Tixtieq issemma’ leħnek fil-futur tal-Ewropa? Trid tipparteċipa b’mod attiv fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha? Tista’ tgħin fit-tiswir u fit-titjib tal-UE b’ħafna modi.
Eluf ta’ Ewropej diġà wrew it-tamiet u l-aspettattivi tagħhom għas-snin li ġejjin permezz tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa — l-akbar eżerċizzju ta’ konsultazzjoni li qatt sar fl-UE. Waħda mill-karatteristiċi ewlenin tal-konferenza kienet sensiela ta’ dibattiti mmexxija miċ-ċittadini, li issa qed isiru parti regolari mill-ħajja demokratika fl-UE.
Panels taċ-ċittadini Ewropej
150
ċittadin
magħżula b’mod każwali
mis-27 Stat Membru
bi sfondi differenti
(ġeneru, età, edukazzjoni, introjtu differenti, minn żoni urbani/rurali)
li terz minnhom huma żgħażagħ
(16–25 sena)
Sir af aktar dwar il-panels taċ-ċittadini Ewropej.

Parteċipanti fil-Panel taċ-Ċittadini Ewropej biex jiddiskuti l-Indirizzar tal-Mibegħda fis-Soċjetà, Brussell, il-Belġju, April–Mejju 2024.
Tista’ ssemma’ leħnek ukoll billi tivvota fl-elezzjonijiet Ewropej kull 5 snin.
Tgħallem aktar dwar l-elezzjonijiet Ewropej.
Il-membru tal-PE tiegħek jirrappreżenta l-interessi tiegħek u dawk tal-belt jew ir-reġjun tiegħek fl-Ewropa u jivvota f’ismek dwar liġijiet li jiġu applikati madwar l-UE.
Sir af liema MEPs jirrappreżentaw lil pajjiżek.
Qatt ħsibt jekk hemmx liġi tal-UE li tista’ tkun aħjar? Jekk iva, tista’ tgħin biex ir-regoli tal-UE jsiru adattati għall-futur billi tagħti suġġerimenti dwar kif il-liġijiet eżistenti jistgħu jiġu ssimplifikati u mmodernizzati. Tista’ wkoll taqsam ħsibijietek dwar politiki ġodda. Tista’ tikkontribwixxi fi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE.
Semma’ leħnek dwar il-kwistjonijiet li huma importanti għalik.
Permezz tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej, tista’ titlob lill-Kummissjoni tipproponi liġi ġdida. L-ewwel nett, se jkollok bżonn tiġbor appoġġ għall-kawża tiegħek. Kif inizjattiva tilħaq miljun firma, il-Kummissjoni tiddeċiedi x’azzjoni tieħu. S’issa kien hemm disa’ inizjattivi taċ-ċittadini li laħqu l-għadd ta’ firem meħtieġ.
L-ewwel inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej li qatt irnexxiet, “Right2Water”, wasslet għal regoli ġodda biex jiġu żgurati s-sikurezza u l-kwalità tal-ilma tax-xorb, kif ukoll aċċess aktar faċli għalih għal gruppi vulnerabbli. Inizjattiva aktar reċenti, ‘End the Cage Age’, dalwaqt se twassal għal A more recent initiative, ‘End the Cage Age’, will soon lead to a proposta biex jiġu eliminati gradwalment il-gaġeġ għal għadd ta’ annimali tal-irziezet.
A more recent initiative, ‘End the Cage Age’, will soon lead to a proposta biex jiġu eliminati gradwalment il-gaġeġ għal għadd ta’ annimali tal-irziezet.