
© Adobe Stock
Tista’ tgħix u taħdem f’pajjiż ieħor tal-UE. Agħti titwila lejn il-portal tal-EURES għall-pożizzjonijiet tax-xogħol vakanti u pariri prattiċi.

© Adobe Stock
Tista’ tirtira fi kwalunkwe pajjiż tal-UE (flimkien mal-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Iżvizzera) u tirċievi l-pensjoni tal-istat tiegħek hemmhekk.

Tista’ tistudja jew tagħmel kors ta’ taħriġ f’pajjiż ieħor tal-UE. Iktar minn 15-il miljun persuna ħadu sehem fil--programm Erasmus minn meta beda fl-1987.

© Adobe Stock
L-UE neħħiet it-tariffi tar-roaming fl-2017: issa huwa irħas biex iżżomm kuntatt mal-ħbieb u mal-familja int u tivvjaġġa madwar l-UE. L-abbonamenti diġitali li jkollok jivvjaġġaw miegħek ukoll!

Jekk timrad waqt li tkun qed iżżur pajjiż ieħor tal-UE, il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tiżgura li tista’ tikseb kura tas-saħħa pprovduta mill-Istat. Tiġi ttrattat(a) bl-istess kundizzjonijiet u bl-istess rati bħall-persuni assigurati f’dak il-pajjiż.

Tista’ taqbad mal-internet b’xejn bil-hotspots WiFi4EU, li jinsabu f’żoni pubbliċi f’eluf ta’ komunitajiet lokali madwar l-UE. Fittex dan is-simbolu:


Tista’ tuża munita waħda — l-euro — f’20 pajjiż tal-UE.

© Adobe Stock
Tista’ ddur madwar l-UE b’moħħok mistrieħ. Meta tivvjaġġa bl-ajru, bil-ferrovija, bil-vapur, b’tal-linja jew bil-coach, tkun protett(a) b’sett sħiħ ta’ drittijiet tal-passiġġieri.

© Adobe Stock
Il-ġugarelli jridu jissodisfaw regoli stretti ta’ sikurezza qabel ma jkunu jistgħu jinbiegħu fl-UE.

© Adobe Stock
Ir-regoli tal-UE jfissru li tista’ tikkanċella jew tirritorna x-xirjiet online fi żmien 14-il jum bla ma jkollok tagħti raġuni.

© Adobe Stock
In-nies fl-UE jibbenefikaw minn uħud mill-aktar standards stretti tad-dinja għal ikel sikur u tajjeb għas-saħħa.

© Adobe Stock
Flus sa EUR 100 000 imfaddlin il-bank dejjem jiġu protetti.
Skopri aktar dwar dak li l-UE tagħmel għalik.