Premju Għall-Belt Aċċessibbli 2024Eżempji tal-aħjar prattika biex bliet tal-UE jsiru aktar aċċessibbli
#EUACCESSCITY

Il-Premju għall-Belt Aċċessibbli annwali jirrikonoxxi bliet Ewropej għall-isforzi eċċezzjonali biex jagħmlu lilhom infushom iktar accessibbli għal persuni b'diżabbiltà u ċittadini iktar anzjani biex jagħmlu l-ħajja iktar faċli għal kulħadd. Dan il-fuljett jiċċelebra l-kisbiet tar-rebbieħa tal-Premju għall-Belt Aċċessibbli 2024, dawk li jiġu t-tieni u t-tielet u rakkomandazzjonijiet speċjali: San Cristóbal de La Laguna (Spanja), Łódź (il-Polonja), Saint-Quentin (Franza), Tübingen (il-Ġermanja), South Dublin County (l-Irlanda). L-ibliet ta' din is-sena qed jagħmlu l-isforz biex jiżguraw approċċ olistiku għall-aċċessibbiltà. Ir-Rakkomandazzjonijiet Speċjali 2024 ngħataw lil Tübingen (il-Ġermanja) għall-"Bauhaus Ewropea l-Ġdida" (ħolqien ta' postijiet, prodotti u modi ta' għajxien li huma sbieħ, sostenibbli, u inklużivi) u lil South Dublin County (l-Irlanda) għal żoni ta' "Pajsaġġ u playground" (impenn għal żoni ta' rikreazzjoni u tal-logħob aċċessibbli).

Tista’ tniżżel il-pubblikazzjonijiet tagћna jew tabbona bla ћlas minn ec.europa.eu/social/publications
Jekk tixtieq tirċievi aġġornamenti regolari dwar id-Direttorat Ġenerali gћall-Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni, irreġistra sabiex tirċievi n-newsletter elettronika ta’ Social Europe bla ћlas minn
ec.europa.eu/social/e-newsletter
Social Europe

EU_Social  
 

Din il-pubblikazzjoni hija disponibbli bi 24 lingwa fil-format li ġejt:
PDF
PDF

Premju għall-Belt Aċċessibbli 2024

Simbolu ta’ faċli biex taqra

Verżjoni faċli tinqara

Verżjoni faċli biex tinqara miktuba b’mod sempliċi biex persuni b’diżabbiltà intellettwali u n-nies kollha jkunu jistgħu jifhmuha. Għal aktar informazzjoni: dwar faċli biex tinqara fuq: www.inclusion-europe.eu/easy-to-read

Min aħna?

Simbolu tal-Kummissjoni Ewropea

Aħna l-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni Ewropea tissuġġerixxi liġijiet li jistgħu jagħmlu lill-Ewropa aħjar.

Fost affarijiet oħra, naħdmu biex nagħmlu l-affarijiet u s-servizzi fl-Ewropa aċċessibbli għal persuni b’diżabbiltà u għan-nies kollha.

Simbolu tal-Forum Ewropew dwar id-Diżabbiltà

Biex isir dan, naħdmu flimkien ma’ organizzazzjonijiet ta’ persuni b’diżabbiltà fl-Ewropa, bħal l-Forum Ewropew dwar id-Diżabbiltà.

Pereżempju, kull sena, naħdmu flimkien biex il-Premju għall-Belt Aċċessibbli jsir.

X'inhu l-Premju għall-Belt Aċċessibbli?

Raġel iżomm premju

Il-Premju għall-Belt Aċċessibbli hu premju li nagħtu kull sena lil bliet li jaħdmu ħafna biex ikunu aċċessibbli.

Grupp ħbieb bi jew mingħajr diżabbiltà

Belt hi aċċessibbli meta n-nies kollha jistgħu jgħixu fiha u jużaw l-affarijiet u s-servizzi kollha mingħajr problemi.

Persuna f’siġġu tar-roti titla’ fuq xarabank permezz ta’ rampa

 

Persuni bi jew mingħajr diżabbiltà ġo park

Pereżempju, belt hi aċċessibbli meta n-nies kollha jistgħu faċilment:

  • Jaqbdu x-xarabank jew metro biex imorru x-xogħol;
  • Jużaw il-magni tal-biljetti biex jixtru biljett;
  • Għaddejjin fit-toroq jew jidħlu ġo bini pubbliku, bħal sptarijiet u muniċipalitajiet;
  • Jiksbu informazzjoni dwar modi li jistgħu jaqraw u jifhmu.
Simbolu ta’ faċli biex taqra

Dan hu importanti għan-nies kollha, u speċjalment għal persuni b'diżabbiltà u nies aktar anzjani.

Persuna f’siġġu tar-roti quddiem taraġ

Ta' spiss affarijiet bħal bini, trasport u informazzjoni ma jkunux aċċessibbli għalihom.

Mara tħossha ffrustrata

Jekk l-affarijiet ma jkunux aċċessibbli. ma jkunux jistgħu jieħdu sehem fil-komunità bħan-nies l-oħra kollha.

Persuna f’siġġu tar-roti quddiem taraġ

Pereżempju, jekk il-bini ma jkollux rampi, nies ġo siġġu tar-roti ma jkunux jistgħu jidħlu.

Lista ta’ kontroll

Jew jekk informazzjoni ma tkunx faċli tinqara, persuni b’diżabbiltà intellettwali u nies oħra jistgħu ma jkunux jistgħu jifhmuha.

Allura l-Premju għall-Belt Aċċessibbli hu ċans biex bliet fl-Ewropa juru x’għamlu biex isiru aċċessibbli għan-nies kollha.

Persuni bi jew mingħajr diżabbiltà ġo park

Il-Premju għall-Belt Aċċessibbli beda fl-2010 biex ifakkar lill-bliet kemm hu importanti li jkunu aċċessibbli għan-nies kollha.

Liema belt rebħet il-Premju għall-Belt Aċċessibbli 2024?

Raġel iżomm premju

Il-belt li rebħet il-Premju għall-Belt Aċċessibbli għal 2024 hija San Cristóbal de La Laguna fi Spanja.

Mara b’vista batuta taqsam triq

San Cristóbal de La Laguna rebħet il-Premju għall-Belt Aċċessibbli għax tibqa’ taħdem biex l-affarijiet u s-servizzi jkunu aċċessibbli għal persuni b’diżabbiltà u n-nies kollha.

Fost oħrajn, f’San Cristóbal de La Laguna:

  • Iċ-ċentru tal-belt hu aċċessibbli biex timxi.
Persuna f’siġġu tar-roti titla’ fuq xarabank permezz ta’ rampa
  • Il-biċċa l-kbira tal-bini pubbliku, bħall-muniċipju, huma aċċessibbli biex in-nies kollha jkunu jistgħu jidħlu mingħajr problemi.
  • It-trammijiet kollha u l-biċċa l-kbira tax-xarabanks huma aċċessibbli biex in-nies ikunu jistgħu jużawhom biex imorru minn post għal ieħor.
Raġel f’siġġu tar-roti f’xatt il-baħar mal-kelb tiegħu
  • Hemm mogħdijiet aċċessibbli li jippermettu persuni b'diżabbiltà jgawdu n-natura.
  • Playgrounds, avvenimenti u attivitajiet ta' barra huma aċċessibbli biex kulħadd ikun jista' jgawdihom.
Grupp nies jitkellmu
  • In-nies li jagħmlu deċiżjonijiet għall-belt jistaqsu l-opinjonijiet ta' persuni b'diżabbiltà dwar kif jagħmlu affarijiet aħjar għalihom.
Raġel iżomm premju

San Cristóbal de La Lagunakisbet 150,000 euro għax rebaħ il-Premju għall-Belt Aċċessibbli għal 2024.

Żewġt ibliet oħra rebħu t-tieni u t-tielet post fil-kompetizzjoni:

  • Il-belt ta’ Łódź fil-Polonja rebħet it-tieni post u 120,000 euro
  • Il-belt ta’ Saint-Quentin fi Franza rebħet it-tielet post u 80,000 euro.
Kalendarju

Il-Premju tal-Belt għall-Belt Aċċessibbli li jmiss ser ikun għall-2025.

Liema bliet jistgħu jieħdu sehem?

Mhux l-ibliet kollha jistgħu jieħdu sehem fil-Premju għall-Belt Aċċessibbli. L-ibliet li jistgħu jieħdu sehem fil-Premju għall-Belt Aċċessibbli għandhom:

Mappa tal-Unjoni Ewropea
  • Ikunu f’pajjiżi li huma parti mill-Unjoni Ewropea. L-Unjoni Ewropea hi grupp ta’ 27 pajjiż fl-Ewropa li ġew flimkien biex jagħmlu l-affarijiet aħjar għan-nies.
Saba’ l-kbir il fuq biex turi approvazzjoni
  • Għandhom aktar minn 50,000 persuna tgħix fihom. Jekk pajjiż ikollu inqas minn 2ibliet b’tant nies, 2 ibliet żgħar jew iktar jistgħu jingħaqqdu. Jekk flimkien ikollhom aktar minn 50,000 persuna, jistgħu wkoll jieħdu sehem fil-Premju għall-Belt Aċċessibbli.
Saba’ l-kbir ‘l isfel biex turi diżapprovazzjoni
  • Il-belt li rebħet il-Premju tal-għall-Belt Aċċessibbli din is-sena ma tistax tieħu sehem is-sena li jmiss.

Kif jistgħu jieħdu sehem l-ibliet?

Idejn jittajpjaw fuq laptop

L-ibliet li jridu jieħdu sehem fil-Premju għall-Belt Aċċessibbli li jmiss jistgħu japplikaw online meta jiftħaħil-perjodu tal-applikazzjoni.

In-nies li jieħdu ħsieb dawn l-ibliet u li jagħmu deċiżjonijiet importanti għalihom iridu jimlew formola fuq l-internet.

Lista ta’ kontroll

F'din il-formola, huma għandhom:

  • Jgħidu għaliex jaħsbu li l-belt tagħhom għandha tirbaħ il-Premju għall-Belt Aċċessibbli;
  • Jagħtu eżempji u juru kif il-belt tagħhom taħdem biex tagħmel l-affarijiet aċċessibbli għan-nies kollha;
  • Jikellmu dwar kif għandhom il-ħsieb li jkomplu dan ix-xogħol tajjeb fil-futur.

Tista’ ssib aktar informazzjoni fuq is-sit web tagħna fuq: www.ec.europa.eu/social/accesscityaward

Idejn jittajpjaw fuq laptop

Għaldaqstant, dalwaqt ngħidulkom meta ser jibda l-perjodu tal-applikazzjoni. Meta jibda i-perjodu tal-applikazzjoni, l-ibliet ikunu jistgħu jimlew il-formola u jieħdu sehem fil-Premju għall-Belt Aċċessibbli li jmiss.

Mela kompli żur is-sit web tagħna biex issib din l-informazzjoni!

Kif nagħżlu r-rebbieħ?

Grupp nies jitkellmu

Wara li l-ibliet japplikaw għal-Premju għall-Belt Aċċessibbli, gruppi ta' nies jiċċekkjaw l-applikazzjoni tagħhom u jagħżlu r-rebbieħ.

Lista ta’ kontroll

F'kull pajjiż, hemm grupp ta' nies li jiċċekkja l-applikazzjonijiet tal-ibliet ta' dan il-pajjiż. Huma jagħżlu sa 3 ibliet bħala l-aħjar eżempji ta' dan il-pajjiż.

Imbagħad, grupp ieħor ta' nies fl-Ewropa jiċċekkja dawn l-ibliet kollha. Huma jagħżlu liema minn dawn l-ibliet hi l-aħjar eżempju minnhom kollha.

Raġel iżomm premju

Din il-belt tirbaħ il-Premju għall-Belt Aċċessibbli għal din is-sena.

Persuni b'diżabbiltà u nies aktar anzjani huma parti minn dawn il-gruppi.

Persuna f’siġġu tar-roti tidħol f’bini billi tuża rampa

 

Mara tieħu l-flus minn magna tal-flus

 

Simbolu ta’ faċli biex taqra


Fost affarijiet oħra, huma jiċċekkjaw jekk l-ibliet humiex aċċessibbli:

  • Bini u toroq;
  • Xarabanks u metro;
  • Magni tal-biljetti u magni tal-flus;
  • Siti web u teknoloġija oħra li n-nies jużaw biex jikkomunikaw;
  • Informazzjoni faċli tinqara u tifhem għal kulħadd.

Huma jaraw liema minn dawn l-ibliet taħdem l-aktar biex dawn l-affarijiet isiru aċċessibbli għan-nies kollha.

Din il-belt tirbaħ il-Premju għall-Belt Aċċessibbli.

Meta jieħdu l-premjijiet tagħhom ir-rebbieħa?

Kalendarju

Fi tmiem l-2024, ser ikollna laqgha kbira fi Brussell biex nitkellmu dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà.

Raġel iżomm premju

F'din il-laqgha, ser ngħidu wkoll liema belt tirbaħ il-Premju għall-Belt Aċċessibbli għall-2025. Aħna ser nagħtu l-Premju għall-Belt Aċċessibbli lil din il-belt.

Iktar informazzjoni

Idejn jittajpjaw fuq laptop

Jekk trid iktar informazzjoni, tista’ tiċċekkja sit web tagħna fuq: www.ec.europa.eu/social/accesscityaward.

Jekk għandek xi mistoqsijiet, tista’ tibagħtilna email fuq: secretariat@accesscityaward.eu

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen

Ursula von der Leyen
President tal-Kummissjoni Ewropea

Niċċellebraw ir-rebbiegħa tal-Premju għall-Belt Aċċessibbli

Lil hinn mill-bini u t-toroq, it-taħbita tal-qalb tal-belt hija n-nies tagħha. L-aċċessibbiltà hija ċ-ċavetta għal parteċipazzjoni, u tagħti lil kulħadd l-opportunità biex jikkontribwixxu u jgawdu l-benefiċċji tal-ħajja tal-belt. L-ibliet rebbieħa tal-Premju għall-Belt Aċċessibbli qed idawwru dik iċ-ċavetta, u jiftħu l-bibien għall-inklużjoni u t-tisħiħgħaċ-ċittadini.

Rebbieħa tal-Premju għall-Belt Aċċessibbli 2024

Veduta mill-ajru ta’ San Cristóbal de La Laguna, b’katedral fiċ-ċentru mdawwar b’bini abjad u terracotta u l-baħar fl-isfond. / Veduta ta’ Łódź minn fuq b’siġar tal-ħarifa u lag fuq quddiem u kampnari tal-knisja u blokkijiet ta’ bini fl-isfond. / Veduta mill-ajru taċ-ċentru ta’ Saint-Quentin li turi katedral imdawwar b’arkitettura storika.
Helena Dalli.

Helena Dalli
Kummissarju Ewropea għall-Ugwaljanza

Daħla

L-aċċessibbiltà hija dritt, mhux privileġġ; dan jippermetti lil kulħadd, u b’mod partikolari lill-persuni b’diżabilità, li jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà, jaċċessaw il-prodotti u s-servizzi, u jgawdu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali tagħhom.

Ambjent aċċessibbli jibbenefika lilna lkoll. Persuni b'diżabbiltà, kif ukoll nies iktar anzjani, nisa tqal, dawk bit-tfal fil-prams, u kull min ikun iġorr basktijiet tqal meta jagħmlu x-xirja.

Għandi pjaċir nippreżenta dan il-fuljett li jesibixxi l-kisbiet straordinarji tar-rebbieħa tal-Premju għall-Belt Aċċessibbli 2024 u d-dedikazzjoni u innovazzjoni murija biż-żewġ rakkomandazzjonijiet speċjali ta’ din is-sena.

Għalhekk, il-Premju Access City huwa aktar importanti minn qatt qabel. Dan jenfasizza eżempji ta’ prattika tajba minn madwar l-UE u jqajjem kuxjenza internazzjonali dwar il-vantaġġi soċjali u ekonomiċi li l-bliet isiru aktar aċċessibbli.

Permezz ta’ waħda mir-referenzi speċjali, aħna ħloqna wkoll rabta ma’ inizjattiva ewlenija oħra tal-Kummissjoni Ewropea — il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida. L-objettivi tagħha, “sbuħija, sostenibbiltà, flimkien” poġġew l-inklużjoni u l-aċċessibbiltà fil-qalba tal-isforzi biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima u jinbnew bliet aktar reżiljenti u sostenibbli.

Bliet, bħala ċentri vibranti ta’ attività kulturali, ekonomika u soċjali, għandhom rwol ewlieni fit-tfassil tal-esperjenzi ta’ kuljum tar-residenti tagħhom u l-viżitaturi. Bħala tali, għandhom ikunu fuq quddiem tal-bini ta’ soċjetajiet inklużivi.

Li tistinka għal aċċessibbiltà hu investiment strateġiku fil-benesseri u prosperità tal-komunitajiet tagħna. Bliet aċċessibbli huma aktar reżiljenti, u jirrispondu għall-bżonnijiet tar-residenti tagħhom u l-viżitaturi, u jassikuraw li ħadd ma jibqa’ lura.

Flimkien, għamilna progress sinifikanti fit-titjib tal-ħajja ta’ persuni b’diżabbiltà, u dan jinkludi stadji importanti maġġuri bħal l-istrateġija tal-UE 2021-2030 għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà, l-istandards fl-UE kollha dwar l-aċċessibbiltà u iktar. Madanakollu, xorta għad fadlilna triq twila quddiemna, għax 52 % ta’ persuni b’diżabbiltà għadhom jirrappurtaw li jħossuhom iddiskriminati.

Huwa għalhekk li llum il-ġurnata, il-Premju għall-Belt Aċċessibbli hu aktar importanti minn qatt qabel. Huwa mhux biss jenfasizza eżempji ta’ prattika tajba fl-UE kollha, imma jqajjem ukoll kuxjenza internazzjonali dwar il-benefiċċji soċjali u ekonomiċi jekk bliet isiru aktar aċċessibbli.

Nifraħ lill-ibliet rebbieħa ta’ din is-sena, speċjalment lill-belt ta’ San Cristóbal de La Laguna, ġo Spanja, bħala r-rebbieħa tal-ewwel Premju għall-Belt Aċċessibbli 2024. Intom wrejtu dedikazzjoni li timpressjona għal aċċessibbiltà permezz ta’ approċċ komprensiv li jkopri postijiet urbani, u parteċipazzjoni soċjali, kif ukoll ix-xogħol tal-ombusman dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà.

Introduzzjoni

Il-Premju għall-Belt Aċċessibbli jitfa’ dawl fuq l-isforzi li jistħoqilhom tifħir ta’ bliet Ewropej għat-trawwim tal-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltà. Dan il-premju jservi bħala pjattaforma għal bliet biex juru l-inizjattivi trasformattivi tagħhom biex jeliminaw ostakli u jagħtu eżempju ta’ ispirazzjoni biex oħrajn ikunu jistgħu jsegwu.

Għal persuni b’diżabbiltà, belt aċċessibbli tfisser il-possibbiltà li jieħdu t-tmexxijai ta’ ħajjithom, jagħmlu deċiżjonijiet tagħhom u jimpenjaw ruħhom bis-sħiħ fil-ħajja ta’ kuljum u tal-komunità, fuq livell ekwu mal-pari tagħhom. L-impatt tal-aċċessibbiltà jestendi f’aspetti diversi tal-ħajja tal-belt, u jinkludi t-trasport pubbliku, infrastruttura, amministrazzjoni, rikreazzjoni u servizzi diġitali. B’mod importanti, tali bliet huma wkoll fihom infushom jiffavorixxu lil kulħadd, inklużi nies iktar anzjani, turisti li jġorru l-bagalji tagħhom, dawk bi tfal fi prams, u kwalunkwe persuna b’diżabbiltà temporanja.

Miftuħ għall-ibliet kollha tal-UE li għandhom iktar minn 50,000 ċitadin, il-Premju għall-Belt Aċċessibbli jgħaddi minn proċess ta’ evalwazzjoni rigoruż. Ġurija nazzjonali tmexxi l-evalwazzjoni inizjali, segwita minn ġurija tal-UE li tinkludi esperti fuq l-aċċessibbiltà, li b’mod diliġenti jagħżlu r-rebbieħ u żewġ runners-up. Barra minn dan, premjijiet ta’ rakkomandazzjoni speċjali jfaħħru bliet li jispikkaw f’ċerti oqsma, jirrikonoxxu kisbiet fit-teknoloġija tal-informazzjoni u komunikazzjoni, l-ambjent mibni, faċilitajiet u servizzi pubbliċi, u trasport.

Interessat li tressaq il-belt tiegħek għall-Premju għall-Belt Aċċessibbli li jmiss? Iċċekkja t-taqsima “Parteċipazzjoni fil-Premju għall-Belt Aċċessibbli 2025” ta’ hawn taħt u sir af iktar dwar ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà.

San Cristóbal de La Laguna Spanja

Rebbieħ 160,000 resident

Aerial view on Cathedral and townscape San Cristobal De La Laguna, Tenerife, Canary Islands, Spain

San Cristóbal de La Laguna (La Laguna) hi belt storika fil-Majjistral ta' Tenerife fil-Gżejjer Kanarji, Spanja. Rikonoxxuta bħala l-ewwel belt tal-paċi bla ħitan, La Laguna rebħet l-istatus prestiġġjuż tal-Belt ta' Patrimonju Dinji fl-1999. Il-belt tħaddan l-isfond kulturali, reliġjuż u kummerċjali rikk tagħha, u segwiet b'mod attiv mudell iffukat fuq l-inklużività mill-2005. L-objettiv hu ċar: li tassikura aċċess universali għal kulħadd, kullimkien.

F'konfigurazzjonijiet kontemporanji urbani, li tinkorpora l-aċċessibbiltà fi proġetti ġodda jista' jkun relativament sempliċi. Madanakollu, l-isfida reali teżisti meta tadatta ambjenti eżisteni, speċjalment fi bliet storiċi b'infrastruttura antika. Minkejja dawn l-isfidi, La Laguna rnexxielha tagħmel passi sinifikanti. Waqt li nirrikonoxxu l-progress li sar, nirrikonoxxu li għad fadal vjaġġ kunsiderevoli quddiemna. Madanakollu, l-impenn tagħna jibqa' sod hekk kif nippruvaw infasslu belt miftuħa u inklużiva għal kulħadd.

Luis Yeray Gutiérrez,
Sindku ta' San Cristóbal de La Laguna

Approċċ mingħajr ostakli għall-mobbiltà

Fl-2005, La Laguna bdiet proġett biex iċ-ċentru storiku tal-belt isir għan-nies u mhux għal karozzi, u estendiet l-isforzi tagħha biex tassikura l-aċċessibbiltà fit-toroq u l-bini storiku.

Bħalissa, 70 % tal-bini muniċipali, bħal ċentri sportivi, bini tas-servizzi soċjali u postijiet kulturali, huma aċċessibbli. Proġetti kontinwi ta’ titjib għandhom l-għan li jimplimentaw rampi, jsaħħu s-sinjalar u jadattaw il-faċilitajiet tat-toilets.

Avendia de La Trinidad, rotta maġġuri lejn u barra mill-belt, għandha dwal akustiċi tat-traffiku u pavimentar tattilu biex tappoġġja l-mobbiltà ta’ nies b’vista batuta. Pjannijiet annwali jiffukaw fuq it-tenħħija ta’ ostakli fuq toroq pubbliċi biex jiggarantixxu mobbiltà universali.

La Laguna ilha tagħmel pedonalizzazzjoni taċ-ċentru storiku tagħha mill-2005 u għandha l-għan li tassikura l-aċċessibbiltà ta’ toroq u bini storiku.
Triq f’La Laguna b’żona kbira ċatta, pavimentata, torri storiku tal-ġebel, siġar tal-palm u sema blu jgħajjat.

Trasport inklużiv

La Laguna tiftaħar li l-linji tat-tram huma 100 % accessibbli. Apps tat-tram u tal-waqfiet tax-xarabanks “TITSA” u “VÍA-MÓVIL” jagħmluha possibbli li utenti jintraċċaw il-vjaġġ tagħhom u jixtru l-biljetti online, waqt li 92 % tal-flotta tax-xarabanks urbani u 70 % tax-xarabanks bejn belt u oħra huma aċċessibbli. Barra minn dan, La Laguna għandha 9 taxis li ġew adattati għal passiġġieri b’diżabbiltà, speċjalment għal dawk li jużaw is-siġġu tar-roti jew għajnuniet għall-mobbiltà.

Collaġe li juri pjattaforma aċċessibbli, sinjalar u postijiet fejn tpoġġi fuq tram, f’La Laguna.
Sinjali, pjattaformi, żoni fejn tpoġġi bilqiegħda u displejs diġitali aċċessibbli jassikuraw l-aċċessibbiltà fuq 100 % tat-trammijiet ta’ la Laguna

Aċċess diġitali għal ħajja fil-belt

La Laguna tippromwovi l-aċċessibbiltà diġitali billi toffri proceduri amministrattivi, bħall-aċċess għas-servizzi muniċipali, jew biex thallas it-taxxa, online, u tuża karatteristiċi bħal formoli u dokumenti faċli jinqraw, disinn ta’ sit web favur l-utent, appoġġ multilingwali, u kompatibbiltà ma’ teknoloġiji assisstivi.

Divertenti għal kulħadd

La Laguna kburija li għandha 30 playground inklużiva tat-tfal, u taħdem kontinwament biex iżżid l-aċċessibbiltà ta’ spazji rekreattivi.

Fiż-żoni kostali ta’ Bajamar u Punta del Hidalgo, il-pixxini naturali jiżguraw aċċessibbiltà universali permezz ta’ parkeġġ riżervat, rampi u mogħdijiet, toilets, showers u dressing-rooms accessibbli. Rampi nklinati fil-pixxini, flimkien ma‘ siġġijiet amfibji u servizz tal-appoġġ ta’ lifeguard individwali, jiggarantixxi esperjenza pjaċevoli għal individwi b’mobbiltà mnaqqsa.

Persuna f’siġġu tar-roti qed jiġi mbuttat tul il-mogħdija pavimentata bis-sema blu u l-baħar warajhom.
Bajamar Seawater Pools hu park tal-ilma aċċessibbli għall-familja.

Servizz li jissejjaħ “Punt Oranġjo” jaġixxi bħala spazju mobbli biex jospita riżorsi għal avvenimenti inklużivi u aċċessibbli, bħal materjal faċli jinqara, interpreti tal-lingwa tas-sinjali, sistemi kontra l-istorbju u persunal imħarreġ biex jappoġġja persuni b’diżabbiltà.

Attivitajiet inklużivi, bħal visti bil-gwida u workshops, jissodisfaw il-bżonnijiet ta’ persuni b’diżabbiltajiet diversi. “Folklore Inclusivo” joffri workshops uniċi taż-żfin u perkussjoni għal persuni anzjani, torox u torox u għomja, u nies b’diżabbiltà intellettwali. Il-workshops tal-perkussjoni attendew għalihom 60 persuna.

Intejbu l-aċċess għan-natura

Iċ-ċentru tal-Viżitatur Cruz del Carmen joffri mogħdijiet multisensorjali aċċessibbli lil persuni b’diżabbiltà biex igawdu n-natura lokali.

Fl-2021, La Laguna bdiet proġett li jismu “Proyecto Calderón” biex iwassal mawriet inklużivi biex josservaw il-baleni għal 110 tifel u tifla u żgħażagħ b’diżabbiltà kull sena.

Permezz ta’ dgħajsa tal-qlugħ fiż-żona ta’ Teno-Rasca (iddikjarata dan l-aħħar Sit ta’ Patrimonju Dinji), l-inizjattiva tassikura aċċessibbiltà b’riżorsi bħal mudelli topoloġiċi, basktijiet ta’ fuq id-dahar sensittivi u materjali faċli jinqraw. Mudelli topoloġiċi jinvolvu rappreżentazzjonijiet tattili tal-ambjent marittimu, li jgħinu lil individwi b’vista batuta jifhmu aħjar il-karatteristiċi fiżiċi tiegħu.

Iċ-Ċentru tal-Viżitatur ta’ Cruz del Carmen jipprovdi mogħdijiet multisensorji aċċessibbli. Dawn il-mogħdijiet huma mfassla bi ħsieb biex jimpenjaw mhux biss is-sens tal-vista, imma wkoll tal-mess, tax-xamm u tas-smigħ, u joħloq esperjenza olistika u immersiva.
Persuna f’siġġu tar-roti qed tiġi mbuttata tul rampa mtella’ tal-injam fil-bosk.

Rikonoxximent formali u impenji futuri

L-impenn ta’ La Laguna għal aċċessibbiltà hu istituzzjonalizzat fid-dikjarazzjoni għad-difiża tad-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà.Fl-2021, il-belt għamlet passi addizzjonali billi approvat ir-Regolamenti tal-Kunsill għad-Diżabbiltà. Dan il-qafas regolatorju mhux biss jifformalizza t-twaqqif ta’ Kunsill għad-Diżabbiltà (li jinvolvi b’mod dirett persuni b’diżabbiltà fit-teħid ta’ deċiżjonijiet permezz ta’ xogħol konsultattiv), imma jintroduċi wkoll ir-rwoll tal-Ombudsman għal Persuni b’Diżabbiltà.

L-Ombudsman għal persuni b’diżabbiltà kien elett għall-ewwel darba f’Diċembru 2022. Dan ir-rwol iservi bħal konsulent indipendenti għall-Kunsill tal-Belt, u jiffoka fuq il-koordinazzjoni u l-promozzjoni ta’ inizjattivi rigward id-diżabbiltà b’kollabborazzjoni mal-Kunsill għad-Diżabbiltà.

Id-dedikazzjoni formali għall-aċċessibbiltà ta’ La Laguna tirrifletti wkoll fl-implimentazzjoni ta’ pjanijiet varji tal-aċċessibbiltà mill-2005, bl-aħħar pjan approvat fl-2022. Kollaborazzjoni mal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tad-diżabbiltà hi pedament importanti tal-proċess tal-ippjannar.

Dawn il-mekkaniżmi biex jikkoordinaw progress juru l-approċċ strutturat, kollaborattiv u olistiku ta’ La Laguna lejn l-aċċessibbiltà. B’mod notevoli, il-belt talloka l-fondi necessarji fil-baġit biex tassikura l-implimentazzjoni b’suċċess tal-pjan ta’ aċċessibbiltà tagħha, u tenfasizza l-implimentazzjoni finanzjarju tagħha biex tikseb l-inklużività.

Azzjonijiet konkreti u servizzi ta' appoġġ

Il-forniment ta’ 250 servizz ta’ interpretazzjoni għal persuni torox u torox u għomja f’inqas minn sena jissottolinja l-impenn ta’ La Laguna biex tneħħi l-ostakli għall-komunikazzjoni. Barra minn hekk, l-għajnuna annwali lil iktar minn 100 persuna b’diżabbiltà, li tammonta għal iktar minn €120,000 turi li l-appoġġ prattiku pprovdut isaħħaħ il-kwalità tal-ħajja għal individwi li jiffaċċjaw sfidi uniċi.

Dawn l-inizjattivi speċifiċi juru d-dedikazzjoni ta’ La Laguna biex timplimenta miżuri tanġibbli li pożittivament jimpattaw il-ħajjiet tar-residenti b’diżabbiltà tagħha.

Łódź Il-Polonja

It-tieni premju 658,444 resident

Veduta ta’ Łódź minn fuq b’siġar tal-ħarifa u lag fuq quddiem u kampnari tal-knisja u blokkijiet ta’ bini fl-isfond.

Łódź, li tinsab fiċ-ċentru tal-Polonja, hi belt b'popolazzjoni għolja ħafna bi storja unika. Hi malajr tbiddlet f'metropolis movimentata matul is-seklu 19 grazzi għall-industrija li tipprometti tat-tessut. Łódź tħaddan il-multikulturaliżmu, legat tal-migrazzjoni li ġrat matul il-perjodu ta' prosperità industrijali. Illum, hi tispikka bħala ċentru akkademiku, kulturali u industrijali, b'eluf ta' bini storiku minn dak il-perjodu, sitt universitajiet pubbliċi u ħafna faċilitajiet kulturali.

Il-forzi prinċipali tal-iżvilupp ta' Łódź huma n-nies – l-għarfien individwali, l-esperjenza, is-sentimenti u l-emozzjonijiet individwali tagħhom li flimkien jibnu l-kapaċità dejjem tikber tal-belt. Li toħloq belt inklużiva, fejn l-aċċessibbiltà ta' ħajja urbana hi kemm jista' jkun wiesgħa, tfisser li tħaddan il-progress u tagħmel il-belt aħjar, aktar b'saħħitha, u post aktar kompetittiv biex tgħix fih. Dan il-premju għal Łódź ifisser unur kbir, iżda wkoll impenn biex tkompli l-bidla u tagħmel il-belt post fejn kulħadd ikun jista' jgħix b'mod indipendenti.

Hanna Zdanowska,
Sindku ta’ Łódź

Belt kokreata, aċċessibbli għal kulħadd

Łódź timpjega strateġija ta’ “belt kokreata” li tgħaqqad il-kuxjenza soċjali u l-kooperazzjoni. Għodda parteċipatorja, bħal ibbaġitjar, konsulenza u kollaborazzjoni ma’ NGOs, ilkoll jinkorporaw il-komponenti tal-aċċessibbiltà. Il-belt adottat “L-Istandard ta’ Łódź għall-Aċċessibbiltà” fl-2017, li jiffoka fuq aċċessibbiltà orizzontali. L-istandard jirrekjedi prinċipji universali tad-disinn biex ikunu implimentati fiż-żoni pubbliċi, avvenimenti u investimenti muniċipali kollha tal-belt.

Rampa għal siġġu tar-roti b’poġġaman li twassal għal bini pubbliku f’Łódź.
Rampijiet qed jiġu nstallati fid-daħla ta’ bini f’Łódź biex titjieb l-aċċessibbiltà għal siġġijiet tar-roti.

Titjib kontinwu u trasparenti għall-infrastruttura pubblika

L-impenn qawwi ta’ Łódź għall-aċċessibbiltà hu evidenti permezz ta’ monitoraġġ kontinwu ta’, u titjibiet għall-”Istandard ta’ Łódź għall-Aċċessibbiltà”. Il-belt tassikura transparenza f’dawn l-isofrzi billi tirrapporta komprensivament sew fuq inizjattivi ffukati fuq aċċessibbiltà kif ukoll fuq proġetti urbani usa’ fir-rapport annwali tagħha tal-belt. Il-belt ħolqot il-”Pjan ta’ Azzjoni biex tipprovdi l-Aċċessibbiltà għal Nies bi Bżonnijiet Speċjali” biex tiggwida inizjattivi tal-aċċessibbiltà mill-2021 sal-2024.

Pavimentar tattilu u s-sistema ta’ bini ‘TOTUPOINT’ fil-muniċipalità ta’ Łódź jifffaċilitaw l-aċċessibbiltà għan-nies b’vista batuta.
Pavimentar tattilu f’bini f’Łódź.

Trasformazzjoni urbana

Dawn l-aħħar żewġ deċennji, f’Łódź kien hemm xogħol estensiv ta’ kostruzzjoni biex jottimizzaw l-infrastruttura pubblika tagħha biex tkun assikurata l-aċċessibbiltà. Il-waqfiet u vetturi tat-trasport pubbliku kienu maħsuba biex jinkludu karatteristiċi bħal pjanċi indikaturi, elevazzjoni għal dawk li jitilgħu, u sistemi bil-vuċi u viżwali tal-informazzjoni. Mini f’punti prinċipali fiċ-ċentru tal-belt ġew ikkonvertiti f’żoni minn fejn jaqsmu n-nies fil-livell tal-art, aċċessibbli faċilment. Pjanijiet futuri jinkludu l-modernizzazzjoni tan-network tat-tram u r-rivitalizzazzjoni taċ-ċentru storiku tal-belt.

Xarabank isfar u aħmar b’simboli ta’ aċċessibbiltà u rampa għal siġġu tar-roti fuq il-ġenb.
Waqfiet tat-trasport pubbliku u vetturi f’Łódź għandhom karatteristiċi aċċessibbli bħal pjanċi indikaturi, elevazzjoni għal dawk li jitilgħu, u sistemi ta’ informazzjoni bil-vuċi u viżwali.

Servizzi komprensivi għad-diżabbiltà

L-impenn ta’ Łódź għall-aċċessibbiltà jiġi rifless fid-dipartiment dedikat tiegħu u uffiċċjal tal-belt għal persuni b’diżabbiltà. Dan jassikura firxa ta’ servizzi, inkluż interpretazzjoni fil-lingwa tas-sinjali online, informazzjoni faċli tinqara u ingassi induttivi f’bini muniċipali. Is-servizz tal-Uffiċċju Mobbli, li ddaħħal fl-2019, jiffoka fuq it-twassil ta’ assistenza personalizzata fid-dar lil individwi b’diffikultajiet biex iżuru l-uffiċċju tal-belt. Barra minn hekk, is-sistema innovattiva “TOTUPOINT” issaħħaħ l-aċċessibbiltà għal dawk b’vista batuta, billi tuża tags elettroniċi konnessi ma’ smartphones biex jipprovdu feedback fuq informazzjoni li tinstema’ u tattila.

Kjosks tal-informazzjoni mqiegħda b’mod strateġiku madwar Łódź huma mgħammra b’assistenza bil-vuċi, displejz u interfaċċi kbar li jakkomodaw diżabbiltajiet differenti. Dawn iservu bħala punti kruċjali għal aċċess indipendenti għal informazzjoni u servizzi essenzjali.

Kjosks tal-informazzjoni f’postijiet varji f’Łódź huma mgħammra speċifikament b’servizzi għal nies b’diżabbiltà.
Persuna qed tagħfas buttuni fuq id-displej diġitali ta’ kjosk tal-informazzjoni.

Inklużjoni soċjali u parteċipazzjoni

L-istrateġija ta’ Łódź tenfasizza l-inklużjoni soċjali u l-parteċipazzjoni għal persuni b’diżabbiltà. Iktar minn 250 organizzazzjoni mhux governattivi f’Łódź jiffokaw fuq kwistjonijiet ta’ diżabbiltà f’korpi muniċipali ta’ konsulenza u ta’ appoġġ bħaċ-Ċentru Muniċipali tal-Benesser Soċjali (MOPS), il-Punt tal-Informazzjoni dwar id-Diżabbiltà ta’ Łódź u l-Assoċjazzjoni għal Persuni b’Diżabbiltà ta’ Łódź. Il-Fabbrika għall-Attività Urbana, ċentru għal komunikazzjoni soċjali, għandha rwol kruċjali għax tiffaċilita d-djalogu soċjali u proċessi parteċipatorji biex jappoġġjaw titjib kontinwu.

L-ispirazzjoni ta' azzjoni f'kull livell

Łódź tieħu sehem f’attivitajiet biex tqajjem il-kuxjenza u taqsam esperjenzi fil-livelli lokali, nazzjonali u internazzjonali. Lokalment, inizjattivi bħall-programm “Accessible Łódź” u kumitajiet ta’ aċċessibbiltà jinvolvu lill-komunità permezz ta’ kampanji biex iqajmu kuxjenza u pjattaformi online. Fuq il-livell nazzjonali, Łódź tipparteċipa fi programmi u konferenzi bħall-Forum ta’ Bliet u Rħula Aċċessibbli, il-Konferenza Nazzjonali fuq l-Aċċessibbiltà biex tikkontribwixxi informazzjoni intuwittiva fuq kif ittejjeb l-aċċessibbiltà fil-Polonja kollha. Internazzjonalment, is-sħubija tal-belt fin-Network Ewropew għal Bliet Aċċessibbli u l-impenn għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà (UNICRPD) jipprovdu opportunitajiet għall-belt biex taqsam il-prattiċi ta’ suċċess tagħha globalment.

Saint-Quentin Franza

It-tielet premju 53 100 resident

Veduta mill-ajru taċ-ċentru ta’ Saint-Quentin li turi katedral imdawwar b’arkitettura storika.

Lokalizzata fit-triangolu ta' Pariġi-Londra-Brussell, Saint-Quentin tiftaħar bi storja rikka li tkopri 2000 sena, karatterizzata mill-fużjoni ta' arkitettura Gotika u Art Deco. Fl-2006, il-belt ingħatat l-isem ta' "Belt ta' Arti u Storja" mill-Gvern Franċiż, li juri l-impenn doppju li tippreżerva l-patrimonju rikk tagħha u tipprijoritizza l-aċċessibbiltà. Saint-Quentin taspira li tkun pijuniera fl-aċċessibbiltà.

'F'Saint-Quentin, adottajna strateġija globali biex intejbu l-aċċessibbiltà. Billi naħdmu ma' assoċċjazzjonijiet u persuni b'diżabbiltà, għamilna n-nurseries, l-iskejjel, in-networks tat-trasport u l-faċilitajiet tal-isport iktar aċċessibbli. Għandna f'moħħna iktar proġetti biex niżviluppaw dan l-approċċ inklużiv. Dan il-premju, minbarra li huwa sors kbir ta' kburija, ser jippermettilna nimplimentawhom kollha, u mmorru lil hinn biex anki ntejbu l-aċċessibbiltà.

Frédérique Macarez,
Sindku ta' Saint-Quentin

Nirrivitalizzaw l-ispazji pubbliċi għal aċċess universali

Billi turi l-impenn għal perjodu twil għall-aċċessibbiltà, Saint-Quentin tiffoka fuq ir-rivitalizzazzjoni tal-ispazji pubbliċi. Renovazzjonijiet kontinwi, speċjalment f’żoni ċentrali bħall-Pjazza Basilica, jimmiraw għal aċċessibbiltà sħiħa. B’mod straordinarju, 88 % tal-bini pubbliku f’Saint-Quentin, inklużi skejjel, huma aċċessaibbli. Il-belt daħħlet postijiet numerużi aċċessibbli minn fejn jaqsmu n-nies u 60 % tad-dwal tat-traffiku ġew mgħammra b’sistemi ta’ ħoss għal nies b’vista batuta.

Il-Katidral ta’ Notre-Dame tal-belt, Dar tal-Kultura, ċentru tal-isports, il-Park Grand Pressigny, il-Muniċipju u l-librerija kollha kellhom titjib għall-aċċessibbiltà, bħall-introduzzjoni ta’ rampi, elevazzjonijiet, u faċilitajiet adattati.

88 % tal-bini pubbliku f’Saint Quentin, inklużi skejjel, huma aċċessibbli.
Persuna f’siġġu tar-roti tuża rampa biex taċċessja bini storiku f’Saint-Quentin.

Trasport

Saint-Quentin għamlet passi fit-trasport inklużiv, bix-xarabanks kollha, u 70 % tal-waqfiet tal-karozzi tal-linja issa aċċessibbli. L-introduzzjoni tas-servizz ta’ trasport fuq talba “AndGO” testendi l-benefiċċji tal-mobbiltà lil individwi b’diżabbiltà intellettwali u mentali. Ix-xarabank “France Services” tgħin lin-nies b’mobbiltà mnaqqsa biex jagħmlu kompiti amministrattivi, bħal japplikawgħal benefiċċji soċjali, iġġeddu d-dokumenti tal-identifikazzjoni u jaċċessaw is-servizzi tas-saħħa.

Persuna f’siġġu tar-roti qed tiġi megħjuna minn sewwieq tat-trasport.
‘AndiGO’ hu servizz tat-trasport fuq talba li jsaħħaħ l-mobbiltà għal persuni b’diżabbiltà f’Saint-Quentin.

Edukazzjoni u governanza

Miżuri inklużivi f’nurseries, skejjel u playgrounds jappoġġjaw il-parteċipazzjoni attiva tat-tfal kollha. Pjanijiet ta’ tagħlim personalizzat, teknoloġiji assistivi u taħriġ tal-għalliema fuq l-inklużività jgħinu biex jippromwovu ambjent soċjali inklużiv. Il-playgrounds huma maħsuba li jkun aċċessibbli, b’faċilitajiet li huma favur is-siġġu tar-roti u spazji li jiffavorixxu s-sensi.

Id-Deputat Sindku, li jieħu ħsieb il-portafoll tad-diżabbiltà, jassikura approċċ ta’ governanza koeżiva appoġġjata minn servizz dedikat tas-saħħa u tad-diżabbiltà, iċ-Ċentru għal Azzjoni Soċjali Muniċipali (CCAS) Is-CCAS joffri għajnuna finanzjarja, konsulenza u promozzjoni għal residenti li jiffaċċjaw sfidi relatati mas-saħħa u d-diżabbiltà. Hu jikkollabora ma’ organizzazzjonijiet lokali u aġenziji governattivi biex jassikura aċċess għal servizzi essenzjali, u jipprovdi referenzi lil fornituri speċjalizzati tal-kura tas-saħħa.

Inizjattivi ta’ komunikazzjoni, bħal taħriġ tad-dipartiment tal-komunikazzjoni tal-belt f’lingwaġġ sempliċi, jibbenefikaw lil kulħadd, speċjalment lil nies b’diżabbiltà intellettwali, diffikultajiet biex jitgħallmu u viżitaturi b’fehim limitat tal-Franċiż.

Attitudnijiet li jinbidlu biex tinbena komunità iktar inklużiva

Saint-Quentin taħdem attivament biex tbiddel l-attitudnijiet tal-komunità lejn id-diżabbiltà permezz ta’ kampanji li jqajmu kuxjenza dwar l-inklużività, avvenimenti u programmi li jedukaw lill-komunità dwar id-drittijiet u l-bżonnijiet ta’ persuni b’diżabbiltà, u trawwem interazzjoni bejn persuni bi jew mingħajr diżabbiltà. Dan jinkludi “Festival tal-Inklużjoni” organizzat mill-Assoċjazzjoni ta’ Nies Paralizzati ta’ Franza b’attivitajiet aċċessibbli, sports inklużiv (bħal basketball ġo siġġu tar-roti), u ċentri ta’ taħriġ vokazzjonali għall-integrazzjoni fl-impjieg.

Teħid ta' deċiżjonijiet inklużivi

Aġenti tal-belt u t-tim ta’ “accessi-parcours” jevalwaw bla waqfien u jtejbu l-aċċessibbiltà f’Saint-Quentin, u jinvolvu persuni b’diżabbiltà u sħab rilevanti biex jipprovdu perspettiva olistika. Il-belt waqqfet kunsilli taċ-ċittadini, kunsilli fuq id-diżabbiltà u kunsilli fuq is-saħħa mentali, u kompliet turi l-fokus tagħha fuq it-teħid ta’ deċiżjonijiet inklużivi.

It-tim ta’ ‘accessi-parcours’ jinvolvi persuni b’diżabbiltà u sħab rilevanti biex jevalwaw u jtejbu l-aċċessibbiltà f’Saint-Quentin.
Grupp ta’ sitt persuni ħdejn pixxina. Persuna qiegħda ġo siġġu tar-roti u persuna oħra bil-bastun.

Inizjattivi kulturali u sostenibbli

Saint-Quentin implimentat miżuri komprensivi tal-aċċessibbiltà għat-Tour de France, inkluża infrastruttura aġġornata (rampi temporanji, parkeġġ aċċessibbli, u punti ta’ osservazzjoni maħsuba għal spettaturi b’diżabbiltà) interpreti bil-lingwa tas-sinjali matul l-avveniment, u informazzjoni pprovduta bil-braille, tipa kbira u format tal-awdjo. Il-belt qajmet kuxjenza dwar dawn il-miżuri permezz ta’ mezzi varji, inklużi gazzetti lokali, u pjattaformi tal-media soċjali.

Il-”Maréchal Juin eco-district” u ċ-ċentru sportiv ġdid, it-tnejn proġetti li jinvolvu ċittadini u maħsuba għall-eċċellenza estetika u ambjentali, juru l-impenn doppju tal-belt għall-aċċessibbiltà u l-iżvilupp sostenibbli.

Tübingen Il-Ġermanja

Rakkomandazzjoni speċjali għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida 90 000 resident

Il-belt antika ta’ Tübingen fuq ix-xmara Neckar.

Located approximately 30 kilometres south of Stuttgart, Tübingen stands as one of Germany’s most vibrant and youthful cities. Striving for a sustainable future, the city has set a visionary goal to achieve climate neutrality by 2030. The New European Bauhaus initiative, launched by the European Commission in 2020, expresses the EU’s ambition of creating places, products and ways of living that are beautiful, sustainable, and inclusive.

"Bħala perit, nifhem li l-isfida tal-prinċipju li “forma ssegwi l-funzjoni”. Il-venda l-ġdida ċentrali tal-karozzi tal-linja ta' Tübingen tgħaqqad b'suċċess l-estetika u l-aċċessibbiltà. Il-venda tal-karozzi tal-linja hi ambjent ta' kwalità għolja biex tqatta zmien fiha. Hi tissodisfa l-funzjonijiet essenzjali kollha tat-tranżizzjoni tal-mobbilta u disinn urban sew għal passiġġieri kif ukoll għal operazzjonijiet. Hi qed turi t-triq. L-aċċessibbiltà tibbenenefika lil kulħadd!

Cord Soehlke,
Maniġer tal-Belt għall-Kostruzzjoni u l-Ewwel Sindku tal-belt tal-università ta' Tübingen

Ninintegraw l-estetika mal-aċċessibbiltà

Il-venda l-ġdida tal-karozzi tal-linja ta’ Tübingen hi eżempju kbir ta’ disinn urbanu aċċessibbli li jintegra l-funzjonalità ma’ attrazzjoni estetika u ekoloġika. Varat fl-2017, u mistennija tkun lest sal-aħħar tal-2023, dan iċ-ċentru ta’ tranżitu jagħti prijorità lill-mobbiltà mingħajr ostakli. Il-belt involviet attivament l-organizzazzjoni tad-diżabbiltà FORUM INKLUSION fl-ippjanar tal-venda tal-karozzi tal-linja għal perjodu ta’ aktar minn erba’ snin biex tassikura li l-ispazju jforni għall-bżonnijiet diversi tal-individwi kollha, inkluż persuni b’diżabbiltà.

Venda ġdida tal-karozzi tal-linja b’wiċċ ta’ pjattaforma kbir, ċatt u elevat.
Il-venda l-ġdida tal-karozzi tal-linja ta’ Tübingen tintegra disinn urban aċċessibbli u ta’ funzjonalità ma’ attrazzjoni estetika.

Iż-żona elevata ta’ quddiem l-istazzjon tassikura li d-daħliet kollha jkunu faċilment aċċessibbli. Id-disinn innovattiv tas-soqfa tal-waqfiet tal-karozzi tal-linja, appoġġjati minn kolonni nklinati, jżidu mal-attrazzjoni viżwali tal-istazzjon waqt li jintegrahom mal-masġar tas-siġar li għadu kemm tħawwel. Din toħloq taħlita armonjuża ta’ infrastruttura moderna, aċċessibbiltà u elementi naturali Addizzjonalment, l-inklużjoni ta’ pjan ta’ orjentazzjoni, skrivanija tattila, u żoni aċċessibbli b’siġġu tar-roti bħal karatteristika tal-ilma tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ spazju verament pubbliku għal kolħadd fil-qalba tal-belt. Barra minn dan, il-venda tal-karozzi tal-linja tinkludi stazzjon tar-roti b’kafè li hu mħaddem minn persuni b’diżabbiltà.

Sistemi tattili ta’ gwida jassikuraw li kulħadd ikun jista’ jaċċessa u jgawdi l-ispazji moderni u storiċi ta’ Tübingen.
Persuna bil-bastun tmiss mappa tattili tat-triq.

Approċċ olistiku għall-aċċessibbiltà

Tübingen tagħti prijorità lil aċċessibbiltà lil hinn mill-venda ġdida tal-karozzi tal-linja tagħha. Fl-2022, Tübingen ippubblikat il-“Pjan ta’ Azzjoni 2022 tagħha: Tübingen inklużiva u aċċessibbli” biex twaqqaf approċċ sistematiku, sostenibbli, u estensiv għall-aċċessibbiltà u parteċipazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà fl-oqsma kollha tal-ħajja. L-Uffiċjali tal-Inklużjoni mill-komunitajiet muniċipali fid-distrett ta’ Tübingen huma parti minn network. Barra minn dan, il-belt offriet sessjonijiet ta’ taħriġ regolari għall-impjegati tagħha, fuq lingwa inklużiva u lingwa sempliċi.

Fil-belt antika storika, il-belt implimentat sistemi ta’ gwida tattila għal individwi b’vista batuta waqt li żammet il-karatteristiċi storiċi u estetiċi taż-żona. Fid-distretti l-ġodda, disinn aċċessibbli ta’ spazji pubbliċi huwa standard.

Id-daħliet u l-ħruġ tal-bini għandhom konnessjonijiet b’rampi. Riduzzjonijiet tal-bankini, sistemi diversi ta’ gwida għal individwi b’vista mnaqqsa u toilets pubbliċi aċċessibbli għal siġġu tar-roti joħolqu ambjent li jagħti prijorità lill-kumdità u l-konvenjenza għaċ-ċittadini u l-viżitaturi kollha.

Il-belt għandha sinjalar uniformi u sistema ta’ gwida b’kuluri kontrastanti, pittogrammi u testi faċli jinqraw. Tübingen toffri wkoll ġiti tal-belt li huma bla ostakli, u spazji għal avvenimenti numerużi, inkluża sistema induttiva ta’ kontroll.

Mudell tattilu tal-belt

Quddiem il-mużew tal-belt f’Kornhausstraße, hemm mudell tal-bronż tridimensjonali tal-belt qadima ta’ Tübingen bi skala ta’ 1:500. Skrizzjonijiet fuqha bil-braille jipprodu ismijiet u informazzjoni dwar postijiet importanti, toroq u l-istorja tal-belt. Dan jippermetti lil kulħadd, speċjalment persuni b’vista batuta, jifhmu aħjar u jesperjenzaw il-belt u l-ippjanar tal-arkitettura tagħha.

Persuna tmiss mudell żgħir tal-bronż tal-belt antika storika ta’ Tübingen.
Mudell tattilu ta’ riljiev jgħin biex kulħadd igawdi l-arkitettura tal-belt antika ta’ Tübingen.

Edukazzjoni għat-tfal kollha

l-impenn ta’ Tubingen biex tagħmel l-edukazzjoni u ċ-ċentri ta’ kura ta’ matul il-jum accessibbli għat-tfal kollha hu wkoll straordinarju. Il-belt għamlet l-iskejjel fiżikament aktar aċċessibbli b’karatteristiċi bħal rampi u elevazzjonijiet, adottat kurrikulu inklużiv fl-iskejjel u tipprovdi taħriġ dwar l-inklużività lill-edukaturi. L-Iskola tal-Mużika ta’ Tübingen tispikka billi toffri wkoll edukazzjoni bikrija inklużiva. Barra minn hekk, il-librerija tal-belt hi aċċessibbli u tipprovdi kotba f’lingwa sempliċi.

South Dublin County L-Irlanda

Rakkomandazzjoni speċjali għal żoni ta' pajsaġġ u playground 278 767 resident

Veduta minn fuq ta’ South Dublin County, bi triq, djar u torri tal-ġebel. Hemm għelieqi u siġar ħodor, u muntanji fl-isfond.

Imdawra mix-Xmara Liffey fit-tramuntana u l-Muntanji Dublin fin-nofsinhar, is-South Dublin County hi reġjun vibranti u inklużiv li qiegħed 16-il kilometru fil-lbiċ taċ-ċentru tal-belt ta' Dublin. Impenjata lejn l-inklużjoni soċjali u aċċess indaqs, is-South Dublin County tagħti prijorità lill-bżonnijiet tar-residenti kollha, inklużi persuni b'diżabbiltà, meta tiddissinja u twassal servizzi.

L-aċċessibbiltà fil-logħob hu dritt uman bażiku għat-tfal kollha. It-tfal ukoll jistħoqilhom li jqattgħu t-tfulija tagħhom f'kuntatt mill-qrib man-natura u li jibbenenefikaw mill-ħafna rigali tagħha. Dan jista' jkun speċjalment importanti għal tfal bl-Awtiżmu u diżabbiltajiet oħra sensorji, mentali u intellettwali. Meta ndunajna b'dan u ġibna l-valuri tal-inklużjoni, rispett għad-dinja naturali u parteċipazzjoni tal-komunità fil-proġetti tagħna, dawn iggwidawna fit-teħid ta' deċiżjonijiet u ksibna benefiċċji enormi.

Alan Edge,
Sindku ta' South Dublin

Noħolqu spazji inklużivi għal logħob: Disinn ta' approċċ universali

Mill-2015, il-Kunsill tas-South Dublin County iffoka fuq l-iżvilupp ta' aktar minn 40 spazju ġdid tal-logħob li jinkorporaw il-prinċipji ta' disinn universali – jiġifieri, Użu Ekwu, Flessibbiltà fl-Użu, Użu Sempliċi u Intuwittiv, Informazzjoni Perċettibbli, Tolleranza għal Żbalji, Sforz Fiżiku Baxx, u Daqs u Spazju għal Approċċ u Użu.

Tagħmir tal-logħob hu maħsub biex iqis il-bżonnijiet ta’ tfal b’diżabbiltajiet diversi.
:#4353#:

L-ispazji tal-logħob, karatterizzati b’mergħat, siġar, telgħat u karatteristiċi naturali oħra, jagħtu prijorità lil kuntatt man-natura, li wasslet għal ħin ta’ żjarat itwal fil-playground, żieda fil-logħob immaġinattiv u firxa usa’ ta’ esperjenzi tal-logħob għal kulħadd. Ipprovdejna aċċess għan-natura u dan għamel l-ispazji tal-logħob aktar sostenibbli, bi spejjeż ta’ manutenzjoni aktar baxxi.

Lil hinn mill-aċċessibbiltà fiżika u karatteristiċi naturali, l-ispazji tal-logħob huma maħsuba biex jakkomodaw il-bżonnijiet ta’ tfal b’diżabbiltajiet mentali, intellettwali u sensorjalibilli jinkorporaw karatteristiċi bħal tagħmir tal-logħob sensorju, żoni kwieti, strutturi inklużivi ta’ logħob, u sinjalar ċar ta’ kif issib it-triq. Dawn l-elementi ta’ disinn għandhom l-għan li jipprovdu ambjent ta’ appoġġ u inklużiv għat-tfal kollha flimkien mal-pari tagħhom.

Żewġt itfal bilqiegħda fuq ġebel li timxi fuqhom biex taqsam u jilagħbu bl-ilma ġo xmajra.
Spazji tal-logħob huma kkaratterizzati b’karatteristiċi naturali, bħal xmajjar, telgħat u mergħat, biex iħeġġu konnessjoni man-natura.

Awtorità lokali favur il-litteriżmu

Il-Kunsill ta’ South Dublin County waqqaf lilu nnifsu bħala awtorità lokali favur il-litteriżmu, implimenta politiki u pjanijiet akkreditati mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu Adult għall-Ingliż sempliċi. Il-Pjan Korporattiv 2020-2024 hu testment għal dan l-impenn, u jassikura li politiki u pjanijiet tal-Kunsill jgħaddu minn qari tal-provi regolari għal kwistjonijiet tal-lingwa relatata mal-ugwaljanza, aċċessibbiltà u Ingliż sempliċi..

Komunikazzjoni accessibbli

Braille u s-sinjalar tattili ġew implimentati fil-kontea, u jestendu għal uffiċċji ċiviċi, libreriji, u faċilitajiet f’Tallaght Stadium u f’ċentri tal-komunità. Miżuri addizzjonali, bħal-provvediment ta’ ingassi induttivi u s-Servizz Irlandiż tal-Interpretazzjoni Remota għal persuni b’indebolimenti tas-smiegh, jissottolinja l-impenn tal-Kunsill ta’ South Dublin County għall-aċċessibbiltà.

Edukazzjoni inklużiva

In-nurseries tal-Kunsill ta’ South Dublin County, l-iskejjel, u l-playgrounds joffru faċilitajiet aċċessibbli, irawmu kultura ta’ rispett u fehim fost l-istudenti u l-persunal permezz ta’ programmi edukattivi, u jipprovdu servizzi ta’ appoġġ personalizzat għal tfal bi bżonnijiet speċjali. Dawn il-miżuri għandhom l-għan li jassikuraw il-parteċipazzjoni attiva tat-tfal kollha, irrispettivament mill-kapaċitajiet jew sfond tagħhom. Il-Kunsill ta’ South Dublin County jassigura wkoll li l-libreriji tiegħu jkunu favur l-awtiżmu, joffru riżorsi u faċilitajiet strutturati apposta għal bżonnijiet diversi.

Impenn sostnut mil-liġi u l-politiki

L-impenn ta’ South Dublin County lejn l-aċċessibbiltà hu rifless f’bosta dokumenti ta’ politika, inkluż il-Pjan Korporattiv 2020–2024, il-Pjan ta’ Żvilupp tal-Kontea 2022–2028, l-Ugwaljanza fis-Settur Pubbliku u l-Qafas tad-Dmir tad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Istrateġija tad-Djar ta’ South Dublin County u tad-Diżabbiltà, u l-Libreriji Tagħna, il-Pjan ta’ Żvilupp għal-Libreriji ta’ Our Future South Dublin County 2023–2027.

Parteċipazzjoni tal-komunità

Il-Kunsill ta’ South Dublin County jinvolvi attivament persuni b’diżabbiltà fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet permess ta’ inizjattivi bħall-Panel Konsultattiv u ta’ Konsulenza dwar id-Diżabbiltà, li twaqqaf fl-2010. Dan il-panel, magħmul minn individwi b’interessi personali jew professjonali fl-aċċessibbiltà, jipprovdi informazzjoni intuwittiva ta’ valur kbir biex jassikura li faċilitajiet, servizzi, u attivitajiet huma maħsuba li jkunu accessibbli għall-komunità kollha.

Il-Kunsill jibqa’ impenjat lejn titjib kontinwu u ħa passi biex jikkomunika effettivament mal-pubbliku, inkluż bl-Interpretazzjoni tal-Lingwa tas-Sinjali Irlandiża, u jipprovdi bordijiet ta’ komunikazzjoni f’żoni tal-logħob u jfittex feedback fuq l-effettività tagħhom.

Parteċipazzjoni fil-Premju għall-Belt Aċċessibbli 2025

Qed tagħmel sforz eċċezzjonali biex tagħmel il-ħajja aktar faċli għal persuni b'diżabbiltà fil-belt tiegħek? Applika issa għall-Premju għall-Belt Aċċessibbli 2025 u ssieħeb mal-familja!

Il-Premju għall-Belt Aċċessibbli hu organizzat mill-Kummissjoni Ewropea bi sħab mal-Forum Ewropew dwar id-Diżabbiltà. Dan il-premju jirrikonoxxi bliet għax-xogħol tagħhom biex isiru aċċessibbli għal kulħadd, b’mod partikolari għal persuni b’diżabbiltà.

Parteċipazzjoni fil-premju hu ċans uniku biex tikseb rikonoxximent Ewropew u opportunità biex tikkonettja ma’ bliet oħra avvanzati biex jiżguraw l-aċċessibbiltà, jaqsmu esperjenzi, jitgħallmu minn xulxin u jikkollaboraw, u jgħinuk issir belt anki aħjar biex tgħix fiha u żżur.

Bliet rebbieħa li jirċievu premju finanzjarju:

  • L-ewwel premju: €150,000
  • it-tieni premju: €120,000
  • it-tielet premju: €80,000

Kif tapplika

Biex tapplika, trid tkun awtorità tal-gvern ta’ belt b’iktar minn 50,000 resident fi Stat Membru tal-UE. Fi Stati Membri b’inqas minn żewġt ibliet ta`din ix-xorta, żoni urbani magħmula minn żewġt ibliet jew iktar jistgħu wkoll jipparteċipaw jekk il-popolazzjoni kombinata tagħhom taqbeż il-50,000 resident.

Il-perjodu tal-applikazzjoni jiftaħ kull sena. Biex tapplika, trid timla u tissottometti formola tal-applikazzjoni online sal-iskadenza. Ser issib l-informazzjoni kollha neċessarja fuq is-sit web uffiċjali tal-Premju għall-Belt Aċċessibbli.

Biex jgħinuk, regoli tal-parteċipazzjoni u nota ta’ gwida ser ikunu disponibbli fil-lingwi kollha uffiċjali tal-UE.

L-ibliet Kollha eliġibbli jistgħu japplikaw u jerġgħu japplikaw kull sena biex jirbħu l-Premju għall-Belt Aċċessibbli u Rakkomandazzjonijiet Speċjali, inklużi t-tieni u t-tielet rebbieħa tal-premju u rakkomandazzjoni speċjali ta’ bliet minn edizzjonijiet preċedenti. Rebbieħa minn snin oħra tal-ewwel post ma jistgħux japplikaw għal perjodu ta’ ħames snin wara li jkunu zammew it-titolu tal-Premju għall-Belt Aċċessibbli għal sena partikolari.

Il-proċess u l-kriterja tas-selezzjoni

Ladarba l-proċess tal-applikazzjoni jkun magħluq, il-proċess tas-selezzjoni jinqasam f’żewġ stadji: għażla minn qabel fil-livell nazzjonali u għażla finali fil-livell Ewropew.

Il-ġuriji nazzjonali f’kull pajjiż jagħżlu massimu ta’ tliet ibliet mill-applikanti nazzjonali. Kandidati magħżula minn qabel imbagħad imorru għat-tieni fażi tal-kompetizzjoni u huma ser ikunu evalwati minn Ġurija Ewropea.

Il-ġuriji ser iqisu miżuri meħuda u ippjanati fl-oqsma li ġejjin:

  • ambjent mibni u spazj pubbliċi,
  • transport u infrastruttura relatata,
  • informazzjoni u komunikazzjoni, inklużi teknoloġiji ġodda,
  • faċilitajiet u servizzi pubbliċi.

Il-ġuriji ser jevalwaw l-applikazzjonijiet, u jqisu s-sitt kriterji li ġejjin:

  • ambitu tal-azzjonijiet,
  • sjieda, livell ta' impenn,
  • impatt,
  • kwalità u sostenibbiltà tar-riżultati,
  • involviment ta' persuni b'diżabbiltà u sħab rilevanti,
  • innovazzjoni soċjali.

Wara l-evalwazzjoni mill-ġurija tal-UE, il-finalisti ser ikunu mħabbra mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-rebbieħ tal-Premju għall-Belt Aċċessibbli 2025 ser ikun żvelat matul iċ-Ċerimonja tal-Premju li ser issir matul il-Konferenza tal-Ġurnata Ewropea ta’ persuni b’diżabbiltà (28-29 Novembru 2024).

Ikkuntattjana

Is-Segretarjat tal-Premju għall-Belt Aċċessibbli jista’ jassistik bil-preparazzjoni tal-applikazzjoni tiegħek. Għal informazzjoni addizzjonali, jekk jogħġbok ikkuntattja:secretariat@accesscityaward.eu.

Ir-rebbieħa ta' qabel tal-Premju tal-Belt tal-Aċċess

Ir-rebbieħa tal-Premju tal-Belt tal-Aċċess 2024 ser jissieħbu mal-familja numeruża ta’ rebbiegħa tal-Premju tal-Belt tal-Aċċess.

L-ewwel premju It-tieni premju It-tielet premju Rakkomandazzjoni speċjali Rakkomandazzjoni speċjali Rakkomandazzjoni speċjali Rakkomandazzjoni speċjali
2023 Skellefteå, l-Iżvezja Córdoba, Spanja Ljubljana, is-Slovenja Mérida, Spanja Hamburg, il-Ġermanja Grenoble, Franza -  
2022 Il-Belt ta’ Lussemburgu, il-Lussemburgu Helsinki, il-Finlandja Barcelona, Spanja Porto, il-Portugall Palma, Spanja Leuven, il-Belġju -
2021 Jönköping, l-Iżvezja Bremerhaven, il-Ġermanja Gdynia, il-Polonja Poznań, il-Polonja Komotini, il-Greċja Firenze, l-Italja -
2020 Warsaw, il-Polonja Castellón de la Plana, Spanja Skellefteå, l-Iżvezja Evreux, Franza Tartu, L-Estonja Chania, il-Greċja -
2019 Breda, in-Netherlands Evreux, Franza Gdynia, il-Polonja Vigo, Spanja Kaposvár, l-Ungerija Viborg, id-Danimarka Monteverde, l-Italja
2018 Lyon, Franza Ljubljana, is-Slovenja Il-Belt ta’ Lussemburgu, il-Lussemburgu Viborg, id-Danimarka - - -
2017 Chester, ir-Renju Unit Rotterdam, in-Netherlands Jūrmala, il-Latvja Lugo, Spanja Skellefteå, l-Iżvezja Alessandrija, l-Italja Funchal, il-Portugall
2016 Milan, l-Italja Wiesbaden, il-Ġermanja Toulouse, Franza Vaasa, il-Finlandja Kaposvár, l-Ungerija - -
2015 Borås, l-Iżvezja Helsinki, il-Finlandja Ljubljana, is-Slovenja Arona, Spanja Il-Belt ta’ Lussemburgu, il-Lussemburgu Logroño, Spanja Budapest, l-Ungerija
2014 Gothenburg, l-Iżvezja Grenoble, Franza Poznań, il-Polonja Belfast, ir-Renju Unit Dresden, il-Ġermanja Burgos, Spanja Málaga, Spanja
Rebbieħ It-tieni post It-tieni post It-tieni post Rakkomandazzjoni speċjali Rakkomandazzjoni speċjalin Rakkomandazzjoni speċjali Rakkomandazzjoni speċjali
  2013 Berlin, il-Ġermanja Nantes, Franza Stokkolma, l-Iżvezja - Gdynia, il-Polonja Bilbao, Spanja Pamplona, Spanja Tallaght, l-Irlanda  
2012 Salzburg, l-Awstrija Krakow, il-Polonja Marburg, il-Ġermanja Santander, Spanja Terrassa, Spanja Ljubljana, is-Slovenja Olomouc, ir-Repubblika Ċeka Grenoble, Franza
2011 Avila, Spanja Barcelona, Spanja Cologne, il-Ġermanja Turku, il-Finlandja Barnsley, ir-Renju Unit Dublin, l-Irlanda Grenoble, Franza Malmö, l-Iżvezja

Dwar

Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2024

© L-Unjoni Ewropea, 2024

Il-politika tal-użu mill-ġdid tad-dokumenti tal-Kummissjoni Ewropea hija bbażata fuq id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/833/UE tat-12 ta’ Diċembru 2011 dwar l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti tal-Kummissjoni (ĠU L 330, 14.12.2011, p. 39). Għajr jekk ikun indikat mod ieħor, l-użu mill-ġdid ta’ dan id-dokument huwa awtorizzat bil-liċenzja Creative Commons Attribution 4.0 International (CC-BY 4.0) (https://creativecommons.org/licenses/by/4.0). Dan ifisser li l-użu mill-ġdid huwa permess kemm-il darba jingħata kreditu xieraq u jiġu indikati t-tibdiliet kollha.

Għal kull użu jew riproduzzjoni ta’ elementi li mhumiex proprjetà tal-Unjoni Ewropea, jista’ jkun hemm bżonn li jintalab permess direttament mid-detenturi tad-drittijiet rispettivi.

Print ISBN 978-92-68-19421-8 ISSN 2599-9133 doi:10.2767/341003 KE-BL-24-005-MT-C
PDF ISBN 978-92-68-11162-8 ISSN 2467-0545 doi:10.2767/67855 KE-BL-24-005-MT-N
HTML ISBN 978-92-68-11152-9 ISSN 2467-0545 doi:10.2767/303 KE-BL-24-005-MT-Q

Kif tikkuntattja lill-UE

Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-­indirizz tal-eqreb ċentru għalik online (european-union.europa.eu/contact-eu/meet-us_mt).

Bit-telefown jew bil-miktub
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja lil dan is-servizz:

  • bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
  • fuq dan in-numru standard: +32 22999696,
  • permezz ta’ din il-formola: european-union.europa.eu/contact-eu/write-us_mt.

Kif issib tagħrif dwar l-UE

Online
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa (european-union.europa.eu).

Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tara jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE minn op.europa.eu/mt/publications. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tad-dokumentazzjoni lokali tiegħek (european-union.europa.eu/contact-eu/meet-us_mt).

Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1951 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex (eur-lex.europa.eu).

Data miftuħa tal-UE
Il-portal data.europa.eu jagħti aċċess għal settijiet tad-data miftuħa mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE. Dawn jistgħu jitniżżlu u jerġgħu jintużaw mingħajr ħlas, għal skopijiet kummerċjali u mhux kummerċjali. Il-portal jagħti aċċess ukoll għal għadd kbir ta’ settijiet tad-data mill-pajjiżi Ewropej.