Rapport Speċjali
Nru21 2017

Ekoloġizzazzjoni: skema aktar kumplessa ta’ appoġġ għall-introjtu, li għadha mhijiex ambjentalment effettiva

Dwar ir-rapport: L-agrikoltura, b’mod partikolari l-biedja intensiva, teżerċita impatt negattiv fuq l-ambjent u fuq il-klima. L-ekoloġizzazzjoni – pagament dirett li jippremja lill-bdiewa għal prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-kwalità tal-ħamrija, is-sekwestru tal-karbonju u l-bijodiversità – ġiet introdotta fl-2015, bħala mezz biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali u klimatika tal-Politika Agrikola Komuni tal-UE. Aħna sibna li, bil-mod ta’ kif qed tiġi implimentata attwalment, mhuwiex probabbli Ii I-ekologizzazzjoni se tilħaq dan l-objettiv, prinċipalment minħabba l-livell baxx ta’ rekwiżiti li, fil-biċċa l-kbira, jirriflettu l-prattika agrikola normali. Aħna nistmaw li l-ekoloġizzazzjoni wasslet għal bidla fil-prattika agrikola fuq madwar 5 % biss tal-art agrikola kollha fl-UE. Aħna għamilna għadd ta’ rakkomandazzjonijiet dwar kif għandhom jitfasslu strumenti ambjentali aktar effettivi għall-Politika Agrikola Komuni għal wara l-2020.

Din il-pubblikazzjoni hija disponibbli bi 23 lingwa fil-format li ġej:
PDF
PDF General Report

Sommarju eżekuttiv

I

L-ekoloġizzazzjoni (jew il-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni) hija tip ġdid ta’ pagament dirett lill-bdiewa li ġie introdott mar-riforma tal-2013 tal-Politika Agrikola Komuni (PAK). Hija kienet maħsuba għall-implimentazzjoni tal-prinċipju li l-bdiewa għandhom jiġu premjati għall-beni pubbliċi li huma jipprovdu. Permezz ta’ dan il-mekkaniżmu, l-ekoloġizzazzjoni kienet intenzjonata li ttejjeb il-prestazzjoni ambjentali tal-PAK.

II

Dan ir-rapport jippreżenta s-sejbiet tal-awditu tagħna dwar l-ekoloġizzazzjoni. Il-mistoqsija prinċipali tal-awditjar tagħna kienet jekk l-ekoloġizzazzjoni kinitx kapaċi ttejjeb il-prestazzjoni ambjentali u klimatika tal-PAK, f’konformità mal-objettiv stabbilit fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

III

Sabiex nirrispondu għal dik il-mistoqsija prinċipali tal-awditjar, aħna eżaminajna:

  • il-loġika ta’ intervent, jekk kinux jeżistu miri ċari u ambizzjużi biżżejjed għall-ekoloġizzazzjoni u l-ġustifikazzjoni għall-allokazzjoni baġitarja tal-politika;
  • il-benefiċċji li l-ekoloġizzazzjoni tista’ tkun mistennija li tipproduċi għall-ambjent u għall-klima;
  • il-kumplessità li l-ekoloġizzazzjoni żżid għall-PAK.
IV

B’mod ġenerali aħna nikkonkludu li, bil-mod ta’ kif qed tiġi implimentata attwalment, mhuwiex probabbli li l-ekoloġizzazzjoni se ttejjeb il-prestazzjoni ambjentali u klimatika tal-PAK sinifikattivament.

V

Aħna sibna li l-Kummissjoni ma żviluppatx loġika ta’ intervent kompleta għall-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni. Lanqas ma stabbiliet miri ċari u ambizzjużi biżżejjed għall-ambjent li setgħu jkunu mistennija li jinkisbu permezz tal-ekoloġizzazzjoni. Barra minn hekk, l-allokazzjoni baġitarja għall-ekoloġizzazzjoni mhijiex ġustifikata mill-kontenut ambjentali tal-politika. Il-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni jibqa’, essenzjalment, skema ta’ appoġġ għall-introjtu.

VI

Aħna sibna wkoll li mhuwiex probabbli li l-ekoloġizzazzjoni tipprovdi benefiċċji sinifikanti għall-ambjent u l-klima, prinċipalment minħabba d-deadweight sinifikanti li jaffettwa l-politika. B’mod partikolari, aħna nistmaw li l-ekoloġizzazzjoni wasslet għal bidliet fil-prattiki agrikoli fuq madwar 5 % biss tal-art agrikola kollha fl-UE.

VII

Fl-aħħar nett, aħna sibna li r-riżultati probabbli tal-politika ma jiġġustifikawx il-kumplessità sinifikanti li l-ekoloġizzazzjoni żżid mal-PAK. Parti minn din il-kumplessità tirriżulta minn duplikazzjonijiet bejn l-ekoloġizzazzjoni u strumenti ambjentali oħra tal-PAK, inklużi l-istandards dwar il-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba ta’ art (KAAT). L-ekoloġizzazzjoni tixbah lill-KAAT fis-sens li din ukoll hija, essenzjalment, ġabra ta’ kundizzjonijiet ambjentali bażiċi li huma applikabbli għall-appoġġ għall-introjtu.

VIII

Fuq il-bażi ta’ dawn is-sejbiet, aħna nagħmlu r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

  • Għar-riforma li jmiss tal-PAK, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa loġika ta’ intervent kompleta għall-kontribuzzjoni mogħtija mill-PAK għall-objettivi tal-UE f’dak li jirrigwarda l-ambjent u l-klima, li tkun tinkludi miri speċifiċi u tkun ibbażata fuq fehim xjentifiku aġġornat tal-fenomeni kkonċernati.
  • Bħala tħejjija għall-iżviluppar tal-proposta tagħha għar-riforma li jmiss tal-PAK, jenħtieġ li l-Kummissjoni teżamina u tieħu kont tal-implimentazzjoni tal-PAK attwali. Meta tibni l-proposta tagħha, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun iggwidata mill-prinċipji li ġejjin:
    • Il-bdiewa ma jkollhomx aċċess għall-pagamenti taħt il-PAK jekk huma ma jissodisfawx ġabra ta’ standards ambjentali bażiċi li jkunu jinkludu kwistjonijiet koperti mill-KAAT attwali u r-rekwiżiti ġeneralizzati ta’ “ekoloġizzazzjoni” (li t-tnejn huma intenzjonati li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni ambjentali). Il-penali li jridu jiġu applikati għan-nuqqas ta' konformità ma’ dawn in-normi kkombinati jridu jkunu biżżejjed biex ikunu ta’ deterrent. Minbarra dan, jenħtieġ li dawn in-normi bażiċi kollha jiġu inkorporati bis-sħiħ fil-linja bażi ambjentali għal kwalunkwe azzjoni programmata li tirrigwarda l-agrikoltura.
    • Ħtiġijiet speċifiċi u lokali li jkunu ta’ natura ambjentali u relatati mal-klima jistgħu jiġu indirizzati b’mod xieraq permezz ta’ azzjoni programmata aktar b’saħħitha fir-rigward tal-agrikoltura, li tkun ibbażata fuq l-ilħuq ta’ miri ta’ prestazzjoni u fuq il-kisba ta’ finanzjament li jkun jirrifletti valutazzjoni tal-ispejjeż medji mġarrba u l-introjtu mitluf minħabba azzjonijiet u prattiki li jmorru lil hinn mil-linja bażi ambjentali.
    • Meta, fl-implimentazzjoni tagħhom tal-PAK, l-Istati Membri jingħataw possibbiltajiet minn fejn jagħżlu, iridu jkunu meħtieġa juru, qabel l-implimentazzjoni, li l-possibbiltajiet li jagħżlu huma effettivi u effiċjenti f’termini ta’ lħuq tal-objettivi ta' politika.

Introduzzjoni

01

L-Unjoni Ewropea (UE) tħallas sussidji diretti lill-bdiewa bħala parti mill-Pilastru I1 tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) tagħha. Għan ewlieni ta’ dawn il-pagamenti diretti huwa li l-introjtu tal-bdiewa jiġi appoġġat. Madankollu l-PAK qed tiġi kkritikata dejjem aktar minħabba li mhijiex qed tagħmel biżżejjed biex tillimita l-effett negattiv li ċerti prattiki agrikoli għandhom fuq l-ambjent u l-klima2.

02

Il-“pagament ta’ ekoloġizzazzjoni” jew l-“ekoloġizzazzjoni”3 – tip ġdid ta’ pagament dirett introdott bir-riforma tal-PAK tal-2013 – huwa t-tentattiv l-aktar reċenti biex tiġi indirizzata din il-kwistjoni. Huwa l-uniku pagament dirett li l-objettiv prinċipali ddikjarat tiegħu huwa wieħed “ta’ ekoloġizzazzjoni”, jiġifieri li jtejjeb il-prestazzjoni ambjentali tal-PAK4.

03

Fil-memorandum ta' spjegazzjoni li jakkumpanja lill-proposta leġiżlattiva tagħha5, il-Kummissjoni ġabet l-argument li l-azjendi agrikoli “jkun jeħtiġilhom li jkunu appoġġati meta jadottaw u jżommu sistemi u prattiki ta’ biedja li jkunu partikolarment favorevoli għall-objettivi ambjentali u klimatiċi għaliex il-prezzijiet tas-suq ma jirriflettux il-provvediment ta’ prodotti pubbliċi bħal dawn”. Din l-enfasi fuq li l-fondi pubbliċi jintnefqu fuq beni pubbliċi u li l-bdiewa jiġu ppremjati għal esternalitajiet pożittivi (jiġifieri għall-fatt li jkollhom impatt pożittiv li altrimenti ma jiġix ikkumpensat mis-suq) iżżid ukoll leġittimità għall-infiq taħt il-PAK fl-intier tiegħu.

04

L-ekoloġizzazzjoni mhijiex skema fakultattiva. Il-bdiewa kollha li jipparteċipaw fi skemi ta’ pagament dirett taħt il-PAK (bħalma hija l-Iskema ta’ Pagament Bażiku jew l-Iskema ta’ Pagament Uniku skont l-Erja) iridu japplikaw ukoll għall-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni. Madankollu, azjendi aktar żgħar jistgħu jibbenefikaw minn appoġġ taħt l-ekoloġizzazzjoni mingħajr ma jkollhom għalfejn jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha, jew anke xi wħud mir-rekwiżiti, ta’ “ekoloġizzazzjoni”. Minbarra dan, ir-rekwiżiti ta’ ekoloġizzazzjoni ma japplikawx għal azjendi li jitqiesu “ekoloġiċi b’definizzjoni”: pereżempju, bdiewa organiċi jibbenefikaw mill-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni mingħajr ma jkollhom għalfejn jiddimostraw li jikkonformaw mat-tliet prattiki ta' ekoloġizzazzjoni.

05

Ir-rekwiżiti ta’ ekoloġizzazzjoni jinkludi tliet prattiki agrikoli, li lkoll huma intenzjonati li jkunu sempliċi, ġeneralizzati, mhux kuntrattwali, u annwali, kif ukoll ta’ benefiċċju għall-ambjent u l-klima:

  1. Taħt id-diversifikazzjoni tal-għelejjel, bdiewa b’aktar minn 10 ettari ta’ raba’ huma obbligati jikkultivaw mill-inqas 2 għelejjel. Fuq azjendi agrikoli li jkollhom aktar minn 30 ettaru ta’ raba’, trid tkun tiġi introdotta mill-inqas għalla oħra (jiġifieri t-tielet waħda). Il-perċentwal tar-raba’ li l-bdiewa jistgħu jiddedikaw għall-għalla prinċipali huwa limitat għal 75 %. Fuq azjendi agrikoli fejn mill-inqas tliet għelejjel ikunu meħtieġa, iż-żewġ għelejjel prinċipali meħuda flimkien ma jridux ikopru aktar minn 95 % tar-raba’. L-għan prinċipali tad-diversifikazzjoni tal-għelejjel, kif iddikjarat, huwa li jkun hemm titjib fil-kwalità tal-ħamrija6;
  2. Il-manutenzjoni ta’ bwar permanenti tgħaqqad żewġ mekkaniżmi separati. L-Istati Membri jridu:
    • jimmonitorjaw (fil-livell nazzjonali jew reġjonali) il-proporzjon ta’ bwar permanenti fl-erja agrikola totali koperta minn pagamenti diretti taħt il-PAK. F’każ li l-proporzjon jonqos b’aktar minn 5 % minn livell ta’ referenza, l-Istati Membri jkunu jridu jirrikjedu li l-bdiewa jikkonvertu lura l-bwar permanenti li qabel l-użu tagħhom ikun inbidel għal użi oħra;
    • jiddeżinjaw l-erjas ta’ bwar li jkunu l-aktar sensittivi mill-perspettiva ambjentali. Il-konverżjoni u l-ħrit ta’ bwar permanenti bħal dawn li jkunu ambjentalment sensittivi (ESPG) huwa pprojbit.

    Skont il-leġiżlazzjoni tal-UE, il-manutenzjoni ta’ bwar permanenti, fil-qafas tal-ekoloġizzazzjoni, issir primarjament għall-iskop tas-sekwestru tal-karbonju7. Il-protezzjoni ta’ bwar permanenti li huma ambjentalment sensittivi għandha l-iskop primarju li tipproteġi erjas b’bijodiversità ta’ ċertu importanza (minbarra l-objettiv kumplessiv ta’ sekwestru tal-karbonju);

  3. Bdiewa b’aktar minn 15-il ettaru ta’ raba’ jridu jiddedikaw l-ekwivalenti ta’ 5 % ta’ dik l-art għal erjas b’fokus ekoloġiku (EFAs). Il-leġiżlazzjoni tal-UE tipprevedi 19-il tip distint ta’ EFAs li jippermettu lill-bdiewa jissodisfaw dan l-obbligu, inklużi art mistrieħa, għelejjel intermedji, għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu u bosta tipi ta’ karatteristiċi topografiċi. Madankollu, Stati Membri individwali jistgħu jiddeċiedu li joffru lill-bdiewa tagħhom inqas possibbiltajiet ta’ tipi ta’ EFAs. L-objettiv prinċipali li ġie ddefinit għall-EFAs huwa s-salvagwardja u t-titjib tal-bijodiversità8.
06

Minbarra l-ekoloġizzazzjoni, il-PAK għandha żewġ strumenti importanti oħra li jippermettulha tilħaq l-objettivi ambjentali u klimatiċi.

  1. Il-kundizzjonalità hija mekkaniżmu li jorbot il-biċċa l-kbira mill-pagamenti taħt il-PAK ma’ ġabra ta’ standards bażiċi biex jiżgura l-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (KAAT) tal-art kif ukoll ċerti obbligi, magħrufa bħala rekwiżiti statutorji tal-immaniġġjar (SMRs). L-SMRs huma ddefiniti fil-leġiżlazzjoni rispettiva tal-UE dwar l-ambjent, it-tibdil fil-klima, is-saħħa pubblika u s-saħħa tal-annimali u tal-pjanti, kif ukoll it-trattament xieraq tal-annimali. Bdiewa li ma jissodisfawx dawn l-istandards u r-rekwiżiti jkunu f’riskju i jġarrbu penali fil-forma ta’ tnaqqis tal-pagamenti diretti kollha tagħhom, normalment b’minn 1 % sa 5 %;
  2. Il-miżuri ambjentali taħt l-iżvilupp rurali (il-Pilastru II tal-PAK) – bħall-miżura agroambjentali klimatika – jixbhu lill-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni fis-sens li jippremjaw lill-bdiewa għal ċerti prattiki li jkunu ta’ benefiċċju għall-ambjent u l-klima. Madankollu, għall-kuntrarju tal-ekoloġizzazzjoni, dawn il-miżuri huma kuntrattwali, u huma bbażati fuq impenji volontarji min-naħa tal-bdiewa. Il-primjums imħallsa lill-bdiewa jirriflettu l-ispejjeż addizzjonali u t-telf ta’ introjtu li jirriżultaw minn dawn l-impenji9.
07

Il-Kummissjoni tqis li l-ekoloġizzazzjoni hija s-saff tan-nofs f’“piramida”, bi tlief safef, ta’ strumenti “ekoloġiċi” tal-PAK (ara l-Figura 1). L-istandards u r-rekwiżiti bażiċi ta’ kundizzjonalità, li jkopru l-akbar għadd ta’ bdiewa u l-akbar erja, jiffurmaw is-saff ta’ taħt nett tal-piramida, filwaqt li l-impenji ambjentali aktar ambizzjużi taħt l-iżvilupp rurali – li huma applikabbli għal grupp iżgħar ta’ voluntiera u erja iżgħar – jiffurmaw dak ta’ fuq nett. Flimkien, dawn l-istrumenti huma intenzjonati li jkollhom effetti kombinati u kumplementari.

Figura 1

Piramida tal-istrumenti ambjentali tal-PAK

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni Ewropea SWD(2016) 218 final.

08

L-UE tonfoq ammont konsiderevoli fuq il-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni l-ġdid: EUR 12-il biljun kull sena, li jirrappreżentaw 30 % tal-pagamenti diretti kollha taħt il-PAK u kważi 8 % tal-baġit kollu tal-UE. Għall-bdiewa (li rċevew l-ewwel pagamenti ta’ ekoloġizzazzjoni tagħhom matul is-sena finanzjarja 2016, għat-talbiet li ppreżentaw fl-2015), dan ifisser rata medja ta’ madwar EUR 80 għal kull ettaru fis-sena, b’xi varjazzjoni bejn u — f’xi każijiet — fi ħdan l-Istati Membri. Meta l-ekoloġizzazzjoni ġiet introdotta, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill (l-awtoritajiet baġitarji) ħadu dawn il-fondi mill-pagamenti diretti l-oħra. Għalhekk, kif jidher fil-Figura 2, il-baġit globali għall-pagamenti diretti taħt il-PAK baqa’ relattivament stabbli bejn l-2013 u l-2017.

Figura 2

L-introduzzjoni tal-ekoloġizzazzjoni ma tibdilx il-baġit globali għall-pagamenti diretti taħt il-PAK

Sors: Data tal-Kummissjoni Ewropea (eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm).

09

L-ekoloġizzazzjoni taqa’ taħt ġestjoni kondiviża, fejn il-Kummissjoni żżomm ir-responsabbiltà ġenerali għall-eżekuzzjoni tal-baġit tal-UE iżda tiddelega l-kompiti ta’ implimentazzjoni lill-Istati Membri. Dawn il-kompiti ddelegati jinkludu t-twaqqif u t-tħaddim ta’ sistemi għall-ġbir ta’ talbiet li jsiru mill-bdiewa, għat-twettiq ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post, u għall-kalkolu u l-ħlas ta’ ammonti korretti ta’ għajnuna. Għall-ekoloġizzazzjoni, jeħtieġ addizzjonalment li l-Istati Membri jistabbilixxu ċerti parametri ewlenin, pereżempju: jiddeżinjaw l-ESPG u jagħżlu t-tipi ta’ EFAs.

Ambitu u approċċ tal-awditjar

10

L-awditu tagħna kopra t-tfassil tal-ekoloġizzazzjoni u l-ewwel sentejn tal-implimentazzjoni tagħha (is-snin tat-talbiet 2015 u 2016), kif ukoll il-koerenza bejn din l-iskema u l-istrumenti ambjentali l-oħra tal-PAK, jiġifieri l-kundizzjonalità u l-miżuri ambjentali taħt l-iżvilupp rurali.

11

L-objettiv prinċipali tagħna kien li neżaminaw jekk l-ekoloġizzazzjoni kinitx kapaċi ttejjeb il-prestazzjoni ambjentali u klimatika tal-PAK, f’konformità mal-objettiv stabbilit fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE. Sabiex nirrispondu għal din il-mistoqsija prinċipali tal-awditjar, aħna eżaminajna:

  1. il-loġika ta’ intervent, jekk kinux jeżistu miri ċari u ambizzjużi biżżejjed għall-ekoloġizzazzjoni u l-ġustifikazzjoni għall-allokazzjoni baġitarja tal-politika;
  2. il-benefiċċji li l-ekoloġizzazzjoni tista’ tkun mistennija li tipproduċi għall-ambjent u għall-klima;
  3. il-kumplessità li l-ekoloġizzazzjoni żżid għall-PAK.
12

Ix-xogħol li wettaqna kien jinkludi:

  1. analiżi ta’ informazzjoni minn għadd kbir ta’ sorsi, li jinkludu leġiżlazzjoni, linji gwida u dokumenti ta' ħidma tal-Kummissjoni, skambji ta’ korrispondenza u ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, data dwar l-implimentazzjoni tal-ekoloġizzazzjoni kif ukoll eżaminar ta’ kritika tad-dokumentazzjoni;
  2. żjarat lid-direttorati ġenerali rilevanti tal-Kummissjoni (id-DĠ AGRI, id-DĠ CLIMA, id-DĠ ENV u l-JRC) u lill-partijiet interessati fil-livell tal-UE (il-COPA-COGECA u l-BirdLife);
  3. intervisti (permezz ta’ kwestjonarji u żjarat jew vidjokonferenzi) mal-awtoritajiet ta’ ħames Stati Membri: il-Greċja, Spanja (Kastilja u León), Franza (Aquitaine u Nord-Pas-de-Calais), in-Netherlands u l-Polonja;
  4. analiżi fl-uffiċċju li ffukat fuq ir-riskju ta’ finanzjament doppju u li kopriet 10 Stati Membri oħra: il-Belġju (Walloon), ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja (Brandenburg), l-Irlanda, l-Italja (il-Campania), il-Litwanja, l-Awstrija, is-Slovenja, il-Finlandja u r-Renju Unit (Wales).
  5. analiżi tar-riżultati tal-awditjar proprji tagħna mid-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni 2016, b’mod partikolari rigward bidliet fil-prattiki agrikoli attribwibbli għall-ekoloġizzazzjoni.

Osservazzjonijiet

L-ekoloġizzazzjoni ma għandhiex loġika ta’ intervent li hija żviluppata bis-sħiħ, b’miri ambizzjużi u ddefiniti b’mod ċar, u l-baġit tagħha mhuwiex marbut direttament mal-ilħuq tal-objettivi tal-politika f’dak li jirrigwarda l-ambjent u l-klima.

Il-pagament ta' ekoloġizzazzjoni jservi biex jissodisfa żewġ objettivi distinti: it-titjib tal-prestazzjoni ambjentali u klimatika tal-PAK, u l-appoġġ għall-introjtu tal-bdiewa

13

L-introduzzjoni tal-ekoloġizzazzjoni kienet tentattiv biex jiġi applikat il-prinċipju li l-bdiewa għandhom jiġu premjati għall-beni pubbliċi ambjentali li huma jipprovdu. Dan l-approċċ il-ġdid huwa rifless fl-objettiv għall-ekoloġizzazzjoni kif iddefinit fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE u msemmi fil-paragrafu 2: li jkun hemm titjib sinifikanti fil-prestazzjoni ambjentali u klimatika tal-PAK.

14

L-ekoloġizzazzjoni tikkontribwixxi wkoll għal skop ieħor – hija tappoġġa l-introjtu tal-bdiewa. Għalkemm din il-funzjoni tal-ekoloġizzazzjoni ma tissemmiex b’mod espliċitu fil-leġiżlazzjoni, tirriżulta b’mod impliċitu mill-klassifikazzjoni tagħha bħala pagament dirett.

Il-kontribut speċifiku tal-ekoloġizzazzjoni għall-ilħuq tal-miri tal-UE relatati mal-ħamrija, mal-klima u mal-bijodiversità mhuwiex iddefinit b’mod ċar.

15

Il-kwistjonijiet prinċipali relatati mal-ambjent u mal-klima, li huma indirizzati mill-ekoloġizzazzjoni — il-kwalità tal-ħamrija, is-sekwestru tal-karbonju u l-bijodiversità — huma koperti minn strateġiji aktar ġenerali tal-UE (ara l-Kaxxa 1).

Kaxxa 1

Dokumenti strateġiċi tal-UE rigward il-ħamrija, il-klima u l-bijodiversità

L-Istrateġija Tematika tal-UE għall-Ħarsien tal-Ħamrija ġiet adottata fl-200610. L-istrateġija identifikat id-degradazzjoni tal-ħamrija bħala problema serja fl-Ewropa, u tat eżempji tad-diversi forom li din tista’ tieħu, bħal esponiment tal-art għall-erożjoni mill-ilma u mir-riħ u kontenut ta’ materjal organiku baxx fil-ħamrija. L-objettiv ta’ din l-istrateġija kien il-prevenzjoni ta’ aktar degradazzjoni tal-ħamrija u l-preżervazzjoni tal-funzjonijiet tagħha, kif ukoll ir-restawr tal-ħamrija degradata.

Waħda mill-miri tal-pakkett tal-UE dwar il-klima u l-enerġija għall-202011 hija tnaqqis ta' 20 % fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GS) meta mqabbla mal-livelli tal-1990. Dan jinkludi impenn għat-tnaqqis tal-emissjonijiet minn setturi li mhumiex koperti mill-Iskema għan-Negozjar ta' Emissjonijiet (inkluża l-agrikoltura) b’10 % meta mqabbla mal-livelli tal-2005. Il-qafas tal-UE għall-2030 dwar il-klima u l-enerġija12 stabbilixxa mira ta’ tnaqqis ta’ 40 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra meta mqabbla mal-livelli tal-1990. Sal-205013, l-UE biħsiebha tnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tagħha b'bejn 80 % u 95 % meta mqabbla mal-livelli tal-1990.

L-istrateġija attwali tal-UE għall-bijodiversità14, adottata fl-2011, tkopri l-perjodu sal-2020. Il-mira ewlenija tagħha hija li “jitwaqqaf it-telf tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tas-servizzi tal-ekosistemi fl-UE sal-2020, u jiġu megħjuna biex jerġgħu jiġu f’tagħhom sa fejn dan huwa fattibbli, filwaqt li tiżdied il-kontribuzzjoni tal-UE biex jitrażżan it-telf tal-bijodiversità globali”. Skont l-analiżi ta' nofs it-terminu li saret fl-201515, għadu ma sar l-ebda progress sinifikanti lejn l-ilħuq ta’ din il-mira. Dan huwa riżultat tat-tentattiv li ma rnexxiex, biex jitwaqqaf it-telf tal-bijodiversità sal-2010, li sar taħt il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar il-Bijodiversità preċedenti16.

16

Mhuwiex ċar kif l-ekoloġizzazzjoni hija mistennija tikkontribwixxi għall-miri usa’ tal-UE li huma ddefiniti f’dawn id-dokumenti strateġiċi:

  1. Il-Kummissjoni ma żviluppatx loġika ta’ intervent kompleta għall-ekoloġizzazzjoni. Lanqas ma stabbiliet miri speċifiċi u li jistgħu jitkejlu, għall-politika17. Fi kliem ieħor, ma hemmx pjanijiet li jispeċifikaw x’titjib l-UE tixtieq tikseb permezz tal-ekoloġizzazzjoni f’termini ta’ bijodiversità, kwalità tal-ħamrija u emissjonijiet netti tal-karbonju mill-ħamrija agrikola. Huwa inerentement diffiċli biex miri daqshekk speċifiċi jiġu stabbiliti, minħabba l-għadd kbir ta’ fatturi involuti, li xi wħud minnhom huma esterni (jiġifieri mhumiex fil-kontroll ta’ dawk li jfasslu l-politika) u xi wħud mhumiex mifhuma sew;
  2. Il-prerekwiżit għall-issettjar ta’ dawn il-miri huwa li jkun hemm metodu għall-kejl tal-fenomenu kkonċernat u għarfien dwar l-istatus attwali tagħhom. Madankollu, hemm biss għarfien frammentarju dwar is-sitwazzjoni bażi – jiġifieri dwar il-kwalità ta’ ħamrija agrikola, il-ħażna tal-karbonju taħt bwar permanenti u s-sitwazzjoni fir-rigward tal-bijodiversità fl-azjendi agrikoli fil-mument meta l-ekoloġizzazzjoni ġiet introdotta. Il-Kaxxa 2 tipprovdi illustrazzjoni ta’ dawn is-sejbiet.

Kaxxa 2

Bijodiversità u ħamrija: nuqqas ta’ ċarezza dwar fejn ninsabu u fejn nixtiequ nkunu

Bijodiversità

Qed ikun hemm sensibilizzazzjonidejjem akbar għall-fatt li l-bijodiversità fl-azjendi agrikoli tinsab mhedda, iżda ftit li xejn hemm data disponibbli għall-monitoraġġ tas-sitwazzjoni. Il-biċċa l-kbira mill-informazzjoni disponibbli dwar il-fawna tal-art agrikola tikkonċerna l-għasafar, li – minħabba li jinsabu kważi fuq nett fil-katina alimentari – malajr jiġu affettwati minn bidliet fl-ekosistemi u b’hekk jistgħu jservu bħala barometru tas-saħħa tal-ambjent18. L-Indiċi tal-Għasafar tal-Art Agrikola (FBI), li jserraħ fuq data fornuta mill-pubbliku, jippermetti li jsir insegwiment tax-xejriet tal-popolazzjoni ta’ għadd ta’ speċijiet ta’ għasafar li jużaw l-art agrikola għat-tgħammir jew għat-tibjit. Mill-1990 sal-2014, l-FBI naqas b’31.5 % (minn 100 għal 68.5)19. L-FBI ġie adottat bħala wieħed mill-indikaturi tal-impatt għall-PAK. Madankollu, il-Kummissjoni ma stabbilietx punteġġ fil-mira li l-FBI jrid jilħaq permezz ta’ din il-politika (jew xi mira oħra dwar l-istatus ta’ bijodiversità tal-fawna tal-art agrikola).

Fl-2014 twettaq proġett pilota (LISA20) biex tiġi ddeterminata l-linja bażi tal-bijodiversità għall-flora tal-art agrikola, ibbażat fuq data li nġabret fuq il-post f’39 reġjun mifruxa madwar l-UE, kull wieħed b’25 roqgħa art kampjun. Ir-riżultati tal-istudju wrew li l-biċċa l-kbira miż-żoni agrikoli kellhom valur naturali baxx. L-istudju kellu jerġa’ jsir fl-2016 (u dan seta’ ta l-ewwel indikazzjoni tal-impatt tal-ekoloġizzazzjoni), iżda ddewwem. Il-Kummissjoni ma stabbilietx miri għall-ekoloġizzazzjoni (jew għall-PAK fl-intier tagħha) dwar l-istatus ta’ bijodiversità tal-flora tal-art agrikola.

Ħamrija

L-għarfien rigward il-kontenut ta’ karbonju organiku fil-ħamrija u aspetti oħra tal-kwalità tal-ħamrija huwa frammentarju, ibbażat parzjalment fuq data mill-kampjun (eż. LUCAS21) u parzjalment fuq mudellar (eż. CAPRESE22). Fir-rapport tiegħu tal-2012 dwar l-istat tal-ħamrija fl-Ewropa23, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea (JRC) osserva li l-kartografija tal-ħamrija fl-Istati Membri mhijiex suffiċjenti għall-ħtiġijiet attwali u li huwa diffiċli li jsiru analiżijiet transkonfinali minħabba d-differenzi bejn id-diversi ġabriet ta’ data nazzjonali. Il-Kummissjoni ma stabbilietx miri kwantifikati għall-ekoloġizzazzjoni (jew għall-PAK fl-intier tagħha) relatati mal-kwalità tal-ħamrija.

Il-proposta inizjali tal-Kummissjoni kienet aktar ambizzjuża f’termini ambjentali …

17

L-ekoloġizzazzjoni, fil-forma li l-Kummissjoni kienet ipproponiet inizjalment, kienet miżura aktar ambizzjuża u ffukata fuq l-ambjent, b’rekwiżiti aktar stretti u anqas eżenzjonijiet milli l-prattiki attwali ta’ ekoloġizzazzjoni. Il-Figura 3 tagħti ħarsa ġenerali lejn il-bidliet sinifikanti bejn il-kunċett li oriġinarjament kien diskuss fil-Valutazzjoni tal-Impatt 201124 (studju estensiv li analizza l-possibbiltajiet alternattivi ta’ politika għar-riforma tal-PAK 2014-2020), il-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni u l-leġiżlazzjoni li finalment ġiet adottata.

Figura 3

L-ambizzjonijiet ambjentali tal-ekoloġizzazzjoni tbaxxew matul il-proċess leġiżlattiv

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq il-leġiżlazzjoni kif ukoll fuq il-Valutazzjoni tal-Impatt 2011 u l-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni Ewropea.

18

L-eżitu finali tal-proċess leġiżlattiv jikkuntrasta mal-approċċ inizjali tal-Kummissjoni, li tfisser fid-dikjarazzjoni li ġejja fil-Valutazzjoni tal-Impatt 2011: Biex l-ekoloġizzazzjoni tkun effettiva, huwa essenzjali li ma jintgħażilx approċċ “à la carte” b’lista ta’ miżuri, li tkun toffri għażla lill-Istati Membri u/jew lill-bdiewa. Approċċ bħal dan jiddilwixxi ħafna l-effett tal-ekoloġizzazzjoni, speċjalment jekk il-pagament ma jkunx jaqbel mal-isforzi meħtieġa mill-bdiewa, u dan iwassalhom biex jagħżlu jew il-miżuri li magħhom huma jkunu jikkonformaw diġà jew inkella l-miżuri bl-inqas spiża, u b’hekk jitnaqqsu l-benefiċċji ambjentali li jitwasslu. Minbarra dan, aktar ma tkun kbira l-għażla offruta fl-ekoloġizzazzjoni taħt il-Pilastru I, aktar ma jsir diffiċli biex tiġi żgurata l-koerenza mal-kundizzjonalità, speċjalment mal-KAAT (riskju li jirriżulta minn linji bażi wisq diversi bejn l-Istati Membri) u sussegwentement mal-Pilastru II: riskju li jirriżulta mill-pagamenti doppji. Għalhekk, għandu jkun ippreferut approċċ għall-ekoloġizzazzjoni bi ftit miżuri biss li jrendu benefiċċji ambjentali sinifikanti. Fil-fatt, ir-riskji li l-Kummissjoni kienet wissiet dwarhom fl-2011 immaterjalizzaw fil-biċċa l-kbira tagħhom (ara l-paragrafi 24, 36 sa 37, 47 sa 49 u 59 sa 68).

… iżda ma wrietx biċ-ċar x’kienu se jiksbu l-prattiki ta’ ekoloġizzazzjoni proposti

19

Kif issemma fil-paragrafu 16, il-Kummissjoni ma ddefinietx miri speċifiċi u kwantifikati għall-prattiki ta’ ekoloġizzazzjoni li ġew proposti. Addizzjonalment, il-Valutazzjoni tal-Impatt 2011 ippreżentat biss stampa parzjali tal-effettività tal-prattiki ta’ ekoloġizzazzjoni li kienu ġew proposti, u ffukat primarjament fuq l-aspetti ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima:

  1. Rigward il-manutenzjoni ta’ bwar permanenti, il-Kummissjoni enfasizzat li s-sekwestru tal-karbonju fil-ħamrija wara li r-raba’ jiġi kkonvertit f’art agrikola jseħħ ferm aktar bil-mod mit-telf tal-karbonju li jirriżulta mill-konverżjoni ta’ bwar permanenti f’art agrikola. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kienet favur il-protezzjoni tal-ħażna tal-karbonju permezz ta’ preservazzjoni obbligatorja tal-bwar permanenti li jeżistu fil-livell tal-azjendi agrikoli, aktar milli favur sistema bbażata fuq il-monitoraġġ tal-proporzjonijiet fil-livell reġjonali jew nazzjonali;
  2. Fir-rigward tal-miżura ta’ serħan ekoloġiku tal-art / EFA li ġiet proposta, apparti minn diskussjoni dwar l-impatt, parzjalment pożittiv u parzjalment negattiv, li kien mistenni li jkollha f’termini ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, il-Valutazzjoni tal-Impatt ma wrietx biċ-ċar l-effettività ambjentali ta’ din il-miżura, partikolarment għall-bijodiversità;
  3. Fl-aħħar nett, il-Valutazzjoni tal-Impatt ippreżentatat evidenza xjentifika tal-effetti pożittivi li għandha n-newba tal-għelejjel, speċjalment f’termini ta’ żieda ta’ materja organika fil-ħamrija, inkluż il-karbonju. Madankollu, minħabba kunsiderazzjonijiet prattiċi, il-Kummissjoni pproponiet li n-newba tal-għelejjel tiġi sostitwita bid-diversifikazzjoni tal-għelejjel (ara l-paragrafu 41).
20

Fil-qosor, iż-żewġ koleġiżlaturi tal-UE (il-Parlament Ewropew u l-Kunsill) irċevew proposta għal riforma importanti tal-pagamenti diretti taħt il-PAK b’informazzjoni limitata dwar dak li l-miżuri l-ġodda jistgħu jkunu mistennija li jiksbu. Aħna naqblu magħhom, u din il-fehma hija mfissra f’dokument li janalizza l-proċess leġiżlattiv għall-ekoloġizzazzjoni25, fejn intqal li, minħabba li l-Kummissjoni ma tatx deskrizzjoni ċara, kmieni fil-proċess, tal-benefiċċji ambjentali li jridu jitwasslu permezz tal-ekoloġizzazzjoni, huwa diffiċli biex hi u entitajiet oħra jikkjarifikaw l-importanza li d-dilwizzjonijiet suċċessivi tat-test kellhom fit-twassil tal-eżiti.

21

Il-bidliet sussegwenti, li fil-biċċa l-kbira nbdew miż-żewġ koleġiżlaturi, ma kinux akkumpanjati minn ġustifikazzjoni xjentifika li turi l-effettività ambjentali tagħhom – il-fokus prinċipali tagħhom kien fuq it-tnaqqis tal-isforz li kien meħtieġ isir mill-bdiewa.

Madankollu, l-allokazzjoni baġitarja għall-ekoloġizzazzjoni ma nbidlitx, għaliex kienet ibbażata fuq deċiżjoni politika u mhux fuq l-ilħuq tal-objettivi tal-politika f’dak li jirrigwarda l-ambjent u l-klima.

22

L-assenjar ta’ 30 % tal-baġit totali tal-pagamenti diretti kollha taħt il-PAK għall-ekoloġizzazzjoni kien element ewlieni mhux biss tar-riforma l-aktar reċenti tal-PAK, iżda wkoll tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020. Kien f’dan il-kuntest usa’ tal-aħħar, li din l-allokazzjoni tressqet għall-ewwel darba mill-Kummissjoni fl-201126 u sussegwentement ġiet approvata mill-Kunsill Ewropew fl-201327.

23

Din l-allokazzjoni baġitarja baqgħet fl-istess livell – madwar EUR 12-il biljun kull sena – matul il-proċess leġiżlattiv kollu, minkejja li saru bidliet sinifikanti fil-kontenut ambjentali u klimatiku tal-politika, f’termini tar-rekwiżiti tagħha (li saru inqas impenjattivi maż-żmien) u l-firxa ta’ diversi eżenzjonijiet (li żdiedu). Dan juri li d-deċiżjoni li jiġu allokati 30 % tal-pagamenti diretti taħt il-PAK għall-ekoloġizzazzjoni ma tirriflettix il-livell ta’ ambizzjoni tal-istrument il-ġdid fir-rigward tal-ambjent u l-klima. l-ekoloġizzazzjoni tibqa’ essenzjalment miżura ta’ appoġġ għall-introjtu.

24

B’mod partikolari, aħna sibna li r-rata tal-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni (bħala medja, madwar EUR 80 għal kull ettaru), ma kinitx ibbażata fuq l-ispiża mġarrba mill-bdiewa talli implimentaw l-ekoloġizzazzjoni28.

  1. Fil-Valutazzjoni tal-Impatt 2011, ġie stmat li din l-ispiża tinsab f’medja ta’ madwar EUR 30 għal kull ettaru, abbażi tar-rekwiżiti aktar impenjattivi ta’ ekoloġizzazzjoni kif kien inizjalment previst (ara l-paragrafu 17);
  2. Skont studju mwettaq mill-JRC29, li jserraħ fuq mudell tal-impatt ekonomiku tar-rekwiżiti attwali ta’ ekoloġizzazzjoni, 71 % tal-bdiewa kollha ma huma affettwati xejn mill-ekoloġizzazzjoni u ma jġarrbux spejjeż ta’ konformità relatata mal-implimentazzjoni tal-ekoloġizzazzjoni. Minn dawk id-29 % li huma affettwati, aktar minn żewġ terzi jġarrbu spejjeż ta’ konformità li huma inqas minn EUR 25 għal kull ettaru. Għal aktar minn 40 % - dawn l-ispejjeż huma inqas minn EUR 10 għal kull ettaru. Madankollu, madwar 2 % tal-bdiewa għandhom spejjeż li jaqbżu l-EUR 100 għal kull ettaru (dawn il-każijiet ħafna drabi jikkonċernaw azjendi agrikoli b’erjas żgħar, li jispeċjalizzaw f’attivitajiet li jirrikjedu ħafna kapital u ħafna ħaddiema, bħall-produzzjoni tal-ħxejjex).
  3. L-impatt stmat tal-ekoloġizzazzjoni fuq l-introjtu tal-bdiewa (ikkalkulat bħala d-differenza bejn id-dħul – li jinkludi l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli u s-sussidji – u l-ispejjeż varjabbli tal-produzzjoni, inklużi l-ispejjeż għal fertilizzanti, pestiċidi, żrieragħ u għalf) huwa limitat ħafna. Fi studju reċenti30, il-JRC ikkonkluda li l-introduzzjoni tal-ekoloġizzazzjoni fil-fatt hija stmata li żiedet l-introjtu tal-bdiewa b’madwar 1 % (prinċipalment minħabba ż-żieda żgħira fil-prezzijiet li rriżultat mit-tnaqqis limitat fil-produzzjoni). Ir-riżultati preliminari tal-abbozz ta’ rapport imsemmi fis-subparagrafu 24(b) jistmaw li l-impatt tal-ekoloġizzazzjoni fuq l-introjtu tal-bdiewa huwa ta’ -1 %31.
25

Il-baġit għall-ekoloġizzazzjoni mhuwiex ibbażat fuq stima tal-valur ekonomiku tal-benefiċċji ambjentali u klimatiċi mistennija. Il-fatti hawn taħt joffru juru l-kuntest:

  1. Hija prattika tajba li t-tfassil ta’ politika jkun ibbażat fuq valwazzjoni tal-beni pubbliċi mistennija. It-tentattiv l-aktar sinifikanti fl-iżviluppar ta’ metodoloġiji għall-valwazzjoni tal-ekosistemi u l-bijodiversità sar fil-proġett TEEB32;
  2. Preċedentement, l-UE kienet poġġiet valur fuq ċerti kwistjonijiet ambjentali: pereżempju, fil-Valutazzjoni tal-Impatt33 għall-Istrateġija Tematika tal-UE għall-Ħarsien tal-Ħamrija li ġiet adottata fl-2006, l-ispiża tat-tnaqqis fil-materja organika fil-ħamrija ġiet stmata f’ammont ta’ bejn EUR 3.4 biljun u EUR 5.6 biljun kull sena (inklużi kemm l-ispejjeż fuq il-post kif ukoll dawk mhux fuq il-post);
  3. Ibbażat fuq il-metaanaliżi li huwa wettaq tad-dokumentazzjoni xjentifika, il-JRC ħareġ stima tal-valur tal-pajsaġġ agrikolu tal-UE li ammonta għal bejn EUR 134 u EUR 201 għal kull ettaru, u tal-valur totali tal-pajsaġġ agrikolu tal-UE li ammonta għal bejn EUR 24.5 biljun u EUR 36.6 biljun euro kull sena34;
  4. Il-konverżjoni tal-benefiċċji ambjentali f’termini monetarji tippreżenta diffikultajiet konsiderevoli. Il-kompitu huwa kemxejn eħfef f’każijiet fejn il-benefiċċji ambjentali jistgħu jitqabblu direttament mal-ispejjeż jew mal-introjtu reali (eż. il-valur ta’ inqas tniġġis fl-ilma kkawżat min-nitrati jista’ jiġi stmat fuq il-bażi tal-ispiża għat-trattament tal-ilma mniġġes). Huwa aktar diffiċli fejn ma jkunx possibbli li jsir tqabbil dirett ta’ dan it-tip, bħal fil-każ ta’ żieda jew preżervazzjoni tal-bijodiversità;
  5. Madankollu, fil-każ tal-ekoloġizzazzjoni, ma kienx possibbli li ssir valwazzjoni ekonomika tal-benefiċċji ambjentali minħabba li, kif imsemmi fil-paragrafu 16, il-benefiċċji ambjentali mistennija fihom infushom ma kinux tfissru f’termini ta’ miri kwantifikati.

Mhuwiex probabbli li l-ekoloġizzazzjoni, bil-mod ta’ kif qed tiġi implimentata attwalment, tipprovdi benefiċċji sinifikanti għall-ambjent u għall-klima

L-ekoloġizzazzjoni wasslet għal tibdil limitat ħafna fil-prattiki agrikoli …

26

Wara l-ewwel sena ta’ implimentazzjoni tal-ekoloġizzazzjoni, il-Kummissjoni rrappurtat35 dwar l-outputs inizjali tal-politika f’termini tal-art agrikola u l-azjendi agrikoli koperti. Il-Figura 4 turi li, fl-2015, 24 % tal-azjendi agrikoli fl-UE kienu affettwati minn mill-inqas obbligu wieħed relatat mal-ekoloġizzazzjoni. Madankollu, dawn l-azjendi jirrappreżentaw daqs 73 % tal-art agrikola fl-UE36. Fl-2016, il-perċentwal tal-art agrikola li kien parti minn azjendi agrikoli taħt mill-inqas obbligu wieħed relatat mal-ekoloġizzazzjoni tela’ għal 77 %. Il-Kummissjoni tqis li din iċ-ċifra hija indikatur ewlieni tar-riżultati għall-ekoloġizzazzjoni.

Figura 4

Ir-rekwiżiti ta’ ekoloġizzazzjoni japplikaw għal minoranza ta’ azjendi agrikoli fl-UE, iżda dawn l-azjendi jkopru l-biċċa l-kbira mill-art agrikola fl-UE

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq id-data tal-Kummissjoni Ewropea (mingħajr Franza – id-data ma ġietx ippreżentata).

27

Fil-Kapitolu 7 tar-Rapport Annwali 2016 tagħna37, aħna ppreżentajna r-riżultati tal-analiżi li wettaqna tal-effetti tal-ekoloġizzazzjoni fuq l-użu tal-art (f’termini ta’ diversifikazzjoni tal-għelejjel u EFAs), wara l-ewwel sena li din ġiet implimentata. Aħna bbażajna din l-analiżi fuq tqabbil tal-prattiki agrikoli fl-2014 u fl-2015 (jiġifieri l-aħħar sena qabel l-introduzzjoni tal-ekoloġizzazzjoni u l-ewwel sena tal-implimentazzjoni tagħha)38.

28

Il-Figura 5 tippreżenta r-riżultati ta’ din l-analiżi. Kemm fil-każ tad-diversifikazzjoni tal-għelejjel kif ukoll f’dak tal-EFAs, aħna sibna li għall-biċċa l-kbira mill-azjendi agrikoli fil-kampjun tagħna (u għall-biċċa l-kbira mill-art agrikola39), l-introduzzjoni tal-ekoloġizzazzjoni ma kienet tirrikjedi l-ebda bidla fil-prattiki agrikoli. Dan kien jew għaliex l-azjendi agrikoli kkonċernati kienu diġà ssodisfaw ir-rekwiżiti ta’ ekoloġizzazzjoni fl-2014 jew inkella għaliex kienu eżenti.

Figura 5

Ir-rekwiżiti ta’ ekoloġizzazzjoni għad-diversifikazzjoni tal-għelejjel u l-EFAs wasslu għal bidla fil-prattika agrikola fuq madwar 2 % tal-art agrikola fl-UE (stima tal-QEA bbażata fuq kampjun)

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq ir-riżultati tal-awditjar.

29

Kif osservajna fir-Rapport Annwali40 tagħna, aħna identifikajna xi bidliet pożittivi fil-prattiki agrikoli wara l-introduzzjoni tal-iskema, speċjalment f'termini ta' EFAs. Għal dawk l-azjendi agrikoli fejn l-introduzzjoni tal-ekoloġizzazzjoni tassew irriżultat f’bidla pożittiva fil-prattika agrikola, aħna stmajna l-perċentwal tar-raba’ li fuqu seħħew bidliet ta’ dan it-tip. Aħna sibna li dan il-perċentwal kien ta’ madwar 15 %41 għad-diversifikazzjoni tal-għelejjel u madwar 4 %42 għall-EFAs. Meta jittieħdu inkunsiderazzjoni l-azjendi agrikoli fejn l-ebda bidla tal-prattiki agrikoli ma kienet meħtieġa, kif ukoll il-fatt li r-raba’ jikkostitwixxi madwar 60 %43 tal-art agrikola kollha fl-UE, dan ifisser li madwar 1 % tal-art agrikola fl-UE kienet tirrikjedi aktar diversifikazzjoni tal-għelejjel, u madwar 1 % kienet tirrikjedi EFAs ġodda wara l-introduzzjoni tal-ekoloġizzazzjoni.

30

L-istimi tagħna jqarrbu ħafna għal dawk li nħarġu mill-JRC. Ibbażat fuq immudellar agroekonomiku avvanzat, ir-riċerkaturi tal-Kummissjoni jistmaw44 li b’kollox 4.5 % tal-art agrikola fl-UE kienet tirrikjedi riallokazzjoni (jiġifieri bidla fil-prattika agrikola) minħabba rekwiżiti ta’ ekoloġizzazzjoni ġodda, inklużi 1.8 % minħabba diversifikazzjoni tal-għelejjel, 2.4 % minħabba EFAs u 1.5 % minħabba bwar permanenti45 (ara l-Figura 6).

Figura 6

L-ekoloġizzazzjoni wasslet għal tibdil fil-prattika agrikola fuq madwar 5 % tal-art agrikola fl-UE (stima tal-JRC ibbażata fuq mudell)

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq ir-riżultati tal-istudju mwettaq mill-JRC u fuq id-data tal-Eurostat (Stħarriġ tal-Istruttura tal-Azjendi Agrikoli 2013).

31

Huwa importanti li jiġi osservat il-fatt li kemm l-istimi tagħna kif ukoll dawk tal-JRC jikkonċernaw l-erja li fuqha – wara l-introduzzjoni tal-ekoloġizzazzjoni – seħħet bidla fil-prattika agrikola. Huma ma jirrappreżentawx l-erja affettwata mill-impatt pożittiv ta’ dawn il-bidliet. L-EFAs, b’mod partikolari, jistgħu jipproduċu benefiċċji li jestendu ferm lil hinn mill-konfini tagħhom (eż. medda art ta’ lqugħ bi fjuri selvaġġi tista’ tipprovdi ħabitat għad-dakkara, li mbagħad imorru fuq l-irqajja' art fil-qrib).

32

Hemm kuntrast qawwi bejn l-istima li skontha l-ekoloġizzazzjoni rriżultat f’bidla fil-prattiki agrikoli fuq madwar 5 % biss tal-art agrikola fl-UE u l-indikatur ewlieni tar-riżultati li jintuża mill-Kummissjoni u li jissemma fil-paragrafu 26 (ara wkoll il-Figura 4), jiġifieri li fl-2015, 73 % tal-art agrikola fl-UE kienet suġġetta għall-ekoloġizzazzjoni (77 % fl-2016).

33

Din id-differenza tista’ tiġi spjegata jekk jiġi eżaminat xi jkejjel l-indikatur tar-riżultati tal-Kummissjoni, jiġifieri l-perċentwal tal-art agrikola fl-UE li huwa parti minn azjendi agrikoli suġġetti għal mill-inqas obbligu wieħed relatat mal-ekoloġizzazzjoni. B’hekk, anke jekk l-obbligu relatat mal-ekoloġizzazzjoni japplika għal roqgħa art waħda biss, irrispettivament mid-daqs tagħha, hija l-erja kollha tal-azjenda agrikola li xorta waħda tiġi inkluża fl-indikatur tal-Kummissjoni. Fi kliem ieħor, dan l-indikatur ikejjel l-art kollha li tifforma parti mill-azjendi agrikoli li mhumiex eżenti għalkollox mill-ekoloġizzazzjoni (jew sempliċement ikunu barra mis-sistema ta’ pagamenti diretti taħt il-PAK). Fil-kuntest tad-data disponibbli dwar l-istruttura tal-azjendi agrikoli tal-UE, kif ukoll id-diversi sollijiet għall-eżenzjoni li japplikaw taħt l-ekoloġizzazzjoni, il-Kummissjoni setgħet stmat il-valur ta’ dan l-indikatur qabel ma implimentat il-politika. Fiha nfisha, din iċ-ċifra għandha biss użu limitat għall-monitoraġġ tar-riżultati miksuba b’konsegwenza tal-ekoloġizzazzjoni. Pereżempju, hija ma tirriflettix kemm verament huma mifruxa l-prattiki ta’ ekoloġizzazzjoni — bħala eżempju, iċ-ċifra ma tinbidilx li kieku r-rekwiżit tal-EFA kellu jiżdied minn 5 % għal 7 %.

… li juri d-deadweight sinifikanti fit-tfassil tal-politika

34

L-iskala limitata ta’ tibdil fil-prattiki agrikoli, b’konsegwenza tal-ekoloġizzazzjoni, hija marbuta mal-livell sinifikanti ta’ deadweight46 fil-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni.

35

Id-deadweight li jirriżulta minn duplikazzjonijiet bejn l-ekoloġizzazzjoni u l-kundizzjonalità huwa diskuss fil-paragrafi 59 sa 61. Minħabba l-firxa limitata tiegħu (huma biss ftit it-tipi ta’ EFAs li potenzjalment ikunu kkonċernati) u l-fatturi mitiganti (normalment, ir-rekwiżiti taħt il-kundizzjonalità ma jkunux identiċi għar-rekwiżiti taħt l-ekoloġizzazzjoni), dawn id-duplikazzjonijiet jistgħu jispjegaw parti żgħira biss mid-deadweight osservat.

36

Il-biċċa l-kbira mid-deadweight fl-ekoloġizzazzjoni huwa dovut għall-fatt li r-rekwiżiti ta’ ekoloġizzazzjoni huma modesti wisq u ġeneralment jirriflettu l-prattika agrikola normali. Dan huwa partikolarment il-każ għad-diversifikazzjoni tal-għelejjel. Kif issemma fil-paragrafu 30, il-JRC stama li – qabel l-introduzzjoni tal-ekoloġizzazzjoni – madwar 1.8 % biss tal-art agrikola kollha fl-UE ma kinitx tikkonforma mar-rekwiżiti tad-diversifikazzjoni tal-għelejjel.

37

Rigward l-EFAs aħna sibna li, fil-Polonja, diversi prattiki u karatteristiċi agrikoli li kienu diġà stabbiliti fl-2014 kienu jippermettu li r-rekwiżit ta’ ekoloġizzazzjoni mhux biss jiġu ssodisfati iżda anke li jiġu skorruti bi 30 %. Fl-UE kollha kemm hi, il-bdiewa affettwati mill-obbligu tal-EFA ta’ 5 % ddikjaraw id-doppju tal-EFAs meħtieġa47.

38

Barra minn hekk, kif imsemmi fil-paragrafi 4 u 26, ħafna azjendi agrikoli huma eżenti mir-rekwiżiti ta’ ekoloġizzazzjoni iżda xorta waħda jirċievu l-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni. Skont id-data li l-Istati Membri kkomunikaw lill-Kummissjoni, fl-2015, 76 % tal-azjendi agrikoli fl-UE, li jkopru 27 % tal-art agrikola kollha fl-UE ma kinux suġġetti għal obbligi relatati mal-ekoloġizzazzjoni (ara l-Figura 4). Dawn iċ-ċifri jinkludu art li għaliha l-bdiewa ma talbu l-ebda pagament dirett taħt il-PAK48. Fost ir-riċevituri tal-pagamenti ta’ ekoloġizzazzjoni, total ta’ 65 %, li wettqu attivitajiet ta’ biedja fuq madwar 16 % tal-art agrikola fl-UE ddikjarata għall-pagamenti diretti, kienu eżenti għalkollox minn kull obbligu relatat mal-ekoloġizzazzjoni.

39

Xi wħud mill-eżenzjonijiet jikkonċernaw il-ġabra sħiħa tal-obbligi kollha relatati mal-ekoloġizzazzjoni, filwaqt li oħrajn japplikaw għal prattiki individwali ta’ ekoloġizzazzjoni. Aktar importanti minn hekk, kif jidher fit-Tabella 1, ċerti eżenzjonijiet huma mmirati lejn azjendi agrikoli li huma “ekoloġiċi b’definizzjoni”, jiġifieri jitqiesu li jipprovdu benefiċċji pubbliċi ambjentali ekwivalenti għall-ekoloġizzazzjoni. Il-Kummissjoni tiġġustifika l-eżenzjonijiet li fadal billi ssemmi l-ħtieġa ta’ simplifikazzjoni u kunsiderazzjonijiet ta’ spejjeż u benefiċċji. Il-bdiewa kkonċernati jirċievu fondi pubbliċi għall-ekoloġizzazzjoni mingħajr ma jkunu meħtieġa jipprovdu beni pubbliċi relatati inkambju.

Tabella 1

Motivi differenti għal eżenzjonijiet mill-ekoloġizzazzjoni

Prattika ta' ekoloġizzazzjoni kkonċernata ĠUSTIFIKAZZJONI GĦALL-EŻENZJONI
“ekoloġika b’definizzjoni” simplifikazzjoni / kost-benefiċċju / oħra
kollha
  • azjendi agrikoli organiċi
  • azjendi taħt l-iskema għall-bdiewa żgħar
  • azjendi b’għelejjel permanenti biss
diversifikazzjoni tal-għelejjel
  • azjendi b’perċentwal għoli ta’ bwar permanenti
  • azjendi b’inqas minn 10 ha ta’ raba’
EFA
  • azjendi b’perċentwal għoli ta’ bwar permanenti
  • azjendi b’restrizzjonijiet naturali f’pajjiżi li għandhom perċentwal għoli ta’ foresti
  • azjendi b’inqas minn 15-il ha ta’ raba’

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq id-dokumenti tal-Kummissjoni Ewropea.

Id-diversifikazzjoni tal-għelejjel hija ta’ inqas benefiċċju għall-ħamrija milli hija għan-newba tagħhom

40

Il-prattika ta’ ekoloġizzazzjoni relatata mad-diversifikazzjoni tal-għelejjel issostitwiet KAAT fakultattiva li kienet fis-seħħ sal-2014 u li kienet tikkonċerna n-newba tal-għelejjel,. Hemm differenzi importanti bejn iż-żewġ prattiki. Fil-każ tan-newba tal-għelejjel, il-bdiewa jibdlu l-għelejjel li jiġu kkultivati fuq kull roqgħa art minn sena għal oħra. Dan jillimita d-degradazzjoni tan-nutrijenti tal-ħamrija u t-tixrid tal-patoġeni. Minkejja r-rekwiżit li jkun hemm mill-inqas żewġ għelejjel fuq kull azjenda agrikola fi kwalunkwe sena partikolari, id-diversifikazzjoni tal-għelejjel ma tiggarantix li sseħħ bidla simili fl-għelejjel fuq l-art matul is-snin.

41

Fil-Valutazzjoni tal-Impatt 2011, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li d-diversifikazzjoni tal-għelejjel tista’ ma ġġibx magħha l-benefiċċji ambjentali kollha bħan-newba tal-għelejjel, iżda sabet li din id-diversifikazzjoni tikkorrispondi aktar man-natura annwali tal-pagamenti diretti. Kien hemm ukoll tħassib dwar id-diffikultà akbar biex jiġi ċċekkjat li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti tan-newba tal-għelejjel, speċjalment fil-kuntest ta’ rqajja’ art li jibdlu l-forma tagħhom u/jew l-idejn.

42

Il-Kummissjoni rrikonoxxiet ukoll li rekwiżit għal għelejjel leguminużi taħt id-diversifikazzjoni tal-għelejjel jista’ jżid il-benefiċċji ambjentali u klimatiċi tal-miżura. Madankollu, din l-idea ma ġietx adottata fil-proposta tal-Kummissjoni minħabba tħassib dwar il-kompatibbiltà ta’ dan ir-rekwiżit mar-regoli tad-WTO49. Finalment, l-għelejjel leguminużi ġew inkorporati fl-ekoloġizzazzjoni bħala wieħed mit-tipi ta’ EFAs (għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu).

L-effett tal-protezzjoni tal-bwar fuq l-emissjonijiet netti mill-art agrikola jista’ jissaħħaħ jekk tiġi mmirata aħjar

43

Il-Figura 7 turi li l-proporzjon ta’ bwar permanenti fl-UE, li bħalissa huwa ta’ madwar 30 %, ma nbidilx ħafna matul dawn l-aħħar 10 snin. Madankollu, iż-żieda – b’ 1.5 punti perċentwali – bejn il-proporzjon ta’ referenza applikabbli fil-perjodu 2007-2014 (ibbażat prinċipalment fuq data mill-2005) u l-proporzjon annwali għall-2016, taħbi t-telf ta’ aktar minn 3 miljun ettaru ta’ bwar permanenti ddikjarati, li jirrappreżenta tnaqqis ta’ 7.2 %.

Figura 7

Minkejja żieda fil-proporzjon ta’ bwar permanenti matul dawn l-aħħar 10 snin, l-erja reali ta’ bwar permanenti ċkienet

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq id-data tal-Kummissjoni Ewropea.

44

Il-proporzjon ta’ bwar permanenti żdied prinċipalment minħabba l-fatt li t-tnaqqis fl-erja ta’ bwar permanenti ddikjarata – in-numeratur tal-proporzjon – seħħ aktar bil-mod mit-tnaqqis fid-denominatur tal-proporzjon, jiġifieri l-art agrikola totali ddikjarata. Din tal-aħħar naqset bi 11.7 % (telf ta’ aktar minn 19-il miljun ettaru). Addizzjonalment, id-definizzjoni attwali ta’ bwar permanenti hija usa’ milli kienet fil-passat, billi tinkludi mergħat fejn il-ħaxix u foraġġ erbaċew ieħor ma jkunux predominanti. Iċ-ċifri għall-UE fl-intier tagħha, li juru biss il-medja, jaħbu varjazzjonijiet sinifikanti fil-livell tal-Istati Membri (ara l-Anness I).

45

Id-deżinjazzjoni ta’ bwar permanenti bħala ESPG toffri mezz ta’ protezzjoni ġdid, fil-livell tal-irqajja’ art, tal-bwar permanenti mill-konverżjoni. Madankollu, din il-forma l-ġdida ta’ protezzjoni hija limitata: l-ESPG jkopru madwar 16 % tal-bwar permanenti kollha fl-UE (b’varjazzjoni sinifikanti bejn l-Istati Membri).

46

Minbarra dan, kif jidher fl-Anness II, madwar 96 % tal-ESPG jinsabu ġewwa ż-żoni Natura 2000, li jkopru 18 % biss tal-bwar permanenti kollha fl-UE. Minħabba li ż-żoni Natura 2000 ġew delineati abbażi ta’ kriterji relatati mal-bijodiversità, din il-konċentrazzjoni ta’ ESPG f’dawn iż-żoni hija element pożittiv għall-bijodiversità. Madankollu, mill-perspettiva ta’ preżervazzjoni tal-ħażna ta’ karbonju, li hija l-objettiv prinċipali ddikjarat tal-prattika ta’ ekoloġizzazzjoni għall-manutenzjoni ta’ bwar permanenti, jenħtieġ li l-protezzjoni ta’ bwar permanenti mill-konverżjoni jew mill-ħrit tiffoka fuq irqajja' art li jkollhom kontenut għoli tal-karbonju diġà akkumulat fil-ħamrija, u li ħafna minnhom x’aktarx li jkunu jinsabu lil hinn miż-żoni Natura 2000. Sa issa, sitt Stati Membri biss iddeċidew li jiddeżinjaw ESPG barra miż-żoni Natura 200050.

Il-predominanza ta’ Erjas b’Fokus Ekoloġiku produttivi, flimkien mal-insuffiċjenza ta’ rekwiżiti tal-immaniġġjar, inaqqsu l-benefiċċji potenzjali tal-ekoloġizzazzjoni għall-bijodiversità

47

Kif imsemmi fil-paragrafu 9, waħda mid-deċiżjonijiet li l-Istati Membri jridu jieħdu rigward l-implimentazzjoni tal-ekoloġizzazzjoni hija l-għażla tat-tipi ta’ EFAs. Huma jistgħu jagħżlu minn lista ta’ 19-il tip differenti, inklużi 5 li jkunu kompatibbli mal-produzzjoni agrikola (ara l-Figura 8). It-28 Stat Membru kollha inkludew EFAs produttivi fl-għażla tagħhom.

Figura 8

EFAs mhux produttivi u EFAs produttivi

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq il-leġiżlazzjoni u fuq id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni Ewropea SWD(2017) 121 final.

48

L-indikaturi tal-output għall-ekoloġizzazzjoni li ġew irrappurtati mill-Istati Membri (miġbura fil-qosor fl-Anness III) juru predominanza ta’ EFAs “produttivi” (prinċipalment għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu, u għelejjel intermedji) fl-azjendi agrikoli. Fl-2015, il-perċentwal tagħhom fl-EFAs kollha ddikjarati mill-bdiewa kien ta’ 54 %, li żdied għal 58 % s-sena ta’ wara. L-għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu huma t-tip ta’ EFA produttiva li hija l-aktar komuni, u warajhom jiġu l-għelejjel intermedji.

49

Żewġ studji mill-201651 jindikaw li ż-żewġ EFAs prinċipali li huma produttivi – għelejjel intermedji u għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu – ma joffrux benefiċċji sinifikanti għall-bijodiversità, iżda jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib tal-ilma u tal-ħamrija, inkluż billi jżidu l-livelli ta’ karbonju organiku li jkun hemm fil-ħamrija tar-raba’52.

50

Ir-rekwiżiti addizzjonali li jikkonċernaw prattiki speċifiċi relatati mal-immaniġġjar, bħalma huma r-restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ fertilizzanti u pestiċidi, jew il-perjodi minimi li matulhom irid ikun hemm kopertura veġetali fuq għalqa, għandhom rwol importanti fid-determinazzjoni tal-impatt tad-diversi EFAs fuq il-bijodiversità. Mill-ħames Stati Membri li eżaminajna, in-Netherlands biss kienet introduċiet rekwiżiti għall-prattiki relatati mal-immaniġġjar (fejn l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fuq għelejjel intermedji jkun irid jiġi limitat) li qabżu l-livell minimu meħtieġ skont ir-regoli tal-UE. Minbarra dan, ir-rapport reċenti tal-Kummissjoni dwar l-EFAs53 jikkonkludi li ftit kienu l-Istati Membri li għażlu possibbiltajiet li għandhom l-għan li jrendu l-obbligu tal-EFA aktar ambjentalment effettiv. Il-Kummissjoni indirizzat din il-problema fl-emenda tal-leġiżlazzjoni sekondarja li ħarġet reċentement54, fejn introduċiet projbizzjoni fuq l-użu ta’ pestiċidi fuq EFAs produttivi. L-istess emenda introduċiet ukoll għadd ta’ miżuri ta’ simplifikazzjoni (ara l-paragrafu 66).

L-Istati Membri jużaw il-flessibbiltà fir-regoli dwar l-ekoloġizzazzjoni, biex jillimitaw il-piż fuq il-bdiewa u fuqhom stess aktar milli biex jimmassimizzaw il-benefiċċju ambjentali u klimatiku mistenni

51

L-Istati Membri jingħataw livell sinifikanti ta’ diskrezzjoni fl-implimentazzjoni tal-ekoloġizzazzjoni, speċjalment fir-rigward tal-għażla ta’ tipi ta’ EFAs u d-deżinjazzjoni ta’ ESPGs55.

52

Għall-ħames Stati Membri li eżaminajna, il-prinċipju ġustifikattiv prinċipali għad-deċiżjonijiet li ttieħdu kien li jiġi limitat il-piż fuq il-bdiewa u fuq l-awtoritajiet. B’mod ġenerali, l-Istati Membri taw prijorità lit-tipi ta’ EFAs li diġà kienu karatteristika komuni tal-prattika agrikola normali tagħhom. Diffikultajiet tekniċi fl-iċċekkjar ta’ ċerti EFAs u fl-installazzjoni ta’ sistemi tal-IT għal ċerti EFAs ukoll kellhom ċerta importanza (ara l-paragrafu 67 u l-Kaxxa 5). Il-massimizzazzjoni tal-benefiċċji ambjentali u klimatiċi tal-ekoloġizzazzjoni kellha importanza sekondarja biss.

53

Mill-ħames Stati Membri, tnejn biss (in-Netherlands u l-Polonja) ikkummissjonaw studji jew opinjonijiet esperti għall-analiżi tal-impatt ambjentali u klimatiku li jirriżulta mid-diversi possibbiltajiet ta’ implimentazzjoni tal-ekoloġizzazzjoni. Fiż-żewġ Stati Membri, l-awtoritajiet iddeċidew li ma jsegwux ċerti rakkomandazzjonijiet ewlenin, u minflok ippreferew possibbiltajiet li kienu jirrikjedu inqas sforz mill-bdiewa (ara t-Tabella 2).

Tabella 2

Użu selettiv, mill-Istati Membri, tar-rakkomandazzjonijiet xjentifiċi dwar l-implimentazzjoni tal-ekoloġizzazzjoni

Tip ta’ EFA irrakkomandat mill-esperti fid-dawl tal-benefiċċji tal-bijodiversità? magħżul mill-awtoritajiet tal-Istat Membru il-parir tal-esperti segwit mill-awtoritajiet tal-Istat Membru?
In-Netherlands
ġmiem madwar l-għelieqi
art mistrieħa × ×
imsajġar b’newba qasira × ×
għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu × ×
għelejjel intermedji × ×
Il-Polonja
medda art ta' lqugħ
fosos × ×
imsajġar b’newba qasira × ×

Sors: Ir-riżultati tal-awditjar tal-QEA.

54

Il-Kummissjoni tissorvelja l-mod kif l-Istati Membri jimplimentaw l-ekoloġizzazzjoni. Dan ix-xogħol huwa deskritt fil-paragrafu 69. Madankollu, kif jidher fil-Kaxxa 3, il-Kummissjoni għandha setgħat limitati ħafna biex tipperswadi lill-Istati Membri li għandu jkollhom fokus ambjentali aktar b’saħħtu fl-implimentazzjoni tagħhom tal-ekoloġizzazzjoni.

Kaxxa 3

Il-benefiċċji ta’ għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu għall-bijodiversità ma ġewx iddimostrati b’mod konvinċenti

L-għażliet tat-tip ta’ EFAs mill-Istati Membri ma jirrikjedux l-approvazzjoni tal-Kummissjoni. Madankollu, l-Istati Membri li jagħżlu għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu huma obbligati jelenkaw l-ispeċijiet kollha li biħsiebhom jawtorizzaw, u jispjegaw kif dawn l-għelejjel se jkunu ta’ benefiċċju għall-bijodiversità. Dan ir-rekwiżit jindirizza, sa ċertu punt, it-tħassib li l-kontribut tal-għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu għall-bijodiversità jista’ jkun negliġibbli (ara l-paragrafu 49).

Il-ħames Stati Membri li eżaminajna lkoll jawtorizzaw lill-bdiewa jissodisfaw l-obbligu tal-EFA permezz ta’ għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu. Minn dawn, Franza biss ipprovdiet lill-Kummissjoni b’ġustifikazzjoni speċifika għal kull waħda mill-ispeċijiet magħżula. Il-bqija tal-Istati Membri llimitaw l-analiżi tagħhom għal argumenti ġeneriċi favur għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu inġenerali.

Aħna sibna li f’sitwazzjonijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tista’ titlob ġustifikazzjoni addizzjonali u aktar speċifika, speċjalment għal pjanti li l-kontribut tagħhom għall-bijodiversità huwa partikolarment dubjuż (bħas-sojja), u ta’ spiss tagħmel dan. Madankollu, il-Kummissjoni ma tistax timpedixxi lill-Istati Membri milli jagħżlu speċijiet li l-valur tagħhom għall-bijodiversità ma jkunx ġie ddimostrat.

L-ekoloġizzazzjoni kellha impatt limitat fuq il-miżuri ambjentali taħt il-Pilastru II

55

Wieħed mill-effetti pożittivi li setgħu kienu mistennija b’segwitu għall-introduzzjoni tal-ekoloġizzazzjoni kien li l-fokus tan-nefqa għall-iżvilupp rurali jinbidel u jkun fuq azzjonijiet ambjentali u klimatiċi aktar ambizzjużi. Aħna ma sibniex indikazzjonijiet li mmaterjalizzat bidla pożittiva ta’ dan it-tip.

56

Fil-ħames Stati Membri li koprejna, aħna qabbilna t-tipi ta’ operazzjonijiet (jiġifieri l-pakketti differenti ta’ impenji li l-bdiewa jistgħu jidħlu għalihom) li jeżistu bħalissa taħt il-miżura agroambjentali klimatika, mat-tipi ta’ operazzjonijiet korrispondenti mill-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti (2007-2013). Fuq dik il-bażi, aħna eżaminajna jekk l-Istati Membri kinux għollew il-linja bażi għall-miżura agroambjentali klimatika, u jekk din il-bidla setgħetx tiġi attribwita għall-introduzzjoni tal-ekoloġizzazzjoni.

57

B’mod ġenerali, l-analiżi tagħna wriet kontinwità qawwija fl-operazzjonijiet taħt il-miżura agroambjentali klimatika. Ta’ spiss, l-impenji li attwalment qed jiġu proposti lill-bdiewa huma identiċi għal dawk li kienu applikabbli matul il-perjodu 2007-2013. Aħna sibna li l-linja bażi ta’ kważi t-tipi kollha ta’ operazzjonijiet analizzati ma kinitx ittellgħet f’livell ogħla matul il-perjodu 2014-2020 (għallinqas, mhux f’aspetti relatati mal-ekoloġizzazzjoni). Lanqas, fil-biċċa l-kbira mill-każijiet, ma kien hemm xi ħtieġa li dan isir, minħabba li l-linja bażi matul il-perjodu preċedenti kienet diġà qabżet il-livell meħtieġ mir-rekwiżiti ta’ ekoloġizzazzjoni. F’każijiet oħra, l-impenji kkonċernati ma kellhom xejn inkomuni mal-prattiki ta’ ekoloġizzazzjoni.

L-ekoloġizzazzjoni żżid il-kumplessità tal-PAK

L-ekoloġizzazzjoni għandha xi duplikazzjonijiet ma’ strumenti ambjentali oħra tal-PAK, iżda l-Kummissjoni u l-Istati Membri jimmitigaw ir-riskju relatat ta’ deadweight u ta’ finanzjament doppju

58

Il-mudell piramida tat-tliet strumenti ekoloġiċi tal-PAK, li ġie diskuss fil-paragrafu 7 u illustrat fil-Figura 1, huwa rappreżentazzjoni idealizzata tal-prinċipju li l-ekoloġizzazzjoni għandha tmur lil hinn mill-kundizzjonalità u tifforma l-linja bażi56 għall-miżuri ta’ żvilupp rurali. Fir-realtà, dan mhux dejjem ikun il-każ u jeżistu duplikazzjonijiet sinifikanti bejn l-ekoloġizzazzjoni u ż-żewġ saffi l-oħra tal-piramida, kif jidher fil-Figura 9.

Figura 9

Duplikazzjonijiet bejn l-ekoloġizzazzjoni u l-istrumenti ambjentali oħra tal-PAK

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni Ewropea SWD(2016) 218 final.

Duplikazzjonijiet bejn l-ekoloġizzazzjoni u l-kundizzjonalità huma komuni, iżda r-riskju ta’ deadweight huwa mitigat minħabba d-differenzi fir-rekwiżiti dettaljati
59

Id-duplikazzjonijiet bejn l-ekoloġizzazzjoni u l-kundizzjonalità jikkonċernaw ċerti karatteristiċi jew prattiki li huma protetti jew meħtieġa taħt il-KAAT jew l-SMRs u li, fl-istess ħin, jistgħu jiġu ddikjarati bħala li jissodisfaw ir-rekwiżit tal-EFA. It-tipi prinċipali ta’ EFAs ikkonċernati jinkludu għelejjel intermedji, medda art ta' lqugħ, u diversi tipi ta’ karatteristiċi topografiċi. Kif jidher fil-Figura 10, aħna sibna duplikazzjonijiet bħal dawn f’erbgħa mill-ħames Stati Membri magħżula.

Figura 10

Duplikazzjonijiet bejn l-ekoloġizzazzjoni u l-kundizzjonalità, kif ġew osservati f’erbgħa mill-ħames Stati Membri eżaminati

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq is-sejbiet tal-awditjar għall-Greċja, Spanja, Franza, in-Netherlands u l-Polonja.

60

Duplikazzjonijiet bħal dawn jiġġeneraw deadweight li, fil-biċċa l-kbira mill-każijiet, huwa mitigat minħabba d-differenzi bejn ir-rekwiżiti taħt l-ekoloġizzazzjoni u dawk taħt il-kundizzjonalità (eż. għall-għelejjel intermedji, l-ekoloġizzazzjoni tirrikjedi taħlita ta’ mill-inqas żewġ pjanti filwaqt li, taħt il-KAAT 4 jew l-SMR 1, speċi waħda hija normalment biżżejjed).

61

B’mod ġenerali, l-Istati Membri eżaminati ma stabbilewx restrizzjonijiet, proċeduri jew kontrolli addizzjonali biex jevitaw jew jillimitaw id-deadweight fil-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni kkawżat minn duplikazzjonijiet mar-rekwiżiti ta’ kundizzjonalità. Aħna sibna eċċezzjoni waħda: fin-Netherlands, l-għelejjel intermedji meħtieġa taħt l-SMR 1 ma jistgħux jiġu ddikjarati bħala EFAs.

B’mod ġenerali, id-duplikazzjonijiet bejn l-ekoloġizzazzjoni u l-iżvilupp rurali (il-Pilastru II tal-PAK) huma mmaniġġjati tajjeb mill-Istati Membri
62

Duplikazzjonijiet bejn l-ekoloġizzazzjoni u l-miżuri ambjentali taħt l-iżvilupp rurali, bħal pereżempju l-miżura agroambjentali klimatika57, jistgħu jseħħu meta l-bdiewa jidħlu għal impenji taħt il-Pilastru II li jkunu simili fin-natura għar-rekwiżiti standard ta’ ekoloġizzazzjoni. Duplikazzjonijiet bħal dawn huma possibbli għaliex il-leġiżlazzjoni tal-UE ma tirrikjedix li l-obbligi relatati mal-ekoloġizzazzjoni jiġu inklużi fil-linja bażi rilevanti tal-iżvilupp rurali58. Madankollu, ir-regoli tal-UE59 jobbligaw lill-Istati Membri li jevitaw li jsir kull finanzjament doppju tal-prattiki ta’ ekoloġizzazzjoni, fejn meħtieġ billi jnaqqsu l-ammonti mħallsa lill-bdiewa taħt l-iżvilupp rurali. Il-Kummissjoni ħarġet gwida dettaljata għall-Istati Membri dwar kif dan il-finanzjament doppju jista’ jiġi evitat (ara wkoll il-paragrafu 68).

63

Fil-15-il Stat Membru koperti mill-awditu tagħna (5 permezz ta’ żjarat tal-awditjar jew vidjokonferenzi, u 10 permezz ta’ analiżi fl-uffiċċju ffukata – ara l-paragrafu 12), aħna eżaminajna d-diversi tipi ta’ operazzjonijiet (jiġifieri pakketti differenti ta’ impenji) taħt il-miżura agroambjentali klimatika. Aħna sibna li madwar terz tat-tipi ta’ operazzjonijiet fil-kampjun tagħna kienu jinkludu impenji li ħolqu duplikazzjonijiet mar-rekwiżiti ta’ ekoloġizzazzjoni. Aħna sibna wkoll li, b’mod ġenerali, l-Istati Membri kienu konxji minn dawn id-duplikazzjonijiet u fasslu proċeduri speċifiċi, li f’xi każijiet dawn kienu proċeduri pjuttost kumplessi, biex jeskludu l-possibbiltà ta’ finanzjament doppju.

64

Il-Kaxxa 4 tipprovdi eżempji ta’ duplikazzjonijiet bejn l-impenji taħt il-miżura agroambjentali klimatika, u l-prattiki ta’ ekoloġizzazzjoni kif ukoll id-diversi metodi li jintużaw mill-Istati Membri biex jevitaw il-finanzjament doppju.

Kaxxa 4

Diversi duplikazzjonijiet bejn l-impenji taħt il-miżura agroambjentali klimatika u l-prattiki ta’ ekoloġizzazzjoni, u l-modi differenti ta’ kif ir-riskju ta’ finanzjament doppju jiġi ttrattat

Fi Spanja (Kastilja u León), il-bdiewa li japplikaw għal wieħed mit-tipi ta’ operazzjoni taħt il-miżura agroambjentali klimatika jidħlu f’impenn li jħawlu 15 % tal-erja li tkun tinsab f’kuntatt mal-alfalfa. Erjas li jkunu jinsabu taħt l-alfalfa, li hija għalla li tassimila n-nitroġenu, jistgħu wkoll jiġu ddikjarati bħala EFAs fi Spanja. Il-finanzjament doppju jiġi evitat permezz ta’ restrizzjoni, implimentata bħala kontroverifika awtomatika fis-sistema tal-IT, li tipprevieni l-istess erja milli tkun tgħodd kemm fir-rigward tal-impenn taħt il-Pilastru II kif ukoll fir-rigward tal-obbligu tal-EFA.

Fi Franza (Aquitaine), ċerti tipi ta’ operazzjonijiet taħt il-miżura agroambjentali klimatika jinkludu impenn relatat mad-diversifikazzjoni tal-għelejjel. Il-finanzjament doppju fir-rigward tal-obbligu korrispondenti relatat mal-ekoloġizzazzjoni jiġi evitat minħabba l-fatt li l-pagament ta’ żvilupp rurali jkopri biss l-ispiża addizzjonali involuta fl-introduzzjoni ta’ għalla oħra, ir-raba’ waħda, fit-taħlita tal-għelejjel. Dan ifisser li, f’dan il-każ partikolari, ir-rekwiżit ta’ ekoloġizzazzjoni għal tliet għelejjel tiġi fil-fatt inkluża fil-linja bażi tal-Pilastru II.

Il-kumplessità tar-regoli dwar l-ekoloġizzazzjoni tinvolvi sfidi relatati mal-implimentazzjoni, li l-Kummissjoni solviet parzjalment

65

Il-bdiewa jikkritikaw l-ekoloġizzazzjoni minħabba r-regoli kumplessi li għandha. Fir-reazzjonijiet tagħha għall-konsultazzjoni pubblika dwar l-esperjenza miksuba fl-ewwel sena tal-implimentazzjoni tal-ekoloġizzazzjoni, il-COPA-COGECA – organizzazzjoni li tirrappreżenta lill-bdiewa fil-livell tal-UE – ikklassifikat ir-regoli għall-implimentazzjoni tal-prattiki kollha ta’ ekoloġizzazzjoni bħala diffiċli – mhux biss biex ikun hemm konformità magħhom, iżda wkoll biex jinftiehmu.

66

Fil-Komunikazzjoni tagħha “Review of Greening after one year” (Rieżaminar tal-ekoloġizzazzjoni wara sena)60, il-Kummissjoni pproponiet is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni ta’ ċerti rekwiżiti ta’ ekoloġizzazzjoni, kull fejn dan seta’ jsir mingħajr ma jitnaqqsu l-benefiċċji ambjentali. Id-dokument elenka titjib potenzjali, bħall-fużjoni ta’ ċerti tipi simili ta’ EFAs (eż. meded art ta’ lqugħ, u ġmiem madwar l-għelieqi), l-illaxkar ta’ ċerti restrizzjonijiet rigward prattiki relatati mal-immaniġġjar u limiti ta’ żmien, u ż-żieda fit-tolleranzi fir-rigward tad-daqsijiet u tal-lokazzjoni ta’ karatteristiċi topografiċi. Il-Kummissjoni inkludiet dawn il-miżuri ta’ simplifikazzjoni fl-emenda reċenti tagħha61 tal-leġiżlazzjoni sekondarja. L-istess emenda introduċiet ukoll projbizzjoni fuq l-użu ta’ pestiċidi fuq EFAs produttivi (ara l-paragrafu 50).

67

L-implimentazzjoni tal-ekoloġizzazzjoni ma kinitx kompitu sempliċi għall-Istati Membri. L-ewwel nett, din kienet tirrappreżenta sforz finanzjarju u organizzazzjonali sinifikanti. Is-sistemi eżistenti tal-IT kellhom jiġu adattati, b’mod partikolari s-Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Irqajja’ tal-Art (LPIS)62 fl-Istati Membri li għażlu tipi ta’ EFAs li huma ta’ natura permanenti (jiġifieri l-karatteristiċi topografiċi kollha – għajr ġmiem madwar l-għelieqi – iżda wkoll raba’ mtarraġ, ettari ta’ agrosilvikultura, erjas b’imsajġar b’newba qasira u żoni msaġġra). Il-Kaxxa 5 turi kif il-piż assoċjat mal-istabbiliment tas-saff tal-EFA jista’ jaffettwa l-għażliet tal-Istati Membri fir-rigward tal-EFAs.

Kaxxa 5

Il-piż tqil assoċjat mal-istabbiliment tas-saff tal-EFA

Inizjalment, l-awtoritajiet Spanjoli kellhom l-intenzjoni li jinkludu l-karatteristiċi topografiċi fost it-tipi ta’ EFAs li għażlu, fid-dawl tal-benefiċċji ambjentali sinifikanti li dawn joffru. Madankollu, fl-aħħar iddeċidew li ma jagħmlux dan minħabba d-diffikultajiet mistennija u d-dewmien relatat mar-reġistrazzjoni tal-karatteristiċi topografiċi kollha fl-LPIS.

68

Minbarra dan, xi Stati Membri qiesu li xi wħud mir-regoli dwar l-ekoloġizzazzjoni ma kinux ċari. Huma staqsew lill-Kummissjoni dwar diversi aspetti tal-implimentazzjoni tal-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni. Il-Kummissjoni tellgħet dawn il-mistoqsijiet, flimkien mar-risposti tagħha fuq pjattaforma apposta fuq l-internet, li kienet aċċessibbli għall-Istati Membri kollha. Il-Kaxxa 6 tagħti eżempju tal-kwistjonijiet li tqajmu. L-istess pjattaforma ntużat għad-disseminazzjoni ta’ forom oħra ta’ gwida dwar l-ekoloġizzazzjoni: konklużjonijiet minn laqgħat tal-gruppi esperti, u dokumenti ta’ gwida li jiġbru fil-qosor l-aspetti l-aktar importanti tal-implimentazzjoni. Il-ħames Stati Membri li koprejna kienu ġeneralment sodisfatti bil-kwalità u l-puntwalità tal-gwida li huma rċevew mill-Kummissjoni.

Kaxxa 6

Eżempji tal-kumplessità tar-regoli dwar l-ekoloġizzazzjoni

Xi Stati Membri staqsew dwar kif għandhom jivvalutaw il-konformità mar-rekwiżiti tad-diversifikazzjoni tal-għelejjel f’każijiet fejn parti biss minn azjenda agrikola tkun organika. Il-Kummissjoni kkjarifikat il-fatt li, inġenerali, l-ekoloġizzazzjoni taffettwa biss il-parti mhux organika tal-azjenda agrikola. Dan ifisser li r-raba’ maħdum b’mod organiku ma jingħaddx mas-sollijiet tal-erja għad-diversifikazzjoni tal-għelejjel. Madankollu, jekk ir-raba’ li ma jinħadimx b’mod organiku jkun akbar minn 10 ettari, l-għelejjel meħtieġa jridu jiġu kkultivati fuq dak ir-raba’ – kwalunkwe għalla organika tiġi injorata għall-iskopijiet tad-diversifikazzjoni tal-għelejjel. Il-bdiewa li l-azjendi agrikoli tagħhom jkunu biss parzjalment organiċi jistgħu wkoll jagħżlu li japplikaw it-tliet prattiki ta' ekoloġizzazzjoni fuq l-azjenda agrikola kollha.

69

Il-Kummissjoni għandha r-responsabbiltà li tissorvelja l-implimentazzjoni tal-ekoloġizzazzjoni mill-Istati Membri. Parti importanti minn din ir-responsabbiltà hija l-iċċekkjar regolari tad-diversi notifiki li l-Istati Membri huma meħtieġa jippreżentaw, fir-rigward tal-għażliet tagħhom relatati mal-implimentazzjoni tal-ekoloġizzazzjoni, kif ukoll l-outputs tal-ekoloġizzazzjoni fil-livell tal-azjendi agrikoli. Aħna sibna li l-Kummissjoni wettqet dawn il-kompiti b’mod sodisfaċenti. B’mod partikolari, il-Kummissjoni sistematikament tidentifika u twettaq segwitu mal-Istati Membri rilevanti tad-diversi problemi relatati mal-preżentazzjoni tardiva tal-informazzjoni63 jew mal-applikazzjoni skorretta tar-regoli tal-UE. Madankollu, kif illustrat fil-paragrafu 54 u fil-Kaxxa 3, il-Kummissjoni ma tistax tobbliga lill-Istati Membri biex jiffavorixxu dawk il-possibbiltjiet ta’ implimentazzjoni tal-ekoloġizzazzjoni li huma ta’ benefiċċju akbar għall-ambjent u l-klima.

Il-prattiki ta’ ekoloġizzazzjoni jixbhu lill-KAAT, iżda jinvolvu penali potenzjali ogħla għan-nuqqas ta’ konformità

70

Qabel ma ġiet introdotta l-ekoloġizzazzjoni, l-unika rabta bejn il-pagamenti diretti taħt il-PAK u l-objettivi ambjentali u klimatiċi tal-UE kienet il-kundizzjonalità. Bħal fil-każ tal-ekoloġizzazzjoni, il-kundizzjonalità hija obbligatorja għall-bdiewa li jibbenefikaw minn pagamenti diretti taħt il-PAK. Id-differenza hi li ma hemm l-ebda premju għall-issodisfar tal-obbligi relatati mal-kundizzjonalità. Il-ksur tal-kundizzjonalità jista’ jirriżulta f’penali li jnaqqsu l-pagamenti diretti kollha li jingħataw lill-benefiċjarju (normalment minn 1 % sa 5 %). Taħt l-ekoloġizzazzjoni, il-bidwi jirċievi pagament speċifiku talli jżomm mal-prattiki obbligatorji. B’mod ġenerali, it-tnaqqis għan-nuqqas ta’ konformità huwa proporzjonali għall-erja li ma tkunx tikkonforma, espressa bħala perċentwal tal-erja totali tal-azjenda agrikola li tkun taħt l-obbligi relatati mal-ekoloġizzazzjoni, u jista’ jilħaq il-100 % tal-pagament64. Mis-sena tat-talba 2017 ’il quddiem, minbarra dan it-tnaqqis se jiġu applikati penali amministrattivi wkoll f’każijiet fejn it-tnaqqis inizjali jkun jaqbeż it-3 %. Dawn il-penali se jkunu limitati għal 20 % tal-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni tal-bidwi għas-sena tat-talba 2017 u għal 25 % mis-sena tat-talba 2018 ’il quddiem.

71

Fil-prattika, l-ekoloġizzazzjoni topera b’mod pjuttost simili għall-kundizzjonalità65. Il-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni huwa ppreżentat bħala forma ta’ rimunerazzjoni għall-beni pubbliċi ambjentali u dawk relatati mal-klima, li jipprovdu l-bdiewa. Madankollu, l-iskema tista’ titqies ukoll bħala mekkaniżmu li jippenalizza n-nuqqas ta’ konformità ma’ ġabra ta’ kundizzjonijiet ambjentali bażiċi u kundizzjonijiet bażiċi relatati mal-klima (simili għall-KAAT), mehmużin ma’ skema ta’ appoġġ għall-introjtu. L-unika differenza sinifikanti mill-kundizzjonalità hija li, għall-ekoloġizzazzjoni, il-penali għal ksur sinifikanti tar-regoli normalment ikunu ogħla.

Konklużjonjiet u rakkomandazzjonijiet

72

F’dan ir-rapport, il-mistoqsija prinċipali tal-awditjar tagħna kienet jekk l-ekoloġizzazzjoni kinitx kapaċi ttejjeb il-prestazzjoni ambjentali u klimatika tal-PAK, f’konformità mal-objettiv stabbilit fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

73

B’mod ġenerali aħna nikkonkludu li, bil-mod ta’ kif qed tiġi implimentata attwalment, mhuwiex probabbli li l-ekoloġizzazzjoni se ttejjeb il-prestazzjoni ambjentali u klimatika tal-PAK sinifikattivament.

74

Sabiex nirrispondu għal dik il-mistoqsija prinċipali tal-awditjar, aħna eżaminajna:

  1. il-loġika ta’ intervent, jekk kinux jeżistu miri ċari u ambizzjużi biżżejjed għall-ekoloġizzazzjoni u l-ġustifikazzjoni għall-allokazzjoni baġitarja tal-politika (ara l-paragrafi 13 sa 25);
  2. il-benefiċċji li l-ekoloġizzazzjoni tista’ tkun mistennija li tipproduċi għall-ambjent u għall-klima (ara l-paragrafi 26 sa 57);
  3. il-kumplessità li l-ekoloġizzazzjoni żżid għall-PAK (ara l-paragrafi 58 sa 71).
75

L-ekoloġizzazzjoni jservi biex jissodisfa żewġ objettivi distinti. Minn naħa waħda, hija intenzjonata li ttejjeb il-prestazzjoni ambjentali u klimatika tal-PAK. Min-naħa l-oħra – bħala pagament dirett taħt il-PAK - hija tibqa’ strument li jipprovdi appoġġ għall-introjtu tal-bdiewa. Huwa biss l-ewwel wieħed minn dawn l-objettivi li huwa ddikjarat b’mod espliċitu fil-leġiżlazzjoni (ara l-paragrafi 13 sa 14).

76

Il-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni ma għandux loġika ta’ intervent li hija żviluppata bis-sħiħ. Il-Kummissjoni ma stabbilietx miri speċifiċi u lanqas ma speċifikat b’xi mod ieħor x'inhu mistenni li l-ekoloġizzazzjoni tikseb għall-ambjent u l-klima. Kwalunkwe valutazzjoni tal-effettività tal-politika se tkun affettwata wkoll mill-għarfien frammentarju dwar is-sitwazzjonijiet bażi, b’mod partikolari f’termini tal-bijodiversità u l-kwalità tal-ħamrija, inkluż il-kontenut ta’ karbonju organiku (ara l-paragrafi 15 sa 16).

77

Il-proposta inizjali tal-Kummissjoni għall-ekoloġizzazzjoni kienet aktar ambizzjuża f’termini ambjentali. Id-dilwizzjoni sussegwenti tal-kontenut ambjentali tal-politika ma bidlitx il-livell ta’ finanzjament propost. Dan kien stabbilit, mill-bidu nett, għal 30 % tal-pagamenti diretti taħt il-PAK. Bħala medja, is-sussidji għall-ekoloġizzazzjoni huma sinifikattivament ogħla mill-ispiża mġarrba mill-bdiewa (inkluż mill-introjtu mitluf) talli jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ ekoloġizzazzjoni. Dan huwa minħabba l-fatt li l-baġit għall-ekoloġizzazzjoni ġie stabbilit mingħajr l-ebda rabta mal-livell ta’ ambizzjoni ambjentali tal-politika. Essenzjalment, l-ekoloġizzazzjoni tibqa’ skema ta’ appoġġ għall-introjtu (ara l-paragrafi 17 sa 25).

78

Mhuwiex probabbli li l-ekoloġizzazzjoni tipprovdi benefiċċji sinifikanti għall-ambjent u għall-klima, prinċipalment minħabba d-deadweight sinifikanti li jaffettwa l-politika. Dan id-deadweight jirriżulta primarjament mill-fatt li, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti ta’ ekoloġizzazzjoni mhumiex impenjattivi u, fil-biċċa l-kbira, jirriflettu l-prattika agrikola normali. Barra dan, minħabba eżenzjonijiet estensivi, il-biċċa l-kbira mill-bdiewa (65 %) jistgħu jibbenefikaw mill-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni mingħajr ma jkunu effettivament suġġetti għall-obbligi relatati mal-ekoloġizzazzjoni. B’riżultat ta’ dan, l-ekoloġizzazzjoni twassal għal bidla pożittiva fil-prattiki agrikoli fuq perċentwal limitat ħafna tal-art agrikola fl-UE. Aħna nistmaw li l-bdiewa ħolqu EFAs ġodda u żiedu d-diversifikazzjoni tal-għelejjel fuq madwar 3.5 % biss tar-raba’, jiġifieri madwar 2 % tal-art agrikola kollha fl-UE. Barra minn hekk, skont studju tal-JRC, ir-rekwiżiti l-ġodda ta’ ekoloġizzazzjoni, li huma relatati mal-bwar permanenti, irriżultaw f’bidla fil-prattiki agrikoli fuq 1.5 % biss tal-art agrikola fl-UE. Kumplessivament, madwar 5 % tal-art ikkultivata fl-UE ġiet riallokata minħabba l-ekoloġizzazzjoni (ara l-paragrafi 26 sa 39).

79

Aħna sibna wkoll li ċerti limitazzjonijiet fit-tfassil naqqsu l-effettività tat-tliet prattiki ta’ ekoloġizzazzjoni. Id-diversifikazzjoni tal-għelejjel ma setgħetx tipprovdi l-benefiċċji ambjentali kollha tan-newba tal-għelejjel. Id-deżinjazzjoni ta’ ESPGs kienet ibbażata prinċipalment fuq kriterji relatati mal-bijodiversità u fuq bwar permanenti b’livell għoli ta’ karbonju, li jinsabu lil hinn miż-żoni Natura 2000, li ma ġewx immirati sew. Fl-aħħar nett, il-predominanza ta’ tipi ta’ EFAs produttivi, flimkien man-nuqqas ta’ rekwiżiti ta’ sinifikat dwar l-immaniġġjar, illimitaw l-impatt pożittiv tal-EFAs fuq il-bijodiversità (ara l-paragrafi 40 sa 50).

80

L-Istati Membri għandhom livell sinifikanti ta’ flessibbiltà fl-implimentazzjoni tal-ekoloġizzazzjoni, speċjalment fir-rigward tal-għażla ta’ tipi ta’ EFAs u d-deżinjazzjoni ta’ ESPGs. Aħna sibna li, inġenerali, huma ma jużawx din il-flessibbiltà biex jimmassimizzaw il-benefiċċji ambjentali u klimatiċi tal-politika. Ma jippruvawx jidentifikaw u jimmiraw fuq ħtiġijiet speċifiċi, kemm dawk ambjentali kif ukoll dawk relatati mal-klima, permezz ta’ prattiki ta’ ekoloġizzazzjoni. Minflok, huma jagħmlu l-almu tagħhom biex jimplimentaw l-ekoloġizzazzjoni b’mod li jimminimizza l-piż fuqhom stess u fuq il-bdiewa tagħhom. il-Kummissjoni għandha setgħa limitata biex tipperswadi lill-Istati Membri jagħżlu l-possibbiltajiet ta’ implimentazzjoni tal-ekoloġizzazzjoni li jkunu joffru benefiċċji ambjentali akbar (ara l-paragrafi 51 sa 54).

81

L-ekoloġizzazzjoni kellha impatt limitat għal-linja bażi tal-miżuri ambjentali taħt il-Pilastru II, prinċipalment minħabba li l-impenji li ġew proposti lill-bdiewa taħt dawn il-miżuri kienu ogħla mir-rekwiżiti ta’ ekoloġizzazzjoni anke qabel ma ġie introdott il-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni (ara l-paragrafi 55 sa 57).

82

L-ekoloġizzazzjoni żżid kumplessità sinifikanti għall-PAK li mhijiex ġustifikata fid-dawl tar-riżultati li l-ekoloġizzazzjoni tista’ tkun mistennija li tipproduċi (ara l-paragrafi 78 sa 81). Din il-kumplessità tirriżulta mhux l-inqas minħabba l-mod kif l-ekoloġizzazzjoni toħloq duplikazzjoni ma’ strumenti ambjentali oħra tal-PAK (il-kundizzjonalità u l-miżuri ambjentali taħt il-Pilastru II), bir-riskju ta’ deadweight u ta’ finanzjament doppju. Ċerti deċiżjonijiet u azzjonijiet li ttieħdu mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri jimmitigaw dawn ir-riskji. L-emenda tal-leġiżlazzjoni sekondarja li saret reċentement indirizzat ċertu tħassib li l-bdiewa u l-Istati Membri għandhom rigward il-kumplessità tal-politika. Aħna sibna wkoll li s-superviżjoni li l-Kummissjoni wettqet ta’ kif l-Istati Membri jimplimentaw l-ekoloġizzazzjoni, kienet tajba (ara l-paragrafi 58 sa 69).

83

L-ekoloġizzazzjoni tixbah lill-KAAT fis-sens li din ukoll hija, essenzjalment, ġabra ta’ kundizzjonijiet ambjentali bażiċi li huma applikabbli għall-appoġġ għall-introjtu. Dak li jiddistingwiha mill-KAAT huwa l-fatt li hemm il-possibbiltà ta’ penali ogħla għan-nuqqas ta’ konformità (ara l-paragrafi 70 sa 71).

Rakkomandazzjoni 1

Għar-riforma li jmiss tal-PAK, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa loġika ta’ intervent kompleta għall-azzjoni tal-UE f’dak li jirrigwarda l-ambjent u l-klima fil-qasam tal-agrikoltura, li tkun tinkludi miri speċifiċi u tkun ibbażata fuq fehim xjentifiku aġġornat tal-fenomeni kkonċernati.

  1. Bħala parti mil-loġika ta’ intervent, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddefinixxi ħtiġijiet, inputs, proċessi, eżiti, riżultati, impatti u l-fatturi esterni rilevanti.
  2. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddefinixxi miri speċifiċi għall-kontribuzzjoni mogħtija mill-PAK għall-objettivi tal-UE f’dak li jirrigwarda l-ambjent u l-klima.
  3. Sabiex ikun possibbli li titfassal politika effettiva, u biex sussegwentement isir monitoraġġ u evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tagħha, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa mudelli u ġabriet ta’ data rigward il-bijodiversità, il-kundizzjoni tal-ħamrija (inkluż il-kontenut ta’ karbonju fil-ħamrija) u kwistjonijiet ambjentali u klimatiċi rilevanti oħra.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: tmiem l-2019.

Rakkomandazzjoni 2

Bħala tħejjija għall-iżviluppar tal-proposta tagħha għar-riforma li jmiss tal-PAK, jenħtieġ li l-Kummissjoni teżamina u tieħu kont tal-implimentazzjoni tal-PAK attwali. Meta tibni din il-proposta, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun iggwidata mill-prinċipji li ġejjin:

  1. Il-bdiewa ma jkollhomx aċċess għall-pagamenti taħt il-PAK jekk ma jissodisfawx ġabra ta’ normi ambjentali bażiċi:
    1. Dawn in-normi jridu jinkludu kwistjonijiet koperti mill-KAAT attwali u r-rekwiżiti ġeneralizzati ta’ ekoloġizzazzjoni (li t-tnejn huma intenzjonati li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni ambjentali). Dan jissimplifika s-sistema ta’ pagamenti diretti taħt il-PAK billi jevita li jinħolqu distinzjonijiet artifiċjali u mhux ċari bejn strumenti li huma essenzjalment simili;
    2. Il-penali li jridu jiġu applikati għan-nuqqas ta' konformità ma’ dawn in-normi kkombinati jridu jkunu biżżejjed biex ikunu ta’ deterrent;
    3. Sabiex jiġi evitat il-finanzjament doppju, jenħtieġ li dawn in-normi bażiċi kollha jiġu inkorporati bis-sħiħ fil-linja bażi ambjentali għal kwalunkwe azzjoni programmata li tirrigwarda l-agrikoltura.
  2. Ħtiġijiet speċifiċi u lokali li jkunu ta’ natura ambjentali u relatati mal-klima jistgħu jiġu indirizzati b’mod xieraq permezz ta’ azzjoni programmata aktar b’saħħitha fir-rigward tal-agrikoltura li tkun ibbażata fuq:
    1. l-ilħuq ta’ miri ta’ prestazzjoni;
    2. u finanzjament li jkun jirrifletti valutazzjoni tal-ispejjeż medji mġarrba u l-introjtu mitluf minħabba azzjonijiet u prattiki li jmorru lil hinn mil-linja bażi ambjentali.
  3. Meta, fl-implimentazzjoni tagħhom tal-PAK, l-Istati Membri jingħataw possibbiltajiet minn fejn jagħżlu, iridu jkunu meħtieġa juru, qabel l-implimentazzjoni, li l-possibbiltajiet li jagħżlu huma effettivi u effiċjenti f’termini ta’ lħuq tal-objettivi ta' politika.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: tmiem l-2019.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla I, immexxija mis-Sur Phil WYNN OWEN, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-15 ta’ Novembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE
President

Annessi

Anness I

Evoluzzjoni tal-proporzjon ta’ bwar permanenti

Stat Membru proporzjon annwali 2016 proporzjon ta’ referenza għas-snin 2015-2020 proporzjon ta’ referenza għas-snin 2007-2014
total tal-art agrikola ddikjarata
(ha)
erja ta’ bwar permanenti ddikjarata
(ha)
proporzjon annwali
%
total tal-art agrikola ddikjarata
(ha)
erja ta’ bwar permanenti ddikjarata
(ha)
proporzjon ta’ referenza
%
total tal-art agrikola ddikjarata
(ha)
erja ta’ bwar permanenti ddikjarata
(ha)
proporzjon ta’ referenza
%
BE 13,14,400 4,48,987 34% 13,15,486 4,43,224 34% 13,53,009 4,54,292 34%
BG 37,15,306 4,30,730 12% 36,79,813 4,29,132 12% 33,84,244 4,41,710 13%
CZ 30,52,450 5,68,829 19% 30,60,035 5,62,796 18% 34,99,205 7,71,052 22%
DK 24,06,971 1,87,406 8% 24,32,797 1,88,410 8% 27,94,151 2,18,588 8%
DE 1,58,37,869 42,25,999 27% 1,59,10,715 42,75,141 27% 1,70,79,413 50,24,490 29%
EE 7,80,945 1,91,413 25% 8,08,521 2,26,379 28% 8,62,508 2,29,640 27%
IE 44,92,546 41,46,476 92% 45,29,921 41,26,327 91% 47,39,370 43,06,615 91%
EL 34,74,055 11,13,762 32% 33,51,290 11,48,530 34% 43,09,659 13,48,970 31%
ES 1,92,82,905 51,88,284 27% 1,79,24,941 47,38,728 26% 2,28,10,689 49,77,008 22%
FR 2,64,43,752 83,08,807 31% 2,60,84,955 81,38,942 31% 2,71,91,897 80,65,062 30%
HR 9,43,389 1,28,516 14% 8,77,953 1,12,044 13% 10,21,088 1,26,663 12%
IT1 83,88,012 13,52,638 16% 83,88,012 13,18,111 16% 1,02,68,869 19,49,256 19%
CY 1,33,987 2,622 2% 1,32,259 2,994 2% 1,41,133 154 0%
LV 14,02,663 3,20,117 23% 13,96,574 3,10,985 22% 15,34,046 3,71,539 24%
LT 26,83,626 6,95,077 26% 26,80,109 5,77,221 22% 25,68,706 4,17,962 16%
LU 1,16,009 61,497 53% 1,18,283 60,716 51% 1,22,858 58,929 48%
HU 46,57,441 5,76,847 12% 46,49,119 5,83,495 13% 50,91,878 1,34,447 3%
NL 17,03,370 6,90,270 41% 17,33,770 7,04,152 41% 19,51,645 4,70,383 24%
AT 20,60,208 9,04,038 44% 19,63,729 8,52,273 43% 28,87,353 14,58,766 51%
PL 1,18,93,373 18,49,142 16% 1,18,13,509 16,94,509 14% 1,41,12,797 23,52,294 17%
PT 23,70,452 8,93,592 38% 23,14,906 8,84,013 38% 33,57,552 8,15,454 24%
RO 75,13,858 16,75,808 22% 72,77,405 17,41,649 24% 94,11,557 20,29,630 22%
SL1 4,12,748 2,34,513 57% 4,12,748 2,31,666 56% 4,59,554 2,73,804 60%
SK 16,97,140 3,90,167 23% 17,17,269 4,00,310 23% 18,54,458 5,04,402 27%
FI 20,42,392 1,34,006 7% 20,76,488 1,32,482 6% 22,87,868 16,935 1%
SE 25,22,147 4,24,332 17% 26,13,443 3,74,188 14% 31,86,163 5,64,182 18%
UK2 1,38,07,482 85,47,962 62% 1,39,39,630 90,37,730 65% 1,60,99,487 96,94,376 60%
TOTAL għall-UE 14,51,49,497 4,36,91,838 3.0% 14,32,03,679 4,32,96,146 3.0% 16,43,81,157 4,70,76,603 2.9%

1 Id-data l-aktar reċenti mill-2015.

2 Għall-Ingilterra, id-data l-aktar reċenti mill-2015.

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq id-data tal-Kummissjoni Ewropea.

Anness II

Data prinċipali rigward l-implimentazzjoni tal-ESPGs fl-2016

Stat Membru ESPG kollha ESPG deżinjati ġewwa ż-żoni Natura 2000 ESPG deżinjati lil hinn miż-żoni Natura 2000
(ha) (bħala % tal-bwar permanenti kollha) (ha) (bħala % tal-ESPG kollha) (bħala % tal-bwar permanenti ġewwa ż-żoni N2000) (ha) (bħala % tal-ESPG kollha) (bħala % tal-bwar permanenti lil hinn miż-żoni N2000)
BE 14,640 3% 11,152 76% 21% 3,488 24% 1%
BG 4,25,491 33% 4,25,491 100% 100% 0 0% 0%
CZ 4,16,962 43% 1,38,737 33% 101% 2,78,225 67% 33%
DK 9,547 5% 9,547 100% 18% 0 0% 0%
DE 5,43,674 12% 5,43,674 100% 57% 0 0% 0%
ET 687 0% 687 100% 2% 0 0% 0%
IE 30,175 1% 30,175 100% 92% 0 0% 0%
EL 4,58,258 22% 4,58,258 100% 103% 0 0% 0%
ES 24,92,436 31% 24,92,436 100% 121% 0 0% 0%
HR 76,487 12% 76,487 100% 105% 0 0% 0%
IT 12,67,973 38% 10,50,647 83% 121% 2,17,326 17% 0%
CY 740 40% 740 100% 95% 0 0% 0%
LV 9,703 1% 3,762 39% 6% 5,941 61% 1%
LT 66,313 12% 66,313 100% 100% 0 0% 0%
LU 6,526 10% 3,025 46% 35% 3,501 54% 6%
HU 4,60,145 65% 4,60,145 100% 92% 0 0% 0%
NL 48,984 6% 48,984 100% 95% 0 0% 0%
AT 24,795 2% 24,795 100% 9% 0 0% 0%
PL 2,56,825 8% 2,56,825 100% 41% 0 0% 0%
RO 6,79,522 15% 6,79,522 100% 88% 0 0% 0%
SL 20,850 7% 20,850 100% 28% 0 0% 0%
SK 1,42,239 27% 1,42,239 100% 95% 0 0% 0%
FI 3,143 10% 3,143 100% 111% 0 0% 0%
SE 49,058 11% 49,058 100% 104% 0 0% 0%
UK 5,80,112 5% 5,61,491 97% 47% 18,621 3% 0%
TOTAL għall-UE* 80,85,285 16% 75,58,183 93% 84% 5,27,102 7% 1%
Stat Membru il-bwar permanenti kollha bwar permanenti ġewwa ż-żoni Natura 2000 bwar permanenti lil hinn miż-żoni Natura 2000
(ha) (ha) (bħala % tal-bwar permanenti kollha) (ha) (bħala % tal-bwar permanenti kollha)
BE 4,86,600 54,212 11% 4,32,388 89%
BG 12,71,320 4,26,348 34% 8,44,972 66%
CZ 9,60,080 1,37,384 14% 8,22,696 86%
DK 1,95,480 53,544 27% 1,41,936 73%
DE 46,20,980 9,58,000 21% 36,62,980 79%
ET 3,24,560 36,725 11% 2,87,835 89%
IE 39,15,770 32,933 1% 38,82,837 99%
EL 21,02,380 4,43,996 21% 16,58,384 79%
ES 79,62,040 20,53,279 26% 59,08,761 74%
HR 6,18,070 73,126 12% 5,44,944 88%
IT 33,16,430 8,69,545 26% 24,46,885 74%
CY 1,850 777 42% 1,073 58%
LV 6,54,260 62,634 10% 5,91,626 90%
LT 5,60,100 66,557 12% 4,93,543 88%
LU 66,900 8,573 13% 58,327 87%
HU 7,02,720 4,99,692 71% 2,03,028 29%
NL 7,73,090 51,451 7% 7,21,639 93%
AT 12,96,270 2,69,414 21% 10,26,856 79%
PL 32,06,310 6,22,927 19% 25,83,383 81%
RO 43,98,350 7,69,100 17% 36,29,250 83%
SL 2,84,780 73,909 26% 2,10,871 74%
SK 5,18,340 1,49,651 29% 3,68,689 71%
FI 30,670 2,834 9% 27,836 91%
SE 4,48,650 47,325 11% 4,01,325 89%
UK 1,07,91,520 11,98,646 11% 95,92,874 89%
TOTAL għall-UE* 4,95,07,520 89,62,582 18% 4,05,44,938 82%

* Din it-tabella ma tinkludix lil Franza u lill-Portugall, minħabba nuqqas ta’ data kompleta, u lil Malta, li ma għandhiex bwar permanenti.

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq id-data tal-Kummissjoni Ewropea.

Anness III

Data prinċipali rigward l-implimentazzjoni tal-EFAs fl-2016

Stat Membru raba’ taħt l-obbligu tal-EFA EFA meħtieġa:
5 % tar-raba’ taħt l-obbligu tal-EFA
l-EFAs kollha ddikjarati EFAs iddikjarati f’livell ogħla mill-minimu meħtieġ EFAs produttivi
l-EFAs produttivi kollha li minnhom
(ha) (bħala % tal-EFAs kollha ddikjarati) għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu għelejjel intermedji
(ha) (ha) (ha) (%) (ha) (bħala % tal-EFAs kollha ddikjarati) (ha) (bħala % tal-EFAs kollha ddikjarati)
BE 7,06,984 35,349 53,315 51% 49,223 92% 1,746 4% 47,438 89%
BG 29,92,629 1,49,631 2,10,043 40% 1,09,760 52% 91,013 32% 18,227 9%
CZ 23,96,918 1,19,846 1,78,209 49% 1,64,840 92% 1,32,623 72% 32,196 18%
DK 21,06,321 1,05,316 1,08,850 3% 77,348 71% mhux magħżula 76,298 70%
DE 1,07,38,721 5,36,936 6,81,520 27% 3,92,623 58% 1,20,662 16% 2,71,360 40%
ET 3,99,630 19,981 39,807 99% 29,852 75% 29,852 65% mhux magħżula
IE 3,17,777 15,889 39,117 146% 5,210 13% 4,401 12% 784 2%
EL 6,72,977 33,649 1,11,797 232% 53,492 48% 53,492 51% mhux magħżula
ES 93,37,789 4,66,889 14,97,885 221% 4,96,942 33% 4,96,942 33% mhux magħżula
HR 5,23,344 26,167 73,255 180% 55,714 76% 51,466 72% 4,239 6%
IT 33,52,576 1,67,629 3,07,295 83% 2,28,102 74% 2,27,851 72% mhux magħżula
CY 61,862 3,093 9,123 195% 2,983 33% 2,983 24% mhux magħżula
LV 8,26,932 41,347 81,369 97% 33,743 41% 31,726 30% 2,017 2%
LT 21,03,701 1,05,185 2,51,038 139% 1,88,796 75% 1,82,463 56% 5,349 2%
LU 47,818 2,391 3,668 53% 2,738 75% 957 29% 1,782 49%
HU 33,48,571 1,67,429 2,98,598 78% 2,04,897 69% 1,48,305 45% 56,366 19%
MT 91 5 17 264% 14 84% 14 60% mhux magħżula
NL 5,82,736 29,137 60,378 107% 59,503 99% 3,821 7% 55,675 92%
AT 3,05,859 15,293 20,837 36% 13,647 65% 10,174 54% 3,394 16%
PL 57,91,052 2,89,553 4,08,652 41% 3,56,890 87% 1,97,531 49% 1,58,858 39%
PT 4,05,779 20,289 38,882 92% 7,521 19% 7,521 15% mhux magħżula
RO 51,03,229 2,55,161 3,83,267 50% 3,80,281 99% 2,72,468 68% 1,07,788 28%
SL 70,803 3,540 5,705 61% 5,391 94% 4,357 43% 1,034 18%
SK 12,20,965 61,048 89,208 46% 56,227 63% 46,945 55% 9,113 10%
FI 4,13,588 20,679 27,312 32% 7,297 27% 7,296 25% mhux magħżula
SE 13,79,908 68,995 1,18,308 71% 51,091 43% 36,014 29% 13,897 12%
UK 47,95,556 2,39,778 4,97,274 107% 1,90,481 38% 1,78,624 34% 11,839 2%
TOTAL għall-UE* 6,00,04,114 30,00,206 55,94,727 86% 32,24,604 58% 23,41,247 39% 8,77,653 16%
Stat Membru EFAs mhux produttivi
l-EFAs kollha mhux produttivi li minnhom
(ha) (bħala % tal-EFAs kollha ddikjarati) art li titħalla tistrieħ karatteristiċi tal-pajsaġġ
(ha) (bħala % tal-EFAs kollha ddikjarati) (ha) (bħala % tal-EFAs kollha ddikjarati)
BE 4,205 8% 1,629 3% 1,791 3%
BG 1,08,047 51% 1,05,239 50% 1,740 1%
CZ 13,370 8% 10,638 6% 2,361 1%
DK 32,564 30% 25,693 24% 969 1%
DE 2,63,565 39% 1,81,275 27% 74,855 11%
ET 9,954 25% 8,987 23% 968 2%
IE 34,177 87% 555 1% 30,896 79%
EL 58,305 52% 58,152 52% 55 0%
ES 10,09,038 67% 9,69,662 65% mhux magħżula
HR 17,550 24% 11,241 15% 677 1%
IT 84,716 28% 79,758 26% 2,117 1%
CY 6,140 67% 5,806 64% 224 2%
LV 47,626 59% 46,101 57% 1,525 2%
LT 69,617 28% 68,575 27% 58 0%
LU 930 25% 165 5% 528 14%
HU 93,927 31% 83,008 28% 7,011 2%
MT 3 16% 3 16% 0 0%
NL 881 1% mhux magħżula 875 1%
AT 7,269 35% 7,182 34% 8 0%
PL 52,262 13% 32,134 8% 8,723 2%
PT 31,361 81% 29,578 76% 233 1%
RO 3,011 1% mhux magħżula 2,524 1%
SL 328 6% 328 6% mhux magħżula
SK 33,150 37% 30,787 35% 2,070 2%
FI 20,012 73% 20,011 73% 0 0%
SE 68,397 58% 62,111 52% 5,107 4%
UK 3,06,822 62% 1,94,966 39% 71,744 14%
TOTAL għall-UE* 23,77,228 46% 20,33,582 39% 2,17,060 5%

* Din it-tabella ma tinkludix lil Franza, minħabba nuqqas ta’ data kompleta.

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq id-data tal-Kummissjoni Ewropea.

Risposta tal-Kummissjoni

Sommarju eżekuttiv

IV

Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, l-ekoloġizzazzjoni għandha l-potenzjal li ttejjeb il-prestazzjoni ambjentali u klimatika tal-PAK meta wieħed iqabbel mal-perjodu qabel l-introduzzjoni tagħha. Pereżempju, l-obbligu li tiġi stabbilita erja b’fokus ekoloġiku (EFA) fuq perċentwal tar-raba’ huwa ġdid. Il-protezzjoni ta’ bwar permanenti fil-livell nazzjonali jew reġjonali ġiet imsaħħa bir-restrizzjoni tal-marġni għall-konverżjoni ta’ dawn il-mergħat.

Kumplessivament, l-ekoloġizzazzjoni tapplika għal impriżi li jirrappreżentaw sehem kbir miż-żona agrikola (77 % fl-2016). Barra minn hekk, fir-rapporti tagħha dwar l-ekoloġizzazzjoni, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li kien hemm lok għal titjib fl-implimentazzjoni u ġew adottati għadd ta’ bidliet regolatorji kemm biex kemm jissimplifikaw il-funzjonament tal-iskema u wkoll biex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħha. Pereżempju, mill-2018, se tapplika projbizzjoni fuq l-użu tal-pestiċidi f’EFAs, li tirrappreżenta titjib sinifikanti fil-prestazzjoni ambjentali tal-ekoloġizzazzjoni.

V

L-ekoloġizzazzjoni tikkostitwixxi forma ta’ appoġġ għall-introjtu diżakkoppjat li jippremja lill-bdiewa għall-provvista ta’ beni pubbliċi bażiċi. F'dan ir-rigward, l-ekoloġizzazzjoni, li hija pagament standardizzat, tvarja minn miżuri agroambjentali u klimatiċi aktar immirati u ambizzjużi li jikkumpensaw għall-kostijiet li jokkorru u għal telf tal-introjtu meta mqabbla mar-rekwiżiti tal-linja bażi. Il-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni li huwa standardizzat biex l-amministrazzjoni tkun aktar sempliċi mhuwiex mistenni jirrifletti la l-kost tal-bdiewa u lanqas il-valur tal-benefiċċji ambjentali u klimatiċi bażiċi mistennija. Is-sehem tal-pagamenti diretti involuti (30 % flimkien ma’ penali possibbli sa 7,5 % tal-pagamenti diretti) jaġixxi bħala deterrent effettiv. Bis-saħħa tas-sehem sinifikanti ta’ pagamenti diretti u tan-natura mandatorja ta’ dan il-pagament, il-prattiki tal-ekoloġizzazzjoni huma implimentati minn kważi kull bidwi soġġett għall-obbligi tal-ekoloġizzazzjoni, biex b'hekk jiżguraw adozzjoni wiesgħa tal-prattiki.

VI

Il-Fehim tal-Kummissjoni dwar deadweight ma jikkunsidrax il-bidliet imposti mill-ekoloġizzazzjoni fuq il-prattiki tal-bdiewa iżda jikkunsidra wkoll il-konservazzjoni tal-prattiki u tal-erjas eżistenti (eż. raba' mistrieħ, protezzjoni ta’ sisien tal-ħaxix, meded art ta’ lqugħ, eċċ.) li huma ta’ benefiċċju għall-ambjent u għall-klima. Dan huwa partikolarment il-każ għax il-fatturi esterni jżidu t-tendenza attwali lejn l-intensifikazzjoni u l-ispeċjalizzazzjoni tal-produzzjoni. L-opinjoni tal-Kummissjoni hija li jekk nikkunsidraw ukoll dan l-effett tal-ekoloġizzazzjoni, id-deadweight imsemmi mill-QEA ikun aktar limitat. Il-potenzjal tal-ekoloġizzazzjoni li ttejjeb il-prestazzjoni ambjentali tal-PAK jinsab ukoll fl-erja koperta minn obbligi ta’ ekoloġizzazzjoni fejn dawn il-bidliet jew il-konservazzjoni ta’ prattiki benefiċjali eżistenti għandhom jiġu osservati mill-bdiewa.

VIII

L-ewwel punt: Filwaqt li l-Kummissjoni taċċetta sostanzjalment ir-Rakkomandazzjoni 1, f’dan l-istadju ma tinsabx f’pożizzjoni li tieħu impenji speċifiċi fir-rigward tal-proposti leġiżlattivi għall-perjodu ta’ wara l-2020 u għad-data ta’ implimentazzjoni mmirata. Madankollu, diġà bdiet il-ħidma biex tkompli tiġi żviluppata l-loġika ta’ intervent ta' istrumenti ambjentali u ta' dawk relatati mal-klima tal-PAK, inkluża l-ekoloġizzazzjoni.

It-tieni punt: Il-Kummissjoni taċċetta l-ewwel sentenza tar-Rakkomandazzjoni 2 u diġà qed tagħmel rieżami tal-implimentazzjoni tal-PAK attwali fid-dawl tal-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni għall-PAK ta’ wara l-2020. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni diġà ħarġet żewġ rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-ekoloġizzazzjoni fl-2016 u fl-2017.

Filwaqt li l-Kummissjoni taċċetta l-bqija tar-Rakkomandazzjoni 2 fis-sustanza tagħha, f’dan l-istadju ma tinsabx f’pożizzjoni li tieħu impenji speċifiċi fir-rigward tal-proposti leġiżlattivi għall-perjodu ta’ wara l-2020 u għad-data ta’ implimentazzjoni mmirata.

Osservazzjonijiet

Ara t-tweġiba komuni tal-Kummissjoni għall-paragrafu 16 a) u b) u l-Kaxxa 2:

L-objettiv tal-ekoloġizzazzjoni huwa li titjieb il-prestazzjoni ambjentali tal-PAK. Dan huwa maħsub li jinkiseb permezz ta’ tliet rekwiżiti li jkopru l-objettivi ambjentali u klimatiċi tal-bijodiversità (prinċipalment mal-EFA), is-sekwestru tal-karbonju (prinċipalment bil-protezzjoni ta’ bwar permanenti) u l-ħamrija (prinċipalment bid-diversifikazzjoni tal-għelejjel). Ovvjament, l-ekoloġizzazzjoni timmira biss li tikkontribwixxi għat-titjib tas-sitwazzjoni rigward dawn l-isfidi ambjentali u klimatiċi. Fir-rigward tal-kejl tar-riżultat tal-ekoloġizzazzjoni lejn l-objettiv tiegħu, indikatur rilevanti huwa dak tal-erja koperta b’mill-anqas obbligu wieħed ta’ ekoloġizzazzjoni u l-mira hija li din l-erja tiġi massimizzata. Kif enfasizzat mill-QEA, huwa diffiċli li jiġu stabbiliti miri u li jitkejjel il-kontribut speċifiku tal-ekoloġizzazzjoni għal kull sfida ambjentali u klimatika minħabba d-diversi fatturi esterni u interni involuti.

Kaxxa 2 – Bijodiversità u ħamrija: nuqqas ta’ ċarezza dwar fejn ninsabu u fejn nixtiequ nkunu Ħamrija

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “L-Istrateġija Tematika għall-Protezzjoni tal-Ħamrija” tibqa’ l-aktar qafas tal-UE komprensiv li jindirizza diversi forom ta’ degradazzjoni tal-ħamrija. Mill-2006, sar ħafna progress permezz ta’ pilastri nonleġiżlattivi inkluż l-integrazzjoni tal-protezzjoni tal-ħamrija fil-politiki tal-UE, b’mod partikolari fil-PAK. Fin-nuqqas tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-ħamrija (il-proposta tad-Direttiva qafas dwar il-Ħamrija (COM(2006)231) ġiet irtirata wara tmien snin minħabba minoranza li timblokka fil-Kunsill), sa issa ma hemm l-ebda mira speċifika dwar il-ħamrija fil-livell tal-UE. Ittieħdu diversi azzjonijiet, bħat-twaqqif ta’ Grupp Espert tal-UE dwar il-Protezzjoni tal-Ħamrija, biex jindirizzaw l-impenji tas-seba’ Programm ta' Azzjoni Ambjentali u biex jirriflettu l-inizjattiva l-ġdida dwar il-ħamrija fil-livell tal-UE. Skont inventarju ppubblikat reċentement tal-politika tal-ħamrija fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri1 il-protezzjoni tal-ħamrija għadha mifruxa f’diversi strumenti ta’ politika.

19

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 16 a), b) u l-Kaxxa 2 kif ukoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 20.

(b)

L-impatti jridu jiġu osservati tul diversi snin u jirriżultaw mill-effett ikkombinat ta’ diversi fatturi, inkluż, fost l-oħrajn, l-impatt mistenni tal-EFA.

20

Filwaqt li l-kwantifikazzjoni preċiża tal-benefiċċji ambjentali mistennija ma ġietx stabbilita fil-Valutazzjoni tal-Impatt, l-objettivi ta’ kull rekwiżit tal-ekoloġizzazzjoni ġew definiti fiż-żmien tal-adozzjoni mill-Kummissjoni. L-erja b'fokus ekoloġiku kienet intiża primarjament biex ittejjeb il-bijodiversità, il-protezzjoni tal-bwar permanenti mmirata primarjament lejn is-sekwestru tal-karbonju, u d-diversifikazzjoni tal-għejjel (b’mod simili għan-newba tal-għelejjel li ġiet prevista inizjalment) kellha l-għan li tiġi preservata l-kwalità tal-ħamrija. Għal ċerti prattiki, l-objettivi kienu appoġġati minn litteratura xjentifika eżistenti, partikolarment għad-diversifikazzjoni tal-għelejjel u għall-bwar permanenti. Id-diskussjonijiet sussegwenti komplew jiżviluppaw dak li kienet maħsuba tikseb l-ekoloġizzazzjoni, għalkemm mhux f’termini kwantifikati.

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafi 23 u 24:

L-ekoloġizzazzjoni hija appoġġ għall-introjtu diżakkopjat li jippremja lill-bdiewa għall-provvista ta’ beni pubbliċi ambjentali u klimatiċi. F’dan ir-rigward l-ekoloġizzazzjoni, li hija pagament standardizzat, tvarja minn miżuri agroambjentali u klimatiċi aktar immirati u ambizzjużi li jikkompensaw għall-kostijiet li jirrikorru u għall-introjtu li ntilef meta mqabbla mar-rekwiżiti bażiċi. Il-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni li huwa standardizzat biex l-amministrazzjoni tkun aktar sempliċi mhuwiex mistenni jirrifletti la l-kost tal-bdiewa u lanqas il-valur tal-benefiċċji ambjentali u klimatiċi bażiċi mistennija. Is-sehem tal-pagamenti diretti involuti (30 % flimkien ma’ penali possibbli sa 7,5 % tal-pagamenti diretti) jaġixxi bħala deterrent effettiv. Bis-saħħa tas-sehem sinifikanti tal-pagamenti diretti, u n-natura mandatorja ta’ dan il-pagament, il-prattiki ta' ekoloġizzazzjoni huma implimentati minn kważi kull bidwi soġġett għall-obbligi tal-ekoloġizzazzjoni, li jiżgura adozzjoni wiesgħa tal-prattiki.

25

Peress li l-ekoloġizzazzjoni, flimkien ma’ strumenti ta’ politika oħrajn, tikkontribwixxi biex jinkisbu l-objettivi ambjentali ġenerali, bħal titjib fil-materja organika tal-ħamrija, fil-protezzjoni tal-pajsaġġi jew fil-kwalità tal-ilma, ikun diffiċli ħafna li l-valur ekonomiku speċifiku tal-benefiċċji ambjentali u klimatiċi mistennija li jirriżultaw mill-ekoloġizzazzjoni jiġu iżolati għal dawn l-objettivi ġenerali.

(e)

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 16.

It-tweġiba komuni tal-Kummissjoni għall-paragrafi 29 sa 31:

F’dak li jikkonċerna l-bidliet fil-prattiki, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għadd ta’ impriżi affettwati huwa l-aħjar indikatur tal-impatt tal-introduzzjoni tal-ekoloġizzazzjoni. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-ekoloġizzazzjoni kienet tinvolvi bidliet għal 13 % tal-impriżi fir-rigward tad-diversifikazzjoni tal-għelejjel u 37 % tal-impriżi fir-rigward tal-EFAs2. L-impatti ambjentali ta’ dawn il-bidliet f’termini tal-erjas huma diffiċli li jiġu vvalutati peress li huma mistennija riżultati benefiċjali mhux biss fuq il-parti speċifika tal-art fejn il-bidliet okkorrew iżda fuq erja akbar. Dawn l-impatti jiddependu fuq il-prattiki benefiċjali mwettqa.

Ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 34.

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafi 32 u 33:

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-perċentwal tal-erja koperta minn tal-anqas wieħed mill-obbligi ta’ ekoloġizzazzjoni hija indikazzjoni rilevanti tal-potenzjal ta’ ekoloġizzazzjoni biex titjieb il-prestazzjoni ambjentali tal-PAK. Fil-fatt dan jirrifletti l-erja li fiha r-rekwiżiti kollha tal-ekoloġizzazzjoni japplikaw b’mod komplimentari u f’sinerġija, jiġifieri ma’ miżuri oħrajn bħall-KAAT U l-AECM. L-impatt ambjentali u klimatiku finali tal-ekoloġizzazzjoni naturlament jiddependi wkoll fuq l-ambizzjoni tar-rekwiżiti li japplikaw f’dawn l-oqsma (bħaż-żieda tal-erja b’fokus ekoloġiku minn 5 % għal 7 %) iżda l-aspett kwantitattiv, jiġifieri l-erja kkonċernata, huwa importanti ħafna għall-eżitu finali. Fl-2016, l-azjendi soġġetti għal obbligu wieħed jew aktar ta’ ekoloġizzazzjoni koprew 77 % tat-total taż-żona agrikola. Indikaturi oħrajn għal aktar obbligi ta’ ekoloġizzazzjoni jintużaw ukoll għall-monitoraġġ tal-ekoloġizzazzjoni, pereżempju l-perċentwal tal-oqsma tal-EFA fuq art li tinħadem (bbażat fuq erjas tal-EFA ddikjarati mill-bdiewa). Indikaturi bħal dawn huma indikati f’dettall fir-rapporti kollha disponibbli dwar l-ekoloġizzazzjoni, jiġifieri d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni u r-rapport dwar l-EFA tal-2017 lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew.

Barra minn hekk, l-obbligi tal-ekoloġizzazzjoni ma għandhomx neċessarjament l-objettiv li jibdlu l-prattiki agrikoli (ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 34).

34

Skont kif tifhem il-Kummissjoni, id-deadweight ma jikkunsidrax biss il-bidliet imposti mill-ekoloġizzazzjoni fuq il-prattiki agrikoli iżda jikkunsidra wkoll il-konservazzjoni ta’ prattiki benefiċjali u erjas eżistenti, partikolarment fil-każ fejn fatturi esterni jżidu t-tendenza li tkun intensifikata l-produzzjoni (eż. biex jitnaqqsu l-bwar permanenti u l-art mistrieħa). Pereżempju, għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni, ir-rekwiżit tal-EFA ma jinvolvix neċessarjament il-ħolqien ta’ karatteristiċi ġodda jew ta’ erja ekoloġika f’kull azjenda agrikola fejn dawn jeżistu diġà fil-livell mitlub. Madankollu, l-ekoloġizzazzjoni tipproteġi u tippromwovi dawn il-karatteristiċi u l-erjas, u b’hekk tevita l-qerda tagħhom minħabba l-intensifikazzjoni. Jekk dan jiġi kkunsidrat, l-effett deadweight iddikkjarat mill-QEA ikun aktar limitat.

39

Bdiewa organiċi kkunsidrati bħala “ekoloġiċi b'definizzjoni” jipprovdu beni pubbliċi lil hinn mill-beni pubbliċi pprovduti mill-ekoloġizzazzjoni. Bdiewa żgħar huma eżenti mill-obbligi tal-ekoloġizzazzjoni minħabba l-ħtieġa tas-simplifikazzjoni u l-konsiderazzjoni tal-kostijiet-benefiċċji. Madankollu, l-erja kkonċernata mill-Iskema għall-Bdiewa Żgħar hija limitata (7 % tal-erja b’pagamenti diretti).

45

Il-protezzjoni ta’ bwar permanenti ambjentalment sensittivi (ESPG-environemetally sensitive permanent grassland) hija mmirata primarjament lejn Natura 2000, li tinkludi l-erjas l-aktar prezzjużi fir-rigward tal-bijodiversità.

46

Filwaqt li l-objettiv ġenerali tal-protezzjoni ta’ bwar permanenti huwa l-ippreservar tal-istokk tal-karbonju, l-objettiv tal-protezzjoni tal-kategorija speċifika ta’ bwar permanenti ambjentalment sensittivi (ESPG) huwa l-ippreservar tal-bijodiversità u li jikkontribwixxi biex jilħaq status ta’ konservazzjoni tajjeb ta’ ħabitats tal-bwar imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva 92/43/KEE, speċijiet imsemmija fl-Anness II li jiddependendu fuq il-ġestjoni tal-bwar u speċijiet ta’ għasafar protetti mid-Direttiva 2009/147/KE f’Erja Protetta Speċjali li fiha l-bwar. Fil-fatt, hemm rabta qawwija ma’ xi regoli li jinsabu fid-Direttivi dwar l-Għasafar u dwar il-Ħabitats. Għalhekk, fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni attwali, l-immirar aħjar għandu primarjament jikkonċerna l-bijodiversità.

48

L-għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu u għelejjel tat-titwiq huma EFAs importanti iżda l-art mistrieħa, li hija erja mhux produttiva, hija t-tieni tip ta’ EFA l-aktar importanti bi 38 % tal-erja EFA fl-2015. Peress li l-art mistrieħa hija ta’ benefiċċju għall-ambjent u l-klima meta jiġu stabiliti rekwiżiti xierqa ta’ ġestjoni, l-importanza ta’ dan it-tip ta’ EFAs x’aktarx ittejjeb il-valur miżjud tal-EFAs.

50

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-aħħar modifika tal-Att Delegat3 li ġġib kjarifiki tal-prattiki ta’ ġestjoni bħall-projbizzjoni tal-perstiċidi fuq EFAs produttivi jew l-ispeċifikazzjoni aħjar tal-perjodu minimu għall-kopertura tal-pjanti hija pass ‘il quddiem sinifikanti lejn it-titjib tal-istatus ta’ bijodiversità ta’ dawn l-erjas. Għalhekk, fl-erjas ikkonċernati, dawn il-bidliet għandhom itejbu b’mod sinifikanti r-rekwiżiti ta’ ġestjoni tal-EFAs.

54

Il-Kummissjoni tissorvelja b’mod attiv l-implimentazzjoni tal-ekoloġizzazzjoni mill-Istati Membri u tieħu passi fuq l-implimentazzjoni inkorretta tar-regoli tal-UE. Madankollu, hemm limitu għall-kapaċitajiet ta’ valutazzjoni tal-Kummissjoni, li ma tinsabx f’pożizzjoni li tivvalida fid-dettall jekk dawn l-għażliet humiex ambjentalment rilevanti f’sitwazzjonijiet nazzjonali jew lokali speċifiċi.

57

Il-kontinwità hija waħda mill-fatturi importanti tal-appoġġ agroambjentali klimatiku. L-implimentazzjoni ta’ skemi tajbin li jipprovdu riżultati għal żmien itwal minn perjodu ta’ programmazzjoni wieħed tippermetti l-fortifikazzjoni tal-provvista tar-riżultati.

Għalkemm wieħed jistenna li l-introduzzjoni tal-ekoloġizzazzjoni tista’ żżid l-ambizzjoni ambjentali ta’ miżuri agroambjentali, dan ma għandux jimmaterjalizza f’kull każ. L-ewwel nett, l-ekoloġizzazzjoni mhijiex parti mill-linja bażi għall-miżuri agroambjentali klimatiċi. Dawn il-miżuri jridu jevitaw il-ħlas għal azzjonijiet li huma komuni mal-ekoloġizzazzjoni (li de facto jitlob li l-livell ta’ ambizzjoni jiżdied sabiex tiġi proposta żieda fil-primjum) iżda azzjonijiet mhux renumerati bħal dawn xorta jistgħu jkunu parti mill-miżura. It-tieni nett, partikolarment fil-każ ta’ impenji li jikkonċernaw id-diversifikazzjoni tal-għelejjel, l-impatt tal-ekoloġizzazzjoni jista’ jinstab aktar faċilment peress li biex jinżamm l-appoġġ, diversifikazzjoni bħal din għandha tkun aktar ambizzjuża minn dak mitlub mill-ekoloġizzazzjoni.

58

Il-Kummissjoni tikkunsidra li r-riskju ta’ trikkib bejn l-ekoloġizzazzjoni u l-kundizzjonalità u bejn l-ekoloġizzazzjoni u l-miżuri ambjentali taħt l-iżvilupp rurali huma indirizzati b’mod xieraq permezz ta’ regoli regolatorji. Fil-każ tal-aħħar, it-trikkib bejn l-ekoloġizzazzjoni u l-impenji agroambjentali klimatiċi ma huwiex eskluż mill-qafas ġuridiku sakemm l-appoġġ għall-istess prattika jiġi pprovdut darba biss, jiġfieri jiġi evitat il-finanzjament doppju.

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafi 59 u 60:

Ir-riskju ta’ trikkib bejn l-ekoloġizzazzjoni u l-kundizzjonalità msemmi mill-QEA huwa indirizzat permezz ta’ regoli regolatorji. Il-karatteristiċi jew il-prattiki meħtieġa taħt il-kundizzjonalità fi Stati Membri differenti jifformaw minflok il-linja bażi għal prattiki tal-ekoloġizzazzjoni stabbiliti fil-livell tal-UE. Pereżempju, għelejjel tat-titwiq bi speċi waħda huma possibilment meħtieġa taħt il-kundizzjonalità iżda jistgħu jgħoddu bħala EFA biss jekk tiżdied speċi oħra mat-taħlita għall-għalla tat-titwiq. Għalhekk, iż-żewġ strumenti jaħdmu f’sinerġija, il-kundizzjonalità tifforma r-regoli statutorji u l-EFA tippromwovi impatt ambjentali aħjar.

66

Ir-rieżami tal-ekoloġizzazzjoni kien parti mis-simplifikazzjoni tal-PAK fil-kuntest tal-eżerċizzju REFIT tal-Kummissjoni għall-2016. Dan wieġeb għall-impenn li għamlet il-Kummissjoni fid-dikjarazzjoni tagħha tat-2 ta’ April 2014 sabiex wara sena esperjenza, jiġu kkunsidrati l-piż amministrattiv, l-impatt fuq il-kundizzjonijiet ugwali u l-impatt fuq il-potenzjal tal-produzzjoni fil-livell tal-UE. F’Ġunju 2016, ġie rilaxxat id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni4.

Fuq il-bażi tar-rieżami, is-servizzi ta’ DĠ AGRI żviluppaw sett ta’ proposti ta’ simplifikazzjoni konkreti. Huma jifformaw pakkett bilanċjat li jipprovdi rfinar tar-regoli attwali, speċjalment għall-EFAs, biex jagħmilha aktar faċli li jinftiehmu u jiġu implimentati mill-bdiewa u l-amministraturi.

Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ressqet Att Delegat (li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 639/2014). Dan it-test ġie adottat miż-żewġ koleġiżlaturi u ġie ppubblikat fit-30 ta’ Ġunju 20175.

Tlettax -il miżura se jaġġustaw il-kundizzjonijiet ta’ ġestjoni u jagħtu inċentiva lill-bdiewa biex jiddikjaraw karatteristiċi ta’ pajsaġġi u biċċiet art ta’ lqugħ. Pereżempju:

  • Xi kategoriji ġew magħquda flimkien u r-rekwżiti assoċjati ġew simplifikati meta ċerti karatteristiċi ta’ pajsaġġi EFA u biċċiet art ta' lqugħ kienu simili ta’ xulxin. Dan se jevita l-konfużjoni u s-sorsi tal-iżbalji.
  • Ġew introdotti xi flessibilitajiet fuq id-dimensjoni massima stabbilita u fuq il-lokazzjoni tal-karatteristiċi tal-pajsaġġi, u dan se jippermetti b’mod speċjali kopertura akbar ta’ tipi ta’ EFA bħal sisien tal-ħaxix u ġmiem madwar l-għelieqi.
  • Xi kundizzjonijiet tneħħew meta kien diffiċli li jiġu ġġustifikati f’termini ta’ benefiċċji ambjentali bħal obbligi li jintużaw għelejjel li jassimiliaw in-nitroġenu bħala għelejjel puri.

Għandu jiġi enfasizzat li l-għan ta’ xi emendi huwa li jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tal-politika u jtejbu l-kredibilità ġenerali tal-Ekoloġizzazzjoni tal-2013 tal-pagamenti diretti.

Dan jinkludi tul ta’ żmien minimu għal xi elementi bħal għelejjel tat-titwiq u art mistrieħa u projbizzjoni ġenerali fuq l-użu tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti fuq erja kkultivata kwalifikata bħala EFA. Il-projbizzjoni tirrifletti l-objettiv tal-pagament: l-użu ta’ perstiċidi ma jistax jiġi kkunsidrat kompatibbli mal-preservazzjoni u l-iżvilupp tal-bijodivesità fuq dak li jammonta għal 5 % biss tar-raba’.

67

Sabiex l-Istati Membri jiġu appoġġati biex jimplimentaw l-ekoloġizzazzjoni, mill-2015 ġew adottati diversi miżuri ta’ simplifikazzjoni fir-regolamenti jew fil-linji gwida. Rigward il-qasam tal-EFA, il-bidliet ewlenin jikkonċernaw:

  • is-simplifikazzjoni tal-kriterji tad-daqs għal ċerti elementi u l-possibilità li tintuża l-erja (eż. meded ta' art ta’ lqugħ, ġmiem madwar l-għelieqi);
  • il-fatt li t-tip u l-post jistgħu jiġu modifikati mill-bidwi sa ċertu punt wara l-applikazzjoni għall-għajnuna;
  • il-possibilità li mhux l-EFA potenzjali permanenti kollha trid tkun immapjata fis-saff tal-EFA;
  • il-flessibilità mogħtija biex issir distinzjoni bejn sisien tal-ħaxix jew meded imsaġġra u siġar allinjati kif ukoll l-immerġjar ta’ tipi ta’ EFA;
  • il-kjarifika ta’ definizzjonijiet (distakki bejn sisien tal-ħaxix jew meded imsaġġra);
  • l-aċċettazzjoni ta’ karatteristiċi ta’ pajsaġġi li jmissu ma’ xulxin li jinsabu madwar roqgħa agrikola.
Kaxxa 5 – Il-piż tqil assoċjat mal-istabbiliment tas-saff tal-EFA

Fl-2015, jiġifieri l-ewwel sena tal-implimentazzjoni tal-ekoloġizzazzjoni, il-Kummissjoni emendat il-linji gwida dwar is-saff tal-EFA biex tiċċara li l-EFAs kollha ddikjarati mill-bdiewa u li huma stabbli matul iż-żmien iridu jiġu identifikati fis-saff tal-EFA, u mhux neċessarjament l-EFAs potenzjali kollha.

69

Ara r-risposta tal-Kummissjoni għall-paragrafu 54.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

73

Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, l-ekoloġizzazzjoni għandha l-potenzjal ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali u klimatika tal-PAK meta mqabbel mal-perjodu qabel l-introduzzjoni tagħha. Pereżempju, l-obbligu li jkun hemm erja b’fokus ekoloġiku (EFA) fuq perċentwal tar-raba’ huwa ġdid. Il-protezzjoni tal-bwar permanenti fil-livell nazzjonali jew reġjonali ġiet imsaħħa billi ġie limitat il-marġni ta’ konverżjoni ta’ dawn il-mergħat. Kumplessivament, l-ekoloġizzazzjoni tapplika għal impriżi li jirrappreżentaw sehem kbir miż-żona agrikola (77 % fl-2016). Barra minn hekk, fir-rapporti tagħha dwar l-ekoloġizzazzjoni, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li kien hemm lok għal titjib fl-implimentazzjoni u ġew adottati għadd ta’ bidliet regolatorji kemm biex kemm jissimplifikaw il-funzjonament tal-iskema u wkoll biex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħha. Pereżempju, mill-2018 se tapplika projbizzjoni fuq l-użu tal-pestiċidi fuq l-EFAs, li tirrappreżenta titjib sinifikanti fil-prestazzjoni ambjentali tal-ekoloġizzazzjoni.

77

L-ekoloġizzazzjoni hija appoġġ għall-introjtu diżakkopjat li jippremja lill-bdiewa għall-provvista ta’ beni pubbliċi ambjentali u klimatiċi. F'dan ir-rigward, l-ekoloġizzazzjoni, li hija pagament standardizzat, tvarja minn miżuri agroambjentali u klimatiċi aktar immirati u ambizzjużi li jikkumpensaw għall-kostijiet li jokkorru u għal telf tal-introjtu meta mqabbla mar-rekwiżiti tal-linja bażi. Il-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni li huwa standardizzat biex l-amministrazzjoni tkun aktar sempliċi mhuwiex mistenni jirrifletti la l-kost tal-bdiewa u lanqas il-valur tal-benefiċċji ambjentali u klimatiċi bażiċi mistennija. Is-sehem tal-pagamenti diretti involuti (30 % flimkien ma’ penali possibbli sa 7,5 % tal-pagamenti diretti) jaġixxi bħala deterrent effettiv. Bis-saħħa tas-sehem sinifikanti ta’ pagamenti diretti u tan-natura mandatorja ta’ dan il-pagament, il-prattiki tal-ekoloġizzazzjoni huma implimentati minn kważi kull bidwi soġġett għall-obbligi tal-ekoloġizzazzjoni, biex b'hekk jiżguraw adozzjoni wiesgħa tal-prattiki.

78

Fil-fehim tal-Kummissjoni, id-deadweight ma jikkunsidrax biss il-bidliet imposti fuq il-prattiki tal-bdiewa mill-ekoloġizzazzjoni iżda jikkunsidra wkoll il-preservazzjoni tal-prattiki u tal-erjas eżistenti (jiġifieri art mistrieħa, il-protezzjoni tas-sisien tal-ħaxix, meded ta’ art ta’ lqugħ, eċċ.) li huma ta’ benefiċċju għall-ambjent u għall-klima. Dan huwa partikolarment il-każ għax fatturi esterni jżidu t-tendenza attwali lejn l-intensifikazzjoni u l-ispeċjalizzazzjoni tal-produzzjoni. L-opinjoni tal-Kummissjoni hija li jekk nikkunsidraw ukoll dan l-effett tal-ekoloġizzazzjoni, id-deadweight imsemmi mill-QEA ikun aktar limitat. Il-potenzjal tal-ekoloġizzazzjoni li ttejjeb il-prestazzjoni ambjentali tal-PAK jinsab ukoll fl-erja koperta minn obbligi ta’ ekoloġizzazzjoni fejn dawn il-bidliet jew il-konservazzjoni ta’ prattiki benefiċjali eżistenti għandhom jiġu osservati mill-bdiewa.

79

It-tfassil ta’ miżuri tal-ekoloġizzazzjoni fil-leġiżlazzjoni tal-UE huwa kompromess bejn ir-riżultati ambjentali mistennija u r-restrizzjonijiet li jridu jiġu imposti lill-bdiewa u lill-amministrazzjonijiet nazzjonali. F’dan ir-rigward, id-diversifikazzjoni tal-għelejjel ġiet preferuta mir-rotazzjoni tal-għelejjel minħabba r-restrizzjonijiet tal-ġestjoni, in-nomina tal-ESPG torbot ma’ xi rekwiżiti ta’ Natura 2000 b’objettiv ta’ bijodiversità u tipi ta’ EFA inklużi elementi produttivi sabiex jiġi evitat impatt strett iżżejjed fuq il-potenzjal tal-produzzjoni. Wara l-ewwel sena ta’ implimentazzjoni tal-ekoloġizzazzjoni, il-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba, bdiet il-bidliet meħtieġa biex tissimplifika u ttejjeb ir-riżultati ambjentali tal-ekoloġizzazzjoni. Dan jinkudi speċjalment projbizzjoni tal-pestiċidi fuq tipi ta’ EFA produttivi.

80

Ara r-risposta tal-Kummissjoni għall-paragrafu 54.

Rakkomandazzjoni 1

Filwaqt li l-Kummissjoni taċċetta r-Rakkomandazzjoni 1 fis-sustanza tagħha, f’dan l-istadju ma tinsabx f’pożizzjoni li tieħu impenji speċifiċi fir-rigward ta’ proposti leġiżlattivi għall-perjodu ta’ wara l-2020 u għad-data ta’ implimentazzjoni mmirata. Madankollu, diġà bdiet il-ħidma biex tkompli tiġi żviluppata l-loġika ta’ intervent ta' istrumenti ambjentali u ta' dawk relatati mal-klima tal-PAK, inkluża l-ekoloġizzazzjoni.

Rakkomandazzjoni 2

Il-Kummissjoni taċċetta l-ewwel sentenza tar-Rakkomandazzjoni 2 u diġà qed tagħmel rieżami u tieħu stokk tal-implimentazzjoni tal-PAK attwali fid-dawl tal-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni għall-PAK ta’ wara l-2020. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni diġà ħarġet żewġ rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-ekoloġizzazzjoni fl-20166 u l-20177.

Filwaqt li l-Kummissjoni taċċetta l-bqija tar-Rakkomandazzjoni 2 fis-sustanza tagħha, f’dan l-istadju ma tinsabx f’pożizzjoni li tieħu impenji speċifiċi fir-rigward tal-proposti leġiżlattivi għall-perjodu ta’ wara l-2020 u għad-data ta’ implimentazzjoni mmirata.

Glossarju u abbrevjazzjonijiet

Azjenda agrikola: farm, jiġifieri l-art u l-annimali kollha li jinsabu fit-territorju tal-istess Stat Membru, immaniġġjat minn bidwi wieħed (li jista’ jkun persuna fiżika jew ġuridika, jew grupp ta’ tali persuni) u użat għal attivitajiet agrikoli.

DĠ AGRI: id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali.

DĠ CLIMA: id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Azzjoni Klimatika.

DĠ ENV: Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Ambjent.

EFA: Erjas b'Fokus Ekoloġiku. Art fuq azjendi agrikoli li tkun iddedikata għal prattiki jew karatteristiċi speċifiċi li jkunu ta’ benefiċċju għall-ambjent. Taħt l-ekoloġizzazzjoni, l-azjendi agrikoli ġeneralment iridu jiddedikaw mill-inqas 5 % tar-raba’ tagħhom għall-EFAs.

Effett deadweight: Sitwazzjoni fejn attività ssussidjata jew proġett issussidjat kien jitwettaq kompletament jew parzjalment mingħajr l-għajnuna pubblika.

ESPG: Bwar permanenti li huma ambjentalment sensittivi. Irqajja' art ta’ bwar permanenti, primarjament dawk li jinsabu ġewwa ż-żoni Natura 2000, u li l-Istati Membri jkunu ddeżinjaw minħabba l-importanza tagħhom għall-bijodiversità, b’mod partikolari għal speċijiet u ħabitats ta’ bwar protetti. Taħt l-ekoloġizzazzjoni, dawn l-irqajja' art huma protetti mill-konverżjoni għal użu ieħor jew mill-ħrit.

JRC: Ċentru Konġunt tar-Riċerka. Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea.

KAAT: Kundizzjoni Agrikola u Ambjentali Tajba. Terminu kollettiv għal ġabra ta’ standards bażiċi, applikabbli taħt il-kundizzjonalità, li jiddefinixxi kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba tal-art.

Kundizzjonalità: Sistema li torbot il-biċċa l-kbira mill-pagamenti taħt il-PAK ma’ ġabra ta’ standards bażiċi biex jiżgura l-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (KAAT) tal-art kif ukoll ċerti obbligi, magħrufa bħala rekwiżiti statutorji tal-immaniġġjar (SMRs). L-SMRs huma ddefiniti fil-leġiżlazzjoni rispettiva tal-UE dwar l-ambjent, it-tibdil fil-klima, is-saħħa pubblika u s-saħħa tal-annimali u tal-pjanti, kif ukoll it-trattament xieraq tal-annimali.

Natura 2000: L-akbar netwerk ekoloġiku koerenti ta' żoni ta' konservazzjoni fid-dinja, li jkopri 18 % tal-art madwar l-UE, kif ukoll żoni marittimi sostanzjali.

Pagamenti diretti: Għajnuna li tingħata direttament lill-bdiewa biex tipprovdilhom xibka ta’ sikurezza. Prinċipalment, dawn jieħdu l-forma ta’ appoġġ għall-introjtu bażiku, li ma jkunx marbut mal-produzzjoni. Huma jgħinu biex jistabbilizzaw l-introjtu tal-bdiewa li jirriżulta mill-bejgħ fis-swieq, li huwa suġġett għall-volatilità. Il-pagamenti diretti jsiru mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija, li spiss jissejjaħ il-“Pilastru 1” tal-PAK.

PAK: Politika Agrikola Komuni. Il-ġabra ta’ leġiżlazzjoni u prattiki li ġew adottati mill-Unjoni Ewropea biex jipprovdu politika komuni u unifikata dwar l-agrikoltura. Il-miżuri inizjali ġew introdotti fl-1962. Minn dak iż-żmien ’il hawn, din il-politika ġiet adottata u żviluppata, u għaddiet minn għadd ta’ riformi.

Pilastru I tal-PAK: Parti mill-Politika Agrikola Komuni li tinkludi pagamenti diretti lill-bdiewa u miżuri tas-suq.

Pilastru II tal-PAK: Parti mill-Politika Agrikola Komuni li tinkludi miżuri ta’ żvilupp rurali.

SMR: Rekwiżiti Statutorji tal-Immaniġġjar. Terminu kollettiv għal ġabra ta’ obbligi ddefiniti fil-leġiżlazzjoni rispettiva tal-UE dwar l-ambjent, it-tibdil fil-klima, is-saħħa pubblika u s-saħħa tal-annimali u tal-pjanti, kif ukoll it-trattament xieraq tal-annimali, u applikabbli taħt il-kundizzjonalità.

UE: l-Unjoni Ewropea.

Żvilupp rurali: Politika tal-UE, komunement imsejħa l-Pilastru II tal-PAK, li tindirizza l-ħtiġijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali taż-żoni rurali tal-UE. Il-pagamenti għall-iżvilupp rurali jsiru mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, b’kofinanzjament mill-Istati Membri.

Noti finali

1 Il-PAK hija kondiviża f’żewġ pilastri: Il-Pilastru I jinkludi l-pagamenti diretti lill-bdiewa u l-miżuri ta’ intervent fis-suq. Huwa kompletament iffinanzjat mill-baġit tal-UE. Il-Pilastru II ikopri l-miżuri ta’ żvilupp rurali, li huma kofinanzjati mill-Istati Membri.

2 Dawn l-impatti ambjentali negattivi tal-agrikoltura jinkludu d-degradazzjoni u l-erożjoni tal-ħamrija, it-tniġġis tal-ilma, l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u t-telfien tal-bijodiversità.

3 L-isem uffiċjali sħiħ ta’ din l-iskema ġdida ta’ appoġġ huwa “pagament għal prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent”.

4 Il-Premessa 37 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).

5 COM(2011) 625 final tat-12.10.2011.

6 Il-Premessa 41 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

7 Il-Premessa 42 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

8 Il-Premessa 44 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

9 Il-Premessa 22 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

10 KUMM(2006) 231 finali tat-22.9.2006.

11 COM(2008) 30 final tat-23.1.2008, “20 20 by 2020 Europe's climate change opportunity” (20 għal darbtejn sal-2020 - L-opportunità li t-tibdil fil-klima toffri lill-Ewropa).

12 COM(2014) 15 final tat-22.1.2014 "Qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija fil-perjodu ta' bejn l-2020 u l-2030 (Qafas għall-2030 dwar il-Klima u l-Enerġija)".

13 KUMM(2011) 112 finali tat-8.3.2011, “Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050”. Il-Kunsill Ewropew u l-Parlament Ewropew approvaw dan l-approċċ propost mill-Kummissjoni fi Frar 2013 u f'Marzu 2013 rispettivament.

14 KUMM(2011) 244 finali tat-3.5.2011.

15 COM(2015) 478 final u SWD(2015) 187 final tat-2.10.2015.

16 KUMM(2006) 216 final tat-22.5.2006.

17 B’kuntrast man-nefqa għall-iżvilupp rurali, li għaliha dawn il-miri fil-fatt jeżistu.

18 OECD Compendium of Agri-environmental Indicators (Kompendju tal-OECD dwar l-Indikaturi Agroambjentali), OECD Publishing, 2013.

19 Data tal-Eurostat, http://ec.europa.eu/eurostat/tgm/table.do?tab=table&init=1&language=en&pcode=tsdnr100&plugin=

20 Landscape Infrastructure and Sustainable Agriculture (LISA), Report on the investigation in 2014 (L-Infrastruttura tal-Pajsaġġi u l-Agrikoltura Sostenibbli (LISA), Rapport dwar l-investigazzjoni fl-2014), Lulju 2015. Proġett immaniġġjat minn Dr Rainer Oppermann, Richard Bleil, Anja Eirich u Julian Lüdemann tal-Institute for Agroecology and Biodiversity (IFAB) f’Mannheim.

21 http://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/LUCAS_-_Land_use_and_land_cover_survey

22 Arwyn Jones et al (JRC); CAPRESE-SOIL: CArbon PREservation and SEquestration in agricultural soils, Options and implications for agricultural production (Preservazzjoni u Sekwestru tal-Karbonju fil-ħamrija agrikola, Possibbiltajiet u implikazzjonijiet għall-produzzjoni agrikola), ir-Rapport finali, 2013.

23 The State of Soil in Europe, A contribution of the JRC to the EEA’s Environmental State and Outlook Report (L-Istat tal-Ħamrija fl-Ewropa, Kontribut tal-JRC għar-Rapport tal-EEA dwar l-Istat u l-Prospetti Ambjentali) – SOER 2010; 2012.

24 SEC(2011) 1153 final/2 tal-20.10.2011.

25 Kaley Hart, The Fate of Green Direct Payments in the CAP Reform Negotiations, in The Political Economy of the 2014-2020 Common Agricultural Policy: An Imperfect Storm (Id-Destin tal-Pagamenti ta’ Ekoloġizzazzjoni Diretti fin-Negozjati tar-Riforma tal-PAK, fl-Ekonomija Politika tal-Politika Agrikola Komuni 2014-2020: Mhux ix-Xenarju tal-Agħar Każ Possibbli).

26 KUMM(2011) 500 finali tad-29.6.2011 “Baġit għall-Ewropa 2020”.

27 Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-7/8 ta’ Frar 2013 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (EUCO 37/13).

28 Ġeneralment, il-pagamenti diretti lill-bdiewa, inkluża l-ekoloġizzazzjoni, mhumiex suġġetti għal-loġika li jingħata kumpens għall-ispejjeż imġarrba u l-introjtu mitluf, li tapplika għall-pagamenti għall-iżvilupp rurali.

29 Louhichi, K., Ciaian, P., Espinosa, M., Perni, A., Gomez y Paloma, S., “Economic Impacts of CAP greening: An application of an EU-wide Individual Farm Model for CAP analysis (IFM-CAP)” (Impatti Ekonomiċi tal-ekoloġizzazzjoni taħt il-PAK: Applikazzjoni ta’ Mudell għal Azjenda Agrikola Individwali li japplika għall-UE kollha, biex issir analiżi tal-PAK (IFM-PAK), European Review of Agricultural Economics, għad irid jiġi ppubblikat, 2017.

30 Gocht, A., Ciaian, P., Bielza, M., Terres, J. M., Röder, N., Himics, M., Salputra, G., “Economic and environmental impacts of CAP greening: CAPRI simulation results” (Impatti ekonomiċi u ambjentali tal-ekoloġizzazzjoni taħt il-PAK: riżultati tas-simulazzjoni CAPRI), EUR 28037 EN, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, il-Kummissjoni Ewropea, 2016, doi:10.2788/452051.

31 Id-differenza fl-effett tal-ekoloġizzazzjoni taħt il-PAK fuq l-introjtu, kif irriżulta fiż-żewġ studji, hija dovuta għad-differenzi fil-mudelli applikati. L-ewwel studju juża mudell tas-suq (CAPRI), li jieħu inkunsiderazzjoni l-effett tal-ekoloġizzazzjoni relatat fuq il-prezzijiet, filwaqt li t-tieni studju juża mudell tal-biedja (IFM-PAK), li ma jiħux inkunsiderazzjoni l-effetti tal-politika relatati fuq il-prezzijiet.

32 TEEB – The Economics of Ecosystems and Biodiversity for National and International Policy Makers (L-Ekonomija tal-Ekosistemi u l-Bijodiversità għal Dawk li Jfasslu l-Politika Nazzjonali u Internazzjonali) – proġett ospitat mill-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent u appoġġat mill-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll minn bosta gvernijiet Ewropej.

33 SEC(2006) 620.

34 Ciaian, P. u S. Gomez y Paloma, “The Value of EU Agricultural Landscape” (Il-Valur tal-Pajsaġġ Agrikolu tal-UE), id-Dokumenti ta' Ħidma tal-JRC EUR 24868 EN, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, il-Kummissjoni Ewropea, 2011, doi:10.2791/60382.

35 SWD(2016) 218 final, kif aġġornat minn SWD(2017) 121 final.

36 Din id-differenza bejn il-perċentwal tal-azjendi agrikoli u l-perċentwal tal-art agrikola tirriżulta mill-fatt li l-biċċa l-kbira mill-eżenzjonijiet jikkonċernaw azjendi li huma aktar żgħar peress li dawn, minkejja li huma numerużi, kollettivament jirrappreżentaw erja limitata. Addizzjonalment, ħafna mill-azjendi li huma l-aktar żgħar, huma kompletament barra mis-sistema tal-PAK – u għalhekk ma jitolbu l-ebda forma ta’ għajnuna diretta.

37 Ir-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (ĠU C 322, 28.9.2017).

38 Dawn ir-riżultati huma bbażati fuq kampjun ta’ 145 azjenda agrikola li nżaru fil-kuntest tad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni annwali tagħna. Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni li nkisbet mill-applikazzjonijiet għall-għajnuna, mir-rekords tal-azjendi agrikoli u mill-intervisti mal-bdiewa.

39 Ir-riżultati tagħna, espressi bħala perċentwali ta’ azjendi agrikoli fil-kampjun, mhumiex indikatur tal-perċentwali ta’ azjendi fil-popolazzjoni kumplessiva ta’ benefiċjarji tal-ekoloġizzazzjoni. Dan huwa minħabba li aħna slitna l-kampjun tagħna bl-użu ta’ kampjunar minn unitajiet monetarji, li huwa metodoloġija maħsuba biex tipproduċi riżultati li huma statistikament rappreżentattivi f’termini ta’ perċentwali tal-infiq, mhux ta’ perċentwali tal-benefiċjarji. Madankollu, ir-riżultati tagħna jistgħu jservu bħala approssimazzjoni raġonevoli tas-sitwazzjoni f’termini ta’ perċentwali tal-art, minħabba li l-pagamenti diretti huma ġeneralment proporzjonali għad-daqs tal-azjenda agrikola. Fatturi li jnaqqsu l-preċiżjoni ta’ din l-approssimazzjoni jinkludu varjazzjonijiet fir-rata tal-għajnuna għal kull ettaru u varjazzjonijiet fil-perċentwal ta’ raba’ fl-azjendi agrikoli.

40 Il-paragrafu 7.56 tar-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (ĠU C 322, 28.9.2017).

41 Għad-diversifikazzjoni tal-għelejjel, il-perċentwal massimu tar-raba’ li fuqu seta’ jkun hemm il-ħtieġa li tinbidel il-prattika agrikola kien limitat għal 25 % (fejn bidwi li kien jikkultiva għalla waħda ddiversifika fl-2015 biex jikkonforma mal-limitu massimu ta’ 75 % ta’ għalla prinċipali stabbilita taħt l-ekoloġizzazzjoni). Ir-riżultat tagħna huwa taħt il-25 % għax ħafna mill-azjendi agrikoli li kellhom jintroduċu aktar diversifikazzjoni tal-għelejjel, b’riżultat tal-ekoloġizzazzjoni, kienu diġà qed jikkultivaw aktar minn għalla waħda fl-2014.

42 Għall-EFAs, il-perċentwal massimu tar-raba’ li fuqu seta’ jkun hemm il-ħtieġa li tinbidel il-prattika agrikola kien limitat għal 5 % (fejn bidwi mingħajr EFAs fl-2014 introduċa EFAs ġodda fuq l-azjenda agrikola sabiex jissodisfa r-rekwiżit ta’ 5 % ta’ għalla prinċipali stabbilita taħt l-ekoloġizzazzjoni fl-2015). Ir-riżultat tagħna huwa taħt il-5 % għax ħafna mill-azjendi agrikoli li kellhom jintroduċu aktar EFAs, b’riżultat tal-ekoloġizzazzjoni, diġà kellhom xi erjas li kienu jikkwalifikaw bħala EFAs fl-2014.

43 Fl-analiżi tagħna ppreżentata fir-Rapport Annwali 2016, aħna ħallejna barra dan l-aħħar pass (jiġifieri l-konverżjoni tal-perċentwali ta’ raba’ f’perċentwali tal-art agrikola kollha). Fil-paragrafu 7.56, aħna kkonkludejna li l-bidliet pożittivi kienu jammontaw għal 3.5 % tar-raba’. Dan jaqbel mar-riżultati intermedjarji ppreżentati fil-Figura 5 (2 % tar-raba’ għad-diversifikazzjoni tal-għelejjel + 1.5 % tar-raba’ għall-EFAs = 3.5 %).

44 Louhichi, K., Ciaian, P., Espinosa, M., Perni, A., Gomez y Paloma, S., “Economic Impacts of CAP greening: An application of an EU-wide Individual Farm Model for CAP analysis (IFM-CAP)” (Impatti Ekonomiċi tal-ekoloġizzazzjoni taħt il-PAK: Applikazzjoni ta’ Mudell għal Azjenda Agrikola Individwali li japplika għall-UE kollha, biex issir analiżi tal-PAK (IFM-PAK), European Review of Agricultural Economics, għad irid jiġi ppubblikat, 2017.

45 It-total tal-istimi għal prattiki individwali ma jaqbilx mat-total tal-art riallokata minħabba l-ekoloġizzazzjoni. Dan għaliex ċerti prattiki agrikoli jistgħu jitiesu taħt aktar minn rekwiżit wieħed ta’ ekoloġizzazzjoni. Eż. l-erja li fuqha hemm għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu tista; titqies taħt l-obbligu tal-EFA iżda wkoll taħt l-obbligu tad-diversifikazzjoni tal-għelejjel.

46 It-terminu “deadweight” jiddeskrivi sitwazzjonijiet fejn il-fondi pubbliċi (f’dan il-każ: il-pagament ta' ekoloġizzazzjoni) jitħallsu lil benefiċjarju (f’dan il-każ: bidwi) għal beni pubbliċi (f’dan il-każ: prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-ambjent) li kienu jiġu pprovduti xorta waħda li kieku l-appoġġ pubbliku ma ngħatax, għaliex ikunu parti mill-attività normali tal-benefiċjarju jew ikunu meħtieġa bil-liġi (f’dan il-każ: il-kundizzjonalità).

47 Aktar minn 9 % kemm fl-2015 kif ukoll fl-2016, ara wkoll l-Anness III.

48 Mill-10.6 miljun azjenda agrikola tal-UE li kienu rreġistrati fl-Istħarriġ tal-Istruttura tal-Azjendi Agrikoli 2013, imwettaq mill-Eurostat, madwar 3.4 miljun persuna (32 %) ma jibbenefikawx minn għajnuniet diretti taħt il-PAK. Dawn l-azjendi agrikoli jkopru madwar 19.3 miljun ettaru, jiġifieri 11 % tal-erja agrikola totali tal-UE.

49 L-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, li l-UE hija membru tagħha, tittratta r-regoli tal-kummerċ bejn in-nazzjonijiet. Dawn ir-regoli jipprojbixxu, jew jillimitaw, sussidji pubbliċi li joħolqu distorsjoni tal-kummerċ. Fl-agrikoltura, is-sussidji li jitqiesu li ma jagħmlux dan għandhom it-tendenza li jkunu “diżakkoppjati” mill-produzzjoni, jiġifieri ma jkunux relatati ma’ għalla speċifika.

50 Il-Belġju (il-Fjandri), ir-Repubblika Ċeka, l-Italja, il-Latvja, il-Lussemburgu u r-Renju Unit (Wales).

51 Ecological Focus Area choices and their potential impacts on biodiversity (Għażliet ta’ Erjas b’Fokus Ekoloġiku u l-impatti potenzjali tagħhom fuq il-bijodiversità) minn Evelyn Underwood u Graham Tucker, Institute for European Environmental Policy, Novembru 2016. u Adding Some Green to the Greening: Improving the EU’s Ecological Focus Areas for Biodiversity and Farmers (Inżidu ftit Ekoloġija mal-Ekoloġizzazzjoni: Titjib tal-Erjas b'Fokus Ekoloġiku fl-UE għall-Bijodiversità u għall-Bdiewa), Guy Pe’er et al, Conservation letters, Journal of the Society for Conservation Biology, Diċembru 2016.

52 Arwyn Jones et al (JRC); “CAPRESE-SOIL: CArbon PREservation and SEquestration in agricultural soils, Options and implications for agricultural production, ir-Rapport finali, 2013.

53 COM(2017) 152 final tad-29.3.2017.

54 Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1155 tal-15 ta’ Frar 2017 li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 fejn jidħlu l-miżuri tal-kontroll relatati mal-kultivazzjoni tal-qanneb, ċerti dispożizzjonijiet dwar il-pagament ekoloġiku, il-pagament għall-bdiewa żgħażagħ fil-kontroll ta' persuna ġuridika, il-kalkolu tal-ammont għal kull unità fil-qafas tal-appoġġ akkoppjat volontarju, il-frazzjonijiet ta' intitolamenti għal pagament u ċerti rekwiżiti ta' notifika relatati mal-Iskema ta' Pagament Uniku Skont l-Erja u mal-Appoġġ Akkoppjat Volontarju, u li jemenda l-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 167, 30.6.2017, p. 1).

55 Meta jiddeċiedu dwar id-deżinjazzjoni ta’ ESPGs, l-Istati Membri għandhom diskrezzjoni totali rigward bwar permanenti li jinsabu lil hinn miż-żoni Natura 2000. Fir-rigward ta’ bwar permanenti ġewwa ż-żoni Natura 2000, dawn ikunu jridu jieħdu inkunsiderazzjoni l-objettivi tal-UE dwar il-protezzjoni tal-ispeċijiet u tal-ħabitats.

56 It-terminu “linja bażi”, f’dan il-kuntest, jirreferi għal-livell ta’ servizz pubbliku (f’dan il-każ: prattika agrikola li hija ta’ benefiċċju għall-ambjent) li benefiċjarju (f’dan il-każ: bidwi li jipparteċipa f’miżura ambjentali taħt l-iżvilupp rurali) huwa meħtieġ jipprovdi mingħajr rimunerazzjoni. Il-kumpens jista’ jitħallas biss għas-servizzi (l-impenji) li jmorru lil hinn minn din il-linja bażi.

57 Il-miżura agroambjentali klimatika mhijiex l-unika miżura ta’ żvilupp rurali li jista’ jkollha duplikazzjonijiet mar-rekwiżiti ta’ ekoloġizzazzjoni. Dan ir-riskju jikkonċerna wkoll tliet miżuri oħra, li huma inqas sinifikanti f’termini finanzjarji: il-biedja organika, it-tisġir, kif ukoll Natura 2000 u d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma.

58 L-Artikolu 28(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jistipula li l-linja bażi għall-miżura agroambjentali klimatika trid tkopri r-rekwiżiti relatati mal-kundizzjonalità, l-attività agrikola u l-użu ta’ fertilizzanti u ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

59 L-Artikolu 28(6) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

60 SWD(2016) 218 final tat-22.6.2016.

61 Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1155.

62 Ara wkoll ir-Rapport Speċjali Nru 25/2016 tagħna “Is-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Irqajja' tal-Art: għodda utli għad-determinazzjoni tal-eliġibbiltà ta' art agrikola – iżda l-ġestjoni tagħha tista' tittejjeb aktar” (http://eca.europa.eu).

63 Madwar 25 % tan-notifiki relatati mal-ekoloġizzazzjoni jintbagħtu tard.

64 Ir-regoli dettaljati jinsabu fir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni Nru 640/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll u l-kundizzjonijiet għar-rifjut jew l-irtirar ta’ pagamenti u penali amministrattivi applikabbli għall-pagamenti diretti, l-appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kundizzjonalità (ĠU L 181, 20.6.2014, p. 48).

65 Ara wkoll ir-Rapport Speċjali Nru 26/2016 tagħna "Iż-żieda fl-effettività tal-kundizzjonalità u l-ksib ta' simplifikazzjoni għadhom diffikultużi" (http://eca.europa.eu).

1 http://ec.europa.eu/environment/soil/pdf/Soil_inventory_report.pdf.

2 Ara Figura 5.

3 Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1155 tal-15 ta’ Frar 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 639/2014 (ĠU L 167, 30.6.2017, p. 1–15).

4 SWD(2016) 218 finali tas-22.06.2016.

5 Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1155.

6 Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar ir-rieżami ekoloġiku wara sena (SWD218 finali, p. 19).

7 Ir-Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-erja b’fokus ekoloġiku taħt l-iskema ta’ pagament dirett (SWD(2017) 121 final tad-29/03/2017).

Avveniment Data
Adozzjoni tal-APM / Bidu tal-awditu 5.10.2016
L-abbozz tar-rapport jintbagħat uffiċjalment lill-Kummissjoni (jew lil parti awditjata oħra) 28.9.2017
Adozzjoni tar-rapport finali wara l-proċedura kontradittorja 15.11.2017
Ir-risposti uffiċjali tal-Kummissjoni (jew ta’ parti awditjata oħra) riċevuti bil-lingwi kollha 29.11.2017

Tim tal-awditjar

Ir-rapporti speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditi tagħha f’dak li jirrigwarda l-politiki u l-programmi tal-UE jew suġġetti ta' ġestjoni relatati ma’ oqsma baġitarji speċifiċi. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar biex timmassimizza l-impatt tagħhom billi tqis ir-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta' introjtu jew ta' nfiq involut, l-iżviluppi li jkunu għad iridu jseħħu u l-interess politiku u pubbliku.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Awla I tal-Awditjar, li hija mmexxija minn Phil Wynn Owen, Membru tal-QEA, u li tispeċjalizza fl-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali. L-awditu tmexxa mill-Membru tal-QEA Samo Jereb, b’appoġġ minn Jerneja Vrabic, Attaché tal-kabinett; Robert Markus, Maniġer prinċipali; Michal Machowski, Kap tal-kompitu. It-tim tal-awditjar kien magħmul minn Aris Konstantinidis, Paivi Piki, Carlos Sanchez Rivero, Dainora Venckeviciene u Krzysztof Zalega.

Mix-xellug għal-lemin: Aris Konstantinidis, Paivi Piki, Robert Markus, Michal Machowski, Samo Jereb, Dainora Venckeviciene, Jerneja Vrabic.

Kuntatt

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors

Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).

Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2017

PDFISBN 978-92-872-8704-5ISSN 1977-5741doi:10.2865/740112QJ-AB-17-021-MT-N
HTMLISBN 978-92-872-8663-5ISSN 1977-5741doi:10.2865/998074QJ-AB-17-021-MT-Q

© L-Unjoni Ewropea, 2017

Għal kull użu jew riproduzzjoni ta’ ritratti jew materjal ieħor li ma jaqax taħt id-drittijiet tal-awtur tal-Unjoni Ewropea, irid jintalab il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.

KIF TIKKUNTATTJA LILL-UE

Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f’dan is-sit: http://europa.eu/contact

Bit-telefown jew bil-posta elettronika
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:

  • bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
  • fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew
  • bil-posta elettronika permezz: http://europa.eu/contact

KIF ISSIB TAGĦRIF DWAR L-UE

Onlajn
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: http://europa.eu

Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tniżżel mill-internet jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li xi wħud minnhom huma bla ħlas u xi oħrajn bil-ħlas, mill-EU Bookshop fl-indirizz li ġej: http://publications.europa.eu/eubookshop. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tal-informazzjoni lokali tiegħek (ara http://europa.eu/contact).

Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1951 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: http://eur-lex.europa.eu

Dejta Miftuħa mill-UE
Il-portal tad-Dejta Miftuħa mill-UE (http://data.europa.eu/euodp) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-dejta mill-UE. Id-dejta tista’ titniżżel mill-internet u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.