Rapport Speċjali
13 2021

L-isforzi tal-UE fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus fis-settur bankarju huma frammentati u l-implimentazzjoni mhijiex suffiċjenti

Dwar ir-rapport: Il-ħasil tal-flus huwa l-prattika ta’ “leġittimizzazzjoni” tar-rikavat minn attività kriminali fejn jiġi ffiltrat fl-ekonomija regolari sabiex tinħeba l-oriġini illegali tiegħu. Minħabba l-importanza tal-politika tal-UE kontra l-ħasil tal-flus u r-rwol tas-settur bankarju, aħna vvalutajna jekk l-azzjonijiet tal-UE f’dan il-qasam humiex implimentati sew.

Sibna frammentazzjoni istituzzjonali u koordinazzjoni fqira fil-livell tal-UE fir-rigward ta’ azzjonijiet għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u t-teħid ta’ azzjoni fejn ġie identifikat riskju. Il-korpi tal-UE għandhom għodod limitati biex jiżguraw l-applikazzjoni suffiċjenti tal-oqfsa tal-AML/tas-CFT fil-livell nazzjonali. Ma hemm l-ebda superviżur uniku tal-UE, is-setgħat tal-UE huma maqsumin bejn bosta korpi u l-koordinazzjoni mal-Istati Membri titwettaq separatament.

Aħna nagħmlu rakkomandazzjonijiet biex jiġu rrimedjati dawn il-problemi.

Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.

Din il-pubblikazzjoni hija disponibbli bi 23 lingwa fil-format li ġejt:
PDF
PDF General Report

Sommarju eżekuttiv

I

Il-ħasil tal-flus huwa l-prattika ta’ “leġittimizzazzjoni” tar-rikavat minn attività kriminali fejn jiġi ffiltrat fl-ekonomija regolari sabiex tinħeba l-oriġini illegali tiegħu. Fi ħdan l-Ewropa, il-Europol tistma l-valur ta’ tranżazzjonijiet suspettużi għal mijiet ta’ biljuni ta’ euro – b’ekwivalenti ta’ 1.3 % tal-prodott domestiku gross (PDG) tal-UE. L-istimi globali huma qrib it-3 % tal-PDG dinji.

II

L-UE adottat l-ewwel Direttiva tagħha dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus fl-1991, li ġiet aġġornata l-aktar reċentement fl-2018, sabiex tiġġieled kontra t-theddidiet għas-suq intern mill-ħasil tal-flus, u, sussegwentement, sabiex tipprevieni l-finanzjament tat-terroriżmu. Sabiex tkun effettiva, id-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus tiddependi fuq l-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali.

III

Għadd ta’ korpi tal-UE għandhom sehem ukoll. Il-Kummissjoni tiżviluppa l-politika, timmonitorja t-traspożizzjoni, u twettaq l-analiżi tar-riskju. L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) twettaq analiżi, tinvestiga ksur tad-dritt tal-Unjoni, u tistabbilixxi standards dettaljati biex jintużaw mis-superviżuri u mill-industrija. Fl-2020, il-mandat legali u s-setgħat tal-EBA fir-rigward tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu (AML/CFT) żdiedu b’mod sostanzjali. Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jieħu inkunsiderazzjoni r-riskju tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu (ML/TF) fis-superviżjoni prudenzjali tal-banek fiż-żona tal-euro u ilu mill-2019 jikkondividi informazzjoni rilevanti u neċessarja dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu (AML/CFT) mas-superviżuri nazzjonali.

IV

Minħabba l-importanza tal-politika tal-AML/tas-CFT tal-UE u l-momentum attwali għal riforma, iddeċidejna li nawditjaw aspetti tal-effiċjenza u tal-effettività tagħha. Ir-rapport tagħna huwa intenzjonat li jinforma lill-partijiet ikkonċernati u jipprovdi rakkomandazzjonijiet bl-għan li jagħti appoġġ ulterjuri lill-iżvilupp tal-politika u l-implimentazzjoni. Aħna analizzajna l-azzjonijiet tal-UE f’dan il-qasam billi ffukajna fuq is-settur bankarju u staqsejna jekk l-azzjoni tal-UE hijiex implimentata sew.

V

B’mod ġenerali, sibna frammentazzjoni istituzzjonali u koordinazzjoni fqira fil-livell tal-UE fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipprevienu l-ML/it-TF u t-teħid ta’ azzjoni fejn ġie identifikat riskju. Fil-prattika, is-superviżjoni tal-AML/tas-CFT għadha ssir fil-livell nazzjonali b’qafas ta’ sorveljanza insuffiċjenti mill-UE għall-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni.

VI

Il-Kummissjoni hija obbligata tippubblika lista ta’ pajjiżi barra mit-territorju tal-UE (“pajjiżi terzi”) li jippreżentaw theddida ta’ ħasil tal-flus għas-suq intern. Kien hemm nuqqasijiet b’rabta mal-komunikazzjoni mal-pajjiżi terzi elenkati, u nuqqas ta’ kooperazzjoni mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Barra minn hekk, sal-lum, l-UE ma adottatx lista awtonoma ta’ pajjiżi terzi b’riskju kbir. Kull sentejn il-Kummissjoni wkoll twettaq valutazzjoni tar-riskju għas-suq intern. Din il-valutazzjoni tar-riskju ma tindikax it-tibdiliet maż-żmien, hija nieqsa minn fokus ġeografiku, u ma tagħtix prijorità lir-riskju b’mod effettiv.

VII

Aħna sibna li l-Kummissjoni damet biex tevalwa t-traspożizzjoni tad-direttivi mill-Istati Membri minħabba komunikazzjoni ta’ kwalità fqira mill-Istati Membri u r-riżorsi limitati tagħha. Il-persunal tal-Awtorità Bankarja Ewropea wettaq investigazzjonijiet bir-reqqa ta’ ksur potenzjali tad-dritt tal-UE, iżda sibna evidenza ta’ lobbying fil-konfront tal-Bord tas-Superviżuri tagħha li kienu parti minn proċess deliberattiv. Sibna wkoll li l-Bank Ċentrali Ewropew beda tajjeb fil-kondiviżjoni tal-informazzjoni mas-superviżuri nazzjonali tal-AML/tas-CFT, għalkemm xi proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet damu biex saru. Il-kwalità tal-materjal kondiviż mis-superviżuri kienet tvarja b’mod konsiderevoli wkoll minħabba prattiki nazzjonali, u l-EBA qed tiżviluppa gwida aġġornata.

VIII

Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni:

  1. tagħti prijorità lir-riskju ta’ ML/TF b’mod aktar ċar, u tikkoordina mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għall-pajjiżi terzi elenkati;
  2. tagħmel użu mir-regolamenti bi preferenza għad-direttivi fejn possibbli;
  3. tistabbilixxi qafas għat-talbiet dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni.
IX

Aħna nirrakkomandaw li l-Awtorità Bankarja Ewropea:

  1. tistabbilixxi regoli biex jipprevienu lil membri oħra tal-Bord ta’ Superviżuri milli jippruvaw jinfluwenzaw lill-membri tal-bord matul id-deliberazzjonijiet tagħhom;
  2. toħroġ linji gwida li jiffaċilitaw skambji armonizzati ta’ informazzjoni bejn is-superviżuri fil-livell nazzjonali u tal-UE.
X

Aħna nirrakkomandaw li l-Bank Ċentrali Ewropew jenħtieġ li:

  1. jistabbilixxi proċeduri interni aktar effiċjenti għat-teħid ta’ deċiżjonijiet;
  2. jagħmel tibdiliet fil-prattiki superviżorji tiegħu ladarba tkun fis-seħħ gwida mill-Awtorità Bankarja Ewropea.
XI

Ir-riforma leġiżlattiva li ġejja hija opportunità għall-Kummissjoni, għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill sabiex jindirizzaw id-dgħufijiet identifikati u jirrimedjaw il-frammentazzjoni tal-qafas tal-AML/tas-CFT tal-UE.

Introduzzjoni

X’inhu l-ħasil tal-flus?

01

Il-ħasil tal-flus jista’ jseħħ fl-ekonomija kollha, mil-logħob tal-azzard san-negozjar tal-komoditajiet u x-xiri ta’ proprjetà. Madankollu, f’xi stadju, il-ħassiela tal-flus normalment ikollhom bżonn jużaw is-sistema bankarja, b’mod partikolari meta jikkonvertu u jċaqalqu rikavati illegali (magħruf bħala “layering”). Għal aktar dettalji dwar kif jaħdem il-ħasil tal-flus, ara l-Figura 1. Fil-fatt, l-aktar ċifri reċenti tal-Eurostat1 juru li aktar minn 75 % tat-tranżazzjonijiet suspettużi rrappurtati ġew minn istituzzjonijiet ta’ kreditu f’aktar minn nofs l-Istati Membri tal-UE. Għalhekk, miżuri preventivi fis-settur bankarju jistgħu jkunu għodda effettiva sabiex jitkisser iċ-ċiklu tal-ħasil tal-flus.

Figura 1

Kif isir il-ħasil tal-flus

Sors: il-QEA, ibbażat fuq id-definizzjonijiet tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja (FATF) intergovernattiva.

02

Theddida relatata mal-ħasil tal-flus hija l-finanzjament tat-terroriżmu, ara l-Kaxxa 1. Il-politiki li jindirizzaw il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ML/TF) huma marbutin flimkien u ġeneralment jiġu ttrattati mill-istess strumenti, imsejħa l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (AML/CFT).

Kaxxa 1

X’inhu l-finanzjament tat-terroriżmu?

Il-finanzjament tat-terroriżmu jinvolvi l-provvista ta’ fondi lil organizzazzjonijiet terroristiċi, ħafna drabi b’dimensjoni transfruntiera. F’ċerti aspetti, il-finanzjament tat-terroriżmu huwa l-maqlub tal-ħasil tal-flus, billi ta’ spiss somom żgħar ta’ rikavati leġittimi jinġabru flimkien u jintużaw għal attività terroristika. Peress li ż-żewġ attivitajiet jinvolvu flussi finanzjarji illegali, ġeneralment jiġu ttrattati billi jintużaw l-istess għodod ta’ politika.

Politika pubblika għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus

03

Il-politiki nazzjonali dwar l-AML għall-prevenzjoni u għas-sanzjonar tal-ħasil tal-flus imorru lura għas-snin sebgħin. Globalment, il-korp ewlieni f’dan ir-rigward huwa t-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja (FATF) intergovernattiva, li twaqqfet mill-G7 fl-1989 u li hija bbażata f’Pariġi. Id-39 membru tal-FATF jinkludu l-Istati Uniti, ir-Russja u ċ-Ċina, kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea u 14-il Stat Membru tal-UE.

04

Il-FATF tistabbilixxi standards u tippromwovi azzjoni effettiva għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu u theddidiet oħrajn relatati mal-integrità tas-sistema finanzjarja internazzjonali. Issa l-gwida tagħha tkopri miżuri preventivi għall-istituzzjonijiet finanzjarji, kif ukoll is-setgħat rakkomandati tar-regolaturi, tas-superviżuri u tal-korpi tal-infurzar tal-liġi. Hija tiffaċilita “Rapporti ta’ Evalwazzjoni Reċiproka” (MERs), jiġifieri sistema ta’ evalwazzjonijiet perjodiċi bejn il-pari fost il-membri tagħha sabiex jiġi vvalutat kemm qed jiġu implimentati tajjeb l-istandards u r-rakkomandazzjonijiet tagħha. L-UE ma tiffukax fuq l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali sal-istess livell bħalma tagħmel fil-approċċ tal-FATF.

05

Fl-1991, filwaqt li bniet fuq l-istandards tal-FATF, l-UE adottat direttiva dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus (AMLD) sabiex tipprevieni lill-kriminali milli jieħdu vantaġġ mill-moviment liberu tal-kapital fis-suq intern, u sabiex tarmonizza l-isforzi tal-Istati Membri fl-indirizzar tal-ħasil tal-flus. Minn dak iż-żmien ’il hawn, l-UE aġġornat l-AMLD erba’ darbiet, hekk kif l-istandards tal-FATF evolvew, filwaqt li kull darba ġew issikkati r-regoli. Dan sar sabiex ikun rifless ir-rikonoxximent dejjem akbar fil-livell globali tal-effetti avversi tal-ħasil tal-flus u tat-tekniki l-ġodda użati mill-ħassiela tal-flus, filwaqt li jissaħħaħ il-qafas permezz ta’ leġiżlazzjoni kriminali oħra. Aktar informazzjoni dwar il-qafas legali tinsab fl-Anness I.

06

Il-prosekuzzjoni u l-infurzar għal reati ta’ ħasil tal-flus fl-UE huma fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri, li japplikaw standards ta’ prosekuzzjoni u pieni li jvarjaw. Mill-pajjiżi l-oħra membri tal-FATF, l-Istati Uniti ġeneralment isegwu reġim aktar punittiv fl-infurzar tagħhom tar-regoli u tal-pieni għall-ħasil tal-flus, u f’dawn l-aħħar snin kien hemm multi kbar u pieni oħrajn imposti fuq banek tal-UE li joperaw fl-Istati Uniti. Għal aktar dettalji, ara l-Anness IV.

Responsabbiltajiet tal-UE u tal-Istati Membri

07

Sal-lum, fil-biċċa l-kbira tiegħu l-qafas tal-AML/tas-CFT tal-UE ħa l-forma ta’ direttivi skont l-Artikolu 114 tat-TFUE. Dan jikkuntrasta ma’ oqsma oħra tal-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji fejn sar aktar komuni li jittieħed approċċ ibridu li jgħaqqad kemm regolament kif ukoll direttiva. Għalhekk, għall-AML/għas-CFT, il-korpi tal-UE jipprovdu żvilupp ta’ politika, gwida u sorveljanza; iżda l-liġi hija implimentata fl-Istati Membri. Ma hemm l-ebda superviżur uniku tal-AML/tas-CFT fil-livell tal-UE. Il-korpi superviżorji nazzjonali nnominati tal-AML/tas-CFT għandhom il-kompitu li jiżguraw li l-istituzzjonijiet finanzjarji u istituzzjonijiet oħra koperti bir-regoli tal-AML/tas-CFT jikkonformaw mal-obbligi tagħhom, u li jieħdu azzjoni korrettiva jekk ma jikkonformawx. Dan jista’ jinkludi penali finanzjarji u restrizzjonijiet fuq it-twettiq tal-operazzjonijiet. L-istituzzjonijiet finanzjarji huma obbligati wkoll jirrappurtaw attività suspettuża lill-unitajiet tal-intelligence finanzjarja (UIFs) tal-Istat Membru tagħhom, ara wkoll il-Figura 2.

08

Meta mqabbla mal-Istati Uniti, l-UE ma għandha l-ebda superviżur uniku dwar il-ħasil tal-flus għal kwalunkwe settur. Kull Stat Membru għandu superviżur (jew superviżuri) kompetenti għas-sorveljanza tal-banek, u, tabilħaqq, ta' “entitajiet marbutin b’obbligu” oħra. Il-korpi tal-UE għandhom setgħat diretti limitati. L-imġiba tas-superviżuri hija differenti ħafna, u potenzjalment twassal għal trattament mhux ugwali fl-Istati Membri kollha2. Fl-Istati Uniti, il-Financial Crimes Enforcement Network (FinCEN) huwa l-korp regolatorju primarju tal-AML/tas-CFT u jimmonitorja l-banek, l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-individwi. L-azzjonijiet tal-FinCEN jinħassu globalment minħabba li għandu s-setgħa li jipprojbixxi lil banek barra mill-Istati Uniti milli jkollhom relazzjonijiet bankarji korrispondenti mal-banek tal-Istati Uniti, jekk ikollu motivi raġonevoli biex jikkonkludi li bank huwa ta’ tħassib primarju għall-ħasil tal-flus3.

09

Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabbilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali tal-Kummissjoni (DĠ FISMA)4 jikkoordina l-politika tal-UE dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu. Il-Kummissjoni hija responsabbli biex tenfasizza r-riskji għas-sistema finanzjarja tal-UE u sabiex tagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa lill-partijiet ikkonċernati rilevanti. Hija responsabbli wkoll għall-iżvilupp tal-politika u għall-iżgurar li l-leġiżlazzjoni tal-UE tiġi trasposta u implimentata fl-Istati Membri. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha r-rwol ewlieni fl-iffaċilitar tal-ħolqien ta’ qafas robust tal-AML/tas-CFT fl-UE. Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-Europol ukoll għandhom rwol x’jaqdu fil-produzzjoni ta’ intelligence rilevanti dwar l-ML/it-TF għall-użu mill-Kummissjoni.

10

Mill-2020 'il hawn, l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) hija responsabbli għat-tmexxija, il-koordinazzjoni u l-monitoraġġ tal-ġlieda tas-settur finanzjarju tal-UE kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Qabel dik is-sena, xogħolha kien ikopri biss lis-settur bankarju, inkluż l-abbozzar ta’ strumenti regolatorji, bħal linji gwida, opinjonijiet dwar ir-riskji ta’ ML/TF, u rapporti. L-EBA għandha wkoll setgħat biex tinvestiga ksur suspettat tad-dritt tal-UE mis-superviżuri nazzjonali f’dan ir-rigward. L-EBA ma għandhiex setgħat superviżorji jew ta’ infurzar.

11

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) huwa responsabbli għas-superviżjoni prudenzjali ta’ banek kbar fiż-żona tal-euro. L-implikazzjonijiet prudenzjali tal-ML/tat-TF saru dejjem aktar suġġett ta’ interess għall-BĊE, billi r-riskju ta’ ML/TF jista’ jwassal għal sfidi superviżorji, u għal riskju reputazzjonali għas-settur fl-intier tiegħu. Mill-2019 'il hawn il-BĊE beda jintegra l-kunsiderazzjonijiet relatati mal-AML/mas-CFT fis-superviżjoni prudenzjali tiegħu, li hija ttrattata permezz tal-Proċess ta’ Reviżjoni u Evalwazzjoni Superviżorji (SREP). Bl-appoġġ tal-EBA u l-ASE oħra, huwa ffirma ftehimiet ta’ skambju ta’ informazzjoni ma’ madwar 50 superviżur tal-AML/tas-CFT, u s-superviżuri tal-BĊE jivvalutaw l-informazzjoni, jinkorporawha fix-xogħol superviżorju prudenzjali tagħhom u, jekk ikun meħtieġ, jieħdu l-miżuri prudenzjali xierqa.

12

Il-Europol tappoġġa lill-Istati Membri fil-ġlieda tagħhom kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. L-atturi ewlenin tal-UE huma stabbiliti fil-Figura 2.

Figura 2

Atturi istituzzjonali ewlenin tal-AML/tas-CFT fl-UE

Sors: il-QEA.

Is-sitwazzjoni attwali tal-politika

13

Wieħed mill-aspetti ewlenin tad-dibattitu politiku attwali dwar l-arkitettura tal-AML/tas-CFT tal-UE huwa n-nuqqas ta’ superviżjoni ċentrali fl-UE tal-AML/tas-CFT, u kif dan iwassal għal kundizzjonijiet mhux ekwivalenti ta’ kompetizzjoni5.

14

F’Mejju 2020, il-Kummissjoni adottat pjan ta' azzjoni dwar l-AML/is-CFT fil-forma ta’ komunikazzjoni bl-inklużjoni ta' bosta pilastri6, flimkien mal-pubblikazzjoni tal-metodoloġija riveduta dwar l-identifikazzjoni ta’ pajjiżi terzi b’riskju għoli. Il-Kummissjoni se tipproponi t-twaqqif ta’ Ġabra Unika tar-Regoli, u korp superviżorju uniku għall-AML/għas-CFT. Sussegwentement, din il-proposta sabet appoġġ wiesa' mill-Parlament Ewropew7.

15

F’Novembru 2020, il-Kunsill ħareġ konklużjonijiet8 li taw appoġġ wiesa' lil dawn l-objettivi ta’ politika. Il-proposti leġiżlattivi biex jiġu inklużi l-pilastri stipulati fil-paragrafu preċedenti huma mistennija mingħand il-Kummissjoni sa nofs l-2021.

Ambitu u approċċ tal-awditjar

16

Minħabba l-importanza tal-politika dwar l-AML/is-CFT fl-UE, każijiet reċenti ta’ profil għoli ta’ ML/TF fis-settur bankarju, u l-interess attwali għal riforma, aħna ddeċidejna li nawditjaw aspetti tal-effiċjenza u tal-effettività tagħha. Ir-rapport tagħna huwa intenzjonat li jinforma lill-partijiet ikkonċernati u jipprovdi rakkomandazzjonijiet sabiex jappoġġa l-iżvilupp tal-politika u implimentazzjoni ulterjuri.

17

Il-mistoqsija prinċipali tal-awditjar kienet jekk l-azzjoni tal-UE fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus fis-settur bankarju hijiex implimentata sew. Għalkemm il-fokus tal-awditu tagħna huwa s-settur bankarju, il-konklużjonijiet jistgħu jkunu rilevanti għall-politika tal-ML/tat-TF għal setturi oħra wkoll. Aħna ħallejna lill-unitajiet tal-intelligence finanzjarja (UIF) barra mill-ambitu ta’ dan l-awditu. Is-sottomistoqsijiet huma:

  • L-UE pproduċiet lista ta’ pajjiżi terzi li tidentifika theddidiet speċifiċi għall-UE?
  • Il-Kummissjoni vvalutat b’mod xieraq ir-riskji ta’ ħasil tal-flus li jaffettwaw lis-suq intern?
  • Il-Kummissjoni vvalutat kif xieraq it-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-leġiżlazzjoni nazzjonali?
  • Il-Kummissjoni u l-EBA ħadu azzjoni f’waqtha u effettiva b’rispons għal ksur potenzjali tad-dritt tal-UE dwar l-AML/is-CFT?
  • Il-BĊE integra b’mod effiċjenti r-riskji tal-ML/tat-TF fis-superviżjoni prudenzjali li wettaq tal-banek u kkondivida l-informazzjoni b’mod effiċjenti mas-superviżuri nazzjonali?
18

L-entitajiet awditjati kienu l-Kummissjoni (prinċipalment id-DĠ FISMA), l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). Is-sejbiet ġew approvati wkoll mis-SEAE. Barra minn hekk, wettaqna stħarriġ elettroniku fost is-27 pajjiż membru tal-Grupp ta’ Esperti dwar il-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (EGMLTF). L-istħarriġ ittratta aspetti tal-implimentazzjoni tal-politika tal-ML/tat-TF fil-livell nazzjonali, bħall-valutazzjoni tar-riskju u t-traspożizzjoni. Aħna rċevejna tweġibiet minn 20 pajjiż. Ir-referenza għall-istħarriġ hija inkluża tul dan ir-rapport. Wettaqna wkoll intervisti mal-awtoritajiet pubbliċi involuti fil-politika u s-superviżjoni tal-AML/tas-CFT minn erba’ Stati Membri. Għażilniehom biex ikollna firxa tad-daqs, il-post fejn jinsabu, u r-riskji ta’ ML/TF li jiffaċċjaw. F’bosta taqsimiet wettaqna x-xogħol dettaljat tagħna billi użajna kampjun ta’ Stati Membri jew ta’ banek, bil-kriterji tal-għażla spjegati fit-taqsimiet rispettivi. Iddiskutejna s-sejbiet preliminari tagħna ma’ bord ta’ esperti.

19

Il-kriterji tal-awditjar tagħna huma meħuda mill-istandards internazzjonali stabbiliti mill-FATF9 u mill-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja10. Intużaw ukoll il-qafas legali (l-AMLD, is-CRD, l-SSMR u r-Regolament dwar l-EBA) u l-linji gwida rilevanti maħruġin mill-EBA. Għall-attività tal-EBA, wettaqna valutazzjoni komparattiva mas-settijiet speċifiċi ta’ regoli ta’ proċedura tagħha, fejn rilevanti. Fir-rigward tat-traspożizzjoni, aħna rreferejna għal-linji gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar tal-Kummissjoni stess. Għall-valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-Kummissjoni, applikajna l-istandards rilevanti dwar il-valutazzjoni tar-riskju.

Osservazzjonijiet

Il-lista tal-UE ta’ pajjiżi terzi riskjużi mhijiex imfassla apposta għat-theddidiet potenzjali għall-UE

20

Il-Kummissjoni hija legalment obbligata tidentifika pajjiżi barra mit-territorju tal-UE li għandhom defiċjenzi strateġiċi fil-qafas nazzjonali tagħhom tal-AML/tas-CFT li jippreżentaw riskju għas-sistema finanzjarja tal-UE11. Il-Kummissjoni tadotta l-lista ta’ pajjiżi terzi b’riskju għoli permezz ta’ “Att Delegat”12. Meta l-Kummissjoni tidentifika dawn il-pajjiżi terzi13, dan ifisser li entitajiet obbligati (inklużi banek) fi ħdan l-UE jiġu immedjatament obbligati japplikaw miżuri ħafna aktar stretti (speċifikament diliġenza dovuta msaħħa) meta jittrattaw ma’ individwi u ditti fil-pajjiżi fuq il-lista. Dan sabiex jiġi protett il-funzjonament xieraq tas-suq intern u sabiex jiġi limitat il-fluss ta’ flus maħsula lejn l-UE. Hemm aktar minn 200 pajjiż u territorju li l-UE trid tqis. Jekk pajjiż jitqiegħed fil-lista dan jista’ jwassal għal dewmien u għal spejjeż sabiex isir negozju għal ditti u għal ċittadini tal-UE li jixtiequ jagħmlu negozju ma’ dawn il-pajjiżi, u tabilħaqq viċi versa. Dan jista’ jwassal ukoll għal tneħħija tar-riskji, jiġifieri meta d-ditti strateġikament jirtiraw minn segmenti tas-suq minħabba l-piż regolatorju.

21

Aħna vvalutajna jekk il-proċess tal-Kummissjoni biex tiġi ġġenerata lista ta’ pajjiżi terzi huwiex effiċjenti u effettiv, b’referenza għall-istandards rilevanti.

Il-metodu li bih il-Kummissjoni tiġbor l-inputs sabiex tiġġenera lista ta’ pajjiżi terzi kien effiċjenti, iżda kien imxekkel minn nuqqas ta’ kooperazzjoni f'waqtha min-naħa tas-SEAE

22

L-AMLD tobbliga lill-Kummissjoni biex tqis sorsi ta’ informazzjoni affidabbli u aġġornati meta tagħmel il-valutazzjonijiet tagħha, inklużi l-oqfsa tal-AML/tas-CFT tal-pajjiżi terzi. Bħala l-ewwel pass, f’Lulju 2018, il-Kummissjoni adottat u ppubblikat dokument ta’ ħidma tal-persunal li kien jirrappreżenta l-proċedura ta’ ħidma għall-identifikazzjoni ta’ ġuriżdizzjonijiet ta’ pajjiżi terzi14 (“il-metodoloġija tal-2018”).

23

Il-metodoloġija hija mibnija fuq ir-rekwiżiti tal-AMLD, u fuq l-istandards, il-metodoloġija u l-aħjar prattiki tal-FATF. Hija tieħu wkoll il-proċedura ta’ elenkar tal-FATF bħala l-bażi għall-politika tal-UE fil-konfront ta' pajjiżi terzi, u żżid intelligence speċifika għall-pajjiżi miġbura mill-Europol u mis-SEAE. Il-punt tat-tluq huwa r-Rapport ta’ Evalwazzjoni Reċiproka (MER) l-aktar riċenti mħejji mill-FATF, jew minn korp reġjonali rilevanti. L-approċċ tal-Kummissjoni huwa xi ftit differenti minn dak tal-Istati Uniti. L-approċċ tal-Istati Uniti jippermetti livelli differenti ta’ riskju ta’ pajjiżi terzi, u huwa xprunat aktar mis-sanzjonijiet.

24

Il-Kummissjoni wkoll għandha proċessi oħrajn ta’ elenkar li fil-fatt jindirizzaw it-theddidiet ta’ ML/TF barra mit-territorju tal-UE, speċifikament il-lista ta’ ġuriżdizzjonijiet fil-qasam tat-taxxa li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa, kif ukoll il-lista ta’ miżuri restrittivi (sanzjonijiet). Dawn jitqabblu fl-Anness III. Kemm il-lista rigward taxxa kif ukoll dik tas-sanzjonijiet huma mfasslin biex iħeġġu l-bidla barra mit-territorju tal-UE, filwaqt li l-lista ta’ pajjiżi terzi tal-AML/tas-CFT hija ta’ natura prinċipalment difensiva. Barra minn hekk, dawn iż-żewġ listi l-oħra huma r-riżultat ta’ deċiżjonijiet tal-Kunsill.

25

Il-metodoloġija (ara l-paragrafu 22) tobbliga wkoll lill-Kummissjoni biex tiġbor input mill-Europol u mis-SEAE minħabba li għandhom l-għarfien espert rilevanti, inkluża informazzjoni speċifika għall-pajjiżi dwar ir-riskju ta’ ML/TF f’pajjiżi terzi, fil-każ tas-SEAE. Matul l-eżerċizzju dwar l-ambitu u l-prijoritizzazzjoni, il-Kummissjoni talbet formalment informazzjoni relatata mal-identifikazzjoni tal-pajjiżi terzi kemm mingħand il-Europol kif ukoll mis-SEAE.

26

It-Tabella 1 turi l-kronoloġija segwita mill-Kummissjoni fil-ġenerazzjoni u fl-aġġornar tal-lista ta’ pajjiżi terzi.

Tabella 1

Passi għall-ġenerazzjoni tal-lista ta’ pajjiżi terzi

Data Attività
L-14 ta’ Lulju 2016 L-ewwel Att Delegat ibbażat fuq l-AMLD4 li fil-biċċa l-kbira tiegħu jirreplika l-lista tal-FATF (aġġornata bosta drabi biex tirrifletti elenkar sussegwenti mill-FATF)
It-22 ta’ Ġunju 2018 Il-metodoloġija tal-Kummissjoni għall-Att Delegat taħt l-AMLD5 (“il-metodoloġija tal-2018”)
Marzu – Settembru 2018 L-eżerċizzju dwar l-ambitu tal-Kummissjoni u l-fażi ta’ analiżi tagħha stess (inkl. il-Europol u s-SEAE)
Settembru 2018 – Jannar 2019 L-involviment tal-Kummissjoni mal-SM dwar l-abbozzi ta’ fajls tal-pajjiżi u l-abbozz ta’ Att Delegat
It-13 ta’ Frar 2019 L-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-Att Delegat ibbażat fuq il-metodoloġija tal-2018
Is-7 ta’ Marzu 2019 Iċ-ċaħda tal-Att Delegat mill-Kunsill (ara l-paragrafu 34)
Is-7 ta’ Mejju 2020 L-adozzjoni tal-Att Delegat aġġornat li jallinja ulterjorment mal-listi tal-FATF
Is-7 ta’ Mejju 2020 L-adozzjoni tal-metodoloġija riveduta għall-użu mis-7 ta’ Mejju ’l quddiem (“il‑metodoloġija tal-2020”)

Sors: il-QEA.

27

Il-Europol ipprovdiet lill-Kummissjoni informazzjoni f’waqtha u b’mod konsistenti għall-eżerċizzji dwar l-ambitu u l-prijoritizzazzjoni. Is-SEAE inizjalment ma pprovda l-ebda informazzjoni mitluba bil-miktub mill-Kummissjoni, iżda pprovda input għall-proċess biss aktar tard. In-nuqqas ta’ informazzjoni speċifika għall-pajjiż fiż-żmien meta ntalbet inizjalment naqqas l-effiċjenza tal-proċess.

28

Kien hemm ukoll problemi li kellhom jiġu ffaċċjati b’rabta mal-involviment ma’ pajjiżi terzi. Il-metodoloġija obbligat lill-Kummissjoni u lis-SEAE jieħdu sehem b’mod ikkoordinat u biex jiżguraw li l-pajjiż terz ikkonċernat jiġi aġġornat, bis-sħiħ u fil-ħin, dwar l-adozzjoni tal-Att Delegat. Ma sibniex evidenza li dan ġara bir-reqqa.

29

Il-Kummissjoni tadotta l-lista ta’ pajjiżi terzi b’riskju għoli permezz ta’ “Att Delegat”. Dan jobbliga lill-Kummissjoni tikkonsulta gruppi ta’ esperti magħmula mir-rappreżentanti tal-Istati Membri qabel l-adozzjoni.

30

Il-Kummissjoni kkomunikat mal-Kunsill permezz tal-EGMLTF u talbitu għal input dwar it-tħejjija tal-profili tar-riskju tal-pajjiżi, il-valutazzjonijiet tal-AML/tas-CFT, u l-abbozz ta' Att Delegat. Matul il-konsultazzjoni dwar it-tħejjija tal-profili tar-riskju tal-pajjiżi u tal-valutazzjonijiet tal-AML/tas-CFT (“dokumenti tal-pajjiżi”) f’Novembru 2018 (ara t-Tabella 1); kważi nofs l-Istati Membri pprovdew input rilevanti lill-Kummissjoni.

Il-valutazzjonijiet tal-Kummissjoni huma kompleti iżda serrħu ħafna fuq ir-rapporti tal-FATF

31

Il-metodoloġija tobbliga lill-Kummissjoni sabiex tħejji profili tal-pajjiżi għal kull pajjiż ivvalutat, tiddeskrivi theddidiet u riskji u, abbażi tal-analiżi ta’ tmien elementi kostitwenti, biex tagħmel valutazzjoni kumplessiva tal-livell ta’ defiċjenza tal-pajjiż terz ikkonċernat.

32

Abbażi tal-analiżi li wettaqna fuq kampjun ta’ 10 pajjiżi, nikkonkludu li l-Kummissjoni rnexxielha tiġbor informazzjoni b’mod effettiv dwar ir-riskji ta’ pajjiżi terzi u tikkumpilaha fi profili tal-pajjiżi individwali li hija użat għall-valutazzjonijiet tagħha. Inġenerali, il-profili tal-pajjiżi kienu jinkludu informazzjoni kompluta u rilevanti fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, ikkumpilata minn sorsi ta’ informazzjoni kemm interni kif ukoll dawk disponibbli pubblikament. Madankollu, dawn iserrħu ħafna fuq l-MERs li saru bl-użu tal-metodoloġija tal-FATF, u xi wħud minnhom ilhom li nħarġu sa 10 snin ilu.

33

Il-metodoloġija tal-Kummissjoni ma tuża l-ebda ponderazzjoni jew kriterji ta’ punteġġ assenjati għal kull element kostitwenti u/jew klassifikazzjoni assenjata, bl-għażla ta’ ġuriżdizzjonijiet finalment tkun ibbażata fuq ġudizzju espert. Madankollu, fil-kampjun tagħna ma identifikajna l-ebda inkonsistenza bejn il-ġuriżdizzjonijiet li ntgħażlu jew li ma ntgħażlux mill-Kummissjoni.

L-ewwel tentattiv għal lista awtonoma tal-UE ta’ pajjiżi terzi ma rnexxiex, u, b’riżultat ta’ dan, il-lista attwali tal-UE ma tmurx lil hinn mil-lista tal-FATF

34

Il-Kummissjoni adottat l-Att Delegat fit-13 ta’ Frar 2019; hija identifikat 23 pajjiż terz b’riskju għoli (ara t-Tabella 1). L-Att Delegat seta’ jidħol fis-seħħ biss jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fi żmien xahar min-notifika tal-att, ma joġġezzjonawx. Fis-7 ta’ Marzu 2019, il-Kunsill iddeċieda b’mod unanimu li jiċħad l-abbozz ta' lista mressaq mill-Kummissjoni. Ħafna Stati Membri esprimew tħassib li l-proċess ta’ konsultazzjoni magħhom kien sar b'mod mgħaġġel wisq. Għall-kuntrarju, il-Parlament approva l-Att Delegat fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2019.

35

Wara ċ-ċaħda tal-Kunsill, il-Kummissjoni pproċediet biex tipproponi Att Delegat ġdid f’Mejju 2020 (ara t-Tabella 1). Dan sar abbażi tal-allinjament mal-proċess tal-FATF billi tqiesu biss il-pajjiżi elenkati u dawk li tneħħew mill-elenkar mill-FATF. Din il-lista kienet aktar limitata fl-ambitu tagħha. Ma ġiet miċħuda la mill-Parlament u lanqas mill-Kunsill u attwalment tinsab fis-seħħ. Għal skopijiet ta’ informazzjoni, qed nuru l-lista ta’ Frar 2019 li tiġbed l-attenzjoni għall-pajjiżi li dak iż-żmien ma kinux f’lista tal-FATF (ara t-Tabella 2).

36

B’mod ġenerali, il-proċess sabiex tiġi abbozzata lista awtonoma ta’ pajjiżi terzi tal-UE ma kienx effettiv. Sal-lum, l-UE għadha ma qablitx fuq lista ta’ pajjiżi terzi li tmur lil hinn mil-lista tal-FATF fis-seħħ, u li tindirizza theddidiet speċifiċi relatati mal-UE. Ir-rispons magħżul għar-riskju huwa biss fil-livell tal-pajjiż, u ma jimmirax l-entità jew is-settur bħal fil-lista ta’ sanzjonijiet tal-UE.

37

F’Mejju 2020, il-Kummissjoni ppubblikat ukoll metodoloġija rfinata li għandha tintuża għall-proċess ta’ elenkar li jmiss li qed jiġi implimentat attwalment. Din tibni fuq il-metodoloġija preċedenti, u se tinvolvi involviment akbar mal-pajjiżi terzi. Fil-fatt, dan ifisser li l-elenkar ta’ pajjiż terz ġdid jista’ jieħu sa 12-il xahar. L-osservazzjonijiet tagħna dwar in-nuqqasijiet tal-metodoloġija preċedenti għadhom rilevanti għall-implimentazzjoni tal-metodoloġija attwali.

Tabella 2

Lista miċħuda tal-2019

Ġuriżdizzjonijiet fil-lista tal-UE
Pajjiżi fil-lista tal-FATF fis-seħħ Pajjiżi mhux fil-lista tal-FATF fis-seħħ
Ir-Repubblika Demokratika tal-Korea ta’ Fuq
L-Iran
Il-Bahamas
Il-Botswana
L-Etjopja
Il-Ghana
Il-Pakistan
Is-Sri Lanka
Is-Sirja
It-Trinidad u Tobago
Tuneżija
Il-Jemen
L-Afganistan
Is-Samoa Amerikana
Guam
L-Iraq
Il-Libja
In-Niġerja
Il-Panama
Puerto Rico
Samoa
L-Arabja Sawdija
Il-Gżejjer Verġni tal-Istati Uniti

Sors: il-QEA.

L-analiżi tar-riskju tal-Kummissjoni għas-suq intern tal-UE hija nieqsa minn fokus ġeografiku, prijoritizzazzjoni u data

38

L-AMLD4 tobbliga lill-Kummissjoni biex tivvaluta r-riskji speċifiċi tal-ML/tat-TF li jaffettwaw is-suq intern u li huma relatati mal-attivitajiet transfruntiera u biex tirrapporta kull sentejn jew aktar ta’ spiss jekk ikun xieraq. Din hija magħrufa bħala l-Valutazzjoni tar-Riskji Supranazzjonali (SNRA). L-ewwel SNRA ġiet prodotta fl-2017 u t-tieni waħda fl-2019. L-iskop ta’ dan it-tip ta’ mmappjar tar-riskji huwa li jiġu identifikati l-profondità tal-problemi fl-Unjoni u fejn jinsabu, sabiex tingħata għajnuna fit-twaqqif ta’ azzjonijiet korrettivi xierqa. Hija wkoll għodda ewlenija kemm għal dawk li jfasslu l-politika kif ukoll għall-banek, hekk kif turihom fejn jiffukaw l-azzjonijiet tagħhom sabiex inaqqsu bl-aħjar mod ir-riskju ta’ ML/TF. L-Istati Membri huma obbligati wkoll jipproduċu valutazzjonijiet nazzjonali tar-riskju (NRA) iżda dawn aħna ma vvalutajnihomx. Il-Kummissjoni hija obbligata wkoll tiġbor statistika mingħand l-Istati Membri dwar volumi kwantitattivi ta’ ħasil tal-flus.

39

Aħna vvalutajna jekk il-proċess tal-Kummissjoni sabiex tiġġenera SNRA u tippubblika l-istatistika kienx effiċjenti u effettiv, b’referenza għall-istandards rilevanti.

Il-metodoloġija tal-Kummissjoni ma tipprijoritizza l-ebda settur abbażi ta’ riskju, ma għandhiex fokus ġeografiku, u ma turix it-tibdiliet maż-żmien

40

Il-metodoloġija tal-Kummissjoni hija mibnija fuq l-approċċ tal-FATF. Dan l-approċċ jipprovdi d-dettalji neċessarji kollha skont l-istandards tal-ġestjoni tar-riskju (ara t-Tabella 3).

41

L-approċċ użat sabiex titwettaq l-SNRA għandu l-għan li jivvaluta l-vulnerabbiltajiet misjuba fil-livell tal-UE permezz ta’ analiżi sistematika tar-riskji ta’ ħasil tal-flus marbuta mat-tekniki użati mill-awturi potenzjali tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu.

42

Il-ħidma tal-Kummissjoni għall-SNRA tal-2019 kienet tikkonsisti f’analiżi u f’valutazzjoni li takkumpanjaha għal kull wieħed mis-47 prodott jew servizz, filwaqt li ddeskriviet fil-qosor it-theddidiet, il-vulnerabbiltajiet u l-konklużjonijiet rilevanti; ara t-Tabella 3.

Tabella 3

Valutazzjonijiet tar-riskji supranazzjonali ppreparati mill-Kummissjoni

2017 2019
Setturi professjonali 10 11
Prodotti jew servizzi 40 47
Theddida medja (kampjun tal-QEA) 2.715 3.2
Vulnerabbiltà medja (kampjun tal-QEA) 2.8 3.0

Nota: L-approċċ tal-kampjun tagħna huwa deskritt fil-paragrafu 46. B’theddida rridu nfissru l-probabbiltà li prodott jew servizz jintuża ħażin għal skopijiet illeċiti. B’vulnerabbiltà aħna rridu nfissru d-dgħufijiet potenzjali ta’ dawn l-istess prodotti jew servizzi li jippermettu lil gruppi terroristiċi jew lil organizzazzjonijiet tal-kriminalità organizzata li jużawhom ħażin għal skopijiet illeċiti.

Sors: l-analiżi tal-QEA, ibbażat fuq dokumentazzjoni tal-Kummissjoni.

43

L-aġġornamenti għall-SNRA nħolqu bl-użu ta’ informazzjoni minn skambji li għaddejjin mal-partijiet ikkonċernati, li jinkludu l-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet professjonali, u l-NGOs. Fl-istħarriġ tagħna, 50 % tal-Istati Membri kkonkludew li l-SNRA kienet utli ħafna għall-iżvilupp tal-politika fil-livell nazzjonali, b’40 % jwieġbu li kienet kemxejn utli.

44

Il-Kummissjoni ma tippreżentax valutazzjonijiet settorjali skont il-livell ta’ prijorità (il-punteġġ kumplessiv: it-theddida mmultiplikata bil-vulnerabbiltà, pereżempju), iżda tippreżentahom skont is-settur professjonali. Madankollu, hemm inkluż sommarju tar-riskji għas-setturi fil-komunikazzjoni li takkumpanja mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni ma wettqitx valutazzjoni għal kull settur dwar jekk il-livell ta’ theddida jew ta’ vulnerabbiltà kumplessiv żdiedx bejn l-2017 u l-2019. Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ statistika komparabbli jagħmilha aktar diffiċli għall-Kummissjoni biex tqabbel it-theddid mis-setturi differenti (ara wkoll il-paragrafu 48).

45

Il-metodoloġija tal-valutazzjoni tar-riskju mfassla mill-Kummissjoni bl-għajnuna tal-EGMLTF tqis l-impatt tar-riskji residwi identifikati wara l-analiżi tat-theddidiet u tal-vulnerabbiltajiet bħala “sinifikanti b’mod kostanti” fil-każijiet kollha. Din hija evidenza ta’ nuqqas ta’ prijoritizzazzjoni fl-eżerċizzju.

46

Għall-analiżi tagħna, għażilna kampjun ta’ 3 minn 47 prodott u servizz (flus elettroniċi; senserija u mmanniġġjar tal-ġid- servizzi bankarji privati), billi huma rilevanti għas-settur bankarju u kellhom punteġġi għoljin ta’ vulnerabbiltà. Is-sejbiet tagħna huma kif ġej:

  • minkejja li nnutajna l-input minn diversi partijiet ikkonċernati dwar l-abbozzi ta' dokumenti, ma kienx possibbli li norbtuh b’mod ċar mal-valutazzjoni li saret;
  • aħna sibna li l-bidliet tal-punteġġ ma kinux sostanzjati, speċjalment fejn il-konklużjonijiet saru aktar kritiċi;
  • ma kienx hemm fokus ġeografiku fil-valutazzjoni tar-riskju, minkejja li dan ikun rilevanti għal xi setturi;
  • il-Kummissjoni tista’ tagħmel aġġornamenti, bejn l-aġġornamenti biannwali, għall-iżviluppi fis-setturi fejn l-innovazzjoni hija rapida, iżda qatt ma għamlet dan;
  • għas-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet, sentejn jistgħu ma jkunux suffiċjenti sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiċċekkja l-ikkompletar tal-azzjonijiet.
47

Is-segwitu tal-SNRA tal-2017 twettaq meta kienet qed tiġi abbozzata l-edizzjoni tal-2019. Għat-tliet setturi rrieżaminati, ma sibna l-ebda referenza ċara għall-konklużjonijiet ta’ dan is-segwitu fl-SNRA tal-2019 fil-livell tas-settur. Madankollu, hemm segwitu kumplessiv tar-rakkomandazzjonijiet fir-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill16.

Il-Kummissjoni ma rrappurtatx dwar l-istatistika tal-ML/tat-TF

48

Storikament, ftit kien hemm stimi affidabbli tal-kobor tal-ħasil tal-flus fl-Ewropa, skont is-settur, skont il-frekwenza tal-okkorrenza, jew f’termini monetarji. Minn Jannar 2020 'il hawn, il-Kummissjoni hija obbligata tiġbor u sussegwentement tirrapporta fuq statistika dwar kwistjonijiet rilevanti għall-effettività tas-sistemi tagħhom biex jiġġieldu l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. L-Istati Membri huma obbligati wkoll jippreżentaw tali statistika lill-Kummissjoni17. Il-Kummissjoni (DĠ FISMA) ħadet passi biex tiġbor din id-data mingħand l-Istati Membri, għalkemm sal-lum għadha ma rrappurtatx dwarhom. Barra minn hekk, il-Eurostat ma għandux metodoloġija biex jiġbor u jistma l-volumi kwantitattivi tal-ħasil tal-flus.

49

B’mod ġenerali, aħna nsibu li r-riskju ma jingħatax prijorità b’mod ċar mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni biannwali tagħha, u ma hemm l-ebda dimensjoni ġeografika. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma tippubblikax statistika dwar il-ML/it-TF li tkun tippermetti aktar prijoritizzazzjoni fl-eżerċizzju. Flimkien, dawn inaqqsu l-kapaċità tal-Kummissjoni, ta’ dawk li jfasslu l-politika, u tal-entitajiet obbligati li jieħdu azzjoni biex jimmitigaw ir-riskju ta’ ML/TF.

It-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-AML/is-CFT hija kumplessa, it-traspożizzjoni mhijiex uniformi, u l-valutazzjoni mill-Kummissjoni ssir bil-mod

50

Il-qafas legali tal-UE għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus huwa kważi kollu kemm hu magħmul minn direttivi, li jridu jiġu implimentati fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri, aktar milli regolamenti. Sabiex direttiva tieħu effett fil-livell nazzjonali, il-pajjiżi tal-UE jridu jadottaw miżura nazzjonali, normalment att leġiżlattiv. Jekk l-Istat Membru jonqos milli jimplimenta d-dritt tal-UE, il-Kummissjoni għandha s-setgħa aħħarija li tirrikorri għal proċeduri formali ta’ ksur18 quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE.

51

L-awditu tagħna eżamina jekk il-Kummissjoni hijiex qed tivvaluta t-traspożizzjoni tal-qafas legali tal-UE dwar l-AML/is-CFT b’mod effettiv19 b’referenza għall-istandards rilevanti inklużi l-AMLD, il-linja gwida tal-Kummissjoni stess dwar Regolamentazzjoni Aħjar, u gwida interna oħra. Sabiex inwieġbu għal din il-mistoqsija, ivvalutajna l-iċċekkjar li wettqet il-Kummissjoni fuq l-AMLD4. Hija daħlet fis-seħħ fil-15 ta’ Lulju 2015 u t-28 Stat Membru kienu obbligati jittrasponu din id-Direttiva fid-dritt nazzjonali u jikkomunikaw il-miżuri nazzjonali ta’ traspożizzjoni kollha tagħhom lill-Kummissjoni sas-26 ta’ Ġunju 2017. Madankollu, filwaqt li l-AMLD4 kienet għadha qed tiġi trasposta, l-AMLD5 daħlet fis-seħħ f’nofs l-2018.

52

Aħna wettaqna l-valutazzjoni tagħna fuq kampjun ta’ 3 Stati Membri u fuq 5 mid-69 artikolu tal-AMLD4. Għażilna artikoli li kienu rilevanti għas-settur bankarju tal-UE u li għalihom instabu problemi ta’ konformità fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri20. Iffukajna l-valutazzjoni tagħna fuq l-ewwel żewġ fażijiet tal-proċess ta’ kontroll tal-konformità, jiġifieri l-kontrolli ta’ notifika u ta’ traspożizzjoni, billi l-biċċa l-kbira tal-kontrolli tal-konformità mwettqa mill-Kummissjoni għadhom għaddejjin u għadhom ma ġewx iffinalizzati. L-ambitu tal-awditjar tagħna ma kopriex valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni fl-Istati Membri. Il-proċess ta’ kontroll tal-konformità tal-Kummissjoni huwa spjegat fil-Figura 3.

Figura 3

Il-proċess ta’ kontroll tal-konformità tal-Kummissjoni

Sors: il-QEA, ibbażat fuq il-linja gwida tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar, is-Sett ta’ Għodod Nru 37.

Il-Kummissjoni ħadet azzjoni utli sabiex tħeġġeġ it-traspożizzjoni

53

Sabiex tgħin lill-Istati Membri, il-Kummissjoni tipprovdi għodod li jippromwovu l-konformità21. Bejn Settembru 2015 u April 2016, jiġifieri qabel id-data ta’ skadenza tat-traspożizzjoni, il-Kummissjoni organizzat ħames sessjonijiet ta’ ħidma għall-Istati Membri kollha. B’mod ġenerali, sibna li s-sessjonijiet ta’ ħidma koprew is-suġġetti kruċjali kollha fir-rigward tat-traspożizzjoni tal-AMLD4. L-istħarriġ tagħna wera li 17 minn 20 Stat Membru (85 %) sabu l-gwida tal-Kummissjoni utli22 u 70 % wieġbu li s-sessjonijiet ta’ ħidma kienu metodu utli ħafna biex jappoġġawhom23 fix-xogħol ta’ traspożizzjoni tagħhom. Problema li saret referenza għaliha mill-Istati Membri kienet il-fatt li l-AMLD5 daħlet fis-seħħ f’nofs l-2018 filwaqt li l-miżuri tal-AMLD4 kienu għadhom qed jiġu trasposti. Dan xeħet pressjoni fuq il-kapaċità amministrattiva tagħhom biex jitwettqu l-miżuri ta’ traspożizzjoni.

54

Minkejja din l-azzjoni mill-Kummissjoni, qabel id-data ta’ skadenza tat-traspożizzjoni, il-Kummissjoni bdiet proċeduri ta’ ksur għal nuqqas ta’ komunikazzjoni jew għal komunikazzjoni mhux kompluta24 kontra l-Istati Membri kollha bejn Lulju 2017 u Marzu 2019. Ġimgħa wara, 6 Stati Membri biss kienu ddikjaraw traspożizzjoni kompluta, 7 Stati Membri kienu ddikjaraw traspożizzjoni parzjali u 15-il Stat Membru ma kienu nnotifikaw l-ebda miżura li tittrasponi l-AMLD4. Madankollu, il-kampjun tagħna wera li xi Stati Membri kienu ddikkjaraw b’mod eċċessiv l-ammont ta’ miżuri ta’ traspożizzjoni li kienu ħadu. Dan jikkontribwixxi għal sitwazzjoni fejn, minkejja xewqa fil-livell tal-UE għall-konsistenza, il-liġi dwar l-AML tiġi implimentata b’mod mhux uniformi fil-livell nazzjonali, u b’hekk tiżdied il-vulnerabbiltà tas-suq uniku għar-riskju ta’ ML/TF (ara wkoll il-paragrafu 09).

L-użu mill-Kummissjoni ta’ kuntrattur kellu nuqqasijiet

55

Il-Kummissjoni esternalizzat l-ittestjar tal-konformità tal-AMLD4 lil kuntrattur estern li kellu jwettaq kontrolli tat-traspożizzjoni u tal-konformità fuq il-miżuri nazzjonali kollha ta’ traspożizzjoni u għat-28 Stat Membru kollha. Il-linja gwida interna25 teħtieġ li l-Kummissjoni tirrieżamina r-rapporti tal-kuntrattur estern. Ix-xogħol tal-awditjar tagħna kkonferma li dawn il-linji gwida interni ġew irrispettati.

56

Ma kien hemm l-ebda kontinġenza fil-kuntratt għall-proċeduri ta’ segwitu, u għalhekk, meta l-kuntratt intemm, il-piż sħiħ tal-valutazzjoni tat-traspożizzjoni għat-28 Stat Membru kollha waqa’ fuq il-persunal tal-Kummissjoni. Dan huwa partikolarment rilevanti għall-AMLD4, fejn il-maġġoranza tal-Istati Membri ddikjaraw traspożizzjoni parzjali jew l-ebda traspożizzjoni sad-data ta' skadenza miftiehma, u bosta Stati Membri nnotifikaw għadd kbir ta’ miżuri ta’ traspożizzjoni, f’xi każijiet matul erba' snin (bejn l-2016 u l-2020).

57

Fil-prattika, il-Kummissjoni setgħet taġixxi malajr biss biex tibda proċedura ta’ ksur meta Stat Membru la kien iddikjara traspożizzjoni sħiħa u lanqas traspożizzjoni parzjali. Fil-kampjun tagħna, Stat Membru wieħed għamel hekk. Il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ intimazzjoni (LFN) lill-Istat Membru xahar wara li għaddiet id-data ta' skadenza f’Ġunju 2017.

58

Fil-każijiet li kkampjunajna, il-Kummissjoni ħadet minimu ta’ 20 xahar u massimu ta’ 40 xahar biex tiffinalizza l-kontrolli kumplessivi tat-traspożizzjoni inklużi l-proċeduri ta’ ksur fuq l-AMLD4 (ara t-Tabella 4)26. Dan huwa sinifikattivment itwal mill-objettiv fil-linja gwida tal-Kummissjoni stess27. Raġuni kontributorja kienet it-tul ta’ żmien li ħadu l-Istati Membri biex jittrasponu u jinnotifikaw l-AMLD4, kif ukoll l-inkompletezza tal-miżuri ta’ traspożizzjoni. Barra minn hekk, il-kontrolli tal-konformità jistgħu jinbdew biss ladarba jiġu kkompletati28 il-kontrolli tat-traspożizzjoni (inkluża l-possibbiltà ta’ proċedura ta’ ksur għal problemi relatati mal-kompletezza), u dan jista’ jnaqqas ir-ritmu tal-proċess. Kien hemm firxa wiesgħa ta’ miżuri nnotifikati fl-Istati Membri kolha, fuq perjodu ta’ bejn sentejn u ħames snin (ara l-Figura 4).

Tabella 4

Traspożizzjoni skont il-pajjiż fil-kampjun

Avveniment Pajjiż 1 Pajjiż 2 Pajjiż 3
Bidu tal-kontroll tat-traspożizzjoni u tal-konformità Ġunju 2017 Novembru 2017 Ġunju 2017
Notifika tal-miżuri skont l-Istat Membru (l-ewwel sal-aħħar notifika) Jannar 2017 – Awwissu 2020 Novembru 2017 – Frar 2018 Lulju 2017 – Mejju 2020
Dikjarazzjoni ta’ traspożizzjoni tal-Istati Membri (Lulju 2017) Parzjali Nieqsa/L-ebda waħda Kompluta
Durata tal-kontroll tat-traspożizzjoni (xhur) – mira: sitt xhur29 7 20 21
Durata tal-kontroll tal-konformità (xhur) – mira: minn 16 sa 24 xahar30 għadu għaddej għadu għaddej għadu għaddej
Proċeduri ta’ ksur imnedija – Ittra ta’ intimazzjoni Jannar 2018 Lulju 2017 Marzu 2019
– Opinjoni motivata Marzu 2019 - -
– Tressiq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) Lulju 2020 - -
Għeluq (ta’ problemi relatati mat-traspożizzjoni) Ottubru 2020 Lulju 2019 Lulju 2020
Durata kumplessiva tal-kontrolli tat-traspożizzjoni inklużi l-proċeduri ta’ ksur 40 20 37

Sors: Analiżi mill-QEA tad-dokumentazzjoni tal-Kummissjoni, fl-aħħar ta’ Novembru 2020.

59

Għall-kontrolli tal-konformità (ara l-paragrafu 52), ir-rieżami tagħna wera li l-kwalità tad-dokumentazzjoni tal-Kummissjoni wara li kien lesta xogħlu l-kuntrattur estern kienet tvarja sinifikattivament minn pajjiż għal ieħor. Għal wieħed mill-pajjiżi fil-kampjun, il-Kummissjoni ma setgħetx tipprovdi rekords ta’ segwitu strutturat imwettaq mill-persunal tagħha. Bl-eċċezzjoni tal-mudell għall-kontrolli tal-konformità, l-unità rilevanti tal-Kummissjoni ma kellhiex linji gwida stabbiliti fil-livell tal-unitajiet u d-dawran tal-persunal kien għoli. Il-Kummissjoni ma kellhiex strateġija stabbilita biex tiżgura memorja istituzzjonali dwar dak li għadu suġġett speċjalizzat. Dan minkejja li l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-AML/is-CFT qiegħda fil-ħames iterazzjoni tagħha.

Ħafna Stati Membri ma kkooperawx bis-sħiħ mal-Kummissjoni

60

L-AMLD4 hija direttiva kumplessa li fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri mhijiex trasposta f’biċċa leġiżlazzjoni waħda iżda teħtieġ l-adozzjoni jew il-modifika ta’ biċċiet differenti ta’ leġiżlazzjoni. Minn 20 Stat Membru (95 %) li wieġbu għall-istħarriġ tagħna, 19 qablu li l-akbar sfida għat-traspożizzjoni tal-AMLD4 kienet il-kumplessità tal-leġiżlazzjoni, filwaqt li 60 % semmew ir-riżorsi umani bħala sfida. Wieħed mill-Istati Membri fil-kampjun tagħna nnotifika l-64 miżura tiegħu f’5 stadji: 3 miżuri ġew innotifikati qabel ma għaddiet id-data ta’ skadenza, 10 miżuri wara d-data ta' skadenza fl-2017, 16-il miżura fl-2018, 34 miżura fl-2019, u miżura waħda fl-2020. Dan l-eżempju juri kemm kien kumpless il-proċess ta’ traspożizzjoni f’ċerti Stati Membri, li ta’ spiss jinvolvi bosta ministeri31.

Figura 4

Għadd ta’ miżuri ta’ traspożizzjoni nnotifikati mill-Istati Membri għall-AMLD4

Sors: l-analiżi mill-QEA tad-dokumentazzjoni tal-Kummissjoni sat-23 ta’ Novembru 2020.

61

L-Istati Membri kienu meħtieġa jipprovdu lill-Kummissjoni dokumenti ta’ spjegazzjoni, inklużi tabelli tat-traspożizzjoni32. Il-kampjun tagħna wera li l-Istati Membri mhux dejjem għamlu dan u xi wħud saħansitra rrifjutaw b’mod espliċitu. L-awditu tagħna sab li mhux l-Istati Membri kollha nnotifikaw il-miżuri nazzjonali ta’ traspożizzjoni tagħhom permezz tal-bażi ta’ data mfassla għal dan l-għan, u dan fixkel il-valutazzjoni tat-traspożizzjoni tal-AMLD4. Flimkien, dan żied l-ammont ta’ xogħol tal-Kummissjoni.

62

Bħala kuntest, fl-2019, il-QĠUE kkonkludiet33 li l-oneru tal-provi jaqa’ fuq l-Istati Membri biex jipprovdu informazzjoni ċara u preċiża suffiċjentement dwar il-miżuri li jittrasponu direttiva. Madankollu, it-traspożizzjoni tal-AMLD4 fil-biċċa l-kbira tagħha seħħet qabel is-sentenzi msemmija hawn fuq.

Il-ġestjoni tal-proċess min-naħa tal-Kummissjoni kienet nieqsa mir-riżorsi

63

L-unità tad-DĠ FISMA responsabbli għas-sorveljanza tal-AML/tas-CFT attwalment tikkonsisti fi 17-il membru tal-persunal ekwivalenti għall-full-time (FTE), wara li kibret f’dawn l-aħħar snin. Hija responsabbli wkoll għat-tfassil tal-liġijiet dwar l-AML/is-CFT, it-trattament tal-każijiet, it-talbiet ta’ BUL lill-EBA, it-tħejjija tal-listi ta’ pajjiżi terzi, u l-SNRA.

64

Għas-snin 2017-2019, l-unità kellha għadd limitat ta’ persunal li ġeneralment kellu firxa wiesgħa ta’ responsabbiltajiet. Il-kalkoli tagħna stess jissuġġerixxu li uffiċjal wieħed responsabbli minn żona ġeografika f’xi każijiet kien responsabbli għal bejn erba’ u sitt Stati Membri, u d-dawran tal-persunal kien għoli.

65

In-nuqqas ta’ riżorsi umani kkontribwixxa għad-dewmien meta mqabbel mal-linji gwida tal-Kummissjoni stess kif stabbilit fil-paragrafi preċedenti. Għal xi Stati Membri, il-Kummissjoni ma kellhiex persunal bil-ħiliet lingwistiċi rilevanti sabiex tikkontrolla t-traspożizzjoni, u għalhekk kienet partikolarment dipendenti fuq it-traduzzjonijiet li żiedu ż-żmien.

66

B’mod ġenerali, il-valutazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-AML/is-CFT li wettqet il-Kummissjoni kienet nieqsa mill-effettività. Dan kien relatat ma’ bosta fatturi, bħall-kumplessità tal-leġiżlazzjoni, l-azzjoni mhux uniformi meħuda mill-Istati Membri, u n-nuqqas ta’ riżorsi mogħtija lill-kompiti tal-AML/tas-CFT fil-Kummissjoni. Barra minn hekk, id-dipendenza fuq id-direttivi kienet tfisser implimentazzjoni bil-mod u mhux uniformi tal-liġi dwar l-AML/is-CFT tal-UE.

Il-Kummissjoni u l-EBA ma użawx is-setgħat tagħhom għal “ksur tad-dritt tal-Unjoni” b’mod effettiv

67

Kundizzjoni ewlenija għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern hija li d-dritt tal-UE relatat mal-ħasil tal-flus jiġi implimentat b’mod konsistenti fl-Unjoni kollha. Il-bażi leġiżlattiva (għas-sempliċità “ir-Regolament dwar l-EBA”34) tagħti lill-EBA s-setgħa li tinvestiga ksur potenzjali tad-dritt tal-Unjoni (BUL) relatat mal-leġiżlazzjoni dwar l-AML/is-CFT fil-livell tal-Istati Membri. Dan jista’ jinvolvi superviżjoni inadegwata li tippermetti li jitwettqu volumi kbar ta’ ML/TF f’bank.

68

L-EBA kellha setgħat għal kontra BUL sa mill-ħolqien tagħha fl-2010. Il-proċedura għal investigazzjoni ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni hija stabbilita fir-Regolament dwar l-EBA u anki fir-regoli ta’ proċedura tal-EBA stess. L-Anness V jistabbilixxi l-proċess, l-iskeda ta' żmien, u l-partijiet ikkonċernati ewlenin involuti.

69

Dawn l-investigazzjonijiet jistgħu jitwettqu fuq inizjattiva tal-EBA stess jew wara riferiment minn għadd ta’ korpi oħra, li jinkludu l-Kummissjoni. Għalhekk, il-proċess kollu, li jinkludi r-riferiment mill-Kummissjoni lill-EBA, huwa rilevanti għal valutazzjoni tal-effiċjenza u tal-effettività ta’ kif jiġi ttrattat ksur potenzjali tad-dritt tal-Unjoni. Huwa rilevanti wkoll billi l-Kummissjoni għandha r-responsabbiltà kumplessiva fil-livell tal-Unjoni għall-applikazzjoni korretta tad-dritt tal-UE (ara wkoll il-paragrafu 51). B’mod speċifiku, eżaminajna jekk il-Kummissjoni taġixxix b'mod effettiv meta tiffaċċja ksur potenzjali tad-dritt tal-UE dwar l-AML/is-CFT, u jekk l-EBA tinvestigahomx b’mod effettiv u f’waqtu. Aħna esplorajna jekk il-Kummissjoni tużax is-setgħat tagħha fir-rigward ta’ ksur potenzjali tad-dritt tal-UE dwar l-AML/is-CFT, b’mod partikolari l-proċeduri (interni) tagħha, biex titlob lill-EBA tinvestiga allegat ksur jew nuqqas ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni35. Barra minn hekk, ivvalutajna jekk l-EBA tinvestigax ksur potenzjali tad-dritt tal-Unjoni f’konformità mas-setgħat tagħha taħt ir-Regolament dwar l-EBA.

70

Mill-2015 'il quddiem, b’kollox l-EBA rċeviet 48 każ minn bosta sorsi, relatati ma’ tipi differenti ta’ liġi, bħas-superviżjoni prudenzjali. Hija qatt ma fetħet investigazzjoni fuq inizjattiva proprja relatata mal-ML/mat-TF. Minn dawn it-48 każ, 9 kienu relatati mal-ML/mat-TF, u minn dawn id-9 aħna eżaminajna l-4 talbiet mill-Kummissjoni lill-EBA rigward ksur tad-dritt tal-Unjoni relatat mal-ML/mat-TF bejn l-2016 u l-2019, sabiex neżaminaw il-koordinazzjoni bejn dawn it-tnejn.

L-approċċ tal-Kummissjoni għat-talbiet dwar BUL kien ad hoc

71

Il-Kummissjoni ma għandha l-ebda gwida interna biex tiskatta talba lill-EBA għal investigazzjoni. Il-Kummissjoni għamlet it-talbiet fuq bażi ad hoc u, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, dawn segwew f’temp ta’ jiem minn rapporti tal-medja dwar xi kwistjoni relatata mal-AML/mas-CFT fi Stat Membru. Ma kien hemm l-ebda konsultazzjoni formali bejn is-servizzi differenti tal-Kummissjoni.

72

Fi tlieta mill-erba’ każijiet eżaminati, il-Kummissjoni talbet lill-EBA tiżgura li istituzzjoni finanzjarja speċifika tissodisfa r-rekwiżiti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-EBA u tinvestiga ksur jew nuqqas ta’ applikazzjoni potenzjali tad-dritt tal-Unjoni. Dan minkejja l-fatt li s-setgħat legali tal-EBA li kienu fis-seħħ dak iż-żmien kienu relatati mal-attività tas-superviżuri nazzjonali, u mhux direttament mal-attività tal-istituzzjonijiet finanzjarji.

73

Dan in-nuqqas ta’ konsultazzjoni interna u l-klassifikazzjoni żbaljata tas-setgħat tal-EBA jissuġġerixxu li l-approċċ tal-Kummissjoni kien ad hoc.

Kien hemm dewmien eċċessiv fl-azzjoni tal-EBA dwar allegazzjonijiet ta’ BUL

74

Mill-erba’ talbiet tal-Kummissjoni, l-EBA ddeċidiet li ma tinvestigax tnejn minnhom, iżda biss wara dewmien konsiderevoli. F’każ minnhom, l-EBA ħadet azzjoni sabiex tiġbor l-evidenza fil-pront iżda mbagħad ma ħadet l-ebda azzjoni ulterjuri għal aktar minn sena. Fil-każ l-ieħor, ma ħadet l-ebda azzjoni biex tiġbor l-evidenza. Ir-rispons formali tal-EBA lill-Kummissjoni kienet ittra li waslet wara 13-il xahar f’każ wieħed u 26 xahar f’każ ieħor. Hija kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda prospett sostanzjali li l-EBA tipproċedi għal investigazzjoni ta’ BUL fid-dawl tad-deċiżjoni f’każ preċedenti (ara l-paragrafi 78-79).

75

Ma kien hemm l-ebda raġuni ċara għal dawn id-dewmien fid-dokumenti tal-EBA li eżaminajna. Dewmien bħal dan mhuwiex konsistenti mal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba jew ta’ kooperazzjoni reċiproka bejn il-korpi u l-istituzzjonijiet tal-UE. L-effettività tal-proċess ta’ BUL ukoll hija limitata, billi t-talbiet ma pproduċewx riżultat (investigazzjoni jew deċiżjoni li ma ssirx investigazzjoni) għal tul ta’ żmien eċċessiv. Dan kien ifisser li matul dan iż-żmien il-Kummissjoni kellha inqas abbiltà biex tieħu azzjoni relatata ma’ dawn il-każijiet.

76

Fiż-żewġ każijiet l-oħra, l-EBA bdiet investigazzjoni li fiż-żewġ każijiet wasslet sabiex jiġi ppreżentat abbozz ta’ rakkomandazzjoni dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni lill-Bord tas-Superviżuri tal-EBA (BoS). Fiż-żewġ każijiet, aħna sibna li l-persunal tal-EBA kien wettaq investigazzjoni komprensiva tal-kwistjoni li kienet qed titqies, skont ir-regoli interni. F’każ minnhom, il-BoS iddeċieda li kien hemm ksur tad-dritt tal-Unjoni, iżda mhux fl-ieħor.

It-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ livell għoli tal-EBA kien influwenzat minn interessi nazzjonali

77

Fl-ewwel wieħed miż-żewġ każijiet li ġew investigati, il-BoS sab li fil-perjodu ta’ żmien legali ta’ xahrejn kien seħħ ksur tad-dritt tal-Unjoni, u ħareġ ir-rakkomandazzjoni lis-superviżur nazzjonali kkonċernat. Huwa informa fil-pront lill-EBA dwar il-passi li kienu qed jittieħdu. F’konformità mas-setgħat tagħha, u wara li kkonsultat lill-EBA, il-Kummissjoni ddeċidiet li dawn il-passi la kienu adegwati u lanqas xierqa sabiex jiżguraw konformità mad-dritt tal-Unjoni. Il-Kummissjoni mbagħad ħarġet opinjoni lis-superviżur nazzjonali rilevanti dwar l-azzjonijiet meħtieġa. B’mod ġenerali, f’dan l-ewwel każ sibna evidenza ta’ kooperazzjoni effiċjenti u effettiva bejn l-EBA u l-Kummissjoni fit-twettiq tar-rwoli rispettivi tagħhom skont ir-Regolament dwar l-EBA.

78

Fit-tieni każ, l-EBA lestiet l-investigazzjoni ta’ BUL fi ħdan il-perjodu ta’ żmien legali ta’ xahrejn. L-investigazzjoni tinvolvi t-tlaqqigħ ta’ bord, li huwa magħmul mill-President tal-EBA u minn sitt membri oħrajn tal-BoS mill-Istati Membri li l-awtoritajiet tagħhom mhumiex ikkonċernati mill-investigazzjoni. F’dan il-każ, il-bord qies abbozz ta’ rakkomandazzjoni għal BUL, li mbagħad intbagħat lill-BoS sħiħ għall-kunsiderazzjoni tiegħu. Aħna sibna evidenza bil-miktub ta’ tentattivi ta’ lobbying fil-konfront tal-membri tal-bord matul il-perjodu meta l-bord kien qed jiddelibera dwar rakkomandazzjoni potenzjali lill-BoS. Fl-aħħar mill-aħħar, il-BoS ċaħad l-abbozz ta’ rakkomandazzjoni.

79

Fir-rigward tal-istandards stabbiliti li jikkonċernaw dan it-tip ta’ lobbying, il-membri kollha tal-BoS huma suġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 42 tar-Regolament dwar l-EBA li jobbligahom li “la jfittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet [...] minn kwalunkwe Gvern ta’ Stat Membru jew minn kwalunkwe entità pubblika jew privata oħra”. Bl-istess mod, fl-istess artikolu, l-Istati Membri jew korpi pubbliċi oħrajn bħal superviżuri nazzjonali huma pprojbiti milli jfittxu “li jinfluwenzaw lill-membri tal-Bord tas-Superviżuri fil-qadi ta’ dmirijiethom”. Filwaqt li l-EBA għandha Regoli ta’ Proċedura dettaljati għal investigazzjoni ta’ BUL, dawn ma fihom l-ebda gwida speċifika dwar jekk il-membri tal-bord għandhomx jaċċettaw li jiġu avviċinati minn membri oħrajn tal-BoS, jew jekk dawn il-membri l-oħra tal-BoS jistgħux jippruvaw jagħmlu lobbying fil-konfront ta’ membri tal-bord.

80

Il-Kummissjoni ma kinitx preżenti għad-diskussjoni ta’ din il-kwistjoni minħabba l-istatus nonvotanti tagħha, u kienet infurmata formalment bid-deċiżjoni u bir-raġuni prinċipali warajha 10 ijiem biss wara l-laqgħa tal-BoS. Aktar tard dik is-sena, il-Kummissjoni kkonkludiet li dan il-każ qajjem “mistoqsijiet għall-futur, inkluż dwar kif jiġi żgurat li s-superviżuri jistgħu jinżammu responsabbli għall-azzjonijiet tagħhom biex jiżguraw il-konformità tal-istituzzjonijiet finanzjarji mad-dritt tal-Unjoni, speċjalment meta jaħdmu b’Direttivi b’armonizzazzjoni minima”36.

81

Kien lura fl-2014 li l-Kummissjoni kkonkludiet li l-governanza tal-EBA tippermettilha tieħu deċiżjonijiet li, kultant, huma aktar immirati lejn l-interessi nazzjonali aktar milli lejn l-interessi usa’ tal-UE37. Ir-rapport tagħna stess dwar it-testijiet tal-istress tal-EBA (RS Nru 10/2019) ikkonkluda li r-rwol dominanti li għandhom l-awtoritajiet nazzjonali kien ifisser li l-perspettiva tal-UE ma tteditx inkunsiderazzjoni b’mod suffiċjenti38. L-inċidenza tal-lobbying imsemmija hawn fuq hija evidenza ulterjuri li s-superviżuri nazzjonali huma dominanti wisq fi ħdan il-qafas ta’ governanza tal-EBA.

82

Regolament ġdid dwar l-EBA daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2020, u jipprevedi xi tibdiliet fil-proċedura tal-BUL inġenerali, u b’rabta mal-AML/mas-CFT. Madankollu, in-nuqqasijiet ewlenin fil-governanza fl-EBA spjegati fil-paragrafi preċedenti għadhom hemm.

Il-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-EBA ma ġietx ifformalizzata

83

F’kull wieħed miż-żewġ każijiet ta’ BUL li investigat l-EBA, hija ħadet approċċ differenti ħafna għall-kondiviżjoni tad-dokumenti mal-Kummissjoni, li hija membru mingħajr vot tal-BoS.

84

Fl-ewwel każ (ara l-paragrafu 77) hija kkondividiet l-abbozz ta’ rakkomandazzjoni mar-rappreżentant tal-BoS tal-Kummissjoni. Fit-tieni każ (ara l-paragrafi 78-79), l-EBA rrifjutat li tikkondividi kwalunkwe dokument mal-Kummissjoni qabel il-laqgħa tal-BoS abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet ta’ segretezza professjonali fir-regolament fundatur tagħha. Eventwalment ipprovdiet l-abbozz ta’ rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni xahar wara li kienet ittieħdet id-deċiżjoni.

85

Aħna sibna wkoll li ma hemm l-ebda skambju formalizzat bejn l-EBA u l-Kummissjoni wara li l-Kummissjoni tibgħat talba lill-EBA għal ksur potenzjali tal-proċedura tad-dritt tal-Unjoni, iżda hemm kuntatti pjuttost informali. Għalkemm ir-Regolament dwar l-EBA li kien fis-seħħ dak iż-żmien ma kienx jirrikjedih, skambju regolari formalizzat bejn iż-żewġ partijiet kien itejjeb iċ-ċarezza u t-traċċabbiltà tal-passi li l-EBA kien biħsiebha tieħu wara talba bħal din mill-Kummissjoni, u kien jippermetti lill-Kummissjoni tesprimi l-aspettattivi tagħha f’termini ta’ dati ta’ skadenza u ta’ prijoritajiet meta kienet qed tindirizza bosta talbiet ta’ BUL lill-EBA b’mod parallel.

86

B’mod ġenerali, il-proċess ta’ BUL huwa nieqes mill-effettività. Il-Kummissjoni għandha approċċ ad hoc biex tagħmel it-talbiet, u l-Bord tas-Superviżuri tal-EBA (minkejja t-tħejjija effiċjenti mill-persunal) mhuwiex orjentat lejn l-interess tal-UE meta juża s-setgħat għal BUL tiegħu.

Il-BĊE beda jintegra r-riskji ta’ ML/TF fis-superviżjoni prudenzjali iżda, minkejja t-titjib, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni mhijiex kompletament effiċjenti

87

Lejn tmiem l-2014, il-BĊE assuma r-responsabbiltà għas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (għas-sempliċità “banek”) fi ħdan l-Unjoni Bankarja39, li fil-prattika jfisser superviżjoni diretta ta’ madwar 120 bank jew grupp bankarju fiż-żona tal-euro.

88

Is-superviżjoni prudenzjali u dik tal-AML/tas-CFT għandhom objettivi u approċċi differenti. Ir-riskji li jirriżultaw mill-ML/mit-TF u t-tħassib prudenzjali jistgħu jikkoinċidu u hemm komplementarjetajiet bejn iż-żewġ tipi ta’ superviżjoni. Pereżempju, mudell tan-negozju li jiddependi fuq il-ML/it-TF jista’ jżid ir-riskju ta’ falliment ta’ bank. Jew il-preżenza ta’ ML/TF tista’ tkun indikattiva b’xi mod ieħor ta’ ġestjoni tar-riskju fqira li tkun prudenzjalment rilevanti.

89

Is-setgħat superviżorji l-ġodda tal-BĊE li ġew ikkonferiti fl-2013 eskludewh b’mod speċifiku milli jieħu r-responsabbiltà għall-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop ta’ ML/TF40; dawn is-setgħat tħallew f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għas-superviżjoni tal-ML/tat-TF (għas-sempliċità “superviżuri nazzjonali tal-AML/tas-CFT”). Il-premessi tar-Regolament MSU indikaw li jenħtieġ li l-BĊE jikkoopera bis-sħiħ ma’ dawn is-superviżuri nazzjonali tal-AML/tas-CFT41. Sabiex tingħeleb l-inċertezza legali sussegwenti42 rigward din il-kooperazzjoni, il-leġiżlazzjoni li tiffaċilita l-kooperazzjoni speċifika daħlet fis-seħħ fl-201843 u fl-201944.

90

Fl-Istati Membri, is-superviżuri nazzjonali tal-ML/tat-TF normalment huma parti mill-istess korp pubbliku li jwettaq is-superviżjoni prudenzjali tal-banek. B’mod ġenerali, l-Istati Membri li kellimna indikaw is-sinerġiji potenzjali ta’ approċċ bħal dan fi ħdan l-oqfsa nazzjonali tagħhom.

91

Il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) twaqqaf fl-2014, iżda l-enfasi tal-awditjar tagħna hija mixħuta fuq l-iżviluppi mill-2018 sa Ġunju 2020. Il-fokus tagħna kien li neżaminaw jekk il-BĊE użax b’mod effiċjenti l-fatturi ta’ riskju identifikati tal-ML/tat-TF fis-superviżjoni prudenzjali tiegħu.

92

Iċċekkjajna wkoll jekk kienx hemm stabbilit qafas xieraq li jiffaċilita l-iskambju effiċjenti ta’ informazzjoni bejn il-BĊE u s-superviżuri nazzjonali. Aħna vvalutajna jekk kienx hemm stabbilita metodoloġija robusta għall-integrazzjoni effiċjenti tal-implikazzjonijiet prudenzjali tar-riskji ta’ ML/FT fis-superviżjoni prudenzjali li għaddejja tal-BĊE, jiġifieri fil-kuntest tal-Proċess ta’ Reviżjoni u Evalwazzjoni Superviżorji (SREP).

93

Irrieżaminajna l-linji gwida applikabbli SREP tal-EBA, il-manwal superviżorju tal-BĊE, il-kontrolli interni fi ħdan il-BĊE u informazzjoni statistika relatata. Eżaminajna wkoll l-implimentazzjoni tagħhom b’referenza għal kampjun ta’ 12-il bank45 taħt is-superviżjoni diretta tal-BĊE. Meta għamilna dan, iffukajna fuq l-aħħar żewġ ċikli ffinalizzati tal-SREP tal-2018 u tal-2019. Ħadna l-kampjun tagħna fuq bażi ta’ riskju filwaqt li ffukajna fuq banek fejn il-BĊE kellu l-aktar komunikazzjoni mas-superviżuri nazzjonali, filwaqt li żgurajna wkoll firxa ġeografika.

Minkejja titjib, il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni bejn is-superviżuri nazzjonali u l-BĊE mhijiex effiċjenti bis-sħiħ

94

Abbażi tal-intervisti tagħna mal-persunal tal-BĊE, qabel l-2019 l-interazzjoni bejn il-BĊE u s-superviżuri nazzjonali tal-AML/tas-CFT kienet issir fuq bażi informali permezz ta’ superviżjoni kontinwa, għalkemm mhux neċessarjament fuq bażi konsistenti u strutturata. Ma rajna l-ebda evidenza ta’ dan, billi ċ-ċikli tal-SREP li vvalutajna ma kinux ikopru dak il-perjodu.

95

Barra minn hekk, il-maġġoranza vasta tas-superviżuri prudenzjali nazzjonali għandhom ukoll mandat ta’ superviżjoni tal-AML/tas-CFT (ara l-Figura 5), magħruf bħala “superviżuri integrati”. Il-firxa tal-kondiviżjoni ta’ informazzjoni bejn dawn is-superviżuri tvarja, minħabba fatturi bħall-istruttura organizzazzjonali u l-leġiżlazzjoni nazzjonali. F’xi każijiet ma kinitx kondiviża internament, fatt li jenfasizza r-rwol li jista’ jkollu l-BĊE fl-iffaċilitar tal-iskambju ta’ informazzjoni.

Figura 5

Responsabbiltajiet fis-superviżjoni prudenzjali u s-superviżjoni tal-AML/tas-CFT tal-banek

Nota: Il-BĊE jikkoopera mas-superviżuri nazzjonali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji biss.

Sors: il-QEA ibbażat fuq il-leġiżlazzjoni rilevanti; f’minoranza żgħira ta’ Stati Membri l-NCA għal finijiet prudenzjali u għall-ML/għat-TF huma korpi pubbliċi separati.

96

Kmieni fl-2019, il-BĊE u s-superviżuri nazzjonali ffirmaw ftehim dwar L-arranġamenti prattiċi għall-iskambju ta’ informazzjoni (il-“Ftehim dwar l-AML”)46. Dan il-Ftehim dwar l-AML iddefinixxa f’termini ġenerali l-informazzjoni li trid tiġi skambjata miż-żewġ naħat, inklużi l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti abbażi ta’ talbiet jew ta’ skambji fuq “inizjattiva proprja”. Ara l-Anness VII għal aktar dettalji.

97

Sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tal-Ftehim dwar l-AML, fi tmiem l-2018 il-BĊE waqqaf funzjoni ta’ koordinazzjoni orizzontali fi ħdan l-MSU fornita b’sitt FTEs, sabiex taġixxi bħala punt ċentrali ta’ kuntatt bejn is-superviżuri nazzjonali u s-superviżuri b’responsabbiltà diretta għal bank partikolari fi ħdan il-BĊE.

98

Mill-operazzjonalizzazzjoni tal-Ftehim dwar l-AML f’Jannar 2019 sa Novembru 2019, fil-kuntest taċ-ċiklu regolari annwali, il-BĊE ma rċeviex informazzjoni superviżorja dwar l-AML/is-CFT mingħand is-superviżuri nazzjonali dwar xi istituzzjoni sinifikanti. Barra minn hekk, ma kien hemm l-ebda skambju ta’ informazzjoni bejn il-BĊE u s-superviżuri nazzjonali skont il-Ftehim dwar l-AML f’dan il-perjodu b’rabta ma’ madwar terz tal-banek taħt is-superviżjoni diretta tal-BĊE.

99

Min-naħa l-oħra, għall-perjodu minn Diċembru 2019 sa Ġunju 2020, fil-kuntest taċ-ċiklu regolari annwali, il-BĊE rċieva 152 sett ta’ informazzjoni relatata ma’ 110 banek. Għal aktar dettalji dwar l-iskambju ta’ informazzjoni għall-120 bank kbir taħt superviżjoni diretta tal-BĊE, ara t-Tabella 5.

Tabella 5

Sommarju tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-BĊE u l-awtoritajiet tal-AML/tas-CFT skont il-Ftehim dwar l-AML.

Perjodu Fluss ta’ informazzjoni Skambji regolari Skambji ad hoc (fuq inizjattiva proprja) Skambji bbażati fuq talbiet
Jannar 2019 – Novembru 2019 BĊE > Awtorità tal‑AML/tas-CFT 75 Skambju ta’ informazzjoni għal 65 SI (istituzzjoni sinifikanti). 15-il Skambju ta’ informazzjoni għal 14-il SI. 0
Awtorità tal‑AML/tas‑CFT > BĊE 0 55 Skambju ta’ informazzjoni għal 32 SI. 18-il Skambju ta’ informazzjoni (b'rispons għal 19‑il talba ppreżentata mill-BĊE) fir-rigward ta’ 15-il SI.
Diċembru 2019 – Ġunju 2020 BĊE> Awtorità tal‑AML/tas‑CFT 79 Skambju ta’ informazzjoni għal 69 SI 8 Skambji ta’ informazzjoni għal 8 SIs. 4 Skambji ta’ informazzjoni (b'rispons għal 4 talbiet ppreżentati mill-awtorità tal-AML/tas-CFT) fir-rigward ta’ 4 SIs
Awtorità tal‑AML/tas‑CFT> BĊE 152 Skambju ta’ informazzjoni għal 110 SIs. 17-il Skambju ta’ informazzjoni għal 13-il SI. Skambju ta’ informazzjoni 1 (b'rispons għal 3 talbiet ppreżentati mill-BĊE) fir-rigward ta’ 3 SIs

Sors: il-QEA, ibbażat fuq informazzjoni ppreżentata mill-BĊE.

100

Id-data fit-Tabella 5 u x-xogħol tal-awditjar tagħna juru li l-iskambju ta’ informazzjoni sar aktar frekwenti u konsistenti minn meta twaqqaf il-Ftehim dwar l-AML kmieni fl-2019, hekk kif l-iskambji regolari bejn il-BĊE u l-awtoritajiet tal-AML/tas-CFT saru aktar frekwenti mill-ewwel parti tal-2020.

101

Il-BĊE stabbilixxa mudelli standard għat-talba u għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni relatata mal-AML/mas-CFT mas-superviżuri nazzjonali kemm għal skambji regolari kif ukoll għal talbiet ad hoc. Il-BĊE stabbilixxa wkoll qafas sabiex jipprovdi informazzjoni lill-awtoritajiet tal-AML/tas-CFT, bħal miżuri superviżorji relatati man-nuqqasijiet fil-governanza interna.

102

F’xi każijiet sibna dewmien sa sitt xhur fit-trażmissjoni ta’ informazzjoni mill-BĊE lis-superviżuri nazzjonali, pereżempju fir-rigward tal-estratti tal-AML/tas-CFT mid-deċiżjonijiet SREP, informazzjoni mis-superviżjoni mhux fuq il-post tal-BĊE, u informazzjoni dwar tranżazzjonijiet suspettużi ta’ self improduttiv. Filwaqt li l-ftehim dwar l-AML ma għandux skadenzi ċari, ħafna mid-dewmien joriġina mid-diversi saffi ta’ approvazzjoni tal-maniġment meħtieġa fi ħdan il-BĊE47. Il-maniġers tiegħu ftit li xejn għandhom awtorità delegata biex jikkondividu informazzjoni. Dan jista’ jwassal għal dewmien fit-teħid ta’ azzjoni mis-superviżuri nazzjonali fejn din tkun meħtieġa.

103

Il-materjal ipprovdut mis-superviżuri nazzjonali (bħar-rapporti ta’ spezzjoni fuq il-post) varja fl-ambitu u fil-kwalità, u mhux dejjem kien ipprovdut f’waqtu. F’xi każijiet, is-superviżuri nazzjonali kkondividew is-siltiet attwali jew saħansitra rapporti sħaħ ta’ spezzjonijiet fuq il-post mal-BĊE. Għal banek oħrajn, ġie pprovdut biss materjal sommarju.

104

L-EBA tinsab fil-proċess li tfassal linji gwida dwar il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn is-superviżuri prudenzjali, is-superviżuri tal-AML/tas-CFT u l-UIF. Il-linji gwida huma mistennija li jinħarġu għall-konsultazzjoni pubblika fit-tieni tliet xhur tal-2021 u se jipprovdu gwida aktar ċara.

Is-superviżuri nazzjonali jużaw metodoloġiji differenti, u l-gwida tal-EBA dwar il-valutazzjonijiet superviżorji mhijiex speċifika biżżejjed

105

Fil-kampjun tagħna tal-banek, sibna wkoll li s-superviżuri nazzjonali jużaw metodoloġiji differenti ħafna għall-valutazzjonijiet tal-AML/tas-CFT tagħhom, pereżempju jużaw skali u kriterji differenti għall-għoti ta’ punteġġ għar-riskju, prinċipalment minħabba n-natura ta’ armonizzazzjoni minima tal-qafas legali. Dan iwassal għal riskju akbar ta’ fatturament inkonsistenti, mill-BĊE, ta’ tħassib prudenzjali relatat mar-riskji ta’ ML/TF fis-superviżjoni prudenzjali ta’ banek li jkunu minn ġuriżdizzjonijiet differenti, għalkemm mhuwiex fi ħdan il-mandat tal-BĊE li jisfida dawn il-punteġġi jew il-metodoloġiji tar-riskju. Attwalment l-EBA qed tikkonsulta dwar bidliet fil-linji gwida eżistenti tagħha għas-superviżjoni tal-AML/tas-CFT ibbażata fuq ir-riskju.

106

Referenza espliċita għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus kienet inkluża biss fil-linji gwida riveduti tal-EBA dwar l-SREP48 f’Lulju 2018, għalkemm f’termini ġenerali. Il-gwida interna tal-BĊE stess kienet ta’ natura ġenerali wkoll.

107

Bażi ġuridika espliċita għall-integrazzjoni tar-riskju ta’ ML/TF fis-superviżjoni prudenzjali daħlet fis-seħħ biss f’Ġunju 2019 (ara l-paragrafu 89). Din kienet teħtieġ ukoll traspożizzjoni fil-livell tal-Istati Membri.

108

Wara talba mill-Kunsill biex tippreżenta gwida rilevanti, l-EBA ppubblikat żewġ opinjonijiet. Madankollu, fin-nuqqas ta’ qafas legali armonizzat u linji gwida dettaljati tal-EBA, is-superviżuri prudenzjali b’mod ġenerali, u l-BĊE b’mod partikolari, ma għandhomx sett sħiħ ta’ informazzjoni u għodod biex b’mod konsistenti jirriflettu l-implikazzjonijiet prudenzjali tar-riskji ta’ ML/TF skont l-SREP.

109

Il-BĊE aġġorna l-Manwal Superviżorju tiegħu kmieni fl-2020 f’konformità mal-gwida stabbilita tal-EBA . Il-prattika superviżorja hija li jiġu aġġornati l-manwali interni meta tiġi stabbilita l-gwida tal-EBA, pereżempju, dwar kif tħassib relatat mal-AML/mas-CFT u l-kunsiderazzjonijiet superviżorji jistgħu jikkontribwixxu għall-punteġġ kumplessiv tal-SREP.

110

Għaċ-ċikli tal-2018 u tal-2019 tal-SREP, il-BĊE ma wettaqx kontroll tal-konsistenza sabiex jara kif it-tħassib dwar l-ML/FT ġie inkluż fil-valutazzjonijiet tal-SREP tiegħu, għalkemm dan sar għaċ-ċiklu tal-2020 tal-SREP49. Madankollu, għall-banek fil-kampjun tagħna, sibna evidenza li l-BĊE inkluda informazzjoni relatata mal-ML/mat-TF fid-deċiżjonijiet dwar l-SREP tiegħu fl-2018 u fl-2019. Għall-banek b’nuqqasijiet identifikati relatati mal-ML/mat-TF, il-BĊE għamel rakkomandazzjonijiet sabiex jiġu rrimedjati d-defiċjenzi prudenzjali. F’minoranza tal-każijiet, il-persunal qies l-informazzjoni pprovduta mis-superviżuri nazzjonali, iżda vvalutaha bħala mhux materjali għal finijiet prudenzjali. Deċiżjonijiet dwar l-SREP (jew partijiet relevanti) intbagħtu kemm lill-banek kif ukoll lis-superviżuri nazzjonali. Il-BĊE mhuwiex responsabbli biex jiċċekkja l-azzjonijiet tas-superviżuri nazzjonali għall-attivitajiet ewlenin tagħhom iżda sempliċement biex jagħmilhom konxji ta’ din l-informazzjoni.

111

B’mod ġenerali, il-BĊE beda tajjeb fl-integrazzjoni tar-riskju ta’ ML/TF fis-superviżjoni prudenzjali. Jeħtieġ li t-teħid ta’ deċiżjonijiet mill-BĊE jkun aktar effiċjenti, u l-gwida tal-EBA li jmiss se jkollha tiġi integrata mill-BĊE u mis-superviżuri nazzjonali.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

112

B’mod ġenerali, sibna li l-azzjoni fil-livell tal-UE fil-ġlieda kontra l-ML/it-TF għandha dgħufijiet. Hemm frammentazzjoni istituzzjonali u koordinazzjoni fqira fil-livell tal-UE f’dak li għandu x’jaqsam ma’ azzjonijiet għall-prevenzjoni tal-ML/tat-TF u mat-teħid ta’ azzjoni fejn ġie identifikat ir-riskju (ara l-paragrafi 50 sa 66). Bħalissa l-korpi tal-UE li awditjajna għandhom għodod limitati biex jiżguraw applikazzjoni suffiċjenti tal-oqfsa tal-AML/tas-CFT fil-livell nazzjonali (ara l-paragrafi 67 sa 86; 87-111). Ma hemm l-ebda superviżur uniku tal-UE għall-ML/it-TF u s-setgħat tal-UE fir-rigward tal-ML/għat-TF huma maqsumin bejn bosta korpi u l-koordinazzjoni mal-Istati Membri titwettaq separatament.

113

Attwalment, l-approċċ prinċipali tal-UE għall-protezzjoni tas-settur bankarju tagħha biex ma jintużax għall-ML/għat-TF huwa li tapplika rekwiżiti legali li jiġu prinċipalment fil-forma ta’ direttivi. L-Istati Membri għandhom l-obbligu li jittrasponu d-direttivi, u jerfgħu r-responsabbiltà prinċipali għall-indirizzar tal-ML/tat-TF permezz tal-oqfsa nazzjonali ta’ superviżjoni tagħhom. L-Istati Membri huma responsabbli wkoll għall-infurzar. Fil-fatt, l-applikazzjoni tal-liġi tal-AML/tas-CFT tal-UE tvarja minn Stat Membru għal ieħor.

114

Fil-ġenerazzjoni tal-lista ta’ pajjiżi terzi tal-2019, il-Kummissjoni għamlet użu tajjeb mill-intelligence (inkluż mill-Europol) u applikat il-metodoloġija tagħha kif xieraq (il-paragrafi 31 sa 37). Is-SEAE inizjalment naqas milli jipprovdi l-inputs mitluba lill-Kummissjoni għall-ġenerazzjoni tal-lista, u l-komunikazzjoni mal-pajjiżi terzi elenkati kienet inkonsistenti (il-paragrafu 28). Minkejja t-tentattivi mill-Kummissjoni sabiex tiġġenera lista awtonoma tal-UE, sa issa għadu ma rnexxilhiex tmur lil hinn mil-lista tal-FATF, minħabba n-nuqqas ta’ approvazzjoni mill-Kunsill (il-paragrafi 35 sa 36).

115

Il-metodoloġija ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-Kummissjoni ma tipprijoritizzax ir-riskji ta’ ML/TF b’mod ċar fl-SNRA tagħha, u lanqas ma tagħmilha ċara meta jinbidlu s-setturi tal-valutazzjoni tar-riskju (il-paragrafu 44). Il-Kummissjoni ma wettqitx aġġornamenti rapidi fl-SNRA skont is-setgħat tagħha, u ma tirreferix għad-dimensjoni ġeografika (il-paragrafu 46). Il-Kummissjoni għadha ma ppubblikatx statistika dwar l-ML/it-TF f’konformità mal-obbligi legali l-ġodda tagħha, u dan jagħmilha diffiċli biex tiġi vvalutata l-iskala ta’ ML/TF fl-UE bħalissa (il-paragrafu 48).

Rakkomandazzjoni 1 – Jenħtieġ li l-Kummissjoni ttejjeb il-valutazzjonijiet tar-riskju tagħha

Jenħtieġ li l-Kummissjoni:

  1. tuża prijoritizzazzjoni akbar tas-setturi abbażi tar-riskju matul l-eżerċizzju kollu ta’ valutazzjoni tar-riskji supranazzjonali: mill-ippjanar sas-segwitu, filwaqt li tispeċifika meta u għaliex qed jinbidlu; u twettaq aġġornamenti għal setturi li jinbidlu malajr u żżid dimensjoni ġeografika, fejn rilevanti;
  2. timplimenta l-metodoloġija l-ġdida sabiex tiġġenera lista awtonoma tal-UE ta’ pajjiżi terzi; taħdem flimkien mas-SEAE u mal-Istati Membri sabiex tiżgura l-integrazzjoni tal-intelligence, u komunikazzjoni bikrija mal-pajjiżi terzi elenkati;
  3. tistabbilixxi għodod li jimmitigaw ir-riskju ta’ ML/TF minn pajjiżi terzi fil-livell tal-entità jew tas-settur.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: sa tmiem l-2021.

116

It-traspożizzjoni tal-AMLD hija kumplessa, u fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, l-Istati Membri damu biex jittrasponu l-AMLD. F’ħafna każijiet, il-komunikazzjoni tat-traspożizzjoni lill-Kummissjoni ma kinitx kompluta jew kienet tard (il-paragrafi 60 sa 62). Madankollu, identifikajna okkażjonijiet fejn il-valutazzjoni tal-Kummissjoni saret aktar bil-mod milli jissuġġerixxu l-linji gwida interni tal-Kummissjoni stess (il-paragrafu 58). Il-Kummissjoni ma kellhiex biżżejjed persunal biex jaħdem fuq il-valutazzjoni tat-traspożizzjoni (ara l-paragrafu 65), u d-dipendenza fuq l-esternalizzazzjoni kellha limitazzjonijiet (il-paragrafu 56). Flimkien, dawn il-fatturi dewmu l-kapaċità tal-Kummissjoni li tieħu miżuri b’rabta man-nuqqas ta’ traspożizzjoni.

117

Din it-traspożizzjoni bil-mod ikkontribwiet għal qafas legali inkonsistenti fl-Istati Membri kollha (il-paragrafu 58) u żiedet ir-riskju li jiġu sfruttati punti dgħajfin mill-ħassiela tal-flus. Is-sessjonijiet ta’ ħidma tal-Kummissjoni kienu għodda utli biex tiġi appoġġata l-kapaċità amministrattiva tal-Istati Membri (il-paragrafu 53). Minkejja din il-gwida ta’ kwalità tajba mill-Kummissjoni, l-Istati Membri ħadu żmien twil biex jittrasponu l-leġiżlazzjoni u ddikjaraw b’mod eċċessiv il-punt sa fejn kienu għamlu dan (ara l-paragrafu 54). B’mod ġenerali, turi li għal qasam kumpless bħal-leġiżlazzjoni dwar l-AML/is-CFT, il-kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni jistgħu jinkisbu aħjar bl-użu ta’ regolamenti minflok direttivi.

Rakkomandazzjoni 2 – Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura l-effett konsistenti u immedjat tal-leġiżlazzjoni dwar l-AML/is-CFT

Jenħtieġ li, sa fejn ikun possibbli, il-Kummissjoni tagħmel użu minn regolament aktar milli direttiva.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: sa tmiem l-2021.

118

Fir-rigward tal-koordinazzjoni, il-Kummissjoni ftit li xejn twettaq analiżi tagħha stess qabel ma tippreżenta talbiet ta’ BUL lill-EBA, u sserraħ prinċipalment fuq rapporti pubbliċi (il-paragrafu 71).

119

Inġenerali, il-persunal tal-EBA wettaq investigazzjonijiet dwar ksur allegat relatat mal-ML/mat-TF tad-dritt tal-Unjoni fil-ħin u f’konformità mal-gwida interna (il-paragrafu 76). Madankollu, l-EBA ħadet ammont ta’ żmien mhux raġonevoli biex tiddeċiedi jekk tinvestigax ċerti każijiet (il-paragrafi 7475), u ma wettqet l-ebda investigazzjoni tal-ML/tat-TF fuq inizjattiva tagħha stess (il-paragrafu 70). Fl-EBA, sibna evidenza ta’ lobbying fil-konfront tal-membri ta’ bord filwaqt li kienet qed tqis ksur potenzjali tad-dritt tal-Unjoni relatat mal-ML/mat-TF. L-EBA ma għandhiex regoli speċifiċi fis-seħħ biex tipprevieni lobbying ta’ dan it-tip (il-paragrafi 7879). Għal BUL, il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-EBA mhuwiex orjentat biżżejjed lejn l-UE, minħabba l-influwenza tas-superviżuri nazzjonali fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħha, u l-għeluq ta’ każijiet mingħajr investigazzjoni juri li issa l-EBA qed toqgħod lura milli twettaq investigazzjonijiet ta’ BUL relatat mal-ML/mat-TF. B’riżultat ta’ dan, l-EBA għamlet biss sejba pożittiva waħda ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni relatat mal-ML/mat-TF minn meta daħlu fis-seħħ is-setgħat tagħha fl-2010.

120

Meħuda flimkien, dan jissuġġerixxi li l-mekkaniżmu tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni mhuwiex qed jikkontribwixxi għall-applikazzjoni uniformi tal-liġi dwar l-AML/is-CFT madwar l-UE, u qed iqiegħed f’riskju l-integrità tas-suq uniku.

Rakkomandazzjoni 3 – Jenħtieġ li l-EBA u l-Kummissjoni jagħmlu użu aħjar mis-setgħat ta’ BUL tagħhom għall-ML/għat-TF

Jenħtieġ li l-Kummissjoni:

  1. tistabbilixxi gwida interna fil-livell tad-Direttorati Ġenerali għall-preżentazzjoni ta’ talbiet dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni minħabba ML/TF;
  2. tuża informazzjoni dwar każijiet meta tuża s-setgħat legali tagħha biex tiżgura l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE;
  3. tipproponi emendi leġiżlattivi biex tipprovdi ċarezza legali dwar liema informazzjoni jenħtieġ li tiġi kondiviża mal-Kummissjoni mill-korp kompetenti għall-investigazzjoni ta’ lmenti dwar BUL matul il-proċess għal ksur tad-dritt tal-Unjoni.
  4. Jenħtieġ li l-EBA:

  5. tiżgura li d-deċiżjonijiet ta’ investigazzjoni jew ta’ nuqqas ta’ investigazzjoni jittieħdu mingħajr dewmien indebitu meta jiġu rċevuti riferimenti dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni;
  6. tistabbilixxi regoli li jipprevienu lil membri oħrajn tal-BoS milli jippruvaw jinfluwenzaw lill-membri tal-bord matul id-deliberazzjonijiet tagħhom.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: sa tmiem l-2021.

121

F’konformità ma’ obbligi ġodda, il-BĊE stabbilixxa qafas għall-integrazzjoni tal-informazzjoni relatata mal-ML/mat-TF fis-superviżjoni prudenzjali, u qiegħed jiskambja attivament informazzjoni relatata mar-riskju ta’ ML/TF mas-superviżuri nazzjonali. Madankollu, l-effiċjenza li biha l-informazzjoni titlaq mill-BĊE hija mxekkla minn proċess ikkumplikat ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-BĊE (il-paragrafu 102). Il-BĊE la għandu r-responsabbiltà u lanqas is-setgħat li jinvestiga kif l-informazzjoni li jibgħat ’il barra tintuża mis-superviżuri nazzjonali. Ma hemm l-ebda superviżur tal-AML/tas-CFT fil-livell tal-UE allura finalment is-superviżuri nazzjonali huma responsabbli għall-monitoraġġ tal-konformità u għat-teħid ta’ azzjoni (il-paragrafu 07).

122

Is-superviżuri nazzjonali tal-AML/tas-CFT bdew jipprovdu lill-BĊE rapporti bankarji li huma prudenzjalment rilevanti. Madankollu, dawn ir-rapporti jvarjaw fl-ambitu minħabba l-prattiki nazzjonali, u għadha qed tiġi żviluppata gwida aġġornata tal-EBA għas-superviżuri tal-AML/tas-CFT (il-paragrafu 117). Dan inaqqas il-kapaċità tal-BĊE li jinkorporahom b’mod effiċjenti fil-valutazzjonijiet superviżorji tiegħu (il-paragrafi 108109). Ibbażat fuq il-kampjun tagħna, aħna nistgħu nikkonkludu li l-BĊE issa qed jintegra r-riskju ta’ ML/TF fis-superviżjoni prudenzjali (il-paragrafi 110111).

Rakkomandazzjoni 4 – Jenħtieġ li l-EBA u l-BĊE jaħdmu sabiex jinkorporaw aħjar ir-riskju ta’ ML/TF fis-superviżjoni prudenzjali

Jenħtieġ li l-EBA:

  1. ittejjeb il-gwida tagħha għall-inkorporazzjoni tar-riskju ta’ ML/TF fis-superviżjoni prudenzjali;
  2. Data mmirata għall-implimentazzjoni: Sa tmiem l-ewwel tliet xhur tal-2022

  3. tiffinalizza l-linji gwida dwar l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju għas-superviżjoni tal-AML/tas-CFT biex tipprevedi konsistenza akbar fil-valutazzjonijiet AML tal-entitajiet taħt superviżjoni;
  4. Data mmirata għall-implimentazzjoni: Sa tmiem l-2021

  5. tispeċifika, fil-linji gwida tagħha dwar il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni, il-kontenut tal-informazzjoni li trid tiġi kondiviża, kif ukoll l-iskedi ta’ żmien għal dan il-għan;
  6. Data mmirata għall-implimentazzjoni: Sa tmiem l-2021

    Jenħtieġ li l-BĊE:

  7. jistabbilixxi politika interna għal kondiviżjoni aktar effiċjenti ta’ informazzjoni relatata mal-ML/mat-TF mas-superviżuri nazzjonali;
  8. Data mmirata għall-implimentazzjoni: sa tmiem l-ewwel tliet xhur tal-2022

  9. jaġġorna l-metodoloġija tiegħu għall-integrazzjoni tar-riskju ta’ ML/TF fis-superviżjoni prudenzjali ladarba jiġu ppubblikati l-linji gwida aġġornati tal-EBA.
  10. Data mmirata għall-implimentazzjoni: sa tmiem it-tieni tliet xhur tal-2022

123

Minħabba l-livell għoli ta’ integrazzjoni transfruntiera fis-settur bankarju tal-UE, id-defiċjenzi fit-tfassil u fl-implimentazzjoni attwali tal-qafas tal-AML/tas-CFT tal-UE (ara l-paragrafu 112) jirrappreżentaw riskji għall-integrità tas-suq finanzjarju u għall-fiduċja pubblika. Ir-riforma leġiżlattiva li ġejja (ara l-paragrafi 13 sa 15) hija opportunità għall-Kummissjoni, għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill biex jindirizzaw id-dgħufijiet identifikati (ara l-paragrafi 36496686) u biex jirrimedjaw il-frammentazzjoni tal-qafas tal-AML/tas-CFT tal-UE.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Alex BRENNINKMEIJER, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-20 ta’ Mejju 2021.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE
Il-President

Annessi

Anness I – Il-qafas legali tal-UE

L-UE adottat l-ewwel Direttiva dwar l-AML fl-1991. L-aktar verżjoni reċenti, il-ħames waħda, tad-Direttiva dwar l-AML hija d-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018. L-Istati Membri kienu obbligati jippromulgawha fid-dritt nazzjonali u jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tagħha sa mhux aktar mill-10 ta’ Jannar 2020. Matul is-snin, id-Direttiva twessagħlha dejjem aktar il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha u, għas-settur bankarju, tkopri:

  1. iż-żamma ta’ rekords kemm minn istituzzjonijiet finanzjarji kif ukoll minn partijiet mhux finanzjarji bħal avukati, nutara, kontabilisti u aġenziji tal-proprjetà;
  2. definizzjonijiet sħaħ ta’ firxa ta’ attivitajiet kriminali;
  • rekwiżiti għall-identifikazzjoni, it-traċċar, il-qbid u l-konfiska tal-proprjetà u tar-rikavat minn attività kriminali;
  • miżuri għall-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu;
  • trasparenza fit-trasferiment ta’ fondi;
  • rekwiżiti għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar il-ħasil tal-flus fost l-Istati Membri;
  • l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni sabiex jinkludi l-assi diġitali (kriptovaluti);

Barra minn hekk, hemm liġijiet oħrajn tal-UE li jikkomplementaw id-Direttiva dwar l-AML:

  • ir-Regolament dwar it-Trasferimenti Elettroniċi , li jiffoka fuq l-għoti ta’ għajnuna lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi sabiex jittraċċaw it-terroristi u l-kriminali billi jagħmel it-trasferimenti aktar trasparenti;
  • id-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali, li tiżgura li jkun hemm definizzjonijiet simili ta’ reati ta’ AML/CFT madwar l-UE, kif ukoll pieni minimi;
  • standards tekniċi, opinjonijiet u linji gwida għall-awtoritajiet nazzjonali, imfasslin minn xi wħud mit-tliet awtoritajiet superviżorji Ewropej jew minnhom kollha f’daqqa (l-EBA, l-ESMA50 u l-EIOPA51), li l-Kummissjoni adottat u għamlet liġi fil-forma ta’ regolamenti delegati.

Anness II – Tqabbil tal-AMLD4 u l-AMLD5

Ir-4a’ Direttiva dwar l-AML 2015/849 Il-5es Direttiva dwar l-AML 2018/843
Ippubblikata: l-20 ta’ Mejju 2015;
Daħlet fis-seħħ: is-26 ta’ Ġunju 2017
Ippubblikata: id-19 ta’ Ġunju 2018;
Daħlet fis-seħħ: l-10 ta’ Jannar 2020
• Il-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-UE (SNRA) u l-valutazzjoni tar-riskju nazzjonali meħtieġa
• Sjieda Benefiċjarja
• Ir-responsabbiltajiet tal-pajjiżi ta’ oriġini u ospitanti għall-kumpaniji li joperaw ukoll fi Stati Membri oħrajn
• Setgħat tal-UIF imsaħħa
• Tissimplifika d-diliġenza dovuta
• Logħob tal-azzard: estensjoni għas-servizzi kollha tal-logħob tal-azzard
• Definizzjoni mibdula u estiża ta’ persuni politikament esposti (PEPs)
• Rapporti ta’ Attività Suspetta
• Iż-żamma ta’ rekords tista’ tiġi estiża sa 10 snin
• Il-limitu tal-pagamenti fi flus kontanti sabiex jiġu attivati l-kontrolli tal-AML tnaqqas għal EUR 10 000

• Titjib tal-ħidma tal-UIF b’aċċess aħjar għall-informazzjoni permezz ta’ reġistri ċentralizzati tal-kontijiet bankarji
• Titjib tal-kooperazzjoni bejn is-superviżuri tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-BĊE
• Tisħiħ tar-rwol superviżorju tal-EBA
• Twessigħ tal-kriterji għall-valutazzjoni ta’ pajjiżi terzi b’riskju għoli u żgurar ta’ livell għoli komuni ta’ salvagwardji għall-flussi finanzjarji minn dawn il-pajjiżi
• Tneħħija tal-anonimità fuq kards imħallsin minn qabel
• Interkonnessjoni tar-reġistri tas-sjieda benefiċjarja fil-livell tal-UE
• Lista ta’ persuni politikament esposti (PEP)
• Żieda tat-trasparenza dwar is-sjieda tal-kumpaniji u tat-trusts
• Regoli ġodda dwar il-kriptovaluti

Anness III – Proċessi differenti ta’ elenkar tal-UE

Ġuriżdizzjonijiet fil-qasam tat-taxxa li ma jikkooperawx Miżuri restrittivi (sanzjonijiet) Lista ta’ pajjiżi terzi tal-AML
Lista • Lista ta’ ġuriżdizzjonijiet fil-qasam tat-taxxa li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa; • Lista ta’ sanzjonijiet awtonomi tal-UE inklużi miżuri miftiehma mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU) • Pajjiżi terzi b’riskju għoli b’defiċjenzi strateġiċi fir-reġim tagħhom dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu
Objettivi tal-UE
➢ It-titjib tal-governanza tajba fil-qasam tat-taxxa globalment (għan ġenerali);
➢ L-iżgurar li s-sħab internazzjonali tal-UE jirrispettaw l-istess standards bħall-Istati Membri tal-UE;
➢ It-tħeġġiġ ta’ bidla pożittiva tal-leġiżlazzjoni u tal-prattiki tat-taxxa, permezz tal-kooperazzjoni;
➢ Il-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa, u l-ħasil tal-flus; għodda sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni.
➢ Il-pressjoni fuq ir-rifuġji fiskali biex japplikaw regoli u standards sabiex jiksbu trasparenza, kompetizzjoni ġusta fil-qasam tat-taxxa u implimentazzjoni ta’ standards internazzjonali kontra l-erożjoni tal-bażi tat-taxxa/it-trasferiment tal-profitt.

➢ Għodda tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) tal-UE, li permezz tagħha l-UE tista’ tintervieni fejn meħtieġ sabiex tipprevieni l-kunflitt jew tirrispondi għal kriżijiet emerġenti jew attwali.
➢ Il-kisba ta’ bidla fil-politika jew fl-attività.
➢ L-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew il-prosegwiment tal-objettivi tal-PESK, jiġifieri l-promozzjoni tal-paċi/tas-sigurtà internazzjonali, il-prevenzjoni ta’ kunflitti, l-appoġġ għad-demokrazija, għall-istat tad-dritt, għad-drittijiet tal-bniedem u d-difiża tal-prinċipji tad-dritt internazzjonali.
➢ L-appoġġ għall-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-proliferazzjoni ta’ armi ta’ qerda massiva.

➢ Politika difensiva mfassla biex tipproteġi l-integrità tas-suq intern minn ġuriżdizzjonijiet ta’ pajjiżi terzi li jippreżentaw theddidiet sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni.
Tqegħid f’lista qasira
➢ Fażi tal-għażla: L-Istati Membri jintgħażlu abbażi ta’ tabella ta’ valutazzjoni newtrali ta’ indikaturi.
➢ Fażi ta’ skrinjar: titqies il-ħidma tal-Forum Globali dwar it-Trasparenza u l-Iskambju ta’ Informazzjoni għal Skopijiet ta’ Taxxa u l-Qafas Inklużiv tal-OECD għall-Indirizzar tal-Erożjoni tal-Bażi u t-Trasferiment tal-Profitt. Kriterji ta’ valutazzjoni kumplessiva: konformità ma’ bosta Standards tal-OECD.

➢ Xi reġimi ta’ sanzjonijiet huma obbligatorji mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, oħrajn jiġu adottati b’mod awtonomu mill-UE abbażi ta’ informazzjoni mis-SEAE, mill-Istati Membri, mid-delegazzjonijiet tal-UE u mill-Kummissjoni tal-UE.
➢ Il-miżuri restrittivi dejjem iridu jkunu f’konformità mad-dritt internazzjonali, jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem/il-libertajiet fundamentali, b’mod partikolari l-proċess ġust u d-dritt għal rimedju effettiv.

➢ Il-Kummissjoni tieħu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni mill-FATF u minn korpi reġjonali oħrajn simili għall-FATF, tinkludi rendikont ta’ informazzjoni rilevanti oħra fl-isfera pubblika, u tqis informazzjoni privata li tkun disponibbli għal korpi oħrajn tal-UE (eż. il-Europol, is-SEAE).
Rwol prinċipali tal-istituzzjonijiet tal-UE
➢ Il-lista hija bbażata fuq komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar strateġija esterna għal tassazzjoni effettiva ppreżentata fil-pakkett kontra l-evitar tat-taxxa tal-2016; il-Kummissjoni tal-UE hija responsabbli għall-produzzjoni ta’ tabella ta’ valutazzjoni newtrali ta’ indikaturi.
➢ Il-Kunsill tal-UE (il-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta dwar it-Tassazzjoni tal-Intrapriżi): irid jeżamina u jelenka l-pajjiżi; fl-aħħar jadotta/jirrevedi l-lista.

➢ Il-Kunsill tal-UE: adozzjoni (regolament), tiġdid, jew tneħħija ta’ reġimi ta’ sanzjonijiet, fuq il-bażi ta’ proposti mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.
➢ Il-Kummissjoni Ewropea
• tħejji proposti għal regolamenti dwar sanzjonijiet għall-adozzjoni mill-Kunsill;
• tirrappreżenta lill-Kummissjoni f’diskussjonijiet relatati mas-sanzjonijiet mal-Istati Membri fil-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill ta’ Kunsillieri għar-Relazzjonijiet Barranin;
• tittrasponi ċerti sanzjonijiet tan-NU fid-dritt tal-UE;
• tissorvelja l-implimentazzjoni/l-infurzar tas-sanzjonijiet tal-UE fl-Istati Membri kollha;
• tappoġġa lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex japplikaw is-sanzjonijiet;
• issaħħaħ ir-reżiljenza tal-UE għal sanzjonijiet ekstraterritorjali adottati minn pajjiżi terzi.
➢ Is-SEAE: responsabbli għat-tħejjija u għar-rieżaminar tar-reġimi ta’ sanzjonijiet f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, mad-delegazzjonijiet rilevanti tal-UE u mal-Kummissjoni tal-UE.

➢ Il-Kummissjoni hija legalment obbligata tidentifika pajjiżi barra mit-territorju tal-UE li għandhom nuqqasijiet fil-qafas nazzjonali tagħhom ta’ AML li jippreżentaw riskju għas-sistema finanzjarja tal-UE. Tagħmel użu mill-klassifikazzjonijiet li jinsabu fit-“Tabella ta’ Valutazzjoni tat-Taxxa” tal-2016 tal-Kummissjoni stess, li tikklassifika l-pajjiżi skont il-konnessjonijiet ekonomiċi mal-UE, id-daqs relattiv tas-settur finanzjarju, u l-korruzzjoni.
➢ Il-Kummissjoni tadotta l-lista ta’ pajjiżi terzi b’riskju għoli permezz ta’ “Att Delegat”: obbligu li tikkonsulta lill-EGMLTF kif ukoll lill-Parlament Ewropew qabel l-adozzjoni.
➢ Il-lista hija proposta mill-Kummissjoni tal-UE; il-Parlament jew il-Kunsill jista’ jiċħad din il-proposta fi żmien 30 jum.
Tiġdid
➢ Tal-anqas darba fis-sena; mill-2020 'il hawn, darbtejn fis-sena.

➢ Id-dispożizzjonijiet awtonomi tal-UE jiġu rrieżaminati tal-anqas darba kull 12-il xahar. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi f’kull ħin li jemendahom, jestendihom jew jissospendihom temporanjament.

➢ Tal-anqas darba fis-sena, iżda tista’ tkun aktar frekwenti.
Mira
➢ Ġuriżdizzjonijiet barra mit-territorju tal-UE biss jistgħu jiġu elenkati;
➢ Ġuriżdizzjonijiet li huma pajjiżi u territorji ekstra-Ewropej tal-UE (iżda mhux parti mill-UE stess) jistgħu jiġu elenkati wkoll.

➢ Gvernijiet ta’ pajjiżi mhux tal-UE (minħabba l-politiki tagħhom;
➢ Kumpaniji (li jipprovdu l-mezzi sabiex jitwettqu l-politiki mmirati);
➢ Gruppi jew organizzazzjonijiet (bħal gruppi terroristiċi);
➢ Individwi (li jappoġġaw il-politiki mmirati, involuti f’attivitajiet terroristiċi, eċċ.);
➢ Is-sanzjonijiet għandhom effett f’pajjiżi mhux tal-UE, iżda l-miżuri japplikaw biss fil-ġuriżdizzjoni tal-UE; l-obbligi li jimponu huma vinkolanti fuq iċ-ċittadini tal-UE jew fuq persuni li jinsabu fl-UE jew li jagħmlu negozju hawnhekk.

➢ Pajjiżi u territorji mhux taż-ŻEE. Fil-prinċipju dawn jistgħu jinkludu pajjiżi u territorji ekstra-Ewropej tal-UE li mhumiex parti mill-UE stess.
Impatt
➢ Miżuri difensivi tal-UE f’oqsma mhux tat-taxxa:
• L-istituzzjonijiet/l-Istati Membri tal-UE għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-lista tal-UE f’dawn l-oqsma: il-politika barranija, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp, u r-relazzjonijiet ekonomiċi ma’ pajjiżi terzi;
• Jenħtieġ li l-Kummissjoni tal-UE tqisha fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment tal-UE, fost l-oħrajn, il-FEIS u l-EFSD.
➢ Miżuri difensivi tal-UE fl-oqsma tat-taxxa

➢ L-UE għandha aktar minn 40 reġim differenti ta’ sanzjonijiet fis-seħħ. Skont l-iskema tas-sanzjonijiet, tista’ twassal għal embargo fuq l-armi, restrizzjoni fuq id-dħul (projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar), iffriżar tal-assi, jew miżuri ekonomiċi oħra bħal restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet u fuq l-esportazzjonijiet.

➢ Dan għandu impatt fuq ditta fi ħdan l-UE li tagħmel negozju ma’ persuna jew ma’ ditta f’pajjiż elenkat. L-entitajiet obbligati fi ħdan l-UE (bħal bank) iridu jwettqu d-diliġenza dovuta tal-klijent imsaħħa meta jittrattaw ma’ pajjiż terz elenkat. Dan huwa pass ’il quddiem mid-diliġenza dovuta normali u tista’ tinkludi kontrolli akbar fuq l-identità ta’ klijent, fuq is-sjieda benefiċjarja u/jew fuq is-sors tal-finanzjament.

Anness IV – L-UE u l-Istati Uniti

Rakkomandazzjoni tal-FATF Kif timxi l-UE Livell Kif jimxu l-Istati Uniti Livell
1 Valutazzjoni tar-riskji u applikazzjoni ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riskji L-UE tippubblika valutazzjoni tar-riskji supranazzjonali kull sentejn. L-EBA kultant ukoll tippubblika valutazzjonijiet tar-riskji settorjali. L-Istati Membri jridu jippubblikaw il-valutazzjonijiet tar-riskji tagħhom stess ukoll. Is-superviżuri u l-entitajiet marbutin b’obbligu huma mistennija li jeħduhom inkunsiderazzjoni meta jwettqu l-attivitajiet tagħhom. Il-livell tal-SM u tal-UE Kooperazzjoni bejn diversi aġenziji sabiex jiġu vvalutati r-riskji b’aġġornamenti annwali jew biannwali: l-Istati Uniti jżommu għadd sostanzjali ta’ proċessi komplementari għall-identifikazzjoni u għall-valutazzjoni tar-riskji ta’ ML/TF li jiġġeneraw varjetà wiesgħa ta’ eżiti. Il-valutazzjonijiet tar-riskji sabiex jappoġġaw l-istrateġiji tas-sigurtà nazzjonali tal-President jitħejjew minn aġenziji rilevanti tal-gvern bil-parteċipazzjoni ta’aġenziji tal-intelligence, tal-infurzar tal-liġi u tal-politika involuti fl-AML/fis-CFT, inkluż il-FinCEN li jikkontribwixxi r-riskji u x-xejriet fl-ML/fit-TF identifikati mir-reġim ta’ rappurtar. Federali
9 Liġijiet dwar is-segretezza tal-istituzzjonijiet finanzjarji L-Istati Membri jridu jistabbilixxu liġijiet sabiex jiżguraw li l-informazzjoni tkun tista’ tiġi kondiviża mal-awtoritajiet tad-dħul u tal-infurzar tal-liġi. Skont l-AMLD is-superviżuri jrid ikollhom is-setgħa li jesiġu l-produzzjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni li tkun rilevanti għall-monitoraġġ tal-konformità. Il-livell tal-SM Ir-Right to Financial Privacy Act (RFPA) (12 USC 3401-22.) jirregola kif l-aġenziji Federali tal-Istati Uniti jiksbu informazzjoni mill-FIs u f’liema ċirkustanzi jkunu jistgħu jiddivulgawha. Jistabbilixxi ċerti salvagwardji fis-seħħ qabel ma l-banek ikunu jistgħu jiddivulgaw l-informazzjoni dwar il-klijenti lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew superviżorji. Federali
10-11 Diliġenza dovuta tal-klijent u żamma ta’ rekords Il-banek fl-UE huma pprojbiti milli jżommu kontijiet anonimi u huma obbligati jwettqu d-diliġenza dovuta tal-klijent fuq negozju ġdid u eżistenti. Huma obbligati jżommu rekords għal perjodu ta’ żmien partikolari u jipprovduhom lis-superviżuri (jekk mitluba). Il-livell tal-SM Iż-żamma ta’ kontijiet anonimi jew ta’ kontijiet f’ismijiet ovvjament fittizji mhijiex ipprojbita espressament. Madankollu, il-banek huma meħtieġa jimplimentaw proċeduri bbażati fuq ir-riskju sabiex jivverifikaw l-identità ta’ kull klijent sabiex jippermettu li bank jifforma fehma raġonevoli li jaf l-identità vera tal-klijent. Il-banek mhumiex espliċitament meħtieġa jidentifikaw u jivverifikaw l-identità tal-persuni awtorizzati li jaġixxu f’isem il-klijenti. Il-banek ġeneralment huma obbligati jżommu rekords għal tal-anqas ħames snin. tal-Istat
12-16 Miżuri addizzjonali għal klijenti u għal attivitajiet speċifiċi Il-miżuri relatati mal-PEPs u mal-ibbankjar korrispondenti jiġu ttrattati fil-livell tal-Istati Membri. It-trasferimenti tal-flus, tal-valur u dawk elettroniċi għandhom xi obbligi bbażati fuq id-dritt direttament applikabbli tal-UE, bħar-Regolament dwar it-Trasferimenti Elettroniċi (ir-Regolament 2015/847). Il-livell tal-SM u tal-UE Fir-rigward tal-ibbankjar korrispondenti, kull bank ikkonċernat huwa meħtieġ jistabbilixxi politiki, proċeduri u kontrolli xierqa u speċifiċi li jkunu mfasslin b’mod raġonevoli sabiex jidentifikaw u jirrappurtaw każijiet ta’ ML permezz ta’ dawk il-kontijiet. Fir-rigward tas-servizzi ta’ trasferimenti tal-flus, tal-valur u dawk elettroniċi, il-fornituri tas-servizzi, kemm formali kif ukoll informali, huma suġġetti għar-rekwiżiti tal-BSA (Bank Secrecy Act (l-Att dwar is-Sigriet Bankarju)) inkluża r-reġistrazzjoni mal-FinCEN.
17-19 Dipendenza, Kontrolli u Gruppi Finanzjarji L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-entitajiet marbutin b’obbligu jiddependu fuq partijiet terzi sabiex jipprovdu d-diliġenza dovuta suġġett għal ċerti standards. Jeżistu standards għall-kontrolli tal-AML għall-banek transfruntiera, u s-superviżuri nazzjonali huma mistennija li jikkooperaw fil-kulleġġi. Għal pajjiżi terzi b’riskju għoli, l-UE tadotta lista u l-entitajiet taħt superviżjoni huma mistennija li jistabbilixxu diliġenza dovuta msaħħa għal negozjati ma’ dawn il-pajjiżi terzi b’riskju għoli. Il-livell tal-SM u tal-UE L-FIs koperti huma meħtieġa li jistabbilixxu programmi tal-AML, li jinkludu, bħala minimu:
a) l-iżvilupp ta’ politiki, ta’ proċeduri u ta’ kontrolli interni; b) il-ħatra ta’ uffiċjal għall-konformità li jkun anzjan biżżejjed biex jiżgura l-konformità mal-obbligi kollha skont il-BSA; c) ikollhom programm kontinwu ta’ taħriġ tal-impjegati; u d) ikollhom dipartiment tal-konformità indipendenti li jittestja l-programmi.
Fir-rigward ta’ pajjiżi b’riskju għoli, l-FIs huma meħtieġa japplikaw id-diliġenza dovuta msaħħa għal kontijiet korrispondenti stabbiliti jew miżmuma fl-Istati Uniti għal ċerti kategoriji ta’ banek barranin. Din il-lista tiġi adottata mill-FinCEN fil-livell federali.
Stat
20-21 Rappurtar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi L-entitajiet marbutin b’obbligu fl-Istati Membri tal-UE huma obbligati jirrappurtaw attivitajiet jew tranżazzjonijiet suspettużi lill-unità tal-intelligence finanzjarja (UIF) nazzjonali. Dawn l-UIF għandhom pjattaforma biex jikkondividu l-intelligence fil-livell tal-UE (FIU.net). Il-Europol, l-aġenzija tal-pulizija tal-UE, tiġbor u xxerred ukoll intelligence dwar xejriet fl-attività ta’ ħasil tal-flus. Il-livell tal-SM u tal-UE L-Istati Uniti jeħtieġu r-rappurtar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi minn FIs Koperti. L-FIs huma ordnati jirrappurtaw minnufih lill-infurzar tal-liġi dwar ksur li jeħtieġ attenzjoni immedjata, bħal skemi ta’ ML u attività terroristika li jkunu għaddejjin. Sakemm ma jkunux meħtieġa li jiġu rrappurtati immedjatament, ir-rapporti ta’ tranżazzjonijiet suspettużi jridu jiġu ppreżentati lill-FinCEN. Stat
24-25 Trasparenza u sjieda benefiċjarja tal-persuni ġuridiċi u tal-arranġamenti Il-leġiżlazzjoni dwar l-AML tal-UE tobbliga lill-Istati Membri jistabbilixxu reġistri ta’ informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja f’reġistri ċentrali li jridu jkunu konnessi. Iridu jiġu stabbiliti wkoll sanzjonijiet għal dawk li jonqsu milli jikkonformaw. Madankollu, ma hemm l-ebda reġistru komuni fil-livell tal-UE għas-sjieda benefiċjarja u għall-informazzjoni. Il-livell tal-SM Il-formazzjoni ta’ entitajiet legali tal-Istati Uniti hija rregolata bid-dritt tal-Istat. Kull wieħed mis-56 Stat, territorju u d-Distrett ta’ Columbia għandu l-liġijiet tiegħu għall-formazzjoni u għall-governanza ta’ entitajiet legali. Il-liġi federali tapplika għalihom ukoll, ladarba jiġu ffurmati, f’ċerti oqsma (eż. il-liġi kriminali, ir-regolamentazzjoni tat-titoli, it-tassazzjoni). Fl-2016, l-Istati Uniti ġew ivvalutati mill-FATF bħala li għandhom defiċjenzi fil-koordinazzjoni f’dan il-qasam, speċifikament hekk kif informazzjoni adegwata, preċiża u f’waqtha dwar is-sjieda benefiċjarja u l-kontroll ta’ persuni ġuridiċi mhux dejjem setgħet tinkiseb jew tiġi aċċessata fil-ħin mill-awtoritajiet kompetenti. Stat
26-28 Regolamentazzjoni u Superviżjoni Il-leġiżlazzjoni li tirregola hija stabbilita fil-livell tal-UE u fil-biċċa l-kbira hija fil-forma ta’ Direttiva. Din tiddeskrivi fil-qosor l-obbligi għal ċerti korpi tal-UE bħall-Kummissjoni u l-EBA. L-Istati Membri jridu jittrasponu wkoll ċerti rekwiżiti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Kull Stat Membru jrid ikollu superviżur jew superviżuri tal-ħasil tal-flus għall-entitajiet marbutin b’obbligu fi ħdan il-ġuriżdizzjoni tiegħu.
Fil-prattika, l-istandards tekniċi regolatorji huma stabbiliti fil-livell tal-UE u l-banek u s-superviżuri nazzjonali huma mistennija li jikkonformaw. Is-sorveljanza fil-livell tal-UE ssir fil-forma tas-setgħa tal-Kummissjoni li tiftaħ proċeduri ta’ ksur meta Stat Membru jonqos milli jimplimenta leġiżlazzjoni. Barra minn hekk, l-EBA tista’ tinvestiga u tagħmel rakkomandazzjonijiet jekk ikun ġie identifikat ksur potenzjali tal-liġi tal-Unjoni dwar il-ħasil tal-flus.
Il-livell tal-SM u tal-UE Minħabba n-natura internazzjonali kemm tas-sistema finanzjarja kif ukoll tal-kriminalità serja u tat-terroriżmu, il-Gvern Federali ħa r-rwol primarju fit-tfassil u fl-infurzar tal-liġi fl-oqsma tal-ħasil tal-flus (ML) u tal-finanzjament tat-terroriżmu (TF). Il-liġijiet tal-Istati jistgħu jiġu suġġetti għal prelazzjoni meta l-Kungress jinkludi espliċitament klawżola ta’ prelazzjoni, meta liġi tal-Istat tkun f’kunflitt mal-liġi Federali, u meta l-Istati jiġu preklużi milli jirregolaw imġiba f’qasam li l-Kungress ikun iddetermina li trid tkun irregolata esklussivament mill-awtoritajiet Federali. Ir-regolaturi Federali (OCC, Federal Reserve, FDIC, NCUA,...) għandhom l-awtorità ta’ eżaminazzjoni u ta’ infurzar b’delega mill-FinCen.
Il-bażi ġuridika hija l-BSA mill-1970 u l-Att ta' Implimentazzjoni tiegħu; imsaħħaħ mill-USA Patriot Act mill-2001. Is-sistema tal-Istati Uniti tal-AML/tas-CFT għandha fokus qawwi fuq l-infurzar tal-liġi. L-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi (LEA) kollha (Federali, Statali, lokali), għandhom aċċess dirett għar-rapporti ta' attività suspettata ppreżentati lill-FinCEN. Karatteristika partikolarment b’saħħitha hija l-approċċ tat-task force interaġenzjali, li jintegra l-awtoritajiet mil-livelli kollha (Federali, Statali, lokali). Dan l-approċċ jintuża ħafna sabiex jitwettqu l-ML/it-TF u sabiex jiġu ppredikati l-investigazzjonijiet, u wera suċċess kbir f’każijiet sinifikanti, kbar u kumplessi.
Federali u Statali
33 Statistika Il-qafas legali tal-UE jobbliga lill-Istati Membri biex jiġbru l-istatistika dwar l-ML, u biex jipreżentawhom lill-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-UE. Imbagħad, il-Eurostat huwa obbligat jirrapporta din l-istatistika, iżda l-obbligu legali ma tantx ilu li daħal fis-seħħ. Sadanittant, ftit li xejn hemm data kwantitattiva sistematika dwar il-volumi ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu. Il-livell tal-SM u tal-UE L-Istati Uniti jżommu statistika komprensiva ħlief dwar l-investigazzjonijiet, il-prosekuzzjonijiet u l-kundanni relatati mar-reati ta’ ML fl-Istati, jew statistika dwar il-proprjetà ffriżata, maqbuda u kkonfiskata fil-livell tal-Istati. Federali u Statali
35 Sanzjonijiet L-Istati Membri huma obbligati jagħtu s-setgħa u r-riżorsi lill-awtoritajiet superviżorji tal-ħasil tal-flus biex jimponu sanzjonijiet meta jiġi identifikat ksur tar-regoli superviżorji. Fil-prattika, in-natura u s-severità tas-sanzjonijiet ivarjaw skont il-ġuriżdizzjoni. Il-livell tal-SM Huma disponibbli diversi sanzjonijiet kriminali, ċivili u amministrattivi, proporzjonati u dissważivi, li jvarjaw minn ittri dixxiplinarji sa multi u priġunerija. Il-FinCEN jista’ jressaq azzjoni ta’ infurzar għal ksur tal-BSA. Għandu awtorità Federali tal-infurzar unika fuq l-FIs u d-DNFBPs koperti. Minbarra s-CMPs, il-FinCEN jista’ jieħu azzjonijiet amministrattivi formali u informali oħra. Aġenziji oħra (bħall-SEC) ukoll għandhom is-setgħa skont l-Att rispettiv tagħhom sabiex jieħdu firxa ta’ azzjonijiet superviżorji. Federali

Sors: sommarju tal-QEA, ibbażat fuq diversi dokumenti tal-FATF, tal-FinCEN, tal-Kummissjoni u tal-EBA.

Anness V – Passi fil-proċess ta’ BUL

Fażi Proċess Parti Kkonċernata Kronoloġija
Talba L-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ir-Regolament Fundatur tal-EBA) jipprevedi l-possibbiltà li l-EBA tinvestiga ksur allegat jew nuqqas ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ ċerti korpi, sabiex tinvestiga ċerti korpi dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni.
Ir-Regolament dwar l-EBA ma jistabbilixxix kif u meta, jiġifieri l-ebda wieħed minn dawn il-korpi (inkluża l-Kummissjoni) ma għandu xi obbligu legali dwar kif jew meta jenħtieġ li jagħmel talba lill-EBA.
Trid issir talba lill-EBA minn awtorità kompetenti waħda jew aktar, mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill, mill-Kummissjoni jew mill-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati. Talba tista’ ssir fi kwalunkwe ħin u l-EBA ma għandhiex obbligu legali speċifiku li twieġeb sa ċertu żmien.
Investigazzjoni Preliminari Valutazzjoni preliminari tal-allegat BUL. L-EBA twettaq investigazzjonijiet preliminari, inkluża komunikazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, sabiex tistabbilixxi l-fatti dwar l-allegat BUL. Ma hemm l-ebda terminu legali speċifiku għal dan il-perjodu.
Investigazzjoni Il-proċess formali sabiex jiġi deċiż jekk ikunx seħħ BUL. Il-President tal-EBA jiddeċiedi jekk jibdiex investigazzjoni dwar BUL jew le. Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-EBA jipprovdu għat-tlaqqigħ ta’ Bord li jikkonsisti fil-President u f’sitt membri tal-Bord tas-Superviżuri (BoS) li mhumiex ikkonċernati mill-investigazzjoni. Il-Bord jiddeċiedi li jew:
  • jagħlaq l-investigazzjoni mingħajr ma jadotta rakkomandazzjoni
  • jew, jekk jiġi stabbilit BUL, jagħmel rakkomandazzjoni lill-BoS għal BUL.
L-EBA tista’ tindirizza rakkomandazzjoni lill-awtorità kompetenti kkonċernata li tistabbilixxi l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mad-dritt tal-Unjoni mhux aktar tard minn xahrejn mill-bidu tal-investigazzjoni tagħha.
Rakkomandazzjoni Il-BoS jikkonkludi li hemm ksur tad-dritt tal-Unjoni u jindirizza rakkomandazzjoni lill-awtorità kompetenti kkonċernata. Id-deċiżjoni li tiġi adottata rakkomandazzjoni tittieħed mill-Bord tas-Superviżuri tal-EBA, magħmul minn superviżuri minn 27 awtorità kompetenti. Id-deċiżjoni dwar l-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni trid tittieħed fi żmien xahrejn mill-bidu tal-investigazzjoni (ara l-punt preċedenti).
Komunikazzjoni Indirizzar tar-rakkomandazzjoni lill-awtorità nazzjonali kompetenti (NCA) Ir-rakkomandazzjoni tistabbilixxi l-azzjoni neċessarja għall-konformità mad-dritt tal-Unjoni. L-NCA trid twieġeb fi żmien 10 ijiem.
Opinjoni Meta l-awtorità kompetenti ma tikkonformax, il-Kummissjoni tista’ toħroġ opinjoni formali lill-NCA. Il-Kummissjoni tista’ taġixxi, wara li tkun ġiet informata mill-EBA, jew fuq l-inizjattiva tagħha stess. Il-Kummissjoni tista’ toħroġ opinjoni formali bħal din mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni, u tista’ testendi dan iż-żmien b’xahar.

Sors: ir-Regolament dwar l-EBA, ir-Regoli ta’ Proċedura tal-EBA.

Anness VI – Kontrolli tat-traspożizzjoni

Data ta’ skadenza tat-traspożizzjoni is-26 ta’ Ġunju 2017
Notifiki tal-Istati Membri ppreżentati sad-data ta' skadenza jew qabel it-tnedija ta’ proċedimenti ta’ ksur għal nuqqas ta’ komunikazzjoni 6
L-għadd ta’ Stati Membri li ma kinux innotifikaw it-traspożizzjoni kompluta fiż-żmien meta sar dan l-awditu (Lulju 2020) 8
L-għadd ta’ proċedimenti ta’ ksur li tnedew għal nuqqas ta’ komunikazzjoni u għal nuqqas ta’ kompletezza 28
Durata kumplessiva tal-proċedimenti ta’ ksur minħabba l-kompletezza (f’xhur)52 Aktar minn 36 (għaddejjin bħalissa)53

Sors: l-analiżi mill-QEA tal-analiżi li twettqet mill-Kummissjoni.

Anness VII – Tipi ta’ skambju ta’ informazzjoni fil-BĊE

Kategoriji Skambji fil-kuntest tal-iskambju ta’ informazzjoni regolari annwali (mibgħuta u riċevuti) Skambji ad hoc fuq inizjattiva proprja (mibgħuta u riċevuti) Skambji bbażati fuq talbiet ad hoc (mibgħuta u riċevuti)
Informazzjoni kondiviża Kondiviżjoni annwali ta’ siltiet mid-deċiżjonijiet tal-SREP mill-BĊE mal-awtoritajiet tal-AML/tas-CFT (kondiviżi fuq inizjattiva proprja)

Punteġġi u valutazzjonijiet tar-riskji ta’ ML/TF; rapporti u sanzjonijiet tal-OSI (talbiet annwali mibgħuta mill-BĊE lill-awtoritajiet tal-AML/tas-CFT)
Informazzjoni rilevanti oħra li tirriżulta mis-superviżjoni taż-żewġ funzjonijiet Informazzjoni rilevanti oħra li tirriżulta mis-superviżjoni taż-żewġ funzjonijiet

Sors: il-QEA, ibbażat fuq informazzjoni ppreżentata mill-BĊE.

Akronimi u abbrevjazzjonijiet

AML: Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus

AMLD: Id-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus

BĊE: Il-Bank Ċentrali Ewropew

BCBS: Il-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja

BOS: Il-Bord tas-Superviżuri

BUL: Ksur tad-dritt tal-Unjoni

CFT: Il-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu

CRD: Id-Direttiva dwar ir-rekwiżiti ta’ kapital

EBA: L-Awtorità Bankarja Ewropea

EGMLTF: Il-Grupp ta’ Esperti dwar il-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu

EIOPA: L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol

ESMA: L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq

FATF: It-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja

FINCen: Financial Crimes Enforcement Network

FTE: Ekwivalenti għall-full-time

LFN: Ittra ta’ intimazzjoni

MER: Rapport ta’ evalwazzjoni reċiproka

ML/TF: Ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu

MSU: Mekkaniżmu superviżorju uniku

PDG: Prodott domestiku gross

SEAE: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

SNRA: Valutazzjoni tar-riskji supranazzjonali

UIF: Unità tal-intelligence finanzjarja

Glossarju

Att delegat: Att legalment vinkolanti użat mill-Kummissjoni, jekk la l-Parlament u lanqas il-Kunsill ma jagħmlu oġġezzjoni, sabiex jissupplimenta jew jemenda partijiet mhux essenzjali tal-leġiżlazzjoni tal-UE, pereżempju billi jagħti dettalji tal-miżuri ta’ implimentazzjoni.

Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE): L-ASE huma l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (“EIOPA”) u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (“ESMA”). L-ASE jaħdmu sabiex jarmonizzaw is-superviżjoni finanzjarja fl-UE, u jgħinu sabiex jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti tal-ġabra ta’ regoli sabiex jinħolqu kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni. Huma għandhom ukoll il-mandat li jivvalutaw ir-riskji u l-vulnerabbiltajiet fis-settur finanzjarju.

Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus: Il-leġiżlazzjoni tal-UE u l-istrument legali prinċipali għall-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni għall-finijiet ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu; l-Ewwel Direttiva – mill-1990 u l-iterazzjonijiet sussegwenti sal-Ħames Direttiva – mill-2018.

Ġlieda kontra l-Finanzjament tat-Terroriżmu (CFT): Reġimi effettivi għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu huma essenzjali sabiex tiġi protetta l-integrità tas-swieq u tal-qafas finanzjarju globali billi jgħinu sabiex jittaffew il-fatturi li jiffaċilitaw l-abbuż finanzjarju.

Id-DĠ FISMA: Id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali; id-DĠ koordinatur għall-AML fil-Kummissjoni.

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE): Istituzzjoni Ewropea stabbilita permezz tat-Trattat ta’ Amsterdam fl-1998; superviżur prudenzjali dirett tal-banek kbar fiż-żona tal-euro permezz tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku mill-2014 ’il hawn.

Il-Europol: L-aġenzija tal-infurzar tal-liġi tal-Unjoni Ewropea li fost l-oħrajn tappoġġa lill-SM fil-ġlieda tagħhom kontra l-ħasil tal-flus u t-terroriżmu.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE): Il-Qorti tal-Ġustizzja tinterpreta d-dritt tal-UE sabiex tiżgura li dan jiġi applikat bl-istess mod fil-pajjiżi kollha tal-UE, u ssolvi tilwim legali bejn il-gvernijiet nazzjonali u l-istituzzjonijiet tal-UE.

Istituzzjoni ta’ kreditu: Impriża, bħal bank, li n-negozju tagħha huwa li tirċievi depożiti jew fondi ripagabbli oħrajn mill-pubbliku u li tagħti self.

Ittra ta’ Intimazzjoni (LFN): Jekk il-pajjiż tal-UE kkonċernat jonqos milli jikkomunika miżuri li jittrasponu bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tad-direttivi, jew ma jirrettifikax il-ksur suspettat tad-dritt tal-UE, il-Kummissjoni tista’ tiftaħ proċedura formali ta’ ksur. Il-proċedura ta’ ksur tibda b’ittra ta’ intimazzjoni, li permezz tagħha l-Kummissjoni tal-UE tippermetti lill-Istat Membru jippreżenta l-fehmiet tiegħu dwar il-ksur osservat.

Kontroll tal-konformità: Kontroll li d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ direttiva tal-UE ġew riflessi b’mod preċiż fil-miżuri nazzjonali ta’ implimentazzjoni.

Kontroll tat-traspożizzjoni: Valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali mad-dispożizzjonijiet ta’ direttiva.

Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS): Il-kumitat primarju li jistabbilixxi standards globali għar-regolamentazzjoni prudenzjali tal-banek u forum għall-kooperazzjoni regolari dwar kwistjonijiet ta’ superviżjoni bankarja.

L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA): Aġenzija tal-UE stabbilita fl-2011; waħda mit-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u r-regolatur prinċipali fil-qasam tar-regolamentazzjoni u tas-superviżjoni bankarji, li tabbozza standards tekniċi regolatorji li jridu jiġu approvati mill-Kummissjoni; b’setgħat li tinfurza l-istandards dwar l-AML.

Opinjoni Motivata (RO): Jekk il-pajjiż tal-UE kkonċernat jonqos milli jikkomunika miżuri li jittrasponu bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tad-direttivi, jew ma jirrettifikax il-ksur suspettat tad-dritt tal-UE, il-Kummissjoni tista’ tiftaħ proċedura formali ta’ ksur. Il-Kummissjoni, wara l-pass li tibgħat LFN u tikkonkludi li l-pajjiż mhux qed jissodisfa l-obbligi tiegħu skont id-dritt tal-UE, bħala t-tieni pass fil-proċedura, tista’ tibgħat opinjoni motivata: talba formali għall-konformità mad-dritt tal-UE.

Pajjiz terz: Pajjiż terz ifisser pajjiż jew territorju li ma jkunx fi ħdan il-Komunità Ewropea.

Proċedura ta’ ksur: Skont l-Artikoli 258 sa 260 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-mekkaniżmu prinċipali ta’ infurzar ippromulgat mill-Kummissjoni kontra Stat Membru kull meta tkun tal-fehma li l-Istat Membru jkun qed jikser l-obbligi tiegħu skont id-dritt tal-UE.

Proċess ta’ Reviżjoni u Evalwazzjoni Superviżorji (SREP): Il-proċess superviżorju annwali għal banek kbar fiż-żona tal-euro taħt superviżjoni diretta tal-BĊE. Jagħti lis-superviżuri sett armonizzat ta’ għodod sabiex jeżaminaw il-profil tar-riskju ta’ bank minn erba’ angoli differenti – il-Mudell tan-negozju, il-Governanza u r-riskju, il-Kapital u l-Likwidità.

Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE): Is-SEAE huwa s-servizz diplomatiku tal-UE. Għandu l-għan li jagħmel il-politika barranija tal-UE aktar koerenti u effettiva, u b’hekk li jżid l-influwenza globali tal-Ewropa. Imexxi r-relazzjonijiet diplomatiċi tal-UE ma’ pajjiżi oħrajn barra mit-territorju tal-UE u jmexxi l-politika estera u ta’ sigurtà tal-UE.

Superviżjoni prudenzjali: Sorveljanza diretta tal-istituzzjonijiet finanzjarji (inklużi l-banek) sabiex jiġi żgurat li dawn mhux biss ikunu konformi mar-regolamenti f’sens legali iżda li jkunu qed joperaw b’mod sod u prudenti fl-ispirtu tal-qafas regolatorju.

Superviżur tal-AML: L-awtorità pubblika fl-Istat Membru inkarigata bis-superviżjoni tar-reġim dwar l-AML/is-CFT, bl-eżaminar tal-entitajiet marbutin b’obbligu għall-aderenza mar-reġim tal-ġuriżdizzjoni dwar l-AML u bl-impożizzjoni ta’ multi għal nuqqas ta’ konformità.

Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja (FATF): Korp intergovernattiv stabbilit fl-1989 mill-Ministri tal-ġuriżdizzjonijiet Membri tiegħu. Għandu 39 Membru, inklużi l-Kummissjoni Ewropea u 14-il Stat Membru. Korp li jistabbilixxi standards u jippromwovi l-implimentazzjoni effettiva ta’ miżuri legali, regolatorji u operazzjonali għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu u theddidiet oħrajn relatati mal-integrità tas-sistema finanzjarja internazzjonali. “Korp ta’ tfassil ta’ politika” li jaħdem sabiex jiġġenera r-rieda politika neċessarja sabiex jitwettqu riformi leġiżlattivi u regolatorji nazzjonali f’dawn l-oqsma.

Traspożizzjoni tad-dritt tal-UE: Il-proċedura li permezz tagħha l-Istati Membri tal-UE jinkorporaw id-direttivi tal-UE fid-dritt nazzjonali tagħhom sabiex jagħmlu l-objettivi, ir-rekwiżiti u d-dati ta’ skadenza tagħhom direttament applikabbli.

Unità tal-Intelligence Finanzjarja (UIF): L-awtorità nazzjonali kompetenti, responsabbli għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus fl-Istat Membru. Responsabbli għall-ġbir, għall-analiżi u għat-tixrid tar-rappurtar ippreżentat mill-entitajiet marbutin b’obbligu inkluż ma’ Stati Membri oħra tal-UE u ma’ pajjiżi terzi, u għall-kollegament mal-infurzar tal-liġi, jekk ikun neċessarju.

Risposti tal-Kummissjoni u tas-SEAE

Sommarju eżekuttiv

Tweġibiet mill-Kummissjoni dwar is-Sommarju Eżekuttiv (il-paragrafu I-XI):

Il-Kummissjoni hija impenjata bis-sħiħ fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu kemm fl-UE kif ukoll globalment. Filwaqt li matul is-snin l-UE żviluppat qafas regolatorju solidu, hemm kunsens dejjem jikber li dan il-qafas jeħtieġ li jittejjeb bil-ħsieb li tinkiseb politika komprensiva tal-Unjoni. Għal dan il-għan, fis-7 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni adottat Pjan ta’ Azzjoni li jħabbar sett ambizzjuż ta’ miżuri dwar politika komprensiva tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Il-Pjan ta’ Azzjoni jiddeskrivi r-riformi meħtieġa bil-ħsieb li jissaħħu d-difiżi tal-Unjoni, tiġi indirizzata l-frammentazzjoni attwali u tiġi prevista ġabra unika tar-regoli, u superviżur fil-livell tal-UE li jgawdi setgħat superviżorji diretti fuq sett limitat tal-aktar istituzzjonijiet finanzjarji riskjużi. Il-pjan ta’ azzjoni jipprevedi wkoll mekkaniżmu għall-appoġġ u l-koordinazzjoni tal-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja.

Il-pakkett leġiżlattiv li jmiss se jipprevedi aktar armonizzazzjoni fil-forma ta’ Regolament dwar l-AML li jakkumpanja Direttiva AML riveduta.

Fis-7 ta’ Mejju 2020, flimkien mal-adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni, il-Kummissjoni ppubblikat metodoloġija riveduta għall-identifikazzjoni ta’ pajjiżi terzi b’riskju għoli għall-finijiet tad-Direttiva AML li tipprevedi sinerġija akbar mal-proċess tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja u involviment akbar mal-pajjiżi terzi kkonċernati.

Il-Kummissjoni tfakkar li f’Frar 2019 adottat l-ewwel lista awtonoma tagħha ta’ pajjiżi terzi b’riskju kbir li huma ta’ theddida għall-ħasil tal-flus għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni u għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Din il-lista awtonoma ġiet irrifjutata mill-Kunsill bħala parti mid-dritt ta’ skrutinju tiegħu. Wara dan ir-rifjut, il-Kummissjoni rrevediet il-metodoloġija tagħha u bdiet l-involviment imsaħħaħ tagħha mal-pajjiżi terzi kkonċernati.

Rigward it-traspożizzjoni preċedenti tad-direttivi mill-Istati Membri, hekk kif il-miżuri ta’ traspożizzjoni ġew innotifikati bis-sħiħ mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għamlet l-aħjar sforzi biex tlesti l-valutazzjoni tagħha. Madankollu, il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-isfidi għal traspożizzjoni sħiħa u kompleta tad-Direttivi AML, li ħafna drabi tirrikjedi mhux biss l-adozzjoni ta’ strument legali ċentrali tal-AML, iżda wkoll emendi ta’ diversi strumenti legali oħra fl-ordnijiet nazzjonali kkonċernati.

Kummenti

24

Fir-rigward tas-sors tal-fondi msemmija fl-Anness III, il-Kummissjoni tixtieq tfakkar li skont l-Artikolu 155(2) tar-Regolament Finanzjarju 2018/1046, il-politika dwar pajjiżi terzi tintuża wkoll biex tissalvagwardja l-baġit tal-Unjoni. Persuni u entitajiet li jimplimentaw fondi tal-Unjoni (strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji) ma għandhomx jidħlu jew iġeddu operazzjonijiet ma’ entitajiet inkorporati jew stabbiliti f’ġurisdizzjonijiet li huma identifikati bħala ta’ riskju għoli.

Tweġiba komuni għall-paragrafi 27 u 28

Fir-rigward tal-metodu tal-ġbir ta’ kontributi biex tiġi ġġenerata lista ta’ pajjiżi terzi, in-novità tal-proċess xekklet implimentazzjoni rapida. Il-Kummissjoni ilha taħdem mas-SEAE biex tistabbilixxi metodi ta’ ħidma li jippermettu fluss f’waqtu ta’ informazzjoni. Il-metodoloġija rfinuta adottata f’Mejju 2020 tippermetti wkoll impenn imsaħħaħ ma’ pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni Ewropea, f’kooperazzjoni mas-SEAE, bdiet il-proċess ta’ involviment ma’ pajjiżi terzi fis-sajf tal-2020.

32

Il-Kummissjoni hija membru tal-FATF u tieħu sehem attiv fil-flussi ta’ ħidma tal-FATF. Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis l-MERs ta’ pajjiż terz ikkonċernat fost sorsi oħra. Sa fejn l-MER kien skadut, ġiet ikkunsidrata informazzjoni aġġornata disponibbli biex tirrifletti l-aħħar sitwazzjoni attwali f’pajjiż terz partikolari.

36

Il-Kummissjoni qed tikkunsidra r-reviżjoni tal-politika dwar pajjiżi terzi fil-pakkett leġiżlattiv li jmiss dwar l-AML.

44

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-aġġornament tal-Valutazzjoni tar-Riskju Nazzjonali Supra (Supra National Risk Assessment, SNRA) kull sentejn jirrappreżenta l-aħħar riskji, inklużi l-bidliet matul iż-żmien. Kif imsemmi fil-paragrafu 46 hawn taħt, l-iskedi informattivi kollha għas-setturi u l-prodotti ġew aġġornati fl-2019 u ġew miżjuda setturi u prodotti ġodda (47 fl-2019 aktar minn 40 fl-2017). Fir-rigward ta’ informazzjoni statistika aġġornata dwar il-volumi monetarji ta’ ML/TF, ara t-tweġiba fil-paragrafu 48.

46

(It-tieni inċiż ) Il-bidla fil-punteġġ kienet ibbażata fuq l-evidenza li waslet mingħand il-partijiet ikkonċernati u minn sorsi indipendenti. Barra minn hekk, il-punteġġi ġew ivvalidati l-ewwel mill-partijiet ikkonċernati ewlenin (pereżempju l-EUROPOL), kif ukoll mis-servizzi kollha kkonċernati tal-Kummissjoni f’ISG iddedikat.

Madankollu, il-Kummissjoni taqbel li hija meħtieġa aktar ħidma biex jiġu sostanzjati aħjar il-bidliet f’dan il-qasam.

It-tielet inċiż) L-SNRA, fil-prinċipju, ma jistax ikollha fokus ġeografiku. Madankollu, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li għal xi setturi dan jista’ jkun applikabbli.

(Ir-raba’ inċiż ) Kull darba ġew adottati żewġ SNRAs biss (fl-2017 u fl-2019), il-frekwenza tal-aġġornamenti kull sentejn hija diġà nieqsa mill-istandards internazzjonali pprovduti mill-FATF u meta jitqies li l-valutazzjonijiet tar-riskju nazzjonali jiġu adottati kull 4-5 snin mill-Istati Membri.

Tweġiba komuni għall-paragrafi 48 u 49

Il-Kummissjoni tixtieq tinnota li d-dispożizzjoni għall-Eurostat biex tippreżenta stimi ta’ volumi kwantitattivi ta’ ħasil tal-flus ġiet introdotta reċentement u mhijiex obbligatorja. Barra minn hekk, għall-istimi, huma meħtieġa data tal-Istati Membri ta’ kwalità tajba u metodoloġija statistika kumplessa, li mhumiex disponibbli f’dan l-istadju.

Tweġiba komuni għall-paragrafi minn 57 sa 59.

L-Istati Membri jeħtieġu ż-żmien biex jadottaw u jinnotifikaw miżuri ta’ traspożizzjoni għal Direttiva kumplessa. Dan ta’ spiss jeħtieġ emendi ta’ diversi biċċiet ta’ leġiżlazzjoni fl-ordni legali intern. Bħala eżempju, Stat Membru beda jinnotifika l-miżuri ta’ traspożizzjoni tiegħu f’Awwissu 2017 u ppreżenta l-aħħar notifika f’Ottubru 2020. Huwa biss wara l-aħħar notifika li l-Kummissjoni setgħet tasal għal konklużjoni dwar it-traspożizzjoni sħiħa u korretta.

Biex tinbeda proċedura ta’ ksur, irrispettivament minn jekk l-Istat Membru jiddikjarax traspożizzjoni sħiħa jew parzjali, il-leġiżlazzjoni nazzjonali għandha tiġi tradotta u vvalutata. Dan il-proċess, kif muri hawn fuq, jieħu ż-żmien. Fi proċedimenti ta’ ksur, huwa importanti li wieħed ikun preċiż, mhux rapidu.

Il-Kummissjoni tixtieq tiċċara li hemm fis-seħħ gwida korporattiva eżistenti għall-kontroll tat-traspożizzjoni tal-istrumenti legali tal-UE fil-liġi nazzjonali. Għalhekk, ma kienx meqjus neċessarju li tiġi żviluppata gwida speċifika addizzjonali.

85

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li ladarba tkun saret talba formali lill-EBA biex tinvestiga każ potenzjali ta’ BUL, ma seta’ jsir l-ebda skambju regolari formalizzat matul l-investigazzjoni tal-EBA.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

112

Il-pakkett tal-AML li jmiss se jipprevedi superviżur tal-AML/CFT tal-UE, kif diġà mħabbar fil-Pjan ta’ Azzjoni adottat f’Mejju 2020.

113

Il-pakkett tal-AML li jmiss se jipprevedi aktar armonizzazzjoni fil-forma tal-ewwel Regolament dwar l-AML.

Rakkomandazzjoni 1 — Il-Kummissjoni għandha ttejjeb il-valutazzjonijiet tar-riskju tagħha
  1. Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.
  2. Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.
  3. Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.
116

Ara t-tweġibiet tal-Kummissjoni taħt il-paragrafi 56, 58, 60-62.

Rakkomandazzjoni 2 — Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-effett konsistenti u immedjat tal-leġiżlazzjoni AML/CFT

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

118

Saru talbiet formali lill-EBA għal kwalunkwe investigazzjoni tal-BUL wara valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-informazzjoni disponibbli b’appoġġ għat-talba.

Rakkomandazzjoni 3 — L-EBA u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu użu aħjar mis-setgħat BUL tagħhom għall-ML/TF
  1. Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.
  2. Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.
  3. Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

Il-Kummissjoni ma tistax, f’dan l-istadju, tieħu impenji dwar il-kontenut ta’ proposti leġiżlattivi futuri. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li, f’livell aktar speċifiku fir-rigward tal-protezzjoni / l-ipproċessar tad-data, ir-rakkomandazzjoni teħtieġ analiżi tal-liġi amministrattiva u tal-protezzjoni tad-data eżistenti tal-UE, u jeħtieġ li tiġi inkwadrata kontra d-dispożizzjonijiet eżistenti tad-Direttiva AML dwar il-kondiviżjoni tal-informazzjoni. Barra minn hekk, l-iżvilupp futur tal-qafas legali u istituzzjonali tal-AML, kif imħabbar fil-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Mejju 2020, se jipprovdi soluzzjoni permezz tal-istabbiliment intenzjonat ta’ Awtorità tal-AML tal-UE.

123

Il-pakkett AML/CFT li jmiss se jindirizza d-dgħufijiet attwali fir-rigward tal-politika dwar pajjiżi terzi (il-paragrafu 36), identifikazzjoni aħjar tar-riskji (il-paragrafu 49), kontroll aktar f’waqtu tat-traspożizzjoni (il-paragrafu 66), proċess tal-BUL f’waqtu (il-paragrafu 86).

Risposti tal-BĊE

Paragrafu 89

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jixtieq jiċċara li r-raġuni għaliex il-BĊE ma jistax jeżerċita superviżjoni fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus/il-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu (AML/CFT) tinsab fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (TFUE), aktar milli fit-test tar-Regolament dwar il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (RMSU) li ġie adottat fl-2013.

Il-Premessa Nru 28 tar-RMSU sempliċiment tirrifletti l-Artikolu 127(6) tat-TFUE, li jiddikjara dan li ġej (enfasi miżjuda):

“Il-Kunsill li jaġixxi b' mod unanimu permezz ta' regolament skond il-proċedura leġislattiva speċjali u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew, jista' jagħti missjonijiet speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew li jirrigwardaw politika relatata mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ta' istituzzjonijiet finanzjarji oħra, bl-eċċezzjoni ta' l-impriżi ta' assigurazzjoni.”

Paragrafu 90

Ta’ min jinnota li s-superviżjoni tal-AML/CFT tkopri firxa wiesgħa ħafna ta’ entitajiet, mhux biss il-banek (pereżempju, tinkludi wkoll istituzzjonijiet ta’ pagament, impriżi tal-assigurazzjoni, fornituri ta’ kreditu għall-konsumatur, fornituri ta’ servizzi ta’ assi virtwali, eċċ.) u li l-awtoritajiet nazzjonali ħafna drabi jwettqu kompiti superviżorji minbarra superviżjoni prudenzjali, inkluż fir-rigward ta’ tali tipi oħra ta’ entitajiet. Dan jista’ jaffettwa l-konklużjonijiet tal-Istati Membri rigward is-sinerġiji miksuba billi jiġu kkonċentrati kompiti varji fi ħdan l-istess korp pubbliku, kif imsemmi fil-paragrafu 90.

Meta wieħed iħares b’mod partikolari lejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, hemm proċeduri separati għad-determinazzjoni ta’ liema istituzzjonijiet huma sinifikanti għal skopijiet ta’ superviżjoni prudenzjali u li huma sinifikanti għall-finijiet ta’ superviżjoni AML/CFT. Dan ġeneralment iwassal għal żewġ gruppi ta’ entitajiet taħt superviżjoni li jikkoinċidu biss parzjalment.

Paragrafu 95

Jekk jogħġbok ara t-tweġiba tal-BĊE għall-paragrafi 89 u 90.

Paragrafu 98

Fl-2019 il-BĊE ffirma l-ftehim multilaterali li jistabbilixxi l-modalitajiet prattiċi għall-iskambju ta’ informazzjoni mas-superviżuri nazzjonali tal-AML/CFT tal-istituzzjonijiet finanzjarji u tal-kreditu fiż-Żona Ekonomika Ewropea, kif rikjest mill-ħames Direttiva AML. Il-Ftehim AML sar sussegwentement operattiv u ġie implimentat progressivament matul l-2019 meta s-superviżuri tal-AML/CFT iffirmaw il-Ftehim AML u kien hemm kemm skambji ad hoc kif ukoll regolari ta’ informazzjoni mas-superviżuri tal-AML/CFT. F’dan il-kuntest, bejn Jannar u Novembru 2019 il-BĊE qasam informazzjoni fir-rigward ta’ entitajiet sorveljati minn żewġ terzi tal-gruppi sinifikanti sorveljati.

L-iskambju regolari annwali ta’ informazzjoni ġie estiż fil-bidu tal-2020 biex jinkludi, minbarra l-kondiviżjoni annwali mill-BĊE ta’ siltiet mill-ittri tal-SREP, talba lill-awtoritajiet AML/CFT għal, fost l-oħrajn, informazzjoni relatata mal-punteġġi u l-valutazzjonijiet tar-riskju AML/CFT. Mill-2020 il-BĊE kien qed jiskambja informazzjoni fir-rigward ta’ entitajiet issorveljati mill-gruppi sorveljati sinifikanti kollha (ara wkoll il-paragrafu 99 fir-rapport).

Paragrafu 102

Kif intqal fit-tweġiba tal-BĊE għall-paragrafu 98, il-Ftehim AML ġie ffirmat fil-bidu tal-2019 u daħal fis-seħħ matul l-2019.

Il-BĊE jixtieq jinnota wkoll li xi kategoriji ta’ informazzjoni, bħas-siltiet rilevanti mid-deċiżjonijiet tal-SREP, diġà huma kondiviżi mill-BĊE fi proċess aktar razzjonalizzat mill-proċess ta’ approvazzjoni deskritt fil-paragrafu 102.

Filwaqt li jibni fuq l-esperjenza miksuba matul dawn l-aħħar sentejn, il-BĊE diġà beda jtejjeb il-politika u l-proċessi interni tiegħu biex iħaffef il-kondiviżjoni tal-informazzjoni:

  • Il-proċessi interni żviluppati biex jiffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni fil-kulleġġi AML/CFT (li għandhom jiġu stabbiliti għal madwar nofs l-istituzzjonijiet u l-gruppi sinifikanti) jinkludu proċedura simplifikata għat-teħid tad-deċiżjonijiet biex jittejbu l-puntwalità u l-effiċjenza tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-BĊE u l-awtoritajiet superviżorji AML/CFT fi ħdan il-kulleġġi AML/CFT.
  • Il-BĊE biħsiebu jimplimenta proċess simplifikat għall-iskambju ta’ informazzjoni skont il-Ftehim AML sa tmiem l-2021.
Paragrafu 106

Il-BĊE jixtieq jinnota li kien proattiv u mill-2019 huwa diġà aġġorna u implimenta l-Manwal Superviżorju u l-metodoloġiji interni tiegħu biex jinkorpora tħassib prudenzjali relatat mar-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ML/TF) fis-superviżjoni barra mill-post u fuq il-post u fil-proċeduri tal-awtorizzazzjonijiet.

Il-Manwal Superviżorju aġġornat ġie applikat ukoll għaċ-ċiklu tal-2020 SREP, li fih il-JSTs kollha analizzaw l-impatt prudenzjali ta’ diversi sinjali ta’ twissija ML/TF fil-valutazzjoni tal-SREP (ara wkoll il-paragrafu 110 fir-rapport).

Paragrafu 108

Jekk jogħġbok ara t-tweġiba tal-BĊE għall-paragrafu 106.

Paragrafu 109

Jekk jogħġbok ara t-tweġiba tal-BĊE għall-paragrafu 106.

Paragrafu 121

Jekk jogħġbok ara t-tweġiba tal-BĊE għall-paragrafu 102.

Paragrafu 122

Jekk jogħġbok ara t-tweġiba tal-BĊE għall-paragrafu 106.

Rakkomandazzjoni 4 – BĊE

Il-BĊE jaċċetta r-rakkomandazzjoni.

Rigward il-punt a) jekk jogħġbok irreferi għat-tweġiba tal-BĊE għall-paragrafu 102 għal aktar sfond dwar l-iżvilupp kontinwu u ppjanat tal-proċessi interni tiegħu.

Fir-rigward tal-punt b) il-BĊE se jaġġorna l-metodoloġija SREP tiegħu wara l-pubblikazzjoni tal-linji gwida emendati tal-ABE SREP.

Risposti tal-EBA

Sommarju eżekuttiv

III

Il-mandat u s-setgħat legali tal-AML/CFT tal-EBA ġew estiżi fl-2020 biex jindirizzaw ir-riskju tal-ML/TF fl-oqsma kollha tas-superviżjoni finanzjarja u fis-setturi kollha. Il-fokus tal-ħidma tagħna kien u għadu t-tisħiħ tas-superviżjoni tal-AML/CFT fl-UE billi jiġu stabbiliti l-istandards it-tajba u billi naħdmu b’mod kostruttiv mal-awtoritajiet kompetenti biex tinkiseb il-konverġenza superviżorja. L-investigazzjonijiet dwar il-ksur tad-dritt tal-Unjoni huma għodda waħda, li l-EBA użat, flimkien ma’ għodod oħra, iżda mhumiex il-motivatur ewlieni tal-ħidma tal-AML/CFT tal-EBA.

V

Ir-riformi, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2020, naqqsu l-frammentazzjoni istituzzjonali billi taw lill-EBA r-rwol ta’ tmexxija, ta’ koordinazzjoni u ta’ monitoraġġ tal-AML/CFT. Madankollu, is-superviżjoni tal-AML/CFT tibqa’ allokata lis-superviżuri nazzjonali li joperaw taħt qafas leġiżlattiv tal-Unjoni li jarmonizza l-minimu, huwa ta’ livell għoli, jipprovdi biss żewġ setgħat ta’ standards tekniċi li l-ebda waħda minnhom ma tikkonċerna l-prattiki superviżorji ewlenin, u huwa traspost b’modi differenti mill-Istati Membri. Għalhekk hemm limiti għal dak li l-EBA tista’ tikseb permezz ta’ armonizzazzjoni u konverġenza taħt il-qafas attwali tal-AML/CFT.

VII

Aħna nilqgħu s-sejba li l-persunal tal-EBA wettaq investigazzjonijiet bir-reqqa dwar il-BUL.

Peress li mill-1 ta’ Jannar 2020, ir-Rieżami tal-ASE introduċa rekwiżiti ġodda dwar il-kunflitt ta’ interess li jirrikjedu li l-membri tal-Bord joqogħdu lura milli jipparteċipaw u jivvutaw dwar punti fuq l-aġenda tal-Bord li jkunu f’kunflitt dwarhom. Fl-implimentazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, l-EBA estendiet ir-rekwiżiti dwar il-kunflitt ta’ interess għall-membri tal-Bord tal-BUL. L-EBA se tirrieżamina dawk il-proċeduri riveduti biex tidentifika liema emendi ulterjuri jistgħu jiġu riportati biex jiġi żgurat aktar li l-proċess deliberattiv ma jiġix affettwat minn kunflitti ta’ interess.

L-EBA ħarġet gwida lis-superviżuri fil-forma ta’ żewġ standards tekniċi, erba’ linji gwida u tmien opinjonijiet dwar kwistjonijiet relatati mal-AML/CFT sal-lum, jew waħedha jew b’mod konġunt mal-ESMA u l-EIOPA. Dawn l-istrumenti legali jinkludu linji gwida dwar is-superviżjoni tal-AML/CFT ibbażata fuq ir-riskju u l-valutazzjoni tar-riskji tal-ML/TF.

In-natura ta’ armonizzazzjoni minima tad-dispożizzjonijiet rilevanti fl-AMLD wasslet għal approċċi diverġenti fl-Istati Membri; il-linji gwida tal-EBA ma jistgħux jegħlbu l-liġi nazzjonali u l-liġijiet nazzjonali diverġenti jillimitaw il-grad ta’ konverġenza li l-linji gwida tagħna jistgħu jiksbu.

IX
  1. L-EBA taċċetta din ir-rakkomandazzjoni. Il-persunal tal-EBA se jirrieżamina l-proċeduri implimentati mir-Rieżami tal-ASE f’Jannar 2020 sabiex tissaħħaħ l-indipendenza tal-membri tal-bord.
  2. L-EBA taċċetta l-ħtieġa li tikkomplementa l-linji gwida ta’ kooperazzjoni mal-AML/CFT tal-ASE għall-2019 li jindirizzaw is-superviżuri tal-AML/CFT mal-linji gwida ta’ kooperazzjoni tal-AML/CFT li jindirizzaw is-superviżuri prudenzjali. Issa għandha l-bażi ġuridika biex tagħmel dan, wara l-emendi tad-Direttiva 2013/36/UE (kif emendata bid-Direttiva (UE) 2019/878 (CRDV)).

Introduzzjoni

10

Il-ħidma tal-EBA inkludiet il-ħruġ ta’ żewġ standards tekniċi regolatorji, erba’ linji gwida u tmien opinjonijiet sal-lum, bħal linji gwida dwar is-superviżjoni tal-AML/CFT ibbażata fuq ir-riskju, dwar il-fatturi ta’ riskju tal-ML/TF u dwar il-kooperazzjoni superviżorja (il-kulleġġi tal-AML/CFT), u tliet opinjonijiet dwar ir-riskji tal-ML/TF li jaffettwaw is-settur finanzjarju tal-UE. Dan minbarra r-rapporti dwar firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet bħall-valutazzjoni tal-EBA tal-approċċi tas-superviżuri għas-superviżjoni tal-AML/CFT, il-funzjonament tal-kulleġġi tal-AML/CFT u l-qafas legali u regolatorju futur tal-AML/CFT.

Osservazzjonijiet

74-75

L-EBA kkonkludiet l-ewwel talba li rċeviet mingħand il-Kummissjoni bl-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni tal-BUL. Wara li rċeviet talbiet ulterjuri, l-EBA żammet lill-Kummissjoni infurmata dwar il-prijoritizzazzjoni u l-progress tagħha.

Il-ħin fl-għeluq tal-każijiet ittieħed minħabba diversi talbiet għal investigazzjonijiet kumplessi li jinvolvu superviżjoni prudenzjali u tal-ML/TF ta’ banek individwali minn diversi superviżuri fuq numru ta’ snin u taħt reġimi leġiżlattivi li qed jinbidlu, u minħabba li l-EBA tagħtihom prijorità f’konformità mar-riżorsi disponibbli. Kien meħtieġ aktar żmien biex jiġu meqjusa l-implikazzjonijiet tal-għeluq ta’ wieħed minn dawk il-każijiet għall-bqija tal-każijiet li ma kinux għadhom ta’ prijorità, u l-EBA taċċetta li komunikazzjoni formali preċedenti setgħet kienet utli.

Is-setgħa ta’ investigazzjoni tal-BUL tal-EBA, madankollu, ma għandhiex preġudizzju għas-setgħa tal-Kummissjoni li tieħu azzjoni skont l-Artikolu 258 TFUE fejn tqis li Stat Membru jkun naqas milli jwettaq obbligu skont it-Trattati.

76

L-EBA tilqa’ s-sejba li l-EBA wettqet investigazzjonijiet komprensivi fiż-żewġ każijiet imsemmija.

79

Fl-1 ta’ Jannar 2020, ir-Rieżami tal-ASE introduċa rekwiżiti addizzjonali dwar il-kunflitt ta’ interess. L-EBA estendiet dawk ir-rekwiżiti għall-membri tal-Bord tal-BUL.

Fiż-żmien tal-proċess deliberattiv inkwistjoni, il-politiki u l-proċeduri tal-EBA dwar il-kunflitti ta’ interess u l-investigazzjonijiet tal-BUL ma għamlux previżjoni rigward il-kuntatt mal-membri tal-Bord tal-BUL. Madankollu, meta jkun meħtieġ, il-membri tal-bord ingħataw il-parir li ma jaċċettawx tentattivi biex jiġu influwenzati fir-rwol tagħhom bħala membri tal-Bord.

80

Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni ġie infurmat bid-deċiżjoni tal-Bord immedjatament wara li l-punt ristrett tal-aġenda kien ġie konkluż. L-EBA ppubblikat stqarrija għall-istampa li tħabbar l-għeluq tal-investigazzjoni u ċ-ċaħda ta’ proposta għal ksur tar-rakkomandazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fil-jum wara t-teħid tal-vot.

82

L-EBA tinnota li hija adottat ksur tar-rakkomandazzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni anki qabel l-aħħar aġġustamenti għall-governanza tagħha, inkluż fir-rigward tas-superviżjoni tal-ML/TF.

Il-governanza tal-EBA hija kwistjoni għall-koleġiżlaturi. L-EBA implimentat bis-sħiħ l-aġġustamenti tar-Rieżami tal-ASE għall-governanza tal-EBA, li jeskludu membri kunfliġġenti tal-Bord tas-Superviżuri milli jipparteċipaw fid-diskussjoni dwar il-punti rilevanti tal-aġenda u milli jivvotaw dwarhom. L-EBA estendiet dawk id-dispożizzjonijiet għal korpi, li jħejju id-deċiżjonijiet għall-Bord tas-Superviżuri, inkluż il-Kumitat Permanenti Kontra l-Ħasil tal-Flus il-ġdid u l-bordijiet tal-BUL.

84

L-EBA tippreferi li jkollha kemm jista’ jkun input sħiħ fid-diskussjonijiet tal-Bord tagħha. Hija tivvaluta f’kull każ jekk is-sensittività u n-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni kkonċernata u r-regoli relatati dwar is-segretezza professjonali jirrikjedux li l-Kummissjoni u membri oħra li ma jivvutawx jiġu esklużi.

L-EBA pprovdiet l-abbozz ta’ rakkomandazzjoni wara korrispondenza mal-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-bażi ġuridika xierqa.

85

Mill-1 ta’ Jannar 2020, ir-Regolament dwar l-EBA formalment jirrikjedi li l-EBA tiddeskrivi kif għandha l-għan li tipproċedi bil-każ. Madankollu, qabel din id-data, l-EBA pprovdiet tali deskrizzjoni permezz ta’ skambji informali, li tinforma lill-persunal tal-Kummissjoni dwar kif kienet tat prijorità lill-każijiet riferuti lilha u ppermettiet lill-persunal tal-Kummissjoni jesprimi kwalunkwe aspettattiva.

86

Huwa r-rwol u r-responsabbiltà tal-Bord tas-Superviżuri li jiddiskuti u jiddeċiedi dwar proposti magħmula mill-bord tal-BUL. Ir-rakkomandazzjoni tal-EBA ta’ Lulju 2018 dwar il-ksur tad-dritt tal-Unjoni turi li l-mekkaniżmu tal-BUL jista’ jkun effettiv u fl-interess tal-UE fejn jeżistu nuqqasijiet ċari ta’ konformità mad-dritt tal-Unjoni u jistgħu jsiru rakkomandazzjonijiet biex is-sitwazzjoni tiġi rrettifikata.

105

L-EBA tinnota li l-armonizzazzjoni minima attwali, il-qafas legali u d-diverġenza li tirriżulta mill-approċċi nazzjonali jillimitaw il-grad ta’ konverġenza li jistgħu jiksbu l-linji gwida tagħha.

L-EBA taqbel, abbażi tas-sejbiet proprji tagħha, li l-approċċi tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għall-valutazzjoni tar-riskju tal-ML/TF assoċjat ma’ istituzzjonijiet finanzjarji individwali taħt is-superviżjoni tagħhom mhux dejjem ikunu effettivi.

L-EBA ħadet passi biex tindirizza dan f’aġġornamenti għall-gwida tagħha dwar is-superviżjoni tal-AML/CFT ibbażata fuq ir-riskju, li bħalissa qed jiġu kkonsultati.

106

L-EBA tixtieq tispeċifika li skont il-Linji Gwida inizjali tas-SREP, is-superviżuri prudenzjali xorta jistgħu jinkorporaw ir-riskji relatati mal-AML fil-valutazzjoni sa fejn dawn jaffettwaw kwalunkwe element tas-SREP.

L-emendi tal-linji gwida tas-SREP għall-2018 ippreċedew il-bidliet leġiżlattivi fil-qafas leġiżlattiv prudenzjali biex jiġi integrat b’mod espliċitu r-riskju tal-ML/TF. L-EBA żviluppat prattiki superviżorji dejjem aktar armonizzati, kif muri mill-opinjonijiet sussegwenti f’dan il-qasam, ladarba l-bażi ġuridika ġiet stabbilita mis-CRDV.

108

L-EBA tinnota li l-armonizzazzjoni minima attwali, il-qafas legali u d-diverġenza li tirriżulta mill-approċċi nazzjonali jillimitaw il-grad ta’ konverġenza li jistgħu jiksbu l-linji gwida tagħha.

Madankollu, wara l-pjan ta’ azzjoni tal-Kunsill u s-CRDV, l-EBA ħarġet żewġ Opinjonijiet b’livell dejjem akbar ta’ dettall dwar l-inkorporazzjoni tar-riskji tal-ML/TF fis-SREP. L-EBA dalwaqt se tikkonsulta dwar il-Linji Gwida riveduti tas-SREP tagħha li jinkludu sett ta’ dispożizzjonijiet armonizzati u aktar integrati li se jippermettu lis-superviżuri prudenzjali jirriflettu l-implikazzjonijiet prudenzjali tar-riskji tal-ML/TF skont is-SREP b’mod konsistenti.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Rakkomandazzjoni 2 – Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-effett konsistenti u immedjat tal-leġiżlazzjoni tal-AML/CFT 119

Il-paragrafu 119 jiġbor fil-qosor ċerti dikjarazzjonijiet fil-paragrafi preċedenti. Għaldaqstant, l-EBA tirreferi għall-kummenti tagħha bi tweġiba għal kull waħda minn dawk id-dikjarazzjonijiet li saru hawn fuq.

120

Kif innutat fil-paragrafu 86, ir-rakkomandazzjoni tal-EBA ta’ Lulju 2018 dwar il-ksur tad-dritt tal-Unjoni turi li l-mekkaniżmu tal-BUL jista’ jkun effettiv.

L-EBA tuża wkoll għodod oħra biex tindirizza l-konverġenza superviżorja bħar-rieżamijiet tas-superviżjoni tal-AML/CFT u, mill-2020, talbiet lill-awtoritajiet kompetenti biex jitwettqu investigazzjonijiet tal-AML/CFT.

L-EBA tikkondividi l-fehma ġenerali li l-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-UE fir-rigward tal-obbligi tal-AML/CFT tittejjeb permezz ta’ aktar użu ta’ regolamenti fuq id-direttivi u billi jiġu pprovduti mandati ta’ standards tekniċi biex jiġu minimizzati d-diffikultajiet ikkawżati minn traspożizzjonijiet nazzjonali differenti.

Rakkomandazzjoni 3 – L-EBA u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu użu aħjar mis-setgħat tal-BUL tagħhom għall-ML/TF
  • L-EBA taċċetta din ir-rakkomandazzjoni. Aħna nirrikonoxxu l-benefiċċji tal-formalizzazzjoni tal-għażliet ta’ prijoritizzazzjoni li hija kkomunikat lill-Kummissjoni, inkluż fejn jista’ jkun hemm dewmien minħabba limitazzjonijiet fir-riżorsi li jipprevjenu l-każijiet milli jiġu investigati immedjatament iżda li jingħalaq il-każ mingħajr investigazzjoni wkoll ma jkunx mixtieq.
  • L-EBA taċċetta din ir-rakkomandazzjoni. Il-persunal tal-EBA se jirrieżamina l-proċeduri implimentati mir-Rieżami tal-ASE f’Jannar 2020 sabiex tissaħħaħ l-indipendenza tal-membri tal-bord.
Rakkomandazzjoni 4 – L-EBA u l-BĊE għandhom jaħdmu biex jinkorporaw aħjar ir-riskju tal-ML/TF fis-superviżjoni prudenzjali
  1. L-EBA taċċetta r-rakkomandazzjoni. L-EBA qed tiżviluppa Linji Gwida riveduti tas-SREP biex tipprovdi gwida aktar dettaljata. L-EBA għandha l-għan li tippubblika linji gwida riveduti għall-konsultazzjoni sa Lulju 2021.
  2. L-EBA taċċetta r-rakkomandazzjoni. Il-linji gwida aġġornati bħalissa qed jiġu kkonsultati u se jiġu ffinalizzati ladarba l-konsultazzjoni pubblika tagħlaq, fis-17 ta’ Ġunju 2021. Il-linji gwida se jipprovdu konsistenza akbar fil-valutazzjonijiet tal-AML/CFT tal-entitajiet taħt superviżjoni billi jindirizzaw l-isfidi fl-implimentazzjoni tal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju għas-superviżjoni tal-AML/CFT identifikati matul ir-rieżamijiet tal-EBA tal-awtoritajiet kompetenti mwettqa fl-2019.
  3. L-EBA taċċetta r-rakkomandazzjoni. L-EBA dalwaqt se tikkonsulta dwar il-linji gwida, li se jagħtu dettalji dwar it-tipi ta’ informazzjoni li għandhom jiġu skambjati mill-awtoritajiet, jisħqu fuq l-importanza tal-puntwalità tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni, u jistabbilixxu mekkaniżmi biex jiżguraw li dan jinkiseb.

Tim tal-awditjar

Ir-rapporti speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditi li twettaq ta’ politiki u ta’ programmi tal-UE, jew ta’ suġġetti relatati mal-ġestjoni minn oqsma baġitarji speċifiċi. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar biex timmassimizza l-impatt tagħhom billi tqis ir-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta’ introjtu jew ta’ nfiq involut, l-iżviluppi li jkunu għad iridu jseħħu u l-interess politiku u pubbliku.

Dan l-awditu tal-prestazzjoni twettaq mill-Awla IV tal-Awditjar, Regolamentazzjoni tas-swieq u ekonomija kompetittiva, li hija mmexxija minn Alex Brenninkmeijer, Membru tal-QEA. L-awditu tmexxa minn Mihails Kozlovs, Membru tal-QEA, li ngħata appoġġ minn Edite Dzalbe, Kap tal-Kabinett u minn Laura Graudina, Attaché tal-Kabinett; Zacharias Kolias, Maniġer Prinċipali; Shane Enright, Kap tal-Kompitu; Giorgos Tsikkos, Helmut Kern, Marc Hertgen, Marion Schiefele, Katja Mravlak u Nadiya Sultan, Awdituri; Andreea-Maria Feipel-Cosciug, Avukat. Michael Pyper ipprovda appoġġ lingwistiku.

Noti finali

1 Ara “Money laundering in Europe” tal-Eurostat (2013).

2 Dan l-aħħar l-EBA kkonkludiet li, għalhekk, l-istess ksur mill-istess istituzzjoni finanzjarja x’aktarx li jwassal għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet u ta’ miżuri differenti, skont liema awtorità kompetenti tkun responsabbli għat-teħid ta’ azzjoni ta’ infurzar, jew l-ebda sanzjoni jew miżura affattu. EBA Report on European Commission’s call for advice on the future EU legal framework on AML/CFT”, Settembru 2020, il-paragrafu 88, p. 23.

3 Dan jista’ jwassal sabiex bank ifalli.

4 F’Jannar 2020, id-DĠ FISMA assuma r-responsabbiltà għall-AML/għas-CFT mid-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi tal-Kummissjoni (DĠ JUST).

5 Dan ġie enfasizzat mill-Istitut ta’ Governanza ta’ Basel fl-Indiċi tiegħu Basel AML Index: Ranking money laundering and terrorist financing risks around the world (Edizzjoni 2020, p. 4): Din il-prestazzjoni fqira hija konsistenti mal-ksur tad-dispożizzjonijiet dwar l-AML fil-banek Ewropej matul l-aħħar ftit snin […] u sservi ta’ allarm dwar il-kwalità tas-superviżjoni bankarja u mhux bankarja relatata mal-AML/mas-CFT.

6 Il-Kummissjoni Ewropea, “Pjan ta’ Azzjoni għal politika komprensiva tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, Mejju 2020.

7 Il-Parlament Ewropew, Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar politika komprensiva tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu – il-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni u żviluppi reċenti oħra, Lulju 2020.

8 Il-Kunsill tal-UE, Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, Novembru 2020.

9 Ir-Rakkomandazzjonijiet 2012 tal-FATF, kif emendati f’Ġunju 2019.

10 Il-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja, “Introduction of guidelines on interaction and cooperation between prudential and AML/CFT supervision”, u “Core Principles for Effective Banking Supervision”.

11 Skont id-Direttivi tal-UE 2015/849 (“AMLD4”) u 2018/843 (“AMLD5”), l-Artikolu 9.

12 It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 290.

13 It-terminu “pajjiż terz” jirreferi għal ġuriżdizzjonijiet (pajjiżi u territorji) barra mit-territorju tal-UE.

14 Il-Kummissjoni, “Methodology for identifying high risk third countries under Directive (EU) 2015/849”.

15 Skala minn 1 (sinifikat baxx) sa 4 (sinifikat għoli).

16 Il-Kummissjoni, ir-“Rapport dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu li jaffettwaw is-suq intern u li huma relatati mal-attivitajiet transfruntiera” it‑Taqsima 4 – Rakkomandazzjonijiet.

17 L-AMLD5, l-Artikolu 6(2)(b) u AMLD5, l-Artikolu 44; dawn l-obbligi jirreferu għall-Kummissjoni, li jistgħu jinkludu r-responsabbiltajiet tal-Eurostat u/jew ta’ DĠ oħra bħall-FISMA.

18 Dawn huma setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikoli 258 u 260 tat-TFUE.

19 Din hija r-responsabbiltà tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17 tat-TUE.

20 L-Artikolu 13 dwar il-miżuri ta’ diliġenza dovuta tal-klijent; l-Artikolu 18 dwar id-diliġenza dovuta tal-klijent imsaħħa; l-Artikolu 30 dwar l-informazzjoni tas-sjieda benefiċjarja u r-reġistru ċentrali; l-Artikolu 45 dwar il-miżuri addizzjonali fil-każ tal-applikazzjoni tal-liġi tal-pajjiż terz u l-Artikolu 50 dwar il-kooperazzjoni mal-ASE.

21 Għal aktar sfond, ara r-Rapport Analitiku Nru 7/2018 tal-QEA “L-applikazzjoni tad-dritt tal-UE fil-prattika: Ir-responsabbiltajiet ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea”.

22 Kien hemm 25 % li wieġbu li s-sessjonijiet ta’ ħidma kienu “utli ħafna” u 60 % wieġbu “kemxejn utli”.

23 Barra minn hekk, fl-istħarriġ tagħna, 12 minn 20 Stat Membru (60 %) iddikjaraw li l-kuntatti informali, eż. il-laqgħat bilaterali mal-Kummissjoni, kienu “utli ħafna”.

24 Ġimgħa wara, 6 Stati Membri kienu ddikjaraw traspożizzjoni kompluta u 15-il Stat Membru kienu għadhom ma nnotifikaw l-ebda miżura.

25 Il-Kummissjoni, “Better Regulation guideline, Toolbox No 37”, p. 285.

26 Sa Settembru 2020.

27 Il-Kummissjoni, “Better Regulation guideline, Toolbox No 37”.

28 Il-kontrolli tat-traspożizzjoni jibdew mal-iskadenza tad-data ta' skadenza għat-traspożizzjoni.

29 F’konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni Better Regulation guideline, Toolbox No 37: Il‑Kummissjoni għandha l-għan li ttemm il-kontroll tat-traspożizzjoni fi żmien sitt xhur wara li tiskadi d-data ta’ skadenza tat-traspożizzjoni. Jekk l-Istati Membri jonqsu milli jinnotifikaw il-miżuri ta’ traspożizzjoni sad-data ta' skadenza, titnieda proċedura ta’ ksur mill-aktar fis possibbli. F’dak il-każ, il-perjodu ta’ sitt xhur jibda meta jiġu nnotifikati l-miżuri. Billi t-tmiem ta’ dan il-perjodu mhuwiex indikat fir-Regolamentazzjoni Aħjar, aħna kkalkulajnieh mid-data ta' skadenza tat-traspożizzjoni sal-bidu tal-proċedura ta’ ksur (il-pajjiżi 1 u 3) u f’każ ta’ dikjarazzjoni nieqsa (il-pajjiż 2) mill-ewwel notifika sal-għeluq tal-każ.

30 Idem.

31 Barra minn hekk, 12 minn 20 Stat Membru (60 %) li wieġbu għall-istħarriġ tagħna ddikjaraw li 4 ministeri tal-gvern ċentrali jew aktar kienu involuti fit-traspożizzjoni tal-AMLD4.

32 Ara d-“Dikjarazzjoni politika konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni”.

33 Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, is-Sentenza tat-8 ta’ Lulju 2019 fil-Kawża C-543/17, Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju; imtennija fis-sentenza tas-16 ta’ Lulju 2020, Il-Kummissjoni Ewropea vs l-Irlanda, C‑550/18, ECLI:EU:C:2020:564, il-paragrafu 74.

34 Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE, ĠU L 331, 15.12.2010, pp. 12-47, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) 2019/2175 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2019.

35 Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament dwar l-EBA.

36 Il-Kummissjoni, ir-Rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni ta’ każijiet riċenti allegati ta’ ħasil tal-flus li jinvolvu istituzzjonijiet ta’ kreditu tal-UE, 2019.

37 Il-Kummissjoni, ir-Rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operat tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) u s-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SESF), 2014.

38 Ir-Rapport Nru 10/2019 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Testijiet tal-istress għall-banek fl-UE kollha: inġabar ammont kbir ta’ informazzjoni dwar il-banek, iżda jinħtieġu koordinazzjoni aħjar u fokus akbar fuq ir-riskji, il-paragrafu 113.

39 Kif meħtieġ mill-Artikolu 33(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ir-“Regolament MSU” jew “RMSU”).

40 L-Artikolu 127(6) TFUE u l-Premessa 28 tar-RMSU.

41 Il-Premessa 29 tar-RMSU.

42 Il-leġiżlazzjoni ma pprevedietx simultanjament eżenzjonijiet korrispondenti mir-reġim tas-segretezza professjonali. Il-Premessa 19 tal-AMLD5 tirrikonoxxi dan u tgħid li: “l-iskambju ta’ informazzjoni kunfidenzjali u l-kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti AML/CFT li jissuperviżjonaw istituzzjonijiet tal-kreditu u finanzjarji u s-superviżuri prudenzjali jenħtieġ li ma jixxekklux b’inċertezza legali li tista’ tinħoloq minħabba fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet espliċiti f’dan il-qasam. Kjarifika tal-qafas legali hija saħansitra aktar importanti peress li s-superviżjoni prudenzjali, f’għadd ta’ każijiet, ġiet fdata lil superviżuri mhux AML/CFT, bħalma hu l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).”

43 L-AMLD5 daħlet fis-seħħ f’Ġunju 2018.

44 Is-CRD V daħlet fis-seħħ f’Ġunju 2019.

45 B’mod speċifiku, istituzzjonijiet ta’ kreditu minn 12-il grupp sinifikanti taħt superviżjoni.

46 L-EBA, Multilateral Agreement on the practical modalities for exchange of information on AML/CFT between the ECB and CAs, 2019.

47 Din il-kwistjoni tqajmet ukoll fir-Rapport Speċjali Nru 29/2016 tal-QEA dwar Il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku – Bidu tajjeb iżda jenħtieġ aktar titjib, il-paragrafu 185.

48 L-EBA, Guidelines on the revised common procedures and methodologies for the supervisory review and evaluation process (SREP) and supervisory stress testing, 2018.

49 Dan kien barra mill-perjodu tal-kampjun tagħna.

50 L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA).

51 L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA).

52 Sa Settembru 2020.

53 Durata tal-itwal proċedura ta’ ksur.

Kronoloġija

Avveniment Data
Il-Memorandum ta’ Ppjanar tal-Awditjar (APM) jiġi adottat / L‑awditu jinbeda 3.3.2020
L-abbozz ta’ rapport jintbagħat uffiċjalment lill-Kummissjoni (jew lill-entità l-oħra awditjata) 26.3.2021
Ir-rapport finali jiġi adottat wara l-proċedura kontradittorja 20.5.2021
Ir-risposti uffiċjali tal-Kummissjoni u tas-SEAE jaslu bil-lingwi kollha 24.6.2021
Ir-risposti uffiċjali tal-BĊE jaslu bil-lingwi kollha 12.5.2021
Ir-risposti uffiċjali tal-EBA jaslu bil-lingwi kollha 19.5.2021

Kuntatt

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors

Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).

Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2021

PDF ISBN 978-92-847-6234-7 ISSN 1977-5741 doi:10.2865/738600 QJ-AB-21-013-MT-N
HTML ISBN 978-92-847-6217-0 ISSN 1977-5741 doi:10.2865/04918 QJ-AB-21-013-MT-Q

DRITTIJIET TAL-AWTUR

© L-Unjoni Ewropea, 2021.

Il-politika tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) dwar l-użu mill-ġdid hija implimentata bid-Deċiżjoni Nru 6-2019 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-politika tad-data miftuħa u l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti.

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor (eż. f’avviżi individwali dwar id-drittijiet tal-awtur), il-kontenut tad-dokumenti tal-QEA, li huwa proprjetà tal-UE, huwa liċenzjat taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution 4.0 International (CC BY 4.0). Dan ifisser li l-użu mill-ġdid huwa awtorizzat, dment li l-awturi jingħataw kreditu xieraq u li l-bidliet jiġu indikati. Il-persuni li jużaw mill-ġdid dan il-kontenut ma jistgħux ibiddlu s-sinifikat jew il-messaġġ oriġinali tad-dokumenti. Il-QEA ma għandhiex tkun responsabbli għal kwalunkwe konsegwenza relatata mal-użu mill-ġdid.

Inti meħtieġ tikseb drittijiet addizzjonali ċari jekk kontenut speċifiku juri individwi privati identifikabbli, eż. f’ritratti li jkun fihom il-membri tal-persunal tal-QEA, jew jekk ikun jinkludi xogħlijiet ta’ parti terza. Fejn ikun inkiseb permess, tali permess għandu jikkanċella u jissostitwixxi l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b’mod ċar kwalunkwe restrizzjoni dwar l-użu.

Biex tuża jew tirriproduċi kontenut li ma jkunx proprjetà tal-UE, inti jista’ jkun li jkollok titlob il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.

Software jew dokumenti li jkunu koperti mid-drittijiet ta’ proprjetà industrijali, bħal privattivi, trademarks, disinji rreġistrati, logos u ismijiet, huma esklużi mill-politika tal-QEA dwar l-użu mill-ġdid u inti ma għandekx il-liċenzja biex tużahom.

Il-familja ta’ Siti Web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan id-dominju europa.eu, tipprovdi links għal siti ta’ partijiet terzi. Peress li l-QEA ma għandha l-ebda kontroll fuqhom, inti mħeġġeġ biex tirrieżamina l-politiki tagħhom dwar il-privatezza u dwar id-drittijiet tal-awtur.

Użu tal-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Ma jistax isir użu mil-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tagħha minn qabel.

Kif tikkuntattja lill-UE

Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f'dan is-sit: https://europa.eu/european-union/contact_mt

Bit-telefown jew bil-posta elettronika
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:

  • bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
  • fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew
  • bil-posta elettronika permezz: https://europa.eu/european-union/contact_mt

Kif issib tagħrif dwar l-UE

Onlajn
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: https://europa.eu/european-union/index_mt

Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tniżżel mill-internet jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li xi wħud minnhom huma bla ħlas u xi oħrajn bil-ħlas, minn: https://op.europa.eu/mt/publications. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tal-informazzjoni lokali tiegħek (ara https://europa.eu/european-union/contact_mt).

Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1952 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: http://eur-lex.europa.eu

Dejta Miftuħa mill-UE
Il-portal tad-Dejta Miftuħa mill-UE (https://copenhagenizeindex.eu/) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-dejta mill-UE. Id-dejta tista’ titniżżel mill-internet u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.