L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jippubblika kuljum il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE (24 meta jkun meħtieġ l-Irlandiż).
Mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika tal-ĠU (ĠU-e) hi awtentika u għandha effetti legali (ir- Regolament (UE) Nru 216/2013).
Kull sena, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jipproduċi diversi pubblikazzjonijiet fil-kuntest tal-politika u l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE u entitajiet oħra u jagħmilhom disponibbli f’format stampat jew elettroniku.