Tliet istituzzjonijiet akkademiċi mill-Irlanda u waħda mill-Iżvezja ħadu l-Premju tal-UE għaċ-Ċampjins tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri - jinfetaħ f’tab ġdida..
Għalkemm id-dritt għal paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali huwa wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-UE, in-nisa fl-UE jaqilgħu medja ta’ madwar 13 % inqas mill-irġiel. Filwaqt li d-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri - jinfetaħ f’tab ġdida. hija kwistjoni kumplessa, id-diskriminazzjoni fil-pagi hija meqjusa bħala fattur kontributorju ewlieni. Ir-regoli ġodda - jinfetaħ f’tab ġdida. dwar it-trasparenza fil-pagi għandhom l-għan li jsaħħu l-applikazzjoni tad-dritt għal paga ugwali u jgħinu biex titnaqqas id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri. Id-Direttiva dwar it-Trasparenza fil-Pagi - jinfetaħ f’tab ġdida. tagħti lill-ħaddiema d-dritt għall-informazzjoni dwar il-livelli medji tal-pagi għal dawk kollha li jwettqu l-istess impjieg jew xogħol ta’ valur ugwali, li jippermetti lill-ħaddiema jidentifikaw u jikkontestaw kwalunkwe diskriminazzjoni fil-pagi bbażata fuq il-ġeneru.
Id-Direttiva tagħti wkoll il-possibbiltà lill-ħaddiema li jinfurzaw id-dritt tagħhom għal paga ugwali jekk jemmnu li qed jiġu diskriminati. Pereżempju, se tiżgura li l-vittmi tad-diskriminazzjoni fil-pagi jkunu jistgħu jiġu rrappreżentati fil-qorti minn assoċjazzjonijiet u korpi rilevanti, bħall-korpi tal-ugwaljanza. Dan jiżgura kumpens aħjar għall-vittmi u penali aktar b’saħħithom għall-ksur tad-drittijiet. Ir-regoli l-ġodda jridu jiġu inkorporati fil-liġi nazzjonali sas-7 ta’ Ġunju 2026.
Il-Kummissjoni kompliet bl-appoġġ tagħha għal azzjoni għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza kontra t-tfal - jinfetaħ f’tab ġdida. permezz tal-programm tagħha dwar iċ-Ċittadinanza, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri - jinfetaħ f’tab ġdida.. Intgħażlu 13-il proġett biex jirċievu finanzjament ta’ kważi €30 miljun. Sebgħa mill-proposti magħżula jiffukaw fuq il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika, ħamsa jimmiraw il-vjolenza kontra t-tfal u waħda tkopri kemm l-adulti kif ukoll it-tfal.
L-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta’ Istanbul - jinfetaħ f’tab ġdida. dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika f’Ġunju kienet pass importanti. Dan juri l-impenn tal-UE li żżid l-azzjoni kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru fis-27 Stat Membru, u l-azzjoni b’appoġġ għall-vittmi kollha tal-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika. Il-konvenzjoni daħlet fis-seħħ fl-UE fl-1 ta’ Ottubru 2023.
L-istereotipi marbuta mal-ġeneru huma kawża ewlenija tal-inugwaljanzi bejn il-ġeneri. Il-kampanja “#EndGenderStereotypes - jinfetaħ f’tab ġdida.”, imnedija f’Marzu, timmira lejn l-istereotipi marbuta mal-ġeneru li jaffettwaw kemm lill-irġiel kif ukoll lin-nisa fl-aspetti kollha tal-ħajja, inkluż il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, l-għażliet tal-karriera u l-opportunitajiet għal pożizzjonijiet ta’ tmexxija. Għandha l-għan li tqajjem kuxjenza dwar l-isterjotipi f’sitwazzjonijiet reali u tħeġġeġ lin-nies biex jistaqsu u jindirizzaw il-prattiki diskriminatorji.
Ir-rapport ta’ progress tal-2023 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020–2025 - PDF file – jinfetaħ f’tab ġdida. jippreżenta bosta miżuri relatati mal-leżbjani, mal-omosesswali, mal-bisesswali, mat-trans, mal-intersesswali u mal-queer (LGBTIQ) u juri li l-maġġoranza tal-azzjonijiet fil-qafas tal-istrateġija jew twettqu jew qed jiġu implimentati. Ir-rapport se jinforma d-diskussjonijiet dwar x’għad irid isir għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ sal-2025.
Il-Kummissjoni żiedet il-finanzjament tagħha fil-qafas tal-programm dwar iċ-Ċittadinanza, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri biex tiġġieled id-diskriminazzjoni kontra l-persuni LGBTIQ u tippromwovi l-ugwaljanza tal-LGBTIQ, bi €3 miljun allokati għal proġetti li jibbenefikaw speċifikament lill-komunità LGBTIQ fl-2023–2024.
Il-kampanja “Keep Your Eyes Open - jinfetaħ f’tab ġdida.” tnediet mill-Kummissjoni fl-2023 bħala inizjattiva skont l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Vittmi 2020–2025 - jinfetaħ f’tab ġdida. biex titqajjem kuxjenza dwar id-drittijiet tal-vittmi tal-kriminalità, inklużi l-vittmi ta’ reati ta’ mibegħda kontra l-LGBTIQ. Il-kampanja għandha l-għan li tħeġġeġ lill-ħbieb u lill-familji tal-vittmi biex joffru għajnuna u appoġġ. L-għan aħħari huwa li jiġi żgurat li l-vittmi jifhmu d-drittijiet tagħhom u jħossuhom mogħtija s-setgħa li jużawhom biex ifittxu ġustizzja.
Il-Premjijiet annwali tal-Kapitali Ewropej tal-Inklużjoni u d-Diversità - jinfetaħ f’tab ġdida. huma parti mill-ħidma tal-UE - jinfetaħ f’tab ġdida. fil-ġlieda kontra r-razziżmu u d-diskriminazzjoni. Ir-rebbieħa - jinfetaħ f’tab ġdida. tal-2023, mifruxa f’seba’ Stati Membri, ġew iċċelebrati għall-ħidma tagħhom fil-bini ta’ soċjetajiet aktar ġusti billi ppromwovew id-diversità u l-inklużjoni f’termini ta’ ġeneru, orjentazzjoni sesswali, oriġini razzjali u etnika, reliġjon u twemmin, abbiltà u età.
L-Għodda ta’ Awtovalutazzjoni tad-Diversità tal-UE - jinfetaħ f’tab ġdida., ippubblikata f’Mejju matul ix-Xahar Ewropew tad-Diversità - jinfetaħ f’tab ġdida., tippermetti lill-impjegaturi fis-setturi pubbliċi u privati u lill-organizzazzjonijiet kemm kbar kif ukoll żgħar jaraw kemm jimmaniġġjaw tajjeb id-diversità f’sitt kategoriji.
Infrastruttura tad-diversità organizzazzjonali
Reklutaġġ
Progressjoni tal-karriera
Termini u kundizzjonijiet
Rikonoxximent ta’ ħtiġijiet speċifiċi
Profil organizzazzjonali
Ir-Rom huma l-akbar minoranza etnika tal-Ewropa. Ħafna Rom għadhom jesperjenzaw diskriminazzjoni u esklużjoni soċjali. F’Jannar, il-Kummissjoni ħarġet rapport ta’ rendikont - jinfetaħ f’tab ġdida. tal-istrateġiji nazzjonali tar-Rom, ivvalutathom fid-dawl tal-impenji li saru mill-Istati Membri u pprovdiet gwida f’oqsma li jirrikjedu titjib jew aktar sforz sinifikanti. Il-Kummissjoni appellat lill-Istati Membri biex jagħmlu l-aħjar użu mill-istrumenti ta’ finanzjament tal-UE u biex jirrieżaminaw l-oqfsa nazzjonali tagħhom biex jagħmluhom isegwu r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill - jinfetaħ f’tab ġdida. dwar l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom aktar mill-qrib.
Lejn l-aħħar tal-2023, kien hemm żieda sinifikanti fid-diskors ta’ mibegħda u fir-reati ta’ mibegħda fl-Ewropa, b’mod partikolari fil-konfront tal-komunitajiet Lhud u Musulmani. F’Diċembru, il-Kummissjoni ppubblikat komunikazzjoni bit-titlu “L-ebda post għall-mibegħda - jinfetaħ f’tab ġdida.: Ewropa magħquda kontra l-mibegħda - jinfetaħ f’tab ġdida.”, li ġabret flimkien il-miżuri tal-UE dwar is-suġġett. Din kienet ibbażata fuq linji ta’ ħidma eżistenti ewlenin, inkluż l-Istrateġija tal-UE dwar il-Ġlieda kontra l-Antisemitiżmu u s-Sostenn tal-Ħajja Lhudija - jinfetaħ f’tab ġdida., u serviet bħala sejħa għal azzjoni lill-Ewropej kollha biex jiġġieldu kontra l-mibegħda u jitkellmu favur it-tolleranza u r-rispett (ara wkoll il-Kapitlu 7).
Unjoni ta’ ugwaljanza tista’ tinkiseb biss meta l-persuni b’diżabbiltà jgawdu d-drittijiet tagħhom u jkunu jistgħu jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà u fl-ekonomija, bħal kulħadd.
Sabiex jiġi żgurat li l-persuni b’diżabbiltà jkunu jistgħu jgawdu aċċess ugwali għall-benefiċċji minn skontijiet u vantaġġi oħra madwar l-UE, u jkunu jistgħu jiċċaqalqu liberament bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni pproponiet - jinfetaħ f’tab ġdida.:
Il-Kard Ewropea tad-Diżabbiltà proposta għandha l-għan li sservi bħala prova rikonoxxuta ta’ diżabbiltà fl-Istati Membri kollha. Din se tagħti lid-detenturi tal-karta aċċess ugwali għall-istess kundizzjonijiet speċjali u trattament preferenzjali (eż. dħul liberu, tariffi mnaqqsa u aċċess prijoritarju) mogħtija lir-residenti tal-Istat Membru li jkunu qed iżuru. Dan se jkun japplika għat-trasport pubbliku, għall-avvenimenti kulturali, għall-mużewijiet, għaċ-ċentri sportivi, eċċ. Il-kard se tkun tikkomplementa l-kards nazzjonali tad-diżabbiltà eżistenti. Il-konsultazzjoni pubblika dwar il-kard il-ġdida saret disponibbli permezz ta’ għadd ta’ formati alternattivi biex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà. B’hekk, aktar minn 2,500 persuna b’diżabbiltà taw kontribut - jinfetaħ f’tab ġdida. għal din l-inizjattiva.
Il-kard għall-parkeġġ il-ġdida proposta se tiggarantixxi l-istess drittijiet għall-użu ta’ spazji ta’ parkeġġ u faċilitajiet riżervati għal persuni b’diżabbiltà bħar-residenti fl-Istat Membru kkonċernat. Hija maħsuba biex tieħu post il-kards tal-parkeġġ nazzjonali.
L-inizjattiva qed tiġi nnegozjata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.
Fl-2023, il-Kummissjoni, f’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet għall-protezzjoni tal-konsumatur tal-UE (fin-Network ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur - jinfetaħ f’tab ġdida.), kompliet tagħmel passi sinifikanti biex il-konsumaturi jiġu mħarsa mill-prattiki inġusti. Fl-indirizzar tas-settur tal-ivvjaġġar, in-network kellu rwol kruċjali biex jiżgura li l-konsumaturi jiġu ttrattati b’mod ġust fil-każ ta’ kanċellazzjonijiet ta’ titjiriet. Fi żvilupp sinifikanti ieħor, Google daħlet fi djalogu man-network fejn ħadet l-impenn - jinfetaħ f’tab ġdida. li tagħti lill-konsumaturi informazzjoni aktar ċara u preċiża biex tikkonforma mar-regoli tal-UE.
Ir-regoli modernizzati se jiżguraw li jiġu offruti biss prodotti sikuri lill-konsumaturi tal-UE, irrispettivament mill-oriġini tagħhom u minn jekk jinbigħux fi ħwienet tradizzjonali jew fi swieq online. Ir-regoli l-ġodda - jinfetaħ f’tab ġdida., li jindirizzaw l-isfidi tad-diġitalizzazzjoni li qed tiżdied, l-iżviluppi teknoloġiċi ġodda u l-ktajjen tal-provvista globalizzati, daħlu fis-seħħ f’Ġunju u se japplikaw fl-Istati Membri kollha mit-13 ta’ Diċembru 2024.
F’Novembru daħlu fis-seħħ regoli ġodda biex jipproteġu lill-konsumaturi - jinfetaħ f’tab ġdida. li japplikaw għall-kreditu (eż. self biex titħallas karozza). Dawn għandhom l-għan li jiżguraw li l-konsumaturi jkunu jafu eżattament għal xiex qed jiffirmaw u li l-informazzjoni tiġi adattata għall-apparati diġitali.
Barra minn hekk, f’Diċembru daħlu fis-seħħ regoli modernizzati dwar kuntratti ta’ servizzi finanzjarji konklużi mill-bogħod - jinfetaħ f’tab ġdida. (eż. online jew bil-posta). Il-leġiżlazzjoni tistabbilixxi regoli ċari dwar l-informazzjoni li jeħtieġ li tiġi pprovduta lill-konsumaturi qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt. Tintroduċi wkoll il-possibbiltà għall-konsumatur li jirtira minn kuntratt permezz ta’ “buttuna ta’ rtirar” faċli biex tinstab fuq is-sit web tal-bejjiegħ. Ir-regoli l-ġodda, li se japplikaw minn nofs l-2026, jipprovdu wkoll lill-konsumaturi l-possibbiltà li jikkuntattjaw persuna f’każijiet fejn iċ-chatbot ma jkunx sodisfaċenti.
L-aġenziji tal-ivvjaġġar ewlenin impenjaw ruħhom li:
jinfurmaw aħjar lill-konsumaturi dwar id-drittijiet tagħhom f’każ ta’ kanċellazzjonijiet ta’ titjiriet;
iħaffu r-rifużjonijiet tal-biljetti, b’ħin massimu ta’ stennija ta’ 14-il jum għall-konsumatur (massimu ta’ 7 ijiem għal-linji tal-ajru biex jagħtu rifużjoni lill-vjaġġaturi jew lill-intermedjarju użat biex jibbukkja l-biljett u 7 ijiem biex l-intermedjarju jipproċessa r-rimborż);
joffru dettalji ta’ kuntatt trasparenti;
jipprovdu informazzjoni dwar il-benefiċċji speċifiċi marbuta mal-pakketti ta’ servizzi tagħhom;
jispjegaw l-implikazzjonijiet ta’ servizzi speċifiċi fuq id-drittijiet tal-konsumatur fil-każ ta’ interruzzjonijiet fit-titjiriet.