Id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru matul il-pandemija tal-COVID-19:
Id-drittijiet ewlenin mhumiex protetti minkejja l-isforzi tal-Kummissjoni
Dwar ir-rapport:
Aħna analizzajna kif il-Kummissjoni pproteġiet id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru fl-UE matul il-kriżi tal-COVID-19.
Sibna li l-passiġġieri tal-ajru ma ġewx infurmati bis-sħiħ dwar id-drittijiet tagħhom matul il-kriżi tal-COVID-19. Fil-perjodu inizjali tal-kriżi, ħafna passiġġieri ma ġewx rimborżati, jew ma kellhom l-ebda għażla oħra ħlief li jaċċettaw vawċers F’Ġunju 2020, il-linji tal-ajru bdew jirrimborżaw lill-passiġġieri, għalkemm b’dewmien sinifikanti. L-Istati Membri ma rabtux l-għajnuna mill-Istat mar-rimborż tal-passiġġieri, anki jekk il-Kummissjoni kienet għamlitha ċara li huma setgħu jagħmlu dan. Il-Kummissjoni aġixxiet biex tissalvagwardja d-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru u ħadet passi biex timmitiga l-effetti tal-kriżi, minkejja l-limitazzjonijiet tal-qafas legali eżistenti. Proposti f’dan ir-rigward li jistgħu jikkontribwixxu biex jirrimedjaw din is-sitwazzjoni ġew ippreżentati fl-2013 iżda sa issa l-Kunsill ma laħaqx qbil dwar il-pożizzjoni tiegħu.
Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni tipproteġi aħjar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru u tinfurmahom dwar id-drittijiet tagħhom; issaħħaħ il-koordinazzjoni tal-miżuri nazzjonali u torbot aħjar l-għajnuna mill-Istat li tingħata lil-linji tal-ajru mar-rimborż tal-passiġġieri; kif ukoll ittejjeb l-għodod u l-leġiżlazzjoni għas-salvagwardja tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru.
Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.
Sommarju eżekuttiv
IIl-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt kbir fuq ħafna setturi tal-ekonomija. Is-settur tal-ivvjaġġar u dak tat-turiżmu fl-UE kienu fost l-ewwel li ntlaqtu direttament hekk kif il-pandemija ġabet magħha interruzzjonijiet kbar fl-ivvjaġġar li matulhom ħafna ajruplani ma setgħux itiru. Dan irriżulta f’għadd kbir ta’ titjiriet li ġew ikkanċellati, u kien segwit minn talbiet għal rimborż mill-passiġġieri li ma setgħux jivvjaġġaw bl-ajru. Il-linji tal-ajru u l-organizzaturi tal-pakketti tal-ivvjaġġar esperjenzaw problemi ta’ likwidità f’daqqa u serji, u l-Istati Membri intervenew billi pprovdew livelli bla preċedent ta’ appoġġ biex il-linji tal-ajru jkunu jistgħu jkomplu joperaw u jissopravivu matul u wara l-kriżi tal-COVID-19.
IIAħna analizzajna kif il-kriżi tal-COVID-19 affettwat id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru. Filwaqt li ffukajna fuq ir-rwol tal-Kummissjoni, aħna vvalutajna jekk id-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni u d-dritt għal rimborż għall-passiġġieri tal-ajru ġewx salvagwardjati. Aħna eżaminajna wkoll kif il-linji tal-ajru ġew appoġġati b’għajnuna mill-Istat, jekk din l-għajnuna kinitx marbuta mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri, u jekk id-defiċjenzi li kienu jeżistu qabel il-pandemija tal-COVID-19 kinux ippersistew jew kinux ġew aggravati minħabba l-kriżi.
IIIIt-tkomplija tat-trasport bl-ajru se tkun aspett importanti tal-irkupru ekonomiku tal-UE b’segwitu għall-kriżi tal-COVID-19. Dan ir-rapport jinforma lill-Kummissjoni hekk kif hija qed taħdem lejn is-simplifikazzjoni u t-tisħiħ tal-qafas legali biex tagħmlu aktar konsistenti u adattat aħjar, biex b’hekk tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri fl-UE.
IVB’mod ġenerali, aħna sibna li:
- Il-kriżi tal-COVID-19 ġabet fokus qawwi fuq il-fatt li l-passiġġieri tal-ajru ma kinux infurmati bis-sħiħ dwar id-drittijiet tagħhom, u li kien hemm riskju li konsegwentement jitilfu l-flus li kienu intitolati għalihom. Il-kriżi xeħtet dawl ukoll fuq il-limitazzjonijiet għall-infurzar mill-Istati Membri tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru: ħafna passiġġieri ma ġewx rimborżati fil-fażi inizjali tal-kriżi; ħafna oħrajn ma kellhomx għażla oħra ħlief li jaċċettaw il-vawċers. F’Ġunju 2020, il-linji tal-ajru bdew jirrimborżaw lill-passiġġieri, għalkemm b’dewmien sinifikanti. Fiż-żmien meta wettaqna l-awditu, l-abbiltà tal-passiġġieri li jiżguraw rimborż baqgħet limitata kemm meta kienu involuti l-intermedjarji (eż. aġenziji tal-ivvjaġġar), kif ukoll meta l-passiġġieri ġew imposti jaċċettaw il-vawċers. Barra minn hekk, il-biċċa l-kbira mill-biljetti u mill-vawċers tal-passiġġieri mhumiex protetti kontra l-insolvenza tal-linji tal-ajru. Il-fatt li ma hemmx stampa ġenerali minħabba n-nuqqas ta’ rekwiżiti ta’ rappurtar, pereżempju dwar l-għedud ta’ passiġġieri li jitolbu flushom lura u dwar l-għadd ta’ każijiet mhux solvuti sad-dati ta’ skadenza legali fl-UE kollha, huwa fih innifsu parti importanti mill-problema fl-infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru.
- Il-miżuri nazzjonali biex tiġi miġġielda l-pandemija, spiss meħudin b’mod mhux ikkoordinat u unilaterali, ikkontribwew għall-kollass tal-ivvjaġġar bl-ajru u wasslu għal problemi ta’ likwidità f’daqqa u serji, kemm għal-linji tal-ajru kif ukoll għall-organizzaturi ta’ pakketti tal-ivvjaġġar. Il-qafas temporanju għall-għajnuna mill-Istat stabbilit mill-Kummissjoni ffaċilita l-għoti ta’ livelli bla preċedent ta’ għajnuna mill-Istat li ngħatat mill-Istati Membri lil-linji tal-ajru u lill-organizzaturi ta’ pakketti tal-ivvjaġġar, li tammonta għal EUR 34.7 biljun. Filwaqt li kien hemm rekwiżit għall-Istati Membri biex jiżguraw li ċerti riċevituri tal-għajnuna mill-Istat jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar kif din l-għajnuna ntużat biex tappoġġa l-objettivi ta’ politika tal-UE relatati mat-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali, ma kien hemm l-ebda rekwiżit bħal dan fir-rigward tar-rimborż tal-passiġġieri tal-ajru. Meta tapprova miżuri nazzjonali ta’ għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni ma tistax timponi kundizzjonijiet fil-qasam tad-drittijiet tal-passiġġieri, iżda għamlitha ċara li l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu dan. Madankollu, l-Istati Membri ma għamlux din ir-rabta meta pprovdew l-għajnuna tagħhom lil-linji tal-ajru. Din hija waħda mir-raġunijiet għalfejn il-linji tal-ajru aġixxew b’mod differenti fir-rigward ta’ kif u meta rrimborżaw lill-vjaġġaturi.
- Is-sit web “Re-open EU” tal-Kummissjoni jipprovdi informazzjoni siewja lill-vjaġġaturi prospettivi rigward il-modi kollha tat-trasport iżda jiddependi minn informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, u din l-informazzjoni mhux dejjem tkun aġġornata.
- Matul il-pandemija, il-Kummissjoni aġixxiet biex tissalvagwardja d-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru u ħadet passi biex timmitiga l-effetti tal-kriżi, minkejja l-limitazzjonijiet tal-qafas legali eżistenti. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha setgħat limitati biex tinforza d-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru. Sa issa l-Kunsill għadu ma laħaqx qbil dwar proposta biex jissaħħu s-setgħat ta’ infurzar tal-Kummissjoni tal-2013.
F’dan ir-rapport, aħna nagħmlu rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni biex:
- jiġu protetti aħjar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru, u jkun hemm informazzjoni dwar dawn id-drittijiet;
- il-miżuri nazzjonali jiġu kkoordinati aktar u l-għajnuna mill-Istat li tingħata lil-linji tal-ajru tintrabat aħjar mar-rimborż tal-passiġġieri;
- jittejbu l-għodod u l-leġiżlazzjoni għas-salvagwardja tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru;
- titqies ir-rilevanza tar-rakkomandazzjonijiet li jingħataw f’dan ir-rapport għal modi oħra tat-trasport ukoll.
Introduzzjoni
Drittijiet tal-passiġġieri fl-UE
01Matul dawn l-aħħar 30 sena kien hemm żieda qawwija fl-ivvjaġġar fl-Ewropa1. L-UE ħadet passi biex tiżgura livell armonizzat ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri biex tiffaċilita l-mobilità għall-passiġġieri li jivvjaġġaw bl-ajru, bil-ferrovija, bil-baħar u bix-xarabank. Dawn id-drittijiet tal-passiġġieri huma ddefiniti fil-livell tal-UE, u jiġu applikati mill-fornituri tat-trasport u infurzati mill-korpi nazzjonali.
02Il-politika tal-UE dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri għandha impatt dirett fuq iċ-ċittadini, u dan jagħmilha viżibbli ħafna. Din hija wkoll politika li l-Kummissjoni tqis bħala suċċess minħabba li tagħti s-setgħa lill-konsumaturi billi tiggarantixxi d-drittijiet tagħhom.
03Id-dritt tal-UE jagħti lill-passiġġieri tal-ajru d-dritt għal, pereżempju, rimborż tal-biljetti tat-titjira, rotta alternattiva u assistenza fuq l-art (bħal xorb jew akkomodazzjoni f’lukanda) jekk it-titjiriet tagħhom jiġu kkanċellati jew jiddewmu b’mod sinifikanti, jew jekk ma jitħallewx jitilgħu abbord (ara l-Kaxxa 1).
Kaxxa 1
Leġiżlazzjoni tal-UE għas-salvagwardja tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru
Biex tiżgura livell armonizzat ta’ protezzjoni għall-passiġġieri fl-erba’ modi tat-trasport kollettiv (bl-ajru, bil-ferrovija, fuq l-ilma u bix-xarabank), il-Kummissjoni Ewropea taġġorna regolarment il-leġiżlazzjoni rilevanti fil-modi kollha tat-trasport2. L-aġġornament l-aktar reċenti ta’ dan it-tip huwa fis-settur ferrovjarju3.
Fir-rigward tas-settur tal-passiġġieri tal-ajru, ir-Regolament dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru, ir-Regolament 261/20044, jistabbilixxi r-regoli tal-UE dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni, jew dewmien twil ta’ titjiriet. Dan ir-regolament japplika għat-tluq kollu tal-passiġġieri minn ajruport fi ħdan Stat Membru jew minn ajruport f’pajjiż barra mit-territorju tal-UE lejn ajruport li jinsab fi Stat Membru, iżda biss jekk it-trasportatur li jkun qed jopera jkun trasportatur tal-UE.
Il-Kummissjoni pproponiet reviżjoni tar-Regolament fl-20135 wara l-interruzzjonijiet fl-ivvjaġġar ikkawżati mill-vulkan Eyjafjallajökull. Din il-proposta ġiet appoġġata mill-Parlament fl-2014, iżda mhux mill-Kunsill6. Hija tinkludi proċeduri riveduti li l-għan tagħhom kien li jipprovdu salvagwardji aħjar għad-drittijiet tal-passiġġieri fi żminijiet ta’ kriżi, bħal proċeduri mtejba għat-trattament tal-ilmenti, u mezzi msaħħa ta’ infurzar, monitoraġġ u sanzjonar.
Għall-vjaġġaturi bl-ajru li jużaw pakkett tal-ivvjaġġar (eż. li jikkombina t-titjira u l-lukanda), id-Direttiva dwar il-Pakketti tal-Ivvjaġġar (PTD)7, li bdiet tapplika fl-2018, tiżgura, fost affarijiet oħra, garanziji ta’ rimborż u ripatrijazzjoni jekk organizzatur ta’ pakketti tal-ivvjaġġar isir insolventi. Din id-Direttiva ssostitwiet id-Direttiva dwar il-Pakketti tal-Ivvjaġġar8 tal-1990.
Kemm ir-Regolament kif ukoll id-Direttiva jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumaturi (ir-Regolament CPC) tal-20179.
Hemm ħafna korpi li huma involuti fl-implimentazzjoni, l-infurzar u s-superviżjoni ta’ dawn id-drittijiet. Id-drittijiet tal-passiġġieri jridu jiġu applikati mil-linji tal-ajru. Il-Kummissjoni timmonitorja l-implimentazzjoni tal-qafas legali, tista’ tipproponi bidliet fih, u toħroġ rakkomandazzjonijiet jew linji gwida biex tarmonizza l-implimentazzjoni fejn meħtieġ. Il-korpi nazzjonali tal-infurzar (NEBs) tal-Istati Membri huma responsabbli għall-infurzar tad-Dritt tal-UE fil-livell nazzjonali. In-Network ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur (CPC) jista’ wkoll iwieġeb għall-ilmenti riċevuti mingħand il-passiġġieri. Aħna nipprovdu ħarsa ġenerali lejn l-organizzazzjonijiet kollha involuti u r-rwoli tagħhom, fl-Anness I għall-passiġġieri b’biljetti għat-titjira biss, u fl-Anness II għall-vjaġġaturi b’pakketti tal-ivvjaġġar.
Restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar matul il-pandemija tal-COVID-19
05Fit-30 ta’ Jannar 2020, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) iddikjarat it-tifqigħa tal-COVID-19 bħala “emerġenza tas-saħħa pubblika ta’ rilevanza internazzjonali”. Madankollu, fi tmiem Frar 2020, hija ħarġet rakkomandazzjoni10 li tenfasizza l-importanza li ma tiġi applikata l-ebda restrizzjoni fuq l-ivvjaġġar jew fuq il-kummerċ b’rabta mat-tifqigħa tal-COVID-19. Fi tmiem l-ewwel kwart tal-2020, il-gvernijiet madwar id-dinja bdew jirrestrinġu, u aktar tard jipprojbixxu, l-ivvjaġġar internazzjonali. Filwaqt li inizjalment ir-restrizzjonijiet ġew applikati primarjament fuq l-ivvjaġġar miċ-Ċina (fejn bdiet il-pandemija), dawn espandew rapidament għal żoni oħra. Fil-11 ta’ Marzu 2020, id-WHO kkaratterizzat il-COVID-19 bħala pandemija11 u l-Istati Uniti ħabbru s-sospensjoni tal-ivvjaġġar mill-Ewropa. Ġimgħa wara, l-UE għalqet il-fruntieri esterni tagħha għall-passiġġieri tal-ajru12. Hekk kif il-pandemija marret għall-agħar, l-Istati Membri individwali tal-UE bdew ukoll jagħlqu l-fruntieri tagħhom għat-traffiku tal-ajru kummerċjali minn pajjiżi oħra fi ħdan l-UE. Sa April 2020, 14-il Stat Membru fiż-żona Schengen kienu introduċew kontrolli fil-fruntieri interni (ara l-Figura 1). Sa dak iż-żmien, il-WHO kienet saret ukoll aktar flessibbli, pereżempju billi stabbiliet il-ħtieġa li jkun hemm fis-seħħ miżuri ta’ vvjaġġar xierqa u proporzjonati, li jibbilanċjaw il-konsegwenzi soċjoekonomiċi ta’ dawn il-miżuri (jew restrizzjonijiet temporanji) kontra l-konsegwenzi avversi potenzjali fuq is-saħħa pubblika.
Figura 1
Stampa ġenerali tal-pajjiżi tal-UE fiż-żona Schengen li introduċew kontrolli fil-fruntieri interni għat-traffiku tal-passiġġieri minħabba l-pandemija tal-COVID-19
Sors: il-QEA.
Minn Mejju 2020 ’il quddiem, il-fruntieri interni reġgħu nfetħu gradwalment, iżda komplew jiġu applikati restrizzjonijiet sanitarji (bħal regoli ta’ kwarantina għal persuni li jivvjaġġaw minn reġjuni b’riskju għoli jew rekwiżiti ta’ ttestjar) u, għal kunsiderazzjonijiet ta’ saħħa pubblika, kien hemm parir ġenerali biex il-persuni ma jivvjaġġawx.
07F’Ottubru 2020, abbażi ta’ proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill indirizza Rakkomandazzjoni mhux vinkolanti li titlob lill-Istati Membri biex jikkoordinaw aħjar ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar13. B’mod partikolari, huwa ppropona li tintuża klassifikazzjoni komuni ta’ “EU Traffic Lights”14 tal-pajjiżi u r-reġjuni sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jippjanaw aħjar l-arranġamenti tal-ivvjaġġar tagħhom. Fi Frar 2021, il-Kunsill skoraġġixxa l-ivvjaġġar mhux essenzjali minn żoni ta’ riskju għoli sakemm is-sitwazzjoni epidemjoloġika tkun tjiebet15. Matul iż-żmien meta sar l-awditu, l-Istati Membri komplew jiddeċiedu b’mod unilaterali dwar ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, spiss bi ftit avviż minn qabel, kif jidher fil-Kaxxa 2.
Kaxxa 2
Eżempji ta’ miżuri nazzjonali applikati fil-perjodu tal-Għid tal-2021
Il-Belġju applika s-sistema ta’ dawl tat-traffiku proprja tiegħu ta’ reġjuni b’riskju għoli, medju u baxx, u kompla jipprojbixxi l-ivvjaġġar internazzjonali “mhux essenzjali” kollu (sat-18 ta’ April 2021) filwaqt li l-ivvjaġġar ġewwa l-Belġju kien permess.
In-Netherlands, ukoll b’segwitu għal valutazzjoni tar-riskju nazzjonali, ippermettew l-ivvjaġġar ġewwa l-pajjiż iżda rrakkomandaw bil-qawwi lill-passiġġieri biex ma jivvjaġġawx barra mill-pajjiż.
L-Italja adottat ukoll il-klassifikazzjoni nazzjonali proprja tagħha taż-żoni ta’ riskju. L-awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar kienu jiddependu mill-kodiċijiet tal-kuluri tar-reġjuni, u żiedet perjodu ta’ kwarantina ta’ ħamest ijiem b’mod addizzjonali mat-testijiet obbligatorji għal kwalunkwe vjaġġatur barrani li jidħol fil-pajjiż.
Franza, li wkoll tuża klassifikazzjoni nazzjonali taż-żoni ta’ riskju, ipprojbiet lill-abitanti tagħha milli jivvjaġġaw bejn ir-reġjuni, filwaqt li t-turisti barranin setgħu jidħlu fi Franza wara ttestjar obbligatorju għall-COVID.
Spanja ħadet miżuri simili għal Franza (l-ebda vvjaġġar intern ma kien permess iżda t-turisti barranin setgħu jidħlu), bl-applikazzjoni tal-approċċ ta’ “dwal tat-traffiku” tal-UE li ġie maqbul b’mod komuni għar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar.
Fil-Ġermanja, ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar ġew applikati abbażi ta’ informazzjoni li tirfed l-approċċ ta’ “dwal tat-traffiku” tal-UE u bl-użu ta’ definizzjoni nazzjonali taż-żoni ta’ riskju. L-ivvjaġġar barra mill-pajjiż kien possibbli, pereżempju lejn Mallorca (gżira Spanjola b’rata baxxa ta’ infezzjoni), filwaqt li kien irrakkomandat bil-qawwi li ma jsirx ivvjaġġar ġewwa l-Ġermanja (u l-akkomodazzjonijiet baqgħu magħluqa).
Effetti tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar relatati mal-COVID-19 fuq it-trasport tal-passiġġieri bl-ajru
08Għalkemm il-kriżijiet preċedenti naqqsu t-tkabbir tal-industrija tal-linji tal-ajru, dawn ma wassluhiex għal waqfien totali. Fl-2002, pereżempju, b’segwitu għall-attakki terroristiċi fl-Istati Uniti, it-traffiku tal-ajru fl-Ewropa naqas bi 2 %. Fl-2009, ir-reċessjoni finanzjarja kkawżat tnaqqis ta’ 6.6 %. Fl-2010, l-iżbroff tal-vulkan Iżlandiż Eyjafjallajökull ikkawża l-kanċellazzjoni ta’ 111 000 titjira f’April ta’ dik is-sena. Il-Kaxxa 3 turi l-importanza tat-trasport bl-ajru għall-ekonomija tal-UE.
Kaxxa 3
It-trasport bl-ajru fl-ekonomija tal-UE
It-trasport bl-ajru huwa essenzjali għall-iżvilupp ekonomiku. Fl-2018, l-industrija tat-trasport bl-ajru fl-EU-28 kienet timpjega kważi 2 700 000 persuna, filwaqt li tat appoġġ għal 13.5 miljun impjieg u EUR 840 biljun f’attività ekonomika. Dan huwa ekwivalenti għal 3.6 % tal-impjiegi u 4.4 % tal-prodott domestiku gross (PDG)16. Fl-2019, 11-il miljun titjira17 ttrasportaw aktar minn biljun passiġġier18.
Madankollu, il-pandemija tal-COVID-19 hija bla preċedent f’dak li jirrigwarda l-impatt tagħha u d-durata tagħha. Fl-UE, l-effett tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar fuq l-għedud ta’ titjiriet u l-passiġġieri kien saħansitra aktar importanti milli f’partijiet oħra tad-dinja. Dan huwa dovut għad-daqs iżgħar tad-diversi swieq domestiċi tal-UE, u għar-restrizzjonijiet nazzjonali kontinwi imposti mill-Istati Membri fuq l-ivvjaġġar internazzjonali bħala mezz biex tiġi miġġielda l-firxa tal-pandemija. Ingħalqu kważi 7 000 rotta tal-ajru fin-network Ewropew tal-ajruporti19. Ħafna ajruplani ma setgħux itiru billi t-titjiriet ġew ikkanċellati u s-settur prattikament waqaf totalment.
© Getty Images / Vertigo3d.
F’April 2020, kien hemm 88 % inqas titjiriet fl-UE mix-xahar ekwivalenti tas-sena ta’ qabel (ara l-Figura 2). Barra minn hekk, l-għedud ta’ passiġġieri fix-xahar fl-UE naqsu minn 70 miljun f’Jannar u Frar 2020 għal 1 000 000 biss f’April, 99 % inqas minn April 2019 (ara l-Figura 3). L-Eurostat stma li t-tnaqqis totali fl-għedud ta’ passiġġieri kien ta’ 346 miljun għall-ewwel sitt xhur tas-sena, u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) stmat li dan kien jammonta għal 800 miljun, jew 67 %, għas-sena sħiħa. Aħna nistmaw li madwar 50 miljun biljett ġew ikkanċellati bejn Marzu u Mejju 202020.
Figura 2
L-effett tal-pandemija fuq it-traffiku tal-ajru Ewropew: Traffiku tal-ajru Ewropew 2019 vs 2020 (f’għadd ta’ titjiriet)
Sors: analiżi tal-QEA bbażata fuq data pprovduta mid-Dashboard tal-Ajru Uniku Ewropew.
Figura 3
L-effett tal-pandemija fuq l-għedud ta’ passiġġieri tal-ajru (f’miljun ta’ passiġġieri tal-ajru)
Sors: l-Eurostat. Data disponibbli biss sa Ġunju 2020.
B’konsegwenza ta’ dan, huwa stmat li mill-inqas sitt miljun impjieg fl-industriji tat-turiżmu u tal-ivvjaġġar tal-UE huma f’riskju21. Bejn Marzu 2020 u Marzu 2021, l-Istati Membri pprovdew aktar minn EUR 3 triljun ta’ appoġġ pubbliku lin-negozji tas-setturi kollha, biex jimmitigaw l-effetti tal-kriżi tal-COVID-19 fuq l-ekonomiji tagħhom22.
12Għal-linji tal-ajru, il-waqfien f’daqqa fl-ivvjaġġar ikkawża problemi ta’ likwidità serji. Peress li prattikament ma kien hemm l-ebda prenotazzjoni ġdida, il-linji tal-ajru sabu lilhom infushom neqsin mill-flus meħtieġa biex iħallsu l-ispejjeż fissi jew biex jirrimborżaw lill-passiġġieri. Il-linji tal-ajru saru dipendenti fuq ir-riżervi ta’ flus tagħhom, jew fuq ir-rieda tal-gvernijiet fl-Istati Membri li jsalvawhom minn falliment potenzjali.
Awditu preċedenti dwar id-drittijiet tal-passiġġieri
13Fl-2018, aħna ppubblikajna rapport speċjali dwar id-drittijiet tal-passiġġieri, li jkopri l-modi kollha tat-trasport23. Dan ir-rapport enfasizza li, saħansitra qabel ma faqqgħet il-pandemija tal-COVID:
- kien hemm livell relattivament baxx ta’ sensibilizzazzjoni dwar l-eżistenza tad-drittijiet tal-passiġġieri;
- l-infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru kien ivarja b’mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri. Dan minħabba li l-NEBs ivarjaw fl-istruttura tagħhom u japplikaw il-liġi nazzjonali b’metodi ta’ infurzar differenti. Pereżempju, mhux l-NEBs kollha jirriżolvu t-talbiet individwali tal-passiġġieri: xi wħud mill-NEBs tal-ajru jqisu r-rwol tagħhom bħala purament li jiżguraw l-infurzar ġenerali filwaqt li oħrajn jittrattaw ukoll ilmenti individwali;
- il-Kummissjoni ma kellha l-ebda mandat biex tiżgura l-infurzar sħiħ tar-regolamenti dwar id-drittijiet tal-passiġġieri.
Ir-rapport fih ukoll rakkomandazzjonijiet li kollha kienu ġew aċċettati mill-Kummissjoni u li għalihom il-perjodu tal-implimentazzjoni għadu fil-biċċa l-kbira għaddej.
Ambitu u approċċ tal-awditjar
14Aħna eżaminajna jekk il-Kummissjoni kienx irnexxielha tipproteġi d-drittijiet tal-passiġġieri għall-ivvjaġġar bl-ajru matul l-ewwel sena tal-pandemija tal-COVID-19. B’mod partikolari, aħna analizzajna jekk:
- id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru tal-UE kinux ġew protetti b’mod effettiv matul il-kriżi tal-COVID-19, b’mod partikolari l-aċċess għall-informazzjoni u d-dritt għal rimborż;
- il-Kummissjoni kienx irnexxielha tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jorbtu l-għajnuna mill-Istat li tingħata lil-linji tal-ajru u lill-organizzaturi ta’ pakketti tal-ivvjaġġar mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri, u
- il-Kummissjoni kinitx stabbiliet l-azzjonijiet meħtieġa biex jiġu protetti d-drittijiet tal-passiġġieri matul il-pandemija tal-COVID-19.
Bħala parti mix-xogħol tal-awditjar tagħna, aħna:
- analizzajna l-qafas legali attwali, biex naraw l-effett tad-dgħufijiet li osservajna fir-rapport speċjali tagħna tal-2018 matul il-pandemija tal-COVID-19;
- analizzajna d-dokumentazzjoni dwar il-monitoraġġ u l-infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru pprovduta mill-Kummissjoni;
- analizzajna l-puntwalità u l-affidabbiltà tal-informazzjoni li tinsab fil-Portal Re-open EU;
- analizzajna d-deċiżjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat;
- intervistajna lill-persunal tal-Kummissjoni, u
- analizzajna d-data tal-Ewrobarometru24.
Aħna stħarriġna wkoll lill-partijiet ikkonċernati ewlenin: l-NEBs, il-Korpi għall-Protezzjoni tal-Konsumatur (CPBs) u l-Assoċjazzjonijiet tal-Linji tal-Ajru (AAs), u vvalutajna r-risposti tagħhom u kwalunkwe dokumentazzjoni addizzjonali pprovduta. Aħna rċevejna 24 risposta mingħand l-NEBs, u 18-il risposta mill-awtoritajiet tas-CPC. Abbażi tal-kontenut ta’ dawn ir-risposti, aħna intervistajna ħames NEBs u erba’ awtoritajiet tas-CPCs. Aħna wettaqna kontroverifika tad-data mar-risposti mill-federazzjonijiet Ewropej li jittrattaw id-drittijiet tal-passiġġieri, mill-korpi għall-protezzjoni tal-konsumatur, u mill-assoċjazzjonijiet tal-linji tal-ajru, u intervistajna sitta minnhom:
- il-Federazzjoni Ewropea tal-Passiġġieri (EPF),
- l-Uffiċċju Ewropew tal-Għaqdiet tal-Konsumaturi (BEUC),
- l-Assoċjazzjoni tad-Difensuri tad-Drittijiet tal-Passiġġieri (Association of Passenger Rights Advocates) (APRA),
- l-Assoċjazzjonijiet Ewropej tal-Aġenti tal-Ivvjaġġar u tal-Operaturi Turistiċi (European Travel Agents’ and Tour Operators’ Associations) (ECTAA),
- l-Organizzazzjoni Ewropea tat-Teknoloġija tal-Ivvjaġġar (European Travel Tech Organisation) (EU TRAVEL TECH), u
- l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (IATA).
Il-perjodu kopert minn dan l-awditu huwa minn Marzu 2020 sa Marzu 2021, jiġifieri l-ewwel sena tal-pandemija tal-COVID-19 fl-Ewropa.
18It-tkomplija tat-trasport bl-ajru se tkun aspett importanti tal-irkupru ekonomiku tal-UE b’segwitu għall-kriżi tal-COVID-19. Dan ir-rapport jinforma lill-Kummissjoni hekk kif hija qed taħdem lejn is-simplifikazzjoni u t-tisħiħ tal-qafas legali biex tagħmlu aktar konsistenti u adattat aħjar, biex b’hekk tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri fl-UE.
Osservazzjonijiet
B’mod ġenerali, id-drittijiet ewlenin tal-passiġġieri tal-ajru fiż-żminijiet tal-COVID-19 ma ġewx rispettati, u l-passiġġieri ġew ittrattati b’mod differenti
19Aħna vvalutajna jekk il-passiġġieri kinux ġew infurmati dwar id-drittijiet tagħhom; kif dawn id-drittijiet ġew infurzati mill-Istati Membri, u jekk il-Kummissjoni u l-Istati Membri kellhomx id-data meħtieġa biex jinfurzaw dawn id-drittijiet b’mod effettiv.
Il-passiġġieri tal-ajru ma għandhomx għarfien suffiċjenti dwar id-drittijiet tagħhom, li jista’ jirriżulta biex huma ma jiġux rimborżati
20Biex jibbenefikaw mill-qafas tad-drittijiet tal-passiġġieri, inklużi l-kumpensi finanzjarji tiegħu, jeħtieġ li l-passiġġieri jkunu konxji tad-drittijiet tagħhom. Madankollu, id-data tal-Ewrobarometru25 tindika li 14 % biss taċ-ċittadini tal-UE jafu li jeżistu d-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru fl-UE; inqas minn nofs ir-rispondenti li vvjaġġaw bl-ajru huma konxji mill-eżistenza tad-drittijiet tal-passiġġieri fl-UE (49 %).
21Il-passiġġieri għandhom id-dritt li jiġu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom qabel, matul u wara l-vjaġġ tagħhom. Dan huwa partikolarment importanti għall-passiġġieri meta jkun hemm livelli għoljin ta’ interruzzjonijiet. Madankollu, id-data tal-Ewrobarometru tindika li 37 % biss ta’ dawk li kienu esperjenzaw interruzzjoni rrappurtaw li kienu sodisfatti bil-mod li bih kienu ġew infurmati.
22Il-passiġġieri tal-ajru għandhom ukoll id-dritt li jingħataw rotta alternattiva jew li jiġu rimborżati meta titjira tiġi kkanċellata. Madankollu, fir-rigward tar-rimborż, japplikaw regoli differenti skont jekk il-passiġġieri jkunux xtraw biljett tal-ajru biss, jew “pakkett tal-ivvjaġġar” għal vaganza li jinkludi titjira u akkomodazzjoni:
- jenħtieġ li l-passiġġieri “b’biljetti għat-titjira biss” jirċievu mil-linja tal-ajru rimborż tal-ispiża ta’ biljett għal titjira kkanċellata fi żmien sebat ijiem mid-data tat-talba tal-passiġġier26;
- jenħtieġ li l-vjaġġaturi bl-ajru li jkollhom pakkett tal-ivvjaġġar jiġu rimborżati mill-organizzatur ta’ pakketti tal-ivvjaġġar fi żmien 14-il jum mid-data li fiha l-kuntratt ikun ġie tterminat27.
Il-kriżi tal-COVID-19 fissret ukoll li l-passiġġieri ma setgħux jew ma xtaqux jivvjaġġaw aktar. Madankollu, il-passiġġieri b’biljetti għat-titjira biss li jkunu xtraw biljett mhux rifondibbli u li jiddeċiedu li jikkanċellaw titjira huma stess ma għandhomx dritt għal rimborż skont id-dritt tal-UE, anki f’ċirkustanzi straordinarji. F’dawn il-każijiet, id-dritt tal-passiġġieri għal rimborż huwa ddeterminat mit-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt tagħhom mal-operatur tat-trasport, skont il-liġi nazzjonali rilevanti. B’kuntrast ma’ dan, skont il-PTD, il-passiġġieri li t-titjira tagħhom tkun tagħmel parti minn pakkett tal-ivvjaġġar iridu jiġu rimborżati jekk ikunu huma stess li jikkanċellaw il-pakkett tal-ivvjaġġar.
24It-Tabella 1 tagħti ħarsa ġenerali lejn id-diversi xenarji applikabbli għall-passiġġieri b’biljetti għat-titjira biss u għall-vjaġġaturi b’pakketti tal-ivvjaġġar, filwaqt li tindika r-responsabbiltajiet għall-interruzzjonijiet, u l-ambitu għar-rimborż.
Tabella 1
Xenarji applikabbli għall-passiġġieri tal-ajru, u l-probabbiltà ta’ rimborż f’każ ta’ kanċellazzjoni
| Sitwazzjonijiet li jiffaċċjaw il-passiġġieri b’biljetti għat-titjira biss u l-vjaġġaturi b’pakketti tal-ivvjaġġar | Min huwa responsabbli? | Huwa probabbli li jingħata rimborż? | |
| Stati Membri | Linja tal-ajru/ organizzatur ta’ pakketti tal-ivvjaġġar |
Iva/Le | |
| A. Mhuwiex possibbli li jivvjaġġaw bl-ajru, minħabba li: | |||
| Il-linja tal-ajru ddeċidiet li ma tagħmilx il-vjaġġ/l-organizzatur ta’ pakketti tal-ivvjaġġar ikkanċella l-pakkett tal-ivvjaġġar | Le | Iva | Iva |
| Projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar fil-pajjiż ta’ destinazzjoni (għeluq tal-fruntiera: miżura tal-Istat Membru tad-destinazzjoni) | Iva | Le | Le2 |
| Impossibbli li jintlaħaq l-ajruport tat-tluq (fruntiera magħluqa) | Iva | Le | Le2 |
| L-ajruport tat-tluq jew tad-destinazzjoni huwa magħluq | Iva | Le | Le2 |
| Il-prenotazzjoni assoċjata f’lukanda fil-pajjiż ta’ destinazzjoni ġiet ikkanċellata minħabba lockdown jew miżuri nazzjonali oħra | Iva | Le | Possibbli3 |
| B. Passiġġier jagħżel li ma jivvjaġġax bl-ajru1, minħabba: | |||
| Miżuri ta’ kwarantina obbligatorji | Iva | Le | Le4 |
| Test obbligatorju tal-COVID-19, u: | |||
| (a) l-ebda possibbiltà li jiġi ttestjat (l-ebda ċentru tal-ittestjar ma jkun miftuħ fi żmien qasir; il-kju ta’ stennija għal riżervazzjonijiet huwa twil wisq) | Iva | Le | Le4 |
| (b) il-possibbiltà li jiġi ttestjat hija disponibbli, iżda għalja wisq | Le | Le | Le4 |
| Emozzjonijiet personali ta’ biża’ (eż. biża’ li ma jkunx jista’ jirritorna d-dar wara; biża’ li jiġi kkontaminat bil-COVID fl-ajruport jew matul l-ivvjaġġar; biża’ li jimrad fil-post ta’ destinazzjoni) | Le | Le | Le4 |
| Sitwazzjoni kumplessiva instabbli għall-ivvjaġġar bl-ajru (wisq bidliet fi żmien qasir fil-post tat-tluq u/jew fil-post ta’ destinazzjoni) | Iva | Le | Le4 |
| Formalitajiet amministrattivi (eż. il-Formola tal-Lokazzjoni tal-Passiġġier; it-traċċar ta’ data privata) u spejjeż ogħla | Iva | Le | Le4 |
1 Is-suppożizzjoni hija li t-titjiriet jitilqu.
2 Dment li t-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt tagħhom mal-operatur tat-trasport ikunu flessibbli u jippermettu prenotazzjoni mill-ġdid; jekk organizzatur ta’ pakketti tal-ivvjaġġar/vjaġġatur jittermina l-kuntratt minħabba ċirkustanzi inevitabbli u straordinarji, il-vjaġġatur b’pakkett tal-ivvjaġġar huwa intitolat għal rimborż.
3 Kull każ jeħtieġ li jiġi eżaminat individwalment (valutazzjoni każ b’każ). Għall-pakkett tal-ivvjaġġar huwa importanti jekk, minħabba ċirkustanzi inevitabbli u straordinarji, dan il-pakkett jistax jitwettaq jew le. Jekk il-prenotazzjoni tal-lukanda tkun parti minn pakkett, u l-organizzatur ma jkunx jista’ joffri bidla fil-kuntratt, jiġifieri lukanda differenti, l-organizzatur jiġi mġiegħel jittermina l-kuntratt, u jagħti lill-vjaġġatur id-dritt għal rimborż tal-prepagamenti (lukanda u titjira). Jekk it-titjira u l-prenotazzjoni f’lukanda ma jkunux parti minn pakkett tal-ivvjaġġar, ir-rimborż tat-titjira jiddependi minn jekk it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt tagħhom mal-operatur tat-trasport ikunux flessibbli u jippermettu li ssir prenotazzjoni mill-ġdid, filwaqt li r-rimborż tal-pagamenti għal-lukanda jkun jiddependi mill-kuntratt rilevanti u d-dritt kuntrattwali applikabbli.
4 Fix-xenarji kollha taħt B, għal vjaġġatur b’pakkett tal-ivvjaġġar, it-tweġiba hija iva, iżda tista’ tapplika tariffa raġonevoli ta’ terminazzjoni, skont xi jkunu ċ-ċirkustanzi. Hija meħtieġa valutazzjoni każ b’każ biex jiġi ddeterminat jekk hemmx ġustifikazzjoni oġġettiva lil hinn mill-kontroll tal-vjaġġatur li tippermetti t-terminazzjoni mingħajr tariffa. Għal passiġġier b’biljett għat-titjira biss, ir-rimborż għal titjira li ma tiġix ikkanċellata mil-linja tal-ajru jiddependi fuq it-termini u l-kundizzjonijiet tal-biljett (rimborsabbli jew le).
Sors: il-QEA, ibbażat fuq analiżi proprja.
Infurzar inkonsistenti tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru, b’użu mifrux ta’ vawċers
25Biex nivvalutaw is-sitwazzjoni għaċ-ċittadini fir-rigward tal-infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru matul il-kriżi tal-COVID-19, aħna stħarriġna s-27 Korp Nazzjonali tal-Infurzar u l-awtoritajiet tal-Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur kollha.
Fil-perjodu inizjali tal-kriżi, ħafna passiġġieri ma ġewx rimborżati, jew ma kellhom l-ebda għażla oħra ħlief li jaċċettaw vawċers
26Il-passiġġieri għandhom id-dritt li jiġu rimborżati f’7 ijiem jew f’14-il jum. Il-linji tal-ajru jistgħu wkoll jipproponu vawċer minflok joffru rifużjoni fi flus, iżda skont id-dritt tal-UE, il-passiġġieri mhumiex obbligati jaċċettaw vawċer minflok rimborż fi flus. Ir-risposti għall-konsultazzjoni tagħna tal-NEBs u l-awtoritajiet tas-CPC urew li fil-kuntest speċifiku tal-pandemija tal-COVID-19, il-vawċers kellhom l-iżvantaġġ li:
- hemm biss għadd limitat ta’ titjiriet konnessi alternattivi, jew ma hemm l-ebda titjira li għaliha jistgħu jintużaw; u
- huma ġeneralment ma jkunux protetti kontra l-insolvenza tal-linja tal-ajru (ara l-paragrafu 71, it-tielet inċiż).
Kien hemm 15-il Stat Membru28 li introduċew leġiżlazzjoni jew adottaw miżuri biex jippermettu deroga mill-obbligu ta’ rimborż skont il-PTD. Barra minn hekk, żewġ Stati Membri (l-Italja u l-Greċja) introduċew leġiżlazzjoni li tippermetti tali deroga mir-Regolament dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru minħabba l-kriżi tal-COVID-19. Dan mhuwiex konformi mad-dritt tal-UE (ara l-paragrafu 65). Ara l-eżempji fil-Kaxxa 4.
Kaxxa 4
Eżempji ta’ derogi fi tliet Stati Membri
Il-Gvern Belġjan ħareġ digriet (id-19 ta’ Marzu 202029) biex jissospendi l-obbligu tal-operaturi turistiċi li jirrimborżaw vjaġġi b’pakketti tal-ivvjaġġar li ġew ikkanċellati bejn l-20 ta’ Marzu u d-19 ta’ Ġunju 2020. Il-passiġġieri ma kellhomx permess jirrifjutaw il-vawċers f’dak il-perjodu.
Fin-Netherlands, il-Ministru tat-Trasport ta struzzjonijiet lill-NEB biex ma jinfurzax ir-Regolament 261/2004 bejn l-1 ta’ Marzu u l-14 ta’ Mejju 2020 u japplika biss vawċers f’każ ta’ titjira kkanċellata30.
Fi Franza, liġi ġdida31ppermettiet li l-aġenziji tal-ivvjaġġar joħorġu vawċers mingħajr ma joffru l-possibbiltà ta’ rifużjoni għal vjaġġi b’pakketti tal-ivvjaġġar li ġew ikkanċellati bejn l-1 ta’ Marzu u l-15 ta’ Settembru 2020, b’hekk il-konsumaturi ma setgħux jitolbu rifużjoni.
Ħafna linji tal-ajru u organizzaturi ta’ pakketti tal-ivvjaġġar32 li esperjenzaw problemi ta’ likwidità ħadu vantaġġ minn dawn il-liġijiet nazzjonali u:
- issospendew ir-rimborżi lill-passiġġieri fil-fażi inizjali tal-kriżi (prinċipalment minn Marzu 2020 sa Ġunju 2020), jew
- offrew vawċers, xi drabi bħala l-unika possibbiltà u kontra r-rieda tal-passiġġier.
Il-konsultazzjoni tagħna wriet li xi wħud mil-linji tal-ajru ġġustifikaw id-deċiżjoni tagħhom li ma jirrimborżawx lill-passiġġieri għat-titjiriet ikkanċellati billi għamlu referenza għaċ-ċirkustanzi eċċezzjonali kkawżati mill-COVID-19. Linji tal-ajru oħra ħadu diversi passi biex jinkoraġġixxu lill-passiġġieri jaċċettaw vawċers minflok rimborż, inkluż: id-distribuzzjoni awtomatika ta’ vawċers; links għal rifużjoni fuq siti web mhux operazzjonali; informazzjoni limitata, jew diffiċli li tiġi aċċessata, dwar id-drittijiet għal rimborż. B’hekk, il-passiġġieri ġew imposti jaċċettaw il-vawċers.
Ir-rimborżi bdew f’Ġunju 2020, għalkemm b’dewmien sinifikanti li rriżulta minn kombinament ta’ fatturi
30Aħna vvalutajna t-tul taż-żmien meħud biex il-passiġġieri tal-ajru jiġu rimborżati billi analizzajna d-data għall-2019 u l-ewwel sitt xhur tal-2020, u analizzajna l-għadd ta’ lmenti li l-linji tal-ajru rċevew.
31Sibna li l-maġġoranza tal-linji tal-ajru bdew jirrimborżaw lill-passiġġieri minn Ġunju 2020. Ir-rimborżi ġeneralment ħadu ħafna aktar mis-7 ijiem jew l-14-il jum meħtieġa mil-leġiżlazzjoni, parzjalment minħabba li s-sistemi tal-linji tal-ajru għall-ipproċessar tar-rimborżi kienu mfassla għal volum baxx ta’ talbiet. Dan, flimkien man-nuqqas ta’ persunal minħabba l-COVID-19, fisser li l-linji tal-ajru kellhom diffikultajiet bil-volum kbir ta’ talbiet ta’ dan it-tip. Il-Kaxxa 5 tipprovdi xi data illustrattiva dwar l-impatt tal-kriżi fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri fil-Portugall li ksibna bħala parti mill-istħarriġ tagħna tal-NEBs.
Kaxxa 5
L-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 fuq ir-rimborżi tal-passiġġieri tal-ajru fil-Portugall
Matul l-2020, 5.5 miljun biljett ġew ikkanċellati mit-trasportaturi prinċipali li joperaw fil-Portugall (87 % tal-passiġġieri li kienu se jivvjaġġaw bl-ajru lejn il-Portugall jew jitilqu minnu). Minn dawn:
- 60 % (3.3 miljun biljett) ġew rimborżati lill-passiġġieri matul is-sena;
- 28 % (1.6 miljun biljett) ġew ikkonvertiti f’vawċers, mingħajr l-ebda aċċertament li l-passiġġieri kienu jaqblu ma’ dan;
- 5 % (aktar minn 300 000 biljett) ma kinux ġew riżolti fi tmiem is-sena, u
- 7 % (360 000 biljett) kienu jinkludu każijiet fejn il-passiġġieri ma talbux rimborż, jew sabu possibbiltà ta’ rotta alternattiva.
Ir-rapidità tar-rimborż kienet differenti għal kull linja tal-ajru. B’mod ġenerali, id-dewmien fir-rimborż:
- kiber b’mod esponenzjali wara Marzu 2020,
- laħaq il-quċċata bejn Ġunju u Settembru (bejn 31 jum u 59 jum), u
- gradwalment beda jerġa’ lura għan-normal minn Settembru sa Diċembru.
Fi Frar 2021, il-linji tal-ajru fil-Portugall irrappurtaw lill-NEB li huma kienu qed jirrimborżaw il-biljetti tal-ajru bejn jumejn u 22 jum wara l-kanċellazzjoni.
Il-linji tal-ajru bdew jirrimborżaw minħabba kombinament ta’ fatturi:
- l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat biex jiġu appoġġati l-linji tal-ajru u l-organizzaturi ta’ pakketti tal-ivvjaġġar (ara l-paragrafi 55 sa 61).
- il-pożizzjoni tal-Kummissjoni li l-ebda deroga għad-drittijiet tal-passiġġieri ma tkun prevista (ara l-paragrafu 64); il-ħruġ tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Mejju 2020, u t-trażmissjoni sussegwenti ta’ dak il-messaġġ mibgħut mill-Istati Membri lil-linji tal-ajru permezz tal-NEBs, u lill-organizzaturi ta’ pakketti tal-ivvjaġġar, u
- il-Kummissjoni ħadet azzjonijiet għal ksur fit-2 ta’ Lulju 202033 fil-konfront tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza s-sospensjoni tad-drittijiet ta’ rimborż, (ara l-paragrafu 65).
L-ommissjoni tal-intermedjarji mil-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru xxekkel l-abbiltà tal-passiġġieri li jiżguraw ir-rimborż
33Il-passiġġieri tal-ajru spiss jużaw korpi intermedjarji, bħal aġenziji tal-ivvjaġġar, biex jipprenotaw titjiriet jew jixtruhom bħala parti minn pakkett. Biex nivvalutaw iż-żmien meħud għal rimborż meta jkunu involuti l-intermedjarji, aħna analizzajna l-leġiżlazzjoni attwali tal-UE, kif ukoll id-data li ksibna mill-istħarriġ tagħna tal-NEBs u tal-awtoritajiet tas-CPC.
34Fi kważi l-Istati Membri kollha, il-passiġġieri li xtraw biljetti permezz ta’ intermedjarju rrappurtaw li ġew rimborżati parzjalment, tard, jew ma ħadu xejn. Fil-bidu tal-kriżi tal-COVID-19 f’Marzu 2020, ħafna linji tal-ajru u organizzaturi ta’ pakketti tal-ivvjaġġar dewmu r-rifużjonijiet lill-vjaġġaturi. Pereżempju, il-linji tal-ajru waqqfu l-mekkaniżmu ta’ rimborż awtomatiku li permezz tiegħu ħallsu lill-aġenziji tal-ivvjaġġar għar-rimborż tal-passiġġieri. Xi wħud mil-linji tal-ajru taw bħala r-raġuni tagħhom għalfejn ma rrimborżawx lill-intermedjarji l-fatt li dawn tal-aħħar ma pprovdewx id-data tal-passiġġieri li kienet meħtieġa għar-rimborż (billi l-passiġġieri ma pprenotawx direttament mal-linji tal-ajru). Min-naħa tagħhom, xi wħud mill-aġenziji tal-ivvjaġġar ma rrimborżawx lill-passiġġieri qabel ma kienu rċevew fondi mil-linji tal-ajru.
35Dawn il-każijiet, biż-żewġ partijiet jistennew informazzjoni mingħand l-oħra, jindikaw nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn il-linji tal-ajru u l-aġenziji tal-ivvjaġġar. Barra minn hekk, il-korpi intermedjarji mhumiex koperti minn qafas legali uniku u jeħtieġ li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal rifużjoni mingħand linja tal-ajru skont il-liġi nazzjonali, li tvarja minn Stat Membru għal ieħor.
36Aħna sibna wkoll li l-passiġġieri b’biljetti għat-titjira biss li talbu rimborż iffaċċjaw il-prospett li jkollhom jikkuntattjaw kemm lil-linja tal-ajru kif ukoll lill-intermedjarju, li l-ebda wieħed minnhom ma kien iqis lilu nnifsu responsabbli għar-rifużjoni tal-biljett. Kien hemm ukoll eżempji ta’ każijiet fejn iż-żewġ partijiet taw parir lill-passiġġieri biex jikkuntattjaw lill-parti l-oħra, bir-riżultat li spiċċaw jintbagħtu minn naħa għall-oħra bejn il-linja tal-ajru u l-aġenzija tal-ivvjaġġar (ara każ reali b’ismijiet foloz fil-Kaxxa 6).
Kaxxa 6
Passiġġieri li spiċċaw ġejjin u sejrin bejn l-intermedjarji u l-linji tal-ajru
Nicolas xtara l-biljetti tal-ajru tiegħu fuq is-sit web ta’ aġenzija tal-ivvjaġġar (online) f’Diċembru 2019 għal vjaġġ bir-ritorn minn Strasburgu lejn Ile de la Réunion, li kien jitlaq fl-20 ta’ Marzu 2020. Hekk kif il-lockdown fi Franza beda fil-15 ta’ Marzu, Nicolas irċieva email mill-aġenzija tal-ivvjaġġar tiegħu fi żmien 24 siegħa, li infurmatu li t-titjira tiegħu kienet ġiet ikkanċellata mil-linja tal-ajru minħabba l-pandemija.
Wara bosta ġimgħat iċempel u jikteb biex jieħu flusu lura, f’Ġunju 2020, l-aġenzija wieġbet li ma setgħet tagħmel xejn minħabba li l-linja tal-ajru kienet ikkanċellat it-titjira, u li kellu jċempel lil-linja tal-ajru direttament. Fil-bidu ta’ Settembru, wara talbiet ripetuti, il-linja tal-ajru kkonfermat li lanqas hi ma setgħet tagħmel xejn minħabba li l-aġenzija kienet meħtieġa titlob ir-rifużjoni. B’din ir-risposta, Nicolas reġa’ kkuntattja lill-aġenzija tiegħu, iżda reġa’ ma rnexxilux. Wara dan, huwa beda bosta proċeduri: ippreżenta rapport fuq sit web Franċiż għall-protezzjoni tal-konsumaturi (signal.conso.gouv.fr); applika ma’ organizzazzjoni Franċiża oħra li tgħin lill-konsumaturi f’diffikultà; kiteb lill-medjatur Franċiż; u bagħat ittra rreġistrata lill-aġenzija.
F’Ottubru, l-aġenzija kkonfermat li kienet se titlob rifużjoni mingħand il-linja tal-ajru. F’Marzu 2021, l-aġenzija infurmatu li l-linja tal-ajru kienet approvat li tagħti rifużjoni parzjali (nofs il-prezz). Nicolas insista li jingħata rimborż sħiħ għaż-żewġ titjiriet li kienu ġew ikkanċellati. L-aġenzija wieġbet li kienet se terġa’ tagħmel talba oħra lil-linja tal-ajru, din id-darba għal rifużjoni totali – proċedura li x’aktarx tieħu aktar xhur.
Wara sena jitlob rimborż, Nicolas għadu ma ħax flus lura.
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-vawċers ma pprevenietx lill-passiġġieri milli jiġu ttrattati b’mod differenti
37L-istħarriġ tagħna tal-NEBs u tal-awtoritajiet tas-CPC, kif ukoll id-dokumenti li waslu mingħand il-Korpi għall-Protezzjoni tal-Konsumatur (CPBs), ipprovdewlna data dwar l-esperjenzi tal-passiġġieri li ngħataw vawċers.
38F’Mejju 2020, il-Kummissjoni ħarġet Rakkomandazzjoni maħsuba biex tagħmel il-vawċers għal titjiriet ikkanċellati jew għal pakketti tal-ivvjaġġar alternattiva aktar attraenti u aktar sikura għar-rimborż fi flus34, filwaqt li insistiet li l-vawċers kellhom ikunu volontarji. Ir-Rakkomandazzjoni kienet li l-vawċers jenħtieġ li jinkludu protezzjoni għall-passiġġieri kontra l-insolvenza tal-linji tal-ajru jew tal-organizzaturi ta’ pakketti tal-ivvjaġġar, u jippreżentaw għadd ta’ karatteristiċi speċifiċi, inkluż:
- perjodu minimu ta’ validità ta’ 12-il xahar, ikkombinat ma’ rimborż awtomatiku, jekk il-vawċer ma jkunx issarraf;
- possibbiltà għall-passiġġieri u l-vjaġġaturi li jużaw vawċers għall-prenotazzjonijiet ġodda kollha li jsiru qabel id-data ta’ skadenza tagħhom, anki jekk il-pagament jew is-servizz iseħħ wara dik id-data, u li jużaw vawċers għall-pagament ta’ kwalunkwe prodott tal-ivvjaġġar offrut mit-trasportatur jew mill-organizzatur; u
- estensjoni tal-vawċers għall-prenotazzjonijiet ma’ negozji oħra fl-istess grupp ta’ kumpaniji, u jsiru trasferibbli għal passiġġieri oħra mingħajr l-ebda spiża żejda.
Madankollu, billi r-Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni mhumiex vinkolanti, il-linji tal-ajru u l-organizzaturi ta’ pakketti tal-ivvjaġġar komplew joħorġu vawċers kif dehrilhom xieraq, bil-konsegwenza li l-passiġġieri ġew ittrattati b’mod differenti.
39Aħna sibna li l-linji tal-ajru u l-Istati Membri applikaw prattiki differenti, li spiss ma kinux isegwu r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni:
- filwaqt li l-NEBs indikaw li l-biċċa l-kbira mill-vawċers kienu validi għal 12-il xahar, xi wħud kienu validi għal aktar żmien, pereżempju, f’Ċipru u fil-Latvja (validi sal-31 ta’ Diċembru 2021), fi Franza u fil-Greċja (18-il xahar) u fis-Slovenja (24 xahar). Fl-istess ħin, fis-Slovenja, għall-kanċellazzjonijiet bejn it-13 ta’ Marzu u l-31 ta’ Mejju 2020, jekk il-vjaġġaturi b’pakketti tal-ivvjaġġar irrifjutaw li jaċċettaw vawċer, dawn ikunu jiġu rimborżati biss wara 12-il xahar wara d-data li fiha s-Slovenja tiddikjara t-tmiem tal-pandemija. Dan imur kontra d-dritt tal-UE;
- tliet Stati Membri biss (ara l-paragrafu 60, it-tieni inċiż) użaw fondi li ġejjin mill-għajnuna mill-Istat biex jipproteġu l-vawċers kontra l-insolvenza tal-organizzaturi. Dan japplika għall-pakketti tal-ivvjaġġar biss (il-passiġġieri b’biljetti għat-titjira biss mhumiex koperti);
- għal-linji tal-ajru prinċipali fil-Finlandja, il-Latvja, il-Lussemburgu u r-Rumanija, ladarba passiġġier aċċetta l-vawċer, huwa ma baqax intitolat li jitlob il-flus minflok. Fir-Rumanija, ladarba d-data ta’ skadenza ta’ 12-il xahar kienet skadiet, vawċer mhux użat ma setax jissarraf aktar;
- it-trasferimenti ta’ vawċers lil persuni oħra ma kinux permessi mil-linji tal-ajru prinċipali f’ħames Stati Membri (il-Belġju, il-Finlandja, l-Ungerija, il-Lussemburgu u s-Slovenja).
Nuqqas ta’ stampa ġenerali minħabba n-nuqqas ta’ rekwiżiti ta’ rappurtar
40Biex nivvalutaw l-infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru, aħna analizzajna d-data minn organizzazzjonijiet fl-Istati Membri.
41Sibna li kien hemm nuqqas ta’ informazzjoni li tippermetti l-infurzar effettiv tad-drittijiet tal-passiġġieri:
- il-linji tal-ajru jqisu d-dewmien fir-rimborż u l-għedud eżatti ta’ passiġġieri li jitolbu flushom lura għal titjiriet ikkanċellati bħala kummerċjalment sensittivi u normalment ma jikkondividux data ta’ dan it-tip;
- il-biċċa l-kbira mill-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar ma għandhomx dritt li jkunu jafu l-għadd ta’ lmenti tal-passiġġieri magħmula lil-linji tal-ajru. Għalhekk iridu jiddependu mill-ilmenti li jsiru mill-passiġġieri jew permezz taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi;
- il-Kummissjoni tiddependi fuq rappurtar volontarju mill-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar; dwar informazzjoni minn ilmenti trażmessi direttament lilha minn ċittadini permezz taċ-Ċentru ta’ Kuntatt Europe Direct, permezz tan-Network taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi (ECC-Net), u dwar il-kuntatti mal-partijiet ikkonċernati jew in-Network CPC. Għall-kuntrarju ta’ modi oħra tat-trasport, għall-NEBs ma hemm l-ebda rekwiżit ta’ rappurtar lill-Kummissjoni skont ir-Regolament 261/2004.
L-analiżi li wettaqna indikat żieda sinifikanti fl-ilmenti relatati ma’ kanċellazzjonijiet ta’ titjiriet u fit-talbiet għal rimborż meta mqabbla ma’ snin preċedenti. Pereżempju:
- 24 Korp Nazzjonali tal-Infurzar irrappurtaw 80 000 ilment relatati mar-rimborż għal titjiriet ikkanċellati. Mhux l-NEBs kollha kienu kompetenti biex jittrattaw ilmenti individwali, u s-sanzjonar tat-trasportaturi tal-ajru kien ivarja b’mod sinifikanti minn Stat Membru għal ieħor;
- l-Uffiċċju Ewropew tal-Għaqdiet tal-Konsumaturi (BEUC) irrapporta fi 3 Stati Membri (il-Ġermanja, Spanja u l-Portugall) 122 000 ilment simili;
- il-Federazzjoni Ewropea tal-Passiġġieri (EPF) irrappurtat li f’4 Stati Membri (il-Belġju, il-Ġermanja, Spanja u l-Portugall) intbagħtu 72 500 ilment lill-organizzazzjonijiet nazzjonali għall-protezzjoni tal-konsumatur;
- in-Network taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi (ECC-Net) ipprovda assistenza fi 32 000 każ li jirrigwardaw ir-Regolament 261/2004 u fi 12 000 każ relatati mad-Direttiva dwar il-Pakketti tal-Ivvjaġġar, u
- iċ-Ċentru ta’ Kuntatt Europe Direct indika 6 700 inċident fl-2020, li minnhom 70 % kienu jikkonċernaw ilmenti relatati ma’ kanċellazzjonijiet ta’ titjiriet.
Hemm riskju li din id-data parzjali tista’ ma tagħtix l-istampa sħiħa. Dan jindika n-nuqqas ta’ stampa ġenerali tal-informazzjoni dwar l-ilmenti tal-passiġġieri, dwar kif jiġu ttrattati, u dwar kif jiġu infurzati d-drittijiet tal-passiġġieri.
Il-Kummissjoni kkjarifikat li l-Istati Membri setgħu jorbtu l-protezzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru mal-għajnuna mill-Istat, iżda għal-linji tal-ajru dan ma sarx
44Aħna eżaminajna r-rwol tal-Kummissjoni fl-approvazzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat, u jekk l-Istati Membri, meta fasslu tali miżuri b’konnessjoni mal-kriżi tal-COVID-19, kinux għamlu rabta bejn l-għajnuna mogħtija u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri.
Il-Kummissjoni għamlet sforzi biex tappoġġa lil-linji tal-ajru u lill-organizzaturi ta’ pakketti tal-ivvjaġġar, iżda ma setgħetx tirrikjedi li r-rimborż lill-passiġġieri jkun kundizzjoni għall-approvazzjoni tal-għajnuna mill-Istat
45Matul il-pandemija tal-COVID-19, ħafna mil-linji tal-ajru tal-UE kienu mġiegħla jżommu l-biċċa l-kbira mill-ajruplani tagħhom, jekk mhux kollha, milli jtiru mill-inqas għal xi perjodi. Dan kellu effetti konsiderevoli fuq il-finanzi tagħhom.
© Getty Images / Patrick Foto.
L-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali stmat li, sa tmiem l-2020, id-dħul tal-linji tal-ajru Ewropej kien niżel minn madwar EUR 120 biljun fl-2019 għal EUR 37 biljun biss fl-2020, tnaqqis ta’ 69 %35. Skont l-IATA36, fi żminijiet normali, linja tal-ajru tipika Ewropea jkun ikollha riżervi ta’ flus għal xahrejn ta’ operazzjonijiet. Il-kollass ta’ prenotazzjonijiet ġodda f’Marzu 2020 fisser li, fin-nuqqas ta’ injezzjonijiet ġodda ta’ likwidità u/jew ta’ miżuri ta’ ffrankar tal-ispejjeż, il-linji tal-ajru ma kienx ikollhom aktar flus sa Mejju 2020. Fost il-ħruġ ta’ flus li l-linji tal-ajru kellhom jiffaċċjaw matul il-perjodu bejn Marzu u Mejju 2020, ir-rifużjonijiet dovuti lill-passiġġieri għall-biljetti mibjugħa iżda mhux użati ġew stmati mill-IATA u mill-Airlines for Europe (A4E) għal EUR 9.2 biljun (l-EU-27 u r-Renju Unit).
47Għalhekk hemm riskju li l-linji tal-ajru jfallu u, jekk dan iseħħ, il-passiġġieri jirriskjaw li jitilfu flushom. Studju estern li twettaq f’Jannar 202037 għall-Kummissjoni elenka 87 insolvenza tal-linji tal-ajru fid-deċennju preċedenti u stma li bejn l-2011 u l-2019, 5.6 miljun passiġġier ġew b’xi mod affettwati mill-insolvenzi tal-linji tal-ajru. Bħala medja, il-passiġġieri li ġew direttament affettwati mill-insolvenzi ġarrbu EUR 431 kull wieħed fi spejjeż, li 83 % minnhom (EUR 357) ma kinux rekuperabbli taħt wieħed mill-mekkaniżmi ta’ protezzjoni. B’mod ġenerali, madwar terz tal-passiġġieri affettwati mill-insolvenza tal-linja tal-ajru ma kinux koperti minn xi skema. Dan ifisser li madwar 1.8 miljun passiġġier tilfu l-flus meta l-linji tal-ajru fallew.
48Il-Kummissjoni rrikonoxxiet fi stadju bikri l-impatt serju li l-kriżi tal-COVID-19 kien qed ikollha fuq il-linji tal-ajru. Il-miżura ewlenija stabbilita mill-Kummissjoni kienet tikkonċerna l-adozzjoni ta’ regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, li kienu ta’ benefiċċju wkoll għal-linji tal-ajru u għall-organizzaturi ta’ pakketti tal-ivvjaġġar. Filwaqt li t-tfassil tal-miżuri nazzjonali ta’ appoġġ hija kwistjoni għall-Istat Membru kkonċernat, huwa jrid jinnotifika lill-Kummissjoni meta kumpaniji jkunu jikkwalifikaw għall-għajnuna mill-Istat f’konformità mar-rekwiżiti tat-Trattat.
49Il-kwalifika ta’ miżura bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tirrikjedi li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
- il-miżura trid tkun imputabbli lill-Istat u ffinanzjata permezz ta’ riżorsi tal-Istat;
- hija toħloq distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri;
- il-miżura trid tikkonferixxi vantaġġ lir-riċevitur tagħha; u
- dak il-vantaġġ irid ikun selettiv.
Ir-rwol tal-Kummissjoni huwa li tivvaluta l-impatt tal-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat proposti dwar il-kompetizzjoni u b’hekk il-kompatibbiltà tagħhom mal-funzjonament effettiv tas-suq intern. Meta tapprova l-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni tista’ timponi biss kundizzjonijiet li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat li skonthom tiġi nnotifikata l-għajnuna38 u li huma meħtieġa biex jimmitigaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kkawżati mill-miżuri nazzjonali. Dan mhuwiex il-każ għad-drittijiet tal-passiġġieri.
51F’Marzu 2020, il-Kummissjoni ħarġet “Temporary Framework for State aid measures to support the economy in the current COVID-19 crisis”39 biex tipprevedi approċċ armonizzat fl-Istati Membri kollha. Dan il-qafas stabbilixxa l-possibbiltajiet li l-Istati Membri kellhom, skont ir-regoli tal-UE, biex jipprovdu appoġġ finanzjarju lin-negozji. Dan inkluda kriterji temporanji dwar, pereżempju, il-limiti monetarji, u d-durata u l-forma tal-miżuri, kif ukoll obbligi ta’ rappurtar biex jiġu ffaċilitati r-rieżaminar u l-approvazzjoni mill-Kummissjoni.
52Il-qafas temporanju kkjarifika wkoll lill-Istati Membri li huma jistgħu jużaw dan l-appoġġ biex jiżguraw li t-talbiet għal rimborż relatati mal-kriżi tal-COVID-19 jiġu ssodisfati bil-ħsieb li tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri u tal-konsumaturi, kif ukoll it-trattament ugwali tal-passiġġieri, meta jingħata appoġġ lill-operaturi fl-industrija tal-ivvjaġġar u tat-turiżmu40. Filwaqt li kien hemm rekwiżit għall-Istati Membri biex jiżguraw li ċerti riċevituri tal-għajnuna mill-Istat (kumpaniji kbar li jirċievu għajnuna għar-rikapitalizzazzjoni) jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar kif din l-għajnuna ntużat biex tappoġġa l-objettivi ta’ politika tal-UE relatati mat-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali41, ma kien hemm l-ebda rekwiżit bħal dan fir-rigward tar-rimborż tal-passiġġieri tal-ajru.
53Il-qafas temporanju ppermetta li l-Kummissjoni tapprova għajnuna mill-Istat fi żmien rekord: fis-settur tal-ivvjaġġar bl-ajru, 54 deċiżjoni dwar l-għajnuna mill-Istat ġew adottati bħala medja fi żmien 13-il jum min-notifika, 23 minnhom fi żmien ġimgħa.
54Barra minn hekk, f’Marzu 2020, il-Kummissjoni pproponiet ukoll deroga temporanja mir-regoli komuni li ilhom stabbiliti għall-allokazzjoni ta’ slots tat-tluq u tal-inżul fl-ajruporti, li ġew adottati bħala Regolament42. Dan kien sabiex jiġi evitat li t-trasportaturi jtajru inġenji tal-ajru prattikament vojta bl-iskop uniku li jżommu slots f’ajruporti tradizzjonalment traffikużi, billi dan kien jagħmel is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom agħar u kellu impatt negattiv fuq l-ambjent.
L-Istati Membri pprovdew appoġġ għal-linji tal-ajru u għall-operaturi tal-ivvjaġġar iżda fil-każ tal-linji tal-ajru ma rabtux din l-għajnuna mar-rimborż tal-passiġġieri
55L-Istati Membri użaw diversi forom ta’ għajnuna mill-Istat matul il-kriżi tal-COVID-19 biex jappoġġaw lill-operaturi fl-industrija tal-ivvjaġġar u tat-turiżmu, ġeneralment għal raġunijiet ta’ “diżastri naturali jew avvenimenti oħra straordinarji” jew “disturbi serji fl-ekonomija ta’ Stat Membru”43. Biex niddeterminaw jekk kienx hemm rabta bejn l-għajnuna mill-Istat u d-drittijiet tal-passiġġieri, aħna rrieżaminajna 38 miżura ta’ għajnuna mill-Istat imfassla speċifikament biex jappoġġaw lil-linji tal-ajru tal-UE (ara l-Anness III), u 16-il miżura ta’ għajnuna mill-Istat biex jappoġġaw lill-organizzaturi ta’ pakketti tal-ivvjaġġar fl-UE (ara l-Anness IV). Dawn il-miżuri ġew approvati mill-Kummissjoni bejn Marzu 2020 u April 2021, u ammontaw għal EUR 34.7 biljun f’għajnuna mill-Istat. Dan jinkludi EUR 6 biljun f’għajnuna mill-Istat għal ċerti linji tal-ajru taħt skemi li mhumiex speċifiċi għas-settur tal-linji tal-ajru. Barra minn hekk, dawn l-ammonti jirreferu għall-għajnuna massima li tista’ ssir disponibbli.
56Il-forma u l-valur ta’ dan l-appoġġ kienu jvarjaw sinifikattivament: self dirett, garanziji fuq self, għotjiet jew injezzjonijiet ta’ flus fil-forma ta’ rikapitalizzazzjonijiet. F’termini ta’ valur, l-ammonti approvati f’deċiżjonijiet individwali kienu jvarjaw bejn EUR 0.8 miljun u EUR 7 000 miljun, bil-biċċa l-kbira mill-għajnuna ġiet approvata f’Mejju, Ġunju u Lulju 2020 (ara l-Figura 4).
Figura 4
Għajnuna mill-Istat mogħtija lil-linji tal-ajru u lill-organizzaturi ta’ pakketti tal-ivvjaġġar li ġiet approvata mill-Kummissjoni (f’miljun EUR)
Sors: analiżi tal-QEA tad-deċiżjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat.
L-għajnuna mill-Istat kienet tvarja ukoll sinifikattivament fost l-Istati Membri (ara l-Figura 5).
Figura 5
Għajnuna mill-Istat mogħtija lil-linji tal-ajru u lill-organizzaturi ta’ pakketti tal-ivvjaġġar skont l-Istat Membru (f’miljun EUR)
Sors: analiżi tal-QEA tad-deċiżjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat.
L-analiżi li wettaqna wriet li l-biċċa l-kbira mill-għajnuna mogħtija mill-Istati Membri (EUR 31.8 biljun, aktar minn 90 % tal-għajnuna totali pprovduta) marret għand il-linji tal-ajru. Dan l-ammont jikkonċerna EUR 25.7 biljun f’għajnuna mill-Istat lil linji tal-ajru speċifiċi u EUR 6.1 biljun f’għajnuna multisettorjali. Filwaqt li kull notifika hija differenti, inġenerali dawn indirizzaw il-ħtieġa li l-linji tal-ajru jiġu kkumpensati għat-telf ikkawżat mill-pandemija, il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-linja tal-ajru jkollha likwidità suffiċjenti biex tkompli topera u/jew li l-istruttura kapitali tagħha baqgħet adegwata matul u wara l-kriżi.
59Aħna sibna wkoll li fl-ebda wieħed mit-38 każ rieżaminat l-Istati Membri ma kienu inkludew b’mod espliċitu r-rimborż tal-passiġġieri bħala objettiv jew bħala kundizzjoni għall-għoti tal-għajnuna, minkejja li l-Kummissjoni ssuġġeriet li jagħmlu dan44. Dan ifisser, fil-prattika, li l-Istati Membri ħallew ir-rimborż tal-passiġġieri tal-ajru unikament f’idejn il-linji tal-ajru, li min-naħa tagħhom segwew il-prijoritajiet proprji tagħhom fir-rigward tal-użu tal-għajnuna mill-Istat. Madankollu, billi tiżgura s-sopravivenza tal-linji tal-ajru, il-likwidità mogħtija permezz ta’ din l-għajnuna setgħet ikkontribwiet indirettament għar-rimborż tal-passiġġieri (ara l-paragrafu 32(a)).
60Fir-rigward tal-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat għall-appoġġ tal-organizzaturi ta’ pakketti tal-ivvjaġġar, is-sitwazzjoni hija differenti. Mis-16-il miżura (li jipprovdu appoġġ totali ta’ EUR 2.9 biljun), aħna sibna li 3 każijiet ipprovdew miżuri ġenerali ta’ appoġġ ta’ likwidità. Fit-13-il każ li jifdal sibna li:
- għal 7 minnhom (EUR 909 miljun)45, l-objettiv li jiġi żgurat rimborż fil-pront lill-vjaġġaturi ssemma b’mod espliċitu fin-notifika;
- għal tliet każijiet (EUR 1.1 biljun)46, l-għan kien li tiżdied l-attraenza tal-vawċers billi tiġi offruta garanzija mill-Istat sabiex jiġi protett il-valur tagħhom fil-każ ta’ insolvenza tal-organizzatur;
- żewġ każijiet47 indirizzaw l-ispejjeż tar-ripatrijazzjoni, u
- f’każ minnhom48, l-għajnuna ngħatat biex jiġu żgurati kemm ir-ripatrijazzjoni tal-vjaġġaturi kif ukoll ir-rimborż ta’ pakketti tal-ivvjaġġar li ġew ikkanċellati qabel it-tluq.
Dan ifisser li t-tfassil ta’ 13 minn 16-il każ irrifletta tħassib speċifiku u espliċitu rigward id-drittijiet tal-vjaġġaturi b’pakketti tal-ivvjaġġar. Id-differenza fil-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat għal-linji tal-ajru hija dovuta għar-rekwiżit ta’ protezzjoni mill-insolvenza fil-PTD, u għall-fatt li l-akbar spiża fi flus għall-organizzaturi ta’ pakketti tal-ivvjaġġar matul il-pandemija tal-COVID-19 kienet ir-rifużjoni ta’ pakketti tal-ivvjaġġar ikkanċellati.
Il-Kummissjoni ppruvat tipproteġi d-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru iżda għandha setgħat ta’ infurzar limitati
62Mill-bidu tal-kriżi, il-Kummissjoni ddikjarat li d-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru jridu jiġu rrispettati u ħadet għadd ta’ inizjattivi biex tiddefendi dawn id-drittijiet. Kronoloġija u ħarsa ġenerali lejn dawn l-inizjattivi huma pprovduti fl-Anness V. Aħna analizzajna jekk l-azzjonijiet differenti li l-Kummissjoni ħadet matul il-kriżi kinux effettivi biex jipproteġu d-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru. Aħna ttestjajna wkoll il-preċiżjoni tal-informazzjoni li tinsab fis-sit web Re-open EU, u l-puntwalità tal-aġġornamenti tagħha mas-sorsi nazzjonali uffiċjali għal kampjun ta’ 10 Stati Membri, fi 3 mumenti speċifiċi (l-1, il-15 u t-28 ta’ Frar 2021). Fl-aħħar nett, analizzajna wkoll jekk il-qafas legali eżistenti huwiex adattat għall-iskop tiegħu fi żminijiet ta’ kriżi.
Il-Kummissjoni ħadet azzjoni biex timmitiga l-effetti tal-kriżi fuq il-passiġġieri tal-ajru
63Fl-1 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni nediet is-sit web dwar ir-rispons għall-Coronavirus, b’parti ddedikata għat-trasport u l-ivvjaġġar. Dan sar fil-forma ta’ skedi informattivi49 u links għal siti web b’informazzjoni ġenerali50, inkluż is-sit web L-Ewropa Tiegħek51. Hija adattat ukoll il-Linji Gwida Interpretattivi tagħha rigward ir-regolamenti dwar id-drittijiet tal-passiġġieri52 u ħarġet nota ta’ informazzjoni53 dwar il-PTD fejn tenniet li l-passiġġieri kellhom id-dritt li jagħżlu bejn rimborż (flus jew vawċer) u rotta alternattiva (li spiss ma kinitx possibbli). Hija kkjarifikat ukoll li l-offerta ta’ vawċer ma setgħetx tneħħi d-dritt tal-passiġġier li jagħżel rimborż fi flus minflok, u kkonfermat li l-pandemija tal-COVID-19 kienet “ċirkustanza inevitabbli u straordinarja” li tista’ teskludi d-dritt għal kumpens.
64Fis-17 ta’ April 2020, il-Parlament Ewropew appella lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-Linji Gwida Interpretattivi ġew implimentati kif xieraq fil-kuntest tal-iżviluppi tas-sitwazzjoni tal-COVID-1954. Fid-29 ta’ April 2020, matul il-laqgħa informali b’vidjokonferenza tal-Ministri għat-Trasport55, bosta Stati Membri talbu lill-Kummissjoni biex il-linji tal-ajru jidderogaw temporanjament mid-dati ta’ skadenza tar-rimborż għall-passiġġieri. Il-Kummissjoni ma qablitx li tnaqqas id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru, iżda ħadet azzjoni billi ħarġet Rakkomandazzjoni fit-13 ta’ Mejju 2020 biex tagħmel il-vawċers alternattiva attraenti u sikura għar-rimborż fi flus u biex tippromwovi l-aċċettazzjoni tal-vawċers min-naħa tal-passiġġieri. B’dan il-mod, il-Kummissjoni kellha wkoll l-għan li tgħin biex jittaffew il-problemi ta’ likwidità tal-linji tal-ajru u tal-organizzaturi ta’ pakketti tal-ivvjaġġar (ara l-paragrafu 38).
65Barra minn hekk, f’Lulju 2020, hija nediet ukoll proċeduri ta’ ksur kontra l-Istati Membri minħabba:
- l-adozzjoni ta’ liġi nazzjonali li ma tirrispettax ir-Regolament 261/2004 (kontra l-Italja u l-Greċja)56. Sadanittant, dawn il-proċeduri ngħalqu billi l-liġijiet nazzjonali reġgħu saru konformi mad-dritt tal-UE57;
- il-miżuri relatati mal-COVID li kienu jmorru kontra l-PTD. Kien hemm 11-il Stat Membru li kienu kkonċernati58. Fiż-żmien meta sar l-awditu, seba’ proċeduri kienu ngħalqu, jew minħabba li l-miżuri nazzjonali kienu tħassru/ġew emendati, jew minħabba li kienu skadew u ma ġewx imġedda. Il-Kroazja, il-Litwanja u s-Slovakkja ma kinux ikkoreġew il-leġiżlazzjoni tagħhom u, għalhekk, il-Kummissjoni pproċediet għall-istadju li jmiss tal-ksur, jiġifieri għal opinjoni motivata. Il-Bulgarija rċeviet ittra ta’ intimazzjoni minħabba r-regoli nazzjonali introdotti f’Awwissu 2020 li kisru d-Direttiva dwar il-Pakketti tal-Ivvjaġġar59. Dawn l-erba’ proċeduri kienu għadhom miftuħa fiż-żmien meta sar l-awditu (il-Bulgarija, il-Kroazja, il-Litwanja u s-Slovakkja).
Barra minn hekk, għad hemm attivitajiet li għadhom għaddejjin:
- F’Awwissu 2020, il-Kummissjoni nediet eżerċizzju “EU Pilot” dwar ir-Regolament 261/2004, biex tivvaluta s-sitwazzjoni attwali rigward l-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri fl-Istati Membri kollha. L-EU Pilot huwa mekkaniżmu għal djalogu informali bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat dwar kwistjonijiet relatati man-nuqqas ta’ konformità potenzjali mad-dritt tal-UE. Huwa jintuża bħala l-ewwel pass biex jipprova jikkjarifika jew jirriżolvi l-problemi sabiex, jekk ikun possibbli, ikunu jistgħu jiġu evitati proċedimenti formali ta’ ksur.
- Minn Mejju 2020, il-Kummissjoni kienet ukoll fi djalogu regolari mal-awtoritajiet nazzjonali tas-CPC li mmonitorjaw l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru. Fi Frar 2021, il-Kummissjoni nediet, flimkien man-Network CPC, stħarriġ ikkoordinat ta’ 16-il linja tal-ajru li joperaw fl-UE dwar il-prattiki ta’ kanċellazzjoni tagħhom, dwar kif huma infurmaw lill-konsumaturi rigward id-drittijiet tagħhom, u dwar kif ittrattaw it-talbiet għal rimborż.
- Fis-17 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni pproponiet abbozz ta’ Regolament biex jiġi stabbilit “Ċertifikat Ekoloġiku Diġitali”. Fl-20 ta’ Mejju 2021, il-leġiżlaturi qablu dwar test għal “Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE” li jikkonsisti f’ċertifikat tal-vaċċinazzjoni, tat-test jew tal-fejqan biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu.
Lil hinn mill-pandemija attwali tal-COVID-19, il-Kummissjoni diġà stabbiliet proposti dwar kif l-UE tista’ ssaħħaħ ir-reżiljenza tagħha meta tiffaċċja interruzzjonijiet estensivi fl-ivvjaġġar:
- L-Aġenda l-Ġdida għall-Konsumaturi60, imnedija f’Novembru 2020, tippreżenta prijoritajiet u azzjonijiet ewlenin għall-ħames snin li ġejjin. Bħala parti minn din l-aġenda, il-Kummissjoni se tanalizza l-punt sa fejn il-PTD tibqa’ adegwata fid-dawl tal-kriżijiet reċenti, filwaqt li tibni fuq rapport tal-2021 dwar l-applikazzjoni tagħha61, kif ukoll tappoġġa u tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn in-Network CPC u networks u partijiet ikkonċernati oħra.
- L-Istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti62, imnedija f’Diċembru 2020, għandha l-għan li tirrieżamina l-qafas regolatorju tad-drittijiet tal-passiġġieri, u li tesplora wkoll l-għażliet għal skemi ta’ protezzjoni finanzjarja biex jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed likwidità sabiex il-passiġġieri jitħallsu lura u, jekk ikun meħtieġ, jiġu ripatrijati, anki fi żminijiet ta’ kriżi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni biħsiebha tirrevedi r-Regolament dwar is-Servizzi tal-Ajru, u t-tħejjija ta’ pjanijiet ta’ kontinġenza għall-kriżijiet għas-settur tat-trasport. Il-Kummissjoni għandha wkoll l-għan li tipproteġi aħjar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-UE, tagħmilhom aktar ċari kemm għat-trasportaturi kif ukoll għall-passiġġieri u joffru assistenza adegwata, rimborż, u possibbilment kumpens meta jkun hemm interruzzjonijiet, kif ukoll sanzjonijiet xierqa jekk ir-regoli ma jiġux applikati kif suppost.
Il-Kummissjoni pprovdiet informazzjoni lill-vjaġġaturi dwar is-sitwazzjoni fuq il-post
68F’Ġunju 2020, il-Kummissjoni nediet is-sit web Re-Open EU63, li jipprovdi lill-vjaġġaturi ħarsa ġenerali lejn is-sitwazzjoni tas-saħħa pubblika fil-pajjiżi Ewropej, informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u apps għat-traċċar u t-twissija tal-kuntatti. Is-sit web juża data miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), u mill-Istati Membri dwar ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, bil-għan li jgħin lill-vjaġġaturi jippjanaw il-vjaġġi tagħhom. Sa Jannar 2021 kien irċieva 9 miljun żjara.
69Aħna sibna li l-għodda tipprovdi għajnuna siewja lill-vjaġġaturi prospettivi rigward il-modi kollha tat-trasport u tkopri, f’format standardizzat, informazzjoni utli dwar ir-rekwiżiti ta’ ttestjar ta’ qabel it-tluq, l-obbligi ta’ kwarantina mal-wasla, u kwalunkwe regola applikabbli għall-vjaġġaturi li jkunu biss fi tranżitu minn Stat Membru.
70Sa mit-tnedija tiegħu, is-sit web għadda minn aġġustamenti u titjib regolari. Madankollu, huwa għadu jiddependi ħafna mill-għoti ta’ informazzjoni f’waqtha u preċiża mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni nfisha wissiet li informazzjoni li tasal tard jew ma tkunx kompleta tkun tnaqqas l-utilità tiegħu64. L-analiżi li wettaqna kkonfermat dan billi s-sit web:
- ma kienx aġġornat dwar ir-restrizzjonijiet fis-seħħ f’2 Stati Membri mill-10 li ġew eżaminati (il-Belġju u l-Lussemburgu);
- mhux dejjem irrifletta r-restrizzjonijiet adottati mill-Istati Membri u li mistennija jidħlu fis-seħħ f’data aktar tard, u
- xi drabi kien fih informazzjoni li ma kinitx kompleta (l-età minima għall-ittestjar, id-dikjarazzjoni qabel l-ivvjaġġar) jew inkonsistenti (taqsimiet differenti tas-sit web li juru rekwiżiti ta’ ttestjar li jkunu differenti).
Il-qafas legali attwali għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru mhuwiex komplet jew reżistenti għal kriżi
71L-analiżi li wettaqna wriet li:
- La r-Regolament 261/2004 u lanqas il-PTD ma jinkludu rwol għall-Kummissjoni biex tissorvelja l-infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru individwali. Il-Kummissjoni pproponiet għodod għal infurzar aħjar fir-Regolament 261/2004 fl-2013, u dan kien rakkomandazzjoni fir-rapport speċjali tagħna tal-2018 (ara l-Kaxxa 1 u l-paragrafu 13). Din il-proposta tal-2013 kienet ukoll reazzjoni għall-problemi kkawżati lill-avjazzjoni fl-2010 mis-sħaba ta’ rmied minn vulkan Iżlandiż u kienet tinkludi soluzzjonijiet li setgħu għenu biex id-drittijiet tal-passiġġieri jiġu infurzati aħjar fi żminijiet ta’ kriżi, bħal proċeduri aħjar għat-trattament tal-ilmenti, u infurzar, monitoraġġ u sanzjonar imsaħħa għas-salvagwardja tad-drittijiet tal-passiġġieri.
Il-Parlament Ewropew appella lill-Kummissjoni biex tevalwa u, jekk ikun meħtieġ, tirrevedi l-PTD u tiżblokka n-negozjati fil-Kunsill dwar ir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 biex jitqiesu l-effetti tal-kriżi reċenti, tiġi evitata kwalunkwe inċertezza legali u tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur65. - Meta t-titjiriet jiġu kkanċellati, il-leġiżlazzjoni ma tkoprix il-ħtieġa għal garanzija kontra l-insolvenza għall-passiġġieri tal-ajru b’biljetti għat-titjira biss (dan huwa f’kuntrast mal-vjaġġaturi li jużaw pakketti tal-ivvjaġġar, fejn il-PTD tinkludi garanziji ta’ rimborż jekk l-organizzaturi tal-ivvjaġġar isiru insolventi). Fl-2014, il-Parlament Ewropew issuġġerixxa li jenħtieġ li tali garanzija tkun fis-seħħ ukoll għall-passiġġieri b’biljetti għat-titjira biss. Fl-2020 u l-202166, il-Parlament appella lill-Kummissjoni biex tesplora l-possibbiltà li telabora, abbażi tal-esperjenza miksuba mill-kriżi tal-COVID-19 u minn skemi simili tal-Istati Membri, Skema ta’ Garanzija tal-Ivvjaġġar tal-UE għall-kumpaniji biex jiżguraw likwidità finanzjarja sabiex jiggarantixxu r-rifużjonijiet lill-vjaġġaturi kif ukoll l-ispejjeż ta’ ripatrijazzjoni, flimkien ma’ kumpens ġust għal kwalunkwe dannu mġarrab f’każ ta’ falliment.
- Ma hemm l-ebda protezzjoni finanzjarja għall-vawċers, li, fejn rotta alternattiva ma tkunx possibbli, huma essenzjalment posponiment temporanju tar-rimborż lill-passiġġier (ħlief għall-pakketti tal-ivvjaġġar fejn tliet Stati Membri ggarantixxu espliċitament dawn il-vawċers permezz tal-użu tal-għajnuna mill-Istat (ara l-paragrafu 60).
- Fir-Regolament 261/2004 ma hemmx dispożizzjonijiet speċifiċi dwar kif il-passiġġieri jistgħu jinfurzaw id-drittijiet tagħhom meta jkunu involuti l-intermedjarji (ara l-paragrafi 33 sa 36). Dan wassal għal bosta każijiet quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.
Aħna sibna li anki l-qafas legali għall-pakketti tal-ivvjaġġar mhuwiex kompletament reżistenti għal kriżi. Il-PTD tindika67 li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzaturi stabbiliti fit-territorju tagħhom jipprovdu garanzija għar-rifużjoni tal-pagamenti kollha magħmula minn jew f’isem vjaġġaturi sa fejn is-servizzi rilevanti ma jitwettqux bħala konsegwenza tal-insolvenza tal-organizzatur. Din il-garanzija għandha tkopri “spejjeż raġonevolment prevedibbli”.
73Il-Kummissjoni rrappurtat68 li:
- Xi banek ma kinux għadhom jagħtu garanzija lill-organizzaturi u li anki wħud mill-ftit kumpaniji tal-assigurazzjoni li diġà joffru protezzjoni mill-insolvenza qed joħorġu mis-suq (eż. fl-Awstrija u fil-Belġju). Għalhekk huwa importanti li tinstab sistema soda li tipproteġi lill-vjaġġaturi b’mod effettiv kontra r-riskju ta’ insolvenza. Ideat imressqa biex jiġu indirizzati sfidi differenti jinkludu diversi fornituri ta’ garanzija għal organizzatur wieħed, jew l-istabbiliment ta’ fond ta’ garanzija pan-UE bħala tip ta’ riassigurazzjoni għall-garanti tal-ewwel linja.
- Ir-riskji relatati mal-pandemiji spiss jiġu esklużi mill-poloz tal-assigurazzjoni, b’mod partikolari l-assigurazzjoni ta’ kanċellazzjoni tal-ivvjaġġar69. Dan jillimita l-possibbiltà li l-vjaġġaturi jassiguraw lilhom infushom kontra telf possibbli minħabba kanċellazzjoni ta’ vjaġġ ikkawżat minn pandemija.
Għalhekk hemm inċertezza legali għall-vjaġġaturi b’pakketti tal-ivvjaġġar dwar jekk l-iskemi nazzjonali ta’ protezzjoni mill-insolvenza joffrux protezzjoni sħiħa għall-vjaġġaturi f’pandemija, bħall-COVID-19, fir-rigward ta’ talbiet għal rimborż jew vawċers. Dan huwa minħabba li dawn l-iskemi huma ta’ natura differenti ħafna, u l-interpretazzjoni fost l-Istati Membri tvarja.
Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
75Aħna nikkonkludu li, b’mod ġenerali, id-drittijiet ewlenin tal-passiġġieri ma kinux protetti f’din il-kriżi bla preċedent, b’mod partikolari fl-istadji bikrija tal-pandemija tal-COVID-19. Ir-rimborżi lill-passiġġieri tal-ajru għal titjiriet ikkanċellati ġew sospiżi, u l-passiġġieri ġew trattati b’mod differenti fl-UE kollha. Fl-istess ħin, l-Istati Membri pprovdew ammonti bla preċedent ta’ appoġġ fil-forma ta’ għajnuna mill-Istat għal-linji tal-ajru u għall-organizzaturi ta’ pakketti tal-ivvjaġġar. L-Istati Membri qatt ma rabtu din l-għajnuna mar-rimborż tal-passiġġieri għal dak li jirrigwarda l-linji tal-ajru, iżda l-biċċa l-kbira mill-Istati Membri għamlu dan għall-organizzaturi ta’ pakketti tal-ivvjaġġar. L-Istati Membri ħadu dawn id-deċiżjonijiet għal-linji tal-ajru minkejja l-fatt li l-Kummissjoni kienet għamlitha ċara li skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat huma setgħu jagħmlu dan. Il-Kummissjoni għamlet sforzi biex tipproteġi d-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru u ħadet azzjoni biex timmitiga l-effetti tal-kriżi fuq il-passiġġieri, iżda l-qafas legali jfisser li l-Kummissjoni kellha setgħa limitata biex tiżgura li l-Istati Membri jinfurzaw dawn id-drittijiet.
76Il-kriżi tal-COVID-19 ġabet fokus qawwi fuq il-fatt li l-passiġġieri tal-ajru ma kinux infurmati tajjeb rigward id-drittijiet tagħhom, bir-riskju assoċjat li jistgħu jitilfu l-flus li b’konsegwenza kienu intitolati għalihom. Il-kriżi żiedet ukoll mal-limitazzjonijiet li rrappurtajna dwarhom fl-2018, fir-rigward tal-mod li bih l-Istati Membri jinfurzaw id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru. Matul l-ewwel xhur tal-kriżi, ħafna passiġġieri ma ġewx rimborżati; ħafna oħrajn ma kellhom l-ebda għażla oħra ħlief li jaċċettaw vawċers. F’Ġunju 2020, ħafna linji tal-ajru bdew jirrimborżaw, għalkemm b’dewmien sinifikanti. Madankollu, l-abbiltà tal-passiġġieri li jiżguraw rimborż baqgħet limitata kemm meta kienu involuti l-intermedjarji (eż. l-aġenziji tal-ivvjaġġar), kif ukoll meta l-passiġġieri ġew imposti jaċċettaw il-vawċers. Barra minn hekk, il-biċċa l-kbira mill-biljetti u mill-vawċers tal-passiġġieri mhumiex protetti kontra l-insolvenza tal-linji tal-ajru. Il-fatt li ma hemmx stampa ġenerali minħabba n-nuqqas ta’ rekwiżiti ta’ rappurtar, pereżempju dwar l-għadd ta’ passiġġieri li jitolbu flushom lura u dwar l-għadd ta’ każijiet mhux solvuti sad-dati ta’ skadenza legali fl-UE kollha, huwa minnu nnifsu parti importanti mill-problema fl-infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru (il-paragrafi 19 sa 43).
Rakkomandazzjoni 1 – Protezzjoni aħjar tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru, u jkun hemm informazzjoni dwar dawn id-drittijietJenħtieġ li l-Kummissjoni:
- tieħu azzjoni, pereżempju billi tħejji linji gwida u tuża l-midja soċjali, u, fejn xieraq, tagħmel proposti leġiżlattivi biex ittejjeb l-informazzjoni li tingħata lill-passiġġieri dwar id-drittijiet tagħhom, inkluż għal perjodi ta’ interruzzjoni sinifikanti fl-ivvjaġġar;
- tieħu azzjoni u, fejn xieraq, tagħmel proposti leġiżlattivi biex issaħħaħ il-monitoraġġ proattiv mill-NEBs, eż. permezz tal-obbligi ta’ rappurtar tat-trasportaturi lill-NEBs jew permezz ta’ spezzjonijiet biex jiġi vverifikat jekk il-linji tal-ajru jinfurmawx lill-passiġġieri rigward id-drittijiet tagħhom b’mod f’waqtu, preċiż u komplet;
- tieħu azzjoni u, fejn xieraq, tagħmel proposti leġiżlattivi, biex tagħti lill-passiġġieri l-possibbiltà li jressqu t-talbiet tagħhom għal rimborż lil-linji tal-ajru billi jużaw formola standardizzata ta’ rimborż għall-UE kollha, b’mod simili għal dawk li ġew adottati għall-ferroviji;
- tieħu azzjoni u, fejn xieraq, tagħmel proposti leġiżlattivi li jkollhom l-għan li jiżguraw li l-passiġġieri jiġu rimborżati f’konformità mad-dati ta’ skadenza legali ta’ 7 ijiem jew 14-il jum, anki fi żminijiet ta’ kriżi. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu:
- it-tnaqqis tal-ħtieġa għal rimborż tal-passiġġieri u tal-vjaġġaturi b’pakketti tal-ivvjaġġar billi tiġi ristretta l-abbiltà tal-linji tal-ajru u tal-organizzaturi ta’ pakketti tal-ivvjaġġar li jitolbu prepagamenti fil-mument tal-prenotazzjoni;
- il-kjarifika li l-protezzjoni mill-insolvenza offruta mill-PTD tkopri wkoll talbiet għal rimborż u vawċers, u l-estensjoni ta’ din il-protezzjoni, inklużi l-ispejjeż ta’ ripatrijazzjoni, għar-Regolament 261/2004;
- il-ħolqien ta’ fondi ta’ garanzija għall-kanċellazzjonijiet ta’ titjiriet u ta’ pakketti tal-ivvjaġġar li jkun fihom titjiriet, li l-linji tal-ajru u l-organizzaturi ta’ pakketti tal-ivvjaġġar ikunu jistgħu jużaw biex jirrimborżaw u, jekk ikun meħtieġ, jirripatrijaw il-passiġġieri fi żminijiet ta’ kriżi, jew
- it-twarrib ta’ perċentwal fiss tal-prepagament tal-biljett (“delimitazzjoni”) f’kull linja tal-ajru, biex ikopri t-talbiet tal-vjaġġaturi;
- tieħu azzjoni u, fejn xieraq, tagħmel proposti leġiżlattivi biex jiġi mmitigat ir-riskju ta’ kriżi ta’ likwidità jew l-insolvenza tat-trasportaturi pereżempju billi tirrieżamina r-regoli dwar l-idoneità finanzjarja tal-linji tal-ajru.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: Sa tmiem l-2022.
77Miżuri nazzjonali għall-ġlieda kontra l-pandemija, bħal kwarantini jew projbizzjonijiet unilaterali fuq l-ivvjaġġar, ikkontribwew għall-kollass tal-ivvjaġġar bl-ajru. Dan wassal għal problemi ta’ likwidità f’daqqa u serji, kemm għal-linji tal-ajru kif ukoll għall-organizzaturi ta’ pakketti tal-ivvjaġġar. Il-pandemija tal-COVID-19 uriet li t-Trattat tal-UE ma jinkludix dispożizzjonijiet għall-Kummissjoni biex tiżgura l-koordinazzjoni effettiva tal-miżuri nazzjonali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma għandhiex kompetenza biex tistabbilixxi kundizzjonijiet li jridu jiġu rrispettati mill-benefiċjarji biex jieħdu l-għajnuna mill-Istat, ħlief meta tali kundizzjonijiet ikunu meħtieġa biex jiġu mmitigati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kkawżati minn miżuri nazzjonali. Dan ma japplikax għall-qasam tad-drittijiet tal-passiġġieri.
78Il-qafas temporanju għall-għajnuna mill-Istat tal-Kummissjoni ffaċilita l-għoti ta’ livelli bla preċedent ta’ għajnuna mill-Istat lil-linji tal-ajru. Filwaqt li kien hemm rekwiżit għall-Istati Membri biex jiżguraw li ċerti riċevituri tal-għajnuna mill-Istat jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar kif din l-għajnuna ntużat biex tappoġġa l-objettivi ta’ politika tal-UE relatati mat-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali, ma kien hemm l-ebda rekwiżit bħal dan fir-rigward tar-rimborż tal-passiġġieri tal-ajru. L-Istati Membri pprovdew appoġġ fil-forma ta’ għajnuna mill-Istat għal-linji tal-ajru u għall-operaturi tal-ivvjaġġar, li jammonta għal EUR 34.7 biljun. Madankollu, fil-każ tal-linji tal-ajru, l-Istati Membri ma rabtux din l-għajnuna mar-rimborż tal-passiġġieri, anki jekk il-Kummissjoni kienet għamlitha ċara li setgħu jagħmlu dan. Din hija waħda mir-raġunijiet għalfejn il-linji tal-ajru aġixxew b’mod differenti fir-rigward tar-rimborżi, inkluż it-twaqqit tagħhom (il-paragrafi 44 sa 61).
Rakkomandazzjoni 2 – Aktar koordinazzjoni tal-miżuri nazzjonali u rabta aħjar tal-għajnuna mill-Istat li tingħata lil-linji tal-ajru mar-rimborż tal-passiġġieriJenħtieġ li l-Kummissjoni:
- tindirizza, flimkien mal-Istati Membri, modi kif tista’ tittejjeb il-koordinazzjoni bejniethom u kif tista’ tipprovdi informazzjoni f’waqtha dwar miżuri nazzjonali b’konsegwenzi importanti għal-linji tal-ajru, bħal kwarantini jew projbizzjonijiet unilaterali fuq l-ivvjaġġar;
- tieħu azzjoni ulterjuri biex tfakkar lill-Istati Membri li l-linji tal-ajru jistgħu jużaw ukoll l-għajnuna mill-Istat li ngħatat lilhom biex ikopru r-rimborż tal-passiġġieri tal-ajru. Tali azzjoni tista’, pereżempju, tinkludi komunikazzjoni speċifika jew nota dwar dan l-aspett lill-Istati Membri.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: Sa tmiem l-2021.
79L-ambitu tal-Kummissjoni għal azzjoni fi żminijiet ta’ kriżi huwa limitat fil-qafas legali attwali għad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru. Matul il-pandemija, il-Kummissjoni aġixxiet biex tissalvagwardja d-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru u ħadet passi biex timmitiga l-effetti tal-kriżi. Is-sit web Re-open EU tal-Kummissjoni jipprovdi informazzjoni siewja lill-vjaġġaturi prospettivi rigward il-modi kollha tat-trasport iżda jiddependi minn informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u mhux dejjem ikun aġġornat. Il-qafas legali attwali għad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru jagħti lill-Kummissjoni setgħat limitati biex tinforza d-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru. Proposti li jistgħu jikkontribwixxu biex jirrimedjaw din is-sitwazzjoni ġew ippreżentati fl-2013 iżda sa issa l-Kunsill ma laħaqx qbil dwar il-pożizzjoni tiegħu (il-paragrafi 62 sa 74).
Rakkomandazzjoni 3 – Għodod u leġiżlazzjoni mtejba għas-salvagwardja tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajruJenħtieġ li l-Kummissjoni:
- tieħu azzjoni sabiex l-Istati Membri jipprovdu informazzjoni f’waqtha u affidabbli fil-portal Re-open EU għall-passiġġieri prospettivi, bħal dwar l-applikazzjoni jew it-tneħħija ta’ restrizzjonijiet futuri fuq l-ivvjaġġar hekk kif tali bidliet jiġu deċiżi;
- tieħu azzjoni u, fejn xieraq, tagħmel proposti leġiżlattivi biex:
- tiżgura li tirċievi rapporti mill-NEBs li jippermettu li l-Kummissjoni timmonitorja s-sitwazzjoni attwali tal-applikazzjoni u l-infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru fuq bażi regolari u, jekk ikun xieraq, anki fuq bażi ad hoc, eż. fi żminijiet ta’ kriżi;
- tipprovdi lill-NEBs il-mezzi meħtieġa biex jinfurzaw id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru;
- tikkjarifika r-rwoli u r-responsabbiltajiet għar-rimborż tal-biljetti fejn ikunu involuti l-intermedjarji;
- tivverifika li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet tas-CPC li jinfurzaw id-drittijiet tal-passiġġieri u tal-vjaġġaturi jkollhom is-setgħat ta’ investigazzjoni u infurzar meħtieġa kif previst mil-leġiżlazzjoni dwar is-CPC u jagħmlu użu effettiv minnhom.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: Sa tmiem l-2022.
80Matul l-awditu li wettaqna, aħna ltqajna ma’ każijiet simili li fihom intużaw vawċers: għal kruċieri u għal operazzjonijiet ferrovjarji ta’ veloċità għolja.
Rakkomandazzjoni 4 – Applikazzjoni għal modi oħra tat-trasportJenħtieġ li l-Kummissjoni tqis ir-rilevanza tar-rakkomandazzjonijiet f’dan ir-rapport għal modi oħra tat-trasport.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: Sa tmiem l-2022.
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla II, immexxija mis-Sinjura Iliana Ivanova, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fid-9 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Klaus-Heiner Lehne
President
Annessi
Anness I – Skema ta’ rimborż għall-passiġġieri b’biljetti għat-titjira biss
Sors: il-QEA.
Anness II – Skema ta’ rimborż għall-vjaġġaturi b’pakketti tal-ivvjaġġar
Sors: il-QEA.
Anness III – Lista ta’ deċiżjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat biex jiġu appoġġati l-linji tal-ajru
| Każ Nru | Miżura | Stat Membru | Data tad-deċiżjoni | Baġit (f’miljun EUR) |
|---|---|---|---|---|
| SA.55 373 | COVID-19: Kumpens għal danni lil Croatia Airlines | HR | 30.11.2020 | 11.70 |
| SA.56 765 | COVID-19: Moratoire sur le paiement de taxes aéronautiques en faveur des entreprises de transport public aérien | FR | 31.3.2020 | 29.90 |
| SA.56 795 | Kumpens għad-dannu kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19 lil Scandinavian Airlines | DK | 15.4.2020 | 137.00 |
| SA.56 809 | COVID-19: Garanzija ta’ self mill-Istat għal Finnair | FI | 18.5.2020 | 540.00 |
| SA.56 810 | COVID-19: Għajnuna lil TAROM | RO | 2.10.2020 | 19.33 |
| SA.56 812 | COVID-19: Skema ta’ garanzija għal self lil-linji tal-ajru | SE | 11.4.2020 | 455.00 |
| SA.56 867 | Kumpens għad-dannu kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19 lil Condor Flugdienst GmbH | DE | 26.4.2020 | 550.00 |
| SA.56 943 | COVID-19: Rikapitalizzazzjoni ta’ Air Baltic | LV | 3.7.2020 | 250.00 |
| SA.57 026 | COVID-19: Għajnuna lil Blue Air | RO | 20.8.2020 | 62.13 |
| SA.57 061 | Kumpens għad-dannu kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19 lil Scandinavian Airlines | SE | 24.4.2020 | 137.00 |
| SA.57 082 | COVID-19: Garantie et prêt d’actionnaire au bénéfice d’Air France | FR | 4.5.2020 | 7 000.00 |
| SA.57 116 | COVID-19: Garanzija ta’ self mill-Istat u self mill-Istat għall-KLM | NL | 13.7.2020 | 3 400.00 |
| SA.57 153 | COVID-19: Għajnuna lil Lufthansa | DE | 25.6.2020 | 6 000.00 |
| SA.57 369 | COVID-19: Għajnuna mill-Portugall lil TAP | PT | 10.6.2020 | 1 200.00 |
| SA.57 410 | COVID-19: Rikapitalizzazzjoni ta’ Finnair | FI | 9.6.2020 | 286.00 |
| SA.57 539 | COVID-19: Għajnuna lill-Austrian Airlines | AT | 6.7.2020 | 150.00 |
| SA.57 543 | COVID-19: Rikapitalizzazzjoni ta’ SAS AB | DK | 17.8.2020 | 583.00 |
| SA.57 544 | COVID-19: Għajnuna lill-Brussels Airlines | BE | 21.8.2020 | 290.00 |
| SA.57 586 | COVID-19: Rikapitalizzazzjoni u self b’imgħax issussidjat għal Nordica | EST | 11.8.2020 | 30.00 |
| SA.57 691 | COVID-19: Skema ta’ inċentivi għal-linji tal-ajru | CY | 1.7.2020 | 6.30 |
| SA.57 817 | COVID-19: Skema ta’ appoġġ għal-linji tal-ajru mill-ajruport ta’ Oradea | RO | 27.7.2020 | 1.00 |
| SA.58 101 | COVID-19: Għajnuna mill-Portugall lil SATA Group – Self ta’ salvataġġ | PT | 18.8.2020 | 133.00 |
| SA.58 114 | COVID-19: Għajnuna lill-Alitalia | IT | 4.9.2020 | 199.45 |
| SA.58 125 | Corsair – Kumpens għad-dannu kkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19 | FR | 11.12.2020 | 30.20 |
| SA.58 157 | COVID-19: Għajnuna lill-ajruporti Daniżi u lil-linji tal-ajru li jinżlu d-Danimarka u li jitilqu minnha | DK | 3.9.2020 | 20.00 |
| SA.58 342 | COVID-19: Rikapitalizzazzjoni ta’ SAS AB | SE | 17.8.2020 | 486.00 |
| SA.58 463 | Aide à la restructuration de Corsair | FR | 11.12.2020 | 106.70 |
| SA.59 029 | COVID-19: Skema ta’ kumpens għal-linji tal-ajru b’liċenzja operattiva Taljana | IT | 22.12.2020 | 130.00 |
| SA.59 124 | COVID-19: Stabbiliment mill-ġdid tal-konnettività tal-ajru tas-Slovenja | SLO | 16.11.2020 | 5.00 |
| SA.59 158 | COVID-19: Għajnuna lil LOT | PL | 22.12.2020 | 650.00 |
| SA.59 188 | COVID-19: Għajnuna lill-Alitalia | IT | 29.12.2020 | 73.02 |
| SA.59 370 | COVID-19: Qafas Temporanju/3.1 miżura għall-appoġġ tal-linji tal-ajru li għandhom ċertifikat Daniż ta’ operatur tal-ajru | DK | 27.11.2020 | 6.00 |
| SA.59 378 | Għajnuna ta’ karattru soċjali lill-passiġġieri fuq titjiriet domestiċi lejn u minn Bornholm u Sønderborg | DK | 30.11.2020 | 1.30 |
| SA.59 462 | COVID-19: Kumpens għal danni għall-Aegean Airlines | GR | 23.12.2020 | 120.00 |
| SA.59 812 | COVID-19: Rikapitalizzazzjoni ta’ TUI | DE | 4.1.2021 | 1 250.00 |
| SA.59 913 | COVID-19: Rikapitalizzazzjoni ta’ Air France u Air France – KLM Holding | FR | 5.4.2021 | 1 000.00 |
| SA.60 113 | Il-Finlandja – Għajnuna lil Finnair b’rabta mal-COVID-19 | FI | 12.3.2021 | 351.38 |
| SA.61 676 | L-Italja – COVID-19: Għajnuna lill-Alitalia | IT | 26.3.2021 | 24.70 |
| Ammont totali (f’miljun EUR) | 25 725.11 | |||
| Għadd totali ta’ miżuri | 38 | |||
Sors: il-QEA, bl-użu ta’ data pprovduta mill-Kummissjoni.
Anness IV – Lista ta’ deċiżjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat biex jiġu appoġġati l-organizzaturi ta’ pakketti tal-ivvjaġġar
| Każ Nru | Miżura | Stat Membru | Data tad-deċiżjoni | Baġit (f’miljun EUR) |
|---|---|---|---|---|
| SA.56 856 | COVID-19: Self mill-Istat għad-Danish Travel Guarantee Fund | DK | 2.4.2020 | 201.00 |
| SA.57 352 | COVID-19: Skema ta’ kumpens lill-operaturi tal-ivvjaġġar għal telf imġarrab minħabba kanċellazzjonijiet | DK | 29.5.2020 | 97.00 |
| SA.57 423 | COVID-19: Għotjiet għall-benefiċċju tal-operaturi tat-turiżmu | LV | 29.5.2020 | 0.80 |
| SA.57 665 | COVID-19: Garanziji u self mil-Litwanja għall-operaturi turistiċi, l-akkomodazzjoni u l-fornituri ta’ servizzi ta’ catering | LT | 25.6.2020 | 50.00 |
| SA.57 741 | COVID-19: Għajnuna fil-forma ta’ garanziji fuq vawċers maħruġa għall-pakketti tal-ivvjaġġar | DE | 31.7.2020 | 840.00 |
| SA.57 985 | COVID-19: Self mill-Istat għall-Fondi ta’ Garanzija tal-Ivvjaġġar | NL | 28.7.2020 | 165.00 |
| SA.58 050 | COVID-19: Għajnuna mill-Istat għall-operaturi turistiċi | BG | 24.7.2020 | 28.10 |
| SA.58 102 | COVID-19: Appoġġ għall-operaturi turistiċi | PL | 21.9.2020 | 68.06 |
| SA.58 476 | COVID-19: Għotjiet lill-operaturi turistiċi għar-ripatrijazzjoni tal-vjaġġaturi | LT | 11.9.2020 | 1.00 |
| SA.59 639 | COVID-19: Skema ta’ għajnuna għall-aġenziji tal-ivvjaġġar u għall-operaturi turistiċi | SE | 28.1.2021 | 66.90 |
| SA.59 668 | COVID-19: Għajnuna fil-forma ta’ garanziji fuq noti ta’ kreditu maħruġa għall-konsumaturi u għall-organizzaturi ta’ pakketti tal-ivvjaġġar | CY | 12.1.2021 | 86.60 |
| SA.59 755 | COVID-19: Għajnuna għall-operaturi turistiċi u l-aġenziji tal-ivvjaġġar | IT | 4.12.2020 | 625.00 |
| SA.59 990 | COVID-19: Skema ta’ għajnuna mill-Istat għall-operaturi turistiċi u għall-aġenti tal-ivvjaġġar | BG | 18.12.2020 | 26.00 |
| SA.60 280 | COVID-19: Appoġġ għall-operaturi turistiċi | CZ | 19.3.2021 | 2.90 |
| SA.60 521 | COVID-19: Garanzija mill-Istat għall-organizzaturi ta’ pakkett tal-ivvjaġġar u għall-faċilitaturi ta’ servizzi tal-ivvjaġġar marbuta | AT | 4.2.2021 | 300.00 |
| SA.62 271 | COVID-19: Faċilità ta’ kreditu għal vawċers SGR | NL | 30.3.2021 | 400.00 |
| Ammont totali (f’miljun EUR) | 2 958.36 | |||
| Għadd totali ta’ miżuri | 16 | |||
Sors: il-QEA, bl-użu ta’ data pprovduta mill-Kummissjoni.
Anness V – L-azzjonijiet li ttieħdu mill-Kummissjoni biex timmitiga l-effetti tal-kriżi fuq il-passiġġieri tal-ajru: kronoloġija
Nota:
- Għal ħarsa ġenerali aktar dettaljata lejn l-azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni: ara l-lista ta’ azzjonijiet fuq is-sit web dwar ir-Rispons għall-Coronavirus tal-Kummissjoni Skeda ta’ żmien tal-azzjoni tal-UE | Il-Kummissjoni Ewropea (europa.eu).
- Għal azzjonijiet tal-Kunsill: ara It-tifqigħa tal-coronavirus tal-COVID-19 u r-rispons tal-UE -Il-Kunsill (europa.eu).
- Għal azzjonijiet tal-Parlament Ewropew: ara Ir-rispons tal-UE għall-Coronavirus | Aħbarijiet | Il-Parlament Ewropew (europa.eu).
Sors: il-QEA, ibbażat fuq informazzjoni riċevuta mingħand il-Kummissjoni Ewropea.
Glossarju
Arranġament tal-ivvjaġġar marbut: Prenotazzjoni tal-ivvjaġġar fejn, pereżempju, kummerċjant ibigħ servizz u jiffaċilita l-prenotazzjoni ta’ servizz addizzjonali wieħed jew aktar għall-istess vjaġġ jew vaganza, fi żmien 24 siegħa, minn kummerċjanti oħra taħt kuntratti separati.
Assoċjazzjoni tal-linji tal-ajru: Assoċjazzjoni kummerċjali, bħall-IATA, li tirrappreżenta kumpaniji tat-trasport bl-ajru.
Iċ-Ċentru ta’ Kuntatt Europe Direct (EDCC): Punti ġenerali ta’ kuntatti għal mistoqsijiet ġenerali dwar l-Unjoni Ewropea miċ-ċittadini. Huma jipprovdu pariri ġenerali lill-konsumaturi iżda ma jintervjenux mal-kummerċjanti jew mal-Istati Membri.
Kooperazzjoni għall-protezzjoni tal-konsumatur: Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali ta’ żewġ pajjiżi jew aktar biex jiġi indirizzat il-ksur tar-regoli tal-konsumatur meta l-kummerċjant u l-konsumatur ikunu bbażati f’pajjiżi differenti.
Korp għall-protezzjoni tal-konsumatur: Korp pubbliku jew privat maħtur minn Stat Membru biex jipprovdi lill-konsumaturi għajnuna u pariri mingħajr ħlas dwar id-drittijiet tagħhom fir-rigward tax-xiri.
Korp nazzjonali tal-infurzar: Awtorità tal-Istat Membru li ġiet stabbilita biex tiżgura l-konformità mar-regoli tal-UE dwar id-drittijiet tal-passiġġieri.
Network taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi (ECC-Net): Network imwaqqaf mill-Kummissjoni fl-2005 biex isaħħaħ il-fiduċja tal-konsumatur fis-Suq Uniku. In-network jgħin lill-konsumaturi fl-UE kollha billi jgħidilhom dwar id-drittijiet tagħhom meta jixtru oġġetti u servizzi f’pajjiż ieħor tal-UE; jagħtihom pariri dwar kwalunkwe problema li tinqala’; jgħinhom fl-ilmenti; jaħdem ma’ dawk li jfasslu l-politika u l-korpi tal-infurzar biex jippromwovu u jipproteġu l-interessi tal-konsumatur. In-network huwa magħmul minn 30 ċentru, b’wieħed f’kull Stat Membru tal-UE, l-Iżlanda, in-Norveġja u r-Renju Unit; dawn huma ospitati jew mill-awtorità nazzjonali għall-protezzjoni tal-konsumatur jew inkella minn assoċjazzjoni tal-konsumatur.
Pakkett tal-ivvjaġġar: Vjaġġ jew btala fejn żewġ servizzi jew aktar (trasport, akkomodazzjoni, eċċ.) huma kkombinati filwaqt li jiġu ssodisfati ċerti kriterji eż. kuntratt wieħed, jew prezz totali jew inklużiv.
Abbrevjazzjonijiet
AA: L-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru
CPB: Korp għall-Protezzjoni tal-Konsumatur
CPC: Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur
DĠ COMP: Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni
DĠ JUST: Id-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi
DĠ MOVE: Id-Direttorat Ġenerali għall-Mobilità u t-Trasport
NEB: Korp Nazzjonali tal-Infurzar
PTD: Id-Direttiva dwar il-Pakketti tal-Ivvjaġġar
Tim tal-awditjar
Ir-rapporti speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditi li twettaq ta’ politiki u programmi tal-UE, jew ta’ suġġetti relatati mal-ġestjoni minn oqsma baġitarji speċifiċi. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar bil-għan li tħalli impatt massimu b’kunsiderazzjoni tar-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta’ introjtu jew ta’ nfiq involut, l-iżviluppi futuri u l-interess politiku u pubbliku.
Dan l-awditu tal-prestazzjoni twettaq mill-Awla II tal-Awditjar li tispeċjalizza fl-oqsma ta’ nfiq Investiment għall-koeżjoni, it-tkabbir u l-inklużjoni, u li hija mmexxija minn Iliana Ivanova, Membru tal-QEA. L-awditu tmexxa minn Annemie Turtelboom, Membru tal-QEA, li ngħatat appoġġ minn Florence Fornaroli, Kap tal-Kabinett u Celil Ishik, Attaché tal-Kabinett; Pietro Puricella, Maniġer Prinċipali; Luc T’Joen, Kap tal-Kompitu; Rene Reiterer u Sabine Maur-Helmes, Awdituri. James Verity ipprovda appoġġ lingwistiku.
Noti finali
1 https://ec.europa.eu/transport/themes/passengers_en.
2 Fir-rigward tat-trasport ferrovjarju: Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14).
Fir-rigward tat-trasport fuq l-ilma: Ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 1).
Fir-rigward tat-trasport bix-xarabank: Ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 1).
3 Ir-Regolament (UE) 2021/782 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (riformulazzjoni) (ĠU L 172 tas-17.5.2007, p. 1).
4 Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU L 46 tas-17.2.2004, p. 1).
5 COM(2013) 130 final tat-13 ta’ Marzu 2013.
6 https://www.consilium.europa.eu/mt/policies/air-passenger-rights/.
7 Id-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (ĠU L 326 tal-11.12.2015, p. 1).
8 Id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż (ĠU L 158, 23.6.1990, p. 59).
9 Ir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew U tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004. (ĠU L 345 tas-27.12.2017, p. 1).
10 WHO Coronavirus disease 2019 (COVID-19). Situation Report – 39, it-28 ta’ Frar 2020.
11 https://www.who.int/emergencies/diseases/novel-coronavirus-2019/events-as-they-happen.
12 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Marzu 2020 dwar restrizzjoni temporanja koordinata għall-ivvjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE, applikabbli sat-30 ta’ Ġunju 2020. Segwita mir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2020/912 tat-30.6.2020 dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta’ tali restrizzjoni, li ġiet emendata mir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/132 tat-2 ta’ Frar 2021 (ĠU L 41 tat-2.2.2021, p. 1).
13 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1475 tat-13 ta’ Ottubru 2020 dwar approċċ ikkoordinat għar-restrizzjoni tal-moviment liberu b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19
14 https://www.ecdc.europa.eu/en/covid-19/situation-updates/weekly-maps-coordinated-restriction-free-movement.
15 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/132 tat-2 ta’ Frar 2021 li temenda r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/912 dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta’ tali restrizzjoni (ĠU L 41 tal-4.2.2021, p. 1).
16 https://aviationbenefits.org/around-the-world/europe/.
17 https://www.eurocontrol.int/sites/default/files/2020-06/eurocontrol-prr-2019.pdf.
18 https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/AVIA_PAOC__custom_828 232/default/table?lang=en.
19 https://www.aci-europe.org/press-release/307-aci-europe-sounds-alarm-bell-over-the-future-of-regional-air-connectivity.html.
20 Abbażi tat-tqabbil bejn l-ammont tar-rimborżi fi flus u l-prezz medju ta’ biljett tal-ajru.
21 Ir-Riżoluzzjoni tal-PE “L-Istrateġija tal-UE għal turiżmu sostenibbli” (2020/2038 (INI)) tal-25 ta’ Marzu 2021.
22 Sors: il-QEA, bl-użu ta’ data pprovduta mill-Kummissjoni.
23 Ir-Rapport Speċjali Nru 30/2018 “Id-drittijiet tal-passiġġieri tal-UE huma komprensivi, iżda l-passiġġieri għad iridu jitħabtu biex jiksbuhom”. Ara l-paragrafi 28 sa 32.
24 Ewrobarometru 93, is-sajf tal-2020. Ara https://data.europa.eu/euodp/en/data/dataset/S2262_93_1_93_1_ENG.
25 Ewrobarometru 93, is-sajf tal-2020. Ara https://data.europa.eu/euodp/en/data/dataset/S2262_93_1_93_1_ENG.
26 L-Artikoli 5(1)(a) u 8(1) tar-Regolament 261/2004.
27 L-Artikolu 12.4 tad-Direttiva 2015/2302.
28 Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta (COM(2021) 90 final) tas-26.2.2021, il-punt 5.1.2.
29 http://www.ejustice.just.fgov.be/eli/besluit/2020/03/19/2 020 040 676/staatsblad.
30 https://www.rijksoverheid.nl/documenten/kamerstukken/2020/03/30/aanwijzing-aan-de-ilt-inzake-handhaving-verordening-eg-nr-261-2004.
31 https://www.legifrance.gouv.fr/loda/id/JORFTEXT000 041 755 833/.
32 Dawn il-prattiki ġew applikati wkoll f’modi oħra tat-trasport. Pereżempju, matul l-awditu li wettaqna, aħna ffaċċjajna każijiet simili relatati ma’ vawċers għal kruċieri u għal operazzjonijiet ferrovjarji ta’ veloċità għolja.
33 https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/inf_20_1212.
34 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/648 tat-13 ta’ Mejju 2020 dwar vouchers offruti lill-passiġġieri u lill-vjaġġaturi bħala alternattiva għar-rimborż ta’ pakketti tal-ivvjaġġar u servizzi tat-trasport ikkanċellati fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 151 tal-14.5.2020, p. 10).
35 ICAO Air Transport Bureau – “Effects of Novel Coronavirus (COVID‐19) on Civil Aviation: Economic Impact Analysis”, Marzu 2021, https://www.icao.int/sustainability/Documents/Covid-19/ICAO_coronavirus_Econ_Impact.pdf.
36 IATA – “COVID-19 Cash burn analysis”, Marzu 2020.
37 Studju dwar il-livell attwali ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru fl-UE, https://ec.europa.eu/transport/themes/passengers/news/2020-01-13-air-passenger-rights-study_mt.
38 L-Artikolu 107(2) u (3) tat-TFUE.
39 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (2020/C 91 I/01) maħruġa għall-ewwel darba fl-20 ta’ Marzu 2020 u inizjalment valida sa tmiem l-2020. Aktar tard ġie emendat diversi drabi, u attwalment huwa applikabbli sa tmiem l-2021.
40 Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni (2020/C 91 I/01), il-paragrafu 9.
41 Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni (2020/C 91 I/01), il-paragrafi 44 u 83.
42 Ir-Regolament (UE) 2020/459 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Marzu 2020 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità (ĠU L 99 tal-31.3.2020, p. 1).
43 It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 107(2)(b) u 107(3)(b) rispettivament.
44 Il-Premessa 22 u l-punt 15 tar-Rakkomandazzjoni tal-KE (UE) 2020/648 tat-13 ta’ Mejju 2020 dwar vouchers offruti lill-passiġġieri u lill-vjaġġaturi bħala alternattiva għar-rimborż ta’ pakketti tal-ivvjaġġar u servizzi tat-trasport ikkanċellati fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 151 tal-14.5.2020, p. 10).
45 Il-Bulgarija, id-Danimarka (żewġ każijiet), il-Litwanja, in-Netherlands, il-Polonja u l-Iżvezja.
46 Ċipru, il-Ġermanja u n-Netherlands.
47 Il-Latvja u l-Litwanja.
48 L-Awstrija.
49 https://ec.europa.eu/info/live-work-travel-eu/coronavirus-response/travel-during-coronavirus-pandemic_mt.
50 https://ec.europa.eu/info/live-work-travel-eu/coronavirus-response/travel-during-coronavirus-pandemic_mt.
51 https://europa.eu/youreurope/.
52 L-Avviż tal-Kummissjoni Linji Gwida Interpretattivi rigward ir-regolamenti tal-UE dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fil-kuntest tas-sitwazzjoni li qed tiżviluppa b’rabta mal-COVID-19, (C(2020) 1830 final tat-18.3.2020).
53 Ara https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/coronavirus_info_ptd_19.3.2020.pdf.
54 https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/TA-9-2020-0054_MT.html.
55 https://www.consilium.europa.eu/mt/meetings/tte/2020/04/29/.
56 Ara https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/INF_20_1212.
57 https://ec.europa.eu/atwork/applying-eu-law/infringements-proceedings/infringement_decisions/?lang_code=mt.
58 Flimkien mal-Greċja u l-Italja, dan jikkonċerna lill-Bulgarija, iċ-Ċekja, Ċipru, Franza, il-Kroazja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall u s-Slovakkja. Ara https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/INF_20_1687.
59 https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/inf_20_1687.
60 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, Aġenda tal-Konsumatur ġdida li ssaħħaħ ir-reżiljenza tal-konsumatur għall-irkupru sostenibbli, (COM/2020/696 final); https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_20_2069.
61 COM(2021) 90 final tas-26.2.2021.
62 Il-Komunikazzjoni tal-KE dwar Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur (COM(2020) 789 final tad-9.12.2020), il-punti 91 u 92.
63 https://reopen.europa.eu/mt.
64 Il-Komunikazzjoni COM(2020) 687 final, dwar miżuri addizzjonali ta’ rispons għall-COVID-19.
65 Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2021 dwar l-istabbiliment ta’ strateġija tal-UE għal turiżmu sostenibbli (2020/2038(INI)), il-punt 66.
66 Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2021 dwar l-istabbiliment ta’ strateġija tal-UE għal turiżmu sostenibbli (2020/2038(INI)), il-punt 67.
67 Il-paragrafi (1) u (2) tal-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (ĠU L 326 tal-11.12.2015, p. 1).
68 Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, COM(2021) 90 final, 26.2.2021, il-punti 4.2.2 u 5.2.6.
69 Ara https://www.test-achats.be/argent/assurances-assistance-voyage/dossier/coronavirus.
70 https://ec.europa.eu/info/live-work-travel-eu/coronavirus-response/timeline-eu-action_mt
71 COM(2020)789 final
72 COM(2013) 130 final tat-13 ta’ Marzu 2013.
73 Ara l-lista fin-nota 3 f’qiegħ il-paġna tal-Premessa 8 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1475: Linji gwida tal-Kummissjoni għal miżuri ta’ ġestjoni tal-fruntieri biex tiġi protetta s-saħħa u tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-oġġetti u tas-servizzi essenzjali (ĠU C 86 I, 16.3.2020, p. 1), Linji gwida tal-Kummissjoni rigward l-eżerċitar tal-moviment liberu tal-ħaddiema (ĠU C 102 I, 30.3.2020, p. 12), “Pjan Direzzjonali Ewropew Konġunt għat-tneħħija tal-miżuri ta’ konteniment tal-COVID-19” tal-President tal-Kummissjoni Ewropea u l-President tal-Kunsill Ewropew, Gwida tal-Kummissjoni dwar il-moviment liberu tal-professjonisti fil-kura medika u l-armonizzazzjoni minima tat-taħriġ fir-rigward tal-miżuri ta’ emerġenza tal-COVID-19 (ĠU C 156, 8.5.2020, p. 1), il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lejn approċċ gradwali u kkoordinat għar-ritorn tal-libertà ta’ moviment u t-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni (ĠU C 169, 15.5.2020, p. 30), il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tielet valutazzjoni tal-applikazzjoni tar-restrizzjoni temporanja fuq l-ivvjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE COM(2020) 399 final, Linji gwida tal-Kummissjoni dwar il-ħaddiema staġjonali fl-UE fil-kuntest tat-tifqigħa tal-COVID-19 (ĠU C 235 I , 17.7.2020, p. 1), il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Korsiji Ħodor skont il-Linji Gwida għall-miżuri ta’ ġestjoni tal-fruntieri biex tiġi protetta s-saħħa u tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-oġġetti u tas-servizzi essenzjali (ĠU C 96I, 24.3.2020, p. 1), Linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-Iffaċilitar tal-Operazzjonijiet tal-Merkanzija bl-Ajru waqt it-tifqigħa tal-COVID-19 (ĠU C 100 I, 27.3.2020, p. 1), u Linji gwida tal-Kummissjoni dwar il-ħarsien tas-saħħa tal-baħħara, tal-passiġġieri u ta’ persuni oħrajn li jkunu jinsabu abbord il-bastimenti u dwar ir-ripatrijazzjoni u l-arranġamenti tal-ivvjaġġar tagħhom (ĠU C 119, 14.4.2020, p. 1).
74 https://ec.europa.eu/info/live-work-travel-eu/coronavirus-response/timeline-eu-action_mt
75 https://www.consilium.europa.eu/mt/policies/coronavirus/covid-19-travel-and-transport/
76 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/912 tat-30 ta’ Ġunju 2020 dwar ir-restrizzjoni temporanja fuq vjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE u t-tneħħija possibbli ta’ tali restrizzjoni; ĠU N° L 208 tal-1.7.2020, p. 1.
77 https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_20_1986
78 https://ec.europa.eu/transport/themes/passengers/campaign_en
79 Ara COM(2013)130 final (l-Artikoli 14 (6) u (7) il-ġodda), u COM(2021) 90 final, p. 21
80 https://ec.europa.eu/info/live-work-travel-eu/coronavirus-response/timeline-eu-action_mt
81 “Tħejjija ta’ pjan(ijiet) ta’ kontinġenza għall-kriżijiet għas-settur tat-trasport, inkluż miżuri dwar is-saħħa u s-sikurezza, kif ukoll miżuri operazzjonali, u stabbiliment ta’ servizzi tat-trasport essenzjali”.
82 COM(2020)789 final
Kuntatt
IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG
Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors
Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).
Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2021
| ISBN 978-92-847-6355-9 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/047 | QJ-AB-21-015-MT-N | |
| HTML | ISBN 978-92-847-6360-3 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/533 | QJ-AB-21-015-MT-Q |
DRITTIJIET TAL-AWTUR
© L-Unjoni Ewropea, 2021.
Il-politika tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) dwar l-użu mill-ġdid hija implimentata bid-Deċiżjoni Nru 6-2019 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-politika tad-data miftuħa u l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti.
Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor (eż. f’avviżi individwali dwar id-drittijiet tal-awtur), il-kontenut tad-dokumenti tal-QEA, li huwa proprjetà tal-UE, huwa liċenzjat taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution 4.0 International (CC BY 4.0). Dan ifisser li l-użu mill-ġdid huwa awtorizzat, dment li l-awturi jingħataw kreditu xieraq u li l-bidliet jiġu indikati. Il-persuni li jużaw mill-ġdid dan il-kontenut ma jistgħux ibiddlu s-sinifikat jew il-messaġġ oriġinali tad-dokumenti. Il-QEA ma għandhiex tkun responsabbli għal kwalunkwe konsegwenza relatata mal-użu mill-ġdid.
Inti meħtieġ tikseb drittijiet addizzjonali ċari jekk kontenut speċifiku juri individwi privati identifikabbli, eż. f’ritratti li jkun fihom il-membri tal-persunal tal-QEA, jew jekk ikun jinkludi xogħlijiet ta’ parti terza. Fejn ikun inkiseb permess, tali permess għandu jikkanċella u jissostitwixxi l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b’mod ċar kwalunkwe restrizzjoni dwar l-użu.
Biex tuża jew tirriproduċi kontenut li ma jkunx proprjetà tal-UE, inti jista’ jkun li jkollok titlob il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur:
Ritratt fil-paragrafu 09: © Getty Images/Vertigo3d.
Ritratt fil-paragrafu 45: © Getty Images/Patrick Foto.
Software jew dokumenti li jkunu koperti mid-drittijiet ta’ proprjetà industrijali, bħal privattivi, trademarks, disinji rreġistrati, logos u ismijiet, huma esklużi mill-politika tal-QEA dwar l-użu mill-ġdid u inti ma għandekx il-liċenzja biex tużahom.
Il-familja ta’ Siti Web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan id-dominju europa.eu, tipprovdi links għal siti ta’ partijiet terzi. Peress li l-QEA ma għandha l-ebda kontroll fuqhom, inti mħeġġeġ biex tirrieżamina l-politiki tagħhom dwar il-privatezza u dwar id-drittijiet tal-awtur.
Użu tal-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri
Ma jistax isir użu mil-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tagħha minn qabel.
Kif tikkuntattja lill-UE
Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f'dan is-sit: https://europa.eu/european-union/contact_mt
Bit-telefown jew bil-posta elettronika
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:
- bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
- fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew
- bil-posta elettronika permezz: https://europa.eu/european-union/contact_mt
Kif issib tagħrif dwar l-UE
Onlajn
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: https://europa.eu/european-union/index_mt
Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tniżżel mill-internet jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li xi wħud minnhom huma bla ħlas u xi oħrajn bil-ħlas, minn: https://op.europa.eu/mt/publications. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tal-informazzjoni lokali tiegħek (ara https://europa.eu/european-union/contact_mt).
Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1952 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: http://eur-lex.europa.eu
Dejta Miftuħa mill-UE
Il-portal tad-Dejta Miftuħa mill-UE (https://copenhagenizeindex.eu/) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-dejta mill-UE. Id-dejta tista’ titniżżel mill-internet u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.
