Dwarna - Dwar l-uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet

Dockbar

MT - About us home - Who we are new

Missjoni Viżjoni Valuri
mission

Il-missjoni tagħna

 

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea huwa l-fornitur uffiċjali tas-servizzi ta’ pubblikazzjonijiet għall-istituzzjonijiet, għall-korpi u għall-aġenziji kollha tal-UE. F’dan il-kuntest, huwa punt ċentrali ta’ aċċess għal-leġiżlazzjoni tal-UE, għall-pubblikazzjonijiet, għad-data miftuħa, għar-riżultati tar-riċerka, għall-avviżi tal-akkwist u għal informazzjoni uffiċjali oħra.

Il-missjoni tiegħu hija li jappoġġa l-politiki tal-UE u jiżgura li din il-firxa wiesgħa ta’ informazzjoni tkun disponibbli għall-pubbliku bħala data aċċessibbli u li tista’ terġa’ tintuża sabiex jiġu ffaċilitati t-trasparenza, l-attività ekonomika u t-tixrid tal-għarfien.

 
vision

Il-viżjoni tagħna

 

Unjoni Ewropea infurmata tajjeb, li tingħata s-setgħa mill-aċċess effettiv u f’waqtu għall-informazzjoni u għall-għarfien affidabbli, filwaqt li tibbenefika mill-opportunitajiet kollha li dan iġib għas-soċjetà u għall-ekonomija.

 

Il-valuri tagħna

 

Trasparenza

Niffaċilitaw it-trasparenza matul iċ-ċiklu tal-politika tal-istituzzjonijiet tal-UE sabiex insaħħu t-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza, ir-responsabbiltà, il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u d-demokrazija.

Fiduċja

Nistinkaw biex niżguraw li l-kontenut li nipprovdu jkun akkurat u affidabbli sabiex iċ-ċittadini jafdaw lill-UE bħala fornitur tal-informazzjoni.

Aċċessibbiltà

Nemmnu li l-aċċess għall-informazzjoni huwa dritt tal-bniedem li ċ-ċittadini kollha għandhom igawdu, irrispettivament mil-lingwa, mill-kultura, mid-diżabilità, mill-istatus soċjali, mill-post, mit-teknoloġija jew mill-mod li bih jifhmu l-informazzjoni.

Orjentazzjoni lejn is-servizz

Aħna impenjati sabiex intejbu kontinwament is-servizz tagħna kemm għall-partijiet ikkonċernati istituzzjonali, kif ukoll għaċ-ċittadini Ewropej għaliex aħna rridu nikkontribwixxu għall-proġett Ewropew bl-aħjar mod possibbli.

Who we are - EU Law and Publications website

content

EU Law and Publications website

The EU Law and Publications website offers easy access to EU law. In the future, it will expand its services and give the users a single access point to all the publications, EU law and data managed by the Publications Office.