Ir-rekwiżiti tal-UE għall-oqfsa baġitarji nazzjonali: jeħtieġ li jissaħħu aktar u l-applikazzjoni tagħhom tiġi mmonitorjata aħjar
Dwar ir-rapport:
Dan ir-rapport jivvaluta jekk l-azzjonijiet li l-Kummissjoni ħadet wara l-kriżi għat-tisħiħ tal-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri tal-UE kinux kisbu r-riżultati intenzjonati. L-azzjoni leġiżlattiva tal-UE pprovdiet l-impetu, madankollu, hemm lok għal titjib fir-rigward tal-qafas legali u sa issa l-Kummissjoni għandha biss aċċertament limitat li l-Istati Membri qed japplikaw ir-rekwiżiti tal-UE b’mod xieraq. Barra minn hekk, hemm riskju ta’ diverġenzi bejn il-valutazzjoni tal-Kummissjoni u dik tal-Istituzzjonijiet Fiskali Indipendenti f’dak li jirrigwarda l-konformità tal-pjanijiet fiskali nazzjonali annwali u ta’ terminu medju mar-regoli fiskali tal-UE, li jistgħu jnaqqsu l-effettività tal-qafas fiskali tal-UE. Fl-aħħar nett, l-effettività tal-Bord Fiskali Ewropew hija limitata mill-istruttura istituzzjonali attwali tiegħu u mill-fatt li l-Kummissjoni tista’ tinjora l-pariri tiegħu mingħajr ma tipprovdi spjegazzjoni xierqa.
Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.
Sommarju eżekuttiv
IF’tentattiv biex jinstab rimedju għall-kawżi profondi tal-kriżi finanzjarja, il-Kummissjoni rat il-ħtieġa li l-qafas fiskali bbażat fuq ir-regoli jiġi kkomplementat b’dispożizzjonijiet nazzjonali vinkolanti. Għaldaqstant, hija pproponiet tliet atti leġiżlattivi biex issaħħaħ l-oqfsa baġitarji nazzjonali (jiġifieri l-mod kif jiġu implimentati l-politiki baġitarji). Tnejn minn dawn it-tliet atti ġew adottati (fl-2011, bħala parti mis-“Six-Pack”, u fl-2013, bħala parti mit-“Two-Pack”), filwaqt li l-proċess leġiżlattiv għal proposta għal direttiva mill-2017 għadu għaddej. Barra minn hekk, fl-2012, 25 Stat Membru ffirmaw Trattat Intergovernattiv dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja.
IIL-atti leġiżlattivi kienu jirrikjedu li l-Istati Membri, fost affarijiet oħra, iwaqqfu istituzzjonijiet fiskali indipendenti, ikollhom fis-seħħ regoli fiskali nazzjonali u jintroduċu oqfsa baġitarji pluriennali bbażati fuq ir-regoli. Istituzzjonijiet fiskali indipendenti mfassla sew huma assoċjati ma’ konformità aħjar mar-regoli fiskali u ma’ previżjonijiet makroekonomiċi u baġitarji preċiżi u inqas preġudikati, filwaqt li l-oqfsa baġitarji ta’ terminu medju huma ġeneralment aktar rikonoxxuti bħala elementi li jikkontribwixxu għal prestazzjoni fiskali aktar b’saħħitha, billi juru jekk u kif id-deċiżjonijiet politiċi attwali u l-programmi futuri humiex kompatibbli mal-allokazzjonijiet baġitarji sostenibbli ta’ terminu medju.
IIIL-għan tal-awditu kien li jivvaluta jekk l-azzjonijiet tal-Kummissjoni għat-tisħiħ tal-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri tal-UE kinux kisbu r-riżultati intenzjonati. Għal dan l-għan, aħna eżaminajna jekk:
- jir-rekwiżiti legali tal-UE għall-oqfsa baġitarji nazzjonali kinux effettivi;
- l-oqfsa baġitarji nazzjonali ġewx imsaħħa permezz ta’ interazzjoni adegwata u ċara bejn il-Kummissjoni, l-istituzzjonijiet fiskali indipendenti u l-Bord Fiskali Ewropew;
- il-Kummissjoni vvalutatx b’mod xieraq kif ir-rekwiżiti legali tal-UE ġew implimentati u applikati fl-Istati Membri.
L-azzjoni leġiżlattiva tal-UE pprovdiet l-impetu biex jissaħħu l-oqfsa baġitarji nazzjonali. Madankollu, hemm lok għal titjib fir-rigward tal-qafas legali. Meta mqabbel mal-istandards u mal-aħjar prattiki internazzjonali, ir-rekwiżiti huma inqas stretti f’diversi aspetti, b’mod partikolari dawk li jirrigwardaw l-oqfsa baġitarji ta’ terminu medju u l-istituzzjonijiet fiskali indipendenti. Id-Direttiva proposta mill-Kummissjoni fl-2017 tindirizza xi wħud – iżda mhux kollha – min-nuqqasijiet li osservajna.
VL-istituzzjonijiet fiskali indipendenti jivvalutaw il-konformità mar-regoli fiskali nazzjonali. Barra minn hekk, apparti l-Kummissjoni, xi istituzzjonijiet fiskali nazzjonali indipendenti jivvalutaw ukoll il-konformità tal-Istati Membri mar-regoli fiskali tal-UE, jew minħabba li huma obbligati jagħmlu dan skont il-bażi ġuridika proprja tagħhom jew inkella minħabba li jagħżlu li jagħmlu dan fuq bażi volontarja. L-użu tas-setgħat diskrezzjonali min-naħa tal-Kummissjoni kif ukoll fatturi oħrajn jimplikaw riskju ta’ nuqqas ta’ konsistenza bejn il-valutazzjoni tal-Kummissjoni u dik ta’ istituzzjonijiet fiskali indipendenti f’dak li jirrigwarda l-konformità mar-regoli fiskali tal-UE. Fil-każ li r-riskju jimmaterjalizza, l-effettività tal-qafas fiskali tal-UE titnaqqas.
VIIr-rapport tal-Ħames Presidenti, li ġie ppubblikat fl-2015, ippropona t-twaqqif ta’ Bord Fiskali Ewropew, li jkun jipprovdi valutazzjoni pubblika u indipendenti tal-prestazzjoni, fuq livell Ewropew, tal-baġits nazzjonali u tal-eżekuzzjoni tagħhom skont l-objettivi fiskali tal-UE. Dan il-Bord ġie stabbilit mill-Kummissjoni permezz ta’ Deċiżjoni fl-istess sena. L-istruttura u l-mandat mogħtija lill-Bord Fiskali Ewropew ma kinux adegwati għat-twettiq tal-kompiti previsti f’dan ir-rapport. Minbarra dan, hemm lok għal titjib fl-istruttura istituzzjonali attwali f’dak li jirrigwarda l-indipendenza tiegħu. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tista’ tinjora l-proposti u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Bord Fiskali Ewropew mingħajr ma tipprovdi spjegazzjonijiet xierqa.
VIISa issa, il-Kummissjoni għandha biss aċċertament limitat li r-rekwiżiti tal-UE għall-oqfsa baġitarji nazzjonali qed jiġu implimentati u applikati b’mod xieraq. Fil-fatt, il-valutazzjoni tal-konformità tal-liġijiet nazzjonali mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2011/85 għadha ma ġietx ikkompletata. Il-valutazzjonijiet tal-applikazzjoni tal-qafas legali tal-UE jew għadhom ma twettqux jew inkella saru fi stadju bikri wisq tal-implimentazzjoni biex ikunu sinifikattivi.
VIIIAħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni:
- issaħħaħ il-kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti sabiex timminimizza d-diskrepanzi bejn il-valutazzjonijiet tagħha u dawk tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti f’dak li jirrigwarda l-konformità mar-regoli baġitarji tal-UE;
- tirrieżamina r-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji nazzjonali billi tikkunsidra wkoll l-istandards u l-aħjar prattiki internazzjonali;
- issaħħaħ il-Bord Fiskali Ewropew;
- tindirizza l-kwistjonijiet ta’ konformità li jkunu pendenti u ttejjeb l-aċċertament dwar il-funzjonament tal-oqfsa baġitarji nazzjonali.
Introduzzjoni
Sfond
01Billi l-kriżi tad-dejn sovran fl-2009 heddet l-istabbiltà taż-żona tal-euro, il-leġiżlaturi tal-UE adottaw bosta atti leġiżlattivi biex tittejjeb il-governanza fiskali tal-UE. L-għan kien li tittejjeb l-implimentazzjoni tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST) u li jissaħħu l-oqfsa baġitarji nazzjonali1 (ara l-Kaxxa 1 għall-komponenti tal-oqfsa baġitarji nazzjonali).
Kaxxa 1
Oqfsa baġitarji nazzjonali
L-oqfsa baġitarji nazzjonali huma l-arranġamenti, il-proċeduri, ir-regoli u l-istituzzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-politiki baġitarji.
Komponenti tal-oqfsa baġitarji nazzjonali
Sors: Il-QEA.
Fil-letteratura ekonomika hemm kunsens ġenerali dwar il-fatt li oqfsa baġitarji pluriennali bbażati fuq regoli huma assoċjati ma’ prestazzjoni fiskali aktar b’saħħitha2, billi juru b’liema mod id-deċiżjonijiet politiċi attwali u tal-programmi futuri huma kompatibbli ma’ allokazzjonijiet baġitarji sostenibbli ta’ terminu medju. L-oqfsa baġitarji ta’ terminu medju kredibbli jistgħu jgħinu wkoll lill-gvernijiet biex jirrikonċiljaw ir-rekwiżiti għal sostenibbiltà fiskali bl-użu possibbli ta’ politiki fiskali biex itaffu l-effetti ta’ skossi ekonomiċi u finanzjarji3.
03Skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Istati Membri jżommu s-sovranità tagħhom fir-rigward tal-politiki baġitarji. Madankollu, hemm bżonn li dawn jiġu kkoordinati biex jiġu evitati effetti negattivi indiretti u theddid għall-istabbiltà monetarja fiż-żona tal-euro. Il-Kummissjoni qieset li biex din il-koordinazzjoni tirnexxi, il-miri baġitarji tal-UE jridu jiġu integrati fil-politiki baġitarji nazzjonali4. Fl-2005, il-Kunsill qies li l-arranġamenti ta’ governanza domestiċi kellhom jikkomplementaw il-qafas tal-UE5. Madankollu, dak iż-żmien, ma ġiet ipprovduta l-ebda analiżi li tkopri kollox ta’ (i) id-dgħufijiet fil-qafas tal-UE li kien fis-seħħ dak iż-żmien jew (ii) il-koordinazzjoni futura taż-żewġ arranġamenti ta’ governanza. F’Ottubru 2009, il-Kunsill tal-UE (il-“Kunsill”) reġa’ kkonkluda li l-oqfsa baġitarji nazzjonali kellhom jissaħħu biex isostnu s-sostenibbiltà fiskali fit-tul6.
04Mill-2006 ’l hawn, il-Kummissjoni bdiet tiġbor, permezz ta’ stħarriġ fost l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, informazzjoni u data kwalitattiva dwar l-elementi ewlenin tal-oqfsa baġitarji nazzjonali (jiġifieri r-regoli fiskali numeriċi, l-istituzzjonijiet fiskali indipendenti u l-oqfsa baġitarji ta’ terminu medju). Din l-informazzjoni tiddaħħal fid-Database tal-Governanza Fiskali tal-Kummissjoni u tintuża biex jiġu kkalkulati l-indiċi dwar is-saħħa u l-kwalità ta’ dawn l-elementi.
Qafas legali
05B’riżultat ta’ diskussjonijiet politiċi, l-ewwel pass fl-iżvilupp ta’ qafas legali komuni kien l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/857, waħda mis-sitt miżuri leġiżlattivi magħrufa bħala s-“Six-Pack”. Id-Direttiva 2011/85 tistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-oqfsa baġitarji nazzjonali (għal ħarsa ġenerali lejn l-atti legali rilevanti u l-istorja tal-approvazzjoni tagħhom, ara l-Anness I):
- jenħtieġ li l-ippjanar fiskali tal-Istati Membri jkun ibbażat fuq previżjonijiet baġitarji u makroekonomiċi realistiċi pprovduti minn istituzzjoni deżinjata;
- jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom regoli fiskali speċifiċi, li l-konformità magħhom għandha tkun immonitorjata minn korpi indipendenti;
- jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom qafas baġitarju ta’ terminu medju kredibbli u effettiv, li jinkludi orizzont ta’ ppjanar fiskali ta’ mhux inqas minn tliet snin, u
- jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom sistemi komprensivi, konsistenti u trasparenti għall-kontabilità baġitarja u għar-rappurtar statistiku.
It-tieni pass kien it-Trattat intergovernattiv dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja (TSKG), li ġie ffirmat f’Marzu 2012, u b’mod partikolari, il-Patt Fiskali (it-Titolu III), li ġie kkomplementat minn Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi seba’ prinċipji komuni8 f’Ġunju 2012 (il-“prinċipji komuni tal-Kummissjoni”). Il-partijiet kontraenti li huma marbutin bil-Patt Fiskali (id-19-il Stat Membru taż-żona tal-euro, il-Bulgarija, id-Danimarka u r-Rumanija) huma mitluba jinkludu regola ta’ bilanċ baġitarju strutturali fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ korrezzjoni awtomatiku, kif ukoll istituzzjoni fiskali indipendenti (ara l-kaxxa 2).
Kaxxa 2
Spjegazzjoni tal-kunċetti
Bilanċ strutturali: Il-bilanċ baġitarju attwali wara li jitnaqqas il-komponent ċikliku u l-miżuri ta’ darba kif ukoll miżuri temporanji oħra. Huwa jagħti kejl tax-xejra sottostanti fil-bilanċ baġitarju.
Regola ta’ baġit bilanċjat: Il-pożizzjoni baġitarja tal-amministrazzjoni pubblika trid tkun bilanċjata jew f’bilanċ favorevoli. Kemm fil-PST kif ukoll fit-TSKG, din ir-regola titqies li tkun ġiet rispettata jekk il-bilanċ strutturali annwali tal-amministrazzjoni pubblika jkun skont l-objettiv baġitarju ta’ terminu medju (OTM). Il-PST jispeċifika li -1 % tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) huwa l-aktar limitu baxx tal-bilanċ strutturali għall-Istati Membri taż-żona tal-euro, filwaqt li l-Patt Fiskali huwa iktar strett b’perċentwal ta’ -0.5% (minbarra l-Istati Membri b’livell baxx ta’ dejn u b’riskju baxx għas-sostenibbiltà).
Mekkaniżmu ta’ korrezzjoni awtomatiku: L-obbligu li jiġu implimentati miżuri korrettivi li jiġu skattati awtomatikament fil-każ li jiġu osservati devjazzjonijiet sinifikanti mill-objettiv baġitarju ta’ terminu medju jew fil-perkors ta’ aġġustament lejh.
Istituzzjonijiet fiskali indipendenti mfassla tajjeb jitqiesu ġeneralment li huma assoċjati ma’ prestazzjoni fiskali aħjar9, konformità aħjar mar-regoli fiskali10 u previżjonijiet baġitarji u makroekonomiċi aktar preċiżi u inqas preġudikati11.
08It-tielet pass kien l-adozzjoni tar-Regolament Nru 473/201312, li jagħmel parti mit-"Two-Pack" u kien maħsub, fost affarijiet oħra, biex jinkorpora fid-dritt tal-UE d-dispożizzjonijiet tat-TSKG għall-Istati Membri taż-żona tal-euro.
09Fl-aħħar nett, f’Diċembru 2017, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Direttiva lill-Kunsill bl-għan li tinkorpora s-sustanza tat-TSKG fid-dritt tal-UE13 (l-“abbozz ta’ Direttiva tal-2017”). Fiż-żmien li nkiteb dan ir-rapport, il-proċess ta’ adozzjoni fil-Kunsill ġie sospiż sakemm titwettaq il-valutazzjoni tas-"Six-Pack" u tat-"Two-Pack" mill-Kummissjoni, li għandha tiġi ppreżentata sa tmiem l-201914. Lanqas il-Parlament Ewropew għadu ma ħareġ l-opinjoni tiegħu dwar il-proposta.
10Fl-2015, il-Kummissjoni stabbiliet il-Bord Fiskali Ewropew (EFB) permezz ta’ Deċiżjoni (id-“Deċiżjoni dwar il-Bord Fiskali Ewropew”)15. Din kienet ibbażata fuq rakkomandazzjoni li saret fir-rapport tal-Ħames Presidenti16 għall-ħolqien ta’ EFB konsultattiv biex issaħħaħ il-qafas ta’ governanza, fost affarijiet oħra billi jikkoordina u jikkomplementa l-istituzzjonijiet fiskali indipendenti nazzjonali u billi jipprovdi valutazzjoni pubblika u indipendenti tal-prestazzjoni tal-baġits u tal-eżekuzzjoni tagħhom skont l-objettivi fiskali tal-UE.
Ambitu u approċċ tal-awditjar
11Bejn l-2016 u l-2018, aħna eżaminajna l-parti korrettiva17 u l-parti preventiva18 tal-PST, kif ukoll il-proċedura ta’ żbilanċ makroekonomiku19. Sabiex nikkompletaw l-istampa tagħna tal-governanza ekonomika tal-UE, aħna ddeċidejna li nawditjaw l-arranġamenti relatati mal-istabbiltà fiskali.
12L-għan tal-awditu kien li jivvaluta jekk l-azzjonijiet tal-Kummissjoni għat-tisħiħ tal-qafas baġitarju tal-Istati Membri tal-UE, b’referenza għat-tliet komponenti ewlenin ta’ (i) ir-regoli fiskali u l-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni, (ii) l-oqfsa baġitarji ta’ terminu medju u (iii) l-istituzzjonijiet fiskali indipendenti (ara l-Kaxxa 1), kinux kisbu r-riżultati intenzjonati. Għal dan l-għan, aħna eżaminajna jekk:
- ir-rekwiżiti legali tal-UE dwar l-oqfsa baġitarji nazzjonali kinux effettivi;
- l-oqfsa baġitarji nazzjonali ġewx imsaħħa permezz ta’ interazzjoni adegwata u ċara bejn il-Kummissjoni, l-istituzzjonijiet fiskali indipendenti u l-Bord Fiskali Ewropew;
- il-Kummissjoni vvalutatx b’mod xieraq kif ir-rekwiżiti legali tal-UE ġew implimentati u applikati fl-Istati Membri.
Aħna ffukajna fuq il-każijiet tat-tmien Stati Membri fil-kampjun tal-awditjar tagħna (il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Lussemburgu, il-Portugall u n-Netherlands)20. Madankollu, l-analiżi tagħna indirizzat ukoll, fejn kien meħtieġ, il-każijiet ta’ Stati Membri oħra. Aħna analizzajna wkoll ir-rwol u l-pożizzjoni tal-Bord Fiskali Ewropew fil-qafas fiskali tal-UE.
14Aħna dderivajna l-kriterji tal-awditjar tagħna minn diversi sorsi: (i) dokumenti legali; (ii) dokumenti u parametri referenzjarji tal-Kummissjoni; u (iii) dokumenti maħruġa u standards żviluppati minn Istituzzjonijiet differenti tal-UE, minn organizzazzjoni jew riċerkaturi internazzjonali oħra. Aktar dettalji qed jingħataw fit-taqsimiet rilevanti ta’ dan ir-rapport.
15Aħna ġbarna l-evidenza għall-awditjar tagħna abbażi ta’:
- rieżami tad-dokumentazzjoni rilevanti tal-Kummissjoni u tal-Bord Fiskali Ewropew;
- rieżami ta’ pubblikazzjonijiet, linji gwida u standards minn organizzazzjonijiet internazzjonali (il-FMI, l-OECD, il-Bank Dinji) kif ukoll minn istituti indipendenti rilevanti u letteratura akkademika;
- stħarriġ online tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti fl-UE li għalih wieġbu 31 istituzzjoni fiskali indipendenti minn 26 Stat Membru21;
- intervisti mal-persunal mid-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (DĠ ECFIN);
- intervisti mal-persunal minn Ministeri rilevanti, istituzzjonijiet fiskali indipendenti, Banek Ċentrali u gruppi ta’ riflessjoni fil-kampjun tagħna ta’ tmien Stati Membri biex niksbu feedback dwar ir-rekwiżiti tal-UE u l-applikazzjoni tagħhom.
Dan ir-rapport speċjali huwa maħsub biex jikkontribwixxi għad-diskussjonijiet fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill rigward l-abbozz ta’ Direttiva tal-2017 dwar it-tisħiħ tar-responsabbiltà fiskali u l-orjentazzjoni baġitarja ta’ terminu medju fl-Istati Membri kif propost mill-Kummissjoni.
Osservazzjonijiet
Ir-rekwiżiti legali tal-UE pprovdew l-impetu għat-tisħiħ tal-oqfsa baġitarji nazzjonali iżda hemm lok għal titjib
17Kif kien mistenni, l-azzjonijiet leġiżlattivi tal-UE (ara l-paragrafi 05 sa 10) ipprovdew l-impetu għat-tisħiħ tal-oqfsa baġitarji nazzjonali fl-Istati Membri tal-UE. Kif jidher fil-Figura 1, l-għadd ta’ regoli fiskali nazzjonali u ta’ istituzzjonijiet fiskali indipendenti żdied b’mod sinifikanti b’segwitu għall-adozzjoni tad-Direttiva 2011/85.
Figura 1
Regoli fiskali nazzjonali u istituzzjonijiet fiskali indipendenti fl-Istati Membri tal-UE
Nota: Fl-2011 (linja ħamra), ġiet adottata d-Direttiva 2011/85.
Sors: Il-QEA, ibbażat fuq data tal-Kummissjoni.
Madankollu, attwalment l-elementi differenti tal-oqfsa baġitarji nazzjonali huma rregolati minn qafas legali frammentat (ara l-Figura 2). Dawn l-elementi differenti huma: (i) ir-regoli fiskali numeriċi, (ii) il-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni, (iii) l-oqfsa baġitarji ta’ terminu medju, (iv) l-istituzzjonijiet fiskali indipendenti, u (v) il-proċeduri baġitarji.
Figura 2
Frammentazzjoni tal-qafas legali
Sors: Il-QEA, * Ċerti dispożizzjonijiet ma japplikawx għar-Renju Unit.
Diversi atti ta’ natura ġuridika differenti (id-dritt tal-UE u t-Trattat Intergovernattiv) jikkoeżistu:
- il-grad ta’ eżegwibbiltà tagħhom ivarja (il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE biss tista’ tiddeċiedi dwar it-traspożizzjoni tat-TSKG; fir-rigward tal-applikazzjoni tat-TSKG, l-istituzzjonijiet tal-UE ma għandhom l-ebda setgħa biex jiżguraw li l-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponih tiġi infurzata);
- filwaqt li ċerti dispożizzjonijiet huma inkorporati fir-regolamenti, li huma direttament applikabbli, oħrajn huma stabbiliti f’direttiva, li l-Istati Membri jingħataw żmien biex jittrasponu u huma liberi jiddeċiedu kif japplikawhom, li jwassal għal eteroġeneità akbar tal-oqfsa nazzjonali;
- il-grad ta’ applikabbiltà għal ċerti Stati Membri jvarja, b’mod partikolari skont jekk humiex fiż-żona tal-euro.
Il-Kummissjoni abbozzat id-Direttiva 2011/85 fi żmien qasir ħafna (tliet xhur). Hija enfasizzat li d-Direttiva 2011/85 jenħtieġ li titqies bħala sett ta’ “rekwiżiti minimi”, aktar milli tirrappreżenta l-aħjar prattika, jew saħansitra l-karatteristiċi mixtieqa għal qafas baġitarju ta’ terminu medju. Hija ddikjarat li l-inkorporazzjoni tal-aħjar prattiki fil-qafas legali tal-UE ma kinitx tkun kompatibbli mad-differenzi konsiderevoli fost l-istrutturi amministrattivi u istituzzjonali tal-Istati Membri22.
21Kif imsemmi fil-paragrafu 09, l-abbozz ta’ Direttiva tal-2017 kien maħsub biex jinkorpora s-sustanza tat-TSKG fid-dritt tal-UE. Il-Kummissjoni ma marritx għal traspożizzjoni kelma b’kelma iżda għal dak li hija ssejjaħ “approċċ teleoloġiku”, jiġifieri inkorporazzjoni li tiffoka fuq l-objettiv sottostanti tal-Patt Fiskali: il-konverġenza lejn livelli prudenti ta’ dejn pubbliku. Fil-prattika, l-abbozz ta’ Direttiva tal-2017, fost affarijiet oħra, jirrikjedi OTM f’termini ta’ bilanċ strutturali li jiżgura l-konformità mal-limitu tad-dejn għall-PDG li huwa inkluż fit-TFUE, iżda mingħajr ma jistabbilixxi ebda limitu numeriku.
22Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) iddikjara f’opinjoni li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiddevjaw sostanzjalment minn dawk tal-Patt Fiskali, li jista’ jwassal biex jiddgħajfu r-regoli tal-Patt Fiskali23. Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li l-abbozz ta’ Direttiva tal-2017 ġie propost qabel ma saret ir-reviżjoni tal-adegwatezza tad-Direttiva 2011/85 (ir-“reviżjoni tal-adegwatezza”) jew il-valutazzjoni dwar il-funzjonament tat-"Two-Pack".
23Aħna vvalutajna jekk ir-rekwiżiti fil-qafas legali attwali kinux xierqa u jekk l-abbozz ta’ Direttiva tal-2017 indirizzax xi nuqqasijiet identifikati. Aħna għamilna dan għat-tliet aspetti li ġejjin:
- il-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni;
- l-oqfsa baġitarji ta’ terminu medju;
- l-istituzzjonijiet fiskali indipendenti.
Nuqqasijiet fid-dispożizzjonijiet dwar il-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni
24Id-Direttiva 2011/85 introduċiet għall-ewwel darba l-kunċett ta’ mekkaniżmu ta’ korrezzjoni, imsejjaħ bħala “il-konsegwenzi fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità”. Lil hinn minn dan, madankollu, ma stabbilietx rekwiżiti speċifiċi dwar it-tfassil u l-applikazzjoni tiegħu.
25It-TSKG jirrikjedi attivazzjoni awtomatika tal-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni f’każ li jiġu osservati devjazzjonijiet sinifikanti mill-OTM. Huwa ma jistabbilixxix b’mod dirett rekwiżiti speċifiċi dwar it-tfassil u l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu, iżda inkariga lill-Kummissjoni biex tipproduċi prinċipji komuni, li l-Istati Membri għandhom japplikaw fit-tfassil tal-mekkaniżmi ta’ korrezzjoni nazzjonali. Il-Kummissjoni ħarġet dawn il-prinċipji f’Ġunju 2012.
26Minkejja li ġew approvati f’livell politiku24, il-prinċipji mhumiex vinkolanti billi ġew ippubblikati f’Komunikazzjoni tal-Kummissjoni u għalhekk ma għandhomx effett legali, minbarra dak li jservu bħala bażi għall-mekkaniżmi li l-partijiet kontraenti kellhom jistabbilixxu. Fir-rigward tal-attivazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni (il-Prinċipju 3), il-Kummissjoni ssuġġeriet li l-punti ta’ attivazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni jistgħu jiddependu jew fuq kriterji fil-livell tal-UE, inkella fuq kriterji speċifiċi għall-pajjiż, jew fuq it-tnejn li huma. Madankollu, żewġ terzi tal-Istati Membri għażlu li jirriflettu l-kriterji fil-livell tal-UE pjuttost milli jkollhom kriterji nazzjonali speċifiċi. B’riżultat ta’ dan, għal dawn l-Istati Membri, il-mekkaniżmi ta’ korrezzjoni nazzjonali x’aktarx ma jiġux skattati qabel il-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni tal-UE taħt il-parti preventiva tal-PST.
27Ir-Regolament Nru 473/2013 jistabbilixxi ċerti rekwiżiti, inkluż ir-rekwiżit li korpi indipendenti għandhom jipprovdu, fejn xieraq, valutazzjonijiet dwar l-attivazzjoni u l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ korrezzjoni. Madankollu, dan ma jirriflettix għalkollox il-prinċipji komuni tal-Kummissjoni, li kienu nħarġu sitt xhur wara l-proposta tal-Kummissjoni għar-Regolament Nru 473/2013. Pereżempju, huwa ma jindikax li:
- il-korrezzjoni għandha tkun konsistenti ma’ kwalunkwe rakkomandazzjoni li l-Kummissjoni tagħmel lill-Istat Membru kkonċernat skont il-PST f’termini ta’ daqs u skeda ta’ żmien (il-Prinċipju 2);
- l-iskattaturi ta’ attivazzjoni jistgħu jinkludu kriterji mmexxija mill-UE jew kriterji speċifiċi għall-pajjiż (il-Prinċipju 3);
- devjazzjonijiet akbar mill-OTM jew mill-perkors ta’ aġġustament lejh għandhom iwasslu għal korrezzjonijiet akbar (il-Prinċipju 4).
L-abbozz ta’ Direttiva tal-2017, bl-istess mod, ma jirriflettix għalkollox il-prinċipji komuni tal-Kummissjoni. Pereżempju, ma jsemmix li l-punti ta’ attivazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni jistgħu jkunu bbażati jew fuq kriterji fil-livell tal-UE, jew inkella fuq kriterji speċifiċi għall-pajjiż, jew fuq it-tnejn li huma.
29Fl-aħħar nett, kif ġie enfasizzat mill-BĊE, l-abbozz ta’ Direttiva tal-2017 ma jiddefinixxix it-terminu “devjazzjoni sinifikanti osservata”, jiġifieri ċ-ċirkostanzi li taħthom il-mekkaniżmu għandu jiġi attivat, u ma fihx gwida addizzjonali fir-rigward tal-ambitu tiegħu. Ir-rekwiżit sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni n-natura u d-daqs ta’ devjazzjoni huwa vag, u jista’ jwassal għal miżuri ta’ korrezzjoni li jkunu ġenerali ħafna u neqsin mis-sustanza25.
Nuqqasijiet fid-dispożizzjonijiet dwar l-oqfsa baġitarji ta’ terminu medju
30Aħna qabbilna r-rekwiżiti stabbiliti mid-Direttiva 2011/85 mal-istandards u mal-aħjar prattiki rrakkomandati mill-FMI, mill-OECD u mill-Bank Dinji fiż-żmien li fih ġiet abbozzata d-Direttiva 2011/85. Tlieta minn dawn l-istandards u l-aħjar prattiki ma ġewx inklużi fid-Direttiva 2011/85 (ara t-Tabella 1, il-linji b’tipa grassa). Meta mqabbla mal-aħħar standards u l-aħjar prattiki tal-FMI/OECD, id-Direttiva 2011/85 ma tindirizzax żewġ kwistjonijiet addizzjonali. Għalhekk, b’kollox, 5 mit-13-il standard u l-aħjar prattika ma kinux riflessi fid-Direttiva 2011/85. Dan minkejja l-fatt li, fiż-żmien li fih ġiet abbozzata d-Direttiva 2011/85, il-fehmiet tal-Kummissjoni dwar dawn il-kwistjonijiet (ara l-Anness II) kienu konformi ma’ dawk tal-korpi internazzjonali.
Tabella 1 – Differenzi bejn l-istandards u l-aħjar prattiki tal-FMI/OECD u r-rekwiżiti tad-Direttiva 2011/85
| Karatteristiċi tal-oqfsa baġitarji ta’ terminu medju | FMI/OECD | Id-Direttiva 2011/85 |
|---|---|---|
| Qafas baġitarji ta’ terminu medju ta’ mill-inqas 3 snin | ✔ | ✔ |
| Kopertura komprensiva tal-amministrazzjoni pubblika | ✔ | ✔ |
| Allinjament sħiħ mal-objettivi tal-politika fiskali u mal-previżjonijiet makroekonomiċi tal-gvern | ✔ | ✔ |
| Projezzjonijiet ta’ dħul u ta’ nfiq futuri skont il-politiki attwali distinti mill-impatt fiskali tal-miżuri politiċi ġodda | ✔ | ✔ |
| Stima tal-ispiża tan-nefqa fiskali | ✔ | ✔ |
| Proċess kompletament integrat għat-tħejjija tal-baġit għall-infiq kapitali u dak rikorrenti | ✔ | ✔ |
| Previżjonijiet affidabbli tal-infiq f’eżerċizzi ulterjuri26 | ✔ | ✔ |
| Valutazzjoni tas-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi | ✔ | ✔ |
| Proċess uniku għat-tħejjija tal-qafas baġitarju ta’ terminu medju u tal-baġit annwali, u dokumentazzjoni kompletament integrata | ✔ | ✘ |
| Kontrolli fuq l-infiq li jħarsu ’l quddiem (riporti, impenji ta’ nfiq pluriennali, bafers, eċċ.) | ✔ | ✘ |
| Mekkaniżmi ta’ monitoraġġ u ta’ obbligu ta’ rendikont | ✔ | ✘ |
| Limiti indikattivi għall-eżerċizzji ulterjuri | ✔ | ✘ |
| Stimi ta’ nfiq għall-eżerċizzji ulterjuri rriportati minn qafas baġitarju ta’ terminu medju wieħed għal dak li jmiss | ✔ | ✘ |
Nota: ✔: inklużi, ✔: parzjalment inklużi, ✘: mhux inklużi
Sors: Il-QEA, ibbażat fuq: l-OECD (2004), “The Legal Framework for Budget Systems” (Il-Qafas Legali għal Sistemi Baġitarji); il-FMI (2007), “Manual on Fiscal Transparency” (Manwal dwar it-Trasparenza Fiskali); il-FMI (2010), Lienert, I. u Fainboim, I., “Reforming Budget Systems Laws” (Nirriformaw il-Liġijiet dwar is-Sistemi Baġitarji).
Skont dokument tal-FMI, in-nuqqas ta’ integrazzjoni bejn l-ippjanar tal-infiq fuq terminu medju u l-proċess baġitarju jagħmel l-ippjanar fuq terminu medju ineffettiv fit-trażżin tal-politika fiskali27. Madankollu, filwaqt li l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2011/85 jirrikjedi li l-leġiżlazzjoni baġitarja annwali tkun konsistenti mad-dispożizzjonijiet tal-qafas baġitarju ta’ terminu medju jew li tingħata spjegazzjoni xierqa dwar kwalunkwe devjazzjoni, ma hemm ebda rekwiżit għall-integrazzjoni tal-ippjanar tal-infiq fuq terminu medju u tal-proċess baġitarju28. Barra minn hekk, huwa ma jirrikjedix li d-dokumentazzjoni tal-baġit tinkludi projezzjonijiet u eżiti tad-dħul, tal-infiq u tal-finanzjament fuq terminu medju fuq l-istess bażi bħall-baġit annwali29.
32Barra minn hekk, skont dokument tal-FMI, hemm erba’ tipi ta’ mekkaniżmi ta’ kontroll li jħarsu ’l quddiem u li huma importanti: (i) il-kontrolli fuq l-akkumulazzjoni, l-istokk, jew il-prelevament ta’ riporti, (ii) il-monitoraġġ regolari tal-konsistenza bejn projezzjonijiet aġġornati tal-infiq fuq terminu medju u tal-pjanijiet fuq terminu medju approvati, (iii) marġnijiet suffiċjenti bejn l-infiq impenjat u l-pjanijiet ta’ nfiq biex jiġu assorbiti avvenimenti imprevisti mingħajr il-ħtieġa ta’ riprijoritizzazzjoni tal-politiki, u (iv) kontrolli stretti fuq il-kapaċità tal-ministeri u tal-aġenziji li jidħlu f’impenji ta’ nfiq pluriennali. Madankollu, id-Direttiva 2011/85 ma tipprevedix l-istabbiliment ta’ kontrolli fuq l-infiq li jħarsu ’l quddiem biex tiġi żgurata l-konformità mal-pjanijiet fuq terminu medju anki f’każ ta’ tibdil fil-kundizzjonijiet esterni.
33Fl-aħħar nett, id-Direttiva 2011/85 ma fiha ebda dispożizzjoni li tindirizza l-ħtieġa li l-awtoritajiet nazzjonali jirrappurtaw l-eżiti baġitarji fuq bażi komparabbli mal-pjanijiet pluriennali, u biex jirrikonċiljaw b’mod komprensiv u trasparenti kwalunkwe devjazzjoni bejn il-pjanijiet pluriennali u l-eżiti fl-infiq. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda dispożizzjoni speċifika li tirrikjedi li l-gvernijiet jew lil dawk involuti fl-implimentazzjoni tal-baġit jinżammu responsabbli għal kwalunkwe devjazzjoni mhux iġġustifikata mill-pjanijiet pluriennali.
34L-abbozz ta’ Direttiva tal-2017 jintroduċi r-rekwiżit għal regola vinkolanti għall-infiq fuq terminu medju li trid tiġi stabbilita fil-bidu tal-leġiżlatura. Tali regola tipprovdi aktar stabbiltà għall-ippjanar baġitarju u ssaħħaħ ir-rabta bejn il-baġit u l-qafas baġitarju ta’ terminu medju. Madankollu, din tista’ tpoġġi l-istabbiltà fiskali f’riskju jekk it-tkabbir tal-infiq jiddevja mit-tkabbir tal-output potenzjali30. L-abbozz ta’ Direttiva tal-2017 ma jindirizza ebda wieħed min-nuqqasijiet l-oħra31 indikati fit-Tabella 1.
Nuqqasijiet fid-dispożizzjonijiet dwar l-istituzzjonijiet fiskali indipendenti
35Ir-Regolament Nru 473/2013, li huwa vinkolanti għall-Istati Membri taż-żona tal-euro, jiddefinixxi l-funzjonijiet li l-istituzzjonijiet fiskali indipendenti għandhom jassumu, kif ukoll il-karatteristiċi u l-prinċipji. Dawn tal-aħħar huma konformi mal-prinċipji komuni tal-Kummissjoni. Huma ġew miżjuda matul il-proċess leġiżlattiv billi l-prinċipji ġew adottati wara li l-Kummissjoni għamlet il-proposta tagħha għal regolament.
36Aħna qabbilna d-dispożizzjonijiet dwar l-istituzzjonijiet fiskali indipendenti mal-istandards u mal-aħjar prattiki internazzjonali tal-FMI32 u tal-OECD33. Osservajna li d-dritt tal-UE ma fihx rekwiżiti fir-rigward ta’ (i) l-għadd u t-tul tat-termini tal-membri tal-bord tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti, (ii) il-politiki tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti fil-qasam tar-riżorsi umani, (iii) it-tħejjija tal-baġits tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti, u (iv) il-ħtieġa għal rieżami estern. Dan irriżulta fit-twaqqif ta’ istituzzjonijiet fiskali indipendenti eteroġenji, kif jidher fl-Anness III u kif inhu enfasizzat ukoll f’dokument ta’ diskussjoni tal-Kummissjoni34.
37Fl-2004, il-Kummissjoni35 kienet diġà enfasizzat l-importanza li kemm il-previżjonijiet makroekonomiċi kif ukoll dawk baġitarji jiġu prodotti jew inkella vvalutati minn istituzzjoni indipendenti sabiex jitnaqqas u possibbilment jiġi eliminat l-ottimiżmu żejjed tagħhom36. Aktar tard dan kien ikkonfermat ukoll minn dokumenti tal-FMI37 u tal-OECD38. Minkejja l-proposta tal-Kummissjoni biex jiġu inklużi t-tnejn li huma, ir-Regolament Nru 473/2013, fil-forma kif ġie adottat, jirrikjedi biss li l-istituzzjonijiet fiskali indipendenti sempliċiment jipproduċu jew japprovaw il-previżjonijiet makroekonomiċi, iżda mhux il-previżjonijiet baġitarji (jiġifieri d-dħul u n-nefqa bbaġittjati proġettati).
38Fid-dokument ta’ diskussjoni tal-Kummissjoni tal-2017 (ara l-paragrafu 36) ġiet ippreżentata l-fehma, fost affarijiet oħra, li l-istituzzjonijiet fiskali indipendenti jistgħu jingħataw rwol aktar estensiv fil-produzzjoni jew fl-approvazzjoni ta’ previżjonijiet baġitarji, fid-dawl tar-rwol tagħhom fir-rigward ta’ previżjonijiet makroekonomiċi. L-istituzzjonijiet fiskali indipendenti u l-partijiet ikkonċernati oħra li ltqajna magħhom enfasizzaw ukoll din il-limitazzjoni fir-rigward tal-previżjonijiet baġitarji.
39Fl-2016, in-Netwerk tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti tal-UE, pjattaforma għall-iskambju ta’ fehmiet u ta’ pariri esperti u għall-akkomunament tar-riżorsi, ippropona lista ta’ standards minimi għall-istituzzjonijiet fiskali indipendenti simili għall-prinċipji tal-OECD, kif ukoll l-istabbiliment ta’ sistema effettiva biex dawn jiġu salvagwardjati39. Madankollu, l-abbozz ta’ Direttiva tal-2017 ma jindirizzax dawn il-kwistjonijiet: f’termini ta’ standards, l-uniku rekwiżit ġdid fl-abbozz ta’ Direttiva tal-2017 huwa biex l-Istati Membri jiżguraw li l-istituzzjonijiet fiskali indipendenti jikkonformaw mal-prinċipji applikabbli għalihom li huma stabbiliti fir-Regolament Nru 473/2013.
40In-Netwerk tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti tal-UE, filwaqt li laqa’ dan ir-rekwiżit ġdid, talab biex il-kundizzjonijiet spjegati fid-dettall fl-[abbozz ta’ Direttiva tal-2017] jiġu kkomplementati b’definizzjoni aktar ċara tal-istandards minimi u b’sistema effettiva biex dawn jiġu salvagwardjati40. F’din id-dikjarazzjoni n-Netwerk tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti tal-UE ssuġġerixxa wkoll li l-proposta tista’ addizzjonalment tobbliga lill-Istati Membri jiżguraw implimentazzjoni ambizzjuża ta’ dan il-prinċipju fil-leġiżlazzjoni nazzjonali billi jistabbilixxu l-proċedura u r-rekwiżiti minimi. F’Jannar 2019, in-Netwerk tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti tal-UE tenna l-appell tiegħu għall-iżvilupp u l-inkorporazzjoni eventwali fil-leġiżlazzjoni tal-UE ta’ standards adegwati għat-tfassil u għall-kapaċità operattiva tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti.
41Fl-aħħar nett, aħna nirrikonoxxu li l-abbozz ta’ Direttiva tal-2017 ippreveda rwol usa’ għall-istituzzjonijiet fiskali indipendenti billi tinkarigahom biex (i) jivvalutaw b’mod kritiku l-adegwatezza, kemm ex ante kif ukoll ex post, tal-OTM u tal-perkors tan-nefqa netta fuq terminu medju, (ii) jappellaw għall-attivazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni u (iii) jimmonitorjaw l-applikazzjoni u l-eżitu tiegħu. Barra minn hekk, l-abbozz ta’ Direttiva 2017 kellu l-għan li jintroduċi l-prinċipju “konformità jew spjegazzjoni” fid-dritt tal-UE.
Valutazzjoni mhux konsistenti u tfassil dgħajjef joħolqu riskji għall-istituzzjonijiet fiskali indipendenti u għall-Bord Fiskali Ewropew
42Il-leġiżlazzjoni tal-UE titlob li l-Istati Membri jkollhom regoli fiskali nazzjonali fis-seħħ u tassenja rwoli distinti ta’ monitoraġġ lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet fiskali indipendenti. Filwaqt li l-Kummissjoni tivvaluta l-konformità tal-abbozz tal-pjanijiet baġitarji mar-regoli fiskali tal-UE, l-istituzzjonijiet fiskali indipendenti jivvalutaw il-konformità mar-regoli fiskali nazzjonali. Madankollu, id-dritt tal-UE ma jipprevedix struttura ta’ governanza fuq “żewġ livelli”, fejn il-Kummissjoni, għar-rwol ta’ monitoraġġ tagħha, isserraħ fuq il-ħidma mwettqa mill-istituzzjonijiet fiskali indipendenti nazzjonali.
43Il-Bord Fiskali Ewropew twaqqaf bl-għan li jissaħħaħ il-qafas attwali ta’ governanza ekonomika (ara l-paragrafu 10). Il-kompiti tiegħu jikkonsistu, fost affarijiet oħra, fil-provvediment ta’ evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-qafas fiskali tal-UE u tal-adegwatezza tal-pożizzjoni fiskali reali, kemm fil-livell taż-żona tal-euro kif ukoll f’dak nazzjonali.
44Għalhekk aħna vvalutajna:
- jekk kienx hemm konsistenza bejn il-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet fiskali indipendenti fil-valutazzjoni tal-konformità mar-regoli fiskali tal-UE;
- jekk il-Bord Fiskali Ewropew kienx f’pożizzjoni li jipprovdi opinjonijiet indipendenti.
Riskju ta’ inkonsistenza bejn il-valutazzjonijiet tal-Kummissjoni u dawk tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti f’dak li jirrigwarda l-konformità mar-regoli fiskali tal-UE
45Id-dritt tal-UE mhuwiex preskrittiv f’dak li jirrigwarda r-regoli fiskali (eż. fir-rigward tal-għadd, it-tip u l-karatteristiċi tat-tfassil) nazzjonali iżda jistipula li dawn għandhom jippromwovu b’mod effettiv il-konformità mal-valuri referenzjarji dwar id-defiċit u d-dejn stabbiliti skont l-obbligi mit-TFUE. Fil-prattika, il-partijiet għall-Patt Fiskali (ara l-paragrafu 06) adottaw regoli fiskali nazzjonali marbutin mill-qrib ma’ dawk tal-parti preventiva tal-PST.
46It-TSKG, bħala l-parti preventiva tal-PST, jeħtieġ pożizzjoni baġitarja li tkun “bilanċjata jew f’bilanċ favorevoli”, li jfisser bilanċ strutturali li jkun ugwali għall-OTM jew akbar minnu, jew f’konformità mal-perkors ta’ aġġustament lejh. Barra minn hekk, il-progress lejn l-OTM u t-twettiq tiegħu jridu jiġu evalwati abbażi ta’ analiżi tal-konformità mal-valur referenzjarju tan-nefqa tal-PST, jiġifieri n-nefqa ma għandhiex tikber b’rata aktar mgħaġġla mill-output potenzjali (l-Anness IV iqabbel ir-regoli tal-parti preventiva tal-PST ma’ dawk tat-TSKG).
47Barra minn hekk, f’xi Stati Membri (eż. l-Italja u l-Portugall), l-istituzzjonijiet fiskali indipendenti għandhom il-mandat biex jivvalutaw il-konformità mar-regoli fiskali tal-UE. Xi istituzzjonijiet fiskali indipendenti li ma għandhomx tali mandat (eż. Franza) jagħmlu dan fuq bażi volontarja. L-istħarriġ tagħna tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti wera li nofshom jimmonitorjaw il-konformità mar-regoli fiskali numeriċi tal-UE.
48L-istituzzjonijiet fiskali indipendenti li kienu inklużi fl-istħarriġ tagħna qiesu li l-valutazzjoni tagħhom tal-konformità mar-regoli fiskali tal-UE ma wasslitx għal duplikazzjoni tar-rwoli ma’ dik tal-Kummissjoni iżda pjuttost kienet komplementari, billi tista’ trawwem sjieda nazzjonali tar-regoli fiskali tal-UE. L-intervisti tagħna mal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti kkonfermaw it-tweġibiet tagħhom. Madankollu, l-istituzzjonijiet fiskali indipendenti li jimmonitorjaw biss il-konformità mar-regoli fiskali nazzjonali mhumiex favur li jimmonitorjaw ukoll il-konformità mar-regoli fiskali tal-UE. Waħda mir-raġunijiet li taw għal dan kienet ir-riskju għar-reputazzjoni f’każ ta’ valutazzjonijiet diverġenti.
49Meta l-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet fiskali indipendenti t-tnejn li huma jivvalutaw il-konformità mar-regoli fiskali tal-UE, huma jistgħu tabilħaqq jaslu għal konklużjonijiet differenti. Raġuni waħda hija li l-Kummissjoni, kif diġà osservajna fir-Rapport Speċjali Nru 18/2018 tagħna, għamlet użu estensiv mill-marġni ta’ diskrezzjoni tagħha41 meta vvalutat il-konformità mar-regoli fiskali tal-UE (jiġifieri l-konformità mal-perkors ta’ aġġustament lejn l-OTM).
50Barra minn hekk, ir-Regolament li jistabbilixxi l-PST jippermetti marġni relattivament kbir ta’ devjazzjoni mill-parametru referenzjarju annwali ta’ Stat Membru42 billi jippermetti li jitqiesu għadd ta’ fatturi fil-valutazzjoni tal-konformità mar-regoli fiskali. Eżempji ta’ tali fatturi huma:
- l-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali maġġuri;
- avvenimenti imprevisti;
- il-ħtieġa għal investiment pubbliku;
- “fatturi oħra” mhux speċifikati.
B’hekk, anki meta Stat Membru jiddevja b’mod sinifikanti mill-aġġustamenti fiskali meħtieġa minnu (jiġifieri tnaqqis fid-defiċit tal-gvern), eventwalment il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li ma tiħux azzjoni u tqis l-Istat Membru konformi mar-regoli fiskali tal-UE.
52Dawn il-kwistjonijiet issemmew ukoll mill-istituzzjonijiet fiskali indipendenti, fit-tweġibiet tagħhom għall-istħarriġ tal-QEA, bħala nuqqasijiet li jistgħu jaffettwaw ix-xogħol tagħhom. Madwar 40 % tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti li wieġbu qiesu li dawn il-kwistjonijiet jistgħu potenzjalment iwasslu għal diverġenza bejn il-valutazzjoni tagħhom u dik tal-Kummissjoni f’dak li jirrigwarda l-konformità mal-OTM jew tal-perkors ta’ aġġustament lejh (ara l-Figura 3).
Figura 3
Tweġibiet għall-istħarriġ tal-QEA tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti
Sors: Stħarriġ tal-QEA.
Raġunijiet oħra għal diverġenzi (ara l-paragrafu 49) huma l-istituzzjonijiet fiskali indipendenti li jużaw (i) metodoloġija għall-kalkolu tal-output potenzjali u/jew (ii) suppożizzjonijiet u settijiet ta’ data tagħhom stess. Madankollu, il-Kummissjoni tejbet il-kooperazzjoni tagħha mal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti, billi spjegat il-metodoloġija tagħha biex tgħin biex jiġu evitati tali diverġenzi.
54Fl-aħħar nett, il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-konformità tal-Istati Membri mar-regoli fiskali tal-UE jistgħu jieħdu inkunsiderazzjoni id-diskussjonijiet imwettqa bejn il-Kummissjoni u l-gvern ta’ dak il-pajjiż, li fihom l-istituzzjonijiet fiskali indipendenti ma jiħdux sehem.
55Ir-riskju ta’ inkonsistenza bejn il-konklużjonijiet milħuqa mill-istituzzjonijiet fiskali indipendenti u mill-Kummissjoni diġà ssemma’ mill-Bord Fiskali Ewropew43, u dan ġie kkonfermat mill-istħarriġ tagħna. Fil-fatt, 20 % tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti indikaw li kienu diġà esperjenzaw tali differenzi. Il-Kaxxa 3 tipprovdi eżempji ta’ konklużjonijiet differenti.
Kaxxa 3
Valutazzjoni tal-Kummissjoni u tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti b’konklużjonijiet differenti – Eżempji
Fir-rapport ta’ valutazzjoni fiskali tagħha ta’ Novembru 2016, l-istituzzjoni fiskali indipendenti Irlandiża (il-Kunsill Konsultattiv Fiskali Irlandiż - l-IFAC) semmiet li l-abbozz tal-pjan baġitarju tal-Irlanda għall-2017 wera nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tar-regola baġitarja tal-Att domestiku dwar ir-Responsabbiltà Fiskali u mal-parti preventiva tal-UE għall-2016 u għall-201744. Madankollu, il-Kummissjoni qieset li ġeneralment huwa jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-PST.
L-istituzzjoni fiskali indipendenti Franċiża (il-Haut Conseil des finances publiques – l-HCFP), fil-valutazzjoni tagħha tal-abbozz tal-pjan baġitarju Franċiż f’Settembru 2018, saħqet li l-aġġustamenti strutturali ppjanati għall-2018 (0.1 punt perċentwali tal-PDG) u għall-2019 (0.3 punt perċentwali tal-PDG), li se jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għall-valutazzjoni, mhumiex konformi mar-regoli tal-parti preventiva tal-PST. Madankollu, l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-abbozz tal-pjan baġitarju kienet inqas ċara billi Franza ġiet ivvalutata bħala li hija “f’riskju ta’ nuqqas ta’ konformità”.
It-twaqqif tal-Bord Fiskali Ewropew kien pass tajjeb, iżda hemm lok għal tisħiħ tar-rwol u l-indipendenza tiegħu
56Ir-rapport tal-Ħames Presidenti ppreveda l-kompiti li ġejjin għall-Bord Fiskali Ewropew:
- li jikkoordina n-netwerk ta’ kunsilli fiskali nazzjonali u jikkonforma mal-istess standard ta’ indipendenza;
- li jagħti pariri dwar il-politika iżda mhux jimplimentaha. L-infurzar tar-regoli għandu jibqa’ l-kompitu tal-Kummissjoni, li għandha tkun tista’ tiddevja mill-fehmiet tal-Bord Fiskali Ewropew sakemm ikollha raġunijiet ġustifikabbli u tispjegahom;
- li jifforma ġudizzju ekonomiku, aktar milli legali, dwar il-pożizzjoni fiskali xierqa, kemm fuq livell nazzjonali u dak taż-żona tal-euro, fl-isfond tar-regoli fiskali tal-UE. Dan għandu jsir abbażi tar-regoli stabbiliti fil-PST;
- li jkun jista’ joħroġ opinjonijiet meta jqis il-ħtieġa, inkluż b’mod partikolari, b’rabta mal-valutazzjoni tal-programmi ta’ stabbiltà u l-preżentazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji annwali, u l-implimentazzjoni tal-baġits nazzjonali;
- li jipprovdi evalwazzjoni ex post tal-mod kif ġie implimentat il-qafas ta’ governanza.
Madankollu, fid-Deċiżjoni dwar il-Bord Fiskali Ewropew, il-Kummissjoni ħalliet barra l-biċċa l-kbira tad-dimensjoni nazzjonali ta’ dawn il-kompiti. B’mod partikolari, ma nkarigatx lill-Bord Fiskali Ewropew biex joħroġ opinjonijiet dwar il-programmi ta’ stabbiltà jew ta’ konverġenza nazzjonali, dwar l-abbozz ta’ pjanijiet baġitarji jew bl-implimentazzjoni tal-baġits nazzjonali. Barra minn hekk, minflok ma jikkoordina l-istituzzjonijiet fiskali indipendenti, qalet li l-Bord Fiskali Ewropew għandu sempliċiment jikkoopera magħhom. Aħna nosservaw li l-istituzzjonijiet baġitarji indipendenti stess opponew il-koordinazzjoni mill-Bord Fiskali Ewropew minħabba li qiesu li huwa kien qed imur kontra l-għan li tiżdied is-sjieda nazzjonali u kien qed jagħmel ħsara lill-indipendenza tagħhom.
58F’diskors f’Novembru 2015, il-President tal-Grupp tal-Euro qies il-merti li l-kunsilli fiskali nazzjonali jkollhom oħthom Ewropea kbira, b’sede barra mill-Kummissjoni, biex tipprovdi valutazzjonijiet indipendenti tal-abbozzi tal-baġits nazzjonali, li abbażi tagħhom il-Kummissjoni tagħti l-opinjoni (politika) tagħha.
59Barra minn hekk, ir-rapport tal-Ħames Presidenti kien appella biex il-Bord Fiskali Ewropew jikkonforma mal-istess standard ta’ indipendenza bħall-istituzzjonijiet fiskali indipendenti nazzjonali kif stabbilit fir-Regolament Nru 473/2013.
60L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni dwar il-Bord fiskali Ewropew jistipula li l-membri tal-Bord għandhom jaġixxu indipendentement. Madankollu, l-indipendenza tal-Bord Fiskali Ewropew hija limitata minħabba r-reġim dgħajjef tiegħu u r-riżorsi skarsi45:
- il-President u l-erba’ membri tal-Bord jinħatru mill-Kummissjoni. Il-mandat tagħhom huwa part-time, qasir (tliet snin) u jista’ jiġġedded darba, u ma hemm l-ebda dispożizzjoni għat-tneħħija tagħhom (bħal tneħħija biss fil-każ ta’ inkapaċità jew imġiba ħażina serja);
- peress li ġew stabbiliti b’Deċiżjoni tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista’ temenda r-regoli li jirregolaw il-Bord Fiskali Ewropew;
- il-Bord Fiskali Ewropew ma għandux indipendenza finanzjarja, billi ma għandux baġit proprju u ma jistax jimmaniġġja liberament ir-riżorsi umani tiegħu. Il-baġit tiegħu jaqa’ taħt il-baġit tal-“Euro u d-Djalogu Soċjali” tal-kabinett tal-Viċi President tal-Kummissjoni u jkopri s-salarji tal-membri (li għandhom l-istatus ta’ konsulenti speċjali) u l-ispejjeż tagħhom għall-vjaġġi fuq xogħol. Is-Segretarjat tal-Bord Fiskali Ewropew huwa unità tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni. Bħala tali, l-ispejjeż tiegħu (vjaġġi fuq xogħol, stediniet ta’ esperti, organizzazzjoni ta’ sessjonijiet ta’ ħidma, eċċ.) huma koperti mill-baġit operazzjonali tas-Segretarjat Ġenerali;
- il-Bord Fiskali Ewropew huwa affiljat mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni u jinsab fil-bini ta’ dan tal-aħħar. Is-sit web tiegħu huwa ospitat mill-Kummissjoni.
Il-fatturi msemmija hawn fuq jirriżultaw fi struttura istituzzjonali dgħajfa, kif enfasizzat ukoll mill-BĊE: li l-ħolqien tal-Bord Fiskali Ewropew abbażi ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni fi ħdan l-istruttura organizzattiva tagħha mhuwiex konformi mal-istandards stabbiliti għall-kontropartijiet tiegħu fil-livell nazzjonali46. L-istess kwistjoni tqajmet mill-FMI47.
62Barra minn hekk, filwaqt li r-rapport tal-Ħames Presidenti jistabbilixxi li l-Bord Fiskali Ewropew għandu jkun jista’ joħroġ opinjonijiet meta jqis il-ħtieġa, id-Deċiżjoni dwar il-Bord Fiskali Ewropew tagħmel referenza biss għall-pubblikazzjoni ta’ rapport annwali. Hija ma ssemmix espliċitament il-possibbiltà li l-Bord Fiskali Ewropew jippubblika valutazzjonijiet f’ħin reali jew joħroġ opinjonijiet pubbliċi, li fi kwalunkwe każ hija mxekkla minħabba r-riżorsi limitati tiegħu.
63Fil-prattika, il-Bord Fiskali Ewropew jippubblika żewġ tipi ta’ rapporti regolari (1) il-valutazzjoni tiegħu dwar il-pożizzjoni fiskali xierqa għaż-żona tal-euro, li tiġi ppubblikata f’Ġunju u (2) rapport annwali, li jiġi ppubblikat fl-aħħar tas-sena. Barra minn hekk, reċentement il-Bord Fiskali Ewropew ippubblika valutazzjoni tar-regoli fiskali tal-UE48.
64Il-valutazzjoni tagħna tal-erba’ rapporti ppubblikati fl-2017 u fl-2018 hija li huma ta’ kwalità analitika tajba. Dan kien ikkonfermat mill-partijiet ikkonċernati li ltqajna magħhom fl-Istati Membri fil-kampjun u mill-istħarriġ tagħna tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti. Fil-fatt, 87 % tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti vvalutaw il-kwalità tal-analiżi fir-rapporti tal-Bord Fiskali Ewropew bħala “tajba”, b’10 % jiddeskrivuha bħala “medja” u 3 % biss bħala “ħażina”.
65Fir-rapport annwali, l-Bord Fiskali Ewropew jipprovdi evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-qafas fiskali tal-Unjoni. Huwa joħroġ ukoll, f’taqsima ddedikata, proposti għall-evoluzzjoni futura tal-qafas fiskali tal-Unjoni. Madankollu, filwaqt li r-rapporti annwali kien fihom ukoll evalwazzjoni ta’ aspetti partikolari tal-effiċjenza fir-rigward tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti, bħall-applikazzjoni tagħhom tal-prinċipju “konformità jew spjegazzjoni” u jekk id-dritt ta’ aċċess tagħhom għall-informazzjoni kienx garantit, it-taqsima ddedikata dwar il-proposti ma kienet tinkludi xejn dwar kif għandha tittejjeb is-sitwazzjoni tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti.
66Barra minn hekk, id-Deċiżjoni dwar il-Bord Fiskali Ewropew ma tispeċifikax kif il-proposti tal-Bord Fiskali Ewropew se jikkontribwixxu għall-proċess deċiżjonali intern tal-Kummissjoni. Fil-fatt, il-Kummissjoni tista’ tinjora l-proposti maħruġa tal-Bord Fiskali Ewropew mingħajr ma tipprovdi ebda raġuni minħabba li, kuntrarjament għal dak li ġie propost fir-rapport tal-Ħames Presidenti, mhijiex marbuta bil-prinċipju “konformità jew spjegazzjoni”. Din il-kwistjoni ġiet enfasizzata kemm mill-BĊE49 kif ukoll mill-Ombudsman Ewropew50.
67Fit-tweġiba tiegħu lill-Ombudsman Ewropew, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea spjega li ma jistax isir tqabbil parallel strett bejn il-Bord Fiskali Ewropew u l-istituzzjonijiet fiskali indipendenti nazzjonali. L-istituzzjonijiet fiskali indipendenti nazzjonali huma l-għassiesa biex jimmonitorjaw jekk il-politiki nazzjonali humiex konformi mar-regoli fiskali. L-Bord Fiskali Ewropew ma jimmonitorjax il-baġit tal-UE jew l-implimentazzjoni tiegħu - huwa korp konsultattiv indipendenti tal-Kummissjoni. Din hija r-raġuni għalfejn il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea argumenta li l-prinċipju ta’ “konformità jew spjegazzjoni” ma japplikax f’dan il-kuntest.
68Il-kwalità tal-analiżi u l-fehmiet kritiċi espressi mill-Bord Fiskali Ewropew jindikaw li, minkejja li huwa inkorporat fil-Kummissjoni, huwa kien kapaċi jifforma opinjonijiet indipendenti. Madankollu, din l-indipendenza tiddependi biss fuq il-membri attwali tal-Bord Fiskali Ewropew pjuttost milli fuq l-istruttura istituzzjonali tiegħu. L-istħarriġ tagħna wera li l-perċezzjoni tal-istituzzjonijiet baġitarji indipendenti rigward l-indipendenza tal-Kumitat tal-Bord Fiskali Ewropew kienet imħallta: 53 % minnhom iqisu li l-Bord Fiskali Ewropew għandu “indipendenza limitata”, filwaqt li 47 % jqisu li huwa “kompletament indipendenti”.
Sa issa l-Kummissjoni għandha biss aċċertament limitat li l-oqfsa baġitarji nazzjonali qed jiġu implimentati u applikati kif suppost
69Ir-rekwiżiti inizjali għall-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri ma ġewx stipulati f’regolament, iżda ħadu l-forma ta’ direttiva. Għaldaqstant, l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti tieħu aktar fit-tul u l-Istati Membri għandhom diskrezzjoni fir-rigward ta’ kif jagħmlu dan.
70Madankollu, fir-rapport dwar il-finanzi pubbliċi fl-UEM 2011 (li ġie ppubblikat fl-2012)51, il-Kummissjoni ddikjarat li l-għażla ta’ direttiva kienet twieġeb għall-ħtieġa li jinkiseb bilanċ bejn ir-rekwiżiti tal-Istati Membri.
71Aħna vvalutajna jekk:
- il-Kummissjoni kinitx kapaċi tasal għal konklużjonijiet f’waqthom dwar il-konformità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mar-rekwiżiti tal-UE;
- il-valutazzjoni tal-Kummissjoni pprovdietx għarfien sinifikanti dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-oqfsa baġitarji nazzjonali.
Dewmien fil-konklużjoni dwar il-konformità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mar-rekwiżiti tal-UE minħabba fatturi li l-Kummissjoni mhux dejjem kellha kontroll fuqhom
72Id-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2011/85 kienet il-31 ta’ Diċembru 2013. L-Istati Membri kellhom jinnotifikaw il-miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali tagħhom lill-Kummissjoni. L-Istati Membri ħarġu 323 miżura ta’ implimentazzjoni nazzjonali, iżda minn dawn 67 (20 %) biss ġew innotifikati fil-ħin (ara l-Figura 4). Fil-fatt, l-Istati Membri kellhom simultanjament jinkorporaw fil-liġi nazzjonali mhux biss ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2011/85, iżda anki dawk li ġejjin mir-Regolament Nru 473/2013 u mill-Patt Fiskali.
Figura 4
Notifika tal-miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali fis-sena
Sors: Il-QEA.
Peress li mhux l-Istati Membri kollha kienu ttrasponew id-Direttiva 2011/85 sad-data ta’ skadenza, ftit wara, il-Kummissjoni fetħet 17-il proċedura ta’ ksur għal “nuqqas ta’ notifika” tal-miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali. Kif jidher fit-Tabella 2, il-maġġoranza ta’ dawn il-każijiet (14) ingħalqu fi żmien sena, li huwa l-parametru referenzjarju tal-Kummissjoni52. Minħabba l-proċessi twal għall-adozzjoni ta’ liġijiet fis-Slovenja u fir-Repubblika Ċeka, dawn il-pajjiżi temmew it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2011/85 fl-2018 u fl-2019 rispettivament. Dan inevitabbilment dewwem il-bidu tal-proċess ta’ valutazzjoni tal-konformità għas-17-il Stat Membru suġġetti għal proċeduri ta’ ksur.
Tabella 2 – Is-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-proċeduri ta’ ksur dwar nuqqas ta’ komunikazzjoni (Ġunju 2019)
| Ftuħ ta’ proċedura ta’ ksur għal “nuqqas ta’ notifika” 27 ta’ Jannar 2014 | BE, BG, CZ, DK, DE, EE, EL, HR, IT, CY, LT, LU, MT, AT, SI, FI, UK | |
| Magħluqa f’Lulju 2014 | BE, DK, DE, EE, HR, IT, CY, LT, AT, FI, UK | FIL-PARAMETRU REFERENZJARJU |
| Magħluqa f’Novembru 2014 | EL, LU, MT | |
| Magħluqa f’Lulju 2015 | BG | XAHREJN WARA L-PARAMETRU REFERENZJARJU |
| Tressiq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE f’Lulju 2017 | SI | DEWMIEN TWIL |
| Għadha għaddejja | CZ | |
Sors: Il-QEA.
Il-Kummissjoni ma kkompletatx il-valutazzjonijiet tal-konformità, li jikkonsistu f’kontroll tat-traspożizzjoni u kontroll tal-konformità, fil-perjodu referenzjarju proprju tagħha53, u l-miri tal-prestazzjoni stabbiliti fil-Pjanijiet ta’ Ġestjoni Annwali tad-DĠ ECFIN għall-perjodu 2014-2017 intlaħqu biss parzjalment.
75B’riżultat tal-kontrolli tat-traspożizzjoni u tal-konformità tagħha, f’Awwissu 2016, il-Kummissjoni bdiet “proċeduri EU Pilot” għal 11-il Stat Membru, għal 7 oħra f’April 2019, u reġgħet bdiet oħrajn għal 7 Stati Membri f’Lulju 2019. Dan kien l-ewwel pass biex tipprova tirriżolvi l-problemi ta’ traspożizzjoni u għaldaqstant tevita proċedimenti ta’ ksur formali, jekk ikun possibbli. Għat-tliet Stati Membri li jifdal, f’Settembru 2019, il-Kummissjoni kienet għadha ma ddeċidietx jekk kinitx se tibda “proċeduri EU Pilot”.
76Is-sekwenza tal-“proċeduri EU Pilot” (ara t-Tabella 3) ma kinitx iddettata minn pjan ta’ implimentazzjoni iżda pjuttost minn raġunijiet operazzjonali, jiġifieri mid-disponibbiltà tal-Istati Membri biex iwettqu d-“djalogi dwar l-EU Pilot” mal-Kummissjoni bl-Ingliż għall-ewwel grupp u skont il-livell ta’ tħejjija interna tal-Kummissjoni għat-tieni u t-tielet grupp. B’riżultat ta’ dan, xi Stati Membri taż-żona tal-euro li għandhom dejn tal-amministrazzjoni pubblika għoli, jiġifieri dawk li għalihom huwa aktar importanti li jiksbu pożizzjoni fiskali soda, ma ġewx ivvalutati bħala kwistjoni ta’ prijorità (ara l-Figura 5).
77Fl-2014 (li sa dak iż-żmien suppost kellha tiġi kkompletata t-traspożizzjoni min-naħa tal-Istati Membri), is-7 Stati Membri taż-żona tal-euro li għalihom il-Kummissjoni kienet bdiet “proċedura EU Pilot” fl-2019 (ara l-Figura 5, it-tielet kolonna) kienu jirrappreżentaw 77 % tal-PDG taż-żona tal-euro (66 % tal-PDG ikkombinat tal-Istati Membri kollha tal-UE bl-esklużjoni tar-Renju Unit, u 56 % tal-PDG ikkombinat tal-Istati Membri tal-UE kollha inkluż ir-Renju Unit), u 77 % tad-dejn pubbliku taż-żona tal-euro (72 % tad-dejn pubbliku kkombinat tal-Istati Membri kollha tal-UE bl-esklużjoni tar-Renju Unit, u 60 % tad-dejn pubbliku kkombinat tal-Istati Membri kollha tal-UE inkluż ir-Renju Unit).
Figura 5
Ripartizzjoni tal-Istati Membri skont il-grupp ta’ proċeduri EU Pilot
Sors: Il-QEA.
It-18-il każ “EU Pilot” li bdew fl-ewwel u fit-tieni grupp ingħalqu wara dewmien konsiderevoli, u bħala medja damu aktar minn 65 ġimgħa, ferm ogħla mill-parametru referenzjarju ta’ 20 ġimgħa stabbilit mill-Kummissjoni. Fi 3 każijiet minn 18, aħna osservajna dewmien partikolarment twil fil-komunikazzjoni (ta’ kważi sena, jew aktar), fejn il-Kummissjoni kienet qed tistenna lill-Istati Membri biex jimplimentaw il-miżuri meħtieġa. Eventwalment dawn it-3 proċeduri ngħalqu wara sentejn minn meta nbdew. F’każ wieħed, il-Kummissjoni ċaħdet it-tweġibiet tal-Istat Membru (il-Belġju). B’kollox, il-Kummissjoni għalqet 11-il “proċedura EU Pilot” tal-Istati Membri b’valutazzjoni pożittiva tal-konformità . F’seba’ każijiet oħra, il-Kummissjoni ċaħdet ir-risposti tal-Istati Membri. Erbgħa każijiet minn dawk is-seba’ ngħalqu qabel Settembru 2019. Il-Kummissjoni qed tkompli bl-iskambji informali tagħha mal-Istati Membri l-oħra (ara t-Tabella 3), iżda għadha ma bdiet ebda proċedura ta’ ksur54.
Tabella 3 – Durata u status tal-proċeduri EU Pilot
* Durata kkalkulata sat-30 ta’ Settembru 2019.
Sors: Il-QEA.
Il-Kummissjoni kellha tibda 17-il proċedura ta’ ksur minħabba “nuqqas ta’ notifika” (ara l-paragrafu 73) u l-Istati Membri kellhom jintroduċu 102 miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali addizzjonali b’riżultat tal-kontrolli tal-konformità mwettqa mill-Kummissjoni matul il-perjodu 2015-2019 (ara l-Figura 4). Dan jissuġġerixxi, fid-dawl tal-esperjenza miksuba, li l-Kummissjoni ssottovalutat l-isfidi li l-Istati Membri ffaċċjaw fit-traspożizzjoni tad-Direttiva 2011/85 u ma ħaditx miżuri proattivi biex tgħinhom jagħmlu dan fil-ħin. Sabiex tgħin lill-Istati Membri japplikaw id-dritt tal-UE b’mod korrett, il-Kummissjoni spiss tuża firxa ta’ “għodod li jippromwovu l-konformità” fi stadji differenti fiċ-ċiklu tal-politika55. Madankollu, hija għamlet dan sa ċertu punt fil-każ tad-Direttiva 2011/85.
80Il-Kummissjoni ma pprovdietx gwida dwar l-oqfsa baġitarji nazzjonali lill-Istati Membri: minbarra l-iskambji matul il-“proċeduri EU Pilot”, kien hemm ukoll skambji li fil-biċċa l-kbira kienu informali (eż. emails, telefonati jew laqgħat bilaterali) pereżempju b’reviżjonijiet ta’ abbozzi ta’ leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2011/85. Dan ġie kkonfermat mill-partijiet ikkonċernati li ltqajna magħhom, kif ukoll mill-istħarriġ tagħna tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti (ara l-Figura 6). Ta min josserva li l-Kummissjoni pprovdiet inqas appoġġ u gwida biex tiżgura l-applikazzjoni effettiva tal-oqfsa baġitarji nazzjonali milli għamlet biex tiżgura l-konformità tal-Istati Membri mar-rekwiżiti tal-UE.
Figura 6
Tweġiba għall-istħarriġ tal-QEA dwar l-għoti ta’ gwida u appoġġ mill-Kummissjoni
Sors: Stħarriġ tal-QEA.
Sa issa, il-valutazzjonijiet tal-Kummissjoni għandhom valur informattiv limitat, jew minħabba t-twaqqit jew inkella minħabba kunsiderazzjonijiet relatati mal-mandat
81Aħna analizzajna l-valutazzjonijiet tal-Kummissjoni skont id-Direttiva 2011/85, it-TSKG u r-Regolament Nru 473/2013.
Valutazzjoni tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2011/85
82Wara li tivvaluta l-konformità tal-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali, il-Kummissjoni hija meħtieġa li timmonitorja u tivvaluta l-applikazzjoni tad-Direttiva 2011/85.
83Il-Kummissjoni għadha ma bdietx tivvaluta l-applikazzjoni tad-Direttiva 2011/85/UE b’mod strutturat u sistematiku. Hija qed tippjana li tagħmel dan56 ladarba ttemm il-valutazzjoni tat-traspożizzjoni tar-rekwiżiti tad-Direttiva 2011/85 tal-Istati Membri kollha fil-leġiżlazzjoni nazzjonali (ara t-Tabella 3).
84F’Ottubru 2019 il-Kummissjoni kienet għadha ma implimentatx strateġija li tistipula l-metodoloġija, il-kriterji, il-miri u r-riżultati tanġibbli mill-Istati Membri, sabiex tiżgura monitoraġġ xieraq u f’waqtu tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2011/85/UE.
85F’xi każijiet, minkejja li implimentaw id-Direttiva 2011/85, l-Istati Membri (pereżempju l-Italja u Spanja) mhux qed juru titjib fil-prestazzjoni fiskali tagħhom f’konformità mar-rekwiżiti tal-PST. Madankollu, il-Kummissjoni għadha ma eżerċitatx is-setgħat ta’ monitoraġġ tagħha57 billi twettaq valutazzjoni ffukata fuq il-prestazzjoni operattiva tal-elementi ewlenin tal-oqfsa baġitarji nazzjonali. Tali approċċ jintuża, pereżempju, mill-FMI fl-Evalwazzjoni tat-Trasparenza Fiskali tiegħu.
86Alternattivament, tista’ tuża wkoll il-metodoloġija tan-Nefqa Pubblika u r-Responsabbiltà Finanzjarja (PEFA). Il-Kummissjoni nnifisha, permezz tad-Direttorat-Ġenerali għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp (DĠ DEVCO), żviluppat il-metodoloġija tal-PEFA flimkien mal-FMI u l-Bank Dinji. Għalhekk, internament, għandha l-għarfien meħtieġ biex twettaq il-valutazzjonijiet tal-PEFA.
87Minbarra l-valutazzjoni tal-konformità u tal-applikazzjoni, id-Direttiva 2011/85 kienet tirrikjedi li sa nofs Diċembru 2018 il-Kummissjoni tkun wettqet reviżjoni tal-adegwatezza.
88Ir-rekwiżit dwar it-twettiq ta’ reviżjoni tal-adegwatezza ma kienx inkluż speċifikament fil-proposta inizjali tal-Kummissjoni, iżda ġie miżjud matul il-proċess leġiżlattiv. Barra minn hekk, minkejja li l-oqfsa baġitarji ta’ terminu medju huma element ċentrali tal-oqfsa baġitarji nazzjonali u tad-Direttiva 2011/85, dawn mhumiex espliċitament inklużi fl-ambitu tar-reviżjoni tal-adegwatezza. Madankollu, aħna nieħdu nota tal-intenzjoni tal-Kummissjoni biex tinkludi l-oqfsa baġitarji ta’ terminu medju fl-ambitu ta’ din ir-reviżjoni.
89Minkejja l-iskadenza ta’ Diċembru 2018, f’Ottubru 2019, il-Kummissjoni kienet għadha ma ppubblikatx ir-reviżjoni tagħha tal-adegwatezza tad-Direttiva 2011/85.
90Madankollu, abbażi ta’ studju ekonomiku, f’Jannar 2019, il-Kummissjoni kkonkludiet li fis-snin reċenti s-sjieda nazzjonali tar-regoli fiskali tal-UE ssaħħet grazzi għall-ħolqien ta’ oqfsa fiskali nazzjonali aktar b’saħħithom, b’segwitu għall-inizjattivi leġiżlattivi mressqa fil-livell tal-UE58. L-istudju ħares lejn evidenza ekonometrika li turi rabta bejn il-kwalità tal-oqfsa baġitarji ta’ terminu medju (imkejla mill-indiċi relatat mal-oqfsa baġitarji ta’ terminu, ara l-paragrafu 04) u l-bilanċ primarju aġġustat ċiklikament. Din ir-rabta qawwija hija interpretata fis-sens li turi effett pożittiv fuq id-dixxiplina fiskali, b’riżultat ta’ sjieda nazzjonali.
91L-indiċi relatat mal-oqfsa baġitarji ta’ terminu medju jivvaluta l-kwalità tal-oqfsa baġitarji nazzjonali abbażi ta’ 11-il kriterju (ara t-Tabella 4). Wieħed mir-rekwiżiti tad-Direttiva 2011/85 ma huwa kopert minn ebda kriterju, u sitta mill-kriterji użati ma jikkorrispondux għar-rekwiżiti tad-Direttiva 2011/85/UE iżda ma’ karatteristiċi oħra, li l-Kummissjoni tqies bħala li huma mixtieqa.
Tabella 4 – Tqabbil bejn ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2011/85 dwar l-oqfsa baġitarji ta’ terminu medju u l-kriterji tal-indiċi relatat mal-oqfsa baġitarji ta’ terminu kemm għall-metodoloġija l-qadima kif ukoll għall-ġdida (irfinuta)
Nota: ✘: mhux inkluż.
Sors: Il-QEA.
Madankollu, din l-analiżi, minkejja li hija siewja, ma tistax titqies bħala reviżjoni tal-adegwatezza tad-Direttiva 2011/85 dwar ir-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji ta’ terminu medju, għar-raġunijiet li ġejjin:
- l-indiċi relatat mal-oqfsa baġitarji ta’ terminu medju li ntuża f’din l-analiżi huwa bbażat fuq id-Database tal-Governanza Fiskali (ara l-paragrafu 04), li l-informazzjoni fiha ġejja primarjament mill-awtoritajiet nazzjonali, aktar milli informazzjoni minn valutazzjoni awtonoma mill-Kummissjoni dwar il-funzjonament tal-oqfsa baġitarji nazzjonali;
- il-kriterji użati għall-għoti ta’ punteġġi tal-indiċi u tar-rekwiżiti tad-Direttiva 2011/85/UE jikkoinċidu biss parzjalment (ara l-paragrafu 91);
- titjib fl-indiċi relatat mal-oqfsa baġitarji ta’ terminu medju jista’ jirrifletti biss il-promulgazzjoni ta’ riforma baġitarja, anki jekk ma tkunx għadha operattiva, jiġifieri l-indiċi jista’ jirrifletti biss il-konformità tat-tfassil tagħha aktar milli l-funzjonament effettiv tagħha (ara l-Kaxxa 4);
- l-indiċi relatat mal-oqfsa baġitarji ta’ terminu medju jkopri l-perjodu mill-2006 sal-2015. Madankollu, fl-2015 il-“proċeduri EU Pilot” kienu għadhom ma bdewx, u dan ifisser li ma kienx possibbli li l-indiċi jirrifletti l-valutazzjoni tal-Kummissjoni, la tat-traspożizzjoni u lanqas tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2011/85;
- l-indiċi relatat mal-oqfsa baġitarji ta’ terminu medju juri titjib (żieda fil-punteġġ) għall-Istati Membri taż-żona tal-euro jew fl-2011 jew inkella fis-snin preċedenti bl-eċċezzjoni ta’ Franza, il-Ġermanja, il-Finlandja (żidiet żgħar fl-2012, fl-2013 u fl-2015 rispettivament) u l-Lussemburgu (2014). Madankollu, it-titjib li seħħ fl-2011 u fis-snin preċedenti ma jistax jitqies bħala riflessjoni tal-impatt tad-Direttiva 2011/85, li daħlet fis-seħħ biss fit-13 ta’ Diċembru 2011. Anki l-Istati Membri taħt programm ta’ assistenza finanzjarja (Ċipru, il-Greċja, l-Irlanda, il-Latvja, Spanja u l-Portugall) raw titjib, l-istess bħal Stat Membru li kien fil-proċess li jissieħeb fiż-żona tal-euro (il-Litwanja). Madankollu, l-analiżi tal-Kummissjoni, filwaqt li tirrikonoxxi r-rwol li għandhom il-programmi ta’ assistenza finanzjarja, ma tagħmilx distinzjoni bejn l-impatt tad-Direttiva 2011/85 u l-impatt tal-obbligi taħt il-programm ta’ assistenza finanzjarja jew ir-rieda tal-Istat Membru biex jissieħeb fiż-żona tal-euro.
Kaxxa 4
Eżempji ta’ żieda fil-punteġġi tal-indiċi relatat mal-oqfsa baġitarji ta’ terminu medju marbuta mal-promulgazzjoni u mhux mal-funzjonament effettiv tar-riformi baġitarji
Aħna sibna li l-Kummissjoni kienet tejbet l-indiċi relatat mal-oqfsa baġitarji ta’ terminu medju ta’ wħud mill-Istati Membri fil-kampjun tagħna (l-Italja, il-Latvja u l-Lussemburgu) immedjatament wara li għaddew ir-riformi baġitarji (fl-2009, fl-2013 u fl-2014 rispettivament), minkejja li l-applikazzjoni ta’ dawn ir-riformi (u għalhekk l-effett tagħhom) kienet waħda gradwali u ma kinitx kompluta sal-2015.
Fil-każ tal-Italja, fl-2009 għaddiet liġi ġdida dwar il-kontabbiltà, iżda kien hemm bżonn ta’ bosta atti leġiżlattivi sekondarji li ġew approvati maż-żmien. Il-proċess ta’ implimentazzjoni għadu għaddej (skont rapporti mill-Ministeru tal-Finanzi).
Fil-każ tal-Lussemburgu u tal-Latvja, matul il-“proċeduri EU Pilot”, il-Kummissjoni identifikat lakuni bejn ir-riforma promulgata u r-rekwiżiti tad-Direttiva 2011/85. Dawn dewmu l-konklużjoni tal-“proċeduri EU Pilot”. L-awtoritajiet nazzjonali kellhom jagħlqu dawn il-lakuni permezz ta’ emendi leġiżlattivi jew amministrattivi, li seħħew – u għalhekk kellhom effett – biss wara d-data tal-għeluq għall-analiżi ekonometrika.
Valutazzjoni tal-Patt Fiskali
93It-TSKG jirrikjedi li l-Kummissjoni tippreżenta “fi żmien debitu” rapport li jivvaluta l-konformità tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati mill-Istati Membri mal-Patt Fiskali (ara l-paragrafu 06). Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni ħarġet ir-rapport tagħha fit-22 ta’ Frar 201759. F’konformità mal-mandat tagħha, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tiffoka fuq il-konformità legali tad-dispożizzjonijiet nazzjonali. Hija ma rċeviet l-ebda mandat biex tivvaluta l-applikazzjoni effettiva tar-regoli nazzjonali l-ġodda li jittrasponu l-Patt Fiskali.
94Il-konklużjonijiet prinċipali li jistgħu jittieħdu mir-rapport huma dawn li ġejjin:
- l-Istati Membri kollha daħħlu fis-seħħ regola vinkolanti ta’ baġit bilanċjat, għalkemm ftit minnhom biss fuq livell kostituzzjonali;
- l-Istati Membri jiddefinixxu b’mod differenti iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jippermettu devjazzjoni temporanja mill-OTM tagħhom;
- l-Istati Membri jippreżentaw differenzi fil-grad kemm il-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni huwa awtomatiku u fl-ambitu tal-azzjoni korrettiva meħtieġa;
- l-Istati Membri kollha kienu adottaw id-dispożizzjonijiet legali għat-twaqqif ta’ istituzzjonijiet fiskali indipendenti, għalkemm il-Kummissjoni kellha xi tħassib dwar is-salvagwardji tal-indipendenza ta’ xi wħud minnhom;
- ħafna Stati Membri kienu għadhom ma integrawx il-prinċipju “konformità jew spjegazzjoni” fil-qafas legali tagħhom (jiġifieri gvern irid jiġġustifika meta ma jkunx konformi mal-valutazzjonijiet tal-istituzzjoni fiskali indipendenti), iżda impenjaw lilhom infushom li japplikawh b’mod xieraq.
Il-valutazzjoni kumplessiva tal-Kummissjoni kienet pożittiva, anki minkejja li t-traspożizzjoni tal-Patt Fiskali mxiet bil-mod u ma kinitx kompluta. Fil-fatt, il-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni f’dak li jirrigwarda l-konformità ta’ 16-il Stat Membru kienet tiddependi fuq l-implimentazzjoni tagħhom tal-impenji li kienu għamlu. Madankollu, kif indikat mill-BĊE60, l-impenji mhumiex sostituti adegwati għal dispożizzjonijiet legali, billi dawn mhumiex infurzabbli. Għalhekk il-valutazzjoni tal-Kummissjoni ma kinitx kompluta u, minħabba li aċċettat l-impenji, dgħajfet ir-rekwiżiti.
Valutazzjoni tal-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 473/2013
96F’Novembru 2014, il-Kummissjoni wettqet l-ewwel valutazzjoni tal-applikazzjoni tar-Regolament Nru 473/2013, fil-kuntest tar-reviżjoni tal-governanza ekonomika li tkopri l-atti leġiżlattivi tas-"Six-Pack" u tat-"Two-Pack". Madankollu, il-valutazzjoni ma kinitx konklużiva, billi saret kmieni wisq wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 473/2013. Il-valutazzjoni li jmiss mistennija li ssir sa tmiem l-2019.
97Il-Kummissjoni timmonitorja wkoll l-iżviluppi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fl-oqfsa baġitarji nazzjonali u l-applikazzjoni tagħhom permezz tas-Semestru Ewropew61, għalkemm sa ċertu punt biss: hija tivvaluta jekk il-pożizzjonijiet baġitarji tal-Istati Membri humiex qed joqorbu lejn l-OTMs tagħhom (ara l-paragrafu 46), iżda ma tivvalutax fid-dettall il-funzjonament tal-oqfsa baġitarji nazzjonali sottostanti. Il-Figura 7 tipprovdi aktar dettalji dwar l-istadji differenti.
Figura 7
Il-valutazzjoni tal-oqfsa baġitarji nazzjonali imwettqa mill-Kummissjoni fl-istadji differenti tas-Semestru Ewropew
Sors: Il-QEA.
Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
98Aħna eżaminajna jekk l-azzjonijiet tal-Kummissjoni għat-tisħiħ tal-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri tal-UE kinux kisbu r-riżultati intenzjonati. Aħna nikkonkludu li billi pproponiet id-Direttiva 2011/85 u r-Regolament Nru 437/2013, li ġew adottati, kif ukoll l-abbozz ta’ Direttiva tal-2017, li għalih il-proċess leġiżlattiv għadu għaddej, il-Kummissjoni kkontribwiet għall-promozzjoni tat-titjib fl-oqfsa baġitarji nazzjonali (il-paragrafu 17).
99Madankollu, il-Kummissjoni ma kkjarifikatx kif hija se timminimizza d-diverġenzi possibbli bejn il-valutazzjonijiet proprji tagħha u dawk tal-istituzzjonijiet baġitarji indipendenti f’dak li jirrigwarda l-konformità mar-regoli fiskali tal-UE, fejn kemm hija kif ukoll l-istituzzjonijiet fiskali indipendenti jivvalutaw il-konformità mar-regoli fiskali tal-UE.
100Kien hemm każijiet fejn il-Kummissjoni u istituzzjoni fiskali indipendenti waslu għal konklużjonijiet differenti. Waħda mir-raġunijiet għal dan hija, li meta tivvaluta l-konformità, il-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ mid-diskrezzjoni mogħtija lilha mid-dritt tal-UE u s-setgħa tagħha li tinterpreta din id-diskrezzjoni. Dan japplika b’mod partikolari għaċ-“ċirkostanzi eċċezzjonali”’ aċċettati bħala ġustifikazzjoni biex jiġu llaxkati r-rekwiżiti ta’ aġġustament għall-Istati Membri li jkunu għadhom ma laħqux l-objettivi baġitarji ta’ terminu medju tagħhom (il-paragrafu 45 sa 55).
Rakkomandazzjoni 1 – Valutazzjonijiet tal-konformità mill-Kummissjoni u mill-istituzzjonijiet fiskali indipendentiBiex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet fiskali indipendenti jkunu jistgħu jaqdu r-rwol tagħhom b’mod effettiv, u sabiex tiġi mminimizzata d-diverġenza bejn il-valutazzjonijiet proprji tagħha u dawk tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti f’dak li jirrigwarda l-konformità mar-regoli fiskali tal-UE, jenħtieġ li l-Kummissjoni ssaħħaħ il-kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: Mill-2020 ’il quddiem.
101Għadd ta’ rekwiżiti fil-qafas legali tal-UE dwar l-oqfsa baġitarji ta’ terminu medju u l-istituzzjonijiet fiskali indipendenti ma jikkonformawx mal-istandards u l-aħjar prattika internazzjonali stabbiliti mill-FMI u mill-OECD, u ħafna drabi minkejja l-fehmiet espressi f’dokumenti ekonomiċi ppubblikati mill-Kummissjoni nnifisha. L-abbozz ta’ Direttiva tal-2017, jekk jiġi approvat, jikkoreġi biss parzjalment dawk id-dgħufijiet (il-paragrafu 18 sa 41).
Rakkomandazzjoni 2 – Rieżaminar tar-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji nazzjonaliBiex tkompli ssaħħaħ l-oqfsa baġitarji, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrieżamina r-rekwiżiti għall-oqfsa baġitarji ta’ terminu medju u għall-istituzzjonijiet baġitarji indipendenti, anki billi tieħu inkunsiderazzjoni l-istandards u l-aħjar prattika internazzjonali, u tipproponi azzjonijiet xierqa biex ittejjeb l-ambitu u l-effettività tagħhom. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tibbaża dan fuq l-osservazzjonijiet li ngħataw f’dan ir-rapport, kif ukoll fuq ir-riżultati tar-reviżjoni tal-adegwatezza tagħha u fuq dawk tal-valutazzjoni tagħha f’dak li jirrigwarda l-konformità u l-applikazzjoni tad-Direttiva 2011/85 u tar-Regolament Nru 473/2013.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: fi żmien sena mill-pubblikazzjoni tal-valutazzjoni tas-"Six-Pack" u t-"Two-Pack" min-naħa tal-Kummissjoni (li jinkludu d-Direttiva 2011/85 u r-Regolament Nru 473/2013).
102L-effettività tal-Bord Fiskali Ewropew hija limitata mill-istruttura istituzzjonali attwali tiegħu. Barra minn hekk, il-prinċipju “konformità jew spjegazzjoni” ma japplikax għall-Kummissjoni (il-paragrafu 56 sa 68).
Rakkomandazzjoni 3 – Tisħiħ tal-Bord Fiskali EwropewBiex issaħħaħ aktar l-infurzar tar-regoli fiskali tal-UE u l-valutazzjoni indipendenti tax-xogħol tal-Kummissjoni rigward id-dimensjoni nazzjonali, jenħtieġ li l-Kummissjoni:
- tirrieżamina l-mandat kif ukoll l-istruttura istituzzjonali tal-Bord Fiskali Ewropew u tippubblika l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni, inkluż ġustifikazzjonijiet fil-każ li ma jiġux proposti modifiki;
- tapplika l-prinċipju “konformità jew spjegazzjoni” li permezz tiegħu l-Kummissjoni hija mistennija li tipprovdi ġustifikazzjoni pubblika f’każijiet fejn hija ma tikkonformax mal-valutazzjonijiet tal-Bord Fiskali Ewropew.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: fi żmien sena mill-pubblikazzjoni tal-valutazzjoni tas-"Six-Pack" u t-"Two-Pack" min-naħa tal-Kummissjoni (li jinkludu d-Direttiva 2011/85 u r-Regolament Nru 473/2013).
103Il-Kummissjoni għadha ma kkompletatx il-valutazzjoni tagħha f’dak li jirrigwarda l-konformità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2011/85, li kienet tinkludi kontrolli tat-traspożizzjoni u tal-konformità (il-paragrafi 72 sa 80).
104Il-valutazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-qafas legali tal-UE (id-Direttiva 2011/85 u r-Regolament Nru 473/2013) jew għadhom ma twettqux jew inkella saru fi stadju bikri wisq tal-implimentazzjoni biex ikunu sinifikattivi (il-paragrafi 84 sa 92 u 96).
105Il-monitoraġġ attwali, imwettaq mill-Kummissjoni, tal-iżviluppi fl-oqfsa baġitarji nazzjonali huwa, fost affarijiet oħra, ibbażat fuq id-Database tal-Governanza Fiskali. Din tirċievi informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, li prinċipalment tiffoka fuq l-istruttura istituzzjonali aktar milli fuq il-funzjonament proprju (il-paragrafu 92).
Rakkomandazzjoni 4 – Tisħiħ tal-infurzar tal-oqfsa baġitarji nazzjonaliBiex tivvaluta jekk l-objettivi stabbiliti fl-atti legali (id-Direttiva 2011/85 u r-Regolament Nru 473/2013) kinux intlaħqu, u jekk wieħed iqis li diġà għaddew bejn sitta u tmien snin mill-adozzjoni tagħhom, jenħtieġ li l-Kummissjoni:
- tiffinalizza mingħajr aktar dewmien il-valutazzjoni tal-konformità;
- twettaq u tippubblika malajr kemm jista’ jkun reviżjoni komprensiva tal-adegwatezza tad-Direttiva 2011/85;
- tirrevedi l-kwestjonarji tad-Database tal-Governanza Fiskali jew tidentifika għodda oħra li tkun adatta biex titlob, fuq bażi regolari, informazzjoni komprensiva dwar il-funzjonament reali tal-oqfsa baġitarji nazzjonali;
- fuq bażi regolari, timmonitorja l-funzjonament tal-oqfsa baġitarji nazzjonali, permezz ta’ metodoloġija strutturata li tiffoka fuq il-prestazzjoni operattiva tal-elementi ewlenin tal-oqfsa baġitarji nazzjonali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti segwitu għal kwalunkwe dgħufija sinifikanti identifikata.
Data mmirata għall-implimentazzjoni għal (a): sa nofs l-2020, (b): sa tmiem l-2019, (c): sa tmiem l-2020, u (d): mill-2021 ’il quddiem.
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Brenninkmeijer, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fit-15 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri
Klaus-Heiner Lehne
President
Annessi
Anness I – Kronoloġija tal-bażi ġuridika u tal-pubblikazzjonijiet rilevanti
Sors: Il-QEA.
Anness II – Il-fehma tal-Kummissjoni dwar il-qafas baġitarju ta’ terminu medju
(i) Proċess uniku għat-tħejjija tal-qafas baġitarju ta’ terminu medju u tal-baġit annwali, u dokumentazzjoni kompletament integrata.
01Fl-2011, il-Kummissjoni kienet diġà rrikonoxxiet il-problema li filwaqt li l-Programmi ta’ Stabbiltà u Konverġenza (PSK) diġà jiġu ppreżentati minn perspettiva pluriennali, ir-rilevanza politika ta’ dawn id-dokumenti ta’ politika għadha waħda limitata fid-dibattitu domestiku dwar id-diskussjoni tal-istrateġiji baġitarji, minkejja l-fatt li l-Istati Membri suppost jabbozzaw il-baġit tagħhom skont l-impenji PSK tagħhom62. Anki fir-rapport ta’ progress interim tagħha tal-2012 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/85 il-Kummissjoni rreferiet għall-integrazzjoni tal-qafas baġitarju ta’ terminu medju fiċ-ċiklu baġitarju annwali, kif ukoll għal dokumentazzjoni integrata bis-sħiħ bħala karatteristiċi ewlenin li "għandhom jitqiesu bir-reqqa"63.
(ii) Kontrolli fuq l-infiq li jħarsu ’l quddiem li jiżguraw il-konformità mal-pjanijiet fuq terminu medju.
02Fir-rigward tal-arranġamenti ta’ riporti l-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa li jiġu stabbiliti limiti għal approprjazzjonijiet pendenti li jistgħu jiġu riportati għas-sena jew għas-snin baġitarji li jmiss, inkella dawn l-arranġamenti jistgħu sa ċertu punt inaqqsu l-istrettezza u l-kapaċità ta’ tbassir tal-qafas64. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis id-definizzjoni ta’ riżervi ta’ kontinġenza xierqa u regoli ta’ aċċess relatati bħala fattur neċessarju għal qafas pluriennali65.
(iii) Mekkaniżmu ta’ obbligu ta’ rendikont66.
03Qed jiġi osservat ukoll li n-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni baġitarja pluriennali mhuwiex konsistenti mal-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rekwiżiti ewlenin għall-oqfsa baġitarji ta’ terminu medju. Fil-fatt, mill-2006 ’l hawn, il-metodoloġija tal-Kummissjoni għall-kalkolu tal-indiċi relatat mal-oqfsa baġitarji ta’ terminu bdiet tqis il-monitoraġġ u l-infurzar tal-miri baġitarji pluriennali bħala wieħed mill-ħames dimensjonijiet għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-qafas baġitarju ta’ terminu medju fl-Istati Membri67. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kienet diġà rrikonoxxiet fl-2007 li n-nuqqas ta’ monitoraġġ jikkostitwixxi dgħufija fl-Istati Membri kollha68. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tenniet fl-2010 li l-analiżi tad-devjazzjonijiet mill-perkors fiskali previst, kif ukoll il-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ u dawk korrettivi huma elementi ewlenin fit-tfassil tal-oqfsa baġitarji ta’ terminu medju69.
Anness III – Eteroġeneità tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti
| Membri tal-Bord | Riżorsi umani | Struttura tal-istituzzjoni fiskali indipendenti | Baġit tal-istituzzjoni fiskali indipendenti | Rieżami estern | |||||||
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| Għadd | Tul tat-terminu (snin) | Terminu li jiġġedded | Għadd (FTE*) | Il-maniġment għandu l-libertà sħiħa li jimpjega u jkeċċi l-persunal | Awtonoma jew affiljata | Sors | Ammont fl-2017 (f’miljun EUR) | ||||
| Franza | Kunsill Għoli tal-Finanzi Pubbliċi | 11 | 5 | IVA | Darba | 3/4 | IVA | Affiljat mal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar | Sottoprogramm fil-baġit tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar | 0.8 | m/a |
| Il-Greċja | Kunsill Fiskali Elleniku | 5 | 4/6 | IVA | Darba | 13 | LE | Awtonomu | Trasferimenti trimestrali mill-Baġit tal-Istat | 1.1 | Evalwazzjoni teknika kull 4 snin |
| L-Italja | Uffiċċju tal-Baġit Parlamentari (UPB) | 3 | 6 | LE | m/a | 24 | IVA | Affiljat mal-Parlament | Finanzjament indaqs ipprovdut miż-żewġ Kmamar tal-Parlament | 6 | m/a |
| Il-Latvja | Kunsill tad-Dixxiplina Fiskali | 6 | 6 | IVA | Darbtejn | 2 | LE | Awtonomu | Sottoprogramm fil-baġit tal-Ministeru tal-Finanzi | 0.19 | m/a |
| Il-Lussemburgu | Kunsill Nazzjonali tal-Finanzi Pubbliċi | 7 | 4 | IVA | Ebda limitu speċifikat | 2 | LE | Affiljat mal-Ministeru tal-Finanzi | Sottoprogramm fil-baġit tal-Ministeru tal-Finanzi | 0.1 | m/a |
| Istitut Nazzjonali tal-istatistika u tal-istudji ekonomiċi (STATEC) | m/a | m/a | m/a | m/a | 160 | IVA | Affiljat mal-Ministeru tal-Ekonomija | Sottoprogramm fil-baġit tal-Ministeru tal-Ekonomija | 22.7 | m/a | |
| In-Netherlands | Uffiċċju Olandiż għall-Analiżi tal-Politika Ekonomika (CPB) | 3 | 7 | LE | m/a | 117 | IVA | Affiljat mal-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi | Finanzjament bħala somma f’daqqa ta’ 80 % mill-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi finanzjament ta’ 20 % bbażat fuq il-proġett mill-Ministeri | 15.4 | Valutazzjoni bejn il-pari mill-akkademiċi u mill-klijenti bejn wieħed u ieħor kull 5 snin |
| Diviżjoni Konsultattiva tal-Kunsill tal-Istat | 22 | Tul il-ħajja | m/a | m/a | 3 | IVA | Affiljata mal-Kunsill tal-Istat | Kapitolu proprju fil-Baġit tal-Istat | 0.32 | m/a | |
| Il-Portugall | Kunsill tal-Finanzi Pubbliċi (CFP) | 5 | 7 | LE | m/a | 18 | IVA | Awtonomu | Trasferiment annwali mill-Baġit tal-Istat | 2.6 | Rieżami mwettaq mill-OECD fl-2019 |
| IVA għall-membri mhux eżekuttivi | Darba | ||||||||||
| Spanja | Awtorità Indipendenti għar-Responsabbiltà Fiskali (AiReF) | 4 | 6 | LE | m/a | 35 | IVA | Affiljata mal-Ministeru tal-Finanzi | Baġit mil-Liġi dwar il-Baġit Ġenerali tal-Istat + tariffa imposta fuq l-entitajiet pubbliċi għas-sorveljanza mill-AiReF. | 5.07 | Rieżami mwettaq mill-OECD fl-2017 |
* FTE: Ekwivalenti full-time.
Sors: Il-QEA, ibbażat fuq data tal-Kummissjoni.
Anness IV – Ir-regoli fiskali fil-parti preventiva tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir u fil-Patt Fiskali
| Parti preventiva tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir | Patt Fiskali | |
|---|---|---|
| Objettiv | Rekwiżit ta’ pożizzjoni baġitarja qrib il-bilanċ jew f’bilanċ favorevoli, li jfisser bilanċ strutturali skont l-OTM jew ogħla minnu | Il-pożizzjoni baġitarja tal-amministrazzjoni pubblika ta’ parti kontraenti għandha tkun bilanċjata jew f’bilanċ favorevoli (jiġifieri bilanċ strutturali ≥ OTM) |
| Speċifikazzjoni | OTM speċifiku għall-pajjiż b’limitu ta’ - 1 % tal-PDG għall-Istati Membri taż-żona tal-euro | OTM speċifiku għall-pajjiż, kif definit fil-PST, b’limitu ta’ -0.5 % tal-PDG għall-Istati Membri taż-żona tal-euro (jew ta’ -1 % jekk il-proporzjon tad-dejn għall-PDG “ikun ferm taħt is-60 % u fejn ir-riskji f’termini ta’ sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi jkunu baxxi”) |
| Parametru referenzjarju tal-infiq: ir-rata ta’ tkabbir tal-infiq, mingħajr ma jitqiesu l-miżuri diskrezzjonarji, jenħtieġ li tkun ≤ tal-PDG potenzjali fuq terminu medju | ||
| Perkors ta’ aġġustament | 0.5 % tal-PDG bħala parametru referenzjarju (aktar fi żminijiet tajba, inqas fi żminijiet ħżiena) | Il-partijiet kontraenti għandhom jiżguraw konverġenza rapida lejn l-OTMs rispettivi tagħhom. Il-Kummissjoni se tipproponi l-perjodu ta’ żmien għal tali konverġenza wara li tqis ir-riskji għas-sostenibbiltà speċifiċi għal kull pajjiż. |
| Devjazzjonijiet temporanji possibbli mill-OTM jew mill-perkors ta’ aġġustament lejh fil-każijiet li ġejjin: | Il-partijiet kontraenti jistgħu jiddevjaw temporanjament mill-OTMs rispettivi tagħhom jew mill-perkors ta’ aġġustament lejh biss f’“ċirkostanzi eċċezzjonali”. | |
|
||
|
|
|
|
|
|
| Speċifikazzjoni tal-infurzar | Proċedura għall-korrezzjoni ta’ devjazzjoni sinifikanti | Mekkaniżmu ta’ korrezzjoni awtomatiku (abbażi ta’ prinċipji komuni li għandhom jiġu proposti mill-Kummissjoni) |
| Valutazzjoni kumplessiva | Vade Mecum dwar il-PST (Edizzjoni tal-2018, p. 23): il-konformità mar-rekwiżiti tal-parti preventiva tiġi vvalutata permezz ta’ approċċ fuq żewġ pilastri. Il-valutazzjoni tal-bilanċ strutturali, li tikkostitwixxi pilastru wieħed, hija kkomplementata minn analiżi tar-rata ta’ tkabbir tan-nefqa aggregata, mingħajr ma jitqiesu l-miżuri ta’ dħul diskrezzjonali, li tikkostitwixxi l-pilastru l-ieħor. |
It-TSKG, l-Artikolu 3.1(b) “Il-progress lejn l-objettiv għal żmien medju u r-rispett tiegħu għandhom jiġu valutati abbażi ta’ valutazzjoni globali bil-bilanċ strutturali bħala riferiment, inkluża analiżi tal-infiq nett minn miżuri diskrezzjonali ta’ introjtu, f’konformità mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir rivedut”. |
Akronimi u abbrevjazzjonijiet
BĊE: Il-Bank Ċentrali Ewropew
CSR: Rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż
DĠ ECFIN: Id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-Kummissjoni
EFB: Il-Bord Fiskali Ewropew
FMI: Il-Fond Monetarju Internazzjonali
IFI: Istituzzjonijiet fiskali indipendenti
Kunsill tal-Ecofin: Il-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Kunsill: Il-Kunsill tal-UE
MTBF: Qafas baġitarju ta’ terminu medju
NBF: Qafas baġitarju nazzjonali
OECD: L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi
OTM: Objettiv baġitarju ta’ terminu medju
PDG: Prodott Domestiku Gross
PEFA: Nefqa Pubblika u Responsabbiltà Finanzjarja
PST: Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir
TFUE: It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
TSKG: It-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja
Glossarju
"Six-Pack": Pakkett ta’ governanza ekonomika tal-UE ta’ sitt miżuri leġiżlattivi (ħames Regolamenti u d-Direttiva 2011/85/UE) adottati f’Novembru 2011.
"Two-Pack": Pakkett tal-UE ta’ żewġ miżuri leġiżlattivi (ir-Regolamenti 472 u 473), li ġie adottat f’Mejju 2013 u li l-għan tiegħu huwa li tissaħħaħ il-governanza ekonomika fiż-żona tal-euro.
Abbozz ta’ pjan baġitarju: Dokument li l-gvernijiet taż-żona tal-euro jridu jissottomettu fuq bażi annwali lill-Kummissjoni biex iservi bħala bażi għall-koordinazzjoni tal-politika fiskali.
Applikazzjoni: L-azzjoni li permezz tagħha jiddaħħlu fis-seħħ il-liġijiet nazzjonali u dawk tal-UE.
Bilanċ primarju: Il-bilanċ baġitarju wara li jitnaqqsu l-pagamenti tal-imgħax fuq id-dejn tal-amministrazzjoni pubblika.
Bilanċ strutturali: Il-bilanċ baġitarju attwali wara li jitnaqqas il-komponent ċikliku u l-miżuri ta’ darba kif ukoll miżuri temporanji oħra. Il-bilanċ strutturali jagħti kejl tax-xejra sottostanti fil-bilanċ baġitarju.
Bord Fiskali Ewropew (EFB): Korp konsultattiv fi ħdan il-Kummissjoni li huwa responsabbli għall-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tar-regoli fiskali tal-UE, jipproponi tibdil fil-qafas fiskali u jwettaq valutazzjonijiet ekonomiċi.
Database tal-Governanza Fiskali: Għodda tal-Kummissjoni li fiha informazzjoni dwar l-elementi ewlenin tal-oqfsa tal-governanza fiskali tal-Istati Membri, jiġifieri r-regoli fiskali nazzjonali, l-istituzzjonijiet fiskali indipendenti u l-oqfsa baġitarji ta’ terminu medju.
Istituzzjoni fiskali indipendenti (IFI): Korp pubbliku, li jippromwovi politika fiskali soda u finanzi pubbliċi sostenibbli permezz tat-twettiq ta’ varjetà ta’ kompiti, inkluż previżjonijiet makroekonomiċi u baġitarji, kif ukoll valutazzjonijiet tal-konformità fiskali.
Kontroll tal-konformità: Verifika inizjali dwar jekk id-dispożizzjonijiet meħtieġa kollha ta’ direttiva ġewx koperti mill-miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali.
Kontroll tat-traspożizzjoni: Valutazzjoni tal-akkuratezza/kompatibbiltà tal-miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali mad-dispożizzjonijiet tad-direttiva.
Kumitat tal-Politika Ekonomika (KPE): Korp konsultattiv għall-Kunsill Ecofin u għall-Kummissjoni li jgħin biex jinkiseb kunsens dwar il-politika ekonomika (inklużi l-impjiegi u t-tkabbir) u s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi.
Mekkaniżmu ta’ korrezzjoni awtomatiku: L-obbligu li jiġu implimentati miżuri korrettivi li jiġu skattati awtomatikament fil-każ li tiġi osservata devjazzjoni sinifikanti mill-objettiv baġitarju ta’ terminu medju jew fil-perkors ta’ aġġustament lejh.
Netwerk tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti tal-UE: Grupp iffaċilitat mill-Kummissjoni mwaqqaf fl-2013, magħmul minn istituzzjonijiet fiskali indipendenti nazzjonali tal-UE u l-Bord Fiskali Ewropew, ippresedut mill-Kummissjoni.
Netwerk tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti tal-UE: Pjattaforma stabbilita fl-2015 għal skambju ta’ opinjonijiet u ta’ għarfien espert, kif ukoll għall-akkomunament tar-riżorsi. Miftuħa għall-korpi ta’ sorveljanza fiskali indipendenti kollha li joperaw fl-UE, ippreseduta minn waħda mill-istituzzjonijiet fiskali indipendenti.
Objettiv baġitarju ta’ terminu medju (OTM): Mira għall-politika fiskali speċifika għal kull pajjiż stabbilita fil-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, li għall-maġġoranza tal-Istati Membri hija ta’ - 1 % tal-Prodott Domestiku Gross u għall-Istati Membri taż-żona tal-euro hija kemxejn aktar stretta, jiġifieri - 0.5 % tal-Prodott Domestiku Gross, sakemm ma jkollhomx proporzjon tad-dejn baxx.
Output potenzjali: Kunċett teoretiku tal-livell tal-prestazzjoni (PDG) f’mument partikolari li huwa konsistenti ma’ inflazzjoni stabbli. Maż-żmien huwa jiżdied b’rata li mhijiex neċessarjament kostanti. Kemm il-livell u r-rata ta’ tkabbir ma jistgħux jitkejlu direttament, iżda jridu jiġu stmati.
Parti korrettiva tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir: Il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv imnedija mill-Kunsill fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea kontra kwalunkwe Stat Membru tal-UE li jaqbeż il-limitu massimu tad-defiċit baġitarju impost mir-Regolament tal-UE dwar il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Il-proċedura tinvolvi bosta stadji, li potenzjalment iwasslu għal sanzjonijiet, li għandhom l-għan li jħeġġu lil Stat Membru biex jiżgura li d-defiċit baġitarju tiegħu jibqa’ taħt kontroll, u hija rekwiżit għall-funzjonament mingħajr xkiel tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja.
Parti korrettiva tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir: L-objettiv prinċipali tal-parti preventiva, kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill 1466/97 kien li jiżgura li l-Istati Membri jikkonverġu rapidament lejn pożizzjoni baġitarja qrib il-bilanċ jew f’bilanċ favorevoli, li mbagħad tippermettilhom li jindirizzaw fluttwazzjonijiet ċikliċi normali mingħajr ma jiksru l-limitu ta’ 3 % stabbilit għad-defiċit nominali.
Patt Fiskali: Ftehim biex tissaħħaħ id-dixxiplina baġitarja konkluż bejn 22 parti kontraenti, mill-25 li ffirmaw it-Trattat intergovernattiv dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja.
Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST): Sett ta’ regoli adottati fl-1997 imfassla biex jissalvagwardjaw l-istabbiltà fl-unjoni ekonomika u monetarja billi jiżguraw li l-Istati Membri jsegwu finanzi pubbliċi sodi u jikkoordinaw il-politiki fiskali tagħhom.
Prestazzjoni fiskali: Iż-żamma ta’ dixxiplina baġitarja biex titrawwem l-istabbiltà makroekonomika u t-tkabbir sostenibbli.
Proċedura EU Pilot: Djalogu informali bejn il-Kummissjoni u Stat Membru dwar in-nonkonformità potenzjal mad-dritt tal-UE, qabel tinbeda proċedura ta’ ksur formali.
Proċedura ta’ żbilanċ makroekonomiku (MIP): Il-proċedura ta’ żbilanċ makroekonomiku għandha l-għan li tidentifika, tipprevjeni u tindirizza l-emerġenza ta’ żbilanċi makroekonomiċi potenzjalment dannużi li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv l-istabbiltà ekonomika fi Stat Membru partikolari, fiż-żona tal-euro, jew fl-UE fl-intier tagħha.
Programmi ta’ stabbiltà u konverġenza: Taħt il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, l-Istati Membri huma obbligati jissottomettu dokument fis-sena li jistabbilixxi l-pjanijiet fiskali tagħhom għat-tliet snin segwenti. Jintużaw mill-Kummissjoni u mill-ministri tal-finanzi biex jivvalutaw jekk il-pajjiżi humiex fit-triq it-tajba biex jilħqu l-objettiv baġitarju ta’ terminu medju tagħhom. Il-pajjiżi taż-żona tal-euro jippreżentaw “programmi ta’ stabbiltà”, filwaqt li l-Istati Membri li għadhom ma adottawx il-euro jipproduċu “programmi ta’ konverġenza”.
Qafas baġitarju nazzjonali: L-arranġamenti, il-proċeduri, ir-regoli u l-istituzzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-politiki baġitarji.
Qafas baġitarju ta’ terminu medju (MTBF): Arranġamenti fiskali li jestendu l-orizzont għat-tfassil tal-politika fiskali lil hinn mill-kalendarju baġitarju annwali.
Regola fiskali: Restrizzjoni permanenti fuq il-politika fiskali, ħafna drabi espressa bħala livell massimu jew mira numerika proporzjonali għall-prodott domestiku gross dwar indikatur tal-prestazzjoni fiskali.
Regola ta’ baġit bilanċjat: Il-pożizzjoni baġitarja tal-amministrazzjoni pubblika għandha tkun bilanċjata jew f’bilanċ favorevoli. Kemm fil-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir kif ukoll fit-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja, din ir-regola titqies li tkun ġiet irrispettata jekk il-bilanċ strutturali annwali tal-amministrazzjoni pubblika jkun skont l-objettiv baġitarju ta’ terminu medju tiegħu.
Regola tal-infiq: Limitu fit-tul dwar infiq assolut jew dwar ir-rata ta’ tkabbir tal-infiq.
Semestru Ewropew: Iċ-ċiklu annwali li jipprovdi qafas għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika tal-Istati Membri tal-UE u għall-monitoraġġ tal-progress, b’mod partikolari l-politiki fiskali kif determinat mill-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir.
Traspożizzjoni: L-adozzjoni, il-pubblikazzjoni u d-dħul fis-seħħ ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali fl-applikazzjoni ta’ direttiva tal-UE skont id-data ta’ skadenza stabbilita.
Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja: Trattat intergovernattiv, adottat fl-2012, li jistabbilixxi regoli li jrawmu d-dixxiplina baġitarja u l-koordinazzjoni tal-politika ekonomika fost il-partijiet kontraenti, kif ukoll it-titjib tal-governanza taż-żona tal-euro.
Valutazzjoni tal-konformità: Valutazzjoni tat-traspożizzjoni u tal-konformità tal-implimentazzjoni ta’ direttiva tal-UE fuq livell nazzjonali.
Tim tal-awditjar
Ir-rapporti speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditi li twettaq ta’ politiki u programmi tal-UE, jew ta’ suġġetti relatati mal-ġestjoni minn oqsma speċifiċi tal-baġit. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar biex timmassimizza l-impatt tagħhom billi tqis ir-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta’ introjtu jew ta’ nfiq involut, l-iżviluppi li jkunu għad iridu jseħħu u l-interess politiku u pubbliku.
Dan l-awditu tal-prestazzjoni twettaq mill-Awla IV tal-Awditjar, Regolamentazzjoni tas-swieq u ekonomija kompetittiva, li hija mmexxija minn Alex Brenninkmeijer, Membru tal-QEA. L-awditu tmexxa minn Neven Mates, Membru tal-QEA, sa tmiem il-mandat tiegħu (Lulju 2019), u suċċessivament minn Mihails Kozlovs, Membru tal-QEA, li ngħata appoġġ minn Edite Dzalbe, Kap tal-Kabinett u Laura Graudina, Attaché tal-Kabinett; Marko Mrkalj, Attaché tal-Kabinet; Marion Colonerus, Maniġer Prinċipali; Stefano Sturaro, Kap tal-Kompitu; Giuseppe Diana, Efstathios Efstathiou u Maëlle Bourque, Awdituri. Michael Pyper ipprovda appoġġ lingwistiku.
Mix-xellug għal-lemin: Stefano Sturaro, Marion Colonerus, Mihails Kozlovs, Maëlle Bourque, Giuseppe Diana, Efstathios Efstathiou
Noti finali
1 Il-Kunsill Ewropew (2010), “Rapport mit-Task Force lill-Kunsill Ewropew dwar it-tisħiħ tal-governanza ekonomika fl-UE”.
2 Pereżempju: Debrun, X. u al. (2008), “Tied to the mast? National Fiscal Rules in the European Union”, (Marbutin mal-fokus? Ir-Regoli Fiskali Nazzjonali fl-Unjoni Ewropea) Economic policy 23/54, pp. 299-362.
3 FMI (2013), “Reassessing the role and modalities of fiscal policy in advanced economies” (Valutazzjoni mill-ġdid tar-rwol u tal-modalitajiet tal-politika fiskali f’ekonomiji avvanzati), dokument ta’ politika.
4 Ara, pereżempju, Il-Kummissjoni Ewropea (2004), “Report on public finances in EMU 2004” (Rapport dwar il-finanzi pubbliċi fl-EMU 2004).
5 Il-Kunsill tal-UE (2005), “Ecofin Council report to the European Council of 22-23 March 2005 on improving the implementation of the Stability and Growth Pact” (Rapport tal-Kunsill tal-Ecofin lill-Kunsill Ewropew tat-22-23 ta’ Marzu 2005 dwar it-titjib tal-implimentazzjoni tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir).
6 Il-Kunsill tal-UE (2009), “2967th Economic and Financial Affairs Council conclusions on fiscal exit strategy” (Konklużjonijiet Nru 2967 tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji dwar l-istrateġija ta’ ħruġ fiskali).
7 Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat-8 ta’ Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri, ĠU L 306, 23 ta’ Novembru 2011 (imsejħa d-Direttiva 2011/85 f’dan id-dokument).
8 Il-Kummissjoni Ewropea (2012), COM(2012) 342 final, “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Prinċipji komuni dwar mekkaniżmi nazzjonali ta’ korrezzjoni fiskali”.
9 Debrun, X. u Kinda, T. (2014), “Strengthening post-crisis fiscal credibility: Fiscal Councils on the rise — A new dataset” (Tisħiħ tal-kredibilità wara l-kriżi finanzjarja: Żieda fl-ammont ta’ Kunsilli Fiskali — Sett ta’ data ġdid), Dokument ta’ ħidma Nru 14/58 tal-FMI.
10 Beetsma, R. u al. (2018), “The rise of independent fiscal institutions: recent trends and performance” (Iż-żieda fl-għadd ta’ istituzzjonijiet fiskali indipendenti: prestazzjoni u tendenzi reċenti), Dokument ta’ ħidma Nru 18/68 tal-FMI.
11 Jonung, L. u Larch, M. (2006), “Improving fiscal policy in the EU: the case for independent forecasts” (Titjib tal-politika fiskali fl-UE: l-argument favur previżjonijiet indipendenti), Economic policy 21/47, pp. 492-534.
FMI (2013), “Case studies of fiscal councils — functions and impact” (Studji ta’ każijiet ta’ kunsilli fiskali — funzjonijiet u impatt).
12 Ir-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro, ĠU L 140, 17 ta’ Mejju 2013 (li f’dan id-dokument qed jissejjaħ ir-Regolament Nru 473/2013).
13 Il-Kummissjoni Ewropea (2017), COM(2017) 824 final, “Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi dispożizzjonijiet għat-tisħiħ tar-responsabbiltà fiskali u l-orjentazzjoni baġitarja fuq perjodu medju fl-Istati Membri”, p. 3.
14 Il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (2019), “Draft supplementary EFC findings on the transposition of the Fiscal Compact” (Abbozz tas-sejbiet supplimentari tal-KEF dwar it-traspożizzjoni tal-Patt Fiskali), ecfin.cef.cpe(2019)1812588.
15 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1937 tal-21 ta’ Ottubru 2015 li tistabbilixxi Bord Fiskali Ewropew konsultattiv indipendenti; u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/221 tat-12 ta’ Frar 2016 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/1937 li tistabbilixxi Bord Fiskali Ewropew konsultattiv indipendenti.
16 Juncker, J.-C., Tusk, D., Dijsselbloem, J., Draghi, M. u Schulz, M. (2015), “Ir-Rapport tal-Ħames Presidenti: Nikkompletaw l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa”.
17 Ir-Rapport Speċjali Nru 10/2016 tal-QEA “Jeħtieġ li jsir aktar titjib biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv” (http://eca.europa.eu).
18 Ir-Rapport Speċjali Nru 18/2018 tal-QEA “L-objettiv prinċipali tal-parti preventiva tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir qiegħed jintlaħaq?” (http://eca.europa.eu).
19 Ir-Rapport Speċjali Nru 3/2018 tal-QEA “Awditu tal-Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku (MIP)”, (http://eca.europa.eu).
20 Dawn kienu l-Istati Membri taż-żona tal-euro li ġew magħżula jew minħabba li kellhom dejn kbir, minħabba li l-oqfsa baġitarji tagħhom kienu wrew titjib sinifikanti jew minħabba li kellhom istituzzjoni fiskali indipendenti li kienet ilha stabbilita għal żmien twil.
21 F’5 mit-28 Stat Membru, żewġ istituzzjonijiet jaqsmu l-kompiti ta’ istituzzjoni fiskali indipendenti.
22 Il-Kummissjoni Ewropea (2012), “Report on public finances in EMU 2011” (Rapport dwar il-finanzi pubbliċi fl-UEM 2011), p. 101.
23 Il-BĊE (2018), CON/2018/25.
24 Il-Kummissjoni Ewropea (2017), C(2017) 1201 final, “Report from the Commission presented under Article 8 of the Treaty on Stability, Coordination and Governance in the Economic and Monetary Union” (Rapport mill-Kummissjoni ppreżentat skont l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja), p. 3.
25 Il-BĊE (2018), CON/2018/25.
26 Kwalunkwe sena lil hinn mis-sena baġitarja/fiskali attwali.
27 Il-FMI (2013), Cangiano, G. et al., “Public Financial Management and its emerging architecture” (Ġestjoni Finanzjarja Pubblika u l-arkitettura emerġenti tagħha), p. 161.
28 L-OECD (2004), “The Legal Framework for Budget Systems” (Il-Qafas Legali għal Sistemi Baġitarji), il-Kaxxa III.4; il-FMI (2010), Lienert, I. u Fainboim, I., “Reforming Budget Systems Laws” (Nirriformaw il-Liġijiet dwar is-Sistemi Baġitarji), il-Kaxxa 4 u pp. 12-13; il-FMI (2013), Cangiano, G. et al., “Public Financial Management and its emerging architecture” (Ġestjoni Finanzjarja Pubblika u l-arkitettura emerġenti tagħha), p. 156; il-FMI (2014), “Fiscal transparency code” (Kodiċi tat-trasparenza fiskali), il-Prinċipji 2.1.3, 2.3.1 u 2.3.2; il-Bank Dinji (2013), “Beyond the annual budget. The global experience with medium term expenditure frameworks” (Lil hinn mill-baġit annwali. L-esperjenza globali b’oqfsa ta’ nfiq fuq terminu medju), pp. 58-59.
29 Il-FMI (2014), “Fiscal transparency code” (Kodiċi tat-trasparenza fiskali), il-Prinċipju 2.1.3.
30 L-output potenzjali huwa kunċett teoretiku tal-livell tal-output (PDG) f’mument partikolari li huwa konsistenti ma’ inflazzjoni stabbli. Maż-żmien huwa jiżdied b’rata li mhijiex neċessarjament kostanti. Kemm il-livell kif ukoll ir-rata ta’ tkabbir ma jistgħux jitkejlu direttament, iżda jridu jiġu stmati.
31 Il-FMI u l-OECD aġġornaw l-istandards u l-aħjar prattiki tagħhom għal governanza baġitarja tajba fl-2014 u fl-2015 rispettivament biex jinkorporaw il-lezzjonijiet mitgħallma mill-kriżi ekonomika u finanzjarja. Madankollu, il-Kummissjoni ma rriflettietx dan l-aġġornament fl-abbozz ta’ Direttiva tal-2017.
32 Il-FMI (2013), “The functions and impact of fiscal councils” (Il-funzjonijiet u l-impatt tal-kunsilli fiskali): Dan id-dokument jipprovdi l-istħarriġ l-aktar komprensiv tal-kunsilli fiskali disponibbli sa issa u jibni wkoll fuq dokumenti oħra inkluż l-abbozz ta’ prinċipji tal-OECD tal-2012 u d-dokument ta’ Kopits, G. (2011), “Independent fiscal institutions: Developing good practices” (Istituzzjonijiet fiskali indipendenti: Żvilupp tal-aħjar prattiki), pp. 35-52.
33 Il-prinċipji tal-OECD kienu diġà disponibbli fl-2012 u ġew adottati fl-2014. Ara d-dokument tal-OECD (2014), “Recommendation on Principles for IFIs” (Rakkomandazzjoni dwar il-Prinċipji għall-Istituzzjonijiet Fiskali Indipendenti).
34 Il-Kummissjoni Ewropea (2017), Jankovics, L. u Sherwood, M., “Independent fiscal institutions in the EU Member States: The early years” (Istituzzjonijiet fiskali indipendenti fl-Istati Membri tal-UE: Is-snin bikrija), id-Dokument ta’ Diskussjoni Nru 067.
35 Il-Kummissjoni Ewropea (2004), Jonung, L. u Larch, M., “Improving fiscal policy in the EU: the case for independent forecasts” (Titjib tal-politika fiskali fl-UE: l-argument favur previżjonijiet indipendenti).
36 Ottimiżmu żejjed huwa l-prattika fejn jiġi sopravalutat it-tkabbir fl-output u fid-dħul filwaqt li tiġi sottovalutata n-nefqa mhux diskrezzjonali.
37 Il-FMI (2007), “Code of good practices on fiscal transparency” (Kodiċi ta’ prassi tajba dwar it-trasparenza fiskali), il-Prinċipju 4.3.4.
38 L-OECD (2014), “Recommendation on Principles for IFIs” (Rakkomandazzjoni dwar Prinċipji għall-Istituzzjonijiet Fiskali Indipendenti), il-Prinċipju 3.3.
39 In-Netwerk tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti tal-UE (2016), “Defining and enforcing minimum standards for IFIs” (Id-definizzjoni u l-infurzar ta’ standards minimi għall-istituzzjonijiet fiskali indipendenti).
40 In-Netwerk tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti tal-UE (2018), Statement by the Network of EU IFIs in response to the Proposal for a Council Directive laying down provisions for strengthening fiscal responsibility and the medium-term budgetary orientation in Member States (Dikjarazzjoni min-Netwerk tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti tal-UE b’reazzjoni għall-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi dispożizzjonijiet għat-tisħiħ tar-responsabbiltà fiskali u l-orjentazzjoni baġitarja fuq terminu medju fl-Istati Membri).
41 Fl-2015, il-Kummissjoni ppubblikat Komunikazzjoni interpretattiva dwar il-marġni ta’ interpretazzjoni tagħha, intitolata “L-aħjar użu tal-flessibbiltà fir-regoli eżistenti tal-Patt tal-istabbiltà u tkabbir” COM(2015)12 final. Din kienet sussegwentement riflessa fil-pożizzjoni maqbula b’mod komuni ta’ Novembru 2015 li ġiet approvata mill-Kunsill fi Frar 2016.
42 Biex tinkiseb konverġenza rapida lejn l-OTM, il-valur referenzjarju stabbilit mill-PST huwa li l-Istati Membri għandhom jaġġustaw il-pożizzjonijiet baġitarji strutturali tagħhom f’rata ta’ 0.5 % tal-PDG fis-sena.
43 Il-Bord Fiskali Ewropew (2018), Rapport Annwali 2018, p. 42.
44 Il-Kunsill Konsultattiv Fiskali Irlandiż (2016), “Fiscal assessment report” (Rapport ta’ valutazzjoni fiskali), p. 67.
45 Il-Bord Fiskali Ewropew jikkonsisti minn Bord u Segretarjat (magħmul minn Kap tas-Segretarjat u persunal ta’ appoġġ dedikat attwalment limitat għal ħames ekonomisti u assistent wieħed).
46 Il-BĊE (2015), Bulletin Ekonomiku, il-Ħarġa 7, il-Kaxxa 5: “The creation of a European Fiscal Board” (Il-ħolqien ta’ Bord Fiskali Ewropew).
47 Il-FMI (2016), “2016 Article IV consultation – euro-area policies” (Konsultazzjoni tal-2016 dwar l-Artikolu IV – il-politiki taż-żona tal-euro), Rapport għal kull pajjiż Nru 16/219 tal-FMI, p. 20.
48 Il-Bord Fiskali Ewropew ippubblika wkoll dikjarazzjoni waħda b’appoġġ għall-Kunsill Fiskali Daniż f’Marzu 2018.
49 Il-BĊE (2015), Bulletin Ekonomiku, il-Ħarġa 7, il-Kaxxa 5: “The creation of a European Fiscal Board” (Il-ħolqien ta’ Bord Fiskali Ewropew).
50 L-Ombudsman Ewropew (2016), “Letter from the European Ombudsman to the President of the European Commission regarding Transparency of the European Fiscal Board” (Ittra mill-Ombudsman Ewropew lill-President tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-Trasparenza tal-Bord Fiskali Ewropew).
51 Il-Kummissjoni Ewropea (2012), “Report on public finances in EMU 2011” (Rapport dwar il-finanzi pubbliċi fl-UEM 2011), p. 101.
52 Il-QEA (2018), Analiżi panoramika: L-applikazzjoni tad-dritt tal-UE fil-prattika. Ir-responsabbiltajiet ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 17.1 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kaxxa 4.
53 Il-kontrolli tat-traspożizzjoni għandhom jiġu ffinalizzati fi żmien 6 xhur mid-data ta’ skadenza tat-traspożizzjoni jew mid-data ta’ notifika tal-miżura ta’ implimentazzjoni nazzjonali u l-kontrolli tal-konformità fi żmien 16 sa 24 xahar mid-data tal-komunikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali.
54 Meta proċedura EU Pilot tkun intużat f’każ partikolari, iżda x’aktarx ma tkunx se tikseb ir-riżultati mistennija b’mod f’waqtu, il-Kummissjoni għandha tipproċedi bi ksur formali.
55 Pjanijiet ta’ implimentazzjoni, linji gwida, dokumenti ta’ spjegazzjoni, netwerks, gruppi ta’ esperti, sessjonijiet ta’ ħidma, laqgħat pakkett u tabelli ta’ valutazzjoni jservu bħala “għodod li jippromwovu l-konformità”.
56 Ċerti aspetti tal-valutazzjoni tal-applikazzjoni kienu diġà ġew inklużi fil-valutazzjoni tat-traspożizzjoni.
57 Il-Kummissjoni Ewropea (2012), “Report on public finances in EMU 2011” (Rapport dwar il-finanzi pubbliċi fl-UEM 2011), p. 101.
58 Il-Kummissjoni Ewropea (2019), “Report on public finances in EMU 2018” (Rapport dwar il-finanzi pubbliċi fl-UEM 2018), p. 138.
59 Il-Kummissjoni Ewropea (2017), C(2017) 1201 final, “Report from the Commission presented under Article 8 of the Treaty on Stability, Coordination and Governance in the Economic and Monetary Union” (Rapport mill-Kummissjoni ppreżentat skont l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja).
60 Il-BĊE (2017), Bulletin Ekonomiku 4, il-Kaxxa 8: “The fiscal compact: the Commission’s review and the way forward” (Il-patt fiskali: ir-reviżjoni tal-Kummissjoni u t-triq ’il quddiem).
61 Iċ-ċiklu annwali ta’ koordinazzjoni tal-politika ekonomika tal-UE jkopri wkoll il-politiki fiskali kif determinat mill-PST.
62 Il-Kummissjoni Ewropea (2012), “Report on public finances in EMU 2011” (Rapport dwar il-finanzi pubbliċi fl-UEM 2011), p. 105.
63 Il-Kummissjoni Ewropea (2012), COM(2012) 761 final, Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, Rapport Interim dwar il-Progress fl-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri, p. 6.
64 Il-Kummissjoni Ewropea (2015), Sherwood, M., “Medium-Term Budgetary Frameworks in the Member States” (Oqfsa Baġitarji ta’ Terminu Medju fl-Istati Membri), id-Dokument ta’ Diskussjoni Nru 021, p. 6.
65 Il-Kummissjoni Ewropea (2012), “Fiscal frameworks in the European Union: May 2012 update on priority countries (Addendum to occasional paper 91)” (Oqfsa fiskali fl-Unjoni Ewropea: Aġġornament ta’ Mejju 2012 dwar il-pajjiżi ta’ prijorità (Addendum għad-dokument okkażjonali Nru 91), Dokument Okkażjonali Nru 113, p. 15.
66 Il-FMI (2010), Lienert, I. u Fainboim, I., “Reforming Budget Systems Laws” (Nirriformaw il-Liġijiet dwar is-Sistemi Baġitarji), il-Kaxxa 3 u l-Kaxxa 4.
67 Il-Kummissjoni Ewropea (2007), “Report on public finances in EMU 2007” (Rapport dwar il-finanzi pubbliċi fl-UEM 2007), il-Kaxxa III.4.1; Il-Kummissjoni Ewropea (2015), Sherwood, M., “Medium-Term Budgetary Frameworks in the Member States” (Oqfsa Baġitarji ta’ Terminu Medju fl-Istati Membri), id-Dokument ta’ Diskussjoni Nru 021, il-Kaxxa A1.1.
68 Il-Kummissjoni Ewropea (2007), “Report on public finances in EMU 2007” (Rapport dwar il-finanzi pubbliċi fl-UEM 2007), p. 158.
69 Il-Kummissjoni Ewropea (2010), “Report on public finances in EMU 2010” (Rapport dwar il-finanzi pubbliċi fl-UEM 2010), Il-Kaxxa II.3.3.
Kronoloġija
| Avveniment | Data |
|---|---|
| Il-Memorandum ta’ Ppjanar tal-Awditjar (APM) jiġi adottat / L-awditu jinbeda | 13.12.2018 |
| L-abbozz ta’ rapport jintbagħat uffiċjalment lill-Kummissjoni (jew lill-entità l-oħra awditjata) | 18.7.2019 |
| Ir-rapport finali jiġi adottat wara l-proċedura kontradittorja | 15.10.2019 |
| Ir-risposti uffiċjali tal-Kummissjoni (jew tal-entità l-oħra awditjata) jaslu bil-lingwi kollha | 22.11.2019 |
Kuntatt
IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG
Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors
Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).
Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2019
| ISBN 978-92-847-3919-6 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/5119 | QJ-AB-19-018-MT-N | |
| HTML | ISBN 978-92-847-3879-3 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/395837 | QJ-AB-19-018-MT-Q |
© L-Unjoni Ewropea, 2019
Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata kemm-il darba jissemma s-sors oriġinali.
Għal kull użu jew riproduzzjoni ta’ ritratti jew materjal ieħor li mhuwiex taħt id-drittijiet tal-awtur tal- L-Unjoni Ewropea, għandu jintalab permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet.
Kif tikkuntattja lill-UE
Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f'dan is-sit: https://europa.eu/european-union/contact_mt
Bit-telefown jew bil-posta elettronika
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:
- bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
- fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew
- bil-posta elettronika permezz: https://europa.eu/european-union/contact_mt
Kif issib tagħrif dwar l-UE
Onlajn
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: https://europa.eu/european-union/index_mt
Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tniżżel mill-internet jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li xi wħud minnhom huma bla ħlas u xi oħrajn bil-ħlas, minn: https://op.europa.eu/mt/publications. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tal-informazzjoni lokali tiegħek (ara https://europa.eu/european-union/contact_mt).
Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1952 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: http://eur-lex.europa.eu
Dejta Miftuħa mill-UE
Il-portal tad-Dejta Miftuħa mill-UE (http://data.europa.eu/euodp/mt) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-dejta mill-UE. Id-dejta tista’ titniżżel mill-internet u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.
