Immaġni bil-bnadar kollha tal-Unjoni Ewropea.

Immaġni bl-istilel tal-Unjoni Ewropea li jdawwru d-dinja u t-tfal.Il-pjan tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tat-Tfal

Fuljett

Dan il-fuljett jitkellem dwar pjan ġdid dwar id-drittijiet tat-tfal.

is-simbolu tal-UE – l-istilel f’ċirku li jirrappreżenta l-Unjoni Ewropea

Il-pjan inkiteb mill-Unjoni Ewropea.

L-Unjoni Ewropea hija 27 pajjiż li jaħdmu flimkien.

L-Unjoni Ewropea hija magħrufa wkoll bħala l-UE.

Adult jagħmel wegħda lil tifel/tifla

Id-drittijiet tat-tfal huma wegħdiet li l-adulti għamlu biex it-tfal ikollhom ħajja sew.

Kont taf?

Simbolu tan-Nazzjonijiet Uniti

Li l-akbar ġabra ta’ wegħdiet dwar id-drittijiet tat-tfal tissejjaħ il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal.

Dawn huma xi eżempji ta’ drittijiet tat-tfal

Dawl tat-traffiku
  • Is-sikurezza.
Spazju rikreattiv
  • Il-logħob.
Tifla taqra ktieb
  • It-tagħlim.
Grupp ta’ tfal jitkellmu ma’ xulxin
  • Id-dritt li jsemmgħu leħinhom.

Il-pjan jgħid li l-UE se tagħmel l-affarijiet li ġejjin.

Adult fi klassi li qed jispjega lil diversi adulti dwar id-drittijiet tat-tfal
  • Tgħallem lill-adulti dwar id-drittijiet tat-tfal.
Id adulta żżomm il-flus
  • Tuża l-flus għall-affarijiet li huma meħtieġa biex it-tfal igawdu d-drittijiet tagħhom.
Adulti li qed jaħsbu dwar kif se jgħinu lit-tfal biex ikollhom edukazzjoni tajba
  • Taħseb dwar kif tista’ twettaq d-drittijiet tat-tfal.

L-ewwel sitt affarijiet fil-pjan

Fuljett

Il-pjan jgħid li l-UE trid tagħmel sitt affarijiet.

Is-simbolu tal-UE – l-istilel f’ċirku li jirrappreżenta l-Unjoni Ewropea

L-UE trid tiżgura li:

1 – Tfal fi grupp jitkellmu ma’ xulxin

1. It-tfal kollha jsemmgħu leħinhom.

2 – Skola 2 – ambulanza

2. It-tfal ikunu jistgħu jiksbu edukazzjoni tajba u jirċievu l-għajnuna xierqa minn tabib jew sptar meta jkollhom bżonn.

2 – familja bi trolley tax-xiri kollu ikel

Il-familji jkollhom biżżejjed flus.

3 – Id-dawl tat-traffiku

3. It-tfal ikunu sikuri.

4 – Karozza tal-pulizija 4 – imħallef

4. It-tfal jiġu ttrattati b’mod ġust mill-pulizija, l-avukati u l-imħallfin.

5 – Kompjuter 5 – tifla żgħira tikkonsulta l-ismartphone tagħha

5. It-tfal ikunu jistgħu jużaw il-kompjuters u l-mobiles u jkunu sikuri.

6 – Tfal f’ċirku bid-dinja f’nofshom

6. It-tfal kollha fid-dinja jkunu jistgħu jgawdu d-drittijiet tagħhom.

Kont taf?

Meta għamlet il-pjan l-UE tkellmet ma’ ħafna nies, inklużi 10,000 tifel u tifla.

Din il-verżjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal (Il-Pjan), adattata għattfal, inħolqot fi sħubija mat-tfal infushom. Żewġ gruppi ta’ tfal u żgħażagħ minn żewġ skejjel f’Dublin, l-Irlanda, ingħaqdu flimkien permezz taċ-Ċentru għad-Drittijiet tat-Tfal ta’ Queen’s University f’Belfast, l-Irlanda ta’ Fuq. Huma ħadmu flimkien biex jiddeċiedu dwar kif il-messaġġi ewlenin tal-“Pjan” għandhom jiġu spjegati lit-tfal f’dan il-ktejjeb.

Il-Kummissjoni Ewropea tixtieq b’mod speċjali tirringrazzja lil: Bremore Educate Together Secondary School, l-għalliema Kathy u Janice, u l-istudenti Hamilton, Alex, Stuart, Katie, Joseph, Molly u Niamh; u lil St Joseph’s Secondary School (ta’ Rush), l-għalliema Darren, Judy, Kevin u Louise, u l-istudenti Ellie, Cohen, Mollie, Joshua, Christopher, Evan, Jake, Kelsie, Monika, Cordelia, Stephen u Oisin kif ukoll it-Tfal tal-Kunsill tat-tfal u ż-żgħażagħ fi ħdan il-Fondazzjoni ta' Malta għall-ġid tas-Soċjeta'.

L-aċċessibbiltà għad-dokument ġiet żgurata mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Print ISBN 978-92-76-44192-2 doi:10.2838/65472 DS-03-21-113-MT-C
PDF ISBN 978-92-76-41355-4 doi:10.2838/06358 DS-03-21-113-MT-N
HTML ISBN 978-92-76-41332-5 doi:10.2838/164 DS-03-21-113-MT-Q

Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2021

© L-Unjoni Ewropea, 2021

Id-dinja fuq il-qoxra, immaġni ta’ OpenClipart-Vectors minn Pixabay

Fejn nista’ nsib iktar informazzjoni?

Hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct madwar l-Unjoni Ewropea kollha. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru tiegħek hawnhekk: https://europa.eu/european-union/contact/meet-us_mt

Tista’ tikkuntattja lill-Europe Direct:

— fuq in-numru tat-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jistgħu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),

— fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew

— bl-email fuq: https://europa.eu/european-union/contact_mt

L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: https://europa.eu.

Tista’ tniżżel jew tordna pubblikazzjonijiet tal-UE kemm dawk li huma b’xejn kif ukoll dawk li huma bi ħlas minn: https://op.europa.eu/en/publications

Għall-għajnuna u pariri għaċ-ċittadini u n-negozji tal-UE, żur L-Ewropa Tiegħek: https://europa.eu/youreurope/index.htm

Għal materjal edukattiv, logħob u kwiżżijiet, żur ir-Rokna tat-Tagħlim: https://europa.eu/learning-corner/home_mt

Skopri l-Portal taż-Żgħażagħ: https://europa.eu/youth/EU_mt

Il-Kummissjoni Ewropea f’pajjiżek: https://ec.europa.eu/info/about-european-commission/contact/representations-member-states_mt

Il-Parlament Ewropew f’pajjiżek: https://www.europarl.europa.eu/at-your-service/mt/stay-informed/liaison-offices-in-your-country

In-Network taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi: https://ec.europa.eu/info/live-work-travel-eu/consumer-rights-and-complaints/resolve-your-consumer-complaint/european-consumer-centres-network-ecc-net_mt