Publications Office of the EU
Legal notices: Copyright - Dwar l-uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet
Dockbar
avviżi legali - avviż dwar id-drittijiet tal-awtur 2024

Avviż dwar id-drittijiet tal-awtur

© Unjoni Ewropea, 2019-2024.

Il-kontenut editorjali ta’ dan is-sit web, li hu proprjetà tal-UE, hu liċenzjat taħt il-liċenzja internazzjonali Creative Commons Attribution 4.0.(external link). Dan ifisser li inti tista’ terġa’ tużah sakemm tirrikonoxxi s-sors u tindika l-bidliet li tkun għamilt.

Il-biċċa l-kbira tal-pubblikazzjonijiet fuq dan is-sit web huma disponibbli liberament, ħafna minnhom taħt il-liċenzji tal-Creative Commons, u jistgħu jiġu ddawnlowdjati u jiġu riprodotti dment li jiġi rikonoxxut is-sors. Jekk tixtieq terġa’ tużahom, jekk jogħġbok iċċekkja l-avviżi rispettivi tagħhom dwar id-drittijiet tal-awtur.

L-użu ta’ elementi (eż. test, ritratti, stampi, graphs, eċċ.) soġġetti għal drittijiet ta’ proprjetà intellettwali ta’ partijiet terzi jeħtieġ l-awtorizzazzjoni minn qabel mis-sid tad-drittijiet tal-awtur. Għandu mnejn għandek bżonn ukoll li tiċċara drittijiet addizzjonali jekk ċertu kontenut juri individwi privati identifikabbli.

Jekk jogħġbok innota li l-pubblikazzjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew huma soġġetti għar-regoli speċifiċi inklużi fil-link li ġej.

Software jew dokumenti koperti minn drittijiet ta’ proprjetà industrijali, bħal privattivi, trademarks, disinni reġistrati, logos u ismijiet, huma esklużi mill-permessi ġenerali msemmijin hawn fuq.

L-użu ta’ ritratti murija fid-direttorju uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (EU WhoisWho) u fit-taqsima “Avvenimenti” (https://op.europa.eu/web/about-us/events) huwa wkoll soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel.

Jekk tixtieq terġa’ tuża kontenut speċifiku disponibbli fuq is-siti web tal-EUR-Lex, European Data, EU Tenders jew CORDIS, jekk jogħġbok ikkonsulta l-avviżi rispettivi tagħhom dwar id-drittijiet tal-awtur fil-links ipprovduti.

Jekk teħtieġ aktar informazzjoni dwar kwistjonijiet tad-drittijiet tal-awtur, inklużi l-kundizzjonijiet li taħthom il-kontenut tas-CELLAR, u tal-EU Vocabularies jista’ jerġa’ jintuża, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq op-copyright@publications.europa.eu