Bijodiversità agrikola: il-kontribuzzjoni mill-PAK ma waqqfitx it-tnaqqis
Dwar ir-rapport:
Fl-Ewropa, l-għadd u l-varjetà tal-ispeċijiet ta’ annimali preżenti fuq art agrikola – “bijodiversità tal-art agrikola” – qed jonqsu b’mod konsiderevoli. Madankollu, l-UE impenjat lilha nfisha li sal-2020 twaqqaf it-telfien tal-bijodiversità. Biex tagħmel dan, il-Kummissjoni ppjanat li talloka EUR 66 biljun mill-politika agrikola komuni bejn l-2014 u l-2020.
Aħna vvalutajna jekk il-politika agrikola tal-UE kinitx għenet biex tinżamm u tissaħħaħ il-bijodiversità tal-art agrikola. Aħna sibna li l-formulazzjoni tal-miri tal-agrikoltura fl-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità tagħmilha diffiċli biex jitkejjel il-progress; il-mod kif il-Kummissjoni ssegwi n-nefqa għall-bijodiversità fil-baġit tal-UE mhuwiex affidabbli; l-impatt tal-pagamenti diretti taħt il-PAK huwa limitat jew inkella mhuwiex magħruf; u l-Kummissjoni u l-Istati Membri taw preferenza lil miżuri ta’ żvilupp rurali b’impatt aktar baxx.
Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni ttejjeb it-tfassil tal-istrateġija tagħha li jmiss għall-bijodiversità, issaħħaħ il-kontribuzzjoni li tingħata għall-bijodiversità permezz ta’ pagamenti diretti u azzjoni ta’ żvilupp rurali, issegwi n-nefqa relatata mal-bijodiversità b’mod aktar preċiż u tiżviluppa indikaturi affidabbli li jkunu adatti għall-monitoraġġ tal-progress fil-bijodiversità tal-art agrikola.
Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.
Sommarju eżekuttiv
IFl-Ewropa, l-għadd u l-varjetà tal-ispeċijiet ta’ annimali preżenti fuq art agrikola – “bijodiversità tal-art agrikola” – naqsu matul ħafna snin. Mill-1990 ’il hawn, pereżempju, il-popolazzjonijiet tal-għasafar f’żoni agrikoli u tal-friefet tal-bwar naqsu b’aktar minn 30 %.
IIFl-2011, il-Kummissjoni adottat strateġija għall-bijodiversità, bil-għan li sal-2020 jitwaqqaf it-telfien tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tal-ekosistemi, u biex sa fejn ikun possibbli dawn jiġu restawrati. B’mod partikolari, hija impenjat lilha nfisha li żżid il-kontribuzzjoni tal-agrikoltura u l-forestrija għaż-żamma u t-tisħiħ tal-bijodiversità. Dan wettqitu fil-kuntest ta’ impenn internazzjonali favur dan l-objettiv li jirriżulta mir-ratifika tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika, kemm mill-Istati Membri kollha kif ukoll mill-UE nfisha.
IIIGħall-perjodu 2014-2020, il-Kummissjoni ppjanat li tonfoq 8.1 % tal-baġit tal-UE (EUR 86 biljun) fuq il-bijodiversità; 77 % minn dan l-ammont (EUR 66 biljun) ġejjin mill-politika agrikola komuni (PAK). Ir-rwol tal-UE f’dak li jirrigwarda l-protezzjoni u t-tisħiħ tal-bijodiversità agrikola huwa kruċjali minħabba li l-UE tistabbilixxi standards ambjentali permezz ta’ leġiżlazzjoni u tikkofinanzja l-biċċa l-kbira mill-infiq agrikolu tal-Istati Membri.
IVL-iskop ta’ dan l-awditu kien li jivvaluta l-kontribuzzjoni li saret mill-PAK għaż-żamma u t-tisħiħ tal-bijodiversità. Aħna eżaminajna l-isforzi tal-UE biex tikseb il-miri tal-bijodiversità li hija stabbiliet għall-2020, u nipprovdu rakkomandazzjonijiet li jikkontribwixxu għat-tħejjijiet leġiżlattivi attwali għall-PAK 2021-2027 u għall-implimentazzjoni tal-istrateġija l-ġdida tal-UE għall-bijodiversità wara l-2020.
VAħna vvalutajna jekk l-UE kinitx fasslet l-istrateġija tagħha għall-bijodiversità u l-qafas legali tal-PAK għall-2014-2020 biex tiġi kkonservata aħjar il-bijodiversità. Aħna eżaminajna wkoll kif il-Kummissjoni mmonitorjat u evalwat il-progress li sar lejn il-mira tal-agrikoltura għall-2020 tal-istrateġija tagħha għall-bijodiversità. Fl-aħħar nett, aħna vvalutajna l-punt sa fejn l-azzjoni tal-UE u tal-Istati Membri kkontribwiet biex tinkiseb il-mira tal-agrikoltura għall-2020.
VIAħna sibna li l-formulazzjoni tal-mira tal-agrikoltura u l-azzjonijiet fl-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020 jagħmluha diffiċli biex jitkejjel il-progress. Aħna sibna wkoll nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn il-politiki u l-istrateġiji tal-UE, b’riżultat minnhom ikun li dawn ma jindirizzawx it-tnaqqis fid-diversità ġenetika. Fl-aħħar nett, aħna sibna li s-segwiment imwettaq mill-Kummissjoni fir-rigward tal-infiq taħt il-PAK għall-bijodiversità mhuwiex affidabbli.
VIIFejn magħruf, l-effett tal-pagamenti diretti taħt il-PAK – 70 % tan-nefqa tal-UE għall-agrikoltura – fuq il-bijodiversità tal-art agrikola huwa limitat. Xi rekwiżiti tal-pagament dirett, notevolment l-ekoloġizzazzjoni, kif ukoll il-kundizzjonalità, għandhom il-potenzjal li jtejbu l-bijodiversità, iżda l-Kummissjoni u l-Istati Membri taw preferenza lill-għażliet b’impatt baxx. L-istrumenti tal-iżvilupp rurali tal-UE għandhom potenzjal akbar mill-pagamenti diretti f’dak li jirrigwarda ż-żamma u t-tisħiħ tal-bijodiversità. Madankollu, l-Istati Membri relattivament rari jużaw miżuri ta’ żvilupp rurali b’impatt għoli bħal skemi bbażati fuq ir-riżultati u skemi “ferm ekoloġiċi”.
VIIIAħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni:
- Ittejjeb il-koordinazzjoni u t-tfassil tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità għal wara l-2020 – u għal dan il-għan, issegwi wkoll l-infiq b’mod aktar preċiż;
- Issaħħaħ il-kontribuzzjoni tal-pagamenti diretti għall-bijodiversità tal-art agrikola;
- Iżżid il-kontribuzzjoni tal-iżvilupp rurali għall-bijodiversità tal-art agrikola; u
- Tiżviluppa indikaturi affidabbli għall-valutazzjoni tal-impatt tal-PAK fuq il-bijodiversità tal-art agrikola.
Introduzzjoni
It-tnaqqis fil-bijodiversità tal-art agrikola jirrappreżenta theddida kbira
01It-tnaqqis globali fil-bijodiversità huwa rikonoxxut b’mod ġenerali. Fl-2019, il-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi (IPBES) wissiet dwar il-fatt li t-tnaqqis qed iseħħ b’rati mingħajr preċedent fl-istorja tal-bniedem – madwar 1 000 000 speċi ta’ annimali u pjanti fid-dinja kollha huma attwalment mhedda li jiġu estinti1. F’Jannar 2020, il-Forum Ekonomiku Dinji kklassifika t-telfien tal-bijodiversità u l-kollass tal-ekosistemi bħala waħda mill-ħames theddidiet ewlenin li d-dinja qed tiffaċċja2, kemm mil-lat tal-probabbiltà kif ukoll minn dak tal-impatt.
02Ir-rapport tal-2019 dwar l-Istat tal-Ambjent, maħruġ mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)3, sab li l-intensifikazzjoni agrikola għadha waħda mill-kawżi prinċipali tat-telfien tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tal-ekosistema fl-Ewropa. F’ħafna żoni tal-Ewropa, l-intensifikazzjoni ttrasformat il-pajsaġġi li preċedentement kienu varjati, li jikkonsistu f’ħafna għelieqi żgħar u ħabitats, f’terren uniformi u kontinwu maħdum b’makkinarju kbir u b’forza tax-xogħol imnaqqsa ħafna (ara l-Figura 1). Dan wassal għal tnaqqis fl-abbundanza u fid-diversità tal-veġetazzjoni naturali u, b’riżultat ta’ dan, fl-ispeċijiet tal-annimali4. Studju li twettaq mill-Ġermanja fl-2017 biex titkejjel il-bijomassa totali tal-insetti, permezz ta’ nases li jintużaw fi 63 żona ta’ protezzjoni tan-natura, bil-għan li tiġi pprovduta informazzjoni dwar l-istat u x-xejra tal-ispeċijiet lokali, stima li fuq perjodu ta’ 27 sena t-tnaqqis staġjonali fil-bijomassa tal-insetti li jtiru kien ta’ 76 %, filwaqt li f’nofs is-sajf dan kien ta’ 82 %5. Filwaqt li l-kwantifikazzjoni ppreżentata f’dan ir-rapport ġiet ikkontestata, studji oħra jappoġġaw il-konklużjoni dwar ix-xejra kumplessiva6.
Il-popolazzjonijiet tal-għasafar f’żoni agrikoli huma meqjusa bħala indikatur tajjeb tal-bidliet fil-bijodiversità tal-art agrikola minħabba li l-għasafar għandhom rwol sinifikanti fil-katina alimentari u jinsabu f’ħafna ħabitats varjati. L-indiċi aggregat tal-popolazzjoni tal-għasafar, li ġie ppubblikat l-aktar reċentement, juri li mill-1990 ’il hawn kien hemm tnaqqis fl-ispeċijiet tal-għasafar; b’mod l-aktar partikolari, l-Indiċi tal-Għasafar f’Żoni Agrikoli (FBI) tal-UE juri tnaqqis ta’ 34 % fost id-39 speċi komuni fuq l-art agrikola. Fl-istess perjodu, l-Indiċi tal-Għasafar Forestali żdied b’0.1 % – li jindika li l-agrikoltura hija fattur ewlieni sinifikanti għat-telfien tal-bijodiversità (ara l-Figura 2).
Bħall-għasafar, il-friefet huma preżenti f’għadd ta’ ħabitats u jirreaġixxu rapidament għall-bidliet fil-kundizzjonijiet ambjentali. Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, li jakkumpanja r-rieżami ta’ nofs il-mandat dwar l-istrateġija għall-bijodiversità sal-2020, jiddikjara li l-friefet huma rappreżentattivi ta’ ħafna tipi oħra ta’ insetti7. L-Indiċi Ewropew għall-Friefet tal-Bwar l-aktar reċenti huwa mill-2017. Dan juri li l-għadd totali ta’ 17-il farfett tipiku naqas b’39 % mill-1990 ’il hawn, u jindika telfien konsiderevoli ta’ bijodiversità tal-bwar (ara l-Figura 3), għalkemm mill-2013 ’il hawn is-sitwazzjoni stabbilizzat. Kien hemm 14-il Stat Membru8 li kkontribwew għad-data l-aktar reċenti dwar il-monitoraġġ tal-friefet.
Natura 2000 hija network ta’ siti ewlenin ta’ tnissil u mistrieħ għall-ispeċijiet rari u mhedda, kif ukoll ċerti tipi ta’ ħabitats naturali rari fl-UE. Iċ-ċiklu ta’ rappurtar l-aktar reċenti għal Natura 2000 u d-Direttivi relatati dwar il-Ħabitats u l-Għasafar, li jkejlu s-sitwazzjoni ta’ speċijiet u ħabitats li kienu ta’ interess għall-UE matul il-perjodu 2013-2018, juru li s-sitwazzjoni kienet marret għall-agħar meta mqabbla ma’ dik tal-perjodu 2007-2012: il-proporzjon ta’ ħabitats bi stat ta’ konservazzjoni “mhux favorevoli” żdied minn 69 % għal 72 %9. Fl-2019, l-EEA rrappurtat10 li l-agrikoltura kienet bil-bosta s-sors prinċipali ta’ pressjoni fuq il-ħabitats ta’ bwar protetti minn Natura 2000 (ara l-Figura 4).
Is-sitwazzjoni tal-bijodiversità fl-Ewropa tvarja, u għalhekk l-Istati Membri jiffaċċjaw sfidi differenti. Pereżempju, fil-Bulgarija u fir-Rumanija, li b’mod ġenerali għadhom jitqiesu li għandhom bijodiversità rikka (minħabba, fost affarijiet oħra, prattiki agrikoli mhux intensivi u aktar tradizzjonali kif ukoll irziezet iżgħar), xi studji kkonkludew li kien suffiċjenti li jinżamm l-istat tal-bijodiversità eżistenti11. Fi Stati Membri oħra, bħan-Netherlands u l-Ġermanja, fejn il-biedja intensiva hija ħafna aktar komuni, ix-xjenzati jqisu li hemm il-ħtieġa li tiġi stabbilita mill-ġdid il-bijodiversità f’żoni fejn l-ispeċijiet u l-ħabitats naturali rikki għebu matul dawn l-aħħar deċennji12.
07F’Marzu 2020, il-Kummissjoni ppubblikat rapport ta’ evalwazzjoni dwar l-impatt tal-PAK fuq il-ħabitats, il-pajsaġġi u l-bijodiversità13. Skont l-evalwazzjoni, ma kienx possibbli li ssir valutazzjoni tal-impatt globali minħabba n-nuqqas ta’ data adatta dwar il-monitoraġġ. Hija kkonkludiet li l-Istati Membri ma kinux għamlu użu suffiċjenti mill-istrumenti tal-PAK li huma disponibbli biex jipproteġu l-karatteristiċi seminaturali, b’mod partikolari l-bwar, jew biex jiżguraw li l-ħabitats seminaturali kollha li jistgħu jiġu kkultivati għal finijiet agrikoli jkunu eliġibbli għal pagamenti diretti. Hija sabet ukoll li l-Istati Membri setgħu użaw firxa usa’ ta’ miżuri tal-PAK biex jappoġġaw il-koeżistenza tal-agrikoltura mal-bijodiversità. Barra minn hekk, it-tfassil u l-finanzjament ta’ miżuri agroambjentali klimatiċi (AECMs), li jipprovdu appoġġ lill-irziezet li jipprattikaw il-kultivazzjoni intensiva tal-għelejjel, ma kinux suffiċjentement attraenti biex iwasslu għall-bidliet fil-ġestjoni meħtieġa biex titjieb il-prestazzjoni tal-bijodiversità.
08L-influwenza tal-PAK fuq is-sitwazzjoni tal-bijodiversità tal-art agrikola mhijiex magħrufa għall-UE kollha kemm hi. Madankollu, studju li ġie ppubblikat fl-201914 dwar is-sitwazzjoni fiċ-Ċekja pprovda evidenza li l-agrikoltura intensifikat b’mod konsiderevoli wara li l-pajjiż issieħeb fl-UE fl-2004, u li l-popolazzjonijiet tal-għasafar f’żoni agrikoli naqsu minn dik l-istess sena. L-Assoċjazzjoni tal-Bdiewa Daniżi sabet, sadanittant, li t-tnaqqis qawwi fil-popolazzjonijiet tal-insetti deskritt f’żewġ studji Ġermaniżi mill-2017 (ara l-paragrafu 02) u mill-201915 kien fil-biċċa l-kbira marbut mill-qrib mal-irtirar tas-serħan obbligatorju tal-art mir-regoli tal-PAK fl-200916. Il-Komunità Ekonomika Ewropea introduċiet is-serħan tal-art fl-1988 bil-għan li tgħin biex jitnaqqsu l-eċċessi kbar u għaljin li jiġu prodotti fl-Ewropa taħt is-sistema ta’ prezzijiet garantiti tal-PAK u biex jitwasslu benefiċċji ambjentali. Il-bdiewa kienu meħtieġa jħallu proporzjon mill-art tagħhom barra mill-produzzjoni intensiva.
L-azzjonijiet li ttieħdu mill-UE u fil-livell internazzjonali biex jitwaqqaf it-telfien tal-bijodiversità
09Kemm l-UE kif ukoll l-Istati Membri ffirmaw il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika (KDB) fl-1992 u fl-1993. Il-Kunsill Ewropew (il-Kunsill) approva l-KDB fl-199317. Fl-2010, il-partijiet kollha għall-KDB, inklużi l-UE u l-Istati Membri tagħha, ħadu l-impenn li jirrispettaw il-miri tal-bijodiversità ta’ “Aichi”, li jistabbilixxu l-qafas globali għal azzjoni prijoritarja dwar il-bijodiversità għall-perjodu sal-2020. Il-mekkaniżmu prinċipali ta’ koordinazzjoni fl-UE huwa l-Grupp ta’ Ħidma dwar Kwistjonijiet Ambjentali Internazzjonali (Bijodiversità) tal-Kunsill. L-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u s-17-il għan tagħha (SDGs), li ġew adottati min-NU fl-2015, ipprovdew ukoll momentum ġdid għall-bijodiversità. Il-miri prinċipali ta’ “Aichi” u l-SDGs rilevanti għall-bijodiversità tal-art agrikola jidhru fil-Figura 5.
Biex tissodisfa l-impenji tagħha skont il-KDB, fl-1998 il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar Strateġija Ewropea għall-Bijodiversità. Fl-2001, hija pproduċiet l-ewwel pjan ta’ azzjoni tagħha, li aġġornat fl-2006, u li mbagħad ġie sostitwit fl-2011 bi strateġija tal-UE għall-bijodiversità għall-perjodu sal-2020. Il-Kunsill (fl-2011)18 u l-Parlament Ewropew (fl-2012)19 approvaw l-istrateġija, li fiha sitt miri. Il-Mira 3 tiffoka fuq iż-żieda tal-kontribuzzjoni tal-agrikoltura u tal-forestrija għaż-żamma u għat-titjib tal-bijodiversità. Il-Mira 3A, il-mira tal-agrikoltura, tinkludi impenn ġenerali, tliet azzjonijiet u ħames sottoazzjonijiet (ara l-Figura 6).
Fil-Kummissjoni, id-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent (DĠ ENV) għandu r-responsabbiltà kumplessiva li jipproponi u jimplimenta l-leġiżlazzjoni u l-politiki ambjentali. Id-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (DĠ AGRI) jittratta l-leġiżlazzjoni u l-politiki agrikoli. L-Istati Membri huma meħtieġa jiżviluppaw u jissorveljaw l-isforzi biex tintlaħaq il-mira.
12Billi l-istrateġija attwali għall-bijodiversità se tiskadi din is-sena, fil-Patt Ekoloġiku Ewropew tagħha, il-Kummissjoni ħabbret li kienet qed tipprevedi li toħroġ strateġija ġdida għall-perjodu sal-2030. L-istrateġija l-ġdida ġiet ippubblikata f’Mejju 2020. Hija tiddeskrivi l-prinċipji ġenerali u tistabbilixxi l-kuntest għall-Konferenza tal-Partijiet tal-KDB (COP15). Biex l-istrateġija l-ġdida tingħata għamla prattika, il-Kummissjoni biħsiebha toħroġ azzjonijiet u miżuri ta’ segwitu fl-2021.
L-UE tistabbilixxi standards ambjentali u agrikoli permezz tal-leġiżlazzjoni tal-UE u billi tappoġġa finanzjarjament lis-settur agrikolu. Għall-perjodu 2014-2020, il-Kummissjoni tirrapporta li allokat 8.1 % tal-baġit tal-UE (EUR 86 biljun) għall-bijodiversità. Fid-Dikjarazzjoni dwar l-estimi tal-baġit għall-2020 tagħha, il-Kummissjoni ssemmi li l-finanzjament tal-bijodiversità mill-politika agrikola komuni (PAK) se jkun ta’ EUR 66 biljun (77 % tan-nefqa fuq il-bijodiversità) matul il-perjodu 2014-2020 kollu kemm hu.
Ambitu u approċċ tal-awditjar
14L-iskop ta’ dan l-awditu kien li jivvaluta r-rwol tal-PAK f’dak li jirrigwarda ż-żamma u t-tisħiħ tal-bijodiversità skont il-Mira 3A tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020. Aħna għażilna dan is-suġġett minħabba r-rata għolja ta’ telfien tal-bijodiversità fl-Ewropa, ir-rwol ewlieni tal-agrikoltura f’dan it-telfien, is-sehem kbir tal-PAK mill-baġit tal-UE u l-valutazzjonijiet negattivi reċenti tal-mod kif l-istrateġija, u b’mod partikolari l-mira tal-agrikoltura, ġew implimentati fl-UE. Dan ir-rapport speċjali jikkomplementa r-rapport speċjali tagħna dwar Natura 200020.
15L-għan tagħna kien li nipprovdu rakkomandazzjonijiet li jikkontribwixxu għat-tħejjijiet leġiżlattivi attwali għall-PAK 2021-2027, l-istrateġija l-ġdida tal-UE għall-bijodiversità sal-2030, kif ukoll id-diskussjoni u t-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-COP15. Il-kontenut tal-istrateġija l-ġdida ma kienx parti mill-awditu, u lanqas il-punt sa fejn l-UE kienet għamlet progress lejn l-impenji internazzjonali tagħha dwar il-bijodiversità. Id-dakkara wkoll mhumiex koperti mill-awditu, billi aħna se noħorġu rapport separat dwar dan is-suġġett. Il-kontribuzzjoni annwali diretta stmata tal-insetti dakkara għall-agrikoltura Ewropea hija ta’ EUR 15-il biljun21.
16L-awditu kopra t-tfassil, l-implimentazzjoni, ir-riżultati u l-monitoraġġ tal-azzjonijiet li ttieħdu mill-UE biex jitwaqqaf it-telfien tal-bijodiversità fuq l-art agrikola fl-UE. Aħna ffukajna fuq dawk il-komponenti tal-istrateġiji tal-UE u dawk nazzjonali għall-bijodiversità li huma rilevanti għall-agrikoltura, kif ukoll fuq l-implimentazzjoni tagħhom permezz ta’ diversi strumenti, notevolment il-PAK. Aħna analizzajna prinċipalment il-perjodu ta’ programmazzjoni attwali (2014-2020), għalkemm għal skopijiet komparattivi eżaminajna wkoll it-tfassil, l-implimentazzjoni u r-riżultati ta’ strumenti analogi tal-PAK mill-perjodu preċedenti (2007-2013). Fl-aħħar nett, aħna ħadna kont tal-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni għall-PAK għall-perjodu ta’ wara l-2020.
17Il-mistoqsija prinċipali tal-awditjar kienet: “Il-PAK kienet ikkontribwiet b’mod pożittiv għaż-żamma u t-tisħiħ tal-bijodiversità?” Sabiex inwieġbu din il-mistoqsija, aħna vvalutajna:
- jekk l-UE kinitx fasslet l-istrateġija tagħha għall-bijodiversità u l-qafas legali tal-PAK għall-perjodu 2014-2020 biex tiġi kkonservata aħjar il-bijodiversità, u kif il-Kummissjoni mmonitorjat u evalwat il-progress li sar lejn il-mira tal-agrikoltura tal-istrateġija tagħha għall-bijodiversità sal-2020;
- jekk il-pagamenti diretti kienx kellhom impatt pożittiv dimostrabbli matul il-perjodu tal-PAK 2014-2020; u
- jekk l-azzjoni ta’ żvilupp rurali tal-PAK fil-perjodu 2014-2020, notevolment permezz tal-AECMs, kinitx iffukata fuq il-bijodiversità.
Aħna ġbarna evidenza għall-awditjar permezz ta’:
- rieżami ta’ data u dokumenti, inklużi dokumenti xjentifiċi, strateġiċi, leġiżlattivi, ta’ politika u ta’ gwida relatati mal-bijodiversità tal-art agrikola fl-UE u f’kampjun ta’ Stati Membri u reġjuni;
- intervisti ma’ membri tal-persunal ta’ ħames direttorati ġenerali tal-Kummissjoni (Agrikoltura u Żvilupp Rurali, Ambjent, Eurostat, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, Riċerka u Innovazzjoni) u tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, kif ukoll ma’ rappreżentanti ta’ NGOs (BirdLife Europe, COPA-COGECA, IEEP Brussell, Eurogroup for Animals) u ta’ awtoritajiet nazzjonali u reġjonali, organizzazzjonijiet tal-bdiewa u entitajiet oħra;
- żjarat lil ħames Stati Membri bi profili differenti f’dak li jirrigwarda l-bijodiversità, l-agrikoltura u l-pajsaġġ (Ċipru, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Polonja u r-Rumanija);
- żjarat fl-azjendi agrikoli u diskussjonijiet ma’ 78 bidwi f’14-il Stat Membru (ara l-Anness I);
- stħarriġ tal-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali ta’ disa’ Stati Membri/reġjuni oħra (għad-dettalji ara l-Anness I).
Barra minn hekk, f’Ottubru 2019, aħna organizzajna panel ta’ diskussjoni dwar il-bijodiversità tal-art agrikola flimkien ma’ esperti xjentifiċi, politiċi u amministrattivi f’dan il-qasam. Il-Panel għenna nivverifikaw u niżviluppaw is-sejbiet tal-awditjar tagħna. Il-membri tal-persunal mid-DĠ AGRI u d-DĠ ENV attendew għal din id-diskussjoni bħala osservaturi.
Osservazzjonijiet
Lakuni fit-tfassil tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità, kif ukoll fil-koordinazzjoni tagħha mal-PAK u l-monitoraġġ tagħha
19Aħna eżaminajna jekk il-mira tal-agrikoltura għall-2020 fl-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità hijiex speċifika, tistax titkejjel u tinkiseb, u hijiex rilevanti u marbuta mal-ħin, kif ukoll jekk l-azzjoni tal-UE hijiex konsistenti ma’ din il-mira. Iċċekkjajna wkoll jekk il-leġiżlazzjoni tal-PAK għall-perjodu 2014-2020 hijiex allinjata mal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020 u mal-inizjattivi nazzjonali, u jekk is-segwiment imwettaq mill-Kummissjoni jagħtix informazzjoni affidabbli dwar l-infiq tal-UE fuq il-bijodiversità.
L-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità hija nieqsa mir-rigorożità f’dak li jirrigwarda l-Mira 3A, u l-indikaturi relatati juru dgħufijiet
20Kif jidher fil-Figura 6, l-istrateġija tal-UE tikkonsisti f’miri u azzjonijiet. Hija ġiet stabbilita għal perjodu ta’ 10 snin, filwaqt li l-baġit tal-UE u l-qafas tal-politika agrikola jsegwu ċiklu tal-politika ta’ 7 snin. Skont il-valutazzjoni tal-impatt tal-2011 li takkumpanja l-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020 tal-Kummissjoni, il-mira “indikattiva” tal-agrikoltura (3A) tkun teħtieġ li tiġi kkonkretizzata f’termini konkreti fit-tfassil tar-riforma tal-PAK, biex tintlaħaq il-mira tal-bijodiversità sal-202022. Il-prestazzjoni tal-miżuri tal-PAK għall-perjodu 2014-2020 titkejjel b’rabta ma’ tliet objettivi, inkluż il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-azzjoni klimatika, b’enfasi fuq l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, il-bijodiversità, il-ħamrija u l-ilma23.
21Fir-rieżami ta’ nofs il-mandat tagħha tal-2015 dwar l-istrateġija għall-bijodiversità sal-2020, il-Kummissjoni rrappurtat li ma kien sar l-ebda progress sinifikanti, speċjalment lejn il-Mira 3 dwar l-agrikoltura (il-Mira 3A) u l-forestrija (il-Mira 3B), u li kienu meħtieġa “iżjed sforzi” biex id-dati ta’ skadenza jiġu rrispettati (ara l-Figura 8). Sejbiet xjentifiċi reċenti24 jikkonfermaw ukoll li, kif irrapportat fil-paragrafi 03 sa 05, mill-2015 ’il hawn, ma kien sar l-ebda titjib ġenerali li jista’ jitkejjel lejn il-Mira 3, u li din mhux se tintlaħaq sal-2020.
Fl-2018, il-Kummissjoni ppreżentat il-proposti leġiżlattivi tagħha dwar il-PAK għall-perjodu ta’ wara l-2020. Wieħed mid-disa’ objettivi speċifiċi huwa li l-PAK tikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-bijodiversità, issaħħaħ is-servizzi tal-ekosistema u tippreserva l-ħabitats u l-pajsaġġi25. L-iskeda għall-istrateġija l-ġdida għall-bijodiversità sal-2030 li kienet stabbilita fiż-żmien meta sar l-awditu (deskrizzjoni ġenerali fl-2020, segwita minn pjan ta’ azzjoni fl-2021) għamlitha diffiċli biex l-istrateġija l-ġdida tittieħed inkunsiderazzjoni meta jitfasslu l-miżuri tal-PAK li jkopru l-UE. Madankollu, din se tkun disponibbli għall-Istati Membri biex ikunu jistgħu jagħmlu użu minnha meta jkunu qed jiżviluppaw il-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tagħhom fl-2021.
23Il-mira tal-agrikoltura (3A) tal-istrateġija sal-2020 hija maqsuma f’oqsma ta’ azzjoni distinti u għandha data ta’ skadenza ċara; għaldaqstant, aħna nqisu li din hija speċifika u marbuta mal-ħin. Madankollu, hija tippreżenta xi dgħufijiet f’termini ta’ kemm tista’ tinkiseb u ta’ rilevanza, u mhijiex fiha nfisha kkwantifikata, u dan jillimita l-lok li jitkejjel kemm din qed tinkiseb tajjeb. Minflok, l-istrateġija tistipula li l-mira tal-agrikoltura trid tikkontribwixxi wkoll għall-Miri 1 u 2, li fil-fatt għandhom valuri fil-mira. Il-Mira 1 hija relatata maż-żoni ta’ Natura 2000, u tista’ titkejjel. Hija tiddikjara li, sal-2020, il-valutazzjonijiet tal-ispeċijiet u tal-ħabitats li huma protetti mid-dritt tal-UE dwar in-natura, li juru stat imtejjeb ta’ konservazzjoni jew stat sigur jew imtejjeb, jenħtieġ li jiżdiedu għal 100 % għall-ħabitats u għal 50 % għall-ispeċijiet. Il-Mira 2 tinkludi l-għan li jiġu restawrati “mill-inqas 15 % tal-ekosistemi ddegradati”. L-istrateġija ma tindikax b’mod ċar il-mod kif għandu jitkejjel l-ilħuq tal-objettiv ta’ 15 % jew il-kontribut tal-agrikoltura għal dan il-għan. Fir-rieżami ta’ nofs il-mandat dwar l-istrateġija sal-2020, il-Kummissjoni ddikjarat li l-mira tar-restawr għall-korpi tal-ilma kienet “probabbilment” intlaħqet (18 % ġew restawrati), iżda ma tatx perċentwal għal xi ekosistemi oħra.
24Fl-2005, il-Kummissjoni bdiet tistabbilixxi “Indikaturi Simplifikati tal-Bijodiversità Ewropea” (SEBIs), biex jiġi vvalutat il-progress li sar lejn il-miri tal-bijodiversità tal-UE. L-indikaturi SEBIs l-aktar rilevanti għall-mira tal-agrikoltura u/jew għall-bijodiversità tal-art agrikola huma elenkati fl-Anness II. Il-Kummissjoni aġġornat b’mod regolari ħamsa minn dawn l-indikaturi, iżda tmienja minnhom ilhom sitt snin jew saħansitra aktar ma jiġu aġġornati. Pereżempju, id-data l-aktar reċenti disponibbli għad-“diversità ġenetika tal-annimali” tirrifletti s-sitwazzjoni fl-2005 u tkopri ħames Stati Membri biss, filwaqt li l-indikatur taż-“żona ta’ valur naturali għoli” juri s-sitwazzjoni fl-2006. Minħabba dawn il-lakuni fid-data mhuwiex possibbli li jiġi segwit il-progress li sar għall-indikaturi SEBIs kollha kemm huma. Tliet indikaturi li jiġu aġġornati regolarment juru jew xejra mhux favorevoli (għasafar tar-raba’, ħabitats ta’ bwar) jew inkella qegħdin jistabbilizzaw (friefet). It-tnejn l-oħra ma jistgħux jintużaw għall-monitoraġġ tax-xejriet. Fl-ewwel każ (speċijiet ta’ interess Ewropew), ir-riżultati ġew imfixkla minn bidla fil-metodoloġija, u fil-każ l-ieħor (il-bilanċ tan-nitroġenu) id-data l-aktar reċenti hija mill-2015.
25L-indikaturi għall-monitoraġġ tal-impatt tal-PAK fuq il-bijodiversità jinsabu fi ħdan l-indikaturi agroambjentali u l-qafas komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni (CMEF). Bħala eżempju, il-Kummissjoni tuża l-indikaturi tal-biedja u tal-erja agrikola b’“valur naturali għoli” (HNV) għall-kejl tal-bijodiversità tal-art agrikola fl-UE fl-ambitu tal-PAK 2014-2020 (ara l-Anness II). Minbarra l-konservazzjoni tal-bijodiversità permezz ta’ agrikoltura b’intensità baxxa, il-biedja b’valur naturali għoli għandha l-għan li tipprovdi benefiċċji soċjali u ambjentali, bħall-ħżin tal-karbonju, l-ilma nadif, il-prevenzjoni tan-nirien fil-foresti, it-tisħiħ tad-diversità ġenetika u l-protezzjoni tal-valuri kulturali. Kif jidher fl-Anness II, it-tliet settijiet ta’ indikaturi kollha jinkludu l-kunċett ta’ valur naturali għoli.
26Il-Kummissjoni introduċiet tliet indikaturi relatati mal-valur naturali għoli fis-CMEF għall-2007-2013. Fil-perjodu 2014-2020, hija żammet indikatur tal-biedja b’valur naturali għoli, li jintuża biex juri kemm il-kuntest kif ukoll l-impatt. Mill-2017, skont stħarriġ tal-Kummissjoni, sitt Stati Membri (iċ-Ċekja, il-Greċja, Franza, il-Latvja, Malta u r-Rumanija), kif ukoll 24 reġjun ieħor tal-UE fil-Belġju, Spanja, l-Italja u l-Portugall, la kienu identifikaw biedja b’valur naturali għoli u lanqas kienu bdew xi monitoraġġ regolari. Ir-rapporti l-aktar reċenti dwar il-progress fl-iżvilupp rurali, li ġew ippreżentati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri u r-reġjuni (Ġunju 2019) ikkonfermaw is-sitwazzjoni: żewġ terzi biss tar-rapporti fihom informazzjoni kkwantifikata dwar l-art agrikola b’valur naturali għoli. Ċerti awtoritajiet nazzjonali u reġjonali, bħal dawk ta’ Ċipru jew tal-Ġermanja, fasslu l-mezzi proprji tagħhom biex jiġbru data b’valur naturali għoli. Il-valuri tal-indikatur tal-valur naturali għoli mhumiex komparabbli bejn l-Istati Membri, iżda jirriflettu d-definizzjoni tal-Istat Membru. Il-Kummissjoni ma inkludietx l-indikatur tal-valur naturali għoli għall-qafas tal-PAK ta’ wara l-2020.
27Il-valutazzjoni tal-impatt26, li twettqet qabel il-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni għall-PAK 2014-2020, irrikonoxxiet l-importanza li t-tħassib dwar il-bijodiversità jiġi inkorporat fis-settur agrikolu biex b’hekk tintlaħaq il-mira tal-agrikoltura tal-istrateġija għall-bijodiversità. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tiddikjara li hija kienet qed tistenna li l-komponent ta’ “ekoloġizzazzjoni” tal-pagamenti diretti taħt il-PAK jagħti kontribut kbir għall-istrateġija (ara l-paragrafi 51 sa 60). Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jindirizzaw prinċipalment l-azzjonijiet agrikoli fl-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità permezz ta’ pagamenti diretti (l-Azzjoni 8) u ta’ programmi tal-iżvilupp rurali (l-Azzjoni 9) (ara l-Figura 9).
L-ebda strateġija tal-UE għall-konservazzjoni tad-diversità ġenetika
28L-Azzjoni 10 tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020 kienet tirrikjedi li l-Kummissjoni tħeġġeġ l-użu tal-AECMs għall-konservazzjoni tad-diversità ġenetika u biex jiġi analizzat l-iżvilupp ta’ strateġija relatata (ara l-Figura 10).
L-uniformità dejjem akbar tas-sistemi tal-produzzjoni tal-ikel u d-dieta limitata tagħna kkontribwew mhux biss għat-tnaqqis fil-bijodiversità iżda wkoll għal konsegwenzi oħra mhux mixtieqa27. Ammont inqas ta’ riżorsi ġenetiċi jfisser inqas reżiljenza naturali għall-pesti, għall-mard u għal bidliet ambjentali severi28.
30Il-Kummissjoni kompliet tappoġġa l-isforzi nazzjonali biex jitreġġa’ lura t-telfien tad-diversità ġenetika permezz ta’ miżuri agroambjentali klimatiċi (AECMs) u proġetti ta’ riċerka. Stati Membri bħall-Polonja, id-Danimarka u l-Estonja żviluppaw strateġiji jew programmi nazzjonali dwar id-diversità ġenetika tal-annimali jew tal-pjanti. Studju mill-2016, li ġie kkuntrattat mill-Kummissjoni, kien jirrakkomanda li l-UE tiżviluppa strateġija komprensiva, f’konformità mal-istrateġija tagħha għall-bijodiversità, lejn il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità ġenetika29. L-istudju identifika li l-intensifikazzjoni agrikola, li tiffoka fuq razez li jipproduċu ħafna u fuq mudelli ġodda ta’ ġestjoni tal-art (bi tnaqqis qawwi fir-ragħa), hija l-fattur ewlieni għat-telfien li jwassal biex kważi 50 % tar-razez tal-bhejjem Ewropej kollha jsiru estinti jew jassumu stat ta’ speċijiet fil-periklu jew stat kritiku. Tmienja minn disa’ awtoritajiet li stħarriġna kienu favur strateġija għall-konservazzjoni tad-diversità ġenetika.
Il-Kummissjoni tistma b’mod eċċessiv l-ammont li hija tonfoq fuq il-bijodiversità
31Il-Kummissjoni ssegwi kull sena l-ammonti li hija tkun ibbaġitjat għall-bijodiversità, iżda ma għandha l-ebda mira f’dan ir-rigward. Hija tippubblika ċ-ċifri relatati mal-finanzjament tal-bijodiversità fir-rapporti tagħha lill-KDB u, kull sena, fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-UE. Fl-2019 u fl-2020, l-UE ppjanat li tonfoq madwar 8 % tal-baġit totali tagħha fuq il-bijodiversità (madwar EUR 13.5 biljun fis-sena). Minn dan l-ammont, is-sehem tal-PAK huwa ta’ EUR 10.3 biljun fis-sena. Il-Kummissjoni tapplika koeffiċjenti ta’ 0 %, 40 % u 100 %, li huma adattati mill-“indikaturi ta’ Rio” tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD). Il-kriterji tal-Kummissjoni għal dawn il-koeffiċjenti huma inqas konservattivi minn dawk tal-OECD (ara t-Tabella 1).
Tabella 1
Kategoriji tal-OECD u koeffiċjenti tal-UE għall-bijodiversità
L-OECD | L-UE | ||
Kategorija | Attivitajiet | Koeffiċjent ta’ finanzjament tal-bijodiversità | Kriterji użati |
2 | Nefqa għal attivitajiet li għalihom il-bijodiversità hija l-objettiv prinċipali (primarju) | 100 % | L-appoġġ jipprovdi kontribuzzjoni sinifikanti għall-objettivi relatati mal-bijodiversità. |
1 | Nefqa għal attivitajiet li għalihom il-bijodiversità hija objettiv sinifikanti, iżda mhux dak prinċipali. | 40 % | L-appoġġ jipprovdi kontribuzzjoni moderata għall-bijodiversità. |
0 | Nefqa li mhix immirata lejn il-bijodiversità. | 0 % | Il-kontribuzzjoni tal-appoġġ hija insinifikanti. |
Sors: il-QEA, ibbażat fuq Study on biodiversity financing and tracking biodiversity-related expenditures in the EU budget, il-Kummissjoni, 2017; u d-Dikjarazzjoni tal-estimi għall-2020, il-Kummissjoni, 2019.
Il-Figura 11 turi kif il-Kummissjoni tapplika dawn il-koeffiċjenti għall-infiq taħt il-PAK. Il-Kummissjoni la ssegwi l-infiq u lanqas ma tikkumpensa għalih minn skemi li jista’ jkollhom impatt negattiv fuq il-bijodiversità tal-art agrikola.
Il-Kummissjoni tapplika koeffiċjent ta’ 100 %, f’konformità mal-approċċ tal-OECD, għan-nefqa għall-iżvilupp rurali fuq ir-“Restawr, il-preservazzjoni u t-tisħiħ tal-bijodiversità” (Qasam ta’ Prijorità 4A), li huwa speċifikament immirat lejn il-bijodiversità. Hija tapplika wkoll koeffiċjent ta’ 100 % għan-nefqa fuq it-“Titjib tal-ġestjoni tal-ilma” (4B) u l-“Prevenzjoni tal-erożjoni tal-ħamrija u t-titjib tal-ġestjoni tal-ħamrija” (4C). Billi l-bijodiversità mhijiex l-objettiv prinċipali ta’ dawn iż-żewġ oqsma ta’ prijorità, huma ma jissodisfawx il-kriterji għall-koeffiċjent ta’ 100 %.
34Il-Kummissjoni tapplika koeffiċjent ta’ 40 % għall-pagamenti kollha ta’ ekoloġizzazzjoni, għalkemm l-impatt pożittiv tagħhom fuq il-bijodiversità tal-art agrikola ma jistax jintwera b’mod ċar (ara l-paragrafi 51 sa 60). Barra minn hekk, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti ta’ ekoloġizzazzjoni mhumiex eżiġenti u, fil-biċċa l-kbira, jirriflettu prattika agrikola normali. Fir-Rapport Speċjali Nru 21/2017:“Ekoloġizzazzjoni: skema aktar kumplessa ta’ appoġġ għall-introjtu, li għadha mhijiex ambjentalment effettiva” tagħna, aħna stmajna li l-bdiewa kienu ħolqu l-elementi ekoloġiċi fuq madwar 3.5 % biss tar-raba’ li jinħadem, jiġifieri mhux aktar minn 2 % tal-art agrikola kollha tal-UE. Barra minn hekk, rekwiżiti ġodda ta’ ekoloġizzazzjoni relatati ma’ bwar permanenti kienu rriżultaw f’bidla fil-prattiki agrikoli għal 1.5 % biss tal-art agrikola tal-UE.
35L-impatt tal-element tal-kundizzjonalità, li huwa sistema ta’ sanzjonijiet, fuq il-bijodiversità tal-art agrikola joħloq xi diffikultajiet u huwa diskuss aktar fid-dettal fil-paragrafi 41 sa 50. Biex titqies il-kontribuzzjoni li saret mill-kundizzjonalità, il-Kummissjoni tapplika koeffiċjent ta’ 40 % għal 10 % tal-komponenti l-oħra tal-pagamenti diretti (madwar 70 % tal-pagamenti diretti; ara l-Figura 14). Dan ma jiġix applikat għall-iskemi ta’ żvilupp rurali bħalma huwa l-finanzjament għal żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew speċifiċi, li mhuwiex aktar ta’ benefiċċju għall-bijodiversità tal-art agrikola mill-iskema ta’ pagament bażiku. Il-koeffiċjenti tal-kundizzjonalità jistgħu, b’mod ġenerali, jiddikjaraw b’mod eċċessiv il-kontribuzzjoni tal-kundizzjonalità.
36Ċipru, l-Irlanda u l-Ġermanja qiesu li l-metodoloġija tal-Kummissjoni ma kinitx preċiża. Għaldaqstant, meta żviluppaw is-sistemi proprji tagħhom għas-segwiment tal-bijodiversità, l-Irlanda u l-Ġermanja ma użawx din il-metodoloġija. Kull pajjiż wettaq eżerċizzju wieħed ta’ segwiment, ibbażat fuq evidenza xjentifika. Fir-Rieżami tan-Nefqa Nazzjonali għall-Bijodiversità tagħha, l-Irlanda użat sitt koeffiċjenti (0 %, 5 %, 25 %, 50 %, 75 % u 100 %).
37Aħna nqisu li l-ammont ikkwantifikat mill-Kummissjoni, ta’ madwar EUR 10 biljun, li rriżulta mill-użu ta’ tliet koeffiċjenti biss (0 %, 40 % u 100 %), mhuwiex kompletament robust jew affidabbli. Is-sejbiet tagħna huma konformi ma’ dawk ta’ studji indipendenti li twettqu fl-201530 u fl-201731.
Il-biċċa l-kbira mill-finanzjament tal-PAK ftit li xejn għandu impatt pożittiv fuq il-bijodiversità
38Aħna eżaminajna jekk, fil-perjodu 2014-2020, il-pagamenti diretti, inkluża l-ekoloġizzazzjoni, kif ukoll il-kundizzjonalità, kienx kellhom impatt pożittiv u li jista’ jitkejjel fuq il-bijodiversità, kif meħtieġ mill-Azzjoni 8 tal-istrateġija tal-UE. L-Azzjoni 8 hija maqsuma f’żewġ sottoazzjonijiet (ara l-Figura 12).
Il-biċċa l-kbira mill-pagamenti diretti ma jikkontribwixxux għaż-żamma jew għat-tisħiħ tal-bijodiversità tal-art agrikola
39Il-pagamenti diretti, li jammontaw għal aktar minn EUR 40 biljun, kienu jirrappreżentaw aktar minn 70 % tan-nefqa agrikola kollha tal-UE fl-2019 (ara l-Figura 13). L-iskemi ta’ għajnuna diretta jinkludu l-iskema ta’ pagament bażiku32, li abbażi tagħha l-bdiewa jattivaw id-drittijiet għall-pagament b’mod proporzjonat għall-art eliġibbli li huma jkunu ddikjaraw, l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja33, li fiha jsiru wkoll pagamenti skont l-erja eliġibbli ddikjarata mill-bdiewa, kif ukoll l-arranġamenti ta’ “ekoloġizzazzjoni” (ara l-paragrafi 51 sa 60)
Skont l-awtoritajiet tal-Istati Membri li ltqajna magħhom, il-biċċa l-kbira mill-iskemi ta’ pagament dirett fl-UE ma għandhomx impatt dirett u li jista’ jitkejjel fuq il-bijodiversità tal-art agrikola. Skont ix-xjenzjati, l-appoġġ akkoppjat volontarju jista’ jkollu impatt negattiv. Dan il-mekkaniżmu jorbot madwar 10 % tal-baġit tal-UE allokat għal pagamenti diretti mal-produzzjoni ta’ għelejjel jew mat-trobbija ta’ annimali speċifiċi (ara l-Figura 14). Għalhekk, dan jagħti inċentiv biex jinżammu (jew jiżdiedu) il-livelli tal-attività appoġġata34.
L-iskema ta’ sanzjonijiet relatati mal-kundizzjonalità ma għandha l-ebda impatt ċar fuq il-bijodiversità tal-art agrikola
41Meta l-aġenziji tal-pagamenti jsibu li bidwi li jirċievi sussidji tal-PAK ma jissodisfax ir-rekwiżiti bażiċi statutorji ta’ ġestjoni (SMRs) u l-istandards tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (KAAT), b’mod ġenerali, jenħtieġ li huma jnaqqsu l-pagament li jingħata lill-bidwi b’bejn 1 % u 5 %. Madankollu, ir-rekwiżiti u l-istandards ma japplikawx għall-bdiewa kollha tal-UE, bħal dawk li jipparteċipaw fl-Iskema għall-Bdiewa Żgħar. L-SMRs ġejjin mill-applikazzjoni ta’ artikoli rilevanti tal-leġiżlazzjoni (eż. dawk li jirrigwardaw Natura 2000, il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u n-nitrati), u għalhekk jirreplikaw ir-regoli eżistenti. Il-leġiżlazzjoni li fuqha huma bbażati l-SMRs tapplika b’mod indipendenti mill-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità. Hija tapplika għall-bdiewa kollha fl-UE kemm jekk jitolbu sussidji tal-PAK kif ukoll jekk le. Il-bdiewa li jonqsu milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom jistgħu wkoll jiġu ppenalizzati skont il-liġi nazzjonali. Xi drabi t-tieni penali tista’ taqbeż l-ewwel waħda.
42Il-qafas leġiżlattiv jagħti lill-Istati Membri livell għoli ta’ flessibbiltà biex jiddefinixxu l-kontenut tal-istandards tal-KAAT. L-għażliet tal-Istati Membri dwar l-ambizzjoni ambjentali, id-definizzjoni tal-irziezet suġġetti għall-istandard tal-KAAT, il-mod kif l-irziezet huma mistennija li japplikaw l-istandard, kif ukoll il-mod kif l-awtoritajiet nazzjonali jiċċekkjaw il-konformità u b’hekk jiddeterminaw il-valur standard għall-bijodiversità. Fil-biċċa l-kbira mill-każijiet, l-aġenziji tal-pagamenti jiċċekkjaw bejn 1 % u 2 % tal-irziezet li huma suġġetti għal standard speċifiku tal-KAAT, u jimponu penali għal madwar 1 % ta’ dawk li jkunu ġew iċċekkjati. Pereżempju, għal erbgħa mill-ħames Stati Membri li żorna, l-aġenziji tal-pagamenti identifikaw madwar 1 000 000 bidwi bħala li huma suġġetti għall-kundizzjonijiet tal-Istandard tal-KAAT 4 (għata minima tal-ħamrija). Huma spezzjonaw madwar 16 000 razzett u applikaw penali għal 270 pagament ta’ sussidju. Fil-biċċa l-kbira mill-każijiet fejn applikaw penali, huma naqqsu l-pagament b’1 %.
43F’awditu preċedenti35, aħna osservajna varjazzjonijiet sinifikanti bejn l-Istati Membri f’dak li jirrigwarda l-applikazzjoni ta’ penali għall-ksur. Aħna sibna li r-rati ta’ ksur għal bosta rekwiżiti u standards kienu inqas minn 1 %. L-SMRs ikkonċernati kienu relatati mal-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi u l-ħabitats naturali, filwaqt li l-istandards tal-KAAT kienu l-KAAT 6 dwar il-materja organika tal-ħamrija u l-KAAT 7 dwar iż-żamma tal-istruttura tal-ħamrija u ż-żamma tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ. Dawn kollha għandhom potenzjal għoli, teoretikament, li jikkontribwixxu għall-bijodiversità tal-art agrikola (ara l-Figura 15).
Permezz tal-Azzjoni 8b tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità, il-Kummissjoni impenjat lilha nfisha li ttejjeb u tissimplifika l-istandards tal-KAAT relatati mal-bijodiversità. Hija biddlet l-istruttura tal-kundizzjonalità fl-2015. Ċerti standards tal-KAAT saru parti mir-regoli ta’ eliġibbiltà, filwaqt li oħrajn inbidlu (ara l-Figura 16).
Bir-riforma tal-PAK tal-2013, ir-rekwiżit relatat maż-żamma tal-bwar permanenti u l-istandard tal-KAAT dwar in-newba tal-għelejjel ġew ittrasferiti mill-kundizzjonalità għall-ekoloġizzazzjoni. Dan ifisser li huwa kien japplika għal inqas bdiewa. In-newba tal-għelejjel ġiet sostitwita mid-diversifikazzjoni tal-għelejjel (li għandha inqas valur għall-bijodiversità – ara l-paragrafu 54). L-aggregazzjoni ta’ ċerti standards ma biddlitx is-sustanza tagħhom: il-ħolqien ta’ standard ġdid dwar il-materja organika tal-ħamrija ma tejjibx l-iskema, minħabba li l-protezzjoni ta’ materja organika tal-ħamrija kienet diġà tagħmel parti mill-qafas legali meta nbdiet il-kundizzjonalità fl-2005.
46Fl-2014, il-Kummissjoni aċċettat rakkomandazzjoni li għamilna fir-Rapport Speċjali Nru 4/2014:“Integrazzjoni tal-objettivi tal-politika tal-UE dwar l-ilma fi ħdan il-PAK: suċċess parzjali” tagħna, biex tinkludi d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma fl-ambitu tal-kundizzjonalità fuq dawn il-linji. Id-direttiva għadha mhijiex parti mill-kundizzjonalità, għalkemm tassew tidher fil-proposti tal-Kummissjoni għall-PAK ta’ wara l-2020.
47Il-komponent tal-SMR tal-kundizzjonalità (ara l-paragrafu 41) ma pprovdiex obbligu addizzjonali lill-bdiewa biex iżommu u jsaħħu l-bijodiversità tal-art agrikola. Madankollu, l-inklużjoni fi ħdan il-kundizzjonalità fil-fatt tipprovdi sistema ta’ spezzjoni regolari għal dawn ir-rekwiżiti u tagħmel lill-bdiewa konxji mill-kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati.
48Fil-qafas tal-kundizzjonalità, l-istandards tal-KAAT 1 u 4 sa 7 għandhom l-akbar potenzjal f’termini tal-mira tal-agrikoltura tal-istrateġija għall-bijodiversità (ara l-Figura 15). Mill-Istati Membri li żorna, wieħed biss seta’ juri impatt konkret, madankollu: l-awtoritajiet Ġermaniżi rrappurtaw li l-projbizzjonijiet tal-ħsad taħt l-istandard tal-KAAT 4 kienu ta’ benefiċċju għall-għasafar li jbejtu, u li l-prattiki kontra l-erożjoni taħt l-istandard tal-KAAT 5 kienu ppromwovew ukoll il-bijodiversità. L-istandard tal-KAAT 7 ppermetta li jiġu protetti madwar żewġ miljun karatteristika separata tal-pajsaġġ fil-Ġermanja, inkluż 1 000 000 sies tal-ħaxix u 150 000 art mistagħdra. Dan huwa siewi fid-dawl tat-tnaqqis fuq terminu twil fl-ammont ta’ ringieli ta’ sġajriet fl-Ewropa matul is-seklu li għadda (ara l-Kaxxa 1).
Kaxxa 1
Il-qerda ta’ sisien tal-ħaxix fis-seklu 20
Wara t-tieni gwerra dinjija, il-gvernijiet nazzjonali ħeġġew it-tneħħija tas-sisien tal-ħaxix biex tiżdied l-awtosuffiċjenza alimentari u biex ikun jista’ jintuża makkinarju li ma setax jiġi mmanuvrat f’għelieqi żgħar. Id-disponibbiltà ta’ inċentivi finanzjarji rriżultat fil-qerda estensiva tas-sisien tal-ħaxix36. Pereżempju:
- fi Franza, kważi 70 % tas-sisien tal-ħaxix inqerdu bejn l-1945 u l-1983;
- fil-Belġju, sa 75 % tas-sisien tal-ħaxix inqerdu f’ċerti reġjuni matul is-seklu 20;
- fin-Netherlands, fil-perjodu mill-1960 sa l-1994, iċ-ċifra kienet minn 30 % sa 50 %;
- fl-Italja, sa 90 % tas-sisien tal-ħaxix fir-reġjun tal-Po għebu;
- ir-reġjuni Irlandiżi neħħew minn 15 % sa 30 % tas-sisien tal-ħaxix tagħhom.
Is-CMEF jinkludi biss żewġ indikaturi tal-output għall-kundizzjonalità37: “Għadd ta’ ettari li huma suġġetti għall-kundizzjonalità” u “Sehem tal-pagamenti taħt il-PAK li huma suġġetti għall-kundizzjonalità”. Skont l-EEA, is-sehem tal-erja agrikola utilizzata li hija koperta mid-diversi skemi jipprovdi indikazzjoni kemm tal-ilħuq kif ukoll tal-potenzjal teoretiku biex titjieb il-bijodiversità, iżda mhux tal-effettività38. Il-Kummissjoni ma għandha l-ebda indikatur tar-riżultati jew tal-impatti, li jista’ jkejjel l-effetti speċifiċi tal-kundizzjonalità fuq il-bijodiversità tal-art agrikola. Fl-awditu li wettaqna fl-2016 dwar il-kundizzjonalità39, aħna kkonkludejna wkoll li l-informazzjoni disponibbli ma kinitx tippermetti li l-Kummissjoni tivvaluta b’mod adegwat l-effettività tal-kundizzjonalità.
50L-ebda wieħed mill-Istati Membri li żorna, bl-eċċezzjoni tal-Ġermanja (ara l-paragrafu 48), ma pprovda informazzjoni konkreta dwar l-impatt tal-kundizzjonalità fuq il-bijodiversità tal-art agrikola. Studji40 dwar l-effettività tal-azzjoni għall-promozzjoni tal-bijodiversità tal-art agrikola la kienu sabu effetti pożittivi u lanqas effetti negattivi mill-kundizzjonalità. Xi esperti kkritikaw kemm in-nuqqas ta’ ambizzjoni tal-iskema tal-kundizzjonalità kif ukoll l-inadegwatezza tagħha biex tippromwovi l-bijodiversità tal-art agrikola41.
Il-potenzjal tal-ekoloġizzazzjoni biex titjieb il-bijodiversità mhuwiex żviluppat biżżejjed
51L-ekoloġizzazzjoni tinkludi tliet prattiki agrikoli li għandhom l-għan li jkunu ta’ benefiċċju għall-ambjent u l-klima (ara l-Figura 17).
Ir-rekwiżiti ta’ ekoloġizzazzjoni ma japplikawx għal azjendi agrikoli fl-iskema għall-bdiewa żgħar jew għal irziezet li jitqiesu li huma “ekoloġiċi b’definizzjoni”, bħall-azjendi organiċi jew azjendi agrikoli b’aktar minn 75 % ta’ bwar permanenti. Fl-2015, mill-inqas obbligu wieħed ta’ ekoloġizzazzjoni kien japplika għal 24 % tal-azjendi agrikoli tal-UE, li kienu jirrappreżentaw 73 % tal-art agrikola kollha tal-UE42. L-għan tal-ekoloġizzazzjoni huwa li l-bdiewa jiġu ppremjati għan-newba tal-għelejjel u l-protezzjoni ta’ mergħat permanenti, kif ukoll għall-kopertura veġetali, is-serħan ekoloġiku tal-art u ż-żoni ta’ Natura 2000, kif meħtieġ bl-Azzjoni 8a tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità. Il-Kummissjoni inkludiet dawn l-elementi kollha fil-Komunikazzjoni tagħha tal-2010 “Il-PAK fid-dawl tas-sena 2020”43. Madankollu, dawn mhux kollha kienu jagħmlu parti mill-valutazzjoni tal-impatt jew mill-proposta tal-2011 għall-PAK 2014-202044, li ddgħajfu aktar minħabba n-negozjati sussegwenti (ara l-Figura 18).
F’rapport speċjali li ppubblikajna fl-201745, aħna kkonkludejna li l-ekoloġizzazzjoni ftit li xejn kellha effett li jista’ jitkejjel: hija wasslet għal bidliet fil-prattiki agrikoli għal madwar 5 % biss tal-art agrikola kollha tal-UE, l-għarfien dwar is-sitwazzjoni bażi huwa frammentarju u l-mod kif l-ekoloġizzazzjoni hija mistennija li tikkontribwixxi għall-miri tal-bijodiversità tal-UE mhuwiex ċar. Il-Kummissjoni kkonfermat fl-201846, filwaqt li kkwotat l-evalwazzjoni tal-ekoloġizzazzjoni proprja tagħha mill-201747, li l-implimentazzjoni tal-ekoloġizzazzjoni mill-Istati Membri u l-bdiewa tista’ titjieb biex l-objettivi tagħha jitwasslu aħjar. Dokumenti xjentifiċi waslu għal konklużjonijiet simili48.
54Id-diversifikazzjoni tal-għelejjel rarament twassal għal bidla fil-prattiki tal-ġestjoni tal-art49. Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni50 kkonkluda li din hija l-miżura ta’ ekoloġizzazzjoni bl-inqas benefiċċji ambjentali.
55Iż-żamma u l-protezzjoni ta’ bwar permanenti huma importanti għall-bijodiversità tal-art agrikola anki jekk l-iskop prinċipali huwa t-tneħħija tal-karbonju. Studji wrew51 li l-livelli ta’ diversità tal-pjanti huma ħafna ogħla fejn il-bwar jiġu kkultivati b’mod mhux intensiv, eż. il-ħaxix jinqata’ darba fis-sena biss jew jintuża għar-ragħa b’mod aktar moderat.
L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-ħrit ta’ bwar permanenti, li huwa ta’ detriment għall-bijodiversità. Fil-Polonja, il-bdiewa jistgħu, fil-prinċipju, jikkonvertu dawn il-bwar f’raba’ li jinħadem, dment li ma jkunx hemm ksur tal-limitu massimu kumplessiv ta’ 5 % stabbilit għall-pajjiż (ara l-Figura 17). Fil-Ġermanja u fl-Irlanda, il-bdiewa jeħtieġu awtorizzazzjoni amministrattiva qabel ma jkunu jistgħu jaħartu, u jridu jiżirgħu mill-ġdid erja ekwivalenti bil-ħaxix, jekk iridu jissodisfaw ir-rekwiżit relatat mal-bwar permanenti. Għalkemm studji jindikaw li l-bwar li jkunu għadhom kif inżergħu għandhom valur aktar baxx f’dak li jirrigwarda l-ambjent u l-bijodiversità52, din il-prattika hija komuni: minn 44 bidwi li kellhom bwar u li intervistajna, 17 kienu ħartu u żergħu mill-ġdid parti mill-bwar tagħhom mill-2015 ’il hawn.
57Il-bdiewa ma għandhomx il-permess jaħartu art li tkun ġiet deżinjata bħala ambjentalment sensittiva għall-konservazzjoni ta’ erjas ta’ bijodiversità sinifikanti jew għaż-żamma tal-benefiċċji tas-sekwestru tal-karbonju. Fl-Istati Membri, din il-kategorija tirrappreżenta biss parti żgħira mill-bwar permanenti kollha, prinċipalment dawk li jinsabu fiż-żoni ta’ Natura 2000. Fl-2016, l-erja ta’ bwar permanenti suġġetti għall-miżuri ta’ ekoloġizzazzjoni kienet ta’ 47.7 miljun ettaru, b’7.7 miljun ettaru ta’ bwar permanenti ambjentalment sensittivi li jinsabu fiż-żoni ta’ Natura 2000. Id-data tal-Kummissjoni mill-2018 uriet li erba’ Stati Membri/reġjuni biss (il-Belġju-Flanders, iċ-Ċekja, il-Latvja u l-Lussemburgu) kellhom bwar permanenti deżinjati bħala ambjentalment sensittivi f’żoni li mhumiex ta’ Natura 2000: erja totali ta’ inqas minn 0.3 miljun ettaru.
58Il-potenzjal tal-erjas b’fokus ekoloġiku (EFA) biex iwasslu benefiċċji għall-bijodiversità jiddependi mit-tipi ta’ EFA implimentati u mill-mod kif il-bdiewa jimmaniġġjawhom. Skont l-informazzjoni l-aktar reċenti li ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni (2017), l-għażliet ippreferuti mill-bdiewa Ġermaniżi, Pollakki u Rumeni huma fil-biċċa l-kbira dawk li bosta studji xjentifiċi identifikaw53 bħala li huma l-inqas ta’ benefiċċju għall-bijodiversità tal-art agrikola, b’mod notevoli ż-żrigħ ta’ għelejjel li jiffissaw in-nitroġenu u għelejjel tat-titwiq. Is-sitwazzjoni fl-Irlanda hija anomala, fis-sens li aktar minn 95 % tal-bdiewa huma eżentati mill-ekoloġizzazzjoni minħabba l-abbundanza naturali tal-bwar. Madwar 60 % tal-bdiewa Ċiprijotti għażlu li jissodisfaw l-obbligi tal-EFA tagħhom permezz tal-għażla tal-art mistrieħa, li hija favorevoli għall-bijodiversità; madankollu, iċ-ċifra għall-UE kollha hija inqas minn 20 % (ara l-Figura 19). Fl-2017, is-sehem ta’ raba’ li jinħadem fl-EFAs kien ivarja minn 0.2 % għal 20 % bejn l-Istati Membri, filwaqt li l-proporzjon bejn ir-raba’ li jinħadem u l-erja agrikola totali wkoll kien ivarja b’mod sinifikanti (ara l-eżempji fil-paragrafi 68 u 69).
Is-CMEF54 jinkludi 22 indikatur tal-outputs u tar-riżultati relatati mal-ekoloġizzazzjoni. Il-Kummissjoni ma għandha l-ebda indikatur tal-impatti li permezz tiegħu tkun tista’ tkejjel l-effetti tal-ekoloġizzazzjoni fuq il-bijodiversità tal-art agrikola.
60L-istħarriġ tagħna jikkorrobora s-sejbiet ta’ hawn fuq. Terz tal-awtoritajiet li wieġbu ħassew li l-ebda wieħed mill-istrumenti ta’ ekoloġizzazzjoni attwali ma kien tejjeb il-bijodiversità tal-art agrikola. Madwar nofs l-awtoritajiet iddikjaraw li r-rekwiżiti ta’ ekoloġizzazzjoni jeħtieġ li jissaħħu fil-PAK ta’ wara l-2020, bħala parti mill-enfasi akbar fuq il-bijodiversità permezz ta’ “kundizzjonalità msaħħa”. Dan l-arranġament, intenzjonat biex jissostitwixxi l-ekoloġizzazzjoni u l-kundizzjonalità, jenħtieġ li jinkludi għadd ta’ SMRs u 10 standards tal-KAAT – tlieta aktar minn dawk li hemm fil-PAK attwali. Il-Kummissjoni pproponiet ukoll strument ġdid magħruf bħala “ekoskemi”. L-Istati Membri se jkollhom l-obbligu li jfasslu u joffru “ekoskema” waħda jew aktar li tkopri prattiki agrikoli bħall-ġestjoni msaħħa tal-mergħat permanenti u tal-pajsaġġi, il-ġestjoni tan-nutrijenti, il-pakketti ta’ miżuri dwar l-ikel u t-tibjit għal speċijiet li jdakkru, u l-biedja organika.
Xi skemi ta’ żvilupp rurali għandhom il-potenzjal li jtejbu l-bijodiversità tal-art agrikola
61Aħna eżaminajna jekk l-azzjoni ta’ żvilupp rurali tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri, speċjalment l-użu tagħhom tal-miżuri agroambjentali klimatiċi, issa tiffukax aktar fuq il-konservazzjoni tal-bijodiversità, kif meħtieġ mill-Azzjoni 9 tal-istrateġija tal-UE (ara l-Figura 6), u jekk l-impatt tagħha huwiex immonitorjat b’mod adegwat. L-Azzjoni 9 hija maqsuma f’żewġ sottoazzjonijiet (ara l-Figura 20).
Il-miżuri agroambjentali klimatiċi kif ukoll dawk ta’ Natura 2000 u tal-biedja organika għandhom l-akbar potenzjal f’dak li jirrigwarda ż-żamma jew it-tisħiħ tal-bijodiversità tal-art agrikola
62Jenħtieġ li l programmi tal-iżvilupp rurali (RDPs), li l-Istati Membri u r-reġjuni żviluppaw għall-PAK 2014-2020, ikun fihom miżuri biex jilqgħu għall-isfidi ekonomiċi, ambjentali u soċjali li ġew identifikati għaż-żona ġeografika li huma jkopru, inklużi l-isfidi għall-bijodiversità (ara l-Figura 21). Sa issa, l-UE pprovdiet madwar EUR 100 biljun f’finanzjament għall-iżvilupp rurali għall-perjodu 2014-2020, filwaqt li EUR 61 biljun oħra ġejjin mill-Istati Membri.
L-awtoritajiet nazzjonali fl-Istati Membri li żorna qiesu li, mill-miżuri inklużi fil-programmi tal-iżvilupp rurali, l-AECMs, segwiti mill-miżuri tal-biedja organika u dawk ta’ Natura 2000, joffru l-akbar potenzjal f’dak li jirrigwarda l-kontribut għall-mira tal-agrikoltura tal-istrateġija għall-bijodiversità (ara l-Kaxxa 2). Ir-riċerka xjentifika disponibbli tikkorrobora din il-fehma55.
Kaxxa 2
Miżuri ta’ żvilupp rurali li jikkontribwixxu l-aktar għall-bijodiversità
Il-bdiewa li jidħlu għal AECM b’mod volontarju jimpenjaw lilhom infushom, għal perjodu ta’ mill-inqas ħames snin, għal prattiki agrikoli li jirrispettaw l-ambjent u li jmorru lil hinn mill-obbligi legali rilevanti.
Il-miżura tal-biedja organika tipprovdi appoġġ għal kull ettaru għall-bdiewa li jibdlu għal prattiki u metodi agrikoli organiċi jew li jżommuhom.
Il-miżura ta’ Natura 2000 tipprovdi pagamenti ta’ kumpens annwali għal kull ettaru lill-bdiewa għall-ispejjeż addizzjonali li jġarrbu u għall-introjtu li jitilfu minħabba l-iżvantaġġi li jirriżultaw mill-applikazzjoni tad-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats.
L-awtoritajiet li stħarriġna kkonfermaw il-potenzjal u l-utilità ta’ dawn il-miżuri ta’ żvilupp rurali għall-konservazzjoni tal-bijodiversità, billi dawn jikkontribwixxu għall-mira tal-agrikoltura tal-istrateġija u jippermettu li jsir ftit progress fir-rigward tal-isfidi ewlenin li l-bijodiversità qed tiffaċċja.
Miżuri agroambjentali klimatiċi li jkunu inqas eżiġenti għandhom rati ogħla ta’ parteċipazzjoni
65Miżuri “ftit ekoloġiċi” jinkludu aktar bdiewa f’żona usa’, u jagħmlu domandi relattivament modesti f’termini ta’ prattiki agrikoli, kif ukoll jinvolvu inqas ħlas. Miżuri “ferm ekoloġiċi” jiffukaw fuq kwistjonijiet relatati mal-ambjent u mal-bijodiversità speċifiċi għas-sit, u għalhekk huma mmirati lejn ammont inqas ta’ azjendi agrikoli, kif ukoll jirrikjedu aktar sforz mill-bdiewa u jinvolvu ħlas akbar għas-servizzi pprovduti.
66Ix-xjenzati u l-NGOs iqisu li l-iskemi “ferm ekoloġiċi” jwasslu għal bijodiversità akbar mill-miżuri li huma “ftit ekoloġiċi”56. Madankollu, aħna sibna li AECMs inqas ekoloġiċi li huma sempliċi iżda effettivi, bħat-tnaqqis fl-intensità tar-ragħa, il-limitazzjoni tal-input ta’ fertilizzanti jew erbiċidi kimiċi u projbizzjoni fuq il-ħsad matul il-perjodi tat-tibjit, ma jirrikjedux ħafna ħin u sforz mill-bdiewa, iżda għandhom ukoll il-potenzjal li jtejbu l-bijodiversità. Aħna sibna eżempji tajbin kemm ta’ miżuri “ftit ekoloġiċi” kif ukoll ta’ miżuri “ferm ekoloġiċi” li għandhom impatt għoli fuq il-bijodiversità f’termini ta’ speċijiet u ħabitats fl-Istati Membri kollha li awditjajna (ara l-eżempji mir-Rumanija u minn Ċipru fil-Kaxxa 3).
Kaxxa 3
Eżempji ta’ miżuri agroambjentali klimatiċi li huma “ftit ekoloġiċi” u “ferm ekoloġiċi”
Miżuri “ftit ekoloġiċi”
Fir-Rumanija, il-miżuri “ftit ekoloġiċi” huma mmirati lejn il-bijodiversità permezz ta’, pereżempju, prattiki agrikoli mhux intensivi jew tradizzjonali fuq il-bwar: il-fertilizzanti u l-pestiċidi kimiċi huma pprojbiti u r-ragħa huwa limitat għal massimu ta’ unità waħda ta’ bhejjem għal kull ettaru. F’Ċipru, miżura waħda tirrikjedi dokumentazzjoni speċifika, tipprojbixxi l-użu ta’ pestiċidi kimiċi u fertilizzanti, u titlob it-tneħħija mekkanika tal-ħaxix ħażin fuq għelejjel deżinjati.
Miżuri “ferm ekoloġiċi”
Ir-Rumanija toffri miżuri li jipproteġu speċijiet deżinjati ta’ għasafar u friefet. Ċipru għandu żewġ miżuri li huma speċifikament immirati lejn l-erjas agrikoli b’valur naturali għoli. Waħda minnhom tindirizza ż-żamma u t-tiswija ta’ ħitan tal-ġebel niexef, filwaqt li l-oħra tkopri għadd ta’ prattiki ambjentali f’erjas b’valur naturali għoli, bħall-arrikiment attiv tal-ħamrija għal għelejjel perenni jew projbizzjoni fuq ir-ragħa matul l-istaġun prinċipali tal-fjur.
Ir-rati ta’ parteċipazzjoni tal-bdiewa kienu aktar baxxi għal AECMs “ferm ekoloġiċi” milli għal dawk “ftit ekoloġiċi”: aħna nistmaw li f’Ċipru, fil-Ġermanja (Rhineland-Pfalz) u fir-Rumanija, mhux aktar minn madwar 15-20 % tal-AECMs kollha huma “ferm ekoloġiċi”. Appoġġati minn evidenza xjentifika57, l-awtoritajiet taw prinċipalment l-ispjegazzjoni li ġejja:
- F’erjas agrikoli ferm intensivi u li jrendu profitt, il-kumpens sħiħ għal miżuri “ferm ekoloġiċi” jkun irid ikun tant għoli li l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jiffinanzjaw għadd suffiċjenti ta’ miżuri u azzjonijiet oħra.
- Is-sistema attwali għall-kalkolu ta’ pagamenti ta’ kumpens fuq il-bażi tal-“introjtu mitluf/l-ispejjeż imġarrba”, speċjalment f’erjas agrikoli mhux intensivi, tipprevjeni lill-Istati Membri milli jħallsu lill-bdiewa l-ispejjeż reali tagħhom f’każijiet fejn l-ammont tal-introjtu li jkun intilef ma jkunx wisq; dan huwa minħabba l-fatt li l-kalkolu jħalli barra l-ispejjeż tat-transazzjoni, jissottovaluta l-kwalità tal-eżiti u huwa bbażat fuq il-medja tal-ispiża mġarrba minn diversi bdiewa.
Il-bdiewa li jaħdmu r-raba’ huma inqas probabbli li jimpenjaw lilhom infushom għal miżuri agroambjentali klimatiċi rilevanti għall-bijodiversità
68Ix-xjenzati jirrikonoxxu li l-intensifikazzjoni tas-sistemi tat-tkabbir tal-għelejjel wasslet għal tnaqqis fil-bijodiversità fuq l-art agrikola li tinħadem fl-UE58. Barra minn hekk, studji li twettqu fl-Ewropa kollha sabu li t-tnaqqis tal-ispeċijiet fil-bwar huwa partikolarment assoċjat ma’ prattiki agrikoli fuq raba’ li jinħadem fil-viċinat59. Aħna sibna li fl-Irlanda u fil-Ġermanja (Rhineland-Pfalz), l-AECHMs favur il-bijodiversità li jikkonċernaw il-bwar permanenti jaqbżu lil dawk li jikkonċernaw ir-raba’ li jinħadem, kemm fl-għadd ta’ applikazzjonijiet kif ukoll fl-għadd ta’ ettari. L-istess jgħodd għar-Rumanija, għalkemm ir-raba’ li jinħadem jirrappreżenta madwar żewġ terzi tal-erja agrikola tal-pajjiż. Fil-Ġermanja (Rhineland-Pfalz – 60 % tar-raba’ li jinħadem), il-kampjun tagħna wera li, fejn il-bdiewa tabilħaqq jidħlu għal miżura li tikkonċerna r-raba’ li jinħadem, huma għandhom it-tendenza li jillimitaw l-applikazzjoni tagħha għal irqajja’ art mhux produttivi aktar milli għal dawk li huma akbar, aktar produttivi u li jiġu kkultivati b’mod aktar intensiv.
69Aktar minn 70 % tal-art agrikola Ċiprijotta tista’ tinħadem. Fl-2018, għalkemm Ċipru offra erba’ AECHMs favur il-bijodiversità għall-bdiewa li jaħdmu r-raba’, dawn kienu jirrappreżentaw biss 7 % tal-AECMs li ġew implimentati f’dik is-sena. Madwar 85 % tal-applikazzjonijiet kollha kienu għal għelejjel permanenti, bħall-ġewż, is-siġar tal-frott u s-siġar tal-ħarrub.
L-iskemi bbażati fuq ir-riżultati għandhom effetti pożittivi, iżda huma rari
70Mill-AECMs rilevanti għall-bijodiversità li eżaminajna fl-Istati Membri fil-kampjun tagħna għall-perjodu 2014-2020, tnejn biss kienu bbażati fuq ir-riżultati. B’mod ġenerali, sehem baxx ta’ skemi bbażati fuq ir-riżultati huwa komuni wkoll60. Taħt l-44 AECM l-oħra użati mill-Istati Membri fil-kampjun tagħna, il-bdiewa kienu tħallsu talli impenjaw lilhom infushom għal (jew qagħdu lura minn) ċerti attivitajiet, iżda mhux għar-riżultati miksuba minnhom. L-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali li ltqajna magħhom qiesu li l-iskemi ta’ żvilupp rurali bbażati fuq ir-riżultati jistgħu jkunu ta’ benefiċċju akbar għall-bijodiversità. Huma enfasizzaw li, għalkemm it-tfassil u l-iżvilupp ta’ skemi bħal dawn jirrikjedu aktar sforz, huma jistgħu jiġġeneraw data ta’ monitoraġġ li tkun aħjar. Eżempju wieħed huwa t-tfassil u l-użu ta’ sistema ta’ punteġġi li turi kemm jistgħu jinstabu speċijiet ta’ pjanti differenti f’roqgħa art partikolari. L-iskemi bbażati fuq ir-riżultati (ara l-eżempji fil-Kaxxa 4) jagħtu libertà akbar lill-bdiewa biex jiddeċiedu l-mod kif jimmaniġġjaw l-art tagħhom, u għalhekk aktar sjieda tar-riżultati tagħhom61.
Kaxxa 4
AECM ibbażata fuq ir-riżultati
Fl-Irlanda, il-programm Burren jiffoka fuq il-konservazzjoni tal-pajsaġġ agrikolu uniku f’żona speċifika. Huwa ilu jagħmel parti mill-RDP Irlandiż mill-2016. L-iskema, li hija mmexxija minn ambjentalisti, toffri pagamenti kemm għall-azzjonijiet kif ukoll għar-riżultati. Konsulenti jgħinu lill-bdiewa biex ifasslu pjan ta’ attivitajiet sabiex iżommu jew iżidu l-istat ta’ konservazzjoni ta’ rqajja’ agrikoli. Ir-riżultati jiġu vvalutati kull sena. Jekk jirċievu punteġġ li jkun baxx wisq, ma jsir l-ebda pagament. Punteġġi ogħla jirriżultaw f’pagamenti ogħla. Il-prestazzjoni kumplessiva tal-bijodiversità tal-erjas/tal-irqajja’ art li huma koperti mill-iskema tjiebet gradwalment kull sena mill-bidu tagħha.
Fil-Ġermanja (Rhineland-Pfalz), l-awtoritajiet reġjonali jistabbilixxu programm speċifiku ta’ protezzjoni tan-natura għall-mergħat permanenti. Dan jirrikjedi li l-bdiewa parteċipanti jgħoddu u jiddokumentaw l-ispeċijiet ta’ pjanti preżenti fuq l-art tagħhom. Ma jsir l-ebda pagament jekk l-għadd ta’ speċijiet ta’ pjanti fuq roqgħa art ikun inqas minn ċertu soll.
Ftit huma l-indikaturi tal-iżvilupp rurali li jiffukaw fuq ir-riżultati u ħafna minnhom ma ġewx aġġornati reċentement
71Ir-regoli tal-PAK62 jirrikjedu li l-Istati Membri jivvalutaw “sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġaw ir-restawr, il-preservazzjoni u t-titjib tal-bijodiversità inkluż f’żoni ta’ Natura 2000, żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew oħrajn speċifiċi u l-biedja HNV, u l-istat tal-pajsaġġ Ewropew”. Fis-CMEF hemm biss indikatur wieħed tar-riżultati/tal-miri stabbilit biex jgħinhom jagħmlu dan: “perċentwal ta’ art agrikola li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni li jappoġġaw il-bijodiversità u/jew il-pajsaġġi”. L-ebda indikatur tal-impatti tas-CMEF ma jkejjel l-effett tal-politika ta’ żvilupp rurali fuq il-bijodiversità tal-art agrikola. Għall-PAK ta’ wara l-2020, il-Kummissjoni pproponiet tliet indikaturi tar-riżultati u tal-impatti għall-valutazzjoni tal-bijodiversità tal-art agrikola. Madankollu, kif iddikjarajna f’opinjoni reċenti63, jenħtieġ li dawn l-elementi jiġu ppreżentati bħala parti minn qafas koerenti (ara l-Figura 22).
L-Istati Membri għandhom il-libertà li jiżviluppaw aktar indikaturi li permezz tagħhom huma jkunu jistgħu jkejlu l-impatt tal-RDPs tagħhom fuq il-bijodiversità. L-ebda wieħed mill-ħames Stati Membri li żorna ma kien żviluppa indikaturi tar-riżultati jew tal-impatti addizzjonali biex juri l-bidliet li jistgħu jitkejlu fil-bijodiversità tal-art agrikola.
73Minbarra s-CMEF, fl-2006, il-Kummissjoni żviluppat sett ta’ 28 indikatur agroambjentali biex issegwi l-integrazzjoni tat-tħassib ambjentali fil-PAK64. Għal ċerti indikaturi, id-data l-aktar reċenti mill-Eurostat ilha mill-inqas 10 snin (ara l-Figura 23), u għal żewġ indikaturi (“art agrikola HNV” u “diversità ġenetika”), il-Kummissjoni qatt ma ppubblikat xi data.
Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
74Aħna eżaminajna l-kontribuzzjoni tal-PAK għaż-żamma u t-tisħiħ tal-bijodiversità, kif ukoll jekk huwiex probabbli li tintlaħaq il-mira tal-agrikoltura (3A) tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità. Il-mira tistipula li jrid ikun hemm titjib li jista’ jitkejjel fil-bijodiversità. B’mod ġenerali, aħna sibna li dan ma kienx il-każ: la l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni u lanqas l-awditu tagħna ma żvelaw li sar xi titjib bħal dan. Fil-fatt, id-data disponibbli dwar il-bijodiversità tal-art agrikola fl-UE turi b’mod mhux ambigwu tnaqqis f’dawn l-aħħar deċennji.
75Il-mira tal-agrikoltura u l-azzjonijiet fl-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità ma jistgħux jitkejlu, u dan jagħmilha diffiċli biex tiġi vvalutata l-prestazzjoni. Il-Kummissjoni ma kinitx żgurat li t-tfassil u l-implimentazzjoni tal-parti agrikola tal-istrateġija għall-bijodiversità sal-2020 kienu kkoordinati b’mod sodisfaċenti mal-impenji internazzjonali f’dan il-qasam. Id-diversità ġenetika fl-għelejjel tal-irziezet u fl-annimali qed tkompli tonqos fl-UE (il-paragrafi 20 sa 30).
76Is-segwiment imwettaq mill-Kummissjoni fir-rigward tal-infiq taħt il-PAK li huwa ta’ benefiċċju għall-bijodiversità mhuwiex affidabbli minħabba dgħufijiet metodoloġiċi: xi koeffiċjenti ġew stabbiliti f’livelli ogħla minn dawk issuġġeriti mill-metodoloġija tal-OECD, u l-arranġamenti ta’ segwiment jinkludu ċerti tipi ta’ nfiq mingħajr prova ċara li huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità (il-paragrafi 31 sa 37).
Rakkomandazzjoni 1 – Isir titjib fil-koordinazzjoni u fit-tfassil tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità għal wara l-2020 u l-infiq jiġi segwit b’mod aktar preċiżJenħtieġ li l-Kummissjoni:
- taħdem flimkien mal-Istati Membri biex tiddefinixxi azzjonijiet konkreti u li jistgħu jitkejlu, li għandhom jiġu implimentati sa data partikolari, għall-kapitolu dwar l-agrikoltura tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità għal wara l-2020 u dwar l-azzjonijiet sussegwenti relatati;
- tivvaluta l-aħjar mod ta’ kif tikkoordina u toħloq sinerġiji bejn il-komponenti agrikoli tal-istrateġiji għall-bijodiversità tal-Istati Membri u l-kapitolu dwar l-agrikoltura tal-istrateġija tal-bijodiversità tal-UE għal wara l-2020, u tagħti lid-diversità ġenetika post prominenti kemm fl-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità wara l-2020 kif ukoll f’azzjonijiet sussegwenti;
- tirrevedi s-segwiment li hija twettaq fir-rigward tal-baġit għall-bijodiversità biex tallinjah mal-bidliet leġiżlattivi l-ġodda, bl-appoġġ ta’ evidenza xjentifika, u tallinjah mill-qrib mal-approċċ tal-OECD.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: l-2023
77Il-pagamenti diretti taħt il-PAK jirrappreżentaw madwar 70 % tan-nefqa agrikola tal-UE. Madankollu, l-impatt fuq il-bijodiversità tar-rekwiżiti assoċjati mal-pagamenti diretti, inkluża l-ekoloġizzazzjoni, kif ukoll mal-kundizzjonalità, huwa jew negattiv (pereżempju għal xi skemi tal-appoġġ akkoppjat volontarju), jew inkella huwa limitat jew mhux magħruf. Il-Kummissjoni ma tejbitx il-valur tal-kundizzjonalità għall-promozzjoni tal-bijodiversità mill-2011 ’il hawn, u d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma għadha mhijiex parti mill-iskema. Ċerti standards tal-kundizzjonalità jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti għall-bijodiversità, iżda la l-Kummissjoni u lanqas l-Istati Membri ma kejlu l-impatt tagħhom, u dawn jipprovdu inċentivi dgħajfa. Ma hemm l-ebda penali għall-istandard tal-kundizzjonalità li tikkorrispondi għall-SMRs u l-KAAT li huma rilevanti għall-bijodiversità, u l-penali għall-ksur li jkun instab huma baxxi (il-paragrafi 39 sa 50).
78Il-Kummissjoni fasslet l-iskema ta’ ekoloġizzazzjoni biex tissodisfa, fost affarijiet oħra, l-impenn li hija ħadet taħt l-istrateġija għall-bijodiversità biex tippremja lill-bdiewa li japplikaw miżuri ambjentali li jmorru lil hinn mill-kundizzjonalità. Madankollu, il-bijodiversità ftit li xejn tibbenefika mill-ekoloġizzazzjoni. Id-diversifikazzjoni tal-għelejjel rarament twassal għal bidliet favorevoli fil-prattiki agrikoli. Il-benefiċċji tal-bwar permanenti jiddependu mill-prattiki agrikoli, li l-Istati Membri ma jsegwux. Erjas b’fokus ekoloġiku jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għall-bijodiversità, iżda l-Istati Membri u l-bdiewa tipikament huma favur għażliet b’impatt baxx, bħalma huma l-għelejjel tat-titwiq jew l-għelejjel li jiffissaw in-nitroġenu. L-iskema ta’ ekoloġizzazzjoni wasslet għal ftit bidliet fil-prattiki tal-biedja (il-paragrafi 51 sa 60).
Rakkomandazzjoni 2 – Tissaħħaħ il-kontribuzzjoni tal-pagamenti diretti għall-bijodiversità tal-art agrikolaBilli l-Kummissjoni impenjat lilha nfisha li ssaħħaħ il-pagamenti diretti tal-PAK għal beni pubbliċi ambjentali, b’mod partikolari l-bijodiversità, meta tkun qed tivvaluta l-ippjanar strateġiku tal-PAK imwettaq mill-Istati Membri għall-perjodu ta’ wara l-2020, jenħtieġ li issa hija tiżgura li s-sett ta’ strumenti tal-PAK kollha li jaġixxu flimkien, u li jinkludu b’mod speċifiku l-iskemi ta’ pagament dirett, il-“kundizzjonalità msaħħa” u l-ekoskemi l-ġodda, ikunu aktar ambizzjużi u jwasslu aktar għall-bijodiversità meta mqabbla mal-istrumenti disponibbli fil-perjodu 2014-2020.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: l-2023
79L-istrumenti tal-iżvilupp rurali tal-UE għandhom potenzjal akbar mill-pagamenti diretti f’dak li jirrigwarda ż-żamma u t-tisħiħ tal-bijodiversità. L-aktar adatti huma l-miżuri agroambjentali klimatiċi, segwiti mill-biedja organika u l-pagamenti taħt Natura 2000 (il-paragrafi 62 sa 64).
80L-Istati Membri joffru lill-bdiewa l-possibbiltà li jagħżlu bejn diversi AECM. L-iskemi “ftit ekoloġiċi” huma aktar komuni, aktar aċċessibbli u aktar popolari fost il-bdiewa, iżda huma inqas ta’ benefiċċju għall-bijodiversità. L-iskemi “ferm ekoloġiċi” huma inqas frekwenti, u inqas popolari, u huma aktar iffukati u aktar eżiġenti, iżda jwasslu għal benefiċċji ambjentali akbar. L-iskemi għall-bwar permanenti huma aktar komuni, u l-adozzjoni tagħhom hija ogħla, mill-iskemi għall-preservazzjoni tal-bijodiversità fuq ir-raba’ li jinħadem. L-iskemi bbażati fuq l-azzjonijiet huma wkoll aktar komuni, għalkemm inqas effettivi, mill-iskemi li jippremjaw lill-bdiewa għall-ksib ta’ riżultati (il-paragrafi 65 sa 70).
Rakkomandazzjoni 3 – Tiżdied il-kontribuzzjoni tal-iżvilupp rurali għall-bijodiversità tal-art agrikolaJenħtieġ li l-Kummissjoni:
- tqis li torbot aktar mill-qrib il-livell ta’ kofinanzjament għal miżuri differenti mal-valutazzjoni tal-impatt tagħhom fuq il-bijodiversità;
- meta tkun qed tapprova l-pjanijiet strateġiċi tal-PAK imwettqa mill-Istati Membri, tiżgura li, kull fejn ikun meħtieġ, huma jinkludu interventi u impenji ta’ żvilupp rurali li jkunu ambizzjużi u favorevoli għall-bijodiversità li jindirizzaw il-kwistjonijiet u l-ħtiġijiet relatati mal-bijodiversità li jkunu l-aktar rilevanti, u li l-Istati Membri jagħmlu dawn l-iskemi attraenti kemm għall-irziezet tar-raba’ li jinħadem kif ukoll għal dawk tal-bwar.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: l-2023
81Aħna sibna li ma hemmx indikaturi affidabbli għall-kejl tar-riżultati u tal-impatti tal-iskemi ta’ pagament dirett u tal-programmi tal-iżvilupp rurali f’dak li jirrigwarda l-bijodiversità. L-uniku indikatur obbligatorju tal-iżvilupp rurali tas-CMEF għall-kejl tal-livell tal-bijodiversità tal-art agrikola huwa indikatur tal-output. Il-ftit indikaturi agroambjentali disponibbli għas-segwiment tal-integrazzjoni tat-tħassib ambjentali fil-PAK mhux dejjem ikunu aġġornati (il-paragrafi 71 sa 73).
82L-istudju ppubblikat reċentement, li ġie kkuntrattat mill-Kummissjoni biex jappoġġa l-evalwazzjoni tal-impatt tal-PAK fuq il-ħabitats, il-pajsaġġi u l-bijodiversità, jikkonferma s-sejbiet tagħna. Hija tikkonkludi li, minħabba nuqqas ta’ data, mhuwiex possibbli li jiġi stmat l-impatt nett ikkombinat tal-istrumenti u l-miżuri tal-PAK fuq il-bijodiversità. B’mod ġenerali, madankollu, ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-bijodiversità jindikaw b’mod qawwi li l-PAK ma kinitx suffiċjenti biex jiġu miġġielda l-pressjonijiet tal-agrikoltura fuq il-bijodiversità, kemm f’ħabitats seminaturali jew inkella fuq art agrikola maħduma b’mod aktar intensiv.
Rakkomandazzjoni 4 – Jintwera l-impatt tal-miżuri tal-PAK fuq il-bijodiversità tal-art agrikolaJenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa indikaturi affidabbli tal-bijodiversità tal-art agrikola li permezz tagħhom ikunu jistgħu jiġu vvalutati kemm l-impatti pożittivi kif ukoll dawk negattivi tal-istrumenti tal-PAK, li mbagħad jippermettu li hija tistabbilixxi l-linja bażi għall-PAK irriformata u tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ skemi ta’ pagament u strumenti aktar effettivi għall-PAK ta’ wara l-2020, bħal “kundizzjonalità msaħħa”, ekoskemi u miżuri ta’ żvilupp rurali.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: l-2022
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla I, immexxija mis-Sur Nikolaos Milionis, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tad-19 ta’ Mejju 2020.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Klaus-Heiner Lehne
Il-President
Annessi
Anness I – Xogħol prinċipali tal-awditjar fil-livell tal-Istati Membri
L-Istati Membri koperti | Bażi għall-għażla | Xogħol tal-awditjar |
Żjarat fl-Istati Membri | ||
Ċipru, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Polonja u r-Rumanija | Karatteristiċi:
• kważi 30 % tal-infiq kollu ddikjarat taħt il-FAEŻR; • firxa wiesgħa ta’ prattiki agrikoli; • ishma differenti ta’ art agrikola taħt biedja intensiva. |
• Intervisti ma’ awtoritajiet u NGOs; • Żjarat f’irziezet, inklużi intervisti strutturati ma’ 21 bidwi dwar prattiki agrikoli. |
Stħarriġ | ||
Fil-livell nazzjonali: il-Bulgarija, id-Danimarka, l-Estonja, l-Italja u l-Portugall Fil-livell reġjonali: Flanders (il-Belġju), Wallonia (il-Belġju), il-Campania (l-Italja), u l-Lombardija (l-Italja) |
L-istat tan-natura u tal-bijodiversità tal-art agrikola, l-isforzi li saru favur il-bijodiversità, il-karatteristiċi ġeografiċi u l-prattiki tal-biedja. | • Għad-9 kwestjonarji li ntbagħtu lill-awtoritajiet agrikoli u ambjentali, kemm dawk nazzjonali kif ukoll reġjonali, ir-rata ta’ rispons kienet ta’ 100 %; • Il-kwestjonarju kopra l-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità, il-PAK, kif ukoll il-monitoraġġ u l-finanzjament tal-bijodiversità tal-art agrikola. |
Awditu tad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni 2019 | ||
Iċ-Ċekja, il-Ġermanja, id-Danimarka, Spanja, Franza, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Polonja, il-Portugall, l-Iżvezja u r-Renju Unit | Kampjunar statistiku. | Intervisti strutturati ma’ 57 bidwi dwar prattiki agrikoli. |
Sors: il-QEA.
Anness II – Indikaturi tal-bijodiversità
Termini u abbrevjazzjonijiet
AECM: Miżura agroambjentali klimatika. Kwalunkwe wieħed minn sett ta’ prattiki fakultattivi li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti ambjentali tas-soltu u li permezz tagħhom il-bdiewa jkunu intitolati għal pagament mill-baġit tal-UE.
Bur permanenti: Art agrikola li fuqha l-ħaxix jew għelejjel oħra ta’ foraġġ erbaċew jitkabbru għal aktar minn ħames snin konsekuttivi.
CMEF: Qafas komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni. Ir-regoli u l-proċeduri għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-politika agrikola komuni.
DĠ AGRI: Id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali.
DĠ ENV: Id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Ambjent.
EEA: L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.
EFA: Erja b’fokus ekoloġiku. Erja ta’ art li fuqha l-bdiewa japplikaw prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent.
FAO: Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-NU.
FBI: Indiċi tal-għasafar f’żoni agrikoli. Indikatur tal-bidliet fl-għadd ta’ għasafar u ta’ speċijiet fuq art agrikola matul iż-żmien.
HNV: Valur naturali għoli. Il-karatteristika ta’ biedja mhux intensiva li tirrifletti l-benefiċċji tagħha għall-fawna selvaġġa u l-ambjent naturali.
IPBES: Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi. Korp internazzjonali miftuħ għall-pajjiżi kollha tan-NU li, b’rispons għal talbiet minn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, jivvaluta l-istat tal-bijodiversità u tas-servizzi tal-ekosistema li jipprovdi.
JRC: Ċentru Konġunt tar-Riċerka. Is-servizz tal-Kummissjoni għax-xjenza u l-għarfien, li jipprovdi pariri xjentifiċi u appoġġ għall-politika tal-UE.
KAAT: Kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba. L-Istat li fih il-bdiewa jridu jżommu l-art agrikola kollha, speċjalment art li attwalment ma tintużax għall-produzzjoni, sabiex jirċievu ċerti pagamenti taħt il-PAK. Din tinkludi kwistjonijiet bħall-ġestjoni tal-ilma u tal-ħamrija.
KDB: Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika. Trattat multilaterali dwar il-konservazzjoni tal-bijodiversità, l-użu sostenibbli tal-komponenti tagħha, u l-qsim ġust u ekwu ta’ benefiċċji li jirriżultaw mill-użu ta’ riżorsi ġenetiċi.
OECD: Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi.
PAK: Politika agrikola komuni. Il-politika unika u unifikata tal-UE dwar l-agrikoltura, li tinkludi sussidji u firxa ta’ miżuri oħra maħsuba biex jiggarantixxu s-sigurtà alimentari, jiżguraw standard tal-għajxien ġust għall-bdiewa tal-UE, jippromwovu l-iżvilupp rurali u jipproteġu l-ambjent.
RDP: Programm tal-iżvilupp rurali. Sett ta’ objettivi u azzjonijiet pluriennali nazzjonali jew reġjonali, approvati mill-Kummissjoni, għall-implimentazzjoni tal-politika ta’ żvilupp rurali tal-UE.
SEBI: Indikaturi Simplifikati tal-Bijodiversità Ewropea. Inizjattiva tal-UE biex jiġi żviluppat sett uniku u komprensiv ta’ data għall-valutazzjoni u r-rappurtar dwar il-progress li sar lejn il-miri u l-impenji tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020 u ta’ ftehimiet internazzjonali oħra.
SMR: Rekwiżit statutorju ta’ ġestjoni. Regola tal-UE jew nazzjonali dwar il-ġestjoni tal-art agrikola biex jiġu ssalvagwardjati s-saħħa pubblika, tal-annimali u tal-pjanti, kif ukoll il-benessri tal-annimali u l-ambjent.
Tim tal-awditjar
Ir-rapporti speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditi li twettaq ta’ politiki u programmi tal-UE, jew ta’ suġġetti relatati mal-ġestjoni minn oqsma speċifiċi tal-baġit. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar biex timmassimizza l-impatt tagħhom billi tqis ir-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta’ introjtu jew ta’ nfiq involut, l-iżviluppi li għad iridu jseħħu u l-interess politiku u pubbliku.
Dan l-awditu tal-prestazzjoni twettaq mill-Awla I tal-Awditjar, li hija mmexxija minn Nikolaos Milionis, Membru tal-QEA. Dan l-awditu tmexxa minn Viorel Ștefan, Membru tal-QEA, li ngħata appoġġ minn Roxana Banica, Kap tal-Kabinett u Olivier Prigent, Attaché tal-Kabinett; Robert Markus, Maniġer Prinċipali; Jan Huth, Kap tal-Kompitu; Liia Laanes, Deputat Kap tal-Kompitu; Maciej Szymura, Ramona Bortnowschi, Ioan Alexandru Ilie, Michail Konstantopoulos u Anna Zalega, Awdituri. Marika Meisenzahl pprovdiet appoġġ grafiku. Thomas Everett ipprovda appoġġ lingwistiku.
Noti finali
1 L-IPBES: “Global assessment report on biodiversity and ecosystem services”, 2019.
2 Il-Forum Ekonomiku Dinji: “Global Risks Report”, 2020.
3 L-EEA: “The European environment – state and outlook 2020”, 2019.
4 L-IPBES: “Regional assessment report on biodiversity and ecosystem services for Europe and Central Asia”, 2018.
5 Hallmann et al.: “More than 75 percent decline over 27 years in total flying insect biomass in protected areas”, PLoS ONE 12, 2017.
6 Early, C.: “Insect armageddon – the devil is in the detail”, Ecologist, 3 ta’ Novembru 2017.
7 Il-Kummissjoni: id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni – “EU assessment of progress in implementing the EU biodiversity strategy to 2020 (2/3)”, SWD(2015) 187 final, li jakkumpanja r-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – “Ir-Rieżami ta’ Nofs il-Mandat dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020”, COM(2015) 478 final, p. 20.
8 Il-Belġju, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Litwanja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, Spanja u l-Iżvezja.
9 https://www.eea.europa.eu/themes/biodiversity/state-of-nature-in-the-eu/article-17-national-summary-dashboards/conservation-status-and-trends.
10 L-EEA: “The European environment – state and outlook 2020”, 2019.
11 Sutcliffe et al.: “Harnessing the biodiversity value of central and eastern European farmland”, Diversity and Distributions, 21, 2015.
12 Erisman et al.: “Agriculture and biodiversity: a better balance benefits both”, AIMS Agriculture and Food, 1(2), 2016; BfN: “Agriculture Report: Biological diversity in agricultural landscapes”, 2017.
13 Alliance Environnement: “Evaluation of the impact of the CAP on habitats, landscapes, biodiversity”, Novembru 2019.
14 Reif et al.: “Collapse of farmland bird populations in an Eastern European country following its EU accession”, Conservation Letters, 2019.
15 Seibold et al.: “Arthropod decline in grasslands and forests is associated with drivers at landscape level”, Nature, 2019.
16 Deter, A.: “Insektenrückgang: Dänischer Bauernverband sieht Zusammenhang mit EU-Agrarpolitik“, TopAgrar Premium, 2019.
17 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 1993 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni fuq id-Diversità Bijoloġika (93/626/KEE).
18 Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020 – Konklużjonijiet adottati mill-Kunsill (Ambjent) fil-21 ta’ Ġunju 2011 (ST11978/11).
19 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ April 2012 dwar l-assigurazzjoni ta’ ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: strateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020 (2011/2307(INI)).
20 Ara r-Rapport Speċjali Nru 1/2017 tal-QEA: “Jenħtieġ li jsiru aktar sforzi biex il-potenzjal sħiħ tan-netwerk Natura 2000 jiġi implimentat”.
21 Potts et al., “Status and trends of European pollinators. Key findings of the STEP project”, l-14 ta’ Jannar 2015.
22 Il-Kummissjoni: “Impact Assessment Accompanying the Communication—Our Life Insurance, Our Natural Capital: an EU Biodiversity Strategy to 2020”, SEC(2011) 540 final.
23 L-Artikolu 110(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni.
24 Ara eż. Langhout, W.: “The EU Biodiversity Strategy to 2020. Progress report 2011-2018”, 2019; Simoncini et al.: “Constraints and opportunities for mainstreaming biodiversity and ecosystem services in the EU’s Common Agricultural Policy: Insights from the IPBES assessment for Europe and Central Asia”, Land Use Policy, il-Volum 88, 2019; l-EEA: “The European Environment – state and outlook 2020”, 2019.
25 L-Artikolu 6(1)(f) tal-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li jridu jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), COM/2018/392 final.
26 Il-Kummissjoni: “Common Agricultural Policy towards 2020”, SEC(2011) 1153.
27 L-FAO: “The Second Report on the State of the World’s Plant Genetic Resources for Food and Agriculture”, 2010; l-FAO: “The State of the World’s Biodiversity for Food and Agriculture”, 2019.
28 L-EEA: “The European environment – state and outlook 2020”, 2019.
29 Il-Kummissjoni, “Preparatory action on EU plant and animal genetic resources”, Rapport Finali, 2016.
30 Medarova-Bergstrom et al.: “Tracking Biodiversity Expenditure in the EU Budget, Final Report for the Commission”, 2014.
31 Ernst&Young: “Study on biodiversity financing and tracking biodiversity-related expenditures in the EU budget”, 2017.
32 Ara r-Rapport Speċjali Nru 10/2018 tal-QEA:“Skema ta’ Pagament Bażiku għall-bdiewa – qed topera tajjeb, iżda għandha impatt limitat fuq is-simplifikazzjoni, l-immirar u l-konverġenza tal-livelli ta’ għajnuna”.
33 Ara r-Rapport Speċjali Nru 16/2012 tal-QEA:“L-effettività tal-Iskema ta’ Pagament Uniku skont l-Erja bħala sistema transizzjonali li tappoġġa lill-bdiewa fl-Istati Membri ġodda”.
34 Brady et al.: “Impacts of Direct Payments – Lessons for CAP post‐2020 from a quantitative analysis”, 2017.
35 Rapport Speċjali Nru 26/2016 tal-QEA: “Iż-żieda fl-effettività tal-kundizzjonalità u l-ksib ta’ simplifikazzjoni għadhom diffikultużi”.
36 Philippe et al.: “Soixante années de remembrement: Essai de bilan critique de l’aménagement foncier en France”, 2009; Pointereau et al.: La haie en France et en Europe: “Evolution ou régression, au travers des pratiques agricoles”, 2006; Hickie et al.: Irish Hedgerows: Networks for Nature, 2004; Bazin et al.: La mise en place de nos bocages en Europe et leur déclin, 1994.
37 Il-Kummissjoni: “Technical Handbook on the Monitoring and Evaluation Framework of the Common Agricultural Policy 2014-2020”, 2015.
38 L-EEA: “The European environment – state and outlook 2020”, 2019.
39 Rapport Speċjali Nru 26/2016 tal-QEA: “Iż-żieda fl-effettività tal-kundizzjonalità u l-ksib ta’ simplifikazzjoni għadhom diffikultużi”.
40 Hodge et al.: “The alignment of agricultural and nature conservation policies in the European Union”, Conservation Biology, 29(4), 2015; Hauck et al.: “Shades of greening: Reviewing the impact of the new EU agricultural policy on ecosystem services”, Change and Adaptation in Socio-Ecological Systems, 1, 2014.
41 Brunk et al.: “Common Agricultural Policy: Cross Compliance and the Effects on Biodiversity”, 2009.
42 Rapport Speċjali Nru 21/2017 tal-QEA: “Ekoloġizzazzjoni: skema aktar kumplessa ta’ appoġġ għall-introjtu, li għadha mhijiex ambjentalment effettiva”.
43 Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: “Il-PAK fid-dawl tas-sena 2020: Nindirizzaw l-isfidi tal-futur fl-ambitu tal-ikel, tar-riżorsi naturali u dak territorjali”, KUMM(2010) 672 final.
44 Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-pagamenti diretti lill-bdiewa skont skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni, COM(2011) 625/3 final.
45 Rapport Speċjali Nru 21/2017 tal-QEA: “Ekoloġizzazzjoni: skema aktar kumplessa ta’ appoġġ għall-introjtu, li għadha mhijiex ambjentalment effettiva”.
46 Il-Kummissjoni: “Implimentazzjoni tal-Qafas Komuni ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni u l-ewwel riżultati dwar ir-rendiment tal-Politika Agrikola Komuni”, COM(2018) 790 final, 2018.
47 Il-Kummissjoni: “Evaluation study of the payment for agricultural practices beneficial for the climate and the environment”, 2017.
48 Ekroos et al.: “Weak effects of farming practices corresponding to agricultural greening measures on farmland bird diversity in boreal landscapes”, Landscape Ecol 34, 2019, pp. 389-402; Pe'er et al.: “Adding Some Green to the Greening”, Conservation Letters, 2017, pp. 517-530.
49 Rapport Speċjali Nru 21/2017 tal-QEA: “Ekoloġizzazzjoni: skema aktar kumplessa ta’ appoġġ għall-introjtu, li għadha mhijiex ambjentalment effettiva”, il-Figura 5.
50 Il-Kummissjoni: id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni – “Executive Summary of the Evaluation of the Regulation (EU) No 1307/2013”, SWD(2018) 479 final.
51 Plantureux et al.: “Biodiversity in intensive grasslands: Effect of management, improvement and challenges”, Agronomy Research 3(2), 2005; Marriott et al.: “Long-term impacts of extensification of grassland management on biodiversity and productivity in upland areas. A review”, Agronomie, 24(8), 2004.
52 BfN: “Agriculture Report 2017: Biological diversity in agricultural landscapes”, 2017; Plantureux et al.: “Biodiversity in intensive grasslands: Effect of management, improvement and challenges”, Agronomy Research 3(2), 2005.
53 Nilsson et al.: “A suboptimal array of options erodes the value of CAP ecological focus areas”, Land Use Policy 85, 2019; Ekroos et al.: “Weak effects of farming practices corresponding to agricultural greening measures on farmland bird diversity in boreal landscapes”, Landscape Ecol 34, 2019.
54 Il-Kummissjoni: “Technical Handbook on the Monitoring and Evaluation Framework of the Common Agricultural Policy 2014-2020”, 2015.
55 Ara pereżempju d-dokument CEEweb for Biodiversity: “Rural Development Programmes Performance in Central and Eastern Europe: Lessons learnt and policy recommendations”, 2013.
56 Lakner et al.: “A CAP-Reform Model to strengthen Nature Conservation – Impacts for Farms and for the Public Budget in Germany”, Journal of the Austrian Society of Agricultural Economics, Diċembru 2018; Goetz et al.: “New Perspectives on Agri-environmental Policies: A Multidisciplinary and Transatlantic Approach”, 2009.
57 Barnes et al.: “Alternative payment approaches for noneconomic farming systems delivering environmental public goods”, 2011; Berkhout et al.: “Targeted payments for services delivered by farmers”, 2018.
58 Boatman et al.: “The Environmental Impact of Arable Crop Production in the European Union: Practical Options for Improvement”, Novembru 1999; Ahnström et al.: “Farmers' Interest in Nature and Its Relation to Biodiversity in Arable Fields”, International Journal of Ecology, 2013.
59 Ekroos et al.: “Optimizing agri-environment schemes for biodiversity, ecosystem services or both?” Biological Conservation, 172, 2014; Seibold et al.: “Arthropod decline in grasslands and forests is associated with drivers at landscape level”, Nature, 2019.
60 Russi et al.: “Result-based agri-environment measures: Market-based instruments, incentives or rewards?” Land Use Policy, 54, 2016; Herzon et al.: “Time to look for evidence: Results-based approach to biodiversity conservation on farmland in Europe”, Land Use Policy, 71, 2018.
61 Ibid.
62 L-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 808/2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR).
63 L-Opinjoni Nru 7/2018 tal-QEA rigward il-proposti tal-Kummissjoni għal regolamenti relatati mal-Politika Agrikola Komuni għall-perjodu wara l-2020.
64 Il-Kummissjoni: “Żvilupp ta’ indikaturi agroambjentali għall-monitoraġġ tal-integrazzjoni tat-tħassib ambjentali fil-politika agrikola komuni”, KUMM/2006/0508 finali, 2006.
Kuntatt
IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG
Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors
Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).
Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2020
ISBN 978-92-847-4753-5 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/89709 | QJ-AB-20-012-MT-N | |
HTML | ISBN 978-92-847-4729-0 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/220922 | QJ-AB-20-012-MT-Q |
COPYRIGHT
© L-Unjoni Ewropea, 2020.
Il-politika tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) dwar l-użu mill-ġdid hija implimentata bid-Deċiżjoni Nru 6-2019 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-politika tad-data miftuħa u l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti.
Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor (eż. f’avviżi individwali dwar id-drittijiet tal-awtur), il-kontenut tad-dokumenti tal-QEA, li huwa proprjetà tal-UE, huwa liċenzjat taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution 4.0 International (CC BY 4.0). Dan ifisser li l-użu mill-ġdid huwa awtorizzat, dment li l-awturi jingħataw kreditu xieraq u li l-bidliet jiġu indikati. Il-persuni li jużaw mill-ġdid dan il-kontenut ma jistgħux ibiddlu s-sinifikat jew il-messaġġ oriġinali tad-dokumenti. Il-QEA ma għandhiex tkun responsabbli għal kwalunkwe konsegwenza relatata mal-użu mill-ġdid.
Inti meħtieġ tikseb drittijiet addizzjonali ċari jekk kontenut speċifiku juri individwi privati identifikabbli, pereżempju f’ritratti li jkun fihom il-membri tal-persunal tal-QEA, jew jekk ikun jinkludi xogħlijiet ta’ parti terza. Fejn ikun inkiseb permess, tali permess għandu jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b’mod ċar kwalunkwe restrizzjoni dwar l-użu.
Biex tuża jew tirriproduċi kontenut li ma jkunx proprjetà tal-UE, inti jista’ jkun li jkollok titlob il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.
Figura 5: © In-Nazzjonijiet Uniti: Għar-riproduzzjoni tal-ikoni jekk jogħġbok ikkonsulta
https://www.un.org/sustainabledevelopment/wp-content/uploads/2019/01/SDG_Guidelines_AUG_2019_Final.pdf
Software jew dokumenti li jkunu koperti mid-drittijiet ta’ proprjetà industrijali, bħal privattivi, trademarks, disinji rreġistrati, logos u ismijiet, huma esklużi mill-politika tal-QEA dwar l-użu mill-ġdid u inti ma għandekx il-liċenzja biex tużahom.
Il-familja ta’ Siti Web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan id-dominju europa.eu, tipprovdi links għal siti ta’ partijiet terzi. Peress li dawn ma jaqgħux taħt il-kontroll tal-QEA, inti mħeġġeġ biex teżamina l-politiki tagħhom dwar il-privatezza u dwar id-drittijiet tal-awtur.
Użu tal-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri
Ma jistax isir użu mil-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tagħha minn qabel.
Kif tikkuntattja lill-UE
Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f'dan is-sit: https://europa.eu/european-union/contact_mt
Bit-telefown jew bil-posta elettronika
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:
- bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
- fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew
- bil-posta elettronika permezz: https://europa.eu/european-union/contact_mt
Kif issib tagħrif dwar l-UE
Onlajn
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: https://europa.eu/european-union/index_mt
Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tniżżel mill-internet jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li xi wħud minnhom huma bla ħlas u xi oħrajn bil-ħlas, minn: https://op.europa.eu/mt/publications. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tal-informazzjoni lokali tiegħek (ara https://europa.eu/european-union/contact_mt).
Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1952 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: http://eur-lex.europa.eu
Dejta Miftuħa mill-UE
Il-portal tad-Dejta Miftuħa mill-UE (https://copenhagenizeindex.eu/) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-dejta mill-UE. Id-dejta tista’ titniżżel mill-internet u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.