Immaġni bil-bnadar kollha tal-Unjoni Ewropea.

Il-pjan tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tat-Tfal

Immaġni bi stilel f’ċirku li jirrappreżenta l-emblema tal-Unjoni Ewropea.L-Unjoni Ewropea (UE fil-qosor) hija grupp ta’ 27 pajjiż li jaħdmu flimkien.

Immaġni ta’ żewġ pali tal-idejn jieħdu b’idejn xulxin.Id-drittijiet tat-tfal huma wegħdiet li l-UE u l-gvernijiet għamlu biex it-tfal ikun jista’ jkollhom ħajja tajba.

Immaġni bl-istilel tal-Unjoni Ewropea li jdawwru d-dinja u t-tfal.

Dawn huma xi eżempji ta’ drittijiet tat-tfal

Immaġni b’eżempji tad-drittijiet tat-tfal: Li jkunu sikur, murija permezz ta’ idejn ta’ adult li jżommu tifel/tifla. Li jilagħbu, murija permezz ta’ spazju rikreattiv għal-logħob. Li jitgħallmu, murija permezz ta’ tifel/tifla qed jaqraw ktieb. Li jsemmgħu leħinhom, murija permezz ta’ tifel/tifla li jitkellem/titkellem ma’ adult.

li jkunu sikuri

li jistgħu jilagħbu

li jitgħallmu

li jsemmgħu leħinhom

Kif se tqiegħed fil-prattika d-drittijiet tat-tfal l-UE?

Immaġni ta’ adult li qed jispjega lil adulti oħra.L-UE se tiġbor informazzjoni u tgħallem lin-nies dwar id-drittijiet tat-tfal.

Immaġni ta’ nies fil-gvernijiet li qegħdin jitkellmu ma’ xulxin.Il-gvernijiet u oħrajn se jitgħallmu minn xulxin kif l-aħjar ipoġġu d-drittijiet tat-tfal fil-prattika.

Immaġni tas-simbolu tal-munita tal-euro.L-UE se tuża l-flus għall-affarijiet li huma meħtieġa biex it-tfal igawdu d-drittijiet tagħhom, bħal taħriġ għall-adulti li jaħdmu mat-tfal.

Kont taf?

L-akbar ġabra ta’ wegħdiet dwar id-drittijiet tat-tfal tissejjaħ il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal (UNCRC).

Immaġni tal-logo tan-Nazzjonijiet Uniti.

X’inhuma l-ewwel sitt affarijiet tal-pjan?

1

Immaġni ta’ adult li jitkellem ma’ tifel/tifla.

Il-parteċipazzjoni tat-tfal

Li kulħadd għandu jifhem li t-tfal għandhom dritt isemmgħu leħinhom u li dan ikun fil-prattika.

2

Immaġni ta’ tifel/tifla bilwieqfa bejn żewġ adulti, kollha jżommu idejn xulxin.

L-inklużjoni fis-soċjetà

It-tfal jikun jista’ jkollhom edukazzjoni u kura tas-saħħa tajbin, u l-familji jkollhom biżżejjed flus biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom.

3

Immaġni ta’ adult b’tarka, bilwieqfa quddiem it-tifel/it-tifla.

Is-sikurezza mill-periklu

It-tfal se jinżammu sikuri mill-vjolenza, u dawk it-tfal li jiġu mweġġa’ se jingħataw l-għajnuna li jeħtieġu.

4

Immaġni tal-miżien tal-ġustizzja.

Ġustizzja adattata għat-tfal

Il-pulizija, l-avukati u l-imħallfin se jittrattaw lit-tfal b’mod ġust, jisimgħuhom u jissodisfaw l-ħtiġijiet tagħhom.

5

Immaġni tas-simbolu tal-konnessjoni tal-Wi-Fi.

Id-dinja diġitali

It-tfal kollha se jkunu jistgħu jiksbu aċċess għad-dinja diġitali u jkunu sikuri fiha.

6

Immaġni ta’ globu.

Għajnuna lit-tfal madwar id-dinja

It-tfal kollha fid-dinja se jgawdu d-drittijiet tagħhom, anki meta jkun hemm gwerra, karestija jew mard.

Kont taf?

Meta għamlet il-pjan l-UE tkellmet ma’ ħafna nies, inklużi 10,000 tifel u tifla.

Immaġni ta’ adult qed jitkellem mat-tfal.

Immaġni ta’ adult li jitkellem ma’ tifel/tifla.1 Il-parteċipazzjoni tat-tfal

Immaġni ta’ clipboard b’lista tal-UE ta’ affarijiet li jridu jsiru.
X’se tagħmel l-UE?

Tipprepara pjan biex tippromwovi l-parteċipazzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ.


Tpoġġi f’lingwaġġ adattat għat-tfal il-liġijiet u l-politiki.


Tgħallem lill-oħrajn kif jużaw lingwaġġ adattat għat-tfal.


Tikkonsulta mat-tfal waqt l-iżvilupp tal-politiki tal-UE.

Għaliex intgħażlet?
  • Xi nies ma jaqblux li t-tfal ikollhom id-dritt li jsemmgħu leħinhom fid-deċiżjonijiet.
  • Oħrajn jaħsbu li dan huwa diffiċli wisq jew jiswa ħafna flus.
F’bużżieqa tad-diskors: Jekk mhux aħna, min? Jgħid tfajjel li għandu 16-il sena.

Tfajjel ta’ 16-il sena

Immaġni ta’ tifel/tifla bilwieqfa bejn żewġ adulti, kollha jżommu idejn xulxin.2 L-inklużjoni fis-soċjetà

Immaġni ta’ clipboard b’lista tal-UE ta’ affarijiet li jridu jsiru.
X’se tagħmel l-UE?

Tiżgura li l-familji jkollhom biżżejjed flus biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tat-tfal.


Tiżgura li hemm kura tas-saħħa tajba għat-tfal.


Tissodisfa l-ħtiġijiet tat-tfal b’diżabilità.


Taċċerta ruħha li t-tfal ikunu jistgħu jieklu ikel tajjeb għas-saħħa.


Taċċerta ruħha li t-tfal kollha jirċievu edukazzjoni tajba.

Għaliex intgħażlet?
  • Ħafna tfal jgħixu f’familji li ma għandhomx biżżejjed flus biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom.
  • Jeħtieġ li jsir aktar biex jiġi żgurat li t-tfal kollha jkollhom kura tas-saħħa tajba.
  • Ħafna tfal ma jkollhomx edukazzjoni tajba u ma jistgħux jieħdu sehem fl-attivitajiet ta’ wara l-iskola.

L-inklużjoni fis-soċjetà tfisser li kulħadd huwa inkluż (irrispettivament mill-ammont ta’ flus li persuna jkollha jew x’inhu l-isfond tagħha).

Immaġni ta’ adult b’tarka, bilwieqfa quddiem it-tifel/it-tifla.3 Is-sikurezza mill-periklu

Immaġni ta’ clipboard b’lista tal-UE ta’ affarijiet li jridu jsiru.
X’se tagħmel l-UE?

Tiżgura li kulħadd jaħdem flimkien biex it-tfal jinżammu sikuri.


Tħarreġ lill-adulti li jaħdmu biex jipproteġu lit-tfal.


Taqsam informazzjoni dwar l-aħjar modi ta’ kif jiġu protetti t-tfal.


Tagħmel liġijiet aktar b’saħħithom kontra l-vjolenza fuq it-tfal.

Għaliex intgħażlet?
  • Wieħed minn kull żewġt itfal madwar id-dinja x’aktarx li jsofri xi forma ta’ vjolenza ta’ kull sena.
  • Hemm tħassib li l-vjolenza kontra t-tfal żdiedet matul il-COVID-19.

Il-vjolenza tinkludi n-negliġenza, il-ħsara fiżika u mentali, l-abbuż u l-isfruttament sesswali (dan ifisser adult li jieħu vantaġġ u juża t-tfal biex jagħmel il-flus), u l-bullying.

Immaġni tal-miżien tal-ġustizzja.4 Ġustizzja adattata għat-tfal

Immaġni ta’ clipboard b’lista tal-UE ta’ affarijiet li jridu jsiru.
X’se tagħmel l-UE?

Tagħti taħriġ dwar id-drittijiet tat-tfal lill-pulizija, l-avukati u l-imħallfin.


Tagħmel liġijiet li jappoġġaw lit-tfal fis-sistema ġudizzjarja u tpoġġihom fil-prattika.


Issib modi kif it-tfal jistgħu jibqgħu fil-komunità u ma jmorrux fiċ-ċentri ta’ detenzjoni.


Twassal lil kulħadd biex jaċċetta deċiżjoni ta’ pajjiż tal-UE li xi ħadd huwa l-ġenitur tat-tifel/tifla.

Għaliex intgħażlet?
  • Ħafna tfal ma jħossuhomx sikuri jew ma jiġux trattati b’mod ugwali meta jkollhom x’jaqsmu mas-sistemi ġudizzjarji.
  • It-tfal ta’ spiss ma jkollhomx l-informazzjoni li jeħtieġu biex jifhmu x’qed jiġri.
  • It-tfal vittma ta’ spiss ma jirrappurtawx reati.
  • Wisq tfal jinżammu f’detenzjoni.

Is-sistema ġudizzjarja tista’ tinkludi l-pulizija u l-qrati. It-tfal jistgħu jkunu l-vittma, ix-xhieda jew akkużati b’reat. Jekk ikunu qed jittieħdu deċiżjonijiet dwar l-edukazzjoni tagħhom jew ma’ min se jgħixu, jistgħu jiġu involuti wkoll.

Immaġni tas-simbolu tal-konnessjoni tal-Wi-Fi.5 Id-dinja diġitali

Immaġni ta’ clipboard b’lista tal-UE ta’ affarijiet li jridu jsiru.
X’se tagħmel l-UE?

Tiżviluppa pjan ġdid għal “Internet aħjar għat-tfal”


Tiżgura li t-tfal b’diżabilità jistgħu jibbenefikaw mit-teknoloġija diġitali.


Tagħmel liġijiet li jirrikjedu li n-negozji jiċċekkjaw u jirrappurtaw l-abbuż sesswali online.


Taċċerta ruħha li t-tfal kollha jkollhom aċċess għall-għodod diġitali u għal konnessjoni tal-internet.


Tgħallem lit-tfal, lill-ġenituri u lill-iskejjel dwar attivitajiet online ħielsa mill-periklu.


Tiżgura li l-informazzjoni dwar it-tfal tkun protetta online

Għaliex intgħażlet?
  • Mhux it-tfal kollha għandhom aċċess għall-web jew għal apparati bħal laptops, smartphones u tablets.
  • It-tfal mhux dejjem ikunu sikuri online. Jistgħu jiġu bbuljati jew jaraw kontenut vjolenti jew sesswali jew xi reklami dwar affarijiet li huma ta’ ħsara għalihom (bħall-alkoħol).

Id-dinja diġitali tinkludi aċċess għall-internet u apparat bħal kompjuters, smartphones u Wi-Fi.

Immaġni ta’ globu.6 Għajnuna lit-tfal madwar id-dinja

Immaġni ta’ clipboard b’lista tal-UE ta’ affarijiet li jridu jsiru.
X’se tagħmel l-UE?

Tħeġġeġ lill-gvernijiet kullimkien biex iżommu l-wegħdiet dwar id-drittijiet tat-tfal.


Tuża l-flus u tieħu azzjoni biex jiġu protetti t-tfal mill-vjolenza.


Tħejji pjan ta’ azzjoni biex tiġi promossa l-parteċipazzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ.


Tappoġġa l-aċċess ugwali għall-iskejjel u l-programmi preskolastiċi tajbin.


Twaqqaf l-impjieg tat-tfal.

Għaliex intgħażlet?
  • Hemm wisq tfal li ma għandhomx aċċess għal kura tas-saħħa tajba, għall-ikel, għal ilma sikur jew għall-edukazzjoni.
  • Ħafna huma affettwati minn gwerer u diżastri naturali.
  • Il-COVID-19 u l-impatt tat-tibdil fil-klima ġabu s-sitwazzjoni għall-agħar għal ħafna tfal.
F’bużżieqa tad-diskors: L-UE għandha s-saħħa li tgħaqqad ħafna pajjiżi tad-dinja għall-paċi, il-kooperazzjoni, l-ugwaljanza bejn in-nies, li tiffinanzja proġetti għal organizzazzjonijiet li jaħdmu biex jipproteġu d-drittijiet tat-tfal. Qal tifel/qalet tifla mill-Albanija.

Tifel, l-Albanija

Din il-verżjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal (Il-Pjan), adattata għat-tfal, inħolqot fi sħubija mat-tfal infushom. Żewġ gruppi ta’ tfal u żgħażagħ minn żewġ skejjel f’Dublin, l-Irlanda, ingħaqdu flimkien permezz taċ-Ċentru għad-Drittijiet tat-Tfal ta’ Queen’s University f’Belfast, l-Irlanda ta’ Fuq. Huma ħadmu flimkien biex jiddeċiedu dwar kif il-messaġġi ewlenin tal-“Pjan” għandhom jiġu spjegati lit-tfal f’dan il-ktejjeb.

Il-Kummissjoni Ewropea tixtieq b’mod speċjali tirringrazzja lil: Bremore Educate Together Secondary School, l-għalliema Kathy u Janice, u l-istudenti Hamilton, Alex, Stuart, Katie, Joseph, Molly u Niamh; u lil St Joseph’s Secondary School (ta’ Rush), l-għalliema Darren, Judy, Kevin u Louise, u l-istudenti Ellie, Cohen, Mollie, Joshua, Christopher, Evan, Jake, Kelsie, Monika, Cordelia, Stephen u Oisin kif ukoll it-Tfal tal-Kunsill tat-tfal u ż-żgħażagħ fi ħdan il-Fondazzjoni ta' Malta għall-ġid tas-Soċjeta'.

L-aċċessibbiltà tad-dokument ġiet żgurata mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Print ISBN 978-92-76-44186-1 doi:10.2838/327778 DS-03-21-112-MT-C
PDF ISBN 978-92-76-37631-6 doi:10.2838/844957 DS-03-21-112-MT-N
HTML ISBN 978-92-76-37639-2 doi:10.2838/6000 DS-03-21-112-MT-Q

Id-dokument tlesta f’Marzu 2021.

Il-Kummissjoni Ewropea ma hija responsabbli għall-ebda konsegwenza li tirriżulta mill-użu mill-ġdid ta’ din il-pubblikazzjoni.

Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2021.

© L-Unjoni Ewropea, 2021.

Il-politika tal-użu mill-ġdid tad-dokumenti tal-Kummissjoni Ewropea hija implimentata bid-Deċiżjoni tal-Kumissjoni 2011/833/UE tat-12 ta’ Diċembru 2011 dwar l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti tal-Kummissjoni (ĠU L 330, 14.12.2011, p. 39).

Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, l-użu mill-ġdid ta’ dan id-dokument huwa awtorizzat permezz tal-liċenzja tal-Creative Commons Attribution 4.0 International (CC-BY 4.0) (https://creativecommons.org/licenses/by/4.0/). Dan ifisser li l-użu mill-ġdid huwa permess, dment li jingħata l-kreditu xieraq u li tiġi indikata kwalunkwe bidla.

Għal kull użu jew riproduzzjoni ta’ elementi li mhumiex proprjetà tal-Unjoni Ewropea, jista’ jkun hemm bżonn li jintalab permess direttament mid-detenturi tad-drittijiet rispettivi. L-Unjoni Ewropea ma għandhiex id-drittijiet tal-awtur fir-rigward tal-elementi li ġejjin:
Id-dinja fuq il-qoxra, immaġni ta’ OpenClipart-Vectors minn Pixabay

L-ikoni, © iStock.com/Shams Suleymanova, © iStock.com/da-vooda u © iStock.com/VikiVector

Fejn nista’ nsib iktar informazzjoni?

Hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct madwar l-Unjoni Ewropea kollha. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru tiegħek hawnhekk: https://europa.eu/european-union/contact/meet-us_mt

Tista’ tikkuntattja lill-Europe Direct:

— fuq in-numru tat-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jistgħu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),

— fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew

— bl-email fuq: https://europa.eu/european-union/contact_mt

L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: https://europa.eu.

Tista’ tniżżel jew tordna pubblikazzjonijiet tal-UE kemm dawk li huma b’xejn kif ukoll dawk li huma bi ħlas minn: https://op.europa.eu/en/publications

Għall-għajnuna u pariri għaċ-ċittadini u n-negozji tal-UE, żur L-Ewropa Tiegħek: https://europa.eu/youreurope/index.htm

Għal materjal edukattiv, logħob u kwiżżijiet, żur ir-Rokna tat-Tagħlim: https://europa.eu/learning-corner/home_mt

Skopri l-Portal taż-Żgħażagħ: https://europa.eu/youth/EU_mt

Il-Kummissjoni Ewropea f’pajjiżek: https://ec.europa.eu/info/about-european-commission/contact/representations-member-states_mt

Il-Parlament Ewropew f’pajjiżek: https://www.europarl.europa.eu/at-your-service/mt/stay-informed/liaison-offices-in-your-country

In-Network taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi: https://ec.europa.eu/info/live-work-travel-eu/consumer-rights-and-complaints/resolve-your-consumer-complaint/european-consumer-centres-network-ecc-net_mt