Is-Semestru Ewropew – ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi jindirizzaw problemi importanti iżda jeħtieġu implimentazzjoni aħjar
Dwar ir-rapport:
Sa mill-2010, is-Semestru Ewropew ipprovda ċiklu annwali ta’ koordinazzjoni tal-politika ekonomika u fiskali fi ħdan l-UE. Aħna sibna li il-Kummissjoni kienet ipprovdiet, fir-rapporti tagħha għall-pajjiżi, analiżi soda tal-progress ekonomiku annwali li kien sar mill-Istati Membri, kienet ikkoordinat l-istrateġija Ewropa 2020 li wasslet għall-ilħuq ta’ sitt miri minn tmienja sal-2020, u kienet ipproponiet rakkomandazzjonijiet speċifiċi rilevanti għall-pajjiżi lill-Kunsill għall-Istati Membri. Madankollu, sibna wkoll li l-implimentazzjoni sħiħa jew sostanzjali tas-CSRs mill-Istati Membri kellha rata baxxa, u għamilna għadd ta’ rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-effettività tas-Semestru Ewropew u ta’ xogħol il-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-proċess f’konformità mar-regolament billi jissaħħu: il-fokus fuq oqsma fejn il-progress għaddej bil-mod (bħall-faqar u r-riċerka); il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tas-CSRs; ir-rabta bejn il-fondi tal-UE u s-CSRs; u l-feedback bil-miktub dwar il-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma.
Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.
Sommarju eżekuttiv
IIs-Semestru Ewropew huwa ċiklu annwali ta’ koordinazzjoni tal-politika ekonomika u fiskali fi ħdan l-UE mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Kunsill, biex isir titjib fis-sostenibbiltà ekonomika u soċjali tal-UE. Huwa żviluppa matul iż-żmien minn meta ġie stabbilit fl-2010.
IIIs-Semestru Ewropew joffri lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali l-opportunità li jinvolvu ruħhom fi djalogu permanenti ma’ xulxin. Ir-rapporti ta’ kull pajjiż jibbażaw fuq skambji approfonditi ma’ gvernijiet, awtoritajiet nazzjonali u partijiet ikkonċernati kemm fil-livell tekniku kif ukoll f’dak politiku. Is-Semestru Ewropew jinfluwenza wkoll id-deċiżjonijiet dwar il-politika baġitarja u ekonomika tal-Istati Membri. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tuża s-setgħa diskrezzjonali tagħha biex tidentifika l-aktar sfidi importanti f’kull Stat Membru.
IIIIl-Kummissjoni għandha rwol ta’ koordinazzjoni u, fl-aħħar mill-aħħar, il-Kunsill huwa responsabbli mill-indirizzar ta’ gwida lill-Istati Membri. L-outputs tal-proċess huma rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi (CSRs) li jiġu indirizzati lil kull Stat Membru mill-Kunsill, abbażi ta’ proposti li jsiru mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni timmonitorja l-implimentazzjoni tas-CSRs.
IVDan ir-rapport jasal fi tmiem il-mandat ta’ 10 snin tal-istrateġija Ewropa 2020 u l-bidu ta’ orizzont strateġiku ġdid. Huwa t-tielet wieħed f’sensiela ta’ rapporti tal-QEA dwar is-Semestru Ewropew. Fl-2018, aħna ppubblikajna żewġ rapporti li koprew żewġ dimensjonijiet tas-Semestru Ewropew: il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST) u l-Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku (MIP). Flimkien dawn jagħtu ħarsa ġenerali komprensiva lejn l-effettività tal-koordinazzjoni tal-politika fil-livell tal-UE.
VAħna eżaminajna jekk il-Kummissjoni kinitx qed timplimenta b’mod effettiv il-proċeduri tas-Semestru Ewropew għat-tisħiħ tas-sorveljanza tal-politiki tal-Istati Membri, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1466/97 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament”). Dan l-awditu jiġbor flimkien it-tagħlimiet li ttieħdu mill-progress li sar lejn il-miri ta’ Ewropa 2020, mill-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi (CSRs), mill-formulazzjoni tagħhom u mis-segwitu li ngħataw.
VIIl-progress li sar lejn sitta mit-tmien miri tal-istrateġija Ewropa 2020 stabbiliti għall-2020 – dwar oqsma ewlenin bħall-impjieg, il-livell edukattiv milħuq u l-enerġija – kien pożittiv, u dawn x’aktarx li jintlaħqu bis-sħiħ. Madankollu, il-progress mexa bil-mod fir-rigward tal-miri relatati mal-faqar u mar-riċerka u l-iżvilupp.
VIIIs-CSRs jitolbu riformi strutturali importanti. Il-valutazzjonijiet pluriennali tal-Kummissjoni juru li l-Istati Membri implimentaw 26 % tas-CSRs b’mod sostanzjali jew bis-sħiħ, u madwar 44 % b’mill-inqas “xi progress”, mill-2011 sal-2018. Kien hemm “progress limitat” jew “l-ebda progress” fl-implimentazzjoni tat-30 % li jibqa’ tas-CSRs.
VIIIĦarisna lejn dokumenti li kienu nħarġu bħala parti mis-Semestru Ewropew, u sibna li s-CSRs ġeneralment jindirizzaw il-problemi identifikati fir-Rapporti għall-Pajjiżi, il-prijoritajiet stabbiliti fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir u fil-Linji Gwida Integrati. Is-CSRs jidentifikaw ukoll oqsma ta’ politika li jeħtieġ li jiġu indirizzati, iżda spiss mingħajr ma jispjegaw b’mod suffiċjenti għalfejn jenħtieġ li ċerti riformi jingħataw prijorità fuq oħrajn. B’mod ġenerali, ir-Rapporti tal-Kummissjoni għall-Pajjiżi jidentifikaw riskji importanti u jservu bħala bażi tajba għall-formulazzjoni ta’ CSRs.
IXIl-programmi Nazzjonali ta’ Riforma (PNR) fihom il-valutazzjonijiet tar-riskju proprji tal-Istati Membri u l-politiki li dawn tal-aħħar biħsiebhom jieħdu kontra l-istess riskji. Madankollu, aħna sibna għadd ta’ każijiet fejn il-PNR ma għandhomx informazzjoni suffiċjenti dwar liema prijoritajiet u miri qed jiġu indirizzati permezz tal-miżuri proposti tagħhom. Il-Kummissjoni ma tatx feedback bil-miktub dwar nuqqas ta’ informazzjoni tal-PNR individwali.
XAbbażi tas-sejbiet tagħna, aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni ssaħħaħ:
- il-fokus fuq id-dimensjonijiet soċjali u tar-riċerka fil-proċess tas-Semestru Ewropew;
- il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tas-CSRs;
- ir-rabta bejn il-fondi tal-UE u r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi;
- il-kwalità tal-formulazzjoni tas-CSRs;
- il-valutazzjonijiet li hija twettaq tal-PNR.
Nota lill-qarrej:
Ix-xogħol tal-awditjar li wettaqna ġie kkompletat qabel it-tifqigħa tal-COVID-19 u, għaldaqstant, dan ir-rapport ma jieħu inkunsiderazzjoni l-ebda żvilupp ta’ politika jew bidla oħra li seħħew b’rispons għall-pandemija.
Introduzzjoni
Il-proċess tas-Semestru Ewropew
01Is-Semestru Ewropew huwa ċiklu annwali ta’ koordinazzjoni tal-politika ekonomika u fiskali fi ħdan l-UE mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Kunsill, biex isir titjib fis-sostenibbiltà ekonomika u soċjali tal-UE u biex jiġu indirizzati l-isfidi strutturali li l-UE qed tħabbat wiċċha magħhom: il-politika fiskali, l-iżbilanċi makroekonomiċi u r-riformi strutturali relatati mat-tkabbir fit-tul, l-impjiegi u problemi soċjali oħra.
02Is-Semestru Ewropew inħoloq bħala parti mir-reazzjoni tal-UE għall-kriżi ekonomika u finanzjarja li l-Ewropa ilha tiffaċċja mill-20101. Is-Semestru Ewropew għandu l-għan li jissinkronizza l-iskedi ta’ żmien ta’ proċeduri stabbiliti biex l-għanijiet tal-politiki nazzjonali baġitarji, tat-tkabbir u tal-impjiegi jiġu allinjati aħjar wara l-kriżi finanzjarja (ara l-Anness I). Is-Semestru Ewropew jiġbor flimkien bosta proċeduri li jkopru oqsma ta’ politika kumplessi b’arranġamenti multipli ta’ koordinazzjoni: il-parti preventiva tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST), il-proċedura ta’ żbilanċ makroekonomiku (MIP) u l-Istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir u l-impjiegi (ara t-Tabella 1)
Tabella 1
Dimensjonijiet ta’ politika u proċeduri kkoordinati fil-qafas tas-Semestru Ewropew
| Dimensjonijiet ta’ politika tas-Semestru Ewropew | ||||||
| Qasam | Fiskali | Makroekonomiku | Makroekonomiku u strutturali | |||
| Linji gwida tal-UE | Linji gwida integrati: Linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi (BEPGs) u Linji gwida dwar l-impjiegi (EGs) | |||||
| Politika tal-UE | Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST) | Proċedura makroekonomika (MIP) | Strateġija Ewropa 2020 | |||
| Sottopolitika | Parti preventiva tal-PST | Parti korrettiva tal-PST (PDE)* | Azzjoni preventiva tal-MIP | Azzjoni korrettiva tal-MIP | Impjiegi | Tkabbir |
Nota: *Il-Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv (PDE) taqa’ taħt il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST), u għalkemm tiddependi fuq il-koordinazzjoni mwettqa fil-qafas tas-Semestru Ewropew, hija għandha bażi legali separata u proċeduri għall-implimentazzjoni tagħha.
Sors: il-QEA.
Is-Semestru Ewropew joffri lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali l-opportunità li jinvolvu lilhom infushom fi djalogu permanenti ma’ xulxin. Biex jitrawwem livell aktar profond ta’ sjieda nazzjonali fil-livell tal-Istati Membri, isiru skambji approfonditi bejn il-Kummissjoni u l-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet nazzjonali u l-partijiet ikkonċernati. Is-Semestru Ewropew jinfluwenza d-deċiżjonijiet dwar il-politika baġitarja u ekonomika tal-Istati Membri. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tuża s-setgħa diskrezzjonali tagħha biex tidentifika l-aktar sfidi importanti f’kull Stat Membru.
04L-Istrateġija Ewropa 2020 għall-impjiegi u t-tkabbir2 (l-“Istrateġija Ewropa 2020”) tnediet fis-17 ta’ Ġunju 2010 matul il-kriżi finanzjarja u ekonomika. Hija ssostitwiet l-Istrateġija ta’ Lisbona. Ewropa 2020 hija strateġija ta’ 10 snin biex tgħin lill-UE tegħleb il-kriżi, filwaqt li tistabbilixxi l-objettiv li l-UE ssir ekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklużiva. Il-Kaxxa 1 turi l-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020. Il-progress li sar fl-ilħuq tal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 huwa vvalutat fil-qafas tas-Semestru Ewropew. L-Istati Membri huma mistiedna jirrappurtaw dwar il-progress li jkun sar lejn l-ilħuq tal-miri tagħhom fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma (PNR) tagħhom3.
Kaxxa 1
Il-miri tal-UE għall-istrateġija Ewropa 2020
- Tiżdied ir-rata ta’ impjieg tal-popolazzjoni fl-età ta’ 20-64 sena mir-rata attwali ta' 69 % għal mill-inqas 75 %.
- Tintlaħaq il-mira ta’ investiment ta’ 3 % tal-PDG fir-R&Ż b’mod partikolari billi jittejbu l-kundizzjonijiet għall-investiment fir-R&Ż mis-settur privat, u jiġi żviluppat indikatur ġdid biex titkejjel l-innovazzjoni.
- Jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju (gassijiet b’effett ta' serra) b’mill-inqas 20 % meta mqabbla mal-livelli tal-1990 jew bi 30 % jekk il-kundizzjonijiet ikunu favorevoli, jiżdied is-sehem tal-enerġija li tista’ tiġġedded (rinnovabbli) fil-konsum finali tal-enerġija tagħna għal 20 % u tinkiseb żieda ta’ 20 % fl-effiċjenza enerġetika.
- Jitnaqqas il-proporzjon tal-persuni li jitilqu kmieni mill-iskola għal 10 % mir-rata attwali ta’ 15 %, u jiżdied il-proporzjon tal-popolazzjoni fl-età ta’ 30-34 sena li jkunu kkompletaw l-edukazzjoni terzjarja minn 31 % għal mill-inqas 40 %.
- Jitnaqqas l-għadd ta’ Ewropej li jgħixu taħt il-limiti nazzjonali tal-faqar b’25 %, biex b’hekk 20 miljun persuna jinħarġu mill-faqar.
Sors: il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “EWROPA 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv”, COM(2010) 2020, 3.3.2010, l-Anness 1, p. 30.
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri żviluppaw is-Semestru Ewropew matul iż-żmien u, minbarra l-fokus fiskali u soċjoekonomiku ewlieni tiegħu, qed isiru diskussjonijiet biex jiżdied il-fokus fuq is-sostenibbiltà ambjentali u l-istat tad-dritt. L-“Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir Annwali” tal-UE għall-2020 juri riorjentazzjoni tal-istrateġija tal-Unjoni lejn it-tkabbir sostenibbli. Huwa jistabbilixxi l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-Nazzjonijiet Uniti bħala objettiv ewlieni, u jippreżenta l-Patt Ekoloġiku Ewropew bħala l-istrateġija l-ġdida tiegħu ta’ tkabbir, b’Rapporti għall-Pajjiżi fl-2020 li jinkludu analiżi u monitoraġġ tal-SDGs4. F’komunikazzjoni separata, il-Kummissjoni qed tesplora modi kif is-sorveljanza makroekonomika tista’ tikkontribwixxi biex tidentifika u tindirizza ċerti sfidi rigward l-istat tad-dritt5.
06Il-proċess tas-Semestru Ewropew jinkludi d-dokumenti li ġejjin (ara l-Anness II):
- Il-Linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi (BEPGs) u l-linji gwida dwar l-impjiegi (EGs), li flimkien jissejħu “linji gwida integrati” (IGs). Dawn il-linji gwida jiġu proposti mill-Kummissjoni u adottati mill-Kunsill, biex jiggwidaw il-politiki tal-Istati Membri f’dawn l-oqsma. Filwaqt li l-BEPGs mhumiex limitati għal perjodu speċifiku (l-aħħar BEPGs ġew approvati fl-2015), l-EGs jiġu aġġornati jew ikkonfermati mill-ġdid kull sena. Għalkemm mhumiex vinkolanti jew infurzabbli fuq l-Istati Membri, il-linji gwida jipprovdu l-bażi għall-Kummissjoni biex toħroġ Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi (CSRs). Barra minn hekk, ir-Regolament jirrikjedi li l-Kummissjoni twettaq stħarriġ u eżaminar tal-implimentazzjoni tagħhom.
- L-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir (SAT) huwa komunikazzjoni mħejjija mill-Kummissjoni, ippreżentata bħala parti mill-“pakkett tal-ħarifa” f’Novembru. Huwa jiddeskrivi fil-qosor l-isfidi prinċipali li l-UE u ż-żona tal-euro jiffaċċjaw, jistabbilixxi l-prijoritajiet ekonomiċi u soċjali ġenerali għall-UE u jipprovdi lill-Istati Membri gwida ta’ politika fil-livell tal-UE għas-sena ta’ wara. Is-SAT jislet prijoritajiet minn rapporti oħra fil-pakkett tal-ħarifa jew dokumenti rilevanti oħra, pereżempju: is-SAT tal-2018 “[jibni] fuq l-indirizz tal-2017 tal-President Juncker dwar l-Istat tal-Unjoni, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa u l-ħames dokumenti sussegwenti ta’ riflessjoni. [Huwa] jieħu kont [ukoll] tad-diskussjonijiet mal-Parlament Ewropew, mal-Kunsill, mal-istituzzjonijiet oħrajn tal-UE, mal-parlamenti nazzjonali u mal-imsieħba soċjali”.
- Minbarra s-SAT, il-Pakkett tal-Ħarifa jinkludi r-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta’ Twissija (AMR) għall-Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku (MIP), u l-Abbozz ta’ Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi (DIJER). Sa mill-2015, huwa kien jinkludi komunikazzjoni li tiġbor fil-qosor il-valutazzjoni, imwettqa mill-Kummissjoni, tal-Abbozz ta’ Pjanijiet Baġitarji (DBPs) għas-sena ta’ wara, ippreżentati mill-Istati Membri taż-żona tal-euro, kif ukoll rakkomandazzjonijiet għaż-żona tal-euro.
- Ir-Rapporti għall-Pajjiżi (CRs) huma dokumenti ta’ ħidma tal-persunal li ilhom mill-2015 jiġu ppreżentati mill-Kummissjoni fi Frar ta’ kull sena (qabel l-2015, il-Kummissjoni kienet toħroġ l-SWD tagħha f’Mejju li kien fih valutazzjoni tal-PNR, u l-Analiżijiet Approfonditi (IDRs) kienu jinħarġu separatament f’April). Dawn fihom valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika ta’ kull Stat Membru, u tal-progress li sar lejn l-ilħuq tal-miri ta’ Ewropa 2020 u l-implimentazzjoni tas-CSRs.
- Il-Programmi ta’ Stabbiltà u Konverġenza (PSK) u l-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma (PNR) jiġu ppreżentati mill-Istati Membri f’April ta’ kull sena. Ir-Regolament jirrikjedi li l-PSK ikopru pjanijiet fiskali li jieħdu inkunsiderazzjoni l-problemi fiskali u dawk relatati ma' żbilanċi makroekonomiċi differenti. Huwa jirrikjedi wkoll li l-Istati Membri jippreżentaw Programmi Nazzjonali ta’ Riforma li jiddeskrivu fil-qosor il-pjanijiet tagħhom filwaqt li jieħdu inkunsiderazzjoni l-gwida pluriennali u annwali diversa li tiġi pprovduta fil-livell tal-UE, pereżempju problemi relatati mal-MIP, l-Istrateġija tal-Unjoni għat-Tkabbir u l-Impjiegi (l-“Istrateġija Ewropa 2020”), il-Linji Gwida Integrati (BEPGs u EGs), u l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir. Il-Kummissjoni toħroġ ukoll gwida speċifika dwar il-format u l-kontenut tal-PNR annwalment fil-forma ta’ ittra li tintbagħat lill-Istati Membri, kull sena.
- Id-Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal (SWDs) għall-parti preventiva jitħejjew mis-servizzi tal-Kummissjoni f’Mejju ta’ kull sena u jippreżentaw l-analiżi tagħhom tal-PSK. Huma fihom ir-riskji fiskali kollha identifikati u jirrappurtaw dwar l-iżviluppi fiskali u l-konformità mal-qafas tar-regoli fiskali tal-parti preventiva tal-PST.
- Ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi (CSRs) jiġu proposti mill-Kummissjoni lill-Kunsill f’Mejju biex jiġu approvati f’Lulju ta’ kull sena. Imbagħad, il-Kummissjoni twettaq segwitu tal-implimentazzjoni tagħhom biex tivvaluta l-progress u tirrapporta dwar dan fir-Rapport għall-Pajjiżi tas-sena ta’ wara. F’każijiet tal-ebda progress jew ta’ deterjorament, il-Kunsill imbagħad jiddeċiedi, abbażi ta’ rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jekk ikunux meħtieġa jittieħdu aktar passi ta’ infurzar (pereżempju, sanzjonijiet jew azzjonijiet oħra, bħal deċiżjonijiet biex jiġi ristrett il-finanzjament mill-UE).
- Rapporti ta’ segwitu: Għall-pajjiżi bi żbilanċi makroekonomiċi identifikati, hemm ukoll eżerċizzju li jimmonitorja speċifikament il-progress li huma jagħmlu fir-rigward tal-aġenda politika u s-CSRs relatati mal-MIP. Dan jitwettaq minn Novembru sa Diċembru. Ir-rapporti ta’ monitoraġġ tal-Kummissjoni jiġu diskussi fil-kumitati tal-Kunsill u jiġu wkoll ippubblikati. Il-Kunsill joħroġ ukoll konklużjonijiet dwar l-eżerċizzju kumplessiv f’Jannar tas-sena ta’ wara.
L-Anness III jippreżenta l-bidliet prinċipali li saru fl-iskeda ta’ żmien tas-Semestru Ewropew fil-perjodu 2011-2018.
08Erba’ Stati Membri b’kollox (l-Irlanda, il-Portugall, Ċipru u l-Greċja) ilhom mill-2011 esklużi mis-Semestru Ewropew għall-perjodi li matulhom kienu tqiegħdu taħt programmi ta’ aġġustament makroekonomiku. Dan jevita d-duplikazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet għall-miżuri stabbiliti f’dawn il-programmi.
Ir-responsabbiltà mis-Semestru Ewropew hija kondiviża bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.
09Fl-aħħar mill-aħħar, il-Kunsill huwa responsabbli mill-indirizzar ta’ gwida lill-Istati Membri fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni. Il-miżuri speċifiċi meħtieġa huma għad-diskrezzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali. Din id-diskrezzjoni hija meħtieġa biex tinżamm is-sjieda politika fil-livell tal-Istati Membri (nazzjonali, reġjonali, lokali).
10Il-Kummissjoni għandha rwol ta’ koordinazzjoni, b’setgħat ta’ sanzjonar biss b’rabta mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir u l-Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku, u hija mistennija tosserva l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. Hija wkoll responsabbli mis-SAT, is-CRs u l-abbozz ta’ CSRs, l-Istrateġija Ewropa 2020, l-SWDs għall-Parti Preventiva tal-PST, id-DJER, l-IDR u l-AMR, kif ukoll għal kull monitoraġġ u rappurtar ta’ segwitu. Il-Kummissjoni hija wkoll responsabbli mir-rieżaminar tal-proċess kull ħames snin u, jekk ikun meħtieġ, tirrakkomanda aġġustamenti għalih6.
11Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni huwa responsabbli mis-sorveljanza u l-koordinazzjoni tas-Semestru Ewropew u jidderieġi l-grupp ristrett tad-direttorati ġenerali (DĠ), li jinkludi lid-DĠ għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (DĠ ECFIN), id-DĠ għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs (DĠ GROW), u d-DĠ għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni (DĠ EMPL). Il-parteċipazzjoni tad-direttorati ġenerali fi ħdan il-grupp ristrett tista’ tinbidel skont il-prijoritajiet tal-proċess tas-Semestru Ewropew. It-timijiet tal-pajjiżi jinkludu kapijiet tat-timijiet mis-Segretarjat Ġenerali u uffiċjali minn direttorati ġenerali differenti, kif ukoll Uffiċjali tas-Semestru Ewropew mir-rappreżentanzi tal-UE fl-Istati Membri.
12Il-Kunsill huwa responsabbli mill-indirizzar ta’ gwida lill-Istati Membri. Huwa mistenni li jsegwi r-rakkomandazzjonijiet u l-proposti tal-Kummissjoni jew jispjega l-pożizzjoni tiegħu pubblikament jekk ma jaqbilx7.
13Il-kunċett ta’ sjieda nazzjonali huwa essenzjali għall-proċess tas-Semestru Ewropew. Huwa jirreferi għal-livell ta’ impenn u ta’ progress meħtieġ mill-Istati Membri biex jiżguraw koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-politiki ekonomiċi u konverġenza dejjiema tal-prestazzjoni ekonomika tagħhom f’konformità mal-Artikoli 120, 121 u 148 tat-TFUE u d-dispożizzjonijiet skont ir-Regolament. Il-kunċett ġie elaborat aktar matul iż-żmien f’komunikazzjonijiet differenti tal-Kunsill u l-Kummissjoni, kif ukoll fir-Regolament (ara l-Kaxxa 2).
Kaxxa 2
Il-kunċett ta’ sjieda nazzjonali għall-implimentazzjoni tas-Semestru Ewropew.
F’konformità mar-Riżoluzzjoni tal-Lussemburgu tal-1997 dwar il-koordinazzjoni tal-politika ekonomika, koordinazzjoni msaħħa tal-linji politiċi fiskali trid tkun konformi mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà tat-Trattat, tirrispetta l-prerogativi tal-Gvernijiet nazzjonali fid-determinazzjoni tal-linji politiċi strutturali u tal-budget tagħhom, filwaqt li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u l-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir8. Dan il-punt reġa’ ttenna fir-reviżjonijiet proposti tal-PST fl-20059.
Fl-2011, l-Istati Membri tennew li l-“esperjenza miksuba u l-iżbalji li saru matul l-ewwel deċennju tal-funzjonament tal-unjoni ekonomika u monetarja [urew] ħtieġa għal governanza ekonomika mtejba fl-Unjoni, li għandha tinbena fuq sjieda nazzjonali aktar b’saħħitha tar-regoli u l-linji politiċi maqbula komunement u fuq qafas aktar b’saħħtu ta’ sorveljanza fil-livell tal-Unjoni għas-sorveljanza tal-politika ekonomika nazzjonali”10.
L-Istati Membri huma meħtieġa jieħdu kont xieraq tal-gwida indirizzata lilhom fl-iżvilupp tal-linji ta’ politika ekonomika, tal-impjiegi u baġitarji tagħhom qabel jieħdu deċiżjonijiet ewlenin dwar il-budgets nazzjonali għas-snin ta’ wara11 u għall-implimentazzjoni tas-CSRs tagħhom. L-Istati Membri jippreżentaw il-pjanijiet tagħhom u jirrappurtaw il-progress fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom.
Is-sjieda nazzjonali tirreferi wkoll għal djalogu bejn il-Kummissjoni u multipliċità ta’ atturi fl-Istati Membri f’kull stadju taċ-ċiklu tas-Semestru Ewropew, b’missjonijiet regolari lejn l-Istati Membri fil-livell politiku u dak tekniku12.
Fi sforz biex tinkiseb dixxiplina fiskali aħjar u tiżdied is-sjieda nazzjonali tar-regoli fiskali tal-UE, il-qafas fiskali tal-UE jirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu oqfsa baġitarji nazzjonali u istituzzjonijiet fiskali indipendenti inkarigati mill-monitoraġġ tal-konformità mar-regoli fiskali numeriċi u milli jivvalutaw il-ħtieġa li jattivaw mekkaniżmi ta’ korrezzjoni.
Ambitu u approċċ tal-awditjar
14Il-mistoqsija ewlenija tal-awditjar kienet jekk il-Kummissjoni kinitx ikkoordinat, b’mod effettiv, il-politiki ekonomiċi u strutturali skont ir-Regolament (UE) Nru 1466/97 dwar is-Semestru Ewropew, imsejjaħ “ir-Regolament” f’dan ir-rapport. Aħna eżaminajna l-implimentazzjoni tar-Regolament mill-Kummissjoni. Ħarisna lejn il-qafas għas-Semestru Ewropew, kif ukoll lejn l-istrateġija Ewropa 2020 u r-riformi strutturali assoċjati li huma meħtieġa għat-titjib tas-sostenibbiltà soċjali u ekonomika.
15Dan ir-rapport jikkompleta sensiela ta’ tliet rapporti tal-QEA dwar is-Semestru Ewropew. L-ewwel żewġ dimensjonijiet tas-Semestru Ewropew, il-PST u l-MIP, ġew koperti f’żewġ rapporti speċjali ppubblikati fl-201813. B’mod aktar speċifiku, aħna indirizzajna l-mistoqsijiet tal-awditjar li ġejjin:
- Il-progress lejn il-miri ta’ Ewropa 2020 kien suffiċjenti, u l-koordinazzjoni ta’ din l-istrateġija fil-qafas tas-Semestru Ewropew twettqet b’mod effettiv?
- Is-CSRs indirizzaw il-prijoritajiet stabbiliti fis-SAT u fl-IGs, u l-Istati Membri implimentaw is-CSRs tagħhom bis-sħiħ jew b’mod suffiċjenti?
- Il-monitoraġġ kumplessiv li l-Kummissjoni wettqet tal-implimentazzjoni tas-CSRs twettaq b’mod diliġenti u pprovda informazzjoni korretta?
- Il-Kummissjoni fasslet CSRs u ħejjiet ir-rakkomandazzjoni tagħha lill-Kunsill abbażi tal-valutazzjonijiet tagħha li jinsabu fir-Rapporti għall-Pajjiżi u l-valutazzjonijiet tagħha tal-PNR tal-Istati Membri?
Aħna eżaminajna l-proċess tas-Semestru Ewropew fid-dettall għal kampjun ta’ sitt Stati Membri (l-Awstrija, il-Belġju, il-Finlandja, l-Ungerija, l-Italja, u n-Netherlands) matul il-perjodu 2011-2018 (ara l-Anness IV għall-għażla ta’ Stati Membri fil-kampjun). Fejn kien rilevanti, aħna qisna wkoll Stati Membri oħra.
17Il-kriterji tal-awditjar tagħna kienu bbażati fuq:
- ir-rekwiżiti tal-qafas legali, b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 1466/97 dwar is-Semestru Ewropew;
- l-Istrateġija Ewropa 2020 u r-rieżaminar imwettaq mill-Kummissjoni nfisha dwar il-proċess jew il-predeċessur tagħha, l-Istrateġija ta' Lisbona;
- il-gwida interna tal-Kummissjoni lill-uffiċċji tal-pajjiżi proprji tagħha jew lill-Istati Membri, dwar il-produzzjoni ta’ valutazzjonijiet u rapporti differenti;
- dokumenti maħruġa minn għadd ta’ istituzzjonijiet tal-UE u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra jew li jirriżultaw minn riċerka għall-identifikazzjoni tal-aħjar prattika.
Aħna wettaqna rieżaminar tal-katina sħiħa ta’ dokumenti (jiġifieri s-SAT, is-CR, il-PNR, is-CSR, ir-rappurtar ta’ segwitu) matul żewġ ċikli (l-2014 u l-2016) għal kull Stat Membru fil-kampjun biex nifhmu kif jaħdem il-proċess u jekk/kif dokumenti differenti jikkontribwixxu(x) għal xulxin b’mod effettiv u ssimplifikat.
19Il-kontropartijiet prinċipali tagħna kienu s-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni, li huwa prinċipalment responsabbli mill-koordinazzjoni tal-proċess, u d-DĠ ewlenin (jiġifieri ECFIN, EMPL, GROW).
20Ix-xogħol tal-awditjar li wettaqna ġie kkompletat qabel it-tifqigħa tal-COVID-19 u, għaldaqstant, dan ir-rapport ma jieħu inkunsiderazzjoni l-ebda żvilupp ta’ politika jew bidla oħra li seħħew b’rispons għall-pandemija.
Osservazzjonijiet
Progress ġenerali lejn l-ilħuq tal-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020
Sitta minn tmien miri ta’ Ewropa 2020 x’aktarx li jintlaħqu, filwaqt li l-miri għat-tnaqqis tal-faqar u għar-riċerka mhumiex se jintlaħqu
21L-istrateġija Ewropa 2020 tistipula tmien miri għall-Istati Membri. Il-progress li sar lejn l-ilħuq tal-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020 kien ġeneralment pożittiv għall-UE fl-intier tagħha, u kien ivarja fost l-Istati Membri (ara l-Anness V). Fil-livell tal-UE, il-miri relatati mal-impjiegi, mal-enerġija u mal-edukazzjoni x’aktarx li jintlaħqu fl-2020. Madankollu, il-progress lejn il-miri relatati mat-tnaqqis tal-faqar intlaqat mill-kriżi finanzjarja tal-2008, u l-progress fl-Istati Membri lejn il-miri relatati mal-infiq tar-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) kien limitat (ara l-Figura 1 u l-Anness V).
Figura 1
Indikaturi tal-UE 2020 li ntużaw biex jitkejjel il-progress lejn il-miri bejn l-2008 u l-2018
Nota: Żewġ indikaturi li jkejlu l-konsum tal-enerġija Primarja u Finali jintużaw biex jitkejjel il-progress li jkun sar favur il-mira ta’ progress lejn żieda ta’ 20 % fl-effiċjenza enerġetika.
Sors: l-Eurostat.
L-għadd ta’ persuni f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali żdied fis-snin immedjatament wara l-kriżi (minn 116-il miljun fl-2008 għal 122 miljun fl-2012) u beda jonqos wara l-2012 f’konformità mal-irkupru fl-ekonomija ġenerali (minn 122 miljun fl-2012 għal 109.2 miljun fl-2018)14. Madankollu, il-mira ta’ Ewropa 2020 kienet li 20 miljun persuna jinħarġu mir-riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali mil-linja bażi tal-2008 għal 96.1 miljun sal-2020.
23Fir-rigward tal-R&Ż, il-mira li ġiet stabbilita fl-2000 skont l-Istrateġija ta’ Lisbona kienet li tiżdied in-nefqa fuq l-R&Ż għal 3 % tal-PDG f’kull Stat Membru u li l-UE ssir l-ekonomija l-aktar kompetittiva u dinamika fid-dinja, ibbażata fuq l-għarfien, sal-2010. Din il-mira qatt ma ntlaħqet. L-istrateġija Ewropa 2020 stabbiliet l-istess mira ta’ 3 %, iżda għall-UE fl-intier tagħha, li tippermetti lill-Istati Membri jispeċifikaw il-miri nazzjonali proprji tagħhom. Il-miri nazzjonali jvarjaw sinifikattivament, kif jidher fil-Figura 2.
Figura 2
In-nefqa fuq ir-Riċerka u l-Iżvilupp (R&Ż) fl-2008 u fl-2018, u l-mira relatata mal-R&Ż tal-Istrateġija Ewropa 2020 għal kull Stat Membru
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-Eurostat; Intramural R&D expenditure (GERD) by sectors of performance [rd_e_gerdtot]; il-31 ta’ Jannar 2020.
Nota: Il-mira relatata mal-R&Ż għal CZ tirreferi għan-nefqa fuq l-R&Ż tal-Gvern biss (https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Archive:Europe_2020_indicators_-_research_and_development).
Matul l-10 snin mill-2000 sal-2010, il-livell tela’ għal 1.93 % tal-PDG, żieda ta’ 0.16-il punt perċentwali biss. Matul it-tmien snin sussegwenti taħt l-istrateġija Ewropa 2020, in-nefqa żdiedet għal 2.12 % tal-PDG fl-2018, żieda oħra ta’ 0.19-il punt perċentwali biss (ara l-Figura 3).
Figura 3
Nefqa domestika grossa fuq l-R&Ż fl-EU-28, (perċentwal tal-PDG)
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-Eurostat.
Il-Kummissjoni ma għamlitx rakkomandazzjonijiet suffiċjenti biex tindirizza l-faqar u r-riċerka f’ċerti Stati Membri
25Bejn l-2011 u l-2016 il-Kummissjoni ħarġet CSRs lil 14-il Stat Membru, li fihom indirizzat b’mod dirett il-faqar. Madankollu, l-analiżi li wettaqna sabet każijiet fejn din ma kinitx għamlet hekk meta s-sitwazzjoni kienet marret għall-agħar. Pereżempju, it-Tabella 2 turi li fl-2016 l-ebda CSR speċifika għall-faqar ma nħarġet għal 11 minn 18-il Stat Membru fejn l-għadd ta’ persuni li kienu qed jgħixu fil-faqar u fl-esklużjoni soċjali kien żdied (sa livelli differenti) meta mqabbel mal-livelli ta’ qabel il-kriżi.
Tabella 2
L-Istati Membri li għalihom ma nħarġet l-ebda CSR relatata mat-tnaqqis tal-faqar fl-2016
| Stati Membri* | Persuni | Punti perċentwali |
| BE | + 145 000 | + 0.4 |
| CY | + 53 000 | + 4.1 |
| DK | + 119 000 | + 1.6 |
| FI | + 17 000 | - 0.1** |
| FR | + 390 000 | 0.0 |
| LU | + 24 000 | + 3.5 |
| MT | + 18 000 | + 3.7 |
| NL | + 319 000 | + 1.6 |
| PT | + 106 000 | + 1.5 |
| SE | + 224 000 | + 0.8 |
| UK | + 1 202 000 | + 0.9 |
*Il-Greċja hija eskluża, peress li fl-2016 il-pajjiż ma kienx suġġett għall-proċess tas-Semestru Ewropew billi kien taħt it-tielet Programm ta’ Aġġustament Ekonomiku (2015-2018).
**Minkejja t-tnaqqis żgħir fil-punti perċentwali tal-persuni f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali, il-Finlandja hija inkluża fit-tabella peress li rreġistrat żieda fl-għadd ta’ persuni (indikatur ewlieni għal Ewropa 2020).
Sors: L-Eurostat għad-data dwar il-faqar jew l-esklużjoni soċjali; id-database CESAR tal-Kummissjoni għall-klassifikazzjoni tas-CSRs.
Il-Kummissjoni ħarġet għadd ta’ CSRs li jindirizzaw it-tnaqqis tal-faqar permezz ta’ oqsma bħal: l-impjiegi, l-akkwist ta’ ħiliet, it-tagħlim tul il-ħajja, l-indukrar tat-tfal u l-integrazzjoni ta’ ċittadini li qabel kienu marġinalizzati fis-suq tax-xogħol. Madankollu, fil-fehma tagħna, il-mira li ġiet stabbilita fl-istrateġija Ewropa 2020 u l-impatt tal-kriżi finanzjarja fuq ir-rata ta’ progress, kieku, kienet tiġġustifika l-iffukar ta’ aktar CSRs fuq miżuri diretti ta’ tnaqqis tal-faqar.
27B’reazzjoni għal-livell għoli ta’ qgħad, il-Kummissjoni introduċiet bosta miżuri importanti ffinanzjati permezz tal-baġit tal-UE, pereżempju, billi mmirat lejn reġjuni li kienu qed jesperjenzaw rati għoljin ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ. Minkejja dawn l-isforzi, bejn l-2008 u l-2018, l-inċidenza tal-faqar, kif imkejla mill-indikatur tar-“riskju ta’ faqar”, kienet tvarja ħafna fost il-gruppi ta’ età. Ir-riskju ta’ faqar żdied b’mod sostanzjali għall-grupp ta’ età bejn it-18 u l-24 sena, u naqas b’mod sostanzjali għall-ġenerazzjoni ta’ dawk li għandhom 65 sena u aktar. Minħabba dan, id-diskrepanza tal-faqar bejn dawn iż-żewġ gruppi ta’ età laħqet is-7.0 punti perċentwali fl-2018, meta mqabbel ma’ punt perċentwali wieħed biss fl-200815 (ara l-Figura 4). L-Eurostat jiddefinixxi l-indikatur bħala s-sehem ta’ persuni b’introjtu disponibbli ekwivalizzat taħt is-soll tar-riskju ta’ faqar, li huwa stabbilit għal 60 % tal-introjtu disponibbli ekwivalizzat medjan nazzjonali (wara t-trasferimenti soċjali)16.
Figura 4
Persuni f’riskju ta’ faqar ta’ introjtu skont il-grupp ta' età fl-EU-27, 2008-2017 (perċentwal tal-popolazzjoni totali)
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-Eurostat, Rata ta’ riskju ta’ faqar skont is-soll tal-faqar, età u sess — stħarriġiet tal-EU-SILC u l-ECHP [ilc_li02], aġġornati fil-31 ta’ Jannar 2020.
Hemm għadd ta’ żviluppi reċenti, li seħħew fiż-żmien meta twettaq l-awditu, li jkomplu jirrinforzaw il-fokus kemm fuq problemi relatati mal-impjiegi kif ukoll fuq dawk relatati mal-faqar:
- Fl-2017, ġie adottat il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li fih 20 prinċipju approvati mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni17;
- Fil-kuntest tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU għall-2030, il-mexxejja tal-UE taw l-impenn tagħhom li jnaqqsu, b’mill-inqas nofs, il-proporzjon ta’ persuni li qed jgħixu fil-faqar fid-dimensjonijiet kollha tiegħu, minbarra miri oħra ta’ sostenibbiltà (tibdil fil-klima)18;
- Fl-Aġenda għall-Ewropa tagħha, il-President tal-Kummissjoni ddikjarat li hija tixtieq “[t]irrikonċilja s-suq ‘soċjali’ u s-‘suq’” billi tressaq pjan ta’ azzjoni biex jiġi implimentat bis-sħiħ il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u li jenħtieġ li s-Semestru Ewropew jiġi ffukat mill-ġdid fi “strument li jintegra l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti”19.
Is-Semestru Ewropew għandu l-potenzjal li jkun proċess ta’ koordinazzjoni ta’ politika importanti għall-indirizzar tat-tnaqqis tal-faqar b’mod multidimensjonali: billi jiġu żgurati buffers fiskali adegwati biex jingħata appoġġ matul u immedjatament wara kriżi; billi jsiru rakkomandazzjonijiet lill-pajjiżi kollha fejn il-livelli ta’ faqar huma għoljin jew qed jiddeterjoraw; u billi tkompli tissaħħaħ ir-rabta bejn is-CSRs u l-appoġġ baġitarju biex jiġu promossi r-riformi.
30Fir-rigward tar-riċerka u l-iżvilupp, aħna sibna li l-Kummissjoni ma indirizzatx CSRs lil kull Stat Membru li kien ’il bogħod milli jilħaq il-miri nazzjonali tiegħu għall-infiq f’dan il-qasam. Pereżempju, l-ebda CSR korrispondenti ma ġiet ifformulata għal dawn is-17-il Stat Membru fl-2017 (ara t-Tabella 3 fl-Anness VI).
31Fil-livell globali, l-UE għadha lura meta mqabbla ma’ ekonomiji avvanzati oħra bħall-Istati Uniti, il-Ġappun u l-Korea t’Isfel. Iċ-Ċina kienet qed tlaħħaq malajr fl-R&Ż (ara l-Figura 5). F’dan il-kuntest attwali ta’ kompetizzjoni akbar minn parteċipanti globali oħra, irid isir aktar f’dan il-qasam, kemm fi ħdan il-qafas tas-Semestru Ewropew kif ukoll lil hinn minnu. Filwaqt li l-Istati Membri sostnew in-nefqa pubblika tagħhom fuq l-R&Ż, is-settur tan-negozju għadu lura rigward din in-nefqa u huwa s-settur bl-akbar potenzjal għal progress fil-ġejjieni20.
Figura 5
In-nefqa fuq l-R&Ż bħala perċentwal tal-PDG għall-UE bi tqabbil ma’ parteċipanti globali oħra
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-Eurostat.
Is-Semestru Ewropew beda jirriorjenta l-fokus tiegħu fuq l-SDGs
32Il-Kummissjoni bdiet timmonitorja l-progress tal-politiki nazzjonali lejn l-ilħuq tal-SDGs billi inkludiet anness ġdid (“E”) li jippreżenta valutazzjoni statistika tax-xejriet fir-rigward tal-SDGs fl-Istati Membri matul l-aħħar ħames snin, abbażi tas-sett ta’ indikaturi tal-SDGs tal-UE li jintuża mill-Eurostat. Il-Kummissjoni bdiet ukoll toħroġ CSRs li jirreferu għall-SDGs. Ix-xogħol tal-awditjar tagħna ma kopriex dawn is-CSRs reċenti.
33Bl-istess mod, aħna sibna għadd limitat ta’ każijiet fejn ir-Rapporti għall-Pajjiżi ġibdu l-attenzjoni għal kwistjonijiet relatati mal-istat tad-dritt bħalma huma l-indipendenza tal-ġudikatura, il-korruzzjoni, il-kunflitt ta’ interess u l-libertà tal-media. Dawn huma eżempji tajbin tal-kontribut li s-Semestru Ewropew jista’ jagħti għall-istat tad-dritt.
Ir-rata ta’ implimentazzjoni sħiħa jew sostanzjali tas-CSRs min-naħa tal-Istati Membri hija baxxa u l-monitoraġġ li l-Kummissjoni twettaq mhux dejjem ikun komplet
Aktar minn żewġ terzi tas-CSRs raw mill-inqas “xi progress” fl-implimentazzjoni, iżda r-rata ta’ implimentazzjoni sħiħa jew sostanzjali tas-CSRs min-naħa tal-Istati Membri hija baxxa
34Il-Kummissjoni stabbiliet database interna, imsejħa CESAR, li tinkludi valutazzjonijiet, li jsiru minn Direttorati Ġenerali differenti, tal-livell ta’ implimentazzjoni tas-CSRs. Skont is-CESAR, matul il-perjodu 2011-2017, 1.6 % tas-CSRs ġew ikkategorizzati bħala “implimentati bis-sħiħ” fi żmien sena minn meta nħarġu, filwaqt li “progress sostanzjali” nkiseb biss f’4.6 % tas-CSRs (ara l-Figura 6 u l-Kaxxa 3). Il-maġġoranza tas-CSRs jaqgħu fil-kategoriji “xi progress” (50.9 %) jew “progress limitat” (35.5 %). Is-CSRs jidħlu spiss fil-kategorija “xi progress” wara l-adozzjoni ta’ miżuri jew ta’ riformi mill-Parlamenti nazzjonali jew permezz ta’ deċiżjonijiet ministerjali.
Figura 6
Valutazzjonijiet annwali tal-istatus ta’ implimentazzjoni tas-CSRs
Sors: il-QEA, Valutazzjoni annwali għall-perjodu 2011-2017, ibbażat fuq id-database CESAR tal-Kummissjoni.
Għalkemm dan jirrappreżenta pass importanti lejn l-indirizzar tas-CSRs, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tqis, korrettement, li għad hemm il-ħtieġa li jsir ammont mhux ħażin ta’ xogħol. Dan jagħti x’jifhem li, filwaqt li s-Semestru Ewropew jipprovdi pjattaforma tajba ta’ koordinazzjoni għall-monitoraġġ tal-progress, l-Istati Membri ma implimentawx is-CSRs b’mod suffiċjenti biex jindirizzaw il-problemi strutturali li kienu qed jiġu identifikati.
Kaxxa 3
Livelli ta’ implimentazzjoni, kif iddefiniti mill-Kummissjoni
Fil-bidu tas-Semestru Ewropew fl-2011, il-valutazzjoni tas-CSRs twettqet abbażi ta’ tliet kategoriji ta’ valutazzjoni, jiġifieri “l-ebda progress”, “implimentazzjoni parzjali” u “implimentazzjoni sħiħa”. Wara żewġ ċikli tas-Semestru, il-kategoriji ta’ valutazzjoni ġew spjegati f’aktar dettall u żdiedu għal ħamsa: “l-ebda progress”, “progress limitat”, “xi progress”, “progress sostanzjali” u “implimentazzjoni sħiħa”.
Il-kategorija “xi progress” tintuża meta Stat Membru jkun adotta miżuri li jindirizzaw parzjalment is-CSR; u/jew li jindirizzaw is-CSR, iżda jkun għad hemm il-ħtieġa li jsir ammont mhux ħażin ta’ xogħol biex is-CSR tiġi indirizzata bis-sħiħ peress li ftit biss mill-miżuri jkunu ġew implimentati. Pereżempju, miżura jew miżuri jkunu ġew adottati mill-Parlament nazzjonali jew permezz ta’ deċiżjoni ministerjali, iżda l-ebda deċiżjoni ta’ implimentazzjoni ma tkun ġiet stabbilita.
Il-kategorija “progress limitat” tintuża biex tiddeskrivi li Stat Membru jkun ħabbar ċerti miżuri iżda dawn ikunu jindirizzaw is-CSR b’mod limitat biss; u/jew ikun ippreżenta atti leġiżlattivi fil-korp governattiv jew leġiżlattiv iżda dawn ma jkunux għadhom ġew adottati u jkun għad hemm il-ħtieġa li jsir xogħol sostanzjali u mhux leġiżlattiv ieħor qabel ma s-CSR tiġi implimentata; ikun ippreżenta atti mhux leġiżlattivi, iżda ma jkunx wettaq segwitu għalihom bl-implimentazzjoni meħtieġa biex tiġi indirizzata s-CSR.
F’Mejju 2017, il-Kummissjoni introduċiet valutazzjoni pluriennali, li teżamina fuq perjodu itwal jekk is-CSRs humiex qed jiġu implimentati. Il-valutazzjoni pluriennali taqbad dawk is-CSRs li qed jiġu indirizzati iżda li damu aktar minn sena biex jiġu implimentati. Matul il-perjodu 2011-2018, il-valutazzjoni pluriennali wriet li 9 % tas-CSRs kienu ġew “implimentati bis-sħiħ”, filwaqt li “progress sostanzjali” kien inkiseb fi 17 % tal-każijiet (ara l-Figura 7).
Figura 7
Valutazzjonijiet pluriennali tal-istatus ta’ implimentazzjoni tas-CSRs
Sors: il-QEA, Valutazzjoni pluriennali bbażata fuq il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Is-Semestru Ewropew 2019: Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi” COM(2019) 500 final; 5.6.2019.
Jekk Stat Membru, wara li tagħlaq l-iskadenza, ma jkunx wieġeb b'mod xieraq għal rakkomandazzjoni ta' politika tal-Kunsill jew jiżviluppa politiki li jmorru kontra l-pariri li jingħataw, il-Kummissjoni tkun tista’ toħroġ twissija ta’ politika21. Barra minn dan, il-Kummissjoni għandha l-għażla li tqawwi r-rakkomandazzjonijiet tagħha għall-inklużjoni ta’ miżuri speċifiċi jekk l-Istati Membri ma jindirizzawx is-CSRs22. Għall-kampjun ta’ CSRs li ġew awditjati, il-Kummissjoni ma rrakkomandat l-ebda miżura speċifika, għalkemm għadd ta’ CSRs ġew ripetuti fuq bosta snin minħabba implimentazzjoni bil-mod jew parzjali fil-livell tal-Istati Membri.
Il-Kummissjoni ma ddokumentatx bis-sħiħ il-monitoraġġ li hija kienet wettqet tal-implimentazzjoni tas-CSRs
38Aħna vvalutajna l-informazzjoni rreġistrata fis-CESAR biex niddeterminaw il-kwalità u l-affidabbiltà tal-proċess ta’ monitoraġġ, li sservi bħala bażi għar-rapporti tal-Kummissjoni. Aħna sibna li, fi ftit każijiet li kienu ġew identifikati fil-kampjun tagħna (19 mill-202 valutazzjonijiet pluriennali), id-DĠ rilevanti ma kinux iddokumentaw il-valutazzjonijiet tagħhom fis-CESAR jew ma kinux inkludew informazzjoni għal ċerti sottopartijiet tas-CSRs (sottopartijiet ta’ CSRs huma elementi differenti li jkun hemm f’CSR waħdanija). Is-CESAR hija għodda utli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tas-CSRs iżda, biex is-siwi tagħha jiġi massimizzat, il-kompletezza tal-informazzjoni hija importanti.
39Ir-rieżaminar li wettaqna tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tas-CSRs f’CRs sussegwenti u f’rapporti oħra tal-Kummissjoni juri raggruppamenti frekwenti tas-sottopartijiet tas-CSRs. Minħabba f’hekk, huwa diffiċli biex titqabbel ir-rata ta’ progress jew ta’ implimentazzjoni matul is-snin.
40Filwaqt li s-CESAR hija database interna u mhux xierqa biex tiġi ppubblikata, u għalkemm il-Kummissjoni tippubblika prospett pluriennali, ma hemmx database konsolidata li hija disponibbli għall-pubbliku biex jinsiltu faċilment is-CSRs għas-snin kollha u l-istatus ta’ implimentazzjoni rispettiv fi snin differenti.
Rabta insuffiċjenti bejn l-infiq mill-baġit tal-UE u l-implimentazzjoni tas-CSRs
41Skont id-dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE)23, jenħtieġ li l-użu ta’ dawn il-fondi jkun marbut mal-objettivi tas-Semestru Ewropew u, b’mod partikolari, mas-CSRs. Studju li twettaq għall-Kummissjoni fl-201824 juri l-livell sa fejn il-FSIE kkontribwew għall-implimentazzjoni tas-CSRs (ara l-Kaxxa 4).
Kaxxa 4
Biċċiet mis-sejbiet ewlenin dwar l-appoġġ mogħti taħt il-FSIE għall-implimentazzjoni tas-CSRs għall-perjodu 2012-2015
- Bejn wieħed u ieħor EUR 240 miljun minn EUR 281 biljun tal-FEŻR, l-FSE u l-FK ġew allokati għas-CSRs/għas-sejbien ta’ soluzzjonijiet għall-isfidi strutturali rilevanti għall-fondi. Fi kliem ieħor, 85.1 % tad-dotazzjoni totali ta’ dawn il-fondi jikkontribwixxu għall-indirizzar ta’ CSRs/sfidi strutturali speċifiċi għall-fondi (it-Taqsima 6.2.1, il-paragrafu 2, p. 124).
- L-Istati Membri allokaw bejn 38 % (eż. il-Ġermanja) u 100 % (eż. il-Latvja u l-Lussemburgu) tal-Fondi SIE tagħhom għas-CSRs (it-Taqsima 6.2.1, il-paragrafu 5, p. 124).
- Ir-rabtiet bejn id-dokumenti ta’ programmazzjoni u bejn ir-riformi strutturali għandhom it-tendenza li jkunu wesgħin u ġenerali. Il-Ftehimiet ta’ Sħubija u l-Programmi Operazzjonali ma jispjegawx għalfejn il-fondi se jappoġġaw l-implimentazzjoni, il-miri u t-twaqqit tagħhom (it-Taqsima 6.2.1, il-paragrafu 6, p. 124).
- L-evidenza turi li l-fondi jintużaw biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ riforma strutturali u jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tas-CSRs. Madankollu, din l-evidenza mhijiex suffiċjenti biex jiġi vvalutat jekk l-interventi li twettqu sal-lum kinux xierqa jew jekk ir-riżultati tagħhom humiex qed jikkontribwixxu għall-bidliet meħtieġa (it-Taqsima 6.2.2, il-paragrafu 4, p. 125).
L-isforzi biex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali permezz ta’ inċentivi finanzjarji mill-baġit tal-UE jmorru lura għall-1997 meta nħarġu linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi (b’rabta mar-riformi tas-suq tax-xogħol). Is-CSRs rilevanti kollha ttieħdu inkunsiderazzjoni fil-programmazzjoni tal-Fondi SIE għall-perjodu 2014-2020 permezz ta’ kundizzjonalitajiet ex ante u/jew investiment immirat. Ir-Rapporti għall-Pajjiżi ilhom mill-2016 jipprovdu informazzjoni dwar il-kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE biex jiġu indirizzati l-isfidi strutturali. Minħabba li l-implimentazzjoni għadha għaddejja, ir-riżultati minn dawn l-investimenti se jieħdu aktar żmien biex jiġu vvalutati.
43F’opinjoni dwar id-dispożizzjonijiet komuni għall-fondi taħt il-politika ta’ Koeżjoni25, aħna għamilna rakkomandazzjonijiet dwar kif l-appoġġ baġitarju li l-UE tagħti għall-implimentazzjoni tas-CSRs jista’ jkun aktar effettiv fil-ġejjieni. B’mod partikolari, aħna rrakkomandajna li s-CSRs jeħtieġ li jkunu ċari, mhux ambigwi u operazzjonali sabiex isir użu xieraq mid-dispożizzjonijiet proposti fl-Artikolu 15 tal-abbozz ta’ Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (RDK). Aħna rrakkomandajna wkoll li jenħtieġ li l-Kummissjoni tinkludi dispożizzjonijiet biex jiġi vvalutat l-issodisfar tal-kriterji f’konformità mas-CSRs relatati fir-rigward tal-Artikoli 11(2) u 11(4) tal-abbozz ta’ RDK.
44F’Lulju 2015, ġie stabbilit Servizz ta’ Sostenn għar-Riforma Strutturali (SRSS) biex jipprovdi assistenza teknika lill-Istati Membri fit-tfassil u l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali tagħhom. Fl-2017, il-Kummissjoni pproponiet li tintroduċi inċentivi finanzjarji biex tippromwovi riformi strutturali26 u fl-2018 hija pproponiet EUR 25 biljun taħt il-QFP tal-perjodu 2021-27 bħala parti minn Programm ta’ Appoġġ għal Riformi ġdid. Il-proposta tal-Kummissjoni kienet fi proċedura leġiżlattiva fiż-żmien meta twettaq l-awditu, u l-integrazzjoni tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi propost tista’ tikkontribwixxi għal rata dejjem akbar ta’ implimentazzjoni tas-CSRs.
Is-CSRs jindirizzaw ir-riskji rilevanti mingħajr ma jispjegaw b’mod suffiċjenti għalfejn jenħtieġ li ċerti riformi jingħataw prijorità fuq oħrajn
L-għadd ta’ CSRs u tas-sottopartijiet tagħhom naqas mill-2015 ’il hawn
45Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tissemplifika s-CSRs fl-2015 irriżultat fi tnaqqis tal-għadd medju ta’ sottopartijiet ta’ CSRs għall-Istati Membri minn 20 fl-2014 għal 12.5 fl-2019. Minkejja l-intenzjoni li jiżdied il-fokus tas-CSRs billi jitnaqqas l-għadd tagħhom, fi snin reċenti ndunajna li rakkomandazzjonijiet individwali jirreferu għal għadd ta’ dimensjonijiet ta’ politika mhux relatati jew ikopru firxa wiesgħa ta’ politiki (ara l-Figura 8 u l-Kaxxa 5).
Figura 8
Għadd medju ta’ CSRs u tas-sottopartijiet tagħhom, għal kull Stat Membru, għall-perjodu 2011-2019
Sors: il-QEA, ibbażat fuq is-sistema CESAR.
Kaxxa 5
Eżempji ta’ problemi ta’ natura mħallta fil-kampjun tal-awditjar tas-CSRs għall-2016
Is-CSR 3 għan-Netherlands tirreferi għal riformi tat-tieni pilastru tas-sistema tal-pensjonijiet, għal distorsjonijiet fis-suq tad-djar, għal predispożizzjoni favur id-dejn tal-unitajiet domestiċi u għal deduċibbiltà tat-taxxa fuq l-imgħax ipotekarju.
Is-CSR 2 għall-Italja tirreferi għal riformi fl-amministrazzjoni pubblika, għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u għat-tul ta’ proċedimenti fil-ġustizzja ċivili.
Is-CSR 2 għall-Ungerija tirreferi għal taxxi speċifiċi għas-setturi, għall-porzjon ta’ taxxa għal dawk bi dħul baxx, għal trasparenza fl-akkwist pubbliku, għal qafas kontra l-korruzzjoni u għal regolamenti restrittivi fis-setturi tas-servizzi u tal-bejgħ bl-imnut.
Is-CSR 3 għall-Finlandja tirreferi għal politiki tal-kompetizzjoni fis-servizzi u fil-bejgħ bl-imnut, għal politiki ta’ intraprenditorija u ta’ investiment, u għal piż amministrattiv u regolatorju.
Is-CSR 2 għall-Belġju tirreferi għal politiki dwar it-tkabbir fil-pagi, għal politiki attivi tas-suq tax-xogħol, għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, u għall-integrazzjoni ta’ migranti.
Is-CSR 1 għall-Awstrija tirreferi għall-miri fiskali tal-PST lejn l-objettiv baġitarju fuq terminu medju, għas-sostenibbiltà tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u tal-pensjonijiet, u għar-responsabbiltajiet fiskali bejn il-livelli differenti tal-amministrazzjoni pubblika.
Il-linji Gwida Integrati jservu biex jistabbilixxu prijoritajiet iżda l-Kummissjoni ma tirrappurtax dwar l-implimentazzjoni tagħhom
46Aħna sibna li l-prijoritajiet stipulati fil-gwida annwali mogħtija lill-Istati Membri fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir u fis-CSRs kienu ġeneralment qed jindirizzaw il-Linji Gwida Ġenerali għall-Politiki Ekonomiċi (BEPGs) u l-Linji Gwida dwar l-Impjiegi (EGs) (li flimkien jissejħu Linji Gwida Integrati (IGs)). Filwaqt li ssir referenza ġenerali fil-premessi tas-CSRs, is-CSRs individwali ma jagħmlu l-ebda referenza ex ante għal liema mill-prijoritajiet tas-SAT u tal-IG huma suppost jindirizzaw (ara l-Figura 9).
47Ma twettqitx evalwazzjoni ex post tal-livell sa fejn l-Istati Membri, fl-implimentazzjoni tagħhom tas-CSRs u l-politiki nazzjonali rilevanti kollha, indirizzaw il-prijoritajiet stabbiliti fl-IGs, kif meħtieġ mir-Regolament27. Evalwazzjoni ex post ta’ dan it-tip tkun tipprovdi feedback siewi dwar l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-IGs.
Figura 9
Nuqqas ta’ traċċabbiltà u feedback espliċiti bejn il-livelli differenti ta’ stabbiliment tal-objettivi fil-qafas tas-Semestru Ewropew
Sors: il-QEA.
Is-CSRs jirriflettu r-riskji identifikati fir-Rapporti għall-Pajjiżi, iżda l-prijoritizzazzjoni mhijiex spjegata b’mod ċar
48Ir-Rapporti għall-Pajjiżi fihom ir-riskji u d-dgħufijiet makroekonomiċi u strutturali prinċipali li ġew identifikati mit-timijiet tal-pajjiżi u jirrappurtaw dwar il-miżuri ta’ politika li l-Istati Membri jkunu qed iqisu. B’mod ġenerali, dawn huma bażi soda għall-formulazzjoni ta’ CSRs.
49Fil-bidu ta’ kull CSR, hemm premessa, li tagħti r-raġunijiet għalfejn ir-rakkomandazzjoni tkun saret. Aħna eżaminajna l-premessi tal-kampjun tagħna ta’ CSRs u sibna li ma kien hemm:
- l-ebda spjegazzjoni tal-loġika ta’ prijoritizzazzjoni għall-inklużjoni ta’ kwistjonijiet, u lanqas tar-raġunament għall-ommissjoni ta’ ċerti kwistjonijiet identifikati qabel fir-Rapporti għall-Pajjiżi, u l-ebda spjegazzjoni għalfejn ma kinux tkomplew is-CSRs ta’ snin preċedenti li ma kinux ġew implimentati bis-sħiħ;
- l-ebda referenza għal konferma jew impenn li saru mill-Istati Membri fil-PNR tagħhom dwar riformi jew rakkomandazzjonijiet speċifiċi;
- l-ebda spjegazzjoni ta’ kif is-CSRs jinteraġixxu ma’ xulxin (jiġifieri f’kunflitt jew dipendenti b’mod reċiproku).
Il-proposti għas-CSRs jiġu fformulati permezz ta’ proċess intern ikkoordinat mis-Segretarjat Ġenerali, u wara skambju ta’ fehmiet mal-Istati Membri dwar problemi differenti. Għalkemm il-Kummissjoni twettaq analiżi estensiva u jkollha diskussjonijiet mal-Istati Membri, aħna ma sibniex il-kriterji li abbażi tagħhom ċerti problemi kienu ġew prijoritizzati u koperti mis-CSRs filwaqt li oħrajn ma kinux. Il-kriterji u r-raġunament għall-għażla tas-CSRs proposti ma kinux iddokumentati b’mod ċar.
51Barra minn hekk, il-fattibbiltà tas-CSRs tiddependi minn skeda ta’ żmien realistika għall-implimentazzjoni. Il-linji gwida tal-Kummissjoni jindikaw li s-CSRs huma mistennija li jiġu implimentati fi żmien 12-18-il xahar; madankollu CSRs individwali ma jispeċifikawx l-iskeda ta’ żmien preċiża li fiha Stat Membru huwa mistenni li jaġixxi. Aħna osservajna li ċerti CSRs jieħdu aktar żmien biex jiġu implimentati mill-istandard ta’ 12-18-il xahar, u dan jirriżulta f’ripetizzjoni ta’ għadd ta’ CSRs matul bosta snin.
52Il-fattibbiltà tista’ wkoll tiddependi minn jekk humiex appoġġati minn mezzi finanzjarji suffiċjenti biex jiġu implimentati fil-livell nazzjonali. Aħna sibna għadd ta’ każijiet fejn is-CSRs ma kinux jinkludu xi indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex jiġu implimentati (ara l-Kaxxa 6).
Kaxxa 6
Eżempji ta’ CSRs fil-pajjiżi kkampjunati li ma jagħtu l-ebda informazzjoni dwar il-mezzi finanzjarji meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom
Meta għamlet is-CSR Nru 2 tal-2015 għall-Belġju, il-Kummissjoni qieset li kien hemm riżorsi suffiċjenti disponibbli biex jiffinanzjaw ir-riforma tat-taxxa billi dawn it-taxxi jiġu ttrasferiti minn fuq ix-xogħol għal komponenti oħra. Fil-laqgħat bilaterali sussegwenti tagħha mal-Istati Membri, irriżulta li kien hemm defiċit fil-finanzjament ta’ madwar 1.5 % tal-PDG għar-riforma tat-taxxa, li għamel din ir-riforma inqas fattibbli mill-perspettiva tar-riżorsi.
Fil-każ tas-CSRs tal-2013 u l-2015 għall-Finlandja, il-biċċa l-kbira mir-riformi mħabbra mhumiex dettaljati biżżejjed biex jippermettu valutazzjoni xierqa jew ma fihomx id-dettalji meħtieġa biex jiġi mifhum l-impatt tagħhom. Huma biss ftit il-każijiet li fihom il-miżuri jiġu kkwantifikati f’termini ta’ ffrankar jew ta’ spejjeż għall-baġit.
Fil-każ tas-CSRs tal-2013 u l-2015 għan-Netherlands, aħna ma sibniex kummenti fil-PNR rigward il-fattibbiltà finanzjarja tas-CSRs.
Għall-Ungerija, aħna ma sibniex referenzi fil-PNR rigward il-fattibbiltà finanzjarja jew inkella tas-CSRs.
Il-programmi Nazzjonali ta’ Riforma mhux dejjem jipprovdu feedback dwar il-miri prijoritarji tal-UE jew dwar kif il-partijiet ikkonċernati nazzjonali ġew involuti
53Ir-Regolament jirrikjedi li l-Istati Membri jippreżentaw PNR u Programmi ta’ Stabbiltà u Konverġenza, u jirrikjedi li l-Kummissjoni tivvaluta t-tnejn li huma28. Il-Kummissjoni tirrieżamina d-dokumenti ppreżentati qabel ma tiffinalizza s-CSRs, kif iddikjarat ukoll fil-premessi tas-CSRs. Madankollu, aħna sibna li l-Kummissjoni ma vvalutatx ir-rata ta’ implimentazzjoni tas-CSRs li ġiet irrappurtata mill-Istati Membri u lanqas il-mod kif dawn tal-aħħar kien biħsiebhom jindirizzaw sfidi importanti, kemm ekonomiċi kif ukoll relatati mal-impjiegi, jew nuqqasijiet fir-rigward tal-miri ta’ Ewropa 2020.
54Barra minn hekk, l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali (LRAs) fis-Semestru Ewropew – inkluż fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-PNR – la kien obbligatorju u lanqas ma kien organizzat mill-Istati Membri. L-LRAs ma jitqisux bħala sħab fil-proċess, minkejja li sehem sinifikanti tas-CSRs ma jistax jiġi implimentat bis-sħiħ mingħajr ir-rwol attiv tagħhom. Pereżempju, l-LRAs huma responsabbli għal aktar minn nofs l-investiment pubbliku fl-UE29. Il-Kummissjoni, madankollu, b’mod ġenerali, ma pprovdietx kummenti dwar in-nuqqas ta’ konsultazzjonijiet mal-LRAs u mal-partijiet ikkonċernati l-oħra.
55Minbarra dan, ir-rieżaminar li wettaqna tal-PNR li ġew ippreżentati fl-2014 u fl-2016 identifika każijiet fejn il-PNR naqsu milli jipprovdu informazzjoni f’konformità mal-gwida maħruġa mill-Kummissjoni (ara l-Kaxxa 7).
Kaxxa 7
Eżempji ta’ PNR li mhumiex qed jipprovdu feedback f’konformità mal-gwida tal-Kummissjoni
Aħna sibna li miżuri proposti fil-PNR ma kinux jirreferu għall-prijoritajiet identifikati fis-SAT jew fl-IGs (eż. il-PNR 2014 u 2016 tal-Awstrija, il-Belġju, l-Ungerija, in-Netherlands u l-Finlandja, kif ukoll il-PNR 2016 tal-Italja).
Aħna sibna li ċerti prijoritajiet tas-SAT li huma rilevanti għal Stat Membru ma kinux tqiesu fil-PNR innifsu (eż. il-PNR 2016 tal-Italja ma jagħmel l-ebda referenza għal kwistjonijiet importanti bħat-tnedija mill-ġdid tal-investiment, l-aġenda diġitali jew il-flessigurtà).
Aħna sibna li l-PNR fil-kampjun kienu dgħajfa f'dak li jirrigwarda r-rappurtar tas-sitwazzjoni ekonomika u dik tal-impjiegi, l-isfidi prinċipali u r-reazzjonijiet strateġiċi għal dawn l-isfidi, f’forma ċara u ppreżentata fil-qosor fit-taqsimiet introduttorji kif meħtieġ mill-gwida – huma normalment koprew dan fit-test prinċipali biss (eż. l-Ungerija (2014, 2016), in-Netherlands (2016)).
Matul l-awditu, aħna ma sibna l-ebda rekord li jiddokumenta l-valutazzjoni li l-Kummissjoni kienet wettqet fir-rigward tal-PNR. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma tipprovdix lill-Istati Membri feedback formali bil-miktub dwar nuqqas ta’ informazzjoni fil-PNR tagħhom.
Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
57Is-Semestru Ewropew huwa proċess ta’ koordinazzjoni ta’ politika importanti, li jipprovdi analiżi ekonomika annwali soda għall-Istati Membri kollha kif ukoll linji gwida rilevanti għall-politiki ekonomiċi u soċjali tal-UE, prijoritajiet annwali u Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż. Huwa jkopri firxa wiesgħa ta’ dimensjonijiet ta’ politika fiskali, ekonomika, soċjali u ta’ sostenibbiltà u proċeduri relatati.
58Il-Kummissjoni twettaq xogħol estensiv, u tuża l-ġudizzju tagħha biex tidentifika dawk li, fil-fehma tagħna, huma b’mod ġenerali l-aktar sfidi importanti f’kull Stat Membru. Minkejja x-xogħol estensiv imwettaq mill-UE u mill-Istati Membri taħt dan il-proċess ta’ koordinazzjoni, aħna nikkonkludu li l-Istati Membri għandhom rata baxxa ta’ implimentazzjoni sħiħa jew sostanzjali tas-CSRs. Aħna nikkonkludu wkoll li l-Kummissjoni ma użatx id-dispożizzjonijiet disponibbli kollha skont ir-Regolament biex issaħħaħ is-CSRs tagħha meta ma jsir l-ebda progress sostanzjali fuq għadd ta’ snin għal ċerti CSRs.
59Il-progress li sar lejn l-ilħuq tal-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020 kien ġeneralment pożittiv għall-UE fl-intier tagħha, u kien ivarja fost l-Istati Membri. Fil-livell tal-UE, sitta minn tmien miri li jkopru waħda dwar l-impjiegi, tlieta relatati mal-enerġija u tnejn mal-edukazzjoni x’aktarx li jintlaħqu sal-2020, iżda mhux dawk rigward it-tnaqqis tal-faqar u l-R&Ż. Fl-istess ħin, aħna sibna li l-Kummissjoni ma kinitx indirizzat b’mod suffiċjenti l-ħtieġa għal azzjoni fis-CSRs rigward l-Istati Membri li mhumiex qed joqorbu lejn il-miri f’dawn l-oqsma (ara l-paragrafi 21-31). Il-kunsiderazzjoni tal-kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà ambjentali u l-istat tad-dritt fil-qafas tas-Semestru Ewropew tikkostitwixxi żviluppi importanti għall-ġejjieni (ara l-paragrafi 32-33).
Rakkomandazzjoni 1 – Jitqiegħed fokus qawwi fuq id-dimensjonijiet soċjali u tar-riċerka fil-proċess tas-Semestru EwropewJenħtieġ li l-Kummissjoni tiffoka fuq:
- it-tnaqqis tal-faqar fil-qafas tas-Semestru Ewropew, permezz ta’ taħlita bilanċjata ta’ CSRs relatati mat-tnaqqis tal-faqar dirett u mal-impjiegi;
- ir-riċerka u l-iżvilupp, billi toħroġ CSRs rilevanti għall-Istati Membri kollha li għandhom nuqqas ta’ progress f’dan ir-rigward;
Data mmirata għall-implimentazzjoni: Mis-CSRs tal-2021
60Għadd ta’ Stati Membri ma implimentawx is-CSRs b’mod sħiħ. Il-valutazzjoni pluriennali turi li l-Istati Membri kienu implimentaw 26 % tas-CSRs b’mod sostanzjali jew bis-sħiħ matul il-perjodu 2011-18. L-Istati Membri ma wettqux biżżejjed sforzi biex jimplimentaw bis-sħiħ madwar 44 % tas-CSRs fejn xi progress ikun diġà ġie rreġistrat. Il-valutazzjoni pluriennali tal-implimentazzjoni tas-CSRs tagħti stampa aħjar mill-valutazzjonijiet annwali billi tiġbor l-implimentazzjoni fis-snin kollha wara CSR. Madankollu, il-Kummissjoni ma użatx is-setgħat tagħha b’mod suffiċjenti biex tirrakkomanda miżuri speċifiċi jekk l-Istati Membri ma jindirizzawx is-CSRs (ara l-paragrafi 34-37).
61Aħna vvalutajna d-database CESAR, li tintuża għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tas-CSRs. Fi ftit każijiet fil-kampjun tagħna (19 minn 202), xi wħud mid-DĠ ma ddokumentawx il-valutazzjonijiet tagħhom fid-database. Jekk l-informazzjoni tkun kompleta, id-database ssir aktar utli. Minħabba raggruppamenti frekwenti tas-CSRs, il-monitoraġġ ta’ CSR speċifika u/jew tas-sottopartijiet tagħha wkoll jsiru inqas komparabbli matul is-snin (ara l-paragrafi 38-40).
Rakkomandazzjoni 2 – Jissaħħu l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tas-CSRsJenħtieġ li l-Kummissjoni:
- tiżgura li d-DĠ rilevanti kollha jiddokumentaw il-valutazzjonijiet tagħhom fis-CESAR;
- tistabbilixxi database pluriennali, disponibbli għall-pubbliku, tas-CSRs kollha u tal-istatus ta’ implimentazzjoni tagħhom;
- tqis il-possibbiltà li tirrakkomanda miżuri speċifiċi f’dawk il-każijiet fejn l-Istati Membri jonqsu milli jaġixxu fuq gwida li huma jkunu rċevew fi snin preċedenti (l-Artikolu 2-a(3)(a) tar-Regolament 1466/97);
Data mmirata għall-implimentazzjoni: Għall-partijiet (a) u (c) mill-2021 ’il quddiem, għal (b) mill-2022 ’il quddiem
62Ir-Rapporti għall-Pajjiżi jiddeskrivu b’mod preċiż ir-riskji u d-dgħufijiet fl-Istati Membri u jirrappurtaw b’mod ġenerali dwar il-miżuri ta’ politika li l-Istati Membri jkunu qed iqisu. B’mod ġenerali dawn huma l-bażi għall-għażla u l-formulazzjoni ta’ CSRs, iżda r-rabta bejn l-użu tal-fondi tal-UE li jappoġġaw ir-riformi u s-CSRs mhijiex żviluppata biżżejjed (ara l-paragrafi 29, 41-44).
Rakkomandazzjoni 3 – Tissaħħaħ ir-rabta bejn il-fondi tal-UE u s-CSRsJenħtieġ li l-Kummissjoni ssaħħaħ ir-rabta li hemm bejn il-fondi tal-UE li jappoġġjaw il-proċessi ta’ riforma fl-Istati Membri u bejn ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż. Jenħtieġ li s-CSRs jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-istadji differenti tal-proċessi baġitarji.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: Mis-CSRs tal-2021
63Aħna sibna li l-koordinazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tas-Semestru Ewropew hija adegwata biex jiġu identifikati r-riskji rilevanti fis-CRs u fis-CSRs. B’mod ġenerali, is-CSRs jindirizzaw il-prijoritajiet stipulati fis-SAT u fil-linji gwida integrati; madankollu, f’ċerti każijiet is-CSRs kien fihom taħlita ta’ problemi, ġeneralment ma kellhomx skedi ta’ żmien u spejjeż ċari. Is-CSRs jirriflettu r-riskji identifikati fir-Rapporti għall-Pajjiżi, iżda l-prijoritizzazzjoni mhijiex spjegata biżżejjed. L-effettività tas-Semestru Ewropew tiddependi b’mod indaqs mil-livell ta’ sjieda nazzjonali u mill-impenn tal-Istati Membri biex jimplimentaw is-CSRs fi żmien raġonevoli (ara l-paragrafi 45-52).
Rakkomandazzjoni 4 – Tittejjeb il-formulazzjoni tas-CSRsJenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li s-CSRs individwali jittrattaw l-isfidi relatati mal-politika komuni waħda waħda, jinkludu miri li jistgħu jitkejlu u skeda ta’ żmien realistika (annwali jew pluriennali), u jipprovdu raġunar, li jkun iddokumentat bis-sħiħ, għall-prijoritizzazzjoni tagħhom fuq problemi oħra li ma jkunux inklużi fis-CSRs.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: Mis-CSRs tal-2021
64Aħna sibna li l-PNR spiss ma jispjegawx il-kontenut preċiż tal-miżuri ppjanati mill-awtoritajiet, it-twaqqit mistenni tagħhom, l-istadji importanti għall-implimentazzjoni kif ukoll l-istimi tal-ispejjeż u l-impatt tagħhom, u minflok spiss jiġu sempliċiment deskritti b’mod ġenerali ħafna. Għalkemm ir-Regolament jirrikjedi li l-Kummissjoni tivvaluta l-PNR, aħna sibna li l-Kummissjoni ma kinitx iddokumentat il-valutazzjoni li hija kienet wettqet dwar il-kwalità u l-kompletezza tal-PNR (ara l-paragrafi 53-56).
Rakkomandazzjoni 5 – Tiġi pprovduta valutazzjoni ċara tal-PNRJenħtieġ li l-Kummissjoni:
- tirrikjedi, fil-gwida tagħha maħruġa għall-PNR, l-immappjar tar-reazzjonijiet ta’ politika mill-Istati Membri għall-prijoritajiet u l-miri ddefiniti fil-livell tal-UE, kif ukoll deskrizzjonijiet ċari ta’ kif l-Istati Membri biħsiebhom jimplimentaw kull CSR, filwaqt li tipprovdi informazzjoni dwar skedi ta’ żmien u spejjeż;
- tiddokumenta l-valutazzjoni dwar il-kwalità u l-kompletezza tal-informazzjoni ppreżentata fil-PNR u tirrikjedi aktar informazzjoni f’każ ta’ lakuni identifikati.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: Mis-CSRs tal-2021
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Alex BRENNINKMEIJER, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-30 ta’ Ġunju 2020.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Klaus-Heiner LEHNE
Il-President
Annessi
Anness I – Evoluzzjoni tal-proċess ta’ koordinazzjoni tal-politika ekonomika mill-1993 ’il hawn
Sors: il-QEA.
Anness II – L-elementi prinċipali tal-Proċess tas-Semestru Ewropew mill-2015 ’il hawn
Sors: il-QEA.
Anness III – Skeda ta’ żmien tas-Semestru Ewropew – il-bidliet prinċipali li saru fil-perjodu 2011-2018
Sors: il-QEA.
Anness IV – Għażla tal-Istati Membri għall-kampjun tal-awditjar
01L-awditu tal-proċeduri tas-Semestru Ewropew iffoka fuq sitt Stati Membri (ħamsa miż-żona tal-euro u wieħed mhux miż-żona tal-euro). Dan huwa l-istess kampjun użat fl-awditu tal-Parti Preventiva tal-PST.
02L-Istati Membri li kienu suġġetti għal PDE jew għal programm ta’ aġġustament matul iż-żmien tal-awditu, jew li kienu diġà koperti minn awditi relatati mal-PDE, mal-Greċja, jew mal-Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku (MIP), ġew esklużi (bl-eċċezzjoni tal-Italja30). Mill-Istati Membri li jifdal, aħna għażilna dawk li kienu ilhom għal żmien itwal taħt il-parti korrettiva, li urew deterjorament reċenti fil-bilanċ strutturali, jew li kienu l-aktar ’il bogħod mill-ilħuq tal-Objettiv ta’ Terminu Medju (ara t-Tabella 1).
Tabella 1
Għażla tal-Istati Membri għall-kampjun tal-awditjar
| Analiżi tal-kriterji u għażla tal-kampjun tal-Istati Membri għall-awditu dwar is-Semestru Ewropew |
| EMU | Stat Membru | Bilanċ Strutturali (SB) | Kummenti | Distanza mill-OTM (SBt-1-OTMt)* | ||||||||||
| 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | 2015 | 2016 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | 2015 | 2016** | |||
| Żona tal-euro | Il-Belġju | -4.03 | -3.42 | -2.73 | -2.85 | -2.48 | -2.10 | Awditu dwar is-SE | -4.61 | -4.78 | -4.17 | -3.48 | -3.60 | -3.23 |
| L-Estonja | 0.27 | -0.10 | -0.40 | 0.31 | 0.31 | 0.18 | Laħqet l-OTM tul il-perjodu kollu | 0.17 | 0.27 | -0.10 | -0.40 | 0.31 | 0.31 | |
| L-Irlanda | -7.52 | -6.45 | -4.32 | -3.22 | -2.99 | -2.15 | Taħt l-aġenzija tal-pagamenti fl-2016 biss | -8.83 | -7.52 | -6.45 | -4.32 | -3.22 | -2.99 | |
| Il-Latvja | -1.26 | -0.03 | -0.94 | -1.76 | -2.09 | -1.85 | Laħqet l-OTM fil-perjodu 2013-14 | -1.19 | -0.26 | 0.97 | 0.06 | -0.76 | -1.09 | |
| Il-Litwanja | -3.59 | -2.60 | -2.27 | -1.42 | -1.20 | -1.43 | Laħqet l-OTM fil-perjodu 2015-16 | -2.29 | -2.59 | -1.60 | -1.27 | -0.42 | -0.20 | |
| Il-Lussemburgu | 1.38 | 2.47 | 2.06 | 2.15 | 0.71 | 0.90 | Laħqet l-OTM tul il-perjodu kollu | 0.00 | 0.88 | 1.97 | 1.56 | 1.65 | 0.21 | |
| In-Netherlands | -3.58 | -2.26 | -0.94 | -0.53 | -1.07 | -1.40 | Awditu dwar is-SE (sena aktar taħt il-PDE mil-LT u mil-LV) | -3.03 | -3.08 | -1.76 | -0.44 | -0.03 | -0.57 | |
| L-Awstrija | -2.53 | -1.82 | -1.24 | -0.67 | -0.59 | -1.01 | Awditu dwar is-SE (sena aktar taħt il-PDE mil-LT u mil-LV) | -2.76 | -2.08 | -1.37 | -0.79 | -0.22 | -0.14 | |
| Il-Portugall | -6.22 | -3.09 | -2.50 | -1.37 | -1.82 | -2.33 | Taħt PDE tul il-perjodu kollu | -7.60 | -5.72 | -2.59 | -2.00 | -0.87 | -1.32 | |
| Is-Slovakkja | -4.11 | -3.56 | -1.69 | -2.05 | -2.06 | -2.04 | Dejn ta’ < 60 % tal-PDG tul il-perjodu kollu | -6.65 | -3.61 | -3.06 | -1.19 | -1.55 | -1.56 | |
| Il-Finlandja | -0.85 | -1.14 | -0.98 | -1.75 | -1.75 | -1.52 | Awditu dwar is-SE | -0.61 | -0.35 | -0.64 | -0.48 | -1.25 | -1.25 | |
| Mhux fiż-żona tal-euro | Id-Danimarka | -0.50 | 0.04 | -0.18 | 0.56 | -2.26 | -1.36 | Defiċit/dejn inqas persistenti u aktar baxx minn tal-HU | -0.22 | 0.00 | 0.54 | 0.32 | 1.06 | -1.76 |
| Il-Kroazja | m/a | m/a | -3.57 | -3.85 | -3.49 | -3.84 | Taħt il-PDE fil-perjodu 2013-2016 | m/a | m/a | -4.08 | -3.57 | -3.85 | -3.49 | |
| L-Ungerija | -4.52 | -1.44 | -1.47 | -2.50 | -2.35 | -2.63 | Awditu dwar is-SE | -1.88 | -2.82 | 0.26 | 0.23 | -0.80 | -0.65 | |
| Il-Polonja | -6.07 | -4.04 | -3.44 | -2.65 | -3.01 | -2.65 | Defiċit/dejn inqas persistenti u aktar baxx minn tal-HU | -7.26 | -5.07 | -3.04 | -2.44 | -1.65 | -2.01 | |
| Ir-Rumanija | -2.98 | -2.01 | -1.07 | -0.63 | -0.78 | -2.74 | Defiċit/dejn inqas persistenti u aktar baxx minn tal-HU | -4.59 | -1.98 | -1.01 | -0.07 | 0.37 | 0.22 | |
| L-Iżvezja | 0.00 | 0.10 | -0.19 | -0.82 | -1.04 | -0.96 | Laħqet l-OTM tul il-perjodu kollu | 1.77 | 1.00 | 1.10 | 0.81 | 0.18 | -0.04 | |
| Ir-Renju Unit | -5.84 | -6.56 | -4.55 | -5.15 | -4.48 | -3.30 | Taħt PDE tul il-perjodu kollu | -6.00 | -4.59 | -5.31 | -3.30 | -3.90 | -3.23 | |
| Awditi oħra tal-QEA | ||||||||||||||
| Diġà awditjati | Il-Ġermanja | -1.34 | -0.12 | 0.27 | 0.82 | 0.92 | 0.71 | PDE | -1.68 | -0.84 | 0.38 | 0.77 | 1.32 | 1.42 |
| Il-Greċja | -6.40 | -0.43 | 1.98 | 0.57 | -1.13 | -0.27 | Awditu Grieg | -9.65 | -5.90 | 0.07 | 2.48 | 1.07 | -0.63 | |
| Spanja | -6.17 | -3.35 | -1.90 | -1.80 | -2.53 | -2.61 | MIP | -7.04 | -6.17 | -3.35 | -1.90 | -1.80 | -2.53 | |
| Franza | -5.09 | -4.26 | -3.53 | -2.79 | -2.74 | -2.39 | PDE/MIP | -5.50 | -4.69 | -3.86 | -3.13 | -2.39 | -2.34 | |
| L-Italja | -3.27 | -1.28 | -0.87 | -1.06 | -0.98 | -1.50 | PDE | -3.27 | -3.27 | -1.28 | -0.87 | -1.06 | -0.98 | |
| Ċipru | -5.50 | -5.14 | -1.69 | 2.02 | 0.35 | 0.22 | PDE | -5.06 | -5.50 | -5.14 | -1.69 | 2.02 | 0.35 | |
| Malta | -2.78 | -3.65 | -2.47 | -2.39 | -2.09 | -1.65 | PDE | -4.02 | -2.78 | -3.65 | -2.47 | -2.39 | -2.09 | |
| Is-Slovenja | -4.79 | -2.13 | -2.16 | -2.75 | -2.69 | -2.48 | MIP | -4.55 | -4.79 | -2.13 | -2.16 | -2.75 | -2.69 | |
| Il-Bulgarija | -1.87 | -0.48 | -0.76 | -2.48 | -2.56 | -2.43 | MIP | -1.51 | -0.87 | 0.52 | 0.24 | -1.48 | -1.56 | |
| Iċ-Ċekja | -2.63 | -1.48 | 0.08 | -0.78 | -1.96 | -1.42 | PDE | -3.06 | -1.63 | -0.48 | 1.08 | 0.22 | -0.96 | |
Sors: data tal-Kummissjoni (Parti preventiva - previżjoni tal-ħarifa 2015)
* Distanza mill-OTM (Negattiva = SB taħt l-OTM, Pożittiva = SB ogħla mill-OTM)
** Abbażi ta’ data prevista
| Taħt il-Parti preventiva | |
| L-OTM ma ntlaħaqx skont il-valutazzjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Diċembru 2015 | |
| Inklużi fil-kampjun tal-awditjar dwar il-MIP, li ttieħed mill-QEA | |
| Inklużi fil-kampjun tal-awditjar dwar il-PDE, li ttieħed mill-QEA | |
| Inklużi fil-kampjun tal-awditjar Grieg, li ttieħed mill-QEA | |
| Inklużi fil-kampjun tal-awditjar dwar is-Semestru Ewropew, li ttieħed mill-QEA |
Anness V – Indikaturi ewlenin ta’ UE 2020 għall-EU-28
| Suġġett | Indikatur ewlieni | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | 2015 | 2016 | 2017 | 2018 | Mira |
| Impjiegi | Rata ta’ impjieg għall-grupp ta’ età 20–64 sena, total (% tal-popolazzjoni) | 70.30 | 69.00 | 68.50 | 68.60 | 68.40 | 68.40 | 69.20 | 70.10 | 71.10 | 72.20 | 73.20 | 75.00 |
| • Rata ta’ impjieg għall-grupp ta’ età 20–64 sena, nisa (% tal-popolazzjoni) | 62.80 | 62.30 | 62.00 | 62.20 | 62.40 | 62.60 | 63.50 | 64.30 | 65.30 | 66.50 | 67.40 | : | |
| • Rata ta’ impjieg għall-grupp ta’ età 20–64 sena, irġiel (% tal-popolazzjoni) | 77.90 | 75.70 | 75.00 | 75.00 | 74.60 | 74.30 | 75.00 | 75.90 | 76.90 | 78.00 | 79.00 | : | |
| R&Ż | Nefqa domestika grossa fuq l-R&Ż (¹) (% tal-PDG) | 1.84 | 1.94 | 1.93 | 1.97 | 2.01 | 2.02 | 2.03 | 2.04 | 2.04 | 2.06 | 2.12 | 3.00 |
| • Intrapriża tan-negozju | 1.16 | 1.19 | 1.19 | 1.24 | 1.27 | 1.28 | 1.30 | 1.31 | 1.32 | 1.36 | 1.41 | : | |
| • Gvern | 0.24 | 0.26 | 0.25 | 0.25 | 0.25 | 0.25 | 0.24 | 0.24 | 0.23 | 0.23 | 0.23 | : | |
| • Edukazzjoni għolja | 0.42 | 0.46 | 0.47 | 0.46 | 0.47 | 0.47 | 0.47 | 0.47 | 0.47 | 0.46 | 0.46 | : | |
| • Organizzazzjoni privata mingħajr skop ta’ qligħ | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.02 | 0.02 | : | |
| Tibdil fil-klima u enerġija | Emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta' serra (²) (Indiċi 1990 = 100) | 90.60 | 83.80 | 85.70 | 83.00 | 82.10 | 80.40 | 77.50 | 78.10 | 77.80 | 78.30 | : | 80.00 |
| Sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija (%) | 11.10 | 11.90 | 12.50 | 13.10 | 14.40 | 15.20 | 16.20 | 16.70 | 17.00 | 17.50 | : | 20.00 | |
| Konsum tal-enerġija primarja (Miljun tunnellata ta’ ekwivalenti taż-żejt) | 1 693.00 | 1 595.00 | 1 654.00 | 1 593.00 | 1 585.00 | 1 571.00 | 1 511.00 | 1 537.00 | 1 547.00 | 1 562.00 | : | 1 483.00 | |
| Konsum finali tal-enerġija (Miljun tunnellata ta’ ekwivalenti taż-żejt) | 1 180.00 | 1 108.00 | 1 160.00 | 1 105.00 | 1 106.00 | 1 108.00 | 1 066.00 | 1 088.00 | 1 110.00 | 1 123.00 | : | 1 086.00 | |
| Edukazzjoni | Persuni li jħallu l-edukazzjoni u t-taħriġ kmieni, total (³) (% tal-popolazzjoni fl-età ta’ 18–24 sena) | 14.70 | 14.20 | 13.90 | 13.40 | 12.70 | 11.90 | 11.20 | 11.00 | 10.70 | 10.60 | 10.60 | <10.00 |
| Persuni li jħallu l-edukazzjoni u t-taħriġ kmieni, nisa (³) (% tal-popolazzjoni fl-età ta’ 18–24 sena) | 12.70 | 12.30 | 11.90 | 11.50 | 10.90 | 10.20 | 9.60 | 9.50 | 9.20 | 8.90 | 8.90 | : | |
| Persuni li jħallu l-edukazzjoni u t-taħriġ kmieni, irġiel (³) (% tal-popolazzjoni fl-età ta’ 18–24 sena) | 16.70 | 16.10 | 15.80 | 15.30 | 14.50 | 13.60 | 12.70 | 12.40 | 12.20 | 12.10 | 12.20 | : | |
| Kisba ta’ lawrja fil-livell ta’ edukazzjoni terzjarja, total (³) (% tal-popolazzjoni fl-età ta’ 30–34 sena) | 31.20 | 32.30 | 33.60 | 34.80 | 36.00 | 37.10 | 38.00 | 38.70 | 39.20 | 39.90 | 40.70 | >=40.00 | |
| • Kisba ta’ lawrja fil-livell ta’ edukazzjoni terzjarja, nisa (³) (% tal-popolazzjoni fl-età ta’ 30–34 sena) | 34.30 | 35.70 | 37.20 | 38.60 | 40.20 | 41.40 | 42.30 | 43.40 | 43.90 | 44.90 | 45.80 | : | |
| • Kisba ta’ lawrja fil-livell ta’ edukazzjoni terzjarja, irġiel (³) (% tal-popolazzjoni fl-età ta’ 30–34 sena) | 28.00 | 28.90 | 30.00 | 31.00 | 31.80 | 32.80 | 33.60 | 34.00 | 34.40 | 34.90 | 35.70 | : | |
| Faqar u esklużjoni soċjali | Persuni f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali, EU-27 (⁴)(⁷) (Miljun) | 116.10 | 114.50 | 117.00 | 119.60 | 122.20 | 121.60 | 120.80 | 117.80 | 116.90 | 111.84 | 109.23 | 96.10 |
| Persuni f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali, EU-28 (⁴)(⁷) (Miljun) | : | : | : | 121.00 | 123.60 | 122.80 | 122.00 | 119.00 | 118.10 | 113.00 | : | : | |
| Persuni f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali, EU-28 (⁴)(⁶)(⁷) (% tal-popolazzjoni) | 23.70 | 23.30 | 23.70 | 24.30 | 24.70 | 24.60 | 24.40 | 23.80 | 23.50 | 22.40 | : | : | |
| • Persuni li jgħixu f'unitajiet domestiċi b’intensità baxxa ħafna ta' xogħol, EU-28 (⁶)(⁷) (% tal-popolazzjoni fl-età ta’ 0-59 sena) | 9.20 | 9.10 | 10.10 | 10.40 | 10.50 | 11.00 | 11.30 | 10.70 | 10.50 | 9.50 | : | : | |
| • Persuni f’riskju ta’ faqar wara trasferimenti soċjali, EU-28 (⁶)(⁷) (% tal-popolazzjoni) | 16.60 | 16.40 | 16.50 | 16.80 | 16.80 | 16.70 | 17.20 | 17.30 | 17.30 | 16.90 | : | : | |
| • Persuni f’sitwazzjoni ta’ privazzjoni materjali estrema, EU-28 (⁶)(⁷) (% tal-popolazzjoni) | 8.50 | 8.20 | 8.40 | 8.90 | 9.90 | 9.60 | 8.90 | 8.10 | 7.50 | 6.60 | 6.00 | : |
Noti:
(1) L-emissjonijiet totali, inkluża l-avjazzjoni internazzjonali u l-emissjonijiet indiretti tas-CO2, iżda esklużi l-emissjonijiet mill-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF).
(2) Waqfien fis-serje taż-żmien fl-2014 (bidla minn ISCED 97 għal ISCED 2011).
(3) L-indikatur “Persuni f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali” jikkorrispondi għall-ammont totali ta’ persuni li huma: f’riskju ta’ faqar wara trasferimenti soċjali, f’sitwazzjoni ta’ privazzjoni materjali estrema jew li jgħixu f’unitajiet domestiċi b’intensità baxxa ħafna ta’ xogħol. Il-persuni jingħaddu darba biss anke jekk ikunu preżenti f’bosta subindikaturi.
(4) Il-mira kumplessiva tal-UE hija li, sal-2020, mill-inqas 20 miljun persuna jinħarġu mir-riskju ta’ faqar u ta’ esklużjoni. Minħabba kwistjonijiet ta’ disponibbiltà tad-data, il-mira tiġi evalwata biss għall-EU-27.
(5) Data tal-EU-27 għall-2008.
(6) Id-data tal-2018 hija stimi.
Sors: l-Eurostat, Smarter, greener, more inclusive?, edizzjonijiet tal-perjodu 2015-2019.
Anness VI – Valutazzjoni tal-progress li sar lejn l-ilħuq tal-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020
01Analiżi tas-sett ta’ disa’ indikaturi ewlenin li ġie adottat turi l-progress li l-UE għamlet lejn l-ilħuq tal-miri kumplessivi tagħha għall-2020 fil-ħames oqsma tal-impjiegi, ir-riċerka, l-enerġija, l-edukazzjoni u t-tnaqqis tal-faqar (ara t-Tabella 1 u l-Figura 4). Madankollu, din ma turix id-diverġenza bejn il-prestazzjoni tal-Istati Membri individwali u l-pożizzjonijiet tagħhom fir-rigward tal-medja tal-UE.
Tabella 1
Il-progress li l-UE għamlet lejn l-ilħuq tal-miri kumplessivi tagħha għall-2020 f’ħames oqsma ta’ politika
| Miri tal-Istrateġija UE 2020 għall-UE | Data tal-bidu | Data l-aktar reċenti disponibbli | Żviluppi ewlenin matul il-perjodu | Eżitu probabbli fl-2020, abbażi ta’ tendenzi reċenti |
| Impjiegi | ||||
| Tiżdied ir-rata ta’ impjieg tal-popolazzjoni fl-età ta’ 20-64 sena għal mill-inqas 75 %. | 68.6 % (2010) | 73.2 % (2018) | Ir-rata ta’ impjieg irkuprat gradwalment u qabżet il-livell ta’ qabel il-kriżi. Żdiedu l-impjiegi part-time u l-qgħad fost iż-żgħażagħ f’xi wħud mill-istati Membri. Id-disparità bejn is-sessi naqset iżda xorta waħda għadha sinifikanti. | Il-mira ta’ 75 % x’aktarx li tintlaħaq |
| Riċerka | ||||
| Jiżdied l-investiment pubbliku u privat ikkombinat fl-R&Ż għal 3 % tal-PDG. | 1.93 % (2010) | 2.12 % (2018) | In-nefqa fuq l-R&Ż bħala perċentwal tal-PDG fl-UE staġnat marġinalment ’il fuq minn 2 %. Is-settur tan-negozju kompla jkun l-akbar investitur fl-R&Ż. Fl-UE hemm disparitajiet persistenti billi l-qasam tal-R&Ż tan-negozji huwa aktar żviluppat fil-pajjiżi tat-Tramuntana u tal-Punent tal-UE. | Il-mira ta’ 3 % mhijiex se tintlaħaq |
| Enerġija | ||||
| (a) Jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju (gassijiet b’effett ta' serra) b’mill-inqas 20 % meta mqabbla mal-livelli tal-1990 | 14 % (2010) | 21.7 % (2017) | Sar progress sostanzjali fit-tliet miri kollha. L-irkupru tal-ekonomija tal-UE jippreżenta xi riskji fl-ilħuq tal-miri kollha. | It-tliet miri kollha x’aktarx li jintlaħqu Miri għall-2020: 20 % ta’ kull mira rispettivament |
| (b) Jiżdied is-sehem tal-enerġija li tista’ tiġġedded (rinnovabbli) fil-konsum finali tal-enerġija għal 20 % | 12.5 % (2010) | 17.5 % (2017) | ||
| (c) Progress lejn żieda ta’ 20 % fl-effiċjenza enerġetika (għall-konsum tal-enerġija primarja) | 5.7 % (2010) | 15.7 % (2017) | ||
| Edukazzjoni | ||||
| (a) Jitnaqqsu r-rati ta’ tluq bikri mill-iskola għal inqas minn 10 % tal-popolazzjoni fl-età ta’ 18 sa 24 sena | 13.9 % (2010) | 10.6 % (2018) | Progress tajjeb għaż-żewġ miri. Disparità usa’ bejn is-sessi mifruxa fil-kisba ta’ edukazzjoni terzjarja. | Iż-żewġ miri x’aktarx li jintlaħqu Miri għall-2020: ≤ 10 % u ≥ 40 % rispettivament |
| (b) Jiżdied il-proporzjon tal-popolazzjoni fl-età ta’ 30-34 sena li jkunu kkompletaw l-edukazzjoni terzjarja għal mill-inqas 40 % | 33.8 % (2010) | 40.7 % (2018) | ||
| Faqar | ||||
| Jinħarġu mill-inqas 20 miljun persuna mir-riskju ta’ faqar u ta’ esklużjoni soċjali (meta mqabbel mas-sena 2008) | żieda ta’ 0.5 miljun (2010) | tnaqqis ta’ 6.9 miljun (2018) | L-għadd ta’ persuni f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali laħaq l-ogħla livell ta’ 122 miljun fl-2012. Minn dak iż-żmien ’il hawn, dan tnaqqas gradwalment għal 109.23 miljun fl-2017. Sar xi progress fir-rigward tal-privazzjoni materjali estrema iżda ma sar l-ebda progress reali fiż-żewġ forom l-oħra ta’ faqar, jiġifieri l-faqar ta’ introjtu u l-intensità baxxa ħafna ta’ xogħol. | Il-mira mhijiex se tintlaħaq Mira għall-2020: Tnaqqis ta’ 20 miljun persuna f’riskju ta’ faqar u ta’ esklużjoni soċjali (jiġifieri 96.1 miljun persuna) |
Sors: il-valutazzjoni tal-QEA (ara l-Anness VI); il-Kummissjoni, Semestru Ewropew 2019: Il-valutazzjoni tal-progress rigward ir-riformi strutturali, il-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi, u riżultati tal-analiżijiet approfonditi skont ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011, l-Appendiċi 2 – Il-progress li sar lejn l-ilħuq tal-miri ta’ Ewropa 2020, p 19, 27.2.2019; l-Eurostat, Smarter, greener, more inclusive?, edizzjoni 2019
Fatti u ostakli ewlenin fir-rigward tal-progress li sar fit-tnaqqis tal-faqar
02Il-mira ta’ Ewropa 2020 għat-tnaqqis tal-faqar hija bbażata fuq l-indikatur ewlieni “f'riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali” (imsejjaħ ukoll l-indikatur AROPE31). Dan huwa indikatur kompost li jkopri tliet aspetti ta’ faqar: (1) faqar ta’ introjtu wara trasferimenti soċjali32; (2) privazzjoni materjali estrema33; u (3) għajxien f’unitajiet domestiċi b’intensità baxxa ħafna ta’ xogħol34.
03Minkejja l-mira ta’ Ewropa 2020 biex 20 miljun persuna jinħarġu mir-riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali35 meta mqabbla mal-livelli ta’ qabel il-kriżi tal-2008, skont l-indikatur AROPE, fl-2018 kien hemm 109 miljun persuna, jew kważi kwart (22 %) tal-popolazzjoni fl-EU-27, li kienu għadhom f’riskju, fejn ġie rreġistrat progress limitat ta’ 6.9 miljun persuna36. Il-kriżi finanzjarja wasslet għal aggravament sostanzjali tal-indikatur ewlieni tal-faqar (AROPE) fil-perjodu 2009-2012, segwit minn titjib gradwali sal-2018 (ara l-Figura 1).
Figura 1
Indikatur AROPE – Persuni f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali, EU-27 (miljun persuna),
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-Eurostat, f’Jannar 2020.
Minkejja t-titjib kumplessiv li ġie rreġistrat għall-indikatur kompost, il-progress ivarja b’mod sinifikanti fost l-Istati Membri u b’mod partikolari, dawk li għandhom l-akbar popolazzjonijiet f’riskju ta’ faqar. Il-Figura 2 turi d-differenza kumulattiva fil-popolazzjoni tal-Istati Membri meqjusa f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali (f’eluf) fl-2018 meta mqabbla mal-2008. B’mod ġenerali, 12 mis-27 Stat Membru osservaw żidiet fl-għadd ta’ persuni matul l-istess perjodu.
Figura 2
Bidla fl-għadd ta’ persuni f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali (elf persuna) fl-EU-27, tqabbil bejn l-2018 u l-2008
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-Eurostat, f’Jannar 2020.
Barra minn hekk, id-differenzi bejn il-pajjiżi huma viżibbli wkoll fil-każ ta’ xi subindikaturi, meta mqabbla ma’ dawk li jirriżultaw minn tqabbil sempliċi bejn ir-rati ta’ riskju ta’ faqar. Pereżempju, fl-2018 il-privazzjoni materjali estrema hija prattikament ineżistenti f’xi wħud mill-Istati Membri, filwaqt li taffettwa kważi persuna waħda minn kull ħamsa tal-popolazzjoni f’oħrajn (ara t-Tabella 2). Barra minn hekk, id-differenzi bejn il-pajjiżi huma viżibbli wkoll fil-każ ta’ xi subindikaturi, meta mqabbla ma’ dawk li jirriżultaw minn tqabbil sempliċi bejn ir-rati ta’ riskju ta’ faqar.
Tabella 2
Disparità kbira bejn l-Istati Membri abbażi tas-subindikaturi tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali fl-2018
| Riskju ogħla | Riskju aktar baxx | |
| Persuni f’riskju ta’ faqar ta’ introjtu wara trasferimenti soċjali (EU-28: 17.1 %) | 23.5 % (ir-Rumanija) 23.3 % (il-Latvja) 22.9 % (il-Litwanja) | 9.6 % (iċ-Ċekja) 12 % (il-Finlandja) 12.2 % (is-Slovakkja) |
| Persuni f’sitwazzjoni ta’ privazzjoni materjali estrema (EU-28: 5.9 %) | 20.9 % (il-Bulgarija) 16.8 % (ir-Rumanija) 16.7 % (il-Greċja) | 1.3 % (il-Lussemburgu) 1.6 % (l-Iżvezja) 2.4 % (in-Netherlands) |
| Persuni li jgħixu f’unitajiet domestiċi b’intensità baxxa ħafna ta’ xogħol (EU-28: 8.8 %) | 14.6 % (il-Greċja) 13.1 % (l-Irlanda) 12.1 % (il-Belġju) | 4.5 % (iċ-Ċekja) 5.2 % (is-Slovakkja) 5.2 % (l-Estonja) |
Sors: l-Eurostat, data ta’ Jannar 2020.
L-iżviluppi fis-suq tax-xogħol kellhom rwol importanti fil-faqar u l-esklużjoni soċjali. Wara tnaqqis sostanzjali minħabba r-reċessjoni ekonomika (2009-2013), 73.2 % tal-popolazzjoni tal-UE fl-età ta’ 20 sa 64 sena kellhom impjieg fl-2018 (minn 70.3 % fl-2008; ara l-Figura 3). Dan kien l-ogħla proporzjon mill-2002 bi tnaqqis konsiderevoli fid-disparità bejn is-sessi (11.6 % fl-2018 meta mqabbel ma’ 15.1 % fl-2008). Madankollu, iż-żieda fir-rata ta’ impjieg ġiet influwenzata b’mod pożittiv miż-żieda gradwali ta’ impjiegi part-time (18.5 % fl-2018 meta mqabbel ma’ 16.8 % fl-2008)37.
Figura 3
Rata ta’ impjieg fl-EU-28 (grupp ta’ età 20–64 sena, perċentwal totali tal-popolazzjoni) 2008-2018
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-Eurostat, f’Jannar 2020.
Biex tkompli tiġi żviluppata d-dimensjoni soċjali fi ħdan l-UE, f’Novembru 2017 ġie ffirmat il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li fih lista ta’ prinċipji f’20 qasam li huma maħsuba biex jiggarantixxu u jtejbu l-“acquis communautaire”. Is-suċċess tiegħu se jiddependi mill-implimentazzjoni tiegħu u mil-livell ta’ impenn fil-livell nazzjonali. F’dan l-istadju, għadu kmieni wisq għalina biex inkunu nistgħu niddeterminaw f’dan l-awditu jekk dan huwiex se jwassal għal xi titjib fuq ir-rekord dgħajjef tas-Semestru Ewropew f’dan ir-rigward.
Fatti u ostakli ewlenin fir-rigward tal-progress li sar fin-nefqa fuq l-R&Ż
08Fi snin reċenti, in-nefqa fuq l-R&Ż relatata mal-PDG tal-UE staġnat marġinalment ’il fuq minn 2 % u l-mira ta’ 3 % x’aktarx li ma tintlaħaqx (ara l-Figura 4).
Figura 4
Nefqa domestika grossa fuq l-R&Ż fl-EU-28, (perċentwal tal-PDG), 2008-2018
Nota: Id-data għall-2018 hija fil-biċċa l-kbira proviżorja.
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-Eurostat, f’Jannar 2020.
Fir-rigward tar-riċerka u l-iżvilupp, aħna sibna li, fis-CSRs, ftit li xejn ingħatat kunsiderazzjoni għall-Istati Membri li ppreżentaw tkabbir baxx jew anke negattiv fin-nefqa tagħhom fuq l-R&Ż (ara t-Tabella 3).
Tabella 3
Stati Membri li għalihom ma hemmx CSR dwar ir-riċerka u l-iżvilupp u li l-progress tagħhom huwa negattiv jew bil-mod, 2016-2017
| Stat Membru | CSRs tal-2016 | CSRs tal-2017 | ||||
| Nefqa fuq l-R&Ż (bħala perċentwal tal-PDG) fl-2015 | Stati Membri li l-progress li għamlu lejn l-ilħuq tal-mira tal-Istati Membri għall-2020 fl-2015 kien ta’ inqas minn 50 % | CSR jew subCSR għall-R&Ż fl-2016 | Nefqa fuq l-R&Ż (bħala perċentwal tal-PDG) fl-2016 | Stati Membri li l-progress li għamlu lejn l-ilħuq tal-mira tal-Istati Membri għall-2020 fl-2016 kien ta’ inqas minn 50 % | CSR jew subCSR għall-R&Ż fl-2017 | |
| AT | 3.05 | 40.3 % | L-EBDA | 3.09 | 43.7 % | L-EBDA |
| BG | 0.96 | 48.6 % | L-EBDA | 0.78 | 31.4 % | L-EBDA |
| DK | 2.96 | 82.6 % | Tiġi inċentivata l-kooperazzjoni bejn in-negozji u l-universitajiet | 2.87 | 43.5 % | L-EBDA |
| FI | 2.90 % | Negattiv | Jiġu promossi l-intraprenditorija u l-investiment għat-tħeġġiġ tat-tkabbir ta’ produzzjoni ta’ valur miżjud għoli | 2.75 | Negattiv | L-EBDA |
| HR | 0.84 | Negattiv | L-EBDA | 0.84 | Negattiv | L-EBDA |
| HU | 1.36 | 46.3 % | L-EBDA | 1.21 | 28.0 % | L-EBDA |
| IT | 1.34 | 48.6 % | L-EBDA | 1.29 | 35.1 % | L-EBDA |
| LT | 1.04 | 22.5 % | Isir titjib fl-adozzjoni u l-assorbiment ta’ teknoloġija ġdida; jiġu kkoordinati l-politiki dwar l-innovazzjoni | 0.74 | Negattiv | L-EBDA |
| LU | 1.27 | Negattiv | Jitneħħew l-ostakli għall-investiment u l-innovazzjoni li jillimitaw l-iżvilupp ekonomiku fis-settur tas-servizzi tan-negozju | 1.24 | Negattiv | Tissaħħaħ id-diversifikazzjoni tal-ekonomija, inkluż billi jitneħħew l-ostakli għall-investiment u l-innovazzjoni |
| LV | 0.63 | 5.4 % | Jiġu kkonsolidati l-istituzzjonijiet ta’ riċerka u jingħataw inċentivi għall-investiment privat fl-innovazzjoni | 0.44 | Negattiv | L-EBDA |
| MT | 0.77 | 16.3 % | L-EBDA | 0.61 | 5.4 % | L-EBDA |
| PL | 1.00 | 36.4 % | L-EBDA | 0.97 | 33.6 % | L-EBDA |
| PT | 1.24 | Negattiv | Tiġi inċentivata l-kooperazzjoni bejn l-universitajiet u s-settur tan-negozju | 1.27 | Negattiv | L-EBDA |
| RO | 0.49 | Negattiv | L-EBDA | 0.48 | Negattiv | L-EBDA |
| SE | 3.27 | Negattiv | L-EBDA | 3.25 | Negattiv | L-EBDA |
| SI | 2.20 | 41.6 % | L-EBDA | 2.00 | 27.0 % | L-EBDA |
| SK | 1.18 | 97.3 % | L-EBDA | 0.79 | 44.6 % | L-EBDA |
| Fl-2016, il-Kummissjoni ma pproponiet l-ebda CSR relatata direttament għal 10 minn 15-il Stat Membru b’rata ta’ implimentazzjoni negattiva jew baxxa (<50 %) tal-mira nazzjonali għall-2020 | Fl-2017, il-Kummissjoni ma pproponiet l-ebda CSR relatata direttament għal 16 minn 17-il Stat Membru b’rata ta’ implimentazzjoni negattiva jew baxxa (<50 %) tal-mira nazzjonali għall-2020 | |||||
Nota: Ma stajniex nagħmlu kalkoli għaċ-Ċekja u r-Renju Unit, billi ż-żewġ pajjiżi ma stabbilewx mira ċara għall-2020. Barra minn hekk, il-Greċja ma kinitx fil-qafas tal-proċess tas-Semestru Ewropew minħabba t-tliet Programmi ta’ Aġġustament Ekonomiku (2010, 2012, u 2015).
Nota: id-data tal-2016 għall-Irlanda u r-Renju Unit.
Sors: l-Eurostat għad-data dwar l-R&Ż; id-database CESAR tal-Kummissjoni għall-klassifikazzjoni tas-CSRs.
Barra minn hekk, id-disparitajiet kbar fin-nefqa fuq l-R&Ż fost l-Istati Membri tal-UE għadhom hemm (2017: minn 0.50 % tal-PDG fir-Rumanija sa 3.33 % fl-Iżvezja). Id-differenzi fl-investiment fl-R&Ż, b’mod partikolari l-R&Ż iffinanzjat min-negozji huma akbar fil-pajjiżi tat-Tramuntana u tal-Punent tal-UE, b’mod ġenerali jirriflettu differenzi fl-istrutturi industrijali, l-intensità tal-għarfien u l-kapaċitajiet ta’ riċerka.
Akronimi u abbrevjazzjonijiet
(D)JER: (Abbozz ta’) Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi
AMR: Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta’ Twissija
BEPGs: Linji gwida Ġenerali għall-Politiki Ekonomiċi
CESAR: Database ta’ monitoraġġ tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tas-CSRs
CPR: Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni
CRs: Rapporti għall-Pajjiżi
DĠ: Direttorat Ġenerali
EGs: Linji gwida dwar l-Impjiegi
Ewropa 2020: Strateġija tal-UE għat-Tkabbir u l-Impjiegi
FSIE: Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej
IDR: Analiżi Approfondita
IGs: Linji gwida Integrati (li jinkludu l-BEPGs u l-EGs)
LRAs: Awtoritajiet Lokali u Reġjonali
MIP: Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku
PDE: Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv
PNR: Programmi Nazzjonali ta’ Riforma
PST: Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir
R&D: Riċerka u Żvilupp
SAT: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir
SCP: Programm ta’ Stabbiltà u Konverġenza
SWDs: Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal
Glossarju
Analiżi Approfondita (IDR): Dokument analitiku mħejji mill-Kummissjoni bl-għan li jidentifika u jevalwa s-severità tal-iżbilanċi makroekonomiċi fil-kuntest tal-MIP. Mill-2015 ’il hawn, l-IDRs ġew inkorporati fir-Rapporti għall-Pajjiżi tas-Semestru Ewropew.
Effetti konsegwenzjali: L-impatt li l-avveniment(i) f’pajjiż jista’/jistgħu jkollu/jkollhom fuq l-ekonomiji ta’ pajjiżi oħra. Għalkemm hemm effetti konsegwenzjali pożittivi, it-terminu jintuża l-aktar ta’ spiss għall-impatt negattiv ta’ avvenimenti domestiċi fuq partijiet oħra tad-dinja
Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs): L-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, li l-komunità internazzjonali adottat f’Settembru 2015, tirrappreżenta aġenda għar-reazzjoni għal xejriet u sfidi globali. Fil-qalba tal-Aġenda 2030, hemm is-17-il Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) u mira assoċjata, li joperaw sal-2030. Il-komunità internazzjonali għandha qafas ambizzjuż ġdid għall-pajjiżi kollha biex jaħdmu flimkien fuq sfidi komuni. Għall-ewwel darba, l-SDGs huma universalment applikabbli għall-pajjiżi kollha u l-UE hija impenjata li timplimentahom.
Linji gwida dwar l-Impjiegi (EG): Prijoritajiet u miri komuni għall-politiki tal-impjiegi għall-pajjiżi tal-UE fformulati mill-Kunsill fuq il-proposta tal-Kummissjoni, u previsti wkoll fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-EGs u l-BEPGs flimkien jiffurmaw il-linji gwida integrati.
Linji gwida Ġenerali għall-Politiki Ekonomiċi (BEPGs): Prijoritajiet u miri komuni għall-politiki ekonomiċi tal-pajjiżi tal-UE approvati mill-Kunsill fuq il-bażi tal-proposta mill-Kummissjoni. Huma previsti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-BEPGs għandhom jittrattaw il-politiki makroekonomiċi u strutturali kemm għall-UE fl-intier tagħha kif ukoll għall-pajjiżi individwali tal-UE.
Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST): Ftehim li jorbot lill-Istati Membri kollha tal-UE u li ilu fis-seħħ mill-1997 (b’riformi fl-2005 u fl-2011) rigward l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Maastricht li jindirizza s-sostenibbiltà tal-politiki fiskali tal-Istati Membri, essenzjalment billi jżomm id-defiċit u d-dejn pubbliċi f’livelli aċċettabbli.
Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv (PDE): Il-parti korrettiva tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST) li tistabbilixxi kif il-pajjiżi għandhom jieħdu azzjoni f'każ li d-dejn pubbliku jew id-defiċit baġitarju tagħhom jitqies li huwa eċċessiv f’konformità mad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 126 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-parti korrettiva tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST) li tistabbilixxi kif il-pajjiżi għandhom jieħdu azzjoni f'każ li d-dejn pubbliku jew id-defiċit baġitarju tagħhom jitqies li huwa eċċessiv f’konformità mad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 126 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku (MIP): Mekkaniżmu ta’ sorveljanza li għandu l-għan li jidentifika, jipprevieni u jindirizza l-emerġenza ta’ żbilanċi makroekonomiċi potenzjalment dannużi li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv l-istabbiltà ekonomika fi Stat Membru partikolari, fiż-żona tal-euro, jew fl-UE fl-intier tagħha. Mill-2012 'il hawn, bħala parti mis-Semestru Ewropew.
Programm ta’ Stabbiltà (Konverġenza): Dokument prodott kull sena mill-Istati Membri fiż-żona tal-euro (mhux fiż-żona tal-euro) li jippreżenta l-politiki u l-miżuri adottati biex jiġu żgurati politiki fiskali sostenibbli, biex il-pożizzjonijiet fiskali tagħhom jinżammu fil-livell tal-objettivi ta’ terminu medju tagħhom jew ’il fuq minnu, jew biex jiġi segwit perkors li jwassal għall-Objettiv ta’ Terminu Medju, filwaqt li simultanjament jiġu żgurati sforzi adegwati sabiex jitnaqqas id-dejn u b’hekk ikun hemm konformità mar-regola tad-dejn u mal-valur referenzjarju ta’ 60 % stabbilit fit-Trattat.
Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP): Qafas ta’ seba’ snin li jirregola l-baġit tal-UE. Huwa stabbilit f’Regolament tal-Kunsill adottat b’mod unanimu bil-kunsens tal-Parlament Ewropew. Il-qafas finanzjarju jistabbilixxi l-ammont massimu ta’ nfiq f’kull sena għal oqsma ta’ politika ġenerali (“intestaturi”) u jistabbilixxi limitu massimu annwali fuq l-approprjazzjonijiet ta' impenn u l-pagamenti.
Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi: Gwida ta’ politika fformulata kull sena mill-Kummissjoni għall-Istati Membri dwar kif iżommu finanzi pubbliċi sodi. Il-Kummissjoni mbagħad tippreżentahom lill-Kunsill għall-approvazzjoni f’Lulju fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.
Strateġija Ewropa 2020: L-istrateġija tal-Unjoni għat-Tkabbir u l-Impjiegi li tniedet fl-2010 għal perjodu ta’ 10 snin sal-2020. Hija tenfasizza tliet prijoritajiet: tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, b’mira waħda jew aktar (tmienja b’kollox) għal kull prijorità, f’ħames oqsma tematiċi (l-impjiegi; ir-riċerka u l-iżvilupp; it-tibdil fil-klima u l-enerġija; l-edukazzjoni; kif ukoll il-faqar u l-esklużjoni soċjali). L-istrateġija għandha wkoll seba’ inizjattivi emblematiċi tematiċi.
Risposti tal-Kummissjoni
Sommarju eżekuttiv
Is-Semestru Ewropew (“is-Semestru”) inħoloq bħala parti mir-rispons tal-UE għall-kriżi ekonomika u finanzjarja li laqtet lill-Ewropa għaxar snin ilu. Minn dak iż-żmien ’l hawn, il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri, bis-saħħa tal-Kunsill, komplew żviluppawh biex jittrattaw, b’mod koordinat, kwistjonijiet soċjoekonomiċi, inklużi l-produttività u l-kompetittività u l-ambjent tan-negozju, kif ukoll l-aspetti ekonomiċi u soċjali ta’ sfidi usa’ relatati mal-klima, l-enerġija u s-sostenibbiltà.
Is-Semestru huwa maħsub biex jibqa’ risponsiv u jevolvi l-ħin kollu fl-ambitu u l-enfasi.
Il-pandemija tal-COVID-19 (“kriżi) li feġġet għal għarrieda u l-impatt tagħha li kkawża diżordni kbira kienu xokk li heżżeż lil kull Stat Membru. Il-kriżi kkawżat ħsara enormi fuq perjodu ta’ żmien qasir b’riperkussjonijiet fit-tul. Biex din il-kriżi tiġi kkonfrontata, hemm bżonn ta’ azzjoni li tittieħed flimkien. Il-Kummissjoni wieġbet u fasslet l-approċċ tagħha għall-kriżi tas-saħħa, soċjali u ekonomika li kellha quddiemha filwaqt poġġiet enfasi qawwija fuq l-irkupru ta’ wara l-kriżi. Is-Semestru qed juri bil-provi kemm huwa imprezzabbli biex jiżgura li b’reazzjoni għall-ħsara lill-ekonomija u lill-impjiegi jkun hemm rispons speċifiku koordinat tal-UE kif ukoll tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni u l-Kunsill qablu li japplikaw il-flessibbiltà disponibbli fl-ambitu tar-regoli sabiex il-gvernijiet setgħu jrieġu l-attività ekonomika kif ukoll jipprovdu salvagwardja tal-protezzjoni soċjali liċ-ċittadini tal-UE. Ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż tal-2020 (CSRs - Country Specific Recommendations) jittrattaw l-impatt soċjali u fuq is-saħħa tal-kriżi immedjata kif ukoll l-isfidi strutturali li hemm bżonn jiġu indirizzati fil-fażi ta’ rkupru. Fil-fażi ta’ wara l-COVID, il-Kummissjoni u l-Istati Membri se jaħdmu saħansitra aktar mill-qrib biex jiżguraw li r-riformi jkunu allinjati u implimentati aħjar.
Il-QEA nnutat li għal 30 % tas-CSRs bejn l-2011 u l-2018 il-progress fl-implimentazzjoni kien “limitat jew noneżistenti”. Id-data aġġornata rigward il-livell tal-implimentazzjoni tas-CSRs mill-2011 sal 2019 turi li l-Istati Membri implimentaw 22 % tas-CSRs għalkollox jew b’mod sostanzjali, 46 % b’tal-anqas “xi ftit jew wisq progress” u t-32 % tas-CSRs li jifdal kellhom “progress limitat” jew “noneżistenti” fl-implimentazzjoni. Tal-anqas “xi ftit jew wisq” implimentazzjoni f’livell ta’ kważi 70 fil-mija jindika miżura ta’ suċċess tas-Semestru Ewropew. Dan juri l-monitoraġġ strett tar-riformi mill-Kummissjoni iżda wkoll jiġġustifika l-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni biex ittejjeb aktar l-implimentazzjoni. Il-Kummissjoni ilha wkoll taħdem biex (i) iżżid l-analiżi dwar is-sostenibbiltà fid-dokumenti tas-Semestru, (ii) tkompli tiżviluppa r-rabta bejn l-użu tal-fondi tal-UE u r-Rakkomandazzjonijiet tas-Semestru, (iii) Tintegra l-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi, u (iv) tiżviluppa l-valutazzjoni kwalitattiva tal-Kummissjoni tas-segwitu għas-CSRs.
Fid-dawl tal-kriżi, li matulha feġġew problemi simili ħafna fl-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni se taħdem mal-Istati Membri biex tapprofondixxi ulterjorment l-aġenda tar-riforma.
Il-QEA tosserva li minkejja li sitta mit-tmien miri ta’ Ewropa 2020 x’aktarx li jintlaħqu għalkollox, il-progress kien kajman fir-rigward tal-miri tal-faqar u r-riċerka u l-iżvilupp.
Il-Kummissjoni tieħu l-ġlieda kontra l-faqar tassew bis-serjetà. Xeħtet lenti aktar qawwija fuq il-kwistjonijiet soċjali billi integrat il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u t-“Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali” fis-Semestru Ewropew. Twettaq ukoll monitoraġġ tal-iżviluppi u tal-fatturi li jaffettwaw il-faqar fir-rapport annwali tagħha “Employment and Social Developments of Europe” (L-Iżviluppi fl-Impjiegi u Soċjali tal-Ewropa). Matul is-snin, għadd kbir ta’ Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż jittrattaw l-impjiegi, l-akkwiżizzjoni tal-ħiliet, it-tagħlim għall-adulti, il-kura tat-tfal u l-integrazzjoni ta’ dawk l-aktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol. Dawn huma kollha strumentali biex jiġi trattat il-faqar.
Għar-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż), xi Stati Membri kienu ħafna aktar veloċi minn oħrajn. Il-Ġermanja u d-Danimarka kienu laħqu l-miri tagħhom qabel l-2020. Fil-livell tal-UE, l-intensità tar-riċerka u l-iżvilupp żdiedet minn 1,81 % fl-2000 għal 2,19 % fl-2018. Minkejja li l-UE kumplessivament ma laħqitx l-ambizzjoni tagħha fir-rigward tal-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp, il-mira tat-3 % kellha effett ċar ta’ xprun. Iż-żieda fin-nefqa pubblika fuq ir-riċerka u l-iżvilupp u fl-appoġġ pubbliku għar-riċerka u l-iżvilupp tan-negozju fis-snin ta’ konsolidazzjoni fiskali b’saħħitha fil-perjodu li ġie eżatt wara l-kriżi tal-2018, ma kinitx timmaterjalizza mingħajr enfażi tal-politika fuq ir-rwol tar-riċerka u l-iżvilupp għat-tkabbir ekonomiku.
Fid-dawl tal-kriżi attwali, il-Kummissjoni qed tenfasizza li l-Istati Membri jaġixxu fuq żewġ binarji, jiġifieri t-taffija tal-faqar kif ukoll ir-riċerka u l-innovazzjoni bħala prijoritajiet għal strateġija ta’ rkupru.
Il-QEA tosserva li l-Kummissjoni ma tipprovdix rispons bil-miktub lill-Istati Membri rigward il-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li djalogu mmirat mal-awtoritajiet rilevanti fl-Istati Membri huwa aktar effettiv minn rispons ġenerali bil-miktub dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma. F’każ ta’ xi lakuni identifikati, il-Kummissjoni tikkuntattja lill-awtoritajiet biex titlob l-informazzjoni nieqsa. Il-Kummissjoni tuża wkoll sorsi oħra (pereż. il-missjonijiet ta’ ġbir ta’ informazzjoni, laqgħat bilaterali mal-Istati Membri, l-Uffiċjali tas-Semestru Ewropew) biex ikollha stampa kompluta u bbilanċjata.
Is-Semestru Ewropew huwa sħubija b’saħħitha bejn il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Istati Membri. Il-Parlament Ewropew huwa wkoll parteċipant ewlieni permezz tad-djalogi ekonomiċi. Ipoġġi l-prijoritajiet tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea taħt il-lenti biex jitwettqu riformi strutturali filwaqt li jsir investiment f’futur ekoloġiku u sostenibbli. Il-Kummissjoni tenfasizza wkoll li r-rakkomandazzjonijiet ikollhom l-approvazzjoni tal-Kunsill Ewropew u jiġu adottati mill-Kunsill wara skrutinju dettaljat mill-Kumitati differenti tal-Kunsill.
Il-Kummissjoni qieset l-osservazzjonijiet varji u r-rakkomandazzjonijiet sussegwenti tal-QEA. Filwaqt li l-Kummissjoni lesta li tikkunsidra t-titjib potenzjali fil-proċess tas-Semestru, ma taqbilx mas-suġġerimenti li d-dimensjonijiet soċjali u ta’ riċerka ma ngħatawx biżżejjed attenzjoni fis-Semestru.
Introduzzjoni
Il-paragrafi minn 01 sa 08 - Il-Proċess tas-Semestru EwropewIl-Kummissjoni tidentifika l-aktar sfidi importanti li jaffaċċja Stat Membru permezz ta’ analiżi bbażata fuq l-evidenza stipulata fir-Rapport tal-Pajjiż. Dawn ir-rapporti huma ppubblikati u disponibbli pubblikament. Is-Semestru jevolvi maż-żmien u lil hinn mill-attenzjoni inizjali tiegħu dwar l-aspetti fiskali, soċjali u relatati mal-impjiegi, issa jiffoka wkoll fuq l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti sakemm dawn ikunu koperti mill-bażijiet ġuridiċi tas-Semestru. Analiżi ta’ din ix-xorta diġà ġiet ippreżentata fir-Rapporti tal-Pajjiżi tal-2020. Il-kriżi ġabet magħha xi esiġenzi immedjati ta’ saħħa, soċjali u ekonomiċi li għandhom jiġu trattati. Minkejja dan, għall-irkupru ta’ wara l-kriżi, is-sostenibbiltà se ssir tema ċentrali tas-Semestru u se torjenta l-investiment kollu. L-Ewropa għandha opportunità unika biex tiżviluppa l-ħiliet, ir-riċerka u l-innovazzjoni tagħha, kif ukoll l-infrastruttura tagħha biex tippromovi mudell ekonomiku bbażat fuq is-sostenibbiltà ambjentali u n-newtralità klimatika.
Il-Kummissjoni hija lesta li tkun involuta f’diskussjonijiet dwar soluzzjonijiet possibbli ta’ politika u li toffri appoġġ tekniku meta tintalab tagħmel dan. Il-Kummissjoni tħalli f’idejn l-Istati Membri biex jiddeterminaw il-miżuri ta’ politika l-aktar xierqa biex jittrattaw il-prijoritajiet identifikati. Minħabba ċ-ċiklu annwali qasir u l-possibbiltà li l-bżonnijiet ta’ riforma jiġu ripetuti fis-snin suċċessivi, l-interferenza f’qasam ta’ politika meqjus bħala prerogattiva ta’ Stat Membru, sa issa għadha ma ġietx ikkunsidrata bħala xi ħaġa neċessarja. L-assistenza fir-rigward tar-riforma setgħet isseħħ permezz tal-programmi tal-FSIE tal-Kummissjoni u l-assistenza teknika mogħtija permezz tad-DĠ REFORM.
Il-mekkaniżmu tal-istat tad-dritt huwa strument separat mis-Semestru. Qed isiru diskussjonijiet biex tiżdied l-attenzjoni fuq l-istat tad-dritt permezz tal-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu ġdid tal-istat tad-dritt.
Il-paragrafi minn 09 sa 19 - Ir-responsabbiltà għas-Semestru Ewropew hija kondiviża bejn il-Kummissjoni u l-Istati MembriIl-Kummissjoni fil-fatt ħadet għadd ta’ miżuri biex tiżgura li jkun hemm djalogu kontinwu kif ukoll skambju kontinwu ta’ informazzjoni mal-Istati Membri matul iċ-ċiklu tas-Semestru.
Osservazzjonijiet
Il-paragrafi minn 21 sa 31 u l-paragrafu 59 - Tnejn mit-tmien miri Ewropa 2020 x’aktarx li mhux se jintlaħqu. Il-Kummissjoni ma għamlitx biżżejjed rakkomandazzjonijiet biex tittratta l-faqar u r-riċerka f’ċerti Stati Membri. Kwistjonijiet addizzjonali bħall-istat tad-dritt.
Il-Kummissjoni tinnota li l-ilħuq tal-miri dwar l-impjiegi u l-edukazzjoni huwa l-prekursur biex jitbaxxew il-livelli tal-faqar u jintlaħqu livelli ogħla ta’ riċerka u żvilupp. Ir-ristrutturar u r-riformi ta’ wara l-kriżi finanzjarja kienu ffukati fuq is-settur finanzjarju u fuq il-problemi urġenti tal-qgħad fost iż-żgħażagħ u t-tluq bikri mill-iskola. Dawn ħallew il-frott tagħhom għaliex irnexxielha tikseb livell rekord ta’ impjiegi u naqqset it-tluq bikri mill-iskola li kellu wkoll impatt fuq it-tnaqqis tal-faqar.
Il-Kummissjoni tieħu l-ġlieda kontra l-faqar tassew bis-serjetà. Fl-istrument tagħha REACT-EU, imniedi bħala parti mill-Pjan ta’ Rkupru għall-Ewropa, il-Kummissjoni proponiet li r-riżorsi addizzjonali li għandhom jiġu allokati għall-Fond Soċjali Ewropew għandhom jittrattaw bħala kwistjoni prijoritarja, fost l-oħrajn, il-miżuri biex jiġi indirizzat il-faqar fost it-tfal. Il-proposta emendata tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) fl-ambitu tal-QFP propost għall-perjodu 2021-2027 tinkludi rekwiżit li kull Stat Membru għandu jalloka 5 % tar-riżorsi tiegħu tal-FSE+ għal miżuri biex jiġi indirizzat il-faqar fost it-tfal. Dawn ir-riżorsi se jikkontribwixxu wkoll b’mod dirett għall-implimentazzjoni tal-istrument ta’ politika “Garanzija għat-Tfal” tal-futur, li se jiġi propost mill-Kummissjoni fl-2021.
Il-Kummissjoni xeħtet lenti aktar qawwija fuq il-kwistjonijiet soċjali billi integrat il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u t-“Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali” fis-Semestru Ewropew. Il-Kummissjoni tenfasizza li r-rakkomandazzjonijiet ma jinħarġux “awtomatikament” lill-Istati Membri li jkollhom indikatur li jkun mar għall-agħar. Il-Kummissjoni tikkunsidra l-iżviluppi soċjali, il-politiki li jkollhom għaddejjin l-Istati Membri kif ukoll il-progress fir-rigward ta’ riformi rilevanti. Barra minn hekk, matul is-snin, għadd kbir ta’ Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż jittrattaw l-impjiegi, l-akkwiżizzjoni tal-ħiliet, it-tagħlim għall-adulti, il-kura tat-tfal u l-integrazzjoni ta’ dawk l-aktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol. Dawn huma kollha strumentali biex jiġi trattat il-faqar. Bis-saħħa ta’ hekk sar progress sostanzjali fit-tnaqqis tal-faqar mill-eqqel livell tal-kriżi ekonomika u finanzjarja fl-2012 ’il hawn, u dan wassal biex il-proporzjon tan-nies f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali jinżel ferm taħt il-livell ta’ qabel il-kriżi. Fl-2018, 110 miljun ruħ kienu f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali fl-EU-28 - 13,9-il miljun persuna anqas meta mqabbla mal-eqqel livell tal-2012 u 7,5 miljun anqas mil-livell ta’ qabel il-kriżi (2008). Barra minn hekk, iċ-ċifri tal-2019 disponibbli għal tmien Stati Membri (AT, BG, DK, LV, HU, PL, RO u FI) juru tnaqqis ulterjuri fil-popolazzjoni f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali.
In-nefqa fuq ir-riċerka u l-iżvilupp seħħet fuq livelli differenti ħafna fost l-Istati Membri u dan kompla jiddependi fuq il-punt tat-tluq għal kull pajjiż. Il-Ġermanja u d-Danimarka laħqu l-miri tagħhom qabel l-2020 u kkonsolidaw il-vantaġġ tagħhom fl-innovazzjoni. Stati Membri oħra qed jeħduha aktar bil-mod billi jippruvaw jiġġeneralizzaw ir-riċerka u l-innovazzjoni fl-isfera akkademika kif ukoll tan-negozju.
Il-valutazzjoni tal-QEA li l-Kummissjoni ma għamlitx biżżejjed rakkomandazzjonijiet biex tindirizza l-faqar u r-riċerka f’ċerti Stati Membri mhijiex f’sintonija mar-rikonoxximent tagħha li l-Kummissjoni ħarġet għadd ta’ CSRs li jittrattaw it-taffija tal-faqar f’oqsma bħal: l-impjiegi, l-akkwiżizzjoni tal-ħiliet, it-tagħlim tul il-ħajja, il-kura tat-tfal u l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol tal-persuni li qabel kienu marġinalizzati. Il-QEA tirrikonoxxi wkoll il-ħidma dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU. Dan juri l-attenzjoni ddedikata mill-Kummissjoni għat-trattament tal-kawżi tal-faqar mill-għeruq tagħhom: l-aċċess għas-swieq tax-xogħol, il-ħiliet u l-kura tat-tfal. Fid-dawl tal-kriżi attwali, il-Kummissjoni qed tqiegħed enfasi qawwija fuq il-miżuri ta’ sostenn għall-introjtu u ta’ taffija diretta tal-faqar. Dan diġà jidher biċ-ċar fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż tal-2020. L-isforz tal-Kummissjoni permezz tar-rakkomandazzjoni tal-2020 tagħha lill-Kunsill huwa wkoll li jkun hemm investiment fir-riċerka u l-iżvilupp biex tinħataf l-opportunità offruta mill-ekoloġizzazzjoni tal-ekonomija u l-impenn tal-Ewropa vis-à-vis n-newtralità klimatika.
Fl-analiżi tagħha ta’ ambjent tan-negozju ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni tikkunsidra aspetti oħra sakemm ikun hemm rabta makroekonomika. F’termini tar-rispett tal-valur prinċipali tal-Unjoni Ewropea tal-istat tad-dritt, il-Kummissjoni se tippubblika rapport dwar l-Istat tad-Dritt kull sena b’kapitoli speċifiċi għall-Istati Membri.
Il-paragrafi minn 34 sa 40 u l-paragrafi 58 u 61 - Il-valutazzjonijiet multiannwali tal-Kummissjoni rigward l-implimentazzjoni tas-CSRs mill-Istati MembriIl-QEA tosserva li r-rata tal-Istati Membri ta’ implimentazzjoni sħiħa jew sostanzjali tas-CSRs hija baxxa u l-monitoraġġ tal-Kummissjoni mhux dejjem ikun komplut.
Il-Kummissjoni qed taħdem mal-Istati Membri biex itejbu l-istatistika tagħhom ta’ implimentazzjoni sħiħa jew sostanzjali. Il-fatt li sa mill-bidu tas-Semestru Ewropew fl-2011, aktar minn żewġ terzi tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż ġew implimentati b’tal-inqas “xi ftit jew wisq progress”, jikkonferma li r-riformi importanti qed jitwettqu, għalkemm jaf jieħdu aktar fit-tul. Xi riformi qed jaffaċċjaw oppożizzjoni qawwija mill-qasam politiku u mis-soċjetà anki meta l-gvern juri l-impenn tiegħu.
Matul is-snin l-Istati Membri għamlu l-aktar progress fis-servizzi finanzjarji, l-aċċess għall-finanzjament, l-oqfsa tal-insolvenza, il-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tal-impjieg u l-politiki attivi tas-suq tax-xogħol, li jirrifletti l-prijorità li ngħatat lill-istabbilizzazzjoni tas-settur finanzjarju b’reazzjoni għall-kriżi ekonomika u finanzjarja, li kienet tirrikjedi azzjoni politika determinata. Fuq l-istess vena, il-passi biex il-ħolqien tax-xogħol b’kuntratti permanenti jingħata promozzjoni u biex tiġi indirizzata s-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol jirriflettu l-implimentazzjoni soda tar-rakkomandazzjonijiet rilevanti. Anki r-rakkomandazzjonijiet dwar il-politika fiskali u l-governanza fiskali rreġistraw livell qawwi ta’ implimentazzjoni sabiex il-finanzi pubbliċi setgħu jissodaw fil-perjodu li ġie eżatt wara l-kriżi finanzjarja.
Il-fatt li l-iżbilanċi ttejbu b’mod progressiv jew ġew ikkoreġuti tul dawn l-aħħar snin huwa wkoll xhieda fih innifsu tal-implimentazzjoni ta’ suċċess tar-riformi.
Il-Kummissjoni twettaq valutazzjonijiet annwali u multiannwali tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż darbtejn matul kull ċiklu tas-Semestru. Il-metodoloġija tal-valutazzjoni u l-attribuzzjoni tal-kategoriji ta’ implimentazzjoni mill-Kummissjoni tjiebu maż-żmien u huma stretti ferm sabiex tinżamm il-pressjoni fuq l-Istat Membru biex dan jissokta bir-riformi u jlestihom. Sabiex l-analiżi ssir b’aktar faċilità u jkun faċli li r-rata ta’ progress tiġi pparagunata matul is-snin, il-Kummissjoni tuża indikatur sintetiku biex tivvaluta l-progress fir-rigward tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż.
F’każ ta’ implimentazzjoni mhux adegwata li tippersisti, il-Kummissjoni tinvolvi ruħha b’mod attiv mal-Istati Membri bl-għan li tiżgura li l-isfidi u l-prijoritajiet ta’ politika identifikati jiġu indirizzati kif suppost. Ma temminx li aktar rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill u miżuri speċifiċi jwasslu għal djalogu kostruttiv biex tinstab soluzzjoni. Minflok, il-Kummissjoni hija tal-fehma li dan jinkiseb bl-aħjar mod billi l-fondi tal-UE disponibbli jiġu orjentati għall-indirizzar tas-CSRs. Il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni ġew allinjati mas-Semestru, filwaqt li d-DĠ REFORM jipprovdi assistenza teknika lill-Istati Membri. Il-Faċilità għall-Irkupru u għar-Reżiljenza li għadha kemm ġiet proposta (EUR 561 biljun) se jkollha fil-mira kollha tagħha r-riformi ta’ politika relatati mas-Semestru.
Il-Kummissjoni, biex iżżid ir-rata tal-implimentazzjoni sħiħa jew sostanzjali, tikkonsulta aktar mill-qrib mal-Istati Membri, tipprovdi sostenn għar-riformi permezz ta’ servizz apposta u tiżgura li l-fondi Ewropej ikunu kkollegati aħjar mar-riformi.
Fir-rigward tal-bażi tad-data CeSAR għall-valutazzjonijiet tas-CSR, qed isir titjib il-ħin kollu għall-funzjonalità tagħha. Hija għodda għall-ħidma interna kondiviża mal-Istati Membri sa minn Diċembru 2019.
Il-paragrafi minn 41 sa 44 - ir-rabta bejn il-baġit tal-UE u l-implimentazzjoni tas-CSRsIl-QEA tiddikjara li “ma hemmx biżżejjed rabta bejn l-infiq tal-baġit tal-UE u l-implimentazzjoni tas-CSRs”. Madankollu, il-Kummissjoni tista’ tikkonferma li r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż tqiesu fl-ipprogrammar tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej għall-2014-2020. Wieħed irid iżomm f’moħħu li l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej jiġu implimentati potenzjalment fuq medda ta’ għaxar snin fil-perjodu ta’ programmazzjoni attwali (minħabba r-regola n+3). L-outputs u r-riżultati mill-investiment naturalment saħansitra jieħdu medda itwal ta’ żmien biex jimmaterjalizzaw, u għalhekk hija meħtieġa perspettiva fit-tul biex tiġi ġġudikata l-effettività ta’ dak l-aspett biex titrawwem l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż. L-“istudju” li semmiet il-QEA jikkonferma r-rabtiet bejn id-dokumenti ta’ programmazzjoni tal-FSIE (il-Ftehimiet ta’ Sħubija u l-Programmi Operazzjonali) u s-CSRs tas-Semestru Ewropew. In-natura “vasta u ġenerali” ta’ dawk ir-rabtiet tinbet min-natura ġenerali tal-Ftehimiet ta’ Sħubija, li huma dokumenti ta’ programmazzjoni “qafas” u b’hekk mhumiex maħsuba għal rekwiżiti ta’ implimentazzjoni speċifiċi.
Skont ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, id-dokumenti ta’ programmazzjoni għandhom iqisu, fost elementi oħra, is-CSRs rilevanti meta jittieħdu deċiżjonijiet dwar l-interventi. Il-Ftehimiet ta’ Sħubija u l-Programmi Operazzjonali huma dokumenti strateġiċi għall-implimentazzjoni tal-Fondi SIE tul perjodu ta’ seba’ snin, u mhumiex maħsuba unikament għall-implimentazzjoni tas-CSRs. Madankollu, ir-Rapporti dwar il-Pajjiżi ilhom mill-2016 jirrapportaw b’mod regolari dwar il-kontribut tal-baġit tal-UE biex jiġu indirizzati l-isfidi strutturali. Barra minn hekk, is-sinerġiji bejn is-Semestru u l-użu tal-fondi tal-UE ssaħħew b’mod konsiderevoli matul is-snin u dan huwa mistenni li jitkompla fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss. Għall-2021-2027, il-Kummissjoni proponiet li l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż jitqiesu fit-tħejjija tad-dokumenti ta’ programmazzjoni. Matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2021–2027, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw regolarment lill-kumitat ta’ monitoraġġ u lill-Kummissjoni l-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi b’sostenn għas-CSRs. Matul ir-rieżami ta’ nofs it-terminu, l-Istati Membri għandhom iqisu, fost oħrajn, il-ħtieġa għal modifiki fil-programmi biex jakkomodaw CSRs rilevanti adottati jew modifikati sa mill-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni.
Fis-27 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni ħarġet proposta dwar Next Generation EU. L-ewwel pilastru u l-fus tal-pjan ta’ rkupru se tkun Faċilità ġdida għall-Irkupru u għar-Reżiljenza. Il-Faċilità timxi fuq il-passi tal-Għodda għat-Twettiq tar-Riformi u tieħu post l-Istrument Baġitarju għall-Konverġenza u l-Kompetittività (BICC - Budgetary Instrument for Convergence and Competitiveness), li ġie diskuss dan l-aħħar mal-koleġiżlaturi.
Il-Kummissjoni proponiet ukoll l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku, regolament awtonomu li jirrappreżenta t-tkomplija tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali (SRSP - Structural Reform Support Programme) eżistenti.
Il-paragrafi minn 45 sa 52 - L-integrazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż u l-prijoritizzazzjoni tar-riformiIr-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż kompositi msemmija mill-QEA kollha għandhom tema komuni, jiġifieri l-politika fiskali, l-impjiegi u l-politika soċjali, l-ambjent tan-negozju u l-investiment. Il-komponenti tar-rakkomandazzjonijiet jirrigwardaw oqsma differenti ta’ politika li dwarhom l-Istati Membri huma mistennija jwieġbu permezz tal-ministeri u l-korpi ta’ amministrazzjoni varji tagħhom f’perjodu ta’ żmien li jkun analogu. Dan jirrifletti r-realtà li biex jiġu trattati sfidi soċjoekonomiċi speċifiċi hemm bżonn ta’ azzjoni politika f’oqsma differenti. Fir-rigward tal-prijoritizzazzjoni tar-riformi, ir-rakkomandazzjonijiet proposti mill-Kummissjoni jirriflettu l-fehmiet tal-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet prijoritarji li għandhom jittieħdu.
Il-proċess fil-Kunsill jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet jiġu diskussi bejn l-Istati Membri qabel ma jiġu ffinalizzati. Fi tmiem dan il-proċess huwa l-Kunsill li jadotta r-rakkomandazzjonijiet. Barra minn hekk, l-attenzjoni hija fuq id-djalogu kontinwu mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati biex jidentifikaw l-prijoritajiet u r-riformi konkreti. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li dawn il-mekkaniżmi jiżguraw li r-rakkomandazzjonijiet li eventwalment jiġu adottati jkunu fattibbli. Naturalment il-Kummissjoni hija konxja mill-fatt li xi riformi jieħdu aktar żmien minn oħrajn biex jitwettqu u għalhekk żviluppat valutazzjoni multiannwali tal-progress tal-implimentazzjoni.
Dwar ir-referenzjar tar-rakkomandazzjonijiet għal-Linji Gwida Integrati, diġà hemm referenzjar konsiderevoli fid-dokumenti tar-rakkomandazzjonijiet u la l-Istati Membri u lanqas il-Kummissjoni ma wrew il-ħtieġa għal saħansitra aktar referenzjar. Dwar il-lingwaġġ u r-raġunament tar-rakkomandazzjonijiet, huwa importanti li tittieħed nota li kull rakkomandazzjoni għandha premessa ta’ ġustifikazzjoni kif ukoll analiżi li tiġġustifikaha fir-Rapport tal-Pajjiżi. Fid-dawl tal-involviment estensiv bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, ma hemm l-ebda ambigwità fil-mod kif jitwassal il-messaġġ.
Il-paragrafi minn 53 sa 56 - L-involviment mal-partijiet ikkonċernati nazzjonali u l-valutazzjoni tal-Programmi Nazzjonali ta’ RiformaIl-Kummissjoni tirrikjedi l-involviment tal-Istati Membri mal-partijiet ikkonċernati u dan isir minnha wkoll matul il-missjonijiet ta’ ġbir ta’ informazzjoni. Barra minn hekk, matul il-programmazzjoni tal-fondi jkun hemm skambju regolari bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet lokali. L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma integrati sew fiċ-ċikli ta’ programmazzjoni u ta’ implimentazzjoni tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni. Il-Kummissjoni proponiet li dan jinżamm għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027.
Dwar il-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma, il-Kummissjoni tikkonferma l-konsistenza tal-kontenut, iżda żżomm lura milli tinterferixxi mat-tradizzjonijiet nazzjonali tad-dokumentazzjoni u tal-formati. Il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma sar għodda importanti ħafna għall-Istati Membri biex tiffaċilita l-koordinazzjoni interministerjali u interreġjonali fil-proċess ta’ riforma. Il-proposti tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma u l-opinjonijiet dwar il-Programmi ta’ Stabbiltà u Konverġenza tal-Istati Membri minnhom innifishom huma l-prova dokumentata tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Programmi. Il-valutazzjoni hija dokumentata iswed fuq abjad fi premessa standard tat-test ġuridiku tas-CSRs. Barra minn hekk, l-informazzjoni li tinsab fil-Programmi titqies għall-aġġornament tal-valutazzjoni tas-CSRs ippreżentata fil-Komunikazzjoni Chapeau ta’ Mejju li tifforma parti mill-pakkett tas-Semestru ppubblikat. Il-kontenut tal-proposti tas-CSRs iqis ukoll il-miżuri rapportati mill-Istati Membri fil-Programmi tagħhom. Il-Kummissjoni tivvaluta l-konformità mal-mudell u tiffoka fuq l-impenji prinċipali ta’ riforma kif ukoll tikkonferma l-ġbir ta’ informazzjoni li jkun sar minnha stess billi tuża sorsi oħra.
Fir-rigward tal-bażi tad-data CESAR, il-proċeduri interni tal-Kummissjoni huma mfassla għad-DĠ rilevanti kollha biex jikkontribwixxu għall-valutazzjoni kumplessiva tas-CSRs mill-Kummissjoni f’CESAR. Bħala għodda ħajja li qiegħda tiġi żviluppata kontinwament biex ikompli jittejjeb il-proċess ta’ valutazzjoni u ta’ monitoraġġ, qegħdin jiġu żviluppati funzjonalitajiet ġodda f’CESAR biex ikun żgurat aħjar li d-DĠ rilevanti kollha jipprovdu l-valutazzjoni tagħhom fil-bażi tad-data.
Il-Kummissjoni ma taqbilx mad-dikjarazzjoni li r-raggruppamenti frekwenti tas-CSRs iwasslu biex il-monitoraġġ ikun anqas paragunabbli matul is-snin. Il-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tas-CSRs l-ewwel issir għal kull sottoparti individwali u mbagħad, f’aggregazzjoni għas-CSRs kompluti. Sabiex l-analiżi ssir b’aktar faċilità u jkun faċli li r-rata ta’ progress tiġi pparagunata matul is-snin, il-Kummissjoni tuża indikatur sintetiku biex tivvaluta l-progress fir-rigward tas-CSRs Iddaħħlu xi aġġustamenti f’CESAR biex isir traċċar aħjar tar-rakkomandazzjonijiet skont kull qasam ta’ politika matul perjodu ta’ żmien.
Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
59Il-Kummissjoni ma tikkondividix il-konklużjoni tal-QEA li ma hemmx biżżejjed enfasi fuq it-taffija tal-faqar, u lanqas li hemm xi żbilanċ fit-taħlita tas-CSRs.
Sabiex tingħata attenzjoni speċjali lill-kwistjonijiet tal-istat tad-dritt, ġie stabbilit Mekkaniżmu ġdid dwar l-Istat tad-Dritt. Il-kopertura ta’ tali kwistjonijiet fis-Semestru tiffoka fuq każijiet li għandhom impatt makroekonomiku ċar.
Rakkomandazzjoni 1 – Għandha titpoġġa enfasi qawwija fuq id-dimensjonijiet soċjali u ta’ riċerka fil-proċess tas-Semestru EwropewIl-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni, billi se tindirizza għalkollox il-konsegwenzi soċjoekonomiċi tal-kriżi tal-COVID-19. Il-Kummissjoni ħadet impenn li tneħħi lin-nies mill-faqar billi tindirizza l-kawżi tar-riskji tal-faqar.
Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni parzjalment, inkwantu ma tistax tieħu impenn li toħroġ CSRs għall-Istati Membri kollha li ma jagħmlux progress. Fid-dawl tal-Patt Ekoloġiku Ewropew il-ġdid u t-tranżizzjoni diġitali, ir-riċerka u l-innovazzjoni huma mistennija li jkollhom rwol sinifikanti fis-Semestru Ewropew u biex l-ekonomija tal-UE ssir kompetittiva u newtrali għall-klima.
Rakkomandazzjoni 2 – Għandhom jissaħħu l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tas-CSRsL-ewwel inċiż - Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni u issa qed tiżgura li l-membri kollha tat-tim tal-Pajjiż jaġġornaw il-valutazzjoni tagħhom tal-implimentazzjoni f’CeSAR. Bħala għodda ħajja li qiegħda tiġi żviluppata kontinwament biex ikompli jittejjeb il-proċess ta’ valutazzjoni u ta’ monitoraġġ, qegħdin jiġu żviluppati funzjonalitajiet ġodda f’CESAR biex ikun żgurat aħjar li d-DĠ rilevanti kollha jipprovdu l-valutazzjoni tagħhom fil-bażi tad-data.
It-tieni inċiż - Il-Kumissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni parzjalment. Se tiżgura li l-informazzjoni diġà disponibbli pubblikament permezz tar-rapporti tal-pajjiżi dwar is-CSRs u l-istatus ta’ implimentazzjoni tagħhom ikunu disponibbli online wkoll. Biex dan isir iridu jaqblu l-Istati Membri.
It-tielet inċiż - Il-Kummissjoni ma taċċettax din ir-rakkomandazzjoni. Il-Kummissjoni qed tibni relazzjoni ta’ kooperazzjoni mal-Istati Membri biex tidentifika u tindirizza l-isfidi flimkien magħhom.
Fil-fatt, il-Kummissjoni diġà qed tapplika l-prinċipju li ressqet il-QEA, billi ttenni r-rakkomandazzjonijiet f’rawnds sussegwenti tas-Semestru f’każ ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni, u billi tagħmilhom aktar preċiżi fejn ġustifikat. Għaldaqstant, ma tqisx li huwa xieraq li tikkunsidra miżuri ulterjuri skont ir-Regolament.
Rakkomandazzjoni 3 – Għandha tissaħħaħ ir-rabta bejn il-fondi tal-UE u s-CSRsIl-Kummissjoni taċċetta parzjalment din ir-rakkomandazzjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027. Fil-programmazzjoni tal-fondi SIE diġà hemm xi kundizzjonalitajiet, maqbula b’mod reċiproku, fir-rigward tar-riformi. Barra minn hekk, fis-27 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni proponiet Faċilità ġdida għall-Irkupru u għar-Reżiljenza li se tipprovdi sostenn finanzjarju fuq skala kbira għar-riformi u għall-investimenti li jsiru mill-Istati Membri, u b’hekk tagħti daqqa t’id lill-Istati Membri fl-indirizzar tal-isfidi identifikati fis-Semestru Ewropew. Dan, iżda, se jkun jiddependi min-negozjati fil-Parlament u fil-Kunsill.
Rakkomandazzjoni 4 – Għandha tittejjeb il-formulazzjoni tas-CSRsIl-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni parzjalment, inkwantu CSRs individwali jittrattaw sfida politika komuni waħda. Il-fatt li CSR tinkludi kwistjonijiet varji jirrifletti r-realtà li biex jiġu trattati sfidi soċjoekonomiċi speċifiċi hemm bżonn ta’ azzjoni politika f’oqsma differenti. Il-miri kwantifikabbli kienu jeżistu fl-ambitu tal-istrateġija Ewropa 2020. Iż-żieda ta’ miri ulterjuri mhijiex meqjusa ta’ siwi. Mhuwiex meqjus prattiku li tiġi stabbilita skeda taż-żmien billi l-Kummissjoni hija konxja mill-fatt li r-riformi jaf ikollhom jitwettqu fi stadji differenti matul iż-żmien. Li tista’ tiġi prevista hija valutazzjoni kwalitattiva aktar dettaljata tal-isforzi ta’ implimentazzjoni ta’ Stat Membru. Dan diġà huwa rikonoxxut meta l-Kummissjoni tivvaluta l-implimentazzjoni u tapplika kategoriji differenti ta’ valutazzjoni, pereż. progress limitat, xi ftit jew wisq progress, eċċ. Il-Kummissjoni diġà tipprovdi raġunament adegwat għar-rakkomandazzjonijiet fir-Rapporti tal-Pajjiżi u l-premessi tas-CSRs.
Rakkomandazzjoni 5 – Għandha tiġi provduta valutazzjoni ċara tal-Programmi Nazzjonali ta’ RiformaL-ewwel inċiż - Il-Kummissjoni taċċetta parzjalment din ir-rakkomandazzjoni, soġġetta għall-eżitu tan-negozjati li jinsabu għaddejjin mal-koleġiżlaturi dwar il-QFP u l-Faċilità għall-Irkupru u għar-Reżiljenza.
Il-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma jikkomplementaw u jikkonfermaw l-informazzjoni li tinkiseb minn sorsi oħra. Il-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma kif inhuma strutturati bħalissa huma meqjusa ferm ta’ siwi għall-formulazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż u adattati għall-iskop. Diġà fihom elementi varji kif issuġġerit mill-QEA. Fl-istess waqt, il-Kummissjoni tul il-kooperazzjoni li għandha għaddejja bħalissa mal-Istati Membri se tesplora x’tip ta’ titjib ta’ benefiċċju reċiproku jista’ jsir għall-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma.
Barra minn hekk, fid-dawl tal-proposti tal-Kummissjoni għall-QFP 2021-2027, l-istruttura tal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tista’ tiġi aġġustata, skont ir-rwol propost tal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma għall-Faċilità għall-Irkupru u għar-Reżiljenza. B’mod partikolari, fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u għar-Reżiljenza, l-Istati Membri se jkunu jistgħu jippreżentaw il-Pjanijiet għall-Irkupru u għar-Reżiljenza tagħhom annessi mal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma.
It-tieni inċiż - Il-Kummissjoni ma taċċettax din ir-rakkomandazzjoni.
Il-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma għandhom rwol ferm importanti biex jittieħed impenn għall-implimentazzjoni tar-riforma fl-Istati Membri, fost il-Ministeri tagħhom stess u mal-partijiet ikkonċernati. Għall-Kummissjoni, il-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma huma għodda ta’ siwi li jiġbru flimkien u jikkonfermaw l-informazzjoni li l-Kummissjoni tkun ġabret permezz ta’ diversi kanali oħra bħala parti mill-attivitajiet kontinwi tagħha ta’ sorveljanza ekonomika.
Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma hija riflessa fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż proposti u l-premessi li jakkumpanjawhom. Li tkun provduta valutazzjoni mfassla apposta u espliċita tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma lill-Istat Membru mhijiex meqjusa li tagħti xi valur miżjud fid-dawl tar-rwol attwali li għandhom il-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.
Noti finali
1 Is-Semestru Ewropew ġie introdott bħala element ġdid wara ftehim li sar fl-2010 (ara l-Komunikazzjoni KUMM(2010) 250 finali dwar It-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika u l-Komunikazzjoni KUMM(2010) 367/2 dwar It-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika għall-istabilità, it-tkabbir u l-impjiegi - Għodda għal governanza ekonomika tal-UE isħaħ, rispettivament) kif ukoll l-emendi li saru fl-2011 bir-Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 12).
2 Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “EWROPA 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv”, COM(2010) 2020, tat-3.3.2010, l-Anness 1, p. 30.
3 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Evalwazzjoni tal-istrateġija tal-Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” – COM(2014) 130 final/2, tad-19.3.2014. p. 18.
4 Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “L-Istrateġija Annwali għall-Iżvilupp Sostenibbli 2020”; COM(2019) 650 final, 17.12.2019.
5 Ara l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar It-tisħiħ ulterjuri tal-Istat tad-Dritt fi ħdan l-Unjoni; COM(2019) 163 final, pp. 9-12.
6 L-Artikolu 12(a) tar-Regolament Nru 1466/97.
7 L-Artikolu 2-a(3) u l-Artikolu 2-ab(2) tar-Regolament Nru 1466/97.
8 Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tal-Lussemburgu tat-12 u t-13 ta’ Diċembru 1997, u – l-Anness 1 - ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew dwar il-koordinazzjoni tal-politika ekonomika fit-tielet stadju tal-UEM u dwar l-Artikoli 109 u 109b, il-paragrafu 3 tat-Trattat).
9 Ir-Rapport tal-Kunsill lill-Kunsill Ewropew – Titjib fl-implimentazzjoni tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, Brussell, il-21 ta’ Marzu 2005, 7423/05, UEM 97, ECOFIN 104, p. 4 tal-Anness.
10 Ir-Regolament (UE) Nru 1173/2011 dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro, il-paragrafu 3 tal-Preambolu, is-16 ta’ Novembru 2011.
11 It-tieni paragrafu tal-Artikolu 2-a(3) tar-Regolament Nru 1466/97.
12 L-Artikoli 11(1) u 4(2) tar-Regolament Nru 1466/97.
13 Ara l-Awditu mill-QEA tal-Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku (MIP) – ir-Rapport Speċjali Nru 3/2018, u l-awditu mill-QEA tar-Rapport Speċjali Nru 18/2018 dwar il-Parti Preventiva tal-PST.
14 L-2008 kienet il-perjodu referenzjarju inizjali li ntuża biex bi tqabbil miegħu jiġu stabbiliti l-miri.
15 Ara wkoll in-Nota ta’ Diskussjoni tal-Persunal tal-FMI, Inequality and poverty across generations in the EU, Jannar 2018.
16 https://ec.europa.eu/eurostat/tgm/refreshTableAction.do?tab=table&plugin=1& pcode=tessi012&language=en.
17 Ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-26.4.2017 dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; C(2017) 2600 final.
18 Ir-riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti adottata mill-Assemblea Ġenerali “Transforming our world: the 2030 Agenda for Sustainable Development”; A/RES/70/1; il-25 ta’ Settembru 2015.
19 Il-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea 2019-2024 li jmiss “Unjoni li tirsisti aktar – l-aġenda tiegħi għall-Ewropa” mill-President Ursula von der Leyen matul il-kandidatura tagħha; p. 9.
20 Ara l-Figura 2 f’p. 4 tan-Noti Strateġiċi taċ-ĊESP, il-Kummissjoni Ewropea, il-Ħarġa Nru 6/2015.
21 Skont l-Artikolu 121(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
22 Skont l-Artikolu 2-a (3)(a) tar-Regolament Nru 1466/97.
23 L-Artikoli 15 u 96 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006.
24 Rapport imħejji minn Ismeri Europa għall-Kummissjoni, li jġib it-titolu “Support of European Structural and Investment (ESI) Funds to the implementation of the Country Specific Recommendations and to structural reforms in Member States”, 2018.
25 L-Opinjoni Nru 6/2018 tal-QEA dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi; il-paragrafi 31-34 u r-Rakkomandazzjoni (4), kif ukoll il-paragrafi 36-39 u r-Rakkomandazzjoni (9).
26 Il-Kummissjoni “Dokument ta' riflessjoni dwar l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja” COM(2017) 291 tal-31.5.2017, p. 24.
27 L-Artikolu 2-a(2)(a) u (b) tar-Regolament Nru 1466/97 jirrikjedi s-sorveljanza tal-implementazzjoni tal-linji gwida ġenerali tal-politika ekonomika, u l-eżami tal-implementazzjoni tal-linji gwida dwar l-impjiegi.
28 L-Artikolu 2-a(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97.
29 L-Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni – It-titjib tal-governanza tas-Semestru Ewropew: Kodiċi ta’ Kondotta għall-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-123 sessjoni plenarja, il-11 u t-12 ta’ Mejju 2017.
30 L-Italja ħarġet mill-PDE f’Ġunju 2013, u l-perjodu ta’ qabel ġie parzjalment kopert mill-awditu tal-Qorti relatat mal-PDE. Hija ġiet inkluża fil-kampjun minħabba l-applikazzjoni estensiva tal-klawsoli ta’ flessibbiltà taħt il-parti preventiva u l-importanza kumplessiva tagħha għall-iżviluppi makroekonomiċi fl-UE.
31 Id-data dwar il-faqar għandha tiġi interpretata b’attenzjoni. Pereżempju, l-indikatur kompost AROPE huwa partikolarment affettwat mill-indikatur “f’riskju ta’ faqar ta’ introjtu wara trasferimenti soċjali”. Dan tal-aħħar huwa miżura relattiva tal-faqar u s-soll tagħha jvarja ħafna fost l-Istati Membri. Ivarja wkoll matul iż-żmien billi jsegwi l-evoluzzjoni tal-introjtu disponibbli medjan nazzjonali: f’għadd ta’ Stati Membri s-soll naqas matul il-perjodu 2008-2017 (il-Greċja u Ċipru) jew baqa’ kważi stabbli (Spanja u l-Italja).
32 Persuni li jgħixu f’unità domestika b’introjtu disponibbli “ekwivalizzat” wara trasferimenti soċjali ta’ inqas minn 60 % tal-introjtu medjan nazzjonali. Dan is-soll huwa konvenzjonali u jirrappreżenta l-livell ta’ introjtu li jitqies li huwa meħtieġ biex persuna tgħix ħajja deċenti.
33 Persuni li ma jistgħux jaffordjaw mill-inqas tlieta minn dawn id-disa’ bżonnijiet: iħallsu l-kera, l-ipoteka jew il-kontijiet tal-utilitajiet tagħhom; iżommu djarhom sħan biżżejjed; jiffaċċjaw spejjeż mhux mistennija; jieklu laħam jew proteini b’mod regolari; imorru fuq btala; ikollhom sett tat-televiżjoni; magna tal-ħasil; karozza; telefon. Fl-2017, l-UE aġġornat din il-lista li issa tinkludi seba’ bżonnijiet oħra: jissostitwixxu ħwejjeġ u għamara antiki; ikollhom żewġ pari żraben; jonfqu ammont żgħir ta’ flus għall-użu personali; ikollhom attivitajiet ta’ divertiment regolari; joħorġu jixorbu/jieklu darba fix-xahar; u li jkollhom konnessjoni tal-internet. In-nuqqas ta’ magna tal-ħasil, ta’ televiżjoni u ta’ telefon tneħħew mil-lista riveduta bħala miżuri inadegwati ta’ privazzjoni.
34 Persuni fl-età ta’ 0 u 59 sena li qed jgħixu f’unitajiet domestiċi fejn individwi fl-età lavorattiva (esklużi studenti li għandhom inqas minn 25 sena) ħadmu inqas minn 20 % tal-potenzjal totali tax-xogħol tagħhom matul l-aħħar sena.
35 Minbarra l-mira għall-2020 u f’konformità mal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-iżvilupp sostenibbli, l-Istati Membri tal-UE impenjaw lilhom infushom biex inaqqsu l-faqar bin-nofs fid-dimensjonijiet kollha tiegħu sal-2030.
36 Minħabba nuqqas ta’ data komparattiva għall-2008, il-Kroazja mhijiex inkluża fil-kalkoli (1.1 miljun persuna f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali fl-2017).
37 https://ec.europa.eu/eurostat/tgm/table.do?tab=table&init=1&language=en& pcode=tesem100&plugin=1.
Kronoloġija
| Avveniment | Data |
|---|---|
| Il-Memorandum ta’ Ppjanar tal-Awditjar (APM) jiġi adottat / L-awditu jinbeda | 19.9.2017 |
| L-abbozz ta’ rapport jintbagħat uffiċjalment lill-Kummissjoni (jew lill-entità l-oħra awditjata) |
31.1.2019 |
| Ir-rapport finali jiġi adottat wara l-proċedura kontradittorja | 30.6.2020 |
| Ir-risposti uffiċjali tal-Kummissjoni (jew tal-entità l-oħra awditjata) jaslu bil-lingwi kollha | 20.7.2020 |
Kuntatt
IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG
Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors
Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).
Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2020
| ISBN 978-92-847-2084-2 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/11434 | QJ-AB-19-027-MT-N | |
| HTML | ISBN 978-92-847-2079-8 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/675563 | QJ-AB-19-027-MT-Q |
DRITTIJIET TAL-AWTUR
© L-Unjoni Ewropea, 2020.
Il-politika tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) dwar l-użu mill-ġdid hija implimentata bid-Deċiżjoni Nru 6-2019 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-politika tad-data miftuħa u l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti.
Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor (eż. f’avviżi individwali dwar id-drittijiet tal-awtur), il-kontenut tad-dokumenti tal-QEA, li huwa proprjetà tal-UE, huwa liċenzjat taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution 4.0 International (CC BY 4.0). Dan ifisser li l-użu mill-ġdid huwa awtorizzat, dment li l-awturi jingħataw kreditu xieraq u li l-bidliet jiġu indikati. Il-persuni li jużaw mill-ġdid dan il-kontenut ma jistgħux ibiddlu s-sinifikat jew il-messaġġ oriġinali tad-dokumenti. Il-QEA ma għandhiex tkun responsabbli għal kwalunkwe konsegwenza relatata mal-użu mill-ġdid.
Inti meħtieġ tikseb drittijiet addizzjonali ċari jekk kontenut speċifiku juri individwi privati identifikabbli, pereżempju f’ritratti li jkun fihom il-membri tal-persunal tal-QEA, jew jekk ikun jinkludi xogħlijiet ta’ parti terza. Fejn ikun inkiseb permess, tali permess għandu jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b’mod ċar kwalunkwe restrizzjoni dwar l-użu.
Biex tuża jew tirriproduċi kontenut li ma jkunx proprjetà tal-UE, inti jista’ jkun li jkollok titlob il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.
Software jew dokumenti li jkunu koperti mid-drittijiet ta’ proprjetà industrijali, bħal privattivi, trademarks, disinji rreġistrati, logos u ismijiet, huma esklużi mill-politika tal-QEA dwar l-użu mill-ġdid u inti ma għandekx il-liċenzja biex tużahom.
Il-familja ta’ Siti Web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan id-dominju europa.eu, tipprovdi links għal siti ta’ partijiet terzi. Peress li dawn ma jaqgħux taħt il-kontroll tal-QEA, inti mħeġġeġ biex teżamina l-politiki tagħhom dwar il-privatezza u dwar id-drittijiet tal-awtur.
Użu tal-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri
Ma jistax isir użu mil-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tagħha minn qabel.
Kif tikkuntattja lill-UE
Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f'dan is-sit: https://europa.eu/european-union/contact_mt
Bit-telefown jew bil-posta elettronika
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:
- bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
- fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew
- bil-posta elettronika permezz: https://europa.eu/european-union/contact_mt
Kif issib tagħrif dwar l-UE
Onlajn
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: https://europa.eu/european-union/index_mt
Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tniżżel mill-internet jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li xi wħud minnhom huma bla ħlas u xi oħrajn bil-ħlas, minn: https://op.europa.eu/mt/publications. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tal-informazzjoni lokali tiegħek (ara https://europa.eu/european-union/contact_mt).
Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1952 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: http://eur-lex.europa.eu
Dejta Miftuħa mill-UE
Il-portal tad-Dejta Miftuħa mill-UE (https://copenhagenizeindex.eu/) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-dejta mill-UE. Id-dejta tista’ titniżżel mill-internet u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.
