Rapport Speċjali
25 2021

L-appoġġ tal-FSE għall-ġlieda kontra l‑qgħad fit-tul: Jeħtieġ li l-miżuri jkunu mmirati, imfassla u mmonitorjati aħjar

Dwar ir-rapport:Il-qgħad fit-tul jista’ jkollu konsegwenzi severi għall-individwi kkonċernati, u impatt negattiv fuq it-tkabbir u l-finanzi pubbliċi. L-UE identifikat għadd ta’ risponsi ta’ politika biex tkopri l-qgħad fit-tul. Matul il-perjodu 2014-2020, il-miżuri ta’ “aċċess għall-impjiegi” ffinanzjati permezz tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) laħqu bosta persuni qiegħda fit-tul, iżda ma kinux immirati speċifikament lejhom. Barra minn hekk, dawn il-miżuri tal-FSE ma kinux dejjem adattati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni qiegħda fit-tul. Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni tinsisti li l-Istati Membri jimmiraw speċifikament persuni qiegħda fit-tul u l-ħtiġijiet tagħhom permezz tal-appoġġ tal-FSE+ 2021-2027, li l-miżuri japplikaw approċċ individwalizzat għall-persuni qiegħda fit-tul, u li l-Kummissjoni tevalwa l-effettività tal-miżuri ta’ “aċċess għall-impjiegi” għalihom.

Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.

Din il-pubblikazzjoni hija disponibbli bi 23 lingwa fil-format li ġejt:
PDF
PDF Rapport tal-awditjar dwar l-azzjoni tal-UE biex tiġġieled il-qgħad fit-tul

Sommarju eżekuttiv

I Il-qgħad fit-tul jirreferi għal persuni li ilhom qiegħda għal mill-inqas 12-il xahar. In-nuqqas ta’ impjieg formali għal perjodu daqshekk twil ta’ żmien jista’ jkollu konsegwenzi severi għall-individwi kkonċernati, bħal riskju ogħla ta’ faqar, esklużjoni soċjali, u anke problemi ta’ saħħa. Il-qgħad fit-tul għalhekk jaffettwa wkoll in-nisġa soċjali tagħna. Fl-istess ħin, minn perspettiva ekonomika, il-qgħad fit-tul għandu impatt negattiv fuq it-tkabbir u l-finanzi pubbliċi.

II Fl-UE, il-politiki tas-suq tax-xogħol huma prerogattiva nazzjonali: L-Istati Membri (xi drabi flimkien mar-reġjuni tagħhom) huma responsabbli biex jiddeċiedu dwar miżuri xierqa għat-tnaqqis tal-qgħad (fit-tul), u jimplimentawhom. Fl-istess ħin, l-Istati Membri jaħdmu flimkien mal-UE biex jiżviluppaw strateġija kkoordinata dwar l-impjiegi, b’mod partikolari biex jippromwovu forza tax-xogħol ta’ kompetenza, imħarrġa u adattabbli, u swieq tax-xogħol reattivi għat-tibdil ekonomiku. Fil-qafas tal-istrateġija, ir-rwol tal-UE jinvolvi l-inkoraġġiment tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-appoġġ – u, jekk ikun meħtieġ, l-ikkomplementar – tal-azzjonijiet tagħhom.

III Il-Kummissjoni ilha mill-2011 tirrieżamina l-politiki tas-suq tax-xogħol tal-Istati Membri permezz tal-proċess tas-Semestru Ewropew. Abbażi tal-analiżi tal-Kummissjoni, il-Kunsill adotta għadd ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi li jitolbu lill-Istati Membri kkonċernati jieħdu miżuri speċifiċi kontra l-qgħad fit-tul, inkluż approċċ individwalizzat. Fl-2016, dan l-approċċ ġie approvat mir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-qgħad fit-tul.

IV Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) huwa l-istrument finanzjarju ewlieni tal-UE għall-appoġġ tal-miżuri attivi tal-Istati Membri fis-suq tax-xogħol. Matul il-perjodu 2014-2020, erbgħa mill-11-il objettiv tematiku stabbiliti fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni għall-fondi strutturali u ta’ investiment Ewropej huma rilevanti għall-FSE, u tlieta minnhom indirizzaw mill-inqas parzjalment il-kwistjoni speċifika tal-qgħad fit-tul. B’mod partikolari, madwar EUR 11.4 biljun ġew allokati għall-prijorità ta’ investiment “Aċċess għall-impjiegi għal persuni li qed ifittxu impjieg u persuni inattivi, inklużi persuni qiegħda fit-tul, u persuni li mhumiex fis-suq tax-xogħol, anke permezz ta’ inizjattivi favur l-impjiegi lokali u appoġġ għall-mobilità tal-forza tax-xogħol”. Din hija l-unika prijorità ta’ investiment li tirreferi speċifikament għall-persuni qiegħda fit-tul, flimkien ma’ gruppi oħra ta’ persuni żvantaġġati li qed ifittxu impjieg u persuni inattivi. Skont il-Kummissjoni, din il-prijorità tkopri madwar nofs l-infiq kollu tal-FSE fuq miżuri ta’ qgħad fit-tul.

V L-awditjar tagħna vvaluta jekk il-finanzjament mill-FSE tal-2014-2020, permezz tal-prijorità tiegħu ta’ investiment “aċċess għall-impjiegi”, kienx effettiv fil-ġlieda kontra l-qgħad fit-tul. B’mod partikolari, analizzajna sa liema punt l-infiq tal-FSE kien immirat lejn miżuri li jgħinu lil persuni li ilhom ifittxu impjieg biex isibu impjieg. Barra minn hekk, eżaminajna jekk l-Istati Membri applikawx approċċ individwalizzat meta implimentaw miżuri ta’ “aċċess għall-impjiegi” biex jiffaċilitaw id-dħul (jew id-dħul mill-ġdid) fis-suq tax-xogħol tal-persuni qiegħda fit-tul. Fl-aħħar nett, ivverifikajna jekk il-Kummissjoni kinitx ħadet l-azzjoni meħtieġa biex tikseb data rilevanti u suffiċjenti biex tiddetermina l-impatt tal-finanzjament mill-FSE fuq il-qgħad fit-tul.

VI Aħna sibna li l-miżuri tal-FSE ta’ “aċċess għall-impjiegi” ffinanzjaw interventi differenti matul il-perjodu 2014-2020 li kienu ta’ benefiċċju għal bosta persuni li kienu ilhom ifittxu impjieg. Dawn il-miżuri tal-FSE kienu mmirati l-aktar lejn il-persuni qiegħda fit-tul bħala sottogrupp, jew tal-persuni qiegħda kollha u/jew tal-gruppi “żvantaġġati” kollha. Dan kien konformi mal-kamp ta’ applikazzjoni tal-finanzjament għal din il-prijorità ta’ investiment, li tirreferi għall-persuni qiegħda fit-tul iżda tinkludi l-persuni kollha li qed ifittxu impjieg u l-persuni inattivi. Dan l-approċċ kien applikabbli wkoll għal prijoritajiet ta’ investiment rilevanti oħra tal-FSE. Abbażi tad-data disponibbli għall-prijorità ta’ “aċċess għall-impjiegi”, innutajna wkoll li l-proporzjon ta’ persuni qiegħda fit-tul appoġġat mill-miżuri tal-FSE ta’ “aċċess għall-impjiegi” mhux neċessarjament jirrifletti l-iskala tal-problema f’xi Stati Membri.

VII L-analiżi tagħna wriet ukoll li l-kunċett ta’ approċċ individwalizzat ma ġiex dejjem adottat mill-miżuri tal-FSE implimentati għall-perjodu 2014-2020. Din kienet tkun opportunità biex tissaħħaħ l-effettività tal-miżuri tal-FSE għal dawk li qed ifittxu impjieg fit-tul peress li dawn mhux dejjem setgħu indirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom.

VIII L-awditjar tagħna enfasizza wkoll dgħufija oħra frekwenti fil-qafas tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-FSE: in-nuqqas ta’ kategorija speċifika ta’ nfiq għal gruppi fil-mira differenti (bħall-persuni qiegħda fit-tul) jagħmilha diffiċli mhux biss biex jiġi identifikat kemm ġie allokat finanzjament tal-UE għal tali miżuri, iżda wkoll biex jiġu evalwati r-riżultati u l-impatt fuq il-grupp fil-mira.

IX Għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027, nirrakkomandaw li l-Kummissjoni għandha:

  • tinsisti li l-Istati Membri jimmiraw speċifikament il-persuni qiegħda fit-tul u l-ħtiġijiet tagħhom permezz tal-FSE+ fejn l-LTU nazzjonali jew reġjonali jkunu għoljin;
  • tinsisti li l-Istati Membri japplikaw approċċ individwalizzat għall-persuni kollha qiegħda fit-tul meta jimplimentaw miżuri ta’ “aċċess għall-impjiegi” fl-ambitu tal-FSE+; u
  • tevalwa l-effettività tal-miżuri ta’ “aċċess għall-impjiegi” għall-persuni qiegħda fit-tul.

Introduzzjoni

Qgħad fit-tul: problema persistenti fis-swieq tax-xogħol ta’ xi Stati Membri

01 Fl-UE, il-qgħad fit-tul (LTU) ġie identifikat bħala problema partikolari għal bosta snin. Il-persuni li jibqgħu barra mill-impjieg għal perjodi itwal iħabbtu wiċċhom ma’ aktar problemi biex isibu xogħol minħabba li jitilfu l-motivazzjoni, il-kunfidenza u l-ħiliet[1]. Barra minn hekk, min iħaddem jista’ jsibha aktar bi tqila li jimpjega lil xi ħadd li ma jkunx ħadem għal żmien twil[2]. Perjodi twal ta’ qgħad jinvolvu riskju ogħla ta’ faqar, esklużjoni soċjali u anke problemi tas-saħħa[3]. B’hekk, l-LTU jaffettwa wkoll in-nisġa soċjali tagħna. Fl-istess ħin, minn perspettiva ekonomika, il-qgħad fit-tul għandu impatt negattiv fuq it-tkabbir u l-finanzi pubbliċi[4].

02 Kaxxa 1 tiddefinixxi t-terminu “qgħad fit-tul”. Id-definizzjoni ssegwi l-linji gwida tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, u l-Eurostat jużaha għall-ġbir ta’ data dwar l-LTU fl-UE.

Kaxxa 1

Definizzjoni ta’ qgħad fit-tul

L-LTU jirreferi għall-għadd ta’ persuni mingħajr xogħol u li ilhom ifittxu x-xogħol b’mod attiv għal tal-inqas 12-il xahar.

Persuna qiegħda hija definita bħala persuna li għandha bejn 15 u 74 sena li kienet mingħajr xogħol matul il-ġimgħa ta’ referenza, kienet disponibbli għax-xogħol f’dak il-perjodu u kienet jew qed tfittex xogħol b’mod attiv fl-erba’ ġimgħat preċedenti jew kienet diġà sabet impjieg li se jibda fit-tliet xhur li ġejjin. Il-perjodu tal-qgħad huwa definit bħala t-tul ta’ żmien ta’ tiftix ta’ impjieg, jew it-tul ta’ żmien mill-aħħar impjieg (jekk iqsar miż-żmien imqatta’ biex jitfittex impjieg). Din id-definizzjoni ssegwi l-linji gwida tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol[5].

L-Eurostat jiġbor data dwar l-LTU f’numri assoluti, bħala sehem tal-popolazzjoni attiva, u bħala sehem tal-qgħad totali.

03 Fl-UE, l-LTU ġie aggravat mill-kriżi finanzjarja u ekonomika li seħħet fi tmiem l-ewwel għaxar snin tas-seklu 21: fl-2014, madwar 11 % tal-persuni kollha attivi fis-suq tax-xogħol kienu qiegħda, meta mqabbla ma’ madwar 9 % fl-2009. Fl-istess ħin, madwar 50 % tal-persuni qiegħda kollha kienu mingħajr impjieg għal aktar minn sena fl-2014, meta mqabbla ma’ madwar 34 % fl-2009. Dan l-aħħar, is-sitwazzjoni b’mod ġenerali reġgħet lura għal-livell ta’ qabel il-kriżi. Skont l-aħħar data annwali disponibbli (2020), 15-il miljun persuna li kienu qed ifittxu impjieg madwar l-EU-27, li 35 % minnhom (5.3 miljun persuna) kienu ilhom qiegħda (ara Figura 1, Figura 2 u Anness I għas-sitwazzjoni f’kull Stat Membru). Madankollu, il-konsegwenzi ekonomiċi tal-pandemija tal-COVID-19 iżidu r-riskju li din ix-xejra ’l isfel titreġġa’ lura fis-snin li ġejjin.

Figura 1 – Il-qgħad fit-tul tal-EU-27 bħala sehem tal-popolazzjoni attiva u tal-qgħad totali (2009-2020)

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq data tal-Eurostat (tabella bit-tikketta “une_ltu_a”, estratta f’Lulju 2021).

Figura 2 – L-għadd ta’ persuni qiegħda u dawk qiegħda fit-tul tal-EU-27 (2009-2020)

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq data tal-Eurostat (tabella bit-tikketta “une_rt_a”, estratta f’Lulju 2021).

04 Għalkemm l-irkupru ekonomiku wara l-kriżi finanzjarja ra żieda fl-għadd tal-LTU fil-livell tal-UE bħala medja, il-progress kien irregolari, bl-Istati Membri jibqa’ jkollhom disparitajiet sinifikanti fl-LTU bejniethom. Id-data tal-Eurostat għall-2020, disponibbli meta sar l-awditu, turi li seba’ Stati Membri[6] kellhom rata tal-LTU tal-EU-27 ogħla mill-medja bħala sehem tal-qgħad totali (35.4 %), meta mqabbla ma’ 10[7] fl-2014. Minn dawn is-seba’, il-Greċja u l-Italja laħqu 66.5 % u 51.5 %, rispettivament. Tliet Stati Membri oħra (il-Belġju, il-Bulgarija u s-Slovakkja) kellhom rata tal-LTU bħala sehem tal-qgħad totali ogħla minn 40 %, u s-Slovenja u Franza kellhom rata ogħla minn 35 % (ara l-Anness I). Ir-rata tal-LTU f’dawn l-Istati Membri hija medja ta’ 13.1-il punt perċentwali ogħla mir-rata tal-EU-27 (meta mqabbla ma’ 9.2 punti perċentwali fl-2014).

05 Fil-livell reġjonali, id-disparitajiet fir-rata tal-LTU huma saħansitra akbar. Dan huwa muri bl-espressjoni tar-rata tal-LTU bħala perċentwal tal-popolazzjoni attiva: fl-2019, madwar terz tar-reġjuni tal-EU-27 (bl-użu tal-klassifikazzjoni NUTS 2 tal-Eurostat) kellhom rata tal-LTU li kienet ogħla mill-medja tal-EU-27 (2.8 %). Ir-rata tal-LTU varjat minn 0.3 % sa 18.4 % (ara l-Istampa 1 u l-Istampa 2).

Stampa 1 – Ir-rata tal-qgħad fit-tul meta mqabbla mal-medja tal-UE fl-2013

Nota: Iż-żona griża skura huma reġjuni fejn il-Eurofound/Eurostat ma kisbitx data reġjonali suffiċjenti jew affidabbli ta’ NUTS2. Dan japplika b’mod partikolari għar-reġjuni f’żewġ Stati Membri: l-Awstrija u l-Irlanda. L-applikazzjoni tad-data għal dawn l-Istati Membri kollha (ara Annex I), tagħti lill-Awstrija kulur aħdar skur u lill-Irlanda kulur oranġjo.

Sors: Eurofound, ibbażat fuq data tal-Eurostat.

Stampa 2 – Ir-rata tal-qgħad fit-tul meta mqabbla mal-medja tal-UE fl-2019

Nota: Iż-żona griża skura huma reġjuni fejn il-Eurofound/Eurostat ma kisbitx data reġjonali suffiċjenti jew affidabbli ta’ NUTS2. Dan japplika b’mod partikolari għar-reġjuni f’żewġ Stati Membri: l-Awstrija u l-Irlanda. L-applikazzjoni tad-data għal dawn l-Istati Membri b’mod ġenerali (ara Annex I) tagħti lill-Awstrija kulur aħdar ċar u lill-Irlanda kulur beige.

Sors: Eurofound, ibbażat fuq data tal-Eurostat.

06 Minbarra l-monitoraġġ tad-data tal-LTU, il-Kummissjoni timmonitorja bidliet fil-proporzjon ta’ ħaddiema potenzjali fl-UE li huma “disponibbli għax-xogħol iżda mhumiex ifittxu”, inklużi dawk fil-kategorija “li jemmnu li ma hemm l-ebda impjieg disponibbli” (l-hekk imsejħa “persuni li qed ifittxu impjieg skoraġġuti”)[8]. Peress li dawn il-ħaddiema potenzjali mhumiex qed ifittxu impjieg b’mod attiv, dawn ma jingħaddux bħala qiegħda u/jew qiegħda fit-tul, iżda bħala inattivi.

07 Skont id-data tal-Eurostat, il-kriżi finanzjarja tal-2008 irriżultat f’aktar nies li telqu mis-suq tax-xogħol u spiċċaw inattivi, u dan laħaq l-ogħla livell bejn l-2013 u l-2014 b’madwar disa’ miljun persuna “disponibbli għax-xogħol iżda mhumiex ifittxu”, inklużi aktar minn ħames miljuni fis-sottokategorija “li jemmnu li ma hemm l-ebda impjieg disponibbli”. Sussegwentement, l-għadd ta’ persuni potenzjalment “skoraġġuti” li qed ifittxu impjieg naqas sal-2020, meta reġa’ żdied għal 3.5 miljun persuna, flimkien mal-kategorija ġenerali ta’ persuni “disponibbli għax-xogħol iżda mhumiex ifittxu” (ara l-Figura 3).

08 Madankollu, din id-data ma turix kemm-il persuna li qabel kienu jgħoddu bħala persuni qiegħda fit-tul waqfu jfittxu impjieg minħabba li kienu saru “skoraġġuti”. L-istatistika tgħoddhom mhux bħala persuni qiegħda fit-tul iżda bħala inattivi, bir-riżultat ikun tnaqqis awtomatiku fl-għadd ta’ persuni qiegħda fit-tul. Hemm riskju li dan jista’ jiġġenera impressjoni falza ta’ bidla pożittiva fis-sitwazzjoni tal-impjiegi f’żona ġeografika partikolari.

Figura 3 – EU-27 “skoraġġuti” (2009-2020)

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq data tal-Eurostat (tabella bit-tikketta “lfsi_sup_a u lfsa_igar”, estratta f’Lulju 2021).

Inizjattivi tal-UE fil-qasam tal-politiki dwar l-impjiegi

Politiki dwar l-impjiegi: prerogattiva nazzjonali

09 Fl-UE, il-politiki tas-suq tax-xogħol huma prerogattiva nazzjonali: L-Istati Membri (xi drabi flimkien mar-reġjuni tagħhom) huma responsabbli biex jiddeċiedu l-miżuri xierqa għat-tnaqqis tal-qgħad (fit-tul), u jimplimentawhom. Fl-istess ħin, l-Istati Membri jaħdmu flimkien mal-UE biex jiżviluppaw strateġija kkoordinata għall-impjiegi, b’mod partikolari biex jippromwovu forza tax-xogħol ta’ kompetenza, imħarrġa u adattabbli, u swieq tax-xogħol reattivi għat-tibdil ekonomiku. Fl-ambitu tal-qafas strateġiku u ta’ koordinazzjoni tagħha, l-UE mhux biss tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri iżda tappoġġa wkoll – u, jekk meħtieġ, tikkomplementa – l-azzjonijiet tagħhom[9].

L-“istrateġija “Ewropa 2020” tal-UE

10 Fl-2010, il-Kummissjoni pproponiet l-istrateġija “Ewropa 2020” għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv[10], bl-għan li jkun hemm koordinazzjoni akbar tal-politiki nazzjonali u tal-UE. Waħda mill-5 miri ewlenin tagħha tikkonċerna l-impjiegi, b’mod partikolari ż-żieda fir-rata tal-impjiegi tal-popolazzjoni ta’ bejn 20 u 64 sena minn 69 % għal mill-inqas 75 % sal-2020. Il-Kunsill Ewropew adotta din l-istrateġija f’Marzu 2010.

11 Bħala parti mill-istrateġija Ewropa 2020, il-Kummissjoni adottat l-inizjattiva “Aġenda għal ħiliet u impjiegi ġodda”[11]. Din tipproponi 13-il azzjoni li għandhom l-għan li jgħinu s-suq tax-xogħol tal-Ewropa jiffunzjona aħjar permezz ta’ żieda fil-flessibbiltà u s-sigurtà tal-impjiegi, inċentivi għall-investiment fit-taħriġ, kondizzjonijiet deċenti tax-xogħol, u ħolqien aktar faċli ta’ impjiegi.

12 Parti kostitwenti oħra tal-istrateġija Ewropa 2020 hija l-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi (EES), li ġiet introdotta għall-ewwel darba fl-1992. Din hija l-pedament tal-politika dwar l-impjiegi tal-UE, bl-objettiv li jinħolqu aktar impjiegi u impjiegi aħjar madwar l-UE kollha. L-istrateġija hija implimentata permezz tas-Semestru Ewropew. Il-Kumitat tal-Impjiegi (EMCO) tal-Kunsill, li huwa l-kumitat konsultattiv prinċipali għall-Ministri tal-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali fil-Kunsill għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (EPSCO) fil-qasam tal-impjiegi, jappoġġa l-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija.

Il-proċess tas-Semestru Ewropew

13 L-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi hija parti intrinsika mill-proċess tas-Semestru Ewropew, ċiklu annwali ta’ koordinazzjoni tal-politika makroekonomika, baġitarja u strutturali bejn l-Istati Membri. Bħala parti mis-Semestru Ewropew, l-Istati Membri jippreżentaw il-programmi nazzjonali ta’ riforma tagħhom, li mbagħad il-Kummissjoni tanalizza għall-konsistenza mal-istrateġija “Ewropa 2020”.

14 Il-Kummissjoni u l-Kunsill jimmonitorjaw is-sitwazzjoni soċjali u tal-impjiegi fl-Istati Membri f’aktar dettall permezz tar-rapport konġunt tagħhom dwar l-impjiegi, li huwa propost mill-Kummissjoni u, wara konsultazzjonijiet u aġġustamenti, adottat mill-Kunsill. Din il-valutazzjoni hija riflessa wkoll fir-rapporti tal-pajjiżi tal-Kummissjoni, li janalizzaw il-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri, u fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi tagħha. Mill-introduzzjoni tiegħu fl-2010, il-pakkett tas-Semestru Ewropew inkluda wkoll linji gwida dwar l-impjiegi, fejn il-Kummissjoni tipproponi prijoritajiet u miri komuni għall-politiki dwar l-impjiegi li jridu jiġu miftiehma mill-gvernijiet nazzjonali u adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

15 L-UE rrikonoxxiet l-importanza tal-qgħad fit-tul fil-livell tal-politika, u ħarġet diversi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi relatati bħala parti mill-proċess tas-Semestru Ewropew. Bejn l-2011 u l-2020, l-UE ħarġet rakkomandazzjonijiet bħal dawn lil 15-il Stat Membru, bir-rakkomandazzjonijiet għal 11 minnhom jinħarġu fil-perjodu qabel ma ġew adottati l-programmi operattivi (PO) tal-2014-2020. Matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-PO (2015-2020), erbgħa minn dawn l-Istati Membri rċevew rakkomandazzjoni oħra, u erbgħa oħra rċevew waħda għall-ewwel darba wara l-2014.

Approċċ individwalizzat huwa essenzjali biex il-politiki attivi tas-suq tax-xogħol ikunu effettivi

16 Il-Politiki Attivi tas-Suq tax-Xogħol (ALMPs) huma definiti mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) bħala n-nefqa soċjali kollha (minbarra l-edukazzjoni) li għandha l-għan li ttejjeb il-prospetti tal-benefiċjarji li jsibu impjieg bi qligħ jew inkella li jżidu l-introjtu mill-investiment tagħhom[12]. Skont il-Kummissjoni, l-ALMPs jinkludu erba’ kategoriji ewlenin: taħriġ, għajnuna għat-tiftix ta’ impjiegi inklużi gwida u konsulenza, inċentivi ta’ reklutaġġ għall-impjieg fis-settur privat, u programmi ta’ impjiegi diretti fis-settur pubbliku[13].

17 L-ALMPs effettivi huma strumentali biex jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-persuni qiegħda (fit-tul) u biex jgħinuhom jidħlu (jew jerġgħu jidħlu) fis-suq tax-xogħol. Skont il-Kummissjoni, tipi differenti ta’ ALMPs ma jirnexxux bl-istess mod għall-persuni qiegħda kollha: dawn ikunu effettivi biss jekk jimmiraw il-grupp xieraq tal-popolazzjoni, ikunu jikkonsistu f’miżuri mfassla apposta bbażati fuq approċċ individwalizzat, u jiġu mmonitorjati u evalwati f’termini ta’ riżultati bil-ħsieb li jiġu adattati l-miżuri futuri[14].

18 Approċċ individwalizzat iqis il-problemi speċifiċi tal-persuni qiegħda, u jiżgura li s-servizzi jkunu mfassla għall-ħtiġijiet individwali tagħhom. Huwa partikolarment importanti għall-persuni qiegħda fit-tul, li jsibuha aktar diffiċli biex jidħlu (jew jerġgħu jidħlu) fis-suq tax-xogħol. Bħala medja, l-Eurostat jistma li l-probabbiltà ta’ bidla fl-impjiegi fl-2020 hija ta’ 11 % għall-persuni qiegħda fit-tul u ta’ 25 % għall-persuni qiegħda għal żmien qasir. L-akbar differenzi bejn il-persuni qiegħda fit-tul u l-persuni qiegħda għal żmien qasir ġew innutati fil-Belġju u fl-Ungerija (aktar minn 22 punt perċentwali), filwaqt li l-iżgħar kienu fid-Danimarka, fil-Kroazja u fl-Iżvezja, fejn iċ-ċifra kienet inqas minn 10 %[15] (ara l-Anness II). Barra minn hekk, għalkemm ir-rata medja ta’ tranżizzjoni lejn l-impjiegi għall-persuni qiegħda għal żmien qasir tjiebet matul il-perjodu 2013-2020 (minn 21 % għal 25 %), din baqgħet stabbli għall-persuni qiegħda fit-tul bi 11 %.

19 L-UE saħqet l-importanza ta’ approċċ individwalizzat f’diversi dokumenti ta’ politika:

  • il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, fejn approċċ personalizzat huwa wieħed mid-drittijiet tal-persuni qiegħda, flimkien ma’ valutazzjoni individwalizzata fil-fond fi żmien 18-il xahar minn meta jispiċċaw qiegħda[16];
  • il-Linji Gwida tal-Kunsill dwar l-Impjiegi tal-2010, l-2015 u l-2018, li kienu favur it-titjib tas-servizzi tal-impjieg b’servizzi personalizzati disponibbli għal kulħadd, inklużi dawk li jinsabu l-aktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol, u rrakkomandaw appoġġ attiv individwalizzat għal ritorn fis-suq tax-xogħol[17];
  • il-biċċa l-kbira tad-dokumenti tal-Kummissjoni dwar il-pożizzjoni tal-pajjiżi semmew il-ħtieġa li jiġi applikat approċċ personalizzat u miżuri mfassla apposta.

20 Fl-2016, il-Kunsill adotta “Rakkomandazzjoni dwar l-integrazzjoni tal-persuni qiegħda fit-tul fis-suq tax-xogħol”[18]. Ir-Rakkomandazzjoni tqiegħed enfasi partikolari fuq approċċ individwalizzat (ara l-Kaxxa 2).Għalkemm rapport ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-2019[19] irrikonoxxa li hemm approċċ aktar olistiku biex jiġi pprovdut appoġġ individwali, il-punt sa fejn jintuża approċċ individwalizzat ivarja b’mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri. Id-data turi li, b’mod ġenerali, 78.4 % tal-persuni qiegħda fit-tul kienu koperti minn ftehim ta’ integrazzjoni f’impjieg fl-2019. Madankollu, ir-rata ta’ kopertura fl-2019 bejn l-Istati Membri varjat minn 100 % għal 11.2 %.

Kaxxa 2

L-approċċ individwalizzat stabbilit mir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill

Valutazzjoni u approċċ individwali

Is-servizzi tal-impjieg, flimkien ma’ sħab oħra li jappoġġaw l-integrazzjoni tas-suq tax-xogħol, jipprovdu gwida personalizzata lil dawk ikkonċernati.

Is-servizzi tal-impjieg jiżguraw li l-persuni rreġistrati qiegħda fit-tul jiġu offruti valutazzjonijiet individwali u gwida dettaljata fi żmien 18-il xahar minn meta jispiċċaw qiegħda. Il-valutazzjoni għandha tkopri l-prospetti tagħhom ta’ impjegabbiltà, l-ostakoli għall-impjieg, u l-isforzi preċedenti ta’ tfittix ta’ impjieg.

Is-servizzi tal-impjieg jinfurmaw lill-persuni rreġistrati qiegħda fit-tul dwar l-offerti ta’ impjieg u dwar l-appoġġ disponibbli f’setturi differenti tal-ekonomija u, fejn xieraq, f’reġjuni differenti u fi Stati Membri oħra, b’mod partikolari permezz tan-Network tas-Servizzi Ewropej tax-Xogħol (EURES).

Ftehimiet ta’ integrazzjoni f’impjieg

Il-persuni rreġistrati qiegħda fit-tul li mhumiex koperti mill-Garanzija għaż-Żgħażagħ huma offruti ftehim ta’ integrazzjoni f’impjieg fi żmien 18-il xahar minn meta jispiċċaw qiegħda. Tal-inqas, dan għandu jinkludi offerta ta’ servizz individwali li tkun immirata biex jinstab impjieg, u għandu jidentifika punt uniku ta’ kuntatt.

Finanzjament tal-UE għall-Politiki Attivi tas-Suq tax-Xogħol tal-Istati Membri

21 Matul il-perjodu 2014-2020, is-sorsi ewlenin ta’ finanzjament tal-UE għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 kienu l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (SIE) u, speċifikament fejn kienu kkonċernati l-politiki attivi tas-suq tax-xogħol tal-Istati Membri, il-Fond Soċjali Ewropew[20] (FSE).

22 Erbgħa mill-11-il objettiv tematiku (OT) stabbiliti fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni[21] (RDK) għall-fondi SIE 2014-2020 huma rilevanti għall-FSE, biex jiġi indirizzat l-LTU:

  • “Il-promozzjoni ta’ impjiegi sostenibbli u ta’ kwalità u l-appoġġ għall-mobbiltà fix-xogħol” (OT 8);
  • “Il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar u d-kwalunkwe diskriminazzjoni” (OT 9); u
  • “Investiment fl-edukazzjoni, it-taħriġ u fit-taħriġ vokazzjonali għal ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja” (OT 10).

23 Kull OT għandu għadd ta’ prijoritajiet ta’ investiment. Ħamsa minn dawn il-prijoritajiet huma rilevanti jew biex il-persuni qiegħda fit-tul jingħataw appoġġ bħala individwi (8i, 8ii, 9i u 10iii), jew biex jiġu indirizzati bidliet fl-istrutturi tas-servizz pubbliku tal-impjieg u t-twassil tas-servizzi (8vii). Minn dawn il-ħamsa, il-prijorità ta’ investiment 8i biss (“Aċċess għall-impjiegi għall-persuni li qed ifittxu impjieg u persuni inattivi, inklużi l-persuni qiegħda fit-tul, u l-persuni li mhumiex fis-suq tax-xogħol, anke permezz ta’ inizjattivi favur l-impjiegi lokali u appoġġ għall-mobilità tal-forza tax-xogħol” – imsemmija hawn taħt bħala “aċċess għall-impjiegi”) tirreferi speċifikament għall-persuni qiegħda fit-tul[22].

24 Għall-perjodu 2014-2020, total ta’ EUR 27.7 biljun, jew 26 % tal-baġit tal-FSE, ġew allokati għal miżuri ta’ “Promozzjoni ta’ impjiegi sostenibbli u ta’ kwalità u l-appoġġ għall-mobbiltà fix-xogħol” (OT 8). Madwar EUR 11.4-il biljun ġew allokati għal miżuri ta’ “aċċess għall-impjiegi” (prijorità ta’ investiment 8i). Kull wieħed minn erba’ Stati Membri alloka aktar minn EUR 1 biljun għall-prijorità ta’ investiment 8i: Spanja, l-Italja, il-Polonja u s-Slovakkja (ara l-Anness III).

25 Il-biċċa l-kbira tal-PO tal-FSE jindirizzaw l-OT u l-prijoritajiet ta’ investiment l-aktar rilevanti għal-LTU. B’mod partikolari, 145 mill-187 PO (81 %) jallokaw fondi għall-OT 8, u 106 PO għall-prijorità ta’ investiment 8i. Barra minn hekk, l-Istati Membri kollha minbarra wieħed stabbilew PO li allokaw fondi għall-prijorità ta’ investiment 8i.

26 Il-finanzjament mill-FSE jista’ jintuża biex jappoġġa tipi differenti ta’ miżuri u interventi li jistgħu jgħinu lill-persuni qiegħda fit-tul jsibu impjieg (ara l-Kaxxa 3).

Kaxxa 3

Eżempji ta’ interventi appoġġati mill-FSE li jindirizzaw l-LTU fl-ambitu tal-OT 8

Interventi ta’ tagħlim ibbażati fuq ix-xogħol, permezz ta’ apprendistati, internships u traineeships.

Miżuri ta’ edukazzjoni u taħriġ li jiffokaw fuq taħriġ (jew taħriġ mill-ġdid) speċifiku fil-ħiliet okkupazzjonali u taħriġ fil-ħiliet bażiċi. Dawn jistgħu jiġu kkombinati ma’ tipi oħra ta’ interventi tal-FSE.

Gwida u appoġġ għall-individwi flimkien ma’ tipi oħra ta’ interventi tal-FSE, l-aktar miżuri ta’ edukazzjoni u taħriġ. Dan it-tip ta’ intervent jivvaluta l-ħtiġijiet tal-persuni qiegħda, u mbagħad joffri miżuri ta’ taħriġ immirati.

Inċentivi finanzjarji għal min iħaddem li jgħinu biex inaqqsu l-kostijiet lavorattivi, jew biex jipprovdu sussidji tal-pagi u tar-reklutaġġ direttament, u b’hekk iħeġġuhom jimpjegaw lil dawk li jinsabu l-aktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol.

27 Il-miżuri u l-interventi tal-FSE relatati mal-LTU huma implimentati minn korpi pubbliċi (servizzi tal-impjiegi nazzjonali, reġjonali jew lokali), organizzazzjonijiet mhux governattivi u kumpaniji privati li jinħatru minn awtoritajiet maniġerjali nazzjonali jew reġjonali (jew korpi intermedji), jew li jintgħażlu permezz ta’ sejħiet għal proposti.

L-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-impjiegi

28 Il-lockdowns imposti mill-Istati Membri b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 minn Marzu 2020 ’il quddiem kellhom impatt sinifikanti fuq l-attività ekonomika u l-impjiegi fl-Istati Membri kollha u fil-biċċa l-kbira tas-setturi ekonomiċi, għalkemm fi gradi differenti. F’dan l-isfond, il-Kummissjoni pproponiet miżuri immedjati biex tindirizza l-konsegwenzi tal-pandemija fir-rebbiegħa tal-2020. L-istrument SURE[23], li jappoġġa l-użu ta’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili għaż-żamma tal-impjiegi fl-UE kollha, ġie adottat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill f’Mejju 2020. S’issa, din l-iskema għenet biex titrażżan iż-żieda fil-qgħad minkejja tnaqqis drammatiku fl-attività ekonomika[24]. Madankollu, ladarba l-iskema ma tibqax tapplika f’Diċembru 2022, hemm riskju li r-rati tal-qgħad jistgħu jiżdiedu u, il-persuni qiegħda fit-tul jistgħu jiġu affettwati[25].

29 Il-Kummissjoni pproponiet ukoll li l-fondi SIE għandhom jintużaw b’mod aktar flessibbli. F’April 2020, daħlu fis-seħħ l-Inizjattivi ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus (CRII u CRII+) adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Dawn jipprevedu l-possibbiltà temporanja ta’ kofinanzjament ta’ 100 % mill-baġit tal-UE, u introduċew flessibbiltà addizzjonali għat-trasferiment tal-baġits bejn il-fondi u l-programmi differenti. B’riżultat ta’ dan, aktar minn nofs l-Istati Membri kollha ddeċidew li jemendaw il-PO tagħhom biex jintroduċu l-possibbiltà ta’ kofinanzjament ta’ 100 % tal-miżuri tal-FSE u/jew li jittrasferixxu fondi addizzjonali minn fondi SIE oħrajn għal PO tal-FSE.

Il-kamp ta’ applikazzjoni u l-approċċ tal-awditjar

30 L-awditjar tagħna vvaluta jekk il-finanzjament mill-FSE tal-2014-2020, permezz tal-prijorità tiegħu ta’ investiment għal “aċċess għall-impjiegi”, indirizzax il-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni qiegħda fit-tul bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat id-dħul (jew id-dħul mill-ġdid) tagħhom fis-suq tax-xogħol. Biex nagħmlu dan, ħarisna lejn tliet aspetti partikolari:

  • aħna analizzajna l-punt sa fejn l-infiq tal-FSE kien immirat lejn miżuri li jgħinu lill-persuni qiegħda fit-tul jidħlu (jew jerġgħu jidħlu) fis-suq tax-xogħol;
  • aħna eżaminajna jekk l-Istati Membri applikawx approċċ individwalizzat meta implimentaw miżuri ta’ “aċċess għall-impjiegi”; u
  • aħna vverifikajna jekk il-Kummissjoni kinitx ħadet l-azzjoni meħtieġa biex tikseb data rilevanti u suffiċjenti biex tiddetermina l-impatt tal-finanzjament mill-FSE fuq il-qgħad fit-tul.

31 L-analiżi tagħna tiffoka fuq ir-rwol u r-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni meta l-PO tal-FSE tal-2014-2020 kienu qed jitħejjew u sussegwentement ġew implimentati. Aħna analizzajna d-dokumentazzjoni rilevanti, u intervistajna rappreżentanti tad-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni (DĠ EMPL) u tal-Eurostat, bħala l-fornitur tad-data.

32 L-analiżi tagħna tkopri l-Istati Membri kollha. Barra minn hekk, eżaminajna erba’ Stati Membri (l-Irlanda, l-Italja, il-Polonja u s-Slovakkja) aktar fil-fond, peress li dawn jew ħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet partikolari b’qgħad fit-tul fil-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni, jew kienu allokaw sehem sinifikanti tal-finanzjament mill-FSE tagħhom għall-prijorità ta’ investiment 8i.

33 Aħna analizzajna erba’ PO tal-FSE (wieħed għal kull wieħed mill-Istati Membri li għażilna)[26], u vvalutajna jekk il-loġika ta’ intervent stabbilita għall-appoġġ relatat mal-LTU għenitx biex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-LTU. Abbażi tal-materjalità u l-livell ta’ implimentazzjoni, irrieżaminajna wkoll bejn azzjoni waħda u tlieta ta’ “aċċess għall-impjiegi” għal kull PO sabiex jiġi vverifikat jekk dawn kinux ġew implimentati b’tali mod li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni qiegħda fit-tul billi jiġi applikat approċċ individwalizzat. Għal kull wieħed mill-PO magħżula, irrieżaminajna wkoll il-każijiet individwali ta’ bejn 18 u 24 individwu magħżula b’mod każwali li kienu ilhom mingħajr impjieg għal aktar minn 12-il xahar, iżda li kienu pparteċipaw f’miżura ffinanzjata mill-FSE għall-persuni qiegħda fit-tul. B’kollox, irrieżaminajna 78 każ individwali bħal dan. Barra minn hekk, intervistajna rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti (jiġifieri l-ministeri responsabbli għall-politika dwar l-impjiegi, kif ukoll l-awtoritajiet maniġerjali u l-korpi ta’ implimentazzjoni).

34 Aħna wettaqna x-xogħol tal-awditjar tagħna bejn Settembru 2020 u Lulju 2021. Restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar u tas-saħħa relatati mal-COVID-19 fissru li aħna ma stajniex inwettqu żjarat fuq il-post. Il-laqgħat kollha mal-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali u l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) saru permezz ta’ vidjokonferenza.

Osservazzjonijiet

Il-FSE mhux dejjem kien immirat speċifikament lejn il-persuni qiegħda fit-tul

35 Aħna eżaminajna jekk il-Kummissjoni appoġġatx lill-Istati Membri fl-istadju ta’ programmazzjoni b’tali mod li l-kwistjoni tal-LTU kienet riflessa fit-tfassil tal-PO tal-FSE, u jekk il-miżuri ta’ “aċċess għall-impjiegi” kinux immirati lejn il-persuni qiegħda fit-tul, fejn xieraq. Aħna analizzajna wkoll jekk il-mod kif ġie implimentat l-appoġġ kienx jirrifletti l-iskala tal-LTU fl-Istati Membri.

L-appoġġ tal-FSE laħaq lill-persuni qiegħda fit-tul permezz ta’ tipi differenti ta’ intervent

36 L-azzjonijiet appoġġati mill-FSE huma mistennija li jkunu komplementari għall-appoġġ disponibbli għal persuni qiegħda fit-tul fi Stat Membru kwalunkwe. Sa tmiem l-2020, madwar 96 % tal-appoġġ tal-FSE li sar disponibbli għall-persuni qiegħda fit-tul permezz ta’ miżuri fl-ambitu tal-prijorità ta’ investiment 8i kien ġie impenjat, u 58 % kienu diġà ġew iddikjarati lill-Kummissjoni (ara l-Anness III).

37 Skont id-data tal-Kummissjoni, disponibbli meta sar l-awditu, il-finanzjament mill-FSE laħaq madwar 1.6 miljun persuna qiegħda fit-tul, jiġifieri 36 % tal-4.4 miljun parteċipant koperti mill-prijorità ta’ investiment 8i. F’erba’ Stati Membri (Spanja, l-Italja, il-Polonja u s-Slovakkja), l-appoġġ tal-FSE laħaq aktar minn 100 000 persuna qiegħda fit-tul (ara t-Tabella 1). Għamel dan permezz ta’ varjetà ta’ tipi ta’ interventi għal “aċċess għall-impjiegi”, bħall-gwida u l-appoġġ (20 %), l-inċentivi finanzjarji (17 %), l-edukazzjoni u t-taħriġ (8 %), u sehem konsiderevoli ta’ interventi li jikkombinaw diversi tipi (30 %)[27].

38 Fl-erba’ Stati Membri li għażilna, sibna li t-tipi ewlenin kollha ta’ intervent mill-FSE ntużaw, għalkemm fi gradi differenti. Il-PO Taljan iffoka l-aktar fuq inċentivi finanzjarji għar-reklutaġġ, filwaqt li dak tal-Irlanda ffoka fuq it-taħriġ. Il-Polonja normalment offriet pakketti ta’ azzjonijiet kombinati, li kienu jinkludu prinċipalment taħriġ u internships. Fis-Slovakkja, l-inċentivi ta’ reklutaġġ u l-ħolqien dirett tal-impjiegi kienu aktar komuni (ara l-Kaxxa 4).

Kaxxa 4

Eżempji ta’ azzjonijiet magħżula għal rieżami

Fl-Italja, għażilna waħda mill-erba’ azzjonijiet ta’ inċentiv għall-impjiegi (“Incentivo Occupazione Sud”) għal rieżami. Dan l-inċentiv kien jikkonsisti f’kontribuzzjonijiet imħallsa lil min iħaddem biex ikopru l-ispejjeż tas-sigurtà soċjali għall-impjegati. Ma kienx immirat speċifikament lejn il-persuni qiegħda fit-tul, u appoġġa wkoll il-konverżjoni ta’ kuntratti temporanji f’kuntratti permanenti.

Fl-Irlanda, l-azzjoni magħżula (“ETB Training for the Unemployed”) tipprovdi firxa ta’ korsijiet ta’ taħriġ vokazzjonali biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ persuni qiegħda jew persuni oħra li qed ifittxu impjieg. Il-benefiċjarju jimplimenta l-operazzjoni madwar l-Irlanda permezz tas-16-il Ċentru tal-ETB lokali tiegħu. L-azzjoni tipprovdi taħriġ u traineeships permezz ta’ tliet programmi ewlenin, “Bridging”, “Traineeship” u “Taħriġ Speċifiku għall-Ħiliet”. Xi korsijiet jikkonċentraw fuq il-ħiliet bażiċi ġenerali, filwaqt li oħrajn jipprovdu ħiliet speċifiċi għal okkupazzjoni jew sett ta’ kompiti partikolari, bħall-applikazzjonijiet tal-kompjuter u l-iżvilupp ta’ software, is-servizzi finanzjarji, l-indukrar, is-sewqan, l-operat tal-magni, l-elettronika, u l-bejgħ bl-imnut.

Fil-Polonja, waħda miż-żewġ azzjonijiet magħżula kienet miftuħa għall-kumpaniji privati. Din kienet immirata kemm lejn il-persuni qiegħda kif ukoll lejn dawk inattivi, b’enfasi partikolari fuq il-gruppi żvantaġġati, inklużi l-persuni qiegħda fit-tul. L-appoġġ kien jinkludi pjanijiet ta’ azzjoni individwali u konsulenza dwar l-impjiegi, flimkien ma’ taħriġ jew azzjonijiet biex tinkiseb esperjenza professjonali (eż. internships u impjiegi sussidjati).

Fis-Slovakkja, waħda mill-azzjonijiet magħżula kienet tikkonsisti f’firxa wiesgħa ta’ miżuri, li jkopru inċentivi ta’ reklutaġġ, taħriġ, u tipi oħra ta’ appoġġ bħall-ħolqien temporanju dirett ta’ impjiegi minn muniċipalitajiet żgħar għall-provvista ta’ servizzi (eż. tindif tat-toroq).

Ħafna interventi tal-FSE ffukaw fuq il-qgħad b’mod ġenerali, iżda mhux speċifikament fuq il-persuni qiegħda fit-tul

39 Qabel ma ġew adottati l-programmi tal-FSE għall-perjodu 2014-2020, 11.4-il miljun individwu ġew ikkunsidrati bħala qiegħda fit-tul, jiġifieri 5.5 % tal-popolazzjoni attiva jew 48.3 % tal-qgħad totali (fl-2013) (ara l-Anness I).

40 Il-Kummissjoni analizzat il-kwistjoni tal-LTU meta kienet qed tħejji d-dokumenti tagħha dwar il-pożizzjoni tal-pajjiżi li ppreċedew il-Ftehimiet ta’ Sħubija u l-PO tal-2014-2020, u ggwidat id-diskussjonijiet mal-Istati Membri dwar il-prijoritizzazzjoni tal-ħtiġijiet. 19 minn 27 dokument ta’ pożizzjoni għall-UE-27 enfasizzaw l-LTU bħala problema speċifika. Fi 17 minn dawn id-19-il dokument, il-Kummissjoni inkludiet lill-persuni qiegħda fit-tul bħala prijorità ta’ finanzjament, u, fi tliet każijiet, ikkwotat l-LTU bħala kwistjoni taħt “sfidi ewlenin”.

41 Sadanittant, il-leġiżlazzjoni tal-FSIE tal-2014-2020[28] ma pprevedietx prijorità ta’ investiment speċifika għal-LTU. Il-FSE appoġġa lill-persuni qiegħda fit-tul, iżda bħala parti minn objettivi aktar wiesa’, u b’hekk kien diffiċli li jiġi ddeterminat kemm ġie allokat finanzjament mill-UE għal miżuri relatati mal-LTU.

42 B’kollox, 145 minn 178 (jew 81 %) tal-PO tal-FSE tal-2014-2020 (esklużi l-programmi tar-Renju Unit u tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ) allokaw finanzjament għall-objettiv tematiku 8 dwar l-impjiegi[29]. Madankollu, madwar terz biss tal-PO kollha tal-FSE f’14-il Stat Membru[30] jirreferu speċifikament għall-appoġġ għall-persuni qiegħda fit-tul[31]. Aħna sibna wkoll li dan ma kienx il-każ għal ħames Stati Membri (il-Bulgarija, il-Latvja, Malta, l-Ungerija u Ċipru), fejn il-livell tal-LTU kien ogħla mill-medja tal-UE meta l-PO kienu qed jiġu nnegozjati fl-2013.

43 Studju tal-2019[32] dwar is-sostenibbiltà u l-effettività tar-riżultati għall-parteċipanti tal-FSE sab li 101 intervent iffokaw l-appoġġ fuq il-persuni qiegħda fit-tul. Fl-istess ħin, 158 intervent ieħor setgħu involvew lill-persuni qiegħda fit-tul, għalkemm mhux speċifikament (dawn iffokaw fuq il-qgħad b’mod ġenerali u potenzjalment inkludew biss il-persuni qiegħda fit-tul).

44 L-analiżi tagħna tal-azzjonijiet elenkati fl-ambitu tal-prijorità ta’ investiment 8i għall-erba’ PO magħżula kkonfermat li għalkemm kien hemm każijiet fejn il-persuni qiegħda fit-tul kienu l-uniku grupp fil-mira tal-interventi, il-persuni qiegħda fit-tul normalment kienu fil-mira biss bħala sottogrupp, jew tal-persuni qiegħda kollha u/jew tal-“gruppi żvantaġġati” fil-PO.

Xi wħud mill-miżuri tal-FSE li eżaminajna kienu jinvolvu riskju ta’ effetti ta’ “skrematura”

45 Jekk l-azzjonijiet tas-suq tax-xogħol ma jkunux iffokati b’mod speċifiku, dawn jinvolvu r-riskju li tingħata prijorità lill-individwi bi probabbiltà ogħla ta’ impjieg għad-detriment ta’ dawk li jinsabu l-aktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol, bħall-persuni qiegħda fit-tul (l-hekk imsejjaħ effett ta’ “skrematura”). Pereżempju, studju wieħed tal-Kummissjoni jiddikjara li approċċ ta’ “xogħol l-ewwel” jista’ jwassal għal “tentattivi mill-fornituri biex jiffokaw fuq dawk l-aktar probabbli li jiksbu eżiti tal-impjiegi”[33]. Studju ieħor tal-Kummissjoni[34] jagħti parir li s-servizzi pubbliċi tal-impjieg għandhom jagħżlu minn qabel il-parteċipanti sabiex jevitaw l-effett ta’ skrematura. Dan ikompli jissottolinja l-ħtieġa li l-interventi tal-FSE jimmiraw il-persuni qiegħda fit-tul sa mill-bidu nett.

46 L-analiżi tagħna żvelat ukoll ir-riskju ta’ effett ta’ skrematura f’xi wħud mill-PO tal-FSE li eżaminajna għal dan l-awditjar: fil-Polonja, pereżempju, evalwazzjoni tal-PO li għażilna[35] nnotat li dawk li għandhom bejn 30 u 39 sena kienu rrappreżentati żżejjed fost il-parteċipanti appoġġati, li diġà kienu aktar probabbli li jsibu impjieg minn kategoriji ta’ età oħra; fl-Italja, il-kriterji ta’ parteċipazzjoni għall-inċentiv ta’ reklutaġġ ma naqqsux biżżejjed ir-riskju ta’ skrematura, peress li min iħaddem jista’ jagħżel kwalunkwe impjegat żagħżugħ, irrispettivament mill-prospetti ta’ impjieg tiegħu. Minħabba l-pandemija tal-COVID-19, l-għadd ta’ persuni qiegħda għal żmien qasir jista’ jiżdied. Peress li dawn huma aktar faċli biex jintlaħqu mill-persuni qiegħda fit-tul, ir-“riskju ta’ skrematura” jista’ jiġi aggravat jekk ikun hemm nuqqas ta’ miżuri mfassla speċifikament għall-persuni qiegħda fit-tul.

Il-miżuri ta’ “aċċess għall-impjiegi” ffinanzjati mill-FSE ma rriflettewx l-iskala tal-kwistjoni tal-LTU f’diversi Stati Membri

47 Kif intqal fil-paragrafu 37, il-miżuri tal-FSE ta’ “aċċess għall-impjiegi” appoġġaw 1.6 miljun persuna qiegħda fit-tul. Madankollu, innutajna li l-persuni qiegħda fit-tul li kienu appoġġati f’diversi Stati Membri kienu sottorappreżentati mill-miżuri tal-FSE ta’ “aċċess għall-impjiegi” meta mqabbla mar-rata tal-LTU fl-istess Stati Membri.

48 Fil-livell tal-UE, il-persuni qiegħda fit-tul jammontaw għal 38 % tal-individwi qiegħda kollha appoġġati fl-ambitu tal-prijorità ta’ investiment 8i tal-FSE dwar “aċċess għall-impjiegi”. Aħna analizzajna wkoll il-perċentwal tal-persuni qiegħda fit-tul appoġġati mill-FSE, u l-parteċipanti kollha appoġġati mill-FSE għal kull wieħed mill-Istati Membri tal-EU-27, abbażi tad-data li tinsab fir-rapporti annwali tagħhom ta’ implimentazzjoni tal-2019. Aħna qabbilna din iċ-ċifra mal-medja nazzjonali tal-LTU bħala proporzjon tal-qgħad ġenerali għall-perjodu 2014-2019. Din l-analiżi wriet differenzi għal 15-il Stat Membru: dawn huma partikolarment rilevanti fil-każijiet tar-Rumanija, tal-Portugall, tal-Ungerija, ta’ Franza, ta’ Malta u tal-Latvja, fejn id-differenza taqbeż l-20 punt perċentwali (ara t-Tabella 1).

Tabella 1 – Għadd ta’ parteċipazzjonijiet fil-prijorità ta’ investiment 8i skont l-Istat Membru fl-2019

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq data tal-Kummissjoni (tabella bit-tikketta “une_rt_a”, estratta f’Lulju 2021).

49 Ir-rapport annwali reċenti tagħna dwar il-prestazzjoni indika wkoll nuqqas ta’ rappreżentanza ta’ parteċipanti qiegħda fit-tul fil-miżuri ta’ impjiegi tal-FSE: b’mod partikolari, dan wera li l-akbar parteċipazzjoni fl-operazzjonijiet kollha tal-impjiegi tal-FSE kienet fost individwi attivi fis-suq tax-xogħol jew eqreb tiegħu, filwaqt li dawk li huma aktar maqtugħin mis-suq tax-xogħol kienu diffiċli biex jintlaħqu (persuni qiegħda 40 %, impjegati 26 %, persuni qiegħda fit-tul 22 %, inattivi 12 %)[36].

50 Għalkemm l-erba’ PO magħżula kollha appoġġaw lill-persuni qiegħda fit-tul, sibna li wħud mill-azzjonijiet ippjanati inizjalment immirati speċifikament għalihom jew ma kinux ġew implimentati bl-appoġġ tal-FSE, jew inkella l-enfasi tagħhom kien twessgħet. Dan kien il-każ fl-Irlanda u fl-Italja. Fl-Irlanda, għalkemm il-PO inizjalment kien fih azzjoni mmirata direttament lejn il-persuni qiegħda fit-tul, l-azzjoni fl-aħħar mill-aħħar ġiet irtirata mill-PO u ffinanzjata mill-Istat Membru. Fl-Italja, minkejja li kienu previsti fil-PO, l-inċentivi tal-impjiegi ma kinux immirati speċifikament lejn il-persuni qiegħda fit-tul, peress li kienu miftuħa għal kategoriji oħra ta’ persuni qiegħda u inkludew il-konverżjoni ta’ kuntratti temporanji f’kuntratti permanenti. Barra minn hekk, il-miżuri ta’ taħriġ li kienu ppjanati fil-PO ma twettqux, ħlief bħala parti minn azzjonijiet tas-sistema li ma kinux immirati lejn persuni individwali qiegħda fit-tul.

51 Fis-Slovakkja, l-azzjonijiet definiti fil-livell tal-PO kienu mmirati wkoll lejn il-persuni qiegħda b’mod ġenerali. Madankollu, erbgħa mis-27 proġett nazzjonali li ġew implimentati fl-ambitu tal-prijorità ta’ investiment 8i kienu mmirati esklużivament lejn il-persuni qiegħda fit-tul. Żewġ eżempji huma ppreżentati fil-Kaxxa 5.

Kaxxa 5

Eżempju ta’ proġetti speċifiċi tal-FSE għall-persuni qiegħda fit-tul fis-Slovakkja

Il-proġett “Ħruġ miċ-ċirku tal-qgħad”

Dan il-proġett kien jikkonsisti f’inċentivi ta’ reklutaġġ għal min iħaddem. L-ispejjeż ippjanati kienu ta’ EUR 42.5 miljun, filwaqt li l-ispejjeż reali kienu ta’ EUR 36.5 miljun. L-analiżi ex post tagħna wriet li l-proġett laħaq 7 414-il persuna qiegħda fit-tul bi spiża medja reali ta’ EUR 5 794 għal kull parteċipant. Ir-rata ta’ suċċess evalwata tal-proġett imkejla bħala perċentwal tal-persuni qiegħda fit-tul li jsibu impjieg tliet xhur wara l-parteċipazzjoni kienet ta’ 65 % fl-aħħar sena tiegħu (2018), filwaqt li r-rata ta’ suċċess imkejla fi żmien sitt xhur mill-parteċipazzjoni kienet ta’ 58 %.

Il-proġett “IBDA MILL-ĠDID – Opportunità għall-persuni qiegħda fit-tul biex jirritornaw fis-suq tax-xogħol”

Dan il-proġett kien immirat lejn persuni qiegħda fit-tul li kienu ilhom qiegħda għal aktar minn 24 xahar. Il-proġett offra żewġ għażliet: inċentiv finanzjarju għal dawk li sabu impjieg, jew kontribuzzjoni għall-akkwist jew it-tiġdid ta’ drawwiet tax-xogħol. Skont l-analiżi ex post tagħna, l-ispejjeż ippjanati kienu ta’ EUR 13.3-ilmiljun, filwaqt li l-ispejjeż reali kienu ta’ EUR 7 miljun. B’riżultat ta’ dan il-proġett, 3 962 persuna qiegħda fit-tul sabu impjieg, u 3 799 persuna kisbu jew ġeddew id-drawwiet tax-xogħol. Ir-rata ta’ suċċess evalwata mkejla bħala perċentwal tal-parteċipanti impjegati fi żmien sitt xhur mill-parteċipazzjoni fil-proġett kienet ta’ 55 %.

Ir-rabta bejn l-appoġġ tal-FSE għal “aċċess għall-impjiegi” u approċċ individwalizzat mhux dejjem setgħet tiġi stabbilita

52 Minbarra l-FSE li jimmira l-qgħad fit-tul, irrieżaminajna jekk l-appoġġ tal-FSE għal “aċċess għall-impjiegi” użax approċċ individwalizzat biex jissodisfa l-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni qiegħda fit-tul (ara l-paragrafi 16-20).

53 Il-kondizzjonalitajiet ex ante kienu għodda fil-perjodu 2014-2020 biex jiġi żgurat li s-sistemi tal-Istati Membri jissodisfaw ir-rekwiżiti għal infiq effiċjenti u effettiv tal-fondi tal-UE. L-Istati Membri vvalutaw huma stess l-issodisfar tagħhom abbażi ta’ kriterji predefiniti, u dan kien jeħtieġ li jiġi vverifikat mill-Kummissjoni fl-istadji tal-ftehim ta’ sħubija u tal-adozzjoni tal-PO. Il-kondizzjonalità ex ante 8.1 (“Politiki attivi tas-suq tax-xogħol jiġu mfassla u mwassla fid-dawl tal-Linji Gwida dwar l-Impjiegi”), li kienet marbuta mal-prijorità ta’ investiment 8i, inkludiet kriterju relatat mal-kapaċità tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi li japplikaw approċċ personalizzat. Barra minn hekk, fl-2015, il-Kummissjoni indikat li “l-limiti fis-servizzi individwalizzati huma l-ewwel xprun ta’ disinn ineffettiv ta’ attivazzjoni” u “disinn effettiv ta’ attivazzjoni jikkombina servizzi individwalizzati għal persuni li qed ifittxu impjieg u għal min iħaddem u offerta ta’ ALMP imfassla apposta”[37].

54 Għall-erba’ PO fil-kampjun tagħna, l-Istati Membri u l-Kummissjoni vvalutaw il-kondizzjonalità ex ante 8.1 bħala li ġiet issodisfata. Din il-valutazzjoni twettqet biss fil-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni, peress li l-bażi ġuridika ma kinitx tirrikjedi li l-Kummissjoni tivvaluta jekk il-kondizzjonalità komplietx tiġi ssodisfata meta kienu qed jiġu implimentati l-PO[38]. Madankollu, sibna li f’rapporti sussegwenti tal-pajjiżi għal żewġ PO magħżula (l-Irlanda u s-Slovakkja), il-Kummissjoni ddikjarat li l-kapaċitajiet tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi ma kinux biżżejjed biex iwasslu servizzi personalizzati[39].

55 Is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi fl-Irlanda, fl-Italja u fis-Slovakkja setgħu wasslu approċċ individwalizzat għal individwi rreġistrati bħala qiegħda fit-tul. Madankollu, huma ma kkomunikawx din l-informazzjoni lill-korpi li jimplimentaw l-azzjonijiet tal-FSE, u lanqas dawn il-korpi ma talbuhom b’mod speċifiku.

56 B’kuntrast, fil-Polonja, l-appoġġ individwalizzat irid jintuża għall-azzjonijiet kollha implimentati fl-ambitu tal-PO tal-FSE (ara l-Kaxxa 6).

Kaxxa 6

Pjan ta’ azzjoni individwali obbligatorju fil-Polonja għall-parteċipanti kollha

L-approċċ individwalizzat diġà jinsab fil-Ftehim ta’ Sħubija li ppreċeda l-PO. Il-PO tal-FSE Pollakki jipprevedu valutazzjoni obbligatorja tal-ħtiġijiet individwali għal kull parteċipant, u dan jirriżulta fit-tfassil ta’ pjanijiet ta’ azzjoni individwali. L-analiżi tagħna ta’ 18-il parteċipant fil-kampjun ikkonfermat li kull wieħed minnhom kien soġġett għal valutazzjoni individwalizzata.

57Fl-2016, il-Kunsill ħareġ ir-Rakkomandazzjoni tiegħu li tippromwovi l-użu ta’ approċċ individwalizzat biex jgħin lil dawk qiegħda fit-tul jidħlu (jew jerġgħu jidħlu) fis-suq tax-xogħol (ara l-paragrafu 20). Aħna sibna li din ir-Rakkomandazzjoni ma wasslitx biex xi wieħed mill-programmi operazzjonali li eżaminajna jiġi mmodifikat jew ikkomplementat minn pjan ta’ azzjoni relatat, bl-eċċezzjoni tas-Slovakkja. Studju tal-Kummissjoni tal-2019 saħansitra indika li l-awtoritajiet maniġerjali u l-korpi intermedjarji mhux dejjem dehru li kienu jafu dwar ir-Rakkomandazzjoni[40].

58 Il-Kumitat tal-Impjiegi tal-Kunsill (EMCO) jimmonitorja l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill abbażi tal-Qafas ta’ Indikaturi. Dan il-monitoraġġ huwa separat mill-FSE. Fir-rigward tal-użu ta’ approċċ individwalizzat, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri rrapportaw li l-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt negattiv fuq il-kapaċità tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi li jwettqu konsulenza jew tfassil ta’ profili individwalizzati minħabba aċċess limitat għas-servizzi u d-disponibbiltà tagħhom.

Arranġamenti ġodda għall-perjodu 2021-2027 fl-ambitu tal-“FSE+”

59 Ir-RDK għall-2021-2027[41] jintroduċi għadd ta’ passi ’l quddiem, bħal kondizzjonijiet abilitanti bħala suċċessuri għal kondizzjonalitajiet ex ante. Għall-objettiv speċifiku tal-FSE+ għal “aċċess għall-impjiegi”, il-kriterji għall-kondizzjoni abilitanti ta’ “Qafas ta’ politika strateġika għal politiki attivi tas-suq tax-xogħol” jinkludu arranġamenti għat-tfassil ta’ profili ta’ persuni li qed ifittxu impjieg u għall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tagħhom.

60 Karatteristika ġdida tal-perjodu ta’ programmazzjoni tal-2021-2027 hija li l-Istati Membri se jkollhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet abilitanti li jkunu għadhom kif ġew introdotti jiġu ssodisfati u applikati matul il-perjodu tal-programm, u li l-Kummissjoni tiġi infurmata dwar kwalunkwe modifika[42]. Jekk kondizzjoni abilitanti ma tibqax tiġi ssodisfata, il-Kummissjoni ma għandhiex tagħti rimborż tal-ispiża.

61 Barra minn hekk, matul il-perjodu 2014-2020, ma kien hemm l-ebda rabta bejn il-kontenut tal-kondizzjonalitajiet ex ante u l-eliġibbiltà tal-operazzjonijiet magħżula. Dan inbidel għall-2021-2027: l-awtoritajiet maniġerjali issa jridu “jiżguraw li l-operazzjonijiet magħżula li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ kondizzjoni abilitanti jkunu konsistenti mal-istrateġiji u d-dokumenti tal-ippjanar korrispondenti stabbiliti biex tiġi ssodisfata dik il-kondizzjoni abilitanti”[43].

Is-sistema ta’ monitoraġġ tal-FSE waħedha ma tippermettix valutazzjoni sħiħa tal-kisbiet tal-miżuri fost il-persuni qiegħda fit-tul

62 Il-Kummissjoni timmonitorja l-implimentazzjoni tal-PO permezz ta’ laqgħat mal-awtoritajiet maniġerjali, kumitati ta’ monitoraġġ maħtura, laqgħat annwali ta’ rieżami, u rapporti annwali ta’ implimentazzjoni ppreżentati mill-awtoritajiet maniġerjali reġjonali u nazzjonali. Dan jinkludi rapportar dwar data finanzjarja, indikaturi u objettivi intermedji. Il-Kummissjoni teżamina r-rapporti, u tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha lill-Istati Membri. Aħna eżaminajna jekk il-qafas ta’ monitoraġġ jippermettix li tiġi vvalutata l-effettività tar-riżultati tal-miżuri tal-FSE ta’ “aċċess għall-impjiegi” għall-persuni qiegħda fit-tul.

Nuqqasijiet fil-qafas ta’ monitoraġġ tal-FSE tal-2014-2020 jillimitaw il-kapaċità tal-Kummissjoni li tikseb stampa sħiħa tar-riżultati

63 Il-qafas ta’ monitoraġġ għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 stabbilixxa indikaturi komuni tal-output u tar-riżultati biex jiġu inklużi l-kisbiet tal-prijoritajiet ta’ investiment, l-objettivi speċifiċi u l-azzjonijiet previsti mill-PO[44]. Kien hemm żewġ indikaturi tal-output għal-LTU:

  • l-indikatur komuni tal-output “CO01 - Persuni qiegħda, inklużi dawk qiegħda fit-tul”, li kopra l-persuni qiegħda b’mod ġenerali u inkluda l-persuni qiegħda fit-tul bħala sottogrupp;
  • l-indikatur komuni tal-output “CO02 – persuni qiegħda fit-tul”, li kien relatat direttament mal-qgħad fit-tul. Id-data rrapportata fl-ambitu ta’ dan l-indikatur kienet subsett tad-data rrapportata għall-indikatur komuni “CO01”.

Il-qafas ta’ monitoraġġ ma ppreveda l-ebda indikatur(i) komuni tar-riżultati speċifiku/speċifiċi għal-LTU.

64 L-Istati Membri kellhom jirrapportaw kull sena dwar l-indikaturi komuni kollha, iżda ma kinux meħtieġa jistabbilixxu miri għalihom kollha (il-miri għas-CO02 ġew stabbiliti biss għal 27 PO tal-FSE minn 178). L-Istati Membri setgħu jistabbilixxu indikaturi speċifiċi għall-programmi jekk dan kien aktar xieraq biex jiġu inklużi l-kisbiet tal-investimenti maħsuba.

65 Aħna sibna xi nuqqasijiet fil-qafas ta’ monitoraġġ li jistgħu jipprevjenu lill-Kummissjoni milli tikseb stampa sħiħa tal-effettività tal-interventi tal-FSE fir-rigward tal-appoġġ relatat mal-LTU.

66 Il-106 PO tal-FSE (esklużi l-programmi tar-Renju Unit) li allokaw finanzjament għall-prijorità ta’ investiment 8i stabbilew total ta’ 357 indikatur distint tal-output u tar-riżultati. Madankollu, kważi kollha kemm huma (328) kienu speċifiċi għall-programmi, u informazzjoni aggregata dwar kemm indikaturi speċifiċi għall-programmi huma relatati mal-LTU mhijiex disponibbli. Għall-PO magħżula, l-indikaturi speċifiċi tar-riżultati tal-programmi relatati mal-persuni qiegħda fit-tul ġew stabbiliti fi tnejn mill-erba’ Stati Membri li eżaminajna (l-Irlanda u l-Italja).

67 Barra minn hekk, mhux l-Istati Membri kollha dejjem jużaw id-definizzjoni tal-LTU (għal skopijiet ta’ monitoraġġ tal-FSE) bl-istess mod. Fl-Italja, il-parteċipanti kienu kkunsidrati bħala qiegħda fit-tul jekk jaqilgħu inqas minn madwar EUR 8 000 fis-sena. Fl-Irlanda, dawk li jirċievu “assistenza għal persuni li qed ifittxu impjieg” jistgħu, skont ir-regoli nazzjonali, ikunu kompletament qiegħda jew jaħdmu sa tlett ijiem fil-ġimgħa. Bl-użu ta’ definizzjonijiet differenti tal-LTU, il-ħarsa ġenerali li jipprovdi l-indikatur komuni tal-output relatat mal-LTU hija neċessarjament inqas preċiża fir-rigward ta’ kemm fil-fatt intlaħqu persuni qiegħda fit-tul mill-FSE fil-livell tal-UE.

68 Ir-Regolament tal-FSE ma inkludiex indikatur komuni tar-riżultati li jimmira b’mod espliċitu l-persuni qiegħda fit-tul. L-Istati Membri jirrapportaw informazzjoni dwar ir-riżultati miksuba għall-persuni qiegħda fit-tul lejn il-miri permezz ta’ indikaturi tar-riżultati speċifiċi għall-programm dwar l-LTU, jekk tali indikaturi jkunu ġew definiti. Dawn l-indikaturi naturalment ivarjaw bejn il-PO. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu japplikaw metodi differenti, li jiddefinixxu l-miri jew skont il-proporzjonijiet jew skont l-għadd assolut ta’ parteċipanti.

69 L-istudji tal-Kummissjoni kienu diġà identifikaw diffikultajiet fl-aggregazzjoni tad-data b’mod sinifikattiv, u enfasizzaw dgħufijiet speċifiċi fis-sistemi ta’ monitoraġġ nazzjonali/tal-PO li kkawżaw problemi fit-tempestività tal-informazzjoni u l-preżentazzjoni xierqa tad-data[45]. Pereżempju, l-indikaturi tal-output ġew irrapportati fis-sena meta l-parteċipanti bdew jipparteċipaw f’operazzjoni[46]. Parteċipanti li waqfu qabel minn azzjoni (eż. billi ma kkompletawx it-taħriġ) xorta jkunu jiġu rrapportati fl-indikatur minħabba li l-FSE kellu jġarrab l-ispejjeż. Minħabba li xi azzjonijiet esperjenzaw rati għolja ta’ persuni li waqfu qabel (eż. fil-każ tal-PO Pollakk), li joperaw sempliċiment fuq il-bażi tal-għadd ta’ parteċipanti ma jiddifferenzjax bejn dawk li waqfu qabel u l-parteċipanti li rnexxew, u jipprovdi stampa impreċiża.

70 Aħna analizzajna l-indikaturi tal-prijorità ta’ investiment 8i għall-erba’ PO magħżula. Il-PO Irlandiżi u Taljani użaw kemm indikaturi komuni tal-output kif ukoll indikaturi tar-riżultati speċifiċi. Fil-każ tal-PO Slovakki u Pollakki, sibna li għalkemm il-persuni qiegħda fit-tul kienu fil-mira tal-indikatur komuni tal-output (CO02) u kienu jirrappreżentaw aktar minn nofs il-parteċipanti kollha fl-ambitu tal-prijorità ta’ investiment 8i (jiġifieri 70 % fil-PO Slovakk u aktar minn 50 % fil-PO Pollakk), l-ebda indikatur tar-riżultat speċifiku għall-programmi ma ġie stabbilit biex ikopri l-kisbiet relatati. F’termini assoluti, dan jikkonċerna 172 445 persuna qiegħda fit-tul li jipparteċipaw fis-Slovakkja u 27 395 fil-PO magħżul fil-Polonja.

71 Fir-rigward tal-perjodu 2021-2027, il-leġiżlazzjoni għadha ma tindirizzax lill-persuni qiegħda fit-tul b’mod speċifiku, jew tinkludi indikatur tar-riżultati komuni relatat mal-LTU. Il-pakkett leġiżlattiv għall-perjodu 2021-2027[47] jinkludi Objettiv Speċifiku “Jittejjeb l-aċċess għall-impjieg u l-miżuri ta’ attivazzjoni għall-persuni kollha li qed ifittxu impjieg, b’mod partikolari ż-żgħażagħ, speċjalment permezz tal-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, il-persuni qiegħda fit-tul u gruppi żvantaġġati fis-suq tax-xogħol, u għall-persuni inattivi filwaqt li jiġu promossi l-impjieg indipendenti” fl-ambitu ta’ Objettiv ta’ Politika usa’ “Ewropa aktar soċjali u inklużiva bl-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali”.

Ftit li xejn evalwazzjonijiet tal-appoġġ tal-FSE għall-persuni qiegħda fit-tul

72 Minbarra l-monitoraġġ regolari tagħha tal-FSE bbażat fuq rapporti annwali ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ twettaq ukoll evalwazzjonijiet speċifiċi biex tivvaluta r-riżultati miksuba bl-appoġġ tal-FSE. Evalwazzjonijiet f’waqthom u komprensivi jagħmluha aktar faċli biex jiġu applikati t-tagħlimiet meħuda għall-bqija tal-perjodu ta’ programmazzjoni attwali jew għal perjodi ta’ programmazzjoni futuri, u biex jinxterdu prattiki tajba potenzjali.

73 Matul il-perjodu 2014-2020, il-Kummissjoni ħarġet żewġ studji li rreferew għal-LTU[48].

74 L-istudji indikaw li l-awtoritajiet maniġerjali jwettqu ftit li xejn evalwazzjonijiet tal-appoġġ tal-FSE għal-LTU: minn total ta’ 205 evalwazzjonijiet ppubblikati fl-2017, 6 biss koprew dan l-appoġġ b’mod speċifiku. Is-sitwazzjoni ma kinitx tjiebet ħafna saż-żmien tal-awditjar: skont il-Kummissjoni, tmien evalwazzjonijiet koprew kwistjonijiet relatati mal-LTU. Barra minn hekk, iż-żewġ studji kkonfermaw li l-informazzjoni ta’ monitoraġġ tal-FSE kienet ta’ użu limitat għal skopijiet ta’ evalwazzjoni.

75 Minħabba din is-sitwazzjoni, il-valutazzjoni tal-effettività tal-miżuri tal-FSE ta’ “aċċess għall-impjiegi” għall-persuni qiegħda fit-tul tibqa’ sfida. Bħalissa mhuwiex possibbli li jiġi aċċertat sa liema punt il-miżuri tal-UE kkontribwixxew għal bidliet fir-rati tal-LTU, li varjaw b’mod sinifikanti bejn l-Istati Membri, inklużi l-benefiċjarji prinċipali tal-FSE (ara l-Anness I). Dan juri l-ħtieġa ta’ fehim aħjar ta’ jekk il-FSE jagħmilx differenza.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

76 Matul il-perjodu 2014-2020, il-miżuri tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) biex jappoġġaw “aċċess għall-impjiegi” laħqu bosta persuni li ilhom ifittxu impjieg permezz ta’ tipi differenti ta’ intervent, għalkemm ma kinux immirati speċifikament għalihom. Billi l-prijoritajiet ta’ investiment koprew oqsma ta’ politika minflok gruppi fil-mira, ma kien hemm l-ebda prijorità ta’ investiment iddedikata, u l-persuni qiegħda fit-tul normalment kienu ttrattati bħala parti minn grupp usa’ tal-persuni qiegħda kollha. Barra minn hekk, il-miżuri mhux dejjem irriflettew il-livell tal-qgħad fit-tul fl-Istati Membri (ara l-paragrafi 35-51).

77 L-implimentazzjoni tal-miżuri tal-FSE ġeneralment ma kinitx marbuta ma’ approċċ individwalizzat. Għalkemm is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi setgħu applikaw l-approċċ individwalizzat għal persuni qiegħda fit-tul individwali bħala parti mill-politiki attivi tas-suq tax-xogħol nazzjonali tagħhom, id-dokumenti li fihom l-informazzjoni la ġew ikkomunikati lill-korpi li jimplimentaw l-azzjonijiet tal-FSE, u dawn il-korpi lanqas ma talbu speċifikament li jintbagħtulhom. Barra minn hekk, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill daħlet fis-seħħ wara li inizjalment kienu ġew adottati programmi operattivi, u l-programmi operattivi ġeneralment ma ġewx emendati kif meħtieġ. Għalkemm din ir-rabta ma kinitx prerekwiżit għall-appoġġ tal-FSE, in-nuqqas tagħha jista’ jillimita l-valur miżjud tal-interventi appoġġati mill-FSE meta jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni qiegħda fit-tul (ara l-paragrafi 52-61).

78 Aħna identifikajna għadd ta’ nuqqasijiet fil-qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni tal-FSE 2014-2020 li jistgħu jipprevjenu lill-Kummissjoni milli tikseb stampa sħiħa tal-effettività tal-interventi tal-FSE fir-rigward tal-appoġġ relatat mal-qgħad fit-tul (LTU). B’mod partikolari, ma hemm l-ebda indikatur komuni tar-riżultati relatat mal-LTU, u l-indikatur komuni tal-output relatat mal-LTU mhux dejjem jintuża għall-iffissar tal-miri. Dan jagħmilha diffiċli li jsir monitoraġġ tal-kisbiet tal-FSE għall-persuni qiegħda fit-tul. Barra minn hekk, hemm ftit evalwazzjonijiet relatati mal-LTU (ara l-paragrafi 62-75).

79 Il-pandemija tal-COVID-19 jista’ jkollha impatt detrimentali fuq l-għadd u s-sitwazzjoni tal-persuni qiegħda fit-tul. F’dan l-isfond, nagħmlu t-tliet rakkomandazzjonijiet li ġejjin, li kollha jirreferu għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027 il-ġdid u għandhom l-għan li jtejbu l-ipprogrammar sabiex jgħinu aħjar lill-persuni qiegħda fit-tul tal-UE.

Rakkomandazzjoni 1 – L-għan tal-appoġġ tal-FSE għal “aċċess għall-impjiegi” għall-persuni qiegħda fit-tul fejn l-LTU jkun għoli

Għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027, il-Kummissjoni għandha tinsisti li l-Istati Membri jimmiraw speċifikament il-persuni qiegħda fit-tul u l-ħtiġijiet tagħhom permezz tal-FSE+ fejn l-LTU nazzjonali jew reġjonali jkunu għoljin.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: Fiż-żmien tal-adozzjoni (jew tal-emenda) tal-programmi tal-FSE+ 2021-2027.

Rakkomandazzjoni 2 – Rabta tal-appoġġ tal-FSE għal “aċċess għall-impjiegi” għal approċċ individwalizzat għall-persuni qiegħda fit-tul

Il-Kummissjoni għandha tinsisti li l-Istati Membri japplikaw approċċ individwalizzat għall-persuni kollha qiegħda fit-tul meta jkunu qed jiġu implimentati miżuri ta’ “aċċess għall-impjiegi” fl-ambitu tal-FSE+ il-ġdid, billi jqisu l-profili tal-persuni li qed ifittxu impjieg u valutazzjoni tal-ħtiġijiet tagħhom.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: Fiż-żmien tal-adozzjoni (jew tal-emenda) tal-programmi tal-FSE+ 2021-2027.

Rakkomandazzjoni 3 – Evalwazzjoni tar-riżultati miksuba mill-appoġġ tal-FSE għal “aċċess għall-impjiegi” f’termini tal-LTU

Bħala parti mill-evalwazzjoni ex post għall-perjodu 2014-2020 u l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu għall-perjodu 2021-2027 il-ġdid, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-effettività tal-miżuri ta’ “aċċess għall-impjiegi” għall-persuni qiegħda fit-tul. Il-konklużjonijiet ta’ dawn l-evalwazzjonijiet għandhom iwasslu għal azzjonijiet ta’ rispons fi ħdan il-mandat tagħha (bħal li jitqiesu meta jiġu vvalutati l-emendi tal-programmi wara l-2025 meta rilevanti), u għat-tixrid ta’ prattiki tajbin bejn l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ “aċċess għall-impjiegi” fl-Istati Membri.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: Sal-ewwel kwart tal-2025 għall-evalwazzjonijiet ex post u ta’ nofs it-terminu.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla II, immexxija mis-Sinjura Iliana Ivanova, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fit-28 ta’ Ottubru 2021.

 

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE
Il-President

Annessi

Anness I – Għadd ta’ persuni qiegħda fit-tul, sehem tal-LTU u r-rata tal-LTU fl-UE, 2009-2020

Total ta’ persuni qiegħda fit-tul (bejn 15-il sena u 74 sena, eluf)

  2009 2010 2011 2012 2013 2014 2015 2016 2017 2018 2019 2020
EU-27 6.507 8.260 8.971 10.247 11.445 11.430 10.404 9.203 7.951 6.823 5.891 5.264
BE 168 197 167 165 192 211 218 201 172 146 119 118
BG 103 162 210 226 250 232 187 146 114 101 81 76
CZ 106 157 142 159 160 141 127 89 54 37 33 30
DK 17 42 51 60 51 48 47 36 35 29 25 28
DE 1.450 1.333 1.141 1.003 968 919 851 723 675 601 520 489
EE 25 52 49 37 26 22 16 15 13 9 6 8
IE 81 155 195 204 178 147 121 98 71 50 39 32
EL 196 285 435 706 893 937 875 814 747 644 574 502
ES 989 1.700 2.085 2.578 3.006 2.965 2.609 2.167 1.742 1.452 1.229 1.133
FR 955 1.140 1.122 1.224 1.320 1.328 1.342 1.348 1.256 1.115 996 858
HR 99 125 158 189 202 191 193 121 84 61 43 38
IT 844 987 1.059 1.415 1.730 1.966 1.762 1.728 1.682 1.600 1.445 1.191
CY 2 5 7 15 26 33 29 24 19 12 9 10
LV 50 93 91 81 58 46 44 40 32 30 23 21
LT 50 113 119 97 74 71 57 45 39 29 28 36
LU 3 3 3 4 5 4 5 6 6 4 4 5
HU 173 230 222 214 214 163 140 109 77 66 51 52
MT 5 7 7 7 7 6 6 5 5 4 2 3
NL 95 116 140 170 226 258 264 223 173 128 95 83
AT 48 52 51 52 57 67 74 87 83 64 51 60
PL 428 513 617 706 761 669 512 372 262 177 120 107
PT 228 307 333 408 482 433 371 317 231 160 145 117
RO 215 225 271 277 295 258 274 265 186 167 150 135
SI 18 33 37 43 52 53 47 42 32 23 20 20
SK 175 249 248 254 271 252 207 160 140 111 92 87
FI 37 53 46 44 45 51 61 61 57 44 32 33
SE 54 77 74 74 73 75 76 68 67 60 51 63

Nota: Skont il-Kummissjoni, f’Ottubru 2021 kien hemm reviżjoni importanti (’l isfel) għal Franza minħabba titjib metodoloġiku.

Sors: Eurostat (tabella bit-tikketta “une_ltu_a”, estratta f’Lulju 2021.

LTUs bħala perċentwal tal-qgħad (bejn 15 u 74 sena)

  2009 2010 2011 2012 2013 2014 2015 2016 2017 2018 2019 2020
EU-27 34,2 40,6 43,9 45,4 48,3 50,4 49,6 48,0 46,3 44,4 41,4 35,4
BE 44,2 48,7 48,3 44,6 46,0 49,9 51,7 51,6 48,6 48,7 43,5 41,6
BG 43,3 46,1 55,7 55,2 57,3 60,4 61,2 59,1 55,0 58,4 56,6 45,0
CZ 30,0 40,9 40,6 43,4 43,4 43,5 47,3 42,1 35,0 30,5 30,0 22,1
DK 9,0 18,7 22,7 26,6 24,5 24,3 25,7 20,4 20,5 19,1 16,4 16,4
DE 44,9 46,8 47,6 45,1 44,4 44,0 43,6 40,8 41,7 40,9 37,8 29,6
EE 27,3 45,3 57,3 54,7 44,5 45,3 38,3 31,6 33,5 24,9 20,0 17,1
IE 27,9 47,3 56,8 59,3 57,7 55,1 53,6 50,5 44,9 36,3 32,1 23,6
EL 40,4 44,6 49,3 59,1 67,1 73,5 73,1 72,0 72,8 70,3 70,1 66,5
ES 23,8 36,6 41,6 44,4 49,7 52,8 51,6 48,4 44,5 41,7 37,8 32,1
FR 36,4 42,5 42,1 42,9 43,6 43,9 43,9 45,4 45,1 41,6 40,0 36,5
HR 55,7 56,3 61,3 63,7 63,6 58,3 63,1 50,7 41,0 40,2 35,8 28,1
IT 44,3 48,0 51,4 52,6 56,4 60,8 58,1 57,4 57,8 58,1 56,0 51,5
CY 10,4 20,4 20,8 30,1 38,3 47,7 45,6 44,4 40,6 31,7 29,1 28,1
LV 25,8 45,0 54,5 52,1 48,4 42,9 45,3 41,4 37,6 41,6 38,0 27,3
LT 23,7 41,7 52,1 49,2 42,9 44,7 42,9 38,3 37,6 32,2 30,6 29,0
LU 23,1 29,3 28,8 30,3 30,4 27,4 28,4 34,8 38,1 24,7 22,8 25,5
HU 41,5 48,9 47,6 45,3 48,6 47,5 45,6 46,5 40,4 38,5 31,9 26,2
MT 42,0 59,5 60,3 61,3 57,3 51,1 50,1 50,5 50,8 48,1 25,1 25,5
NL 25,1 26,8 32,3 32,9 34,9 39,2 42,9 41,5 39,5 36,6 30,3 23,2
AT 21,7 25,4 26,3 24,9 24,6 27,2 29,2 32,3 33,4 28,9 25,1 24,5
PL 30,3 31,1 37,2 40,3 42,5 42,7 39,3 35,0 31,0 26,9 21,6 20,0
PT 44,0 52,0 48,4 48,8 56,4 59,6 57,4 55,4 49,9 43,7 42,6 33,3
RO 31,6 34,5 41,0 44,2 45,2 41,1 43,9 50,0 41,4 44,1 42,4 29,9
SI 30,1 43,3 44,2 47,9 51,0 54,5 52,3 53,3 47,5 42,9 43,0 38,8
SK 54,0 64,0 67,9 67,3 70,2 70,2 65,8 60,2 62,4 61,8 58,2 47,8
FI 16,7 23,8 22,0 21,2 20,6 22,1 24,4 25,7 24,2 21,8 17,6 15,4
SE 13,1 18,1 19,0 18,3 17,7 18,2 19,6 18,3 18,5 17,2 13,7 13,9

Nota: Skont il-Kummissjoni, f’Ottubru 2021 kien hemm reviżjoni importanti (’l isfel) għal Franza minħabba titjib metodoloġiku.

Sors: Eurostat (tabella bit-tikketta “une_ltu_a”, estratta f’Lulju 2021).

LTUs bħala perċentwal tal-popolazzjoni attiva (bejn 15 u 74 sena)

  2009 2010 2011 2012 2013 2014 2015 2016 2017 2018 2019 2020
EU-27 3,1 4,0 4,3 4,9 5,5 5,5 5,0 4,4 3,8 3,2 2,8 2,5
BE 3,5 4,0 3,5 3,4 3,9 4,3 4,4 4,0 3,5 2,9 2,3 2,3
BG 3,0 4,7 6,3 6,8 7,4 6,9 5,6 4,5 3,4 3,0 2,4 2,3
CZ 2,0 3,0 2,7 3,0 3,0 2,7 2,4 1,7 1,0 0,7 0,6 0,6
DK 0,6 1,4 1,8 2,1 1,8 1,7 1,6 1,2 1,2 1,0 0,8 0,9
DE 3,5 3,3 2,8 2,4 2,3 2,2 2,0 1,7 1,6 1,4 1,2 1,1
EE 3,7 7,6 7,1 5,5 3,8 3,3 2,4 2,1 1,9 1,3 0,9 1,2
IE 3,5 6,9 8,8 9,2 8,0 6,6 5,3 4,2 3,0 2,1 1,6 1,3
EL 3,9 5,7 8,8 14,5 18,5 19,5 18,2 17,0 15,6 13,6 12,2 10,9
ES 4,3 7,3 8,9 11,0 13,0 12,9 11,4 9,5 7,7 6,4 5,3 5,0
FR 3,3 3,9 3,9 4,2 4,5 4,5 4,6 4,6 4,2 3,8 3,4 2,9
HR 5,1 6,6 8,4 10,2 11,0 10,1 10,2 6,6 4,6 3,4 2,4 2,1
IT 3,4 4,0 4,3 5,6 6,9 7,7 6,9 6,7 6,5 6,2 5,6 4,7
CY 0,6 1,3 1,6 3,6 6,1 7,7 6,8 5,8 4,5 2,7 2,1 2,1
LV 4,5 8,8 8,8 7,8 5,7 4,6 4,5 4,0 3,3 3,1 2,4 2,2
LT 3,3 7,4 8,0 6,6 5,1 4,8 3,9 3,0 2,7 2,0 1,9 2,5
LU 1,2 1,3 1,4 1,6 1,8 1,6 1,9 2,2 2,1 1,4 1,3 1,7
HU 4,2 5,5 5,2 5,0 4,9 3,7 3,1 2,4 1,7 1,4 1,1 1,1
MT 2,9 4,1 3,9 3,8 3,5 2,9 2,7 2,4 2,0 1,8 0,9 1,1
NL 1,1 1,3 1,6 1,9 2,5 2,9 3,0 2,5 1,9 1,4 1,0 0,9
AT 1,2 1,2 1,2 1,2 1,3 1,5 1,7 1,9 1,8 1,4 1,1 1,3
PL 2,5 3,0 3,6 4,1 4,4 3,8 3,0 2,2 1,5 1,0 0,7 0,6
PT 4,2 5,7 6,2 7,7 9,3 8,4 7,2 6,2 4,5 3,1 2,8 2,3
RO 2,2 2,4 2,9 3,0 3,2 2,8 3,0 3,0 2,0 1,8 1,7 1,5
SI 1,8 3,2 3,6 4,3 5,2 5,3 4,7 4,3 3,1 2,2 1,9 1,9
SK 6,5 9,2 9,2 9,4 10,0 9,3 7,6 5,8 5,1 4,0 3,4 3,2
FI 1,4 2,0 1,7 1,6 1,7 1,9 2,3 2,3 2,1 1,6 1,2 1,2
SE 1,1 1,6 1,5 1,5 1,4 1,4 1,5 1,3 1,2 1,1 0,9 1,1

Nota: Skont il-Kummissjoni, f’Ottubru 2021 kien hemm reviżjoni importanti (’l isfel) għal Franza minħabba titjib metodoloġiku.

Sors: Eurostat (tabella bit-tikketta “une_ltu_a”, estratta f’Lulju 2021.

Anness II – Rati ta’ tranżizzjoni għall-impjieg

Ir-rati ta’ tranżizzjoni annwali (%) għall-impjiegi għall-persuni qiegħda għal żmien qasir (STUs) u għall-persuni qiegħda fit-tul (LTUs)

Stat Membru 2013 2020
STUs LTUs STUs LTUs
BE - - 31 6
BG 14 5 20 6
CZ 20 9 25 7
DK 38 27 36 29
EE 21 14 29 16
IE 20 7 29 11
EL 7 2 15 3
ES 20 8 27 9
FR 26 13 27 12
HR 14 7 19 12
IT 20 7 22 7
CY 18 8 28 11
LV 27 13 25 13
LT 17 8 21 6
HU 24 11 34 11
NL 22 14 33 16
AT 32 14 32 13
PL 14 9 26 12
PT 21 15 30 18
RO 13 5 17 7
SI 22 14 29 11
SK 11 5 20 4
FI 28 15 31 14
SE 27 14 25 16
EU1 21 11 25 11

1 Medja mhux ponderata għall-UE, ikkalkolata mingħajr data għall-Ġermanja, għal-Lussemburgu, għal Malta u għar-Renju Unit.

Sors: il-QEA, ibbażat fuq data sperimentali tal-Eurostat (tabella bit-tikketta “lfsi_long_e01”, estratta f’Mejju 2021)

Anness III – Allokazzjoni tal-FSE għall-prijorità ta’ investiment 8i, u rata ta’ implimentazzjoni

Allokazzjoni u implimentazzjoni tal-prijorità ta’ investiment 8i skont l-Istat Membru – 2020 (euro)

Stat Membru Ammont ippjanat tal-UE Spejjeż eliġibbli tal-UE - magħżula Nefqa eliġibbli tal-UE ddikjarata
BE 191 903 026 190 193 535 91 593 488
BG 238 079 679 - -
CZ 627 949 296 669 094 561 472 560 439
DE 43 899 353 49 987 988 31 250 981
EE 203 605 301 201 506 275 108 493 852
IE 137 020 369 137 020 369 69 252 967
EL 689 350 453 794 455 737 458 807 042
ES 1 165 396 613 1 403 342 253 713 153 320
FR 367 899 226 359 611 511 245 119 000
HR 249 084 283 224 992 196 50 968 076
IT 1 520 782 811 1 768 843 027 968 963 837
CY 9 255 000 11 448 330 9 254 166
LV 94 139 809 86 913 527 63 560 140
LT 355 400 146 358 753 273 294 828 926
LU 4 461 245 5 427 330 3 247 649
HU 1 013 454 498 833 491 384 602 099 375
MT 16 000 000 17 239 651 9 130 739
NL 25 146 085 27 923 935 12 878 687
AT 15 099 649 12 814 761 6 572 665
PL 1 625 458 684 1 387 268 530 1 027 041 808
PT 618 925 842 452 338 709 345 569 403
RO 527 453 819 517 392 594 237 369 693
SI 162 066 573 201 538 688 78 947 785
SK 1 218 722 796 933 919 506 531 679 661
FI 163 663 349 148 844 521 96 398 659
SE 130 371 130 186 072 279 101 043 073
EU 11 414 589 036 10 980 434 469 6 629 785 433

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq data tal-Kummissjoni (estratta f’Lulju 2021).

Akronimi u abbrevjazzjonijiet

ALMP: Politika attiva tas-suq tax-xogħol

CO: Indikatur komuni tal-output

DĠ EMPL: Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

EMCO: Kumitat tal-Impjiegi

ETB: Bord tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ

FSE: Fond Soċjali Ewropew

FSE+: Fond Soċjali Ewropew Plus

LTU: Qgħad fit-tul

LTUs: Persuni qiegħda fit-tul

NUTS 2: Klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika

OECD: Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi

PO: Programm operazzjonali

RDK: Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni

STUs: Persuni qiegħda għal żmien qasir

SURE: Strument Ewropew għal Appoġġ temporanju biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza

Glossarju

Disponibbli għax-xogħol iżda mhumiex ifittxu: Skont id-definizzjoni tal-Eurostat, il-persuni “disponibbli għax-xogħol iżda mhumiex ifittxu” huma “persuni ta’ bejn 15 u 74 sena li la huma impjegati u lanqas qiegħda li jixtiequ jaħdmu, huma disponibbli għax-xogħol fil-ġimagħtejn li ġejjin iżda ma jfittxux xogħol”. Dan l-indikatur ikopri persuni mingħajr impjieg li ma jikkwalifikawx biex jiġu rreġistrati bħala qiegħda minħabba li mhumiex qed ifittxu impjieg b’mod attiv. Dan jinkludi persuni “skoraġġuti” li qed ifittxu impjieg u dawk li ma jitħallewx ifittxu impjieg minħabba ċirkostanzi personali jew familjari.

Effett ta’ skrematura: L-effettività tal-ALMPs tista’ tiġi mminata mill-effett ta’ skrematura, li fih huma biss dawk il-ħaddiema bi probabbiltajiet għolja ta’ impjieg li jintgħażlu għall-parteċipazzjoni. Dan huwa partikolarment rilevanti jekk il-ħaddiema inkarigati mill-każ jassenjaw ħaddiema għall-ALMPs, u jkollhom inċentiv biex juru li l-klijenti tagħhom għandhom rata tajba ta’ impjieg mill-ġdid.

Eurofound: Aġenzija tal-UE li r-rwol tagħha huwa li tipprovdi informazzjoni, pariri u għarfien espert fil-qasam tal-politika soċjali tal-UE abbażi ta’ informazzjoni, riċerka u analiżi komparattivi.

Fond Soċjali Ewropew (FSE): Għandu l-għan li jsaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali fl-Unjoni Ewropea billi jtejjeb l-opportunitajiet ta’ impjiegi u ta’ xogħlijiet (prinċipalment permezz ta’ miżuri ta’ taħriġ), iħeġġeġ livell għoli ta’ impjiegi, u joħloq aktar impjiegi u impjiegi aħjar.

Ġestjoni kondiviża: Metodu ta’ implimentazzjoni tal-baġit tal-UE, li fih il-Kummissjoni tiddelega l-implimentazzjoni lill-Istati Membri, filwaqt li żżomm ir-responsabbiltà finali.

Indikaturi tal-output: Valuri li jintużaw biex jitkejlu l-outputs tal-operazzjonijiet appoġġati jew outputs fil-livell tal-programmi operattivi.

Indikaturi tar-riżultati: Valuri li jintużaw biex jitkejlu r-riżultati ġġenerati minn proġetti appoġġati, jew ir-riżultati miksuba fil-livell tal-programmi operattivi.

Kondizzjonalitajiet ex ante: Kondizzjonijiet, ibbażati fuq kriterji predefiniti stipulati fir-RDK, li huma meqjusa bħala prerekwiżiti għall-użu effettiv u effiċjenti tal-finanzjament tal-UE għall-fondi SIE kollha. Meta kienu qed iħejju l-PO tal-FEŻR, tal-FK u tal-FSE għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, l-Istati Membri jridu jivvalutaw jekk dawn il-kondizzjonijiet ikunux ġew issodisfati. Jekk dawn ma kinux, kien hemm il-ħtieġa li jitħejjew pjanijiet ta’ azzjoni biex jiġi żgurat li l-kondizzjonijiet ikunu ġew issodisfati sal-31 ta’ Diċembru 2016.

Kumitat ta’ Monitoraġġ: Kumitat li jimmonitorja l-implimentazzjoni ta’ PO. Huwa magħmul minn “rappreżentanti tal-awtoritajiet tal-Istat Membru rilevanti” (eż. rappreżentanti tal-awtoritajiet maniġerjali, ta’ ċertifikazzjoni u tal-awditjar, korpi ta’ implimentazzjoni, organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem jew tal-impjegati, u s-soċjetà ċivili). Il-Kummissjoni għandha wkoll rwol ta’ osservatur.

Kumitat tal-Impjiegi (EMCO): Il-Kumitat konsultattiv prinċipali tal-Kunsill għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali fil-qasam tal-impjiegi.

Politika ta’ Koeżjoni: Wieħed mill-akbar oqsma ta’ politika li fuqhom jintefaq il-baġit tal-UE. Hija għandha l-għan li tnaqqas id-disparitajiet fl-iżvilupp bejn reġjuni differenti, tirristruttura żoni industrijali li jkunu sejrin lura u tiddiversifika żoni rurali, kif ukoll li tħeġġeġ il-kooperazzjoni transfruntiera, transnazzjonali u interreġjonali. Hija ffinanzjata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Fond ta’ Koeżjoni (FK).

Programm Operazzjonali (PO): Il-qafas bażiku għall-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ koeżjoni ffinanzjati mill-UE f’perjodu stabbilit, li jirrifletti l-prijoritajiet u l-objettivi stabbiliti fil-ftehimiet ta’ sħubija bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri individwali. Il-proġetti fi ħdan PO jridu jikkontribwixxu għal ċertu għadd ta’ objettivi speċifikati fil-livell tal-UE tal-assi prijoritarji tal-PO. Il-finanzjament tal-PO jista’ jiġi mill-FEŻR, mill-FK u/jew mill-FSE. PO jitħejja minn Stat Membru u jrid jiġi approvat mill-Kummissjoni qabel ma jkunu jistgħu jsiru xi pagamenti mill-baġit tal-UE. Il-PO jistgħu jiġu modifikati biss matul il-perjodu ta’ programmazzjoni jekk iż-żewġ partijiet jaqblu dwar dan.

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill: Strument ta’ azzjoni indiretta li għandu l-għan li jħejji l-leġiżlazzjoni fl-Istati Membri. Ir-rakkomandazzjonijiet huma differenti mir-regolamenti, mid-direttivi u mid-deċiżjonijiet fis-sens li mhumiex vinkolanti fuq l-Istati Membri. Għalkemm ma għandhomx forza legali, dawn għandhom piż politiku.

Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi (CSRs): Dokumenti mħejjija mill-Kummissjoni Ewropea għal kull pajjiż li janalizzaw is-sitwazzjoni ekonomika tiegħu u jipprovdu rakkomandazzjonijiet dwar miżuri li għandu jadotta fuq perjodu ta’ bejn 12 u 18-il xahar.

Semestru Ewropew: Ċiklu ta’ koordinazzjoni tal-politika ekonomika u fiskali fl-UE. Huwa parti mill-qafas ta’ governanza ekonomika tal-Unjoni Ewropea, b’enfasi fuq il-perjodu ta’ sitt xhur mill-bidu ta’ kull sena, u għalhekk iġib l-isem ta’: is-“semestru”. Matul is-Semestru Ewropew, l-Istati Membri jallinjaw il-politiki baġitarji u ekonomiċi tagħhom mal-objettivi u r-regoli li dwarhom ikun intlaħaq qbil fil-livell tal-UE.

Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi: Organizzazzjonijiet nazzjonali responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ politiki attivi tas-suq tax-xogħol u li jipprovdu servizzi tal-impjiegi ta’ kwalità fl-interess pubbliku. Dawn jistgħu jkunu parti minn ministeri, korpi pubbliċi jew korporazzjonijiet rilevanti li jaqgħu taħt il-liġi pubblika.

Strateġija Ewropa 2020: L-istrateġija tat-tkabbir tal-UE biex tirkupra mill-kriżi għall-10 snin li ġejjin, maqsuma f’5 miri ewlenin li jkopru: l-impjiegi, ir-riċerka u l-iżvilupp; il-klima/l-enerġija; l-edukazzjoni; l-inklużjoni soċjali u t-tnaqqis tal-faqar.

Tim tal-awditjar

Ir-rapporti speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditi li twettaq ta’ politiki u programmi tal-UE, jew ta’ suġġetti relatati mal-ġestjoni minn oqsma baġitarji speċifiċi. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar bil-għan li tħalli impatt massimu b’kunsiderazzjoni tar-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta’ introjtu jew ta’ nfiq involut, l-iżviluppi futuri u l-interess politiku u pubbliku.

Dan l-awditu tal-prestazzjoni twettaq mill-Awla tal-Awditjar II Investiment għall-oqsma ta’ nfiq ta’ koeżjoni, tkabbir u inklużjoni, li hija mmexxija mill-Membru tal-QEA Iliana Ivanova. L-awditu kien immexxi mill-Membru tal-QEA Lazaros S. Lazarou, appoġġat minn Johan Adriaan Lok, Kap tal-Kabinett, u Agathoclis Argyrou, Attaché tal-Kabinett; Pietro Puricella, Maniġer Prinċipali; Fernando Pascual Gil, Kap tal-Kompitu; Aleksandra Klis‑Lemieszonek, Viċi Kap tal-Kompitu; Marjeta Leskovar, Marija Grgurić, Zuzana Gullova u Petra Karkosova, Awdituri. Mark Smith, Miłosz Aponowicz, Tomasz Surdykowski u Paola Magnanelli pprovdew appoġġ lingwistiku.

Noti finali

[1] Il-Kummissjoni Ewropea, “The feasibility of developing a methodology for measuring the distance travelled and soft outcomes for long-term unemployed people participating in Active Labour Market Programmes”, Rapport finali, 2019.

[2] Bertelsmann Stiftung, “Long-term Unemployment in the EU: Trends and Policies”, 2016.

[3] Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2016 dwar l-integrazzjoni tal-persuni li ilhom qiegħda fis-suq tax-xogħol (2016/C 67/01).

[4] Il-Kummissjoni Ewropea, “The feasibility of developing a methodology for measuring the distance travelled and soft outcomes for long-term unemployed people participating in Active Labour Market Programmes”, Rapport finali, 2019.

[5] Glossarju ta’ termini tal-Eurostat.

[6] Il-Belġju, il-Bulgarija, il-Greċja, Franza, l-Italja, is-Slovenja u s-Slovakkja.

[7] Il-Bulgarija, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, il-Kroazja, l-Italja, Malta, il-Portugall, is-Slovenja u s-Slovakkja.

[8] Il-Kummissjoni Ewropea, “Employment and Social Developments in Europe”, Settembru 2019.

[9] It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 149.

[10] Il-Kummissjoni Ewropea, “Ewropa 2020 - Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv”, COM(2010) 2020 final.

[11] Il-Kummissjoni Ewropea, “Aġenda għall-ħiliet ġodda u l-impjiegi: Kontribut Ewropew lejn livell massimu ta’ impjiegi”, COM(2010) 682 final.

[12] Glossarju ta’ termini tal-OECD.

[13] Il-Kummissjoni Ewropea, “The feasibility of developing a methodology for measuring the distance travelled and soft outcomes for long-term unemployed people participating in Active Labour Market Programmes”, Rapport finali, 2019.

[14] Il-Kummissjoni Ewropea, “European Semester Thematic Factsheet – Active Labour Market Policies”, Novembru 2017.

[15] Abbażi tad-data għal 26 Stat Membru, li ma jinkludux ir-Renju Unit u Malta.

[16] Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, “Prinċipju 4: Appoġġ attiv għall-impjiegi”.

[17] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2010 dwar il-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri, 2010/707/UE, l-Anness, il-Linja Gwida 7: Iż-żieda fil-parteċipazzjoni tan-nisa u l-irġiel fis-suq tax-xogħol, it-tnaqqis tal-qgħad strutturali u l-promozzjoni tal-kwalità tax-xogħol Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1848 tal-5 ta’ Ottubru 2015 dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri għall-2015, l-Anness, il-Linja Gwida 6: Insaħħu l-provvista tax-xogħol, il-ħiliet u l-kompetenzi. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1215 tas-16 ta’ Lulju 2018 dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri.

[18] Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2016 dwar l-integrazzjoni tal-persuni li ilhom qiegħda fis-suq tax-xogħol (2016/C 67/01).

[19] Il-Kummissjoni Ewropea, “Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill, Evalwazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-integrazzjoni tal-persuni qiegħda fit-tul fis-suq tax-xogħol”, COM (2019) 169 final.

[20] Ir-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006.

[21] Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006.

[22] Il-prijorità ta’ investiment 9i (“Inklużjoni attiva, inkluż bil-ħsieb li jiġu promossi opportunitajiet indaqs u parteċipazzjoni attiva, u titjib tal-impjegabbiltà”) tappoġġa wkoll lill-persuni qiegħda fit-tul, iżda ġeneralment tipprovdi tip differenti ta’ assistenza b’enfasi usa’ fuq l-inklużjoni soċjali.

[23] Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19, ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1.

[24] Rapport Analitiku tal-QEA 06/2020, “Riskji, sfidi u opportunitajiet fir-rispons tal-politika ekonomika tal-UE għall-kriżi tal-COVID-19”. OECD “Job retention schemes during the COVID-19 lockdown and beyond”, aġġornat fit-12 ta’ Ottubru 2020.

[25] OECD, “Employment Outlook 2020”. Il-Kummissjoni Ewropea, “European Economic Forecast, Spring 2021”, Dokument istituzzjonali 149, Mejju 2021.

[26] L-Irlanda (Programm għall-Impjegabbiltà, l-Inklużjoni u t-Tagħlim 2014-2020), l-Italja (Programm Operazzjonali Nazzjonali dwar is-Sistemi għal Politiki Attivi dwar l-Impjiegi), il-Polonja (Programm Operazzjonali Reġjonali tal-Voivodship ta’ Silesia tal-2014-2020) u s-Slovakkja (Programm Operazzjonali dwar ir-Riżorsi Umani tal-2014-2020).

[27] Il-Kummissjoni Ewropea, “Study for the Evaluation of ESF support to Employment and Labour Mobility”, Ġunju 2020, p. 26.

[28] Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni u r-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew.

[29] Abbażi tad-data tal-Kummissjoni.

[30] Il-Belġju, il-Kroazja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja u Spanja.

[31] Il-Kummissjoni Ewropea, “Thematic note on the ESF and YEI support to long-term unemployed (LTU) and the implementation of Council Recommendation on integration of LTU into the labour market”, Jannar 2019.

[32] Il-Kummissjoni Ewropea, Ismeri, IES u Ecorys,: “Pilot and feasibility study on the sustainability and effectiveness of results for European Social Fund participants using Counterfactual impact evaluations”, Lulju 2019.

[33] Il-Kummissjoni Ewropea, “The feasibility of developing a methodology for measuring the distance travelled and soft outcomes for long-term unemployed people participating in Active Labour Market Programmes”, Rapport finali, Lulju 2019.

[34] Il-Kummissjoni Ewropea, “Thematic note on the ESF and YEI support to long-term unemployed (LTU) and the implementation of Council Recommendation on integration of LTU into the labour market”, Jannar 2019.

[35] Il-Voivodship ta’ Silesia, “Evaluation of the OPs contribution to achieving the objectives of Priority Axis VII: Regional Labour Market”, Lulju 2020.

[36] Rapport tal-2020 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-prestazzjoni tal-baġit tal-UE – Status fi tmiem tal-2020, il-paragrafu 3.45.

[37] Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni Ewropea, “Analytical Supporting Document accompanying the document Proposal for a Council Recommendation”, SWD(2015) 176 final.

[38] Ir-rapport Speċjali 24/2021tal-QEA, “Performance-based financing in Cohesion policy: worthy ambitions, but obstacles remained in the 2014-2020 period” (Finanzjament ibbażat fuq il-prestazzjoni tal-baġit tal-UE fil-politika tal-koeżjoni: ambizzjonijiet kbar, iżda l-ostakoli jibqgħu fil-perjodu ta’ bejn l-2014 u l-2020), paragrafu 26.

[39] Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni Ewropea “Country Report Ireland 2015 Including an In-Depth Review on the prevention and correction of macroeconomic imbalances”, SWD(2015) 27 final; Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, “Country Report Slovakia 2018”, COM(2018) 120 final; Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, “Country Report Slovakia 2020”, COM(2020) 150 final.

[40] Il-Kummissjoni Ewropea, “Thematic note on the ESF and YEI support to long-term unemployed (LTU) and the implementation of Council Recommendation on integration of LTU into the labour market”, Jannar 2019.

[41] Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi tal-24 ta’ Ġunju 2021.

[42] Ir-Regolament (UE) 2021/1060, l-Artikolu 15.

[43] Ir-Regolament (UE) 2021/1060, l-Artikolu 73.2(b).

[44] Ir-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006, Anness.

[45] Il-Kummissjoni Ewropea, “Study on the monitoring and evaluation systems of the ESF, Final report”, Mejju 2018.

[46] Il-Kummissjoni Ewropea, “Guidance document: Annex D - Practical guidance on data collection and validation’, Mejju 2016.

[47] Ir-Regolament (UE) 2021/1060 u r-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013, tal-24 ta’ Ġunju 2021.

[48] Il-Kummissjoni Ewropea, “Thematic note on the ESF and YEI support to LTU and the Council Recommendation on integration of LTU into the labour market” ta’ Jannar 2019; u l-Kummissjoni Ewropea, “Study for the evaluation of ESF support to employment and labour mobility” ta’ Ġunju 2020.

Kuntatt

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors

Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (https://europa.eu).

Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2021

PDF ISBN 978-92-847-7045-8 ISSN 1977-5741 doi:10.2865/468269 QJ-AB-21-025-MT-N
HTML ISBN 978-92-847-7031-1 ISSN 1977-5741 doi:10.2865/01 QJ-AB-21-025-MT-Q

DRITTIJIET TAL-AWTUR

© L-Unjoni Ewropea, 2021.

Il-politika tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) dwar l-użu mill-ġdid hija implimentata bid-Deċiżjoni Nru 6-2019 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-politika tad-data miftuħa u l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti.

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor (eż. f’avviżi individwali dwar id-drittijiet tal-awtur), il-kontenut tad-dokumenti tal-QEA, li huwa proprjetà tal-UE, huwa liċenzjat taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution 4.0 International (CC BY 4.0). Dan ifisser li l-użu mill-ġdid huwa awtorizzat, dment li l-awturi jingħataw kreditu xieraq u li l-bidliet jiġu indikati. Il-persuni li jużaw mill-ġdid dan il-kontenut ma jistgħux ibiddlu s-sinifikat jew il-messaġġ oriġinali tad-dokumenti. Il-QEA ma għandhiex tkun responsabbli għal kwalunkwe konsegwenza relatata mal-użu mill-ġdid.

Inti meħtieġ tikseb drittijiet addizzjonali ċari jekk kontenut speċifiku juri individwi privati identifikabbli, pereżempju f’ritratti li jkun fihom il-membri tal-persunal tal-QEA, jew jekk ikun jinkludi xogħlijiet ta’ parti terza. Fejn ikun inkiseb permess, tali permess għandu jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b’mod ċar kwalunkwe restrizzjoni dwar l-użu.

Biex tuża jew tirriproduċi kontenut li ma jkunx proprjetà tal-UE, inti jista’ jkun li jkollok titlob il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.

Software jew dokumenti li jkunu koperti mid-drittijiet ta’ proprjetà industrijali, bħal privattivi, trademarks, disinji rreġistrati, logos u ismijiet, huma esklużi mill-politika tal-QEA dwar l-użu mill-ġdid u inti ma għandekx il-liċenzja biex tużahom.

Il-familja ta’ Siti Web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan id-dominju europa.eu, tipprovdi links għal siti ta’ partijiet terzi. Peress li dawn ma jaqgħux taħt il-kontroll tal-QEA, inti mħeġġeġ biex teżamina l-politiki tagħhom dwar il-privatezza u d-drittijiet tal-awtur.

Użu tal-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Ma jistax isir użu mil-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tagħha minn qabel.

Kif tikkuntattja lill-UE

Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f'dan is-sit: https://europa.eu/european-union/contact_mt

Bit-telefown jew bil-posta elettronika
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:

  • bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
  • fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew
  • bil-posta elettronika permezz: https://europa.eu/european-union/contact_mt

Kif issib tagħrif dwar l-UE

Onlajn
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: https://europa.eu/european-union/index_mt

Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tniżżel mill-internet jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li xi wħud minnhom huma bla ħlas u xi oħrajn bil-ħlas, minn: https://op.europa.eu/mt/publications. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tal-informazzjoni lokali tiegħek (ara https://europa.eu/european-union/contact_mt).

Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1951 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: https://eur-lex.europa.eu

Data Miftuħa mill-UE
Il-portal tad-Data Miftuħa mill-UE (https://copenhagenizeindex.eu/) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-data mill-UE. Id-data tista’ titniżżel mill-internet u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.