L-iżgurar tal-ktajjen tal-provvista tal-prodotti agrikoli matul il-COVID-19 Ir-rispons tal-UE kien rapidu, iżda ma kienx immirat biżżejjed mill-Istati Membri
Dwar ir-rapport:Il-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt fuq il-ktajjen tal-provvista tal-prodotti agrikoli mill-għalqa sal-platt. F’dan l-awditu vvalutajna jekk ir-rispons tal-UE kienx xieraq. Sibna li l-Kummissjoni rreaġiet malajr billi ħarġet linji gwida utli, appoġġ dirett, u miżuri tas-suq bħad-distillazzjoni fi kriżi. Madankollu, l-Istati Membri ma mmirawx b’mod suffiċjenti l-użu tal-appoġġ dirett, u r-regoli dwar id-distillazzjoni fi kriżi ma kinux ċari. Il-pagamenti tal-għajnuna mill-Istat kienu aktar sinifikanti f’termini monetarji, iżda sibna li setgħu jwasslu għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u kumpens żejjed. Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni tikkondividi prattika tajba biex ittejjeb l-immirar tal-miżuri tal-PAK, u li tipproponi regoli ċari f’każ ta’ kriżijiet futuri.
Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.
Sommarju eżekuttiv
I Il-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt fuq il-ktajjen tal-provvista tal-prodotti agrikoli mill-għalqa sal-platt u affettwat diversi swieq agrikoli. L-UE adottat sensiela ta' miżuri ta' appoġġ eċċezzjonali b'rispons għaliha.
II L-għan ta' dan l-awditu kien li jivvaluta jekk ir-rispons tal-UE għat-theddida li nħolqot għall-ktajjen tal-provvista tal-prodotti agrikoli mill-pandemija kienx xieraq. Aħna vvalutajna jekk l-UE rreaġixxietx malajr għat-tfixkil fis-settur agroalimentari kkawżat mill-pandemija u eżaminajna jekk l-appoġġ tal-UE kienx immirat kemm għas-setturi kif ukoll għall-benefiċjarji l-aktar fil-bżonn. Il-miżuri tal-Kummissjoni ġew adottati fl-2020 u aħna koprejna l-implimentazzjoni tagħhom sal-aħħar tal-2021. Aħna nistennew li l-awditu tagħna jgħin fit-titjib tat-tfassil tal-miżuri fi kwalunkwe kriżi futura li taffettwa l-ktajjen tal-provvista tal-prodotti agrikoli.
III Ikkonkludejna li r-rispons tal-Kummissjoni għat-theddida li nħolqot lill-ktajjen tal-provvista tal-prodotti agrikoli mill-pandemija tal-COVID-19 kien xieraq fil-biċċa l-kbira tal-aspetti iżda ma kienx immirat biżżejjed.
IV Aħna sibna li l-Kummissjoni rreaġixxiet malajr għall-pandemija. Hija ħarġet linji gwida utli dwar il-moviment tal-oġġetti u l-ħaddiema kritiċi li taffew it-tfixfil fis-settur agroalimentari. L-appoġġ dirett, b'baġit ta' EUR 712-il miljun, ġie implimentat malajr permezz tar-riallokazzjoni ta' fondi mhux użati tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR). Aħna sibna li din il-miżura ttieħdet l-aktar minn Stati Membri b'baġit sinifikanti tal-FAEŻR mhux użat fi tmiem l-2019.
V Ir-rispons fiskali prinċipali għall-pandemija ġie mill-baġits nazzjonali u l-Kummissjoni daħħlet fis-seħħ proċeduri biex tiffaċilita l-għajnuna mill-Istat. Aħna identifikajna riskju ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri, kif ukoll ir-riskju ta' kumpens żejjed meta l-għajnuna mill-Istat appoġġat settur li wkoll irċieva fondi tal-UE.
VI L-appoġġ dirett ma kienx immirat biżżejjed mill-Istati Membri. 5 mill-14-il Stat Membru li użaw din il-miżura għamlu l-finanzjament tal-UE disponibbli għall-bdiewa kollha li ġarrbu telf, filwaqt li d-disa' setturi magħżula l-oħra mmiraw u appoġġaw lill-benefiċjarji irrispettivament minn jekk kinux ġarrbu telf.
VII L-UE adottat ukoll miżuri fil-forma ta' ħżin privat u distillazzjoni tal-inbid fi kriżi, sabiex tistabbilizza s-suq billi tnaqqas il-provvista żejda. L-użu tal-ħżin privat kien baxx, b'mod partikolari fis-settur tal-laħam. Id-distillazzjoni fi kriżi, b'baġit ta' EUR 293 miljun, ġiet implimentata b'differenzi sinifikanti fost l-Istati Membri li awditjajna. Ir-regoli għall-ammont ta' appoġġ miżmum mid-distillaturi ma kinux ċari.
VIII Ibbażat fuq dawn is-sejbiet, nirrakkomandaw li l-Kummissjoni tikkondividi prattika tajba biex ittejjeb l-immirar tal-miżuri tal-PAK u, f’każ ta’ kriżijiet futuri, tipproponi regoli ċari.
Introduzzjoni
Il-pandemija tal-COVID-19 u l-ktajjen tal-provvista tal-prodotti agrikoli
01 Il-politika agrikola komuni (PAK) tal-UE għandha l-għan li tiżgura provvista stabbli ta' ikel bi prezz raġonevoli u tippermetti lill-bdiewa tagħha jaqilgħu għajxien raġonevoli1. Il-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt fuq il-ktajjen tal-provvista tal-prodotti agrikoli mill-għalqa sal-platt, u kkawżat tfixkil u ħsara ekonomika għall-ħsad, il-loġistika, l-ipproċessar u l-akkwist.
02 Fil-bidu tal-pandemija, għadd ta' Stati Membri unilateralment għalqu l-fruntieri tagħhom għal raġunijiet ta' saħħa pubblika, minkejja r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni2 għal approċċ ikkoordinat għal kwalunkwe restrizzjoni fil-moviment liberu tal-persuni u tal-merkanzija. It-trasport tal-prodotti, partikolarment bejn il-fruntieri, kien ta' sfida għall-istess raġunijiet. Ħafna impjanti tal-ipproċessar tal-ikel għalqu minħabba miżuri ta' emerġenza jew nuqqas ta' persunal. Is-settur tal-ospitalità ingħalaq, filwaqt li s-supermarkets ma kellhomx biżżejjed persunal u kellhom jiffaċċjaw kwistjonijiet ta' provvista3.
Azzjonijiet tal-UE biex jappoġġaw is-settur agroalimentari matul il-pandemija tal-COVID-19
03 Ir-responsabbiltà għall-miżuri relatati mas-settur agroalimentari hija primarjament tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni toħroġ linji gwida u tipproponi miżuri finanzjarji biex tappoġġa s-settur4. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jaqsmu l-ġestjoni ta' dawn il-miżuri. L-Istati Membri jagħżlu l-benefiċjarji u jimplimentaw il-miżuri proposti mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni hija responsabbli wkoll għall-approvazzjoni ta' skemi ta' għajnuna mill-Istat li l-Istati Membri jistgħu jkunu jridu jimplimentaw. Figura 1 tippreżenta l-iskeda ta' żmien tal-miżuri adottati mill-UE.
Figura 1 – Miżuri tal-UE b'rispons għall-pandemija tal-COVID-19
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data li hija disponibbli għall-pubbliku5.
04 B'mod partikolari, l-UE introduċiet il-miżuri li ġejjin (ara t-Tabella 1 u l-Anness I għal aktar dettalji):
- Linji gwida tal-Kummissjoni li għandhom l-għan li jiżguraw katina tal-provvista tal-ikel effiċjenti fl-UE, li jikkwalifikaw lill-ħaddiema staġjonali bħala "kritiċi" biex jappoġġjaw is-settur tal-ikel;
- appoġġ dirett għall-bdiewa u SMEs fil-forma ta' pagamenti ta' somom f'daqqa ("miżura 21" għall-iżvilupp rurali), self u garanziji, żieda fil-pagamenti bil-quddiem u għajnuna mill-Istat ogħla taħt il-qafas temporanju għall-bdiewa u l-kumpaniji tal-ipproċessar tal-ikel;
- miżuri eċċezzjonali tas-suq fil-forma ta' għajnuna għall-ħżin privat, distillazzjoni ta' nbid f’każijiet ta’ kriżi u flessibbiltà fl-implimentazzjoni ta' programmi ta' appoġġ għas-suq;
- miżuri ta' flessibbiltà tal-PAK, li jestendu l-iskadenzi għall-applikazzjonijiet għall-pagamenti tal-PAK u li jissostitwixxu temporanjament il-kontrolli tal-irziezet fuq il-post b'sorsi alternattivi ta' evidenza bħall-immaġni bis-satellita jew ritratti ġeottaggjati, biex jimminimizzaw il-kuntatt fiżiku bejn il-bdiewa u l-ispetturi.
| Miżuri ta' appoġġ dirett | |||
|---|---|---|---|
| Self jew garanziji sa EUR 200 000 b'termini favorevoli (rati tal-imgħax baxxi ħafna jew skedi ta' ħlas favorevoli) | Pagamenti ta' somom f'daqqa (Miżura 21) sa EUR 7 000 għal kull bidwi u EUR 50 000 għal kull SME | Pagamenti bil-quddiem ogħla fuq pagamenti diretti tal-UE (minn 50 % sa 70 %) u ċerti pagamenti għall-iżvilupp rurali (minn 75 % sa 85 %) | Għajnuna mill-Istat taħt il-Qafas Temporanju: EUR 290 000 għal kull azjenda agrikola u sa EUR 2.3 miljun għall-kumpaniji li jipproċessaw l-ikel, kif emendat minn C/2021/8442 |
| Miżuri eċċezzjonali tas-suq | |||
| Ħżin privat | Flessibbiltà għal programmi ta' appoġġ għas-suq | Deroga temporanja mir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE | |
| Linji gwida għall-moviment liberu tal-merkanzija u l-ħaddiema agrikoli | |||
| Korsiji Ħodor biex l-ikel jibqa' għaddej madwar l-Ewropa | Il-ħaddiema staġjonali kkwalifikati bħala "ħaddiema kritiċi" biex jappoġġaw is-settur tal-ikel | ||
| Miżuri ta' flessibbiltà tal-PAK | |||
| Estensjoni tal-iskadenza għall-applikazzjonijiet għall-ħlas tal-PAK | Tnaqqis tal-kontrolli fiżiċi fuq il-post u flessibbiltà għar-rekwiżiti tat-twaqqit | ||
Sors: Supporting the agriculture and food sectors amid Coronavirus, European Commission.
05 Il-pandemija tal-COVID-19 mhijiex l-uniku avveniment estern li kellu impatt fuq is-settur agroalimentari tal-UE. L-invażjoni Russa tal-Ukrajna fl-24 ta' Frar 2022 kellha impatt sinifikanti fuq is-sigurtà fl-Ewropa, inkluża s-sigurtà tal-provvista tal-ikel. Dawn iż-żewġ avvenimenti mhux relatati ġew indirizzati permezz ta' miżuri simili. Għall-informazzjoni, l-Anness II jippreżenta l-miżuri tas-sigurtà tal-ikel introdotti b’riżultat tal-gwerra fl-Ukrajna flimkien ma' dawk introdotti bħala riżultat tal-kriżi tal-COVID-19.
Ambitu u approċċ tal-awditjar
06 Dan l-awditu vvaluta jekk ir-rispons tal-UE għat-theddida li nħolqot għall-ktajjen tal-provvista tal-prodotti agrikoli mill-pandemija tal-COVID-19 kienx xieraq. Aħna eżaminajna dan is-suġġett minħabba l-isfidi bla preċedent għall-ktajjen tal-provvista agroalimentari madwar l-UE u s-swieq tal-prodotti agrikoli mħarbta. Il-Parlament Ewropew esprima interess fil-valutazzjoni tagħna dwar il-funzjonament tal-miżuri tas-suq fir-rigward tal-ktajjen tal-provvista tal-ikel wara l-pandemija tal-COVID-19.
07 Bħala tweġiba għall-mistoqsija prinċipali tal-awditjar tagħna, aħna vvalutajna jekk ir-rispons tal-UE lejn il-prevenzjoni tat-tfixkil tal-ktajjen tal-provvista tal-prodotti agrikoli kienx immedjat, u jekk l-appoġġ tal-UE kienx immirat sew u indirizzax il-ħtiġijiet tal-bdiewa. Bħala parti mill-valutazzjoni tagħna, eżaminajna l-linji gwida tal-UE, l-appoġġ eċċezzjonali, il-miżuri tas-suq u l-għajnuna mill-Istat.
08 Aħna vverifikajna l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-UE f'ħames Stati Membri (il-Greċja, Spanja, Franza, il-Polonja u r-Rumanija), li ammontaw għal 69 % u 87 % tal-ammonti allokati bħala għajnuna eċċezzjonali taħt il-miżura 21 u d-distillazzjoni f'każ ta' kriżi, rispettivament (ara l-Figura 2).
Figura 2 – Għażla tal-Istati Membri u l-materjalità tal-miżuri awditjati
Sors: il-QEA, abbażi taċ-ċifri tal-Kummissjoni (miżura 21) u ċ-ċifri tal-awtoritajiet nazzjonali (distillazzjoni f'każ ta' kriżi).
09 L-awditu tagħna kopra l-2020 u l-2021 li matulhom ġew implimentati l-maġġoranza tal-miżuri introdotti. Aħna ġbarna evidenza għall-awditjar permezz ta':
- rieżami tal-leġiżlazzjoni u tal-istatistika nazzjonali/reġjonali;
- kwestjonarju li mtela mill-awtoritajiet nazzjonali fil-ħames Stati Membri magħżula dwar l-użu tagħhom tal-miżuri ta' appoġġ tal-UE mnedija matul il-pandemija tal-COVID-19;
- segwitu mal-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali fil-ħames Stati Membri magħżula;
- intervisti mal-uffiċjali tal-Kummissjoni u rieżami tad-dokumentazzjoni tal-Kummissjoni.
L-awditu tagħna ma jkoprix l-azzjonijiet tal-Kummissjoni b'rispons għall-gwerra fl-Ukrajna.
10 Nistennew li l-ħidma tagħna tgħin lill-Kummissjoni ttejjeb it-tfassil u l-immirar ta' miżuri futuri ta' reazzjoni għall-kriżijiet maħsuba biex jappoġġjaw is-settur agroalimentari u jassiguraw il-ktajjen tal-provvista tal-prodotti agrikoli.
Osservazzjonijiet
Ir-rispons tal-UE għall-pandemija kien rapidu
11 Aħna vvalutajna:
- jekk il-Kummissjoni u l-Istati Membri assigurawx fil-pront il-fluss tal-merkanzija madwar l-UE. Aħna vvalutajna r-rwol tal-Kummissjoni fit-tfassil tal-linji gwida tal-korsija l-Ħadra u kif hija mmonitorjat l-applikazzjoni tal-linji gwida.
- jekk il-Kummissjoni stabbilixxietx malajr appoġġ dirett lill-bdiewa fl-ewwel xhur mill-bidu tal-pandemija;
- jekk il-Kummissjoni u l-Istati Membri introduċewx malajr miżuri ta' għajnuna mill-Istat biex jappoġġjaw lill-bdiewa u kinux ħadu passi biex jiżguraw li dawn ma wasslux għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u kumpens żejjed.
Il-linji gwida tal-Kummissjoni dwar il-miżuri ta' ġestjoni tal-fruntieri taffew it-tfixkil fis-settur agroalimentari
12 Il-Kummissjoni ħarġet il-linji gwida tal-Korsija Ħadra dwar il-moviment tal-merkanzija6 u dwar il-ħaddiema staġjonali7 fil-bidu tal-pandemija. Fit-23 ta' Marzu 2020, ħolqot is-sistema tal-"Korsiji Ħodor"8 u stiednet lill-Istati Membri biex jistabbilixxu l-miżuri operattivi u organizzattivi meħtieġa biex jiżguraw il-funzjonament tas-suq uniku għall-prodotti kollha, inklużi l-prodotti agroalimentari.
13 L-għan tal-linji gwida tal-Korsija Ħadra kien li jiġi żgurat il-fluss kontinwu tal-oġġetti fi ħdan l-UE u l-moviment liberu tal-ħaddiema tat-trasport. Il-Korsiji Ħodor ġew deżinjati bħala punti ewlenin ta' qsim tal-fruntieri fejn il-kontrolli ma għandhomx jaqbżu 15-il minuta.
14 Il-Kummissjoni ħadmet mal-Aġenzija tal-UE għall-Programm Spazjali biex tiżviluppa applikazzjoni għall-apparati mobbli. L-applikazzjoni tal-“Korsiji Ħodor Galileo" tipprovdi data dwar il-konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Korsiji Ħodor. Il-persunal tal-kontroll tal-fruntieri u l-utenti tat-trasport tal-merkanzija jirreġistraw ħinijiet ta' qsim f'178 punt ta' qsim tal-fruntiera tan- Network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T). Dan jgħin lill-utenti tal-applikazzjoni jippjanaw aħjar il-vjaġġi tagħhom. F'Novembru 2022, l-applikazzjoni tibqa' operattiva u tintuża biex tiffaċilita t-trasport fil-kriżi li għaddejja wara l-invażjoni Russa tal-Ukrajna.
15 Id-data mill-Kummissjoni kkonfermat li l-ħin medju għall-qsim tal-fruntieri fil-punti ta' kontroll kien inqas minn minuta9 fuq il-massimu ta' 15-il minuta bejn it-3 ta' Ġunju 2020 u l-31 ta' Diċembru 2021. L-ebda data strutturata ma hija disponibbli għall-perjodu ta' qabel Ġunju 2020. Figura 3 turi l-ħin medju ta' qsim ta' kull ġimgħa. Is-soll tal-Korsija Ħadra nqabeż prinċipalment bejn Ġunju u Awwissu 2020, u bejn Mejju u Awwissu 2021. Dawn il-perjodi ħabtu mar-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar fl-Istati Membri matul il-mewġiet varji tal-COVID-19.
Figura 3 – Korsiji Ħodor: konformità mal-limitu massimu ta' 15-il minuta
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-Kummissjoni. Graff ikkompilata bl-użu ta' data mill-applikazzjoni tal-Korsiji Ħodor Galileo.
16 Mill-bidu tal-pandemija, il-Kummissjoni stabbiliet Network Nazzjonali tal-Punti ta' Kuntatt għat-Trasport (NTCPN), li jipprovdi pjattaforma informali għall-Istati Membri biex jenfasizzaw u jiddiskutu kwistjonijiet ta' trasport, jidentifikaw soluzzjonijiet komuni u jaqsmu l-aħjar prattiki. L-Istati Membri li kkonsultajna waqt l-awditu tagħna kienu tal-opinjoni li dawn il-laqgħat għenu biex tiġi ssimplifikata l-kooperazzjoni tal-UE fit-trasport tal-merkanzija.
17 Ir-rwol tal-Kummissjoni involva wkoll il-monitoraġġ mill-qrib tal-ħinijiet tal-qsim tal-fruntieri u l-użu tal-laqgħat tal-NTCPN biex issolvi kwistjonijiet li jikkawżaw dewmien b'kollaborazzjoni mal-Istati Membri rilevanti. F'Novembru 2022, l-NTCPN jibqa' forum għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.
18 L-awtoritajiet fil-ħames Stati Membri awditjati kollha kkummentaw b'mod pożittiv dwar il-linji gwida dwar it-trasport, fejn qiesuhom bħala gwida effettiva għall-ġestjoni tal-qsim tal-fruntieri matul il-COVID-19. Pereżempju, l-awtoritajiet Rumeni enfasizzaw li l-Korsiji Ħodor kkontribwew għaż-żamma tal-fluss tal-mediċini u prodotti essenzjali oħra, bħal prodotti agrikoli.
Il-qafas ta' appoġġ dirett ġie stabbilit malajr
19 Fit-22 ta' April 2020, xahar biss wara li ġiet iddikjarata l-pandemija10, il-Kummissjoni pproponiet regolament11 b'miżuri speċifiċi biex jingħata appoġġ temporanju eċċezzjonali fil-kuntest tal-FAEŻR taħt il-miżura l-ġdida 21 b'rispons għat-tifqigħa tal-COVID-19. Ir-Regolament12 ġie adottat fl-24 ta' Ġunju 2020. Dan l-appoġġ kien jikkonsisti minn ħlas ta' darba ta' ammont f'daqqa sa EUR 5 000 għal kull bidwi (f'Ġunju 2020 il-koleġiżlaturi ddeċidew li jemendaw il-proposta tal-Kummissjoni billi jżidu l-ammont massimu ta' appoġġ għall-bdiewa għal EUR 7 000) u EUR 50 000 għal kull SME. L-Istati Membri kienu meħtieġa juru li l-appoġġ kien immirat lejn dawk l-aktar milquta, abbażi ta' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji13.
20 Il-miżura 21, b'baġit ta' EUR 712-il miljun, ma kinitx iffinanzjata minn żieda fil-baġit tal-UE għall-agrikoltura. L-Istati Membri allokaw mill-ġdid fondi mhux minfuqa minn miżuri oħra tal-FAEŻR. Il-kontribuzzjoni tal-FAEŻR lejn il-miżura ma setgħetx taqbeż 2 % tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR lill-programm tal-iżvilupp rurali għas-snin 2014-2020.
21 Il-miżura 21 intużat l-aktar mill-Istati Membri b'baġits kbar tal-FAEŻR li ma ntefqux fi tmiem l-2019. Il-Polonja, pereżempju, kienet impenjat 57 % tal-baġit tagħha tal-FAEŻR f'dak il-punt (l-aktar wieħed baxx mill-EU-27 kollha) u kellha l-ogħla baġit tal-miżura 21. 13 mill-14-il Stat Membru li għażlu l-miżura 21 kienu impenjaw inqas minn 90 % tal-baġit tagħhom tal-FAEŻR sa tmiem l-2019.
L-UE malajr introduċiet miżuri ta' għajnuna mill-Istat, iżda dawn wasslu għal riskju ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni u kumpens żejjed
22 Il-Kummissjoni adottat il-Qafas Temporanju għal Miżuri ta' Għajnuna mill-Istat14 fil-pront fid-19 ta' Marzu 2020 li ppermetta lill-Istati Membri jużaw il-flessibbiltà pprovduta skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat biex jappoġġjaw lill-ekonomija matul il-pandemija tal-COVID-19.
23 Il-Ġermanja, Spanja, l-Awstrija u s-Slovakkja approvaw skemi qafas li inkludew l-għajnuna iżda ma żvelawx l-ammont għall-agrikoltura separatament. Għall-bqija tal-Istati Membri, l-għajnuna mill-Istat ibbaġitjata għas-setturi tal-forestrija, l-akkwakultura u l-agrikoltura ammontat għal aktar minn EUR 9 biljun. L-għajnuna mill-Istat setgħet tieħu l-forma ta' għotjiet, avvanzi li jitħallsu lura, vantaġġi tat-taxxa, self jew garanziji ssussidjati. L-appoġġ għall-għajnuna mill-Istat ipprovdut mill-Istati Membri lil setturi magħżula kien ferm aktar sinifikanti f'termini monetarji mill-appoġġ dirett tal-UE (ara l-paragrafu 20).
24 Sa Mejju 2022, l-għajnuna mill-Istat fil-fatt mogħtija lill-agrikoltura kienet tammonta għal mill-inqas EUR 1.5 biljun. Skont il-Kummissjoni, 10 Stati Membri ma rrappurtawx b'mod speċifiku ċ-ċifri għas-settur agrikolu, u għalhekk ma għandhiex idea ġenerali tal-għajnuna mill-Istat għall-agrikoltura.
25 Il-Kummissjoni hija meħtieġa tiżgura li s-suq intern tal-UE ma jkunx frammentat bl-għajnuna mill-Istat u li l-kundizzjonijiet ekwi jibqgħu intatti15. L-Artikolu 107 tat-TFUE16 ma jirrikjedix li l-Kummissjoni tqabbel il-baġit għall-miżura ta' għajnuna mill-Istat ma' dak ta' Stati Membri oħra. L-għoti ta' għajnuna lil settur partikolari fi Stat Membru wieħed meta Stat Membru ieħor ma jagħtix l-istess tip ta' għajnuna, jew meta s-sussidju jkun ħafna ogħla fi Stat Membru wieħed, jista' joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni.
26 Skont il-Kummissjoni, il-kontrolli li wettqu fuq l-iskemi tal-għajnuna mill-Istat u l-limiti massimi kumplessivi għall-appoġġ jipprovdu xi livell ta' assigurazzjoni li ma sseħħ l-ebda tellieqa ta' sussidji li jagħmlu l-ħsara bejn l-Istati Membri17 billi l-Qafas Temporanju jsegwi l-mudell tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tat-TFUE. Madankollu, in-nuqqas ta' koordinazzjoni fl-Istati Membri kollha jirriskja li joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni18.
27 Is-settur tal-ortikultura kien affettwat b'mod partikolari waqt il-lockdown billi l-ħwienet tal-pjanti u tal-fjuri kienu magħluqin u d-domanda naqset bi 80 %19. It-Tabella 2 hawn taħt turi l-għajnuna mill-Istat għal dan is-settur għall-akbar żewġ produtturi ta' pjanti u fjuri skont il-valur (in-Netherlands u Spanja). Filwaqt li l-għajnuna mill-Istat fin-Netherlands laħqet kważi 9 % tal-valur tal-produzzjoni għal dan is-settur, kienet ferm inqas fi Spanja. Din id-differenza fl-appoġġ għal settur għandha l-potenzjal li toħloq kompetizzjoni inġusta.
Tabella 2 – Għajnuna mill-Istat lis-settur tal-fjuri u l-pjanti fi Spanja u n-Netherlands
| Valur tal-produzzjoni f'EUR miljuni - 2019 | Sehem tal-valur tal-produzzjoni tal-UE | Għajnuna mill-Istat f'miljun EUR | % tal-għajnuna mill-Istat tal-valur tal-produzzjoni | |
|---|---|---|---|---|
| EU-27 | 21 686 | |||
| In-Netherlands | 6 880 | 32 % | 600 | 8.72 % |
| Spanja | 3 120 | 14 % | 10 | 0.32 % |
Sors: Eurostat – Kontijiet ekonomiċi għall-agrikoltura – valuri bil-prezzijiet kurrenti, SA57217 (NL); Real Decreto 883/2020 (taħt SA56851).
28 Fi Spanja, il-Programm ta' Żvilupp Rurali Andalusjan stima t-telf tas-settur tan-nagħaġ u l-mogħoż għal EUR 8.6 miljun. Il-miżura 21 ipprovdiet lil dan is-settur b'EUR 8.7 miljun f'appoġġ. Barra minn hekk, is-settur irċieva EUR 10 miljun f'għajnuna nazzjonali20. Konsegwentement hemm riskju ta' kumpens żejjed għal xi benefiċjarji, kif muri minn dan l-eżempju, fejn l-għajnuna mill-Istat u l-appoġġ tal-UE permezz tal-miżura 21 kienu jikkoinċidu.
29 Il-Kaxxa 1 turi każijiet addizzjonali ta' kumpens żejjed potenzjali fir-rigward tad-distillazzjoni f'każ ta' kriżi.
Eżempji ta' kumpens żejjed potenzjali bejn l-għajnuna mill-Istat u l-appoġġ tal-UE għad-distillazzjoni f'każ ta' kriżi
Franza appoġġat lill-kumpaniji affettwati mill-kriżi tal-COVID-19 permezz ta' għajnuna mill-Istat ġenerali bbażata fuq fatturat mitluf. Il-produtturi tal-inbid irċevew EUR 119-il miljun f'appoġġ mill-UE, iżda kienu eliġibbli wkoll għall-għajnuna mill-Istat. L-awtoritajiet nazzjonali ma wettqux kontroverifika fuq il-benefiċjarji tal-iskema nazzjonali kontra l-benefiċjarji tal-għajnuna għad-distillazzjoni f'każ ta' kriżi.
Ir-Rumanija approvat għajnuna mill-Istat biex tappoġġa lill-produtturi tal-għeneb. Il-produtturi tal-inbid li pproduċew ukoll l-għeneb tagħhom setgħu potenzjalment jirċievu kumpens doppju, għat-telf stmat tagħhom għal kull ettaru ta' vinja u għall-bejgħ tal-inbid tagħhom lid-distilleriji. L-għajnuna mill-Istat ammontat għal EUR 12.4-ilmiljun, filwaqt li l-produtturi tal-inbid irċevew EUR 34 miljun f'appoġġ mill-UE.
Fiż-żewġ Stati Membri, minħabba n-nuqqas ta' koordinazzjoni, il-produtturi tal-inbid setgħu ġew ikkumpensati taħt iż-żewġ skemi, u hemm riskju li l-kumpens qabeż il-fatturat mitluf.
Sors: SA.56985 (2020/N)- Franza - SA.59520 (2020/N) – ir-Rumanija.
L-Istati Membri ma mmirawx biżżejjed lill-benefiċjarji fil-bżonn meta pprovdew appoġġ dirett tal-UE b'rispons għall-pandemija
30 It-tfixkil ekonomiku fis-settur agrikolu u l-komunitajiet rurali wassal għal problemi ta' likwidità u ta' fluss tal-flus għall-bdiewa u l-SMEs li jipproċessaw prodotti agrikoli, li, skont il-Kummissjoni, kienu jeħtieġu l-appoġġ b'mod urġenti.
31 B'rispons għat-theddida li ħolqot il-pandemija tal-COVID-19 għall-ktajjen tal-provvista tal-prodotti agrikoli, il-Kummissjoni u l-Istati Membri introduċew appoġġ dirett, ħżin privat u miżuri oħra biex jgħinu lill-bdiewa jifilħu għall-impatt ekonomiku. Aħna vvalutajna jekk:
- il-miżura 21 immiratx kemm is-setturi kif ukoll il-benefiċjarji li l-aktar kellhom bżonn ta' appoġġ, u għalhekk ma tappoġġax lill-bdiewa li ma kinux affettwati mill-kriżi;
- il-miżuri eċċezzjonali tas-suq proposti mill-Kummissjoni kinux xierqa għall-ħtiġijiet tas-suq; u
- l-appoġġ għas-settur tal-inbid ġiex implimentat b'mod konsistenti.
Miżura 21: L-Istati Membri ma mmirawx biżżejjed l-appoġġ fuq is-setturi u l-benefiċjarji l-aktar milquta mill-kriżi
32 F’konformità mal-qafas legali u r-responsabbilitajiet rispettivi (ara l-paragrafu 03), il-Kummissjoni qagħdet fuq l-Istati Membri biex jimmiraw l-appoġġ lejn dawk is-setturi jew benefiċjarji l-aktar milquta mill-kriżi tal-COVID-19, billi ddeterminaw il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà u l-kriterji tal-għażla21. Il-miżuri kollha ġew approvati mill-Kummissjoni permezz ta' reviżjonijiet tal-PŻR. B'kollox, 14-il Stat Membru għażlu li jinkludu l-miżura 21 fil-PŻR tagħhom, b'baġit totali ta' EUR 712-il miljun.
33 Ħamsa minn dawn l-Istati Membri, l-Estonja, Franza (fil-Guadeloupe, il-Guyana Franċiża u l-Mayotte), il-Kroazja, il-Litwanja u s-Slovenja, għamlu appoġġ disponibbli għall-bdiewa kollha, u adottaw rati differenti ta' appoġġ sal-limitu massimu. Dawn il-ħames Stati Membri kellhom klawżoli speċifiċi li rabtu l-appoġġ mat-telf finanzjarju meta mqabbel mas-sena ta' qabel il-pandemija. Id-disa' Stati Membri l-oħra appoġġaw setturi agrikoli speċifiċi, iżda ma rabtux l-appoġġ mat-telf finanzjarju (ara l-Figura 4). Madankollu, il-qafas legali ma kienx jeħtieġ li l-livell ta’ appoġġ ikun marbut ma’ telf finanzjarju vvalutat fuq livell ta’ benefiċjarju individwali.
Figura 4 – In-nefqa bbaġitjata tal-Istati Membri għall-miżura 21 (EUR miljuni)
*Id-data għal Franza tkopri l-Guadeloupe, il-Guyana Franċiża u l-Mayotte
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data tal-Kummissjoni.
34 Aħna analizzajna l-implimentazzjoni tal-miżura 21 f'ħames Stati Membri: il-Greċja, Spanja (l-Andalusija), Franza (il-Guadeloupe u l-Guyana Franċiża), il-Polonja u r-Rumanija. Il-Guadeloupe u l-Guyana Franċiża taw appoġġ lis-setturi kollha, immirati lejn dawk fil-bżonn. L-erba' Stati Membri awditjati l-oħra pprovdew appoġġ lil setturi milquta magħżula iżda ma pprovdewx appoġġ ibbażat fuq valutazzjoni individwali tat-telf tal-bdiewa.
35 F'settur agrikolu affettwat, jista' jkun il-każ li mhux il-bdiewa kollha jbatu finanzjarjament. L-għoti ta' appoġġ lil settur affettwat fl-intier tiegħu mingħajr ma jiġu mmirati l-benefiċjarji l-aktar fil-bżonn kien permess mil-qafas legali. Madankollu, dan jirriskja li jiġu appoġġati bdiewa li ma kienux ġew milquta mill-kriżi.
36 L-Andalusija ddeċidiet li tappoġġa l-produtturi tal-għeneb u tal-inbid tagħha skont il-miżura 21. L-Andalusija kkalkulat it-telf li ġarrbu l-produtturi tal-għeneb abbażi ta' rata fissa ta' EUR 336/ettaru (Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta jew vinji tad-DOP) jew EUR 198/ettaru (vinji mhux tad-DOP) għall-produtturi li għandhom sa 10 ettari ta' vinji22. Madankollu, il-produtturi b'aktar minn 10 ettari rċevew ammont fiss ta' EUR 7 000. Dan seta' wassal għal kumpens żejjed għat-telf għall-produtturi li għandhom bejn 11 u 20 ettaru ta' vinji (ara t-Tabella 3).
Tabella 3 – It-telf stmat meta mqabbel mal-kumpens riċevut għall-produtturi tal-għeneb fl-Andalusija
| Għadd ta' ettari | Vinji tad-DOP | Vinji oħra | ||||
|---|---|---|---|---|---|---|
| Telf stmat f'EUR | Kumpens f'EUR | % ta' kumpens | Telf stmat f'EUR | Kumpens f'EUR | % ta' kumpens | |
| 1 | 336 | 208 | 62 % | 198 | 123 | 62 % |
| 10 | 3 360 | 2 775 | 83 % | 1 980 | 1 018 | 51 % |
| 11 | 3 696 | 7 000 | 189 % | 2 178 | 7 000 | 321 % |
| 20 | 6 720 | 104 % | 3 960 | 177 % | ||
| 21 | 7 056 | 99 % | 4 158 | 168 % | ||
| 35 | 11 760 | 60 % | 6 930 | 101 % | ||
Sors: il-kalkolu tal-QEA, ibbażat fuq ċifri mill-Andalusian Rural Development Programme (RDP), point 8.2.14.3.3.4., Methodology for calculating amount or support rate and point 8.2.14.3.2., Amounts and support rates.
Il-Kummissjoni allokat fondi għall-ħżin privat iżda l-użu kien baxx
37 Il-Kummissjoni u l-Istati Membri identifikaw dawk is-setturi tas-suq l-aktar milquta mill-kriżi tal-COVID-19 u l-ħtieġa għall-ħżin privat, li għalihom ipprovdew għajnuna. Il-Kummissjoni antiċipat li s-swieq tal-laħam u tal-prodotti tal-ħalib kienu se jintlaqtu l-aktar u introduċiet miżura biex tappoġġa l-ħżin privat f'dawk is-swieq. Din il-miżura ppermettiet l-irtirar temporanju ta' prodotti mis-suq għal bejn xahrejn u sitt xhur.
38 L-għajnuna għall-ħżin privat fis-setturi tal-ħalib, taċ-ċanga, tan-nagħaġ u tal-mogħoż kienet inqas minn EUR 10 miljun (kważi nofsha għall-butir). L-iskemi għall-ħżin privat tal-butir u l-ġobon ittieħdu minn 16 u 15-il Stat Membru rispettivament, filwaqt li inqas minn nofs l-Istati Membri applikaw għall-iskemi għal-laħam u t-trab tal-ħalib xkumat (ara t-Tabella 4).
| Ħżin privat | 2020-2021 Appoġġ tal-UE magħmul disponibbli għall-Istati Membri eluf ta' EUR | Stati Membri li użaw il-ħżin privat |
|---|---|---|
| Trab tal-Ħalib Xkumat | 461 | 9 (BE, CZ, DE, ES, LT, NL, PL, PT, RO) |
| Butir | 4 606 | 16 (BE, CZ, DE, IE, ES, FR, HR, IT, LT, NL, AT, PL, PT, RO, FI, UK) |
| Ġobon | 2 848 | 15 (BE, DE, IE, ES, FR, IT, LT, NL, AT, PL, PT, RO, FI, SE, UK) |
| Ċanga | 1 966 | 8 (DE, ES, FR, IT, LV, NL, AT, PL) |
| Nagħaġ u mogħoż | 122 | 1 (ES) |
Sors: Infiq tad-DĠ AGRI-EAGF, 2020-2021.
39 Spanja biss użat l-iskema ta' ħżin privat għas-settur tan-nagħaġ u l-mogħoż (140 tunnellata). Dan l-appoġġ ma tqiesx attraenti mill-produtturi billi l-għajnuna ma setgħetx tiġi applikata retroattivament għal-laħam li kien diġà maħżun. Il-ħtieġa għall-ħżin f'dan is-settur kienet teżisti qabel il-pubblikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni23. Min-naħa l-oħra, għall-ġobon, l-awtoritajiet Franċiżi ddikjaraw li l-implimentazzjoni tal-miżura tal-ħżin privat kienet limitata għal prodotti li diġà kienu maħżuna24, u għalhekk użaw biss 37 % tal-allokazzjoni. Dawn l-eżempji jindikaw difetti possibbli fit-tfassil tal-miżuri, pereżempju minħabba nuqqas ta' valutazzjoni tal-ħtiġijiet qabel ġew introdotti l-miżuri.
Differenzi sinifikanti fl-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-appoġġ għas-settur tal-inbid wasslu għal trattament inkonsistenti tal-produtturi tal-inbid
40 Il-Kummissjoni vvalutat li l-pandemija tal-COVID-19 ikkawżat tfixkil konsiderevoli għas-suq tal-inbid25. Il-lockdowns, speċjalment is-sospensjoni tal-attivitajiet fis-settur tal-ospitalità, illimitaw id-distribuzzjoni u l-bejgħ tal-inbid. Is-settur tal-inbid kien affettwat ukoll minn tariffi addizzjonali fuq l-importazzjoni imposti mill-Istati Uniti, is-suq prinċipali tal-UE għall-esportazzjoni tal-inbid, u ħażniet għoljin tal-inbid tal-UE, li fl-2019 kienu fl-ogħla livell tagħhom mill-200926.
41 Il-Kummissjoni ddeċidiet li tniedi miżuri biex tirtira l-inbid mis-suq b'mod definittiv (distillazzjoni f'każ ta' kriżi) jew temporanjament (ħżin f'każ ta' kriżi) sabiex tindirizza t-tfixkil. Hija introduċiet dawn il-miżuri taħt il-programmi nazzjonali ta' appoġġ għas-settur tal-inbid.
42 Id-distillazzjoni tal-inbid hija l-ipproċessar tal-inbid f'alkoħol żnaturat għal użi oħra minbarra l-konsum uman, li tirtira l-inbid definittivament mis-suq (ara l-Figura 5).
43 Il-Kummissjoni tat appoġġ għall-irtirar tal-inbid mis-suq għad-distillazzjoni f'każ ta'kriżi f'10 Stati Membri. In-nefqa tal-UE għal din il-miżura laħqet EUR 293 miljun. It-Tabella 5 turi l-fondi tal-UE u dawk nazzjonali li ntefqu fuq din il-miżura, flimkien mal-volum ta' nbid distillat f'erbgħa mill-Istati Membri li awditjajna, li ammontaw għal kważi 90 % tan-nefqa totali tal-UE. Il-finanzjament tal-UE għal dawn l-Istati Membri varja minn EUR 33 sa EUR 92 għal kull ettolitru ta' nbid distillat.
Tabella 5 – Distillazzjoni f'każ ta' kriżi fi Franza, Spanja, ir-Rumanija u l-Greċja fl-2020 u l-2021
| Stat Membru | Inbid distillat (miljuni ta' ettolitri) | Sehem tal-produzzjoni totali tal-inbid | Fondi tal-UE (f'miljuni ta' EUR) |
Fondi nazzjonali (f'miljuni ta' EUR) | Appoġġ/ ettolitru ta' nbid distillat |
|---|---|---|---|---|---|
| (a) | (b) | (c) | (b) + (c) (a) |
||
| Franza | 2.58 | 6.1 % | 127 | 80.8 | 81 |
| Spanja | 1.99 | 5.3 % | 65.2 | 33 | |
| Ir-Rumanija* | 0.43 | 11.1 % | L-ewwel fażi: 17 It-tieni fażi: 22.9 |
92 | |
| Il-Greċja* | 0.56 | 23.2 % | L-ewwel fażi: 6.1 It-tieni fażi: 5.4 |
14.2 6.6 |
58 |
*Ir-Rumanija u l-Greċja ddikjaraw nefqa għaż-żewġnin finanzjarji 2020 u 2021 (li jibdew minn Ottubru tas-sena n).
Regoli mhux ċari dwar l-ammont ta' appoġġ li d-distillaturi setgħu jżommu wasslu għal każijiet ta' kumpens sproporzjonat
44 L-għan tal-miżura tad-distillazzjoni f'każ ta' kriżi kien li tgħin fit-titjib tas-sitwazzjoni ekonomika tal-produtturi tal-inbid27. Kemm il-produtturi tal-inbid kif ukoll id-distillaturi jistgħu jibbenefikaw mill-appoġġ tal-UE taħt il-miżura. In-nefqa eliġibbli kienet tinkludi l-ispiża tal-inbid fornut lid-distillaturi, l-ispejjeż tat-trasport u l-ispejjeż tad-distillazzjoni. Skont ir-regoli, l-Istati Membri kellhom jistabbilixxu l-ammont ta' appoġġ lill-benefiċjarji abbażi ta' kriterji oġġettivi u non-diskriminatorji.
45 Franza, ir-Rumanija u Spanja għażlu d-distilleriji bħala benefiċjarji. Madankollu, il-benefiċjarji distillaturi fixklu l-kapaċità tal-awtoritajiet nazzjonali li jiffokaw fuq il-produtturi tal-inbid fl-akbar diffikultà peress li l-awtoritajiet ma kellhom l-ebda kontroll fuq liema mill-produtturi rċevew il-fondi. Il-Greċja għażlet li tagħmel lill-produtturi tal-inbid il-benefiċjarji ta' dan l-appoġġ (ara l-Kaxxa 2).
Il-Greċja: il-produtturi tal-inbid ġew deżinjati bħala benefiċjarji
Fil-Greċja, il-produtturi tal-inbid kienu l-benefiċjarji tad-distillazzjoni f'każ ta' kriżi. Il-kriterji tal-għażla kienu jikkonċernaw il-produzzjoni tal-inbid, il-livelli tal-ħażniet, u l-perċentwal tal-inbid għall-irtirar mill-ħażniet tagħhom.
Il-produtturi tal-inbid irċevew l-ammont kollu tal-appoġġ tal-UE għad-distillazzjoni ta' kriżi.
L-appoġġ kien ibbażat fuq it-tip ta' nbid ikkunsinnat lid-distillerija, u tqassam bl-istess rata għal kull ettolitru fost il-produtturi.
Sors: Il-gazzetta tal-liġi nazzjonali Griega, Nru 2764 u 3275.
46 Meta d-distilleriji jkunu l-benefiċjarji, huma obbligati jistabbilixxu kuntratti ta' provvista mal-produtturi tal-inbid. Huma jħallsu lill-produtturi tal-inbid biex l-inbid ikun distillat u jirċievu kumpens skont il-kwantità ta' nbid distillat. Skont ir-regoli nazzjonali, id-distilleriji jista' jkollhom xi diskrezzjoni rigward l-ammont ta' appoġġ miżmum għall-ispejjeż tal-ipproċessar tagħhom u l-prezz tax-xiri tal-inbid.
47 L-Anness III jistabbilixxi kif ġie allokat l-appoġġ bejn id-distilleriji u l-produtturi tal-inbid. L-ogħla perċentwal ta' appoġġ mill-UE miżmum mid-distilleriji kien fir-Rumanija, li ammonta għal medja ta' 15 % tal-appoġġ tal-UE. It-Tabella 6 turi li l-UE pprovdiet lid-distilleriji Franċiżi, Rumeni u Spanjoli b'appoġġ finanzjarju kkombinat sa EUR 22 miljun għall-ispejjeż tal-ipproċessar tad-distillazzjoni tagħhom u, f'xi każijiet, l-ispejjeż tat-trasport tal-inbid.
Tabella 6 – Distillazzjoni f'każ ta' kriżi: Appoġġ tal-UE għad-distilleriji
| Stat Membru | % tal-appoġġ tal-UE miżmum mid-distilleriji | Appoġġ tal-UE għad-distilleriji (EUR miljuni) |
|---|---|---|
| Franza | 6.2 % | 7.9 |
| Spanja | bejn 7.7 u 15.4 % | bejn 5 u 10 |
| Ir-Rumanija | 14.8 % | 5.9 |
| Il-Greċja | 0 % | 0 |
Sors: ibbażat fuq informazzjoni riċevuta minn Franza u r-Rumanija, flimkien ma' stima tal-QEA għal Spanja.
48 Taħt il-miżura ta' distillazzjoni f'każ ta' kriżi, id-distilleriji fi Franza, fi Spanja u fir-Rumanija:
- ħallsu għall-materja prima (inbid) u ġew rimborżati 100 % mill-fondi tal-UE;
- irċevew aktar appoġġ għall-ipproċessar tal-inbid f'alkoħol u kumpens għall-ispejjeż tat-trasport imġarrba;
- irċevew il-qligħ mill-bejgħ tal-alkoħol li rriżulta għall-użu industrijali.
49 Il-Figura 6 turi kif distillerija waħda fir-Rumanija bbenefikat b'mod sproporzjonat taħt il-miżura ta' distillazzjoni f'każ ta' kriżi. Fl-2020, din id-distillerija żammet EUR 37/ettolitru għall-ispejjeż tal-ipproċessar u t-trasport. B'paragun, id-distilleriji Franċiżi u Spanjoli setgħu jżommu massimu ta' EUR 5/ettolitru għal dawn l-ispejjeż.
Figura 6 – Finanzjament tad-distillazzjoni f'każ ta' kriżi: distillerija Rumena (sena finanzjarja 2020)
Sors: il-QEA, ibbażat fuq informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Rumeni.
50 Il-produtturi tal-inbid Franċiżi u Griegi rċevew prezz stabbilit mir-regoli nazzjonali skont it-tip ta' nbid irtirat mis-suq għad-distillazzjoni. Il-leġiżlazzjoni Franċiża stabbiliet kemm il-prezz tal-inbid li għandu jitħallas lill-produtturi tal-inbid permezz tad-distilleriji kif ukoll il-kumpens li għandu jitħallas lid-distilleriji għall-ispejjeż tal-ipproċessar u tat-trasport. Il-produtturi tal-inbid fi Spanja u r-Rumanija (fl-2020 biss) irċevew ammont ikkuntrattat mad-distilleriji. F'dawn iż-żewġ Stati Membri, sibna każijiet fejn distilleriji ftehmu fuq prezzijiet differenti mal-produtturi tal-inbid biex l-istess tip ta' nbid ikun distillat.
51 Pereżempju fir-Rumanija, skont id-data pprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali, distillerija waħda ħallset produttur wieħed tal-inbid 11 % inqas minn ieħor għall-kunsinna tal-istess tip ta' nbid għad-distillazzjoni. B'riżultat ta' dan, mhux il-produtturi kollha tal-inbid ġew ittrattati b'mod ugwali fir-rigward tal-appoġġ li rċevew meta rtiraw l-inbid tagħhom mis-suq. Dan jikkostitwixxi diskriminazzjoni bejn il-produtturi tal-inbid fi Stat Membru u nuqqas ta' konformità mar-regoli28, li jiddikjaraw li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ammont ta' appoġġ għall-benefiċjarji abbażi ta' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.
52 Ir-Rumanija pprovdiet appoġġ għad-distillazzjoni f'każ ta' kriżi permezz ta' żewġ sejħiet (l-ewwel fażi fl-2020 u t-tieni waħda fl-2021). Din irrettifikat il-kwistjoni għat-tieni fażi ta' distillazzjoni, u fl-2021 il produttur tal-inbid ġew trattati bl-istess mod.
Il-prezzijiet tal-inbid għad-distillazzjoni ma rriflettewx is-sitwazzjoni ta' kriżi fil-każijiet kollha
53 It-Tabella 7 tqabbel il-prezzijiet fl-Istati Membri li awditjajna għax-xiri tal-inbid għad-distillazzjoni f'każ ta' kriżi, imħallsa jew lid-distilleriji jew lill-produtturi tal-inbid. Għall-inbejjed tad-DOP (denominazzjoni ta' oriġini protetta) u tal-IĠP (indikazzjoni ġeografika protetta) u għall-inbejjed l-oħra, ir-Rumanija offriet l-ogħla prezz mill-Istati Membri awditjati (għal "inbejjed oħra", dan kien biss il-każ matul l-ewwel fażi).
54 L-awtoritajiet Rumeni stabbilixxew il-prezz tal-inbid għad-distillazzjoni bbażat fuq il-medja ponderata fuq ħames snin tal-Eurostat (2015-2019), jiġifieri EUR 93/ettolitru għall-inbejjed tad-DOP u tal-IĠP u EUR 73/ettolitru għal inbejjed oħra matul l-ewwel fażi tal-miżuri ta' distillazzjoni ta' kriżi. Dawn il-prezzijiet jirrappreżentaw rispettivament 92 % u 93 % tal-medja ponderata fuq ħames snin. Franza, għall-inbejjed mhux tad-DOP/IĠP, stabbilixxiet prezz ta' EUR 68/ettolitru, li jirrappreżenta 98 % tal-prezz tal-inbid ibbażat fuq il-medja ponderata fuq ħames snin tal-Eurostat (2015-2019). Dawn il-prezzijiet ma rriflettewx is-sitwazzjoni ta' kriżi, li fiha l-prezzijiet huma normalment aktar baxxi milli f'suq mhux imfixkel. Il-prezzijiet Rumeni u Franċiżi kienu l-ogħla fost l-Istati Membri li analizzajna. Il-prezzijiet tax-xiri tal-inbid mill-Istati Membri l-oħra awditjati (Tabella 7) kienu ferm inqas mill-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ (data tal-Eurostat29).
Tabella 7 – Data tal-Eurostat dwar il-prezzijiet tal-bejgħ tal-inbid
| Stati Membri | Medja ponderata tal-Eurostat 2015‑2019 tal-prezz tal-bejgħ tal-inbid ta' kwalità | Prezz tal-inbid tad-DOP/IĠP EUR/ettolitru | % tal-prezz tal-ESTAT | Medja ponderata tal-Eurostat 2015‑2019 tal-prezz tal-bejgħ tal-inbid ieħor tal-mejda | Prezz ta' inbid ieħor EUR/ettolitru | % tal-prezz tal-ESTAT |
|---|---|---|---|---|---|---|
| Ir-Rumanija | 101.6 | Fażi 1: 93.6 | 92 % | 79.3 | 73.8 | 93 % |
| Fażi 2: 91.4 | 90 % | 53.8 | 68 % | |||
| Franza | 346 | 83 | 24 % | 64.1 | 63.0 | 98 % |
| Il-Greċja | Mhux Applikabbli | Inbid tad-DOP: 75 | Mhux Applikabbli | 83.1 | Bejn 40 u 54.6 | 48 % |
| Inbid tal-IĠP: bejn 57 u 59 | 66 % | |||||
| Spanja | 63.1 | 40 | 63 % | 39.8 | 30 | 75 % |
Sors: kalkoli tal-QEA bbażati fuq data pprovduta mill-Eurostat u l-Awtoritajiet Nazzjonali.
55 Distillerija fir-Rumanija kienet ukoll produttur tal-inbid. Il-fabbrika tal-inbid "ikkunsinnat" l-inbid lid-distillerija tagħha stess (75 % skont il-valur tal-inbid li ddistillat fl-2020) bi prezz sa EUR 101 għal kull ettolitru. Dan qabeż il-prezz ta' EUR 94 għal kull ettolitru stabbilit mill-awtoritajiet Rumeni.
Il-ħżin f'każ ta' kriżi seta' kien aktar effiċjenti mid-distillazzjoni tal-kriżi
56 Id-distillazzjoni f'każ ta' kriżi kienet miżura temporanja, li ppermettiet li l-inbid jiġi rtirat b'mod definittiv mis-suq u għenet biex is-suq tal-inbid jerġa' jiġi bbilanċjat. Għall-kuntrarju ta' prodotti agrikoli oħra, l-inbid seta' jinħażen, u dan kieku kien itaffi l-effetti tal-ħsad fqir sussegwenti fl-2021. Il-miżura ta' distillazzjoni f'każ ta' kriżi kienet tiswa ħafna aktar mill-ħżin privat fejn l-infrastruttura tal-ħżin kienet diġà teżisti.
57 Pereżempju, skont l-awtoritajiet Franċiżi, id-distillazzjoni f'każ ta' kriżi swiet EUR 208 miljun (li minnhom EUR 127 miljun ta' finanzjament mill-UE) għal 2.6 miljun ettolitru distillati, filwaqt li l-ħżin privat sewa EUR 52 miljun (li minnhom EUR 13-il miljun ta' finanzjament mill-UE) għal 5.5 miljun ettolitru.
Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
58 Aħna kkonkludejna li r-rispons tal-Kummissjoni għat-theddida li nħolqot lill-ktajjen tal-provvista agrikoli mill-pandemija tal-COVID-19 kien ġeneralment xieraq. Sibna li l-Kummissjoni rreaġixxiet malajr u l-miżuri tagħha għenu biex jillimitaw it-tfixkil fil-provvista ta' prodotti agrikoli. Madankollu, l-appoġġ dirett tal-UE ma kienx immirat biżżejjed.
59 L-awtoritajiet fil-ħames stati membri awditjati qiesu li l-linji gwida proposti mill-Kummissjoni biex jiġi żgurat fluss kontinwu ta' merkanzija fl-UE kienu gwida effettiva għall-ġestjoni tal-qsim tal-fruntieri matul il-pandemija tal-COVID-19 (il-paragrafi 12 sa 18). Il-miżura 21 kienet mod rapidu biex jiġu allokati mill-ġdid fondi mhux użati tal-FAEŻR biex jingħata appoġġ temporanju eċċezzjonali lis-settur agroalimentari. Erbatax-il Stat Membru użaw il-miżura u aħna sibna li dawn kienu jikkorrelataw mal-Istati Membri bl-ogħla ammont ta' fondi mhux impenjati fl-aħħar tal-2019 (il-paragrafi 19 sa 21).
60 L-appoġġ ta' għajnuna mill-Istat mogħti mill-Istati Membri lil setturi magħżula kien ferm aktar sinifikanti f'termini monetarji mill-finanzjament tal-UE. Il-livelli ta' għajnuna mill-Istat varjaw ħafna bejn l-Istati Membri, li setgħu ħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni. F'xi każijiet sibna eżempji ta' koinċidenza bejn l-appoġġ tal-UE u l-għajnuna mill-Istat li tista' twassal għal kumpens żejjed (il-paragrafi 22 sa 29).
61 Il-miżura 21 ma ffukatx fuq iż-żewġ s-setturi kif ukoll il-benefiċjarji li l-aktar għandhom bżonn ta' appoġġ. Mill-14-il Stat Membru li użaw il-miżura 21, ħamsa kellhom klawsoli speċifiċi li rabtu l-appoġġ ma' telf finanzjarju meta mqabbel mas-sena ta' qabel il-pandemija. Id-disa' Stati Membri l-oħra appoġġaw setturi agrikoli speċifiċi, iżda ma rabtux l-appoġġ mat-telf finanzjarju. Dan ma kienx rikjest mill-qafas legali. L-għoti ta’ appoġġ lil settur milqut fl-intier tiegħu, mingħajr ma jiġu mmirati l-benefiċjarji l-aktar fil-bżonn, jirriskja li jappoġġa bdiewa li ma kinux ġew milquta mill-kriżi (il-paragrafu 32 sa 36). Il-Kummissjoni għamlet disponibbli wkoll għajnuna għall-ħżin privat iżda l-użu kien baxx (il-paragrafi 37 sa 39).
62 Id-distillazzjoni f'każ ta' kriżi tal-inbid wasslet għall-irtirar permanenti ta' kwantitajiet tal-inbid mis-suq u għenet biex jerġa' jinkiseb il-bilanċ fis-suq tal-inbid. Madankollu, aħna sibna differenzi sinifikanti fl-appoġġ tal-Istati Membri għas-settur tal-inbid, inklużi regoli mhux ċari dwar l-ammont ta' appoġġ li d-distillaturi setgħu jżommu u l-prezzijiet għad-distillazzjoni li ma kinux jirriflettu s-sitwazzjoni ta' kriżi (il-paragrafi 40 sa 57).
Rakkomandazzjoni – Tipproponi regoli ċari u tikkondividi prattika tajba biex ittejjeb l-immirar tal-miżuri taħt il-PAK
Jenħtieġ li l-Kummissjoni:
- f’proposti leġiżlattivi rigward miżuri għal kriżijiet futuri, tinkludi regoli ċari biex tipprovdi appoġġ fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, u
- biex tkun ippreparata għal kriżijiet futuri, tikkondividi tagħlimiet meħuda u prattika tajba mal-Istati Membri, bl-għan li timmira s-setturi u l-benefiċjarji l-aktar fil-bżonn.
Data mmirata għall-implimentazzjoni:
- f’każ ta’ kriżijiet futuri
- 2024
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla I, immexxija mis-Sa Joëlle Elvinger, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-1 ta’ Marzu 2023.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Tony Murphy
Il-President
Annessi
Anness I – Lista ta' miżuri adottati
Miżuri ta' appoġġ dirett
| Tip ta' għajnuna | 1) Self jew garanziji | 2) Ħlasijiet ta' somma f'daqqa (miżura 21) | 3) Pagamenti bil-quddiem ogħla fuq il-pagamenti tal-UE | 4) Żieda fil-limiti tal-għajnuna mill-Istat |
|---|---|---|---|---|
| Kontenut | Sa EUR 200 000 b'termini favorevoli (rati tal-imgħax baxxi ħafna jew skedi ta' ħlas favorevoli) | Sa EUR 7 000 għal kull bidwi u EUR 50 000 għal kull SME | Żieda fil-pagamenti bil-quddiem fuq pagamenti diretti (minn 50 % għal 70 %) u ċerti pagamenti għall-iżvilupp rurali (minn 75 % għal 85 %) | Limiti fuq l-għajnuna mill-Istat taħt il-Qafas Temporanju: EUR 290 000 għal kull azjenda agrikola u sa EUR 2.3 miljun għall-kumpaniji li jipproċessaw l-ikel, kif emendat minn C/2021/8442 |
| Benefiċjarji | F'idejn l-Istati Membri biex jiddefinixxu u jagħżlu l-benefiċjarji | L-Istati Membri għandhom jimmiraw l-appoġġ lejn il-benefiċjarji l-aktar milquta mill-kriżi tal-COVID-19 | Bdiewa li jirċievu pagamenti diretti u ċerti miżuri għall-iżvilupp rurali | Bdiewa u kumpaniji tal-ipproċessar tal-ikel |
| Skeda taż-żmien | F'idejn l-Istati Membri, sa tmiem il-perjodu tal-programm 2014‑2020 | Il-benefiċjarji talbu din l-għajnuna sat-30/6/2021, bit-talbiet għall-pagamenti mill-Istati Membri lid-DĠ AGRI sal-31/12/2021 | Sena tat-talba 2020 | Data ta' skadenza emendata 31/12/2021 għall-miżuri kollha ta' għajnuna mill-Istat (għotjiet, vantaġġi tat-taxxa, self, garanziji) |
| Baġit totali | Il-Kummissjoni mhijiex kapaċi tikkwantifika | EUR 712-il miljun (allokazzjoni mill-ġdid tal-baġit tal-FAEŻR għall-2014-2020) | Ebda baġit addizzjonali tal-UE: pagamenti bil-quddiem biss fuq il-pagamenti dovuti | EUR 64 biljun fi skemi ta' għajnuna mill-istat immirati biss lejn is-settur agroalimentari + EUR 252 biljun fi skemi ta' għajnuna mill-istat immirati lejn is-settur agroalimentari u setturi oħra |
| Bażi ġuridika | Ir-Regolament (UE) 2013/1303 FAEŻR30, ikkonsolidat fid-29 ta' Diċembru 2020 | Ir-Regolament (UE) 2020/87231 tal-24 ta' Ġunju 2020 | Ir-Regolament (UE) 2020/531 tas-16 ta' April 202032 | C/2020/1863 |
Miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ għas-suq
| Miżura | Deskrizzjoni |
|---|---|
| Ħżin privat | Għall-prodotti tal-ħalib u l-laħam, huma stmati sa EUR 76 miljun |
| Flessibbiltà għal programmi ta' appoġġ għas-suq | Inbid: L-introduzzjoni ta' żewġ miżuri ġodda li jintużaw b'mod estensiv: id-distillazzjoni f'każ ta' kriżi (nefqa tal-UE ta' EUR 250 miljun) u għajnuna għall-ħżin ta' kriżi (nefqa tal-UE ta' EUR 24 miljun); Frott u ħxejjex: Il-possibbiltà li jintuża aktar minn terz tan-nefqa taħt il-programm operattiv għall-miżuri ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet biex jiġi indirizzat it-tfixkil tas-suq |
| Deroga temporanja mir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE | Il-Kummissjoni awtorizzat id-deroga minn ċerti regoli tal-kompetizzjoni tal-UE, disponibbli skont l-Artikolu 222 tar-Regolament dwar l-organizzazzjoni tas-swieq komuni, għas-setturi tal-ħalib, tal-fjuri u tal-patata. L-operaturi tħallew jorganizzaw lilhom infushom u jimplimentaw miżuri tas-suq għal perjodu massimu ta' sitt xhur |
Linji gwida għall-moviment liberu tal-merkanzija u l-ħaddiema agrikoli
- Korsiji Ħodor biex l-ikel jibqa' għaddej madwar l-Ewropa
- Il-ħaddiema staġjonali kkwalifikati bħala "ħaddiema kritiċi" biex jappoġġaw is-settur tal-ikel
Miżuri ta' flessibbiltà tal-PAK
- Estensjoni tal-iskadenza għall-applikazzjonijiet għall-ħlas tal-PAK
- Tnaqqis tal-kontrolli fiżiċi fuq il-post u flessibbiltà għar-rekwiżiti ta' żmien
Anness II – Il-miżuri tas-sigurtà tal-ikel b'rispons għall-COVID-19 u l-gwerra fl-Ukrajna
| Miżuri tas-sigurtà tal-ikel b'rispons għall-COVID-19 | Miżuri tas-sigurtà tal-ikel b'rispons għall-gwerra fl-Ukrajna | |
|---|---|---|
| Ħlasijiet ta' somom f'daqqa |
EUR 712-il miljun imħallsa fil-forma ta' somom f'daqqa ta' darba lill-bdiewa, sa EUR 7 000 għal kull bidwi u EUR 50 000 għal kull intrapriża żgħira u ta' daqs medju (SME) (Miżura 21) | Riżerva ta' emerġenza ta' EUR 500 miljun attivata biex tappoġġa lill-bdiewa, b'massimu ta' EUR 1.4 biljun f'appoġġ ulterjuri, li tinkludi pagamenti ta' darba f'somma f'daqqa ta' bejn EUR 15 000 u EUR 100 000 (Miżura 22) |
| Miżuri tas-suq |
Għajnuna għall-ħżin privat tal-prodotti tal-ħalib u tal-laħam Deroga temporanja mir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE fis-setturi tal-ħalib, tal-fjuri, tal-inbid u tal-patata u miżuri eċċezzjonali ta' intervent fis-suq tal-inbid u l-frott u l-ħaxix |
Miżuri ta' sikurezza tas-suq biex jappoġġaw is-suq tal-laħam tal-majjal fid-dawl tas-sitwazzjoni partikolarment diffiċli li qed jiffaċċja s-settur |
| Għajnuna mill-Istat |
Qafas Temporanju jipprevedi appoġġ nazzjonali lill-bdiewa/negozji agrikoli sal-livell ta' EUR 290 000 għall-impriżi attivi fil-produzzjoni primarja u EUR 2.3 miljun għall-impriżi attivi fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni | Qafas Temporanju għall-Kriżijiet biex jappoġġja l-ekonomija jippermetti lill-Istati Membri jistabbilixxu skemi biex jagħtu sa EUR 250 000 lil kumpaniji attivi fl-agrikoltura |
| Derogi tal-PAK |
Estensjoni tal-iskadenzi, żjarat fuq il-post mibdula bit-telerilevament | Deroga eċċezzjonali u temporanja li tippermetti l-produzzjoni ta' uċuħ tar-raba' fuq art imwarrba fi ħdan l-UE, filwaqt li jinżammu pagamenti sħaħ ta' ekoloġizzazzjoni għall-bdiewa |
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-Kummissjoni.
Anness III – Distribuzzjoni tal-appoġġ tal-UE għad-distillazzjoni f'każ ta' kriżi (2020)
| Stat Membru | Appoġġ tal-UE mħallas lill-produtturi tal-inbid (EUR/ettolitru) | Appoġġ tal-UE mħallas lid-distilleriji (EUR/ettolitru) ibbażat fuq regoli nazzjonali | Prezz imħallas mid-distilleriji lill-produtturi tal-inbid (EUR/ettolitru) | Ammont miżmum minn distilleriji (EUR/ettolitru) |
|---|---|---|---|---|
| Franza | Inbid tad-DOP/IĠP: 83 Inbid ieħor: 63 |
Inbid tad-DOP/IĠP: 78 Inbid ieħor: 58 |
5 | |
| Ir-Rumanija | L-ewwel fażi - Inbid tad-DOP/IĠP: 93.6; Inbid ieħor: 73.8 It-tieni fażi - Inbid tad-DOP/IĠP: 91.4; Inbid ieħor: 53.8 |
L-ewwel fażi - bejn 44.5 u 101 It-tieni fażi - Inbid tad-DOP/IĠP: 78.5; Inbid ieħor: 40.9 |
L-ewwel fażi - Bejn 1 u 37 It-tieni fażi - 12.91 |
|
| Spanja | Inbid tad-DOP: 40 Inbid ieħor: 30 Spejjeż ta' trasport: 0.5 (bejn 150 u 300 km 1 ( >300 km) |
Inbid tad-DOP: bejn 35 u 37.5 Inbid ieħor: bejn 25 u 37.5 Spejjeż ta' trasport |
Bejn 2.5 u 5 | |
| Il-Greċja | Inbid tad-DOP: 75 Inbid tal-IĠP: bejn 57 u 59 Inbid ieħor: bejn 40 u 54.6 Spejjeż ta' trasport: bejn 2 u 6 |
Sors: il-QEA, ibbażat fuq informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali.
Akronimi u abbrevjazzjonijiet
DĠ AGRI: Id-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
DĠ MOVE: Id-Direttorat Ġenerali għall-Mobilità u t-Trasport
FAEG: Il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija
FAEŻR: Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali
NTCPN: Network Nazzjonali tal-Punti ta' Kuntatt għat-Trasport
PAK: politika agrikola komuni
PDO: Denominazzjoni protetta ta' oriġini
PGI: Indikazzjoni ġeografika protetta
PŻR: Programm tal-iżvilupp rurali
SMEs: Intrapriżi żgħar u medji
Risposti tal-Kummissjoni:
Tim tal-QEA
Dan ir-Rapport Speċjali tal-QEA dwar l-iżgurar tal-ktajjen tal-provvista tal-prodotti agrikoli matul il-COVID-19 ġie adottat mill-Awla I, Użu Sostenibbli tar-riżorsi naturali, li hija mmexxija minnJoëlle Elvinger, Membru tal-QEA. Il-kompitu tmexxa minn Joëlle Elvinger, Membru tal-QEA, li ngħatat appoġġ minn Ildiko Preiss, Kap tal-Kabinett u Paolo Pesce, Attaché tal-Uffiċċju Privat; Paul Stafford, Maniġer Prinċipali; Aris Konstantinidis, Kap tal-Kompitu; Celine Ollier, Awditur Anzjan, Lorenzo Pirelli, Awditu Anzjan, Lenka Hill, Awditur, Xavier Ignasi Farrero Gonzalez, Awditur, Marika Meisenzahl, Awditur u Pedro Ferrao Batarda Marinheiro, Trainee. Judita Frangež ipprovdiet appoġġ segretarjali.
Mix-xellug għal-lemin: Joëlle Elvinger, Paul Stafford, Celine Ollier, Paolo Pesce, Aris Konstantinidis, Xavier Ignasi Farrero Gonzalez, Lenka Hill, Ildiko Preiss u Judita Frangež.
Noti finali
1 Il-politika agrikola komuni f'daqqa t'għajn.
2 C(2020) 499 final: Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar approċċ ikkoordinat għar-restrizzjoni tal-moviment liberu b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19.
3 Preliminary impacts of the COVID-19 pandemic on European agriculture: a sector-based analysis of food systems and market resilience, p.31-35.
4 Supporting the agriculture and food sectors amid Coronavirus, European Commission.
6 2020/C 86 I/01, Linji gwida għal miżuri ta' ġestjoni tal-fruntieri biex tiġi protetta s-saħħa u tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-oġġetti.
7 2020/C 235 I/01, Linji Gwida dwar il-ħaddiema staġjonali fl-UE fil-kuntest tat-tifqigħa tal-COVID-19.
8 C(2020) 1897 final: Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Korsiji Ħodor skont il-Linji Gwida għall-miżuri ta' ġestjoni tal-fruntieri biex tiġi protetta s-saħħa u tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-oġġetti u tas-servizzi essenzjali.
9 Sett tad-data pprovdut mid-DĠ MOVE, ibbażat fuq l-applikazzjoni Galileo.
10 WHO - Coronavirus disease (COVID-19) pandemic.
11 Il-Kummissjoni tħabbar miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ għas-settur agroalimentari.
12 Ir-Regolament (UE) 2020/872.
14 C(2020)1863 Komunikazzjoni.
15 C(2020)1863 Komunikazzjoni, p. 3.
17 (2020/C 91 I/01): paragrafu 10.
18 Preliminary impacts of the COVID-19 pandemic on European agriculture: a sector-based analysis of food systems and market resilience, p. 83.
21 Ir-Regolament (UE) 2020/872, l-Artikolu 39b.
22 Andalusia Rural Development Programme, version 11.1.
23 Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/595.
24 Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/591, il-Premessa 11 u l-Artikolu 3(2).
25 Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/592, il-premessa 1.
27 Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2020/592.
28 Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2020/592, l-Artikolu 3.
30 Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-Artikolu 25a(11), l-Artikolu 37(4).
Kuntatt
IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG
Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors
Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (https://europa.eu).
Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2023
| ISBN 978-92-847-9755-4 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/637650 | QJ-AB-23-010-MT-N | |
| HTML | ISBN 978-92-847-9736-3 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/997064 | QJ-AB-23-010-MT-Q |
DRITT TAL-AWTUR
© L-Unjoni Ewropea, 2023
Il-politika tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) dwar l-użu mill-ġdid hija stabbilita fid-Deċiżjoni Nru 6-2019 tal-QEA dwar il-politika tad-data miftuħa u l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti.
Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor (eż. f’avviżi individwali dwar id-drittijiet tal-awtur), il-kontenut tad-dokumenti tal-QEA li jkun proprjetà tal-UE huwa liċenzjat taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution 4.0 International (CC BY 4.0). Għalhekk, bħala regola ġenerali, l-użu mill-ġdid huwa awtorizzat dment li jingħata kreditu xieraq u li kwalunkwe bidla tiġi indikata. Dawk li jużaw mill-ġdid il-kontenut tad-dokumenti tal-QEA ma jistgħux ibiddlu s-sinifikat jew il-messaġġ oriġinali. Il-QEA ma għandhiex tkun responsabbli għal kwalunkwe konsegwenza relatata mal-użu mill-ġdid.
Irid jinkiseb permess addizzjonali jekk kontenut speċifiku juri individwi privati identifikabbli, eż. f’ritratti li jkun fihom il-membri tal-persunal tal-QEA, jew jekk ikun jinkludi xogħlijiet ta’ parti terza.
Fejn ikun inkiseb tali permess, dan għandu jikkanċella u jissostitwixxi l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b’mod ċar kwalunkwe restrizzjoni dwar l-użu.
Biex tuża jew tirriproduċi kontenut li ma jkunx proprjetà tal-UE, jista’ jkun meħtieġ li titlob il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.
Figuri 5, 6 u t-Tabella Anness II – Ikoni: Dawn il-figuri tfasslu bl-użu ta’ riżorsi minn Flaticon.com. © Freepik Company S.L. Id-drittijiet kollha huma riżervati.
Software jew dokumenti li jkunu koperti mid-drittijiet ta’ proprjetà industrijali, bħal privattivi, trademarks, disinji rreġistrati, logos u ismijiet, huma esklużi mill-politika tal-QEA dwar l-użu mill-ġdid.
Il-familja ta’ siti web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan id-dominju europa.eu, tipprovdi links għal siti ta’ partijiet terzi. Peress li l-QEA ma għandha l-ebda kontroll fuq dawn, inti mħeġġeġ tirrieżamina l-politiki tagħhom dwar il-privatezza u dwar id-drittijiet tal-awtur.
Użu tal-logo tal-QEA
Ma jistax isir użu mil-logo tal-QEA mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tagħha minn qabel.
KIF TIKKUNTATTJA LILL-UE
Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik online (european-union.europa.eu/contact-eu/meet-us_mt).
Bit-telefown jew bil-miktub
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja lil dan is-servizz:
- bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
- fuq dan in-numru standard: +32 22999696,
- permezz ta’ din il-formola:european-union.europa.eu/contact-eu/write-us_mt.
KIF ISSIB TAGĦRIF DWAR L-UE
Online
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa (european-union.europa.eu).
Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tara jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE minn op.europa.eu/mt/publications. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tad-dokumentazzjoni lokali tiegħek (european-union.europa.eu/contact-eu/meet-us_mt).
Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1951 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex (eur-lex.europa.eu).
Data miftuħa tal-UE
Il-portal data.europa.eu jagħti aċċess għal settijiet tad-data miftuħa mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE. Dawn jistgħu jitniżżlu u jerġgħu jintużaw mingħajr ħlas, għal skopijiet kummerċjali u mhux kummerċjali. Il-portal jagħti aċċess ukoll għal għadd kbir ta’ settijiet tad-data mill-pajjiżi Ewropej.
