Publications Office of the EU
Multimedia and Publications - Dwar l-uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet
Dockbar
Multimedia u Pubblikazzjonijiet

PROTEZZJONI TAD-DATA PERSONALI TIEGĦEK

Din id-dikjarazzjoni ta’ privatezza tipprovdi informazzjoni dwar
l-ipproċessar u l-protezzjoni tad-data personali tiegħek.

Operazzjoni ta’ pproċessar: Servizzi Awdjoviżivi pprovduti mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet

Kontrollur tad-Data: Unità B2 tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, “Multimedia u Pubblikazzjonijiet”

Referenza tar-rekord: DPR-EC-13869

Werrej

  1. Introduzzjoni
  2. Għaliex u kif nipproċessaw id-data personali tiegħek?
  3. Fuq liema bażi(jiet) ġuridika/ġuridiċi nipproċessaw id-data personali tiegħek?
  4. Liema data personali niġbru u nipproċessaw aktar?
  5. Għal kemm żmien inżommuha d-data personali tiegħek?
  6. Kif nipproteġu u nissalvagwardjaw id-data personali tiegħek?
  7. Min għandu aċċess għad-data personali tiegħek u lil min tiġi żvelata?
  8. X’inhuma drittijietek u kif tista’ teżerċitahom?
  9. Informazzjoni ta’ kuntatt
  10. Fejn tista’ ssib informazzjoni aktar dettaljata?

1. Introduzzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Kummissjoni”) hi impenjata li tipproteġi d-data personali tiegħek u li tirrispetta l-privatezza tiegħek. Il-Kummissjoni tiġbor u tipproċessa aktar id-data personali skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001).

Din l-istqarrija ta’ privatezza tispjega għaliex nipproċessaw id-data personali tiegħek, il-mod kif niġbru u nittrattaw id-data personali kollha li tiġi pprovduta kif ukoll kif niżguraw il-protezzjoni tagħha, kif tintuża dik l-informazzjoni, u xi drittijiet għandek b’rabta mad-data personali tiegħek. Din tispeċifika wkoll id-dettalji ta’ kuntatt tal-Kontrollur tad-Data responsabbli li miegħu tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

L-informazzjoni relatata mal-operazzjoni ta’ pproċessar “Servizzi Awdjoviżivi pprovduti mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet” imwettqa mill-unità B2, “Multimedia u Pubblikazzjonijiet” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea hi ppreżentata hawn taħt.

2. Għaliex u kif nipproċessaw id-data personali tiegħek?

Għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar: L-Unità B2, “Multimedia u Pubblikazzjonijiet” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tiġbor u tuża l-informazzjoni personali tiegħek biex tiffaċilita l-operat, il-manutenzjoni u l-immaniġġar tas-servizzi awdjoviżivi pprovduti mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.

Id-data personali tiegħek tinġabar jekk tipparteċipa fi produzzjoni awdjoviżiva mwettqa mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jew f’ismu, biex tirreġistra l-kunsens tiegħek għall-użu tal-immaġni u/jew tal-vuċi tiegħek f’tali produzzjoni. Il-ġbir tad-data personali tiegħek isir permezz ta’ mudell ta’ formola ta’ rilaxx.

Id-data personali rreġistrata tkopri atturi professjonali/atturi tal-vuċi kif ukoll ċittadini rreġistrati/iffilmjati matul l-intervisti. Tista’ tinkludi minorenni u persuni b’diżabbiltà (mentali).

Id-data personali tiegħek mhux se tintuża għal teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat inkluż it-tfassil ta’ profili.

3. Fuq liema bażi(jiet) ġuridika/ġuridiċi nipproċessaw id-data personali tiegħek?

Nipproċessaw id-data personali tiegħek, għaliex:

- l-ipproċessar ikun meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċitar ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-istituzzjoni jew lill-korp tal-Unjoni;

- jekk tiġi ffirmata formola ta’ rilaxx bejnek bħala attur/attur vokali u l-kuntrattur li jipproduċi l-materjal awdjoviżiv, l-ipproċessar hu neċessarju għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratt li inti parti minnu jew sabiex tieħu passi fuq talba tiegħek qabel ma tidħol f’kuntratt

kif ukoll

inti bħala s-suġġett tad-data (jew fil-każ ta’ minorenni, inti u l-kustodji legali) tajt il-kunsens tiegħek għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek għal fini speċifiku wieħed jew aktar.

Bażijiet ġuridiċi addizzjonali għall-ipproċessar:

Il-Mandat tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, id-Deċiżjoni 2009/496/KE, Euratom tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-26 ta’ Ġunju 2009 dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

4. Liema data personali niġbru u nipproċessaw aktar?

Sabiex titwettaq din l-operazzjoni ta’ pproċessar, l-Unità D.1 “Relazzjonijiet mal-Partijiet Ikkonċernati” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tiġbor il-kategoriji ta’ data personali li ġejjin:

  • Data personali rreġistrata bħala kontenut awdjoviżiv: reġistrazzjonijiet awdjo, viżivi u/jew awdjoviżivi tiegħek
  • Data ta’ identifikazzjoni: isem, kunjom, firma, dettalji tal-post (pajjiż jew belt ta’ residenza)

Il-forniment ta’ din id-data personali hu obbligatorju għall-parteċipazzjoni fi kwalunkwe proġett awdjoviżiv.

Peress li l-kontenut viżiv u awdjoviżiv jiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, l-ipproċessar jinvolvi dawn il-kategoriji speċjali ta’ data personali. Barra minn hekk, f’ċerti ċirkostanzi (kontenut awdjoviżiv dwar suġġetti mediċi) tista’ tinġabar data dwar is-saħħa. Aħna nipproċessaw din id-data personali biss meta nkunu ksibna l-kunsens espliċitu tiegħek fil-formola standard ta’ kunsens tal-KE.

L-ipproċessar jista’ jinvolvi wkoll data dwar suġġetti tad-data vulnerabbli (jiġifieri minorenni, u/jew persuni b’diżabbiltà):

  • Reġistrazzjonijiet ta’ ritratti, video u awdjo ta’ persuni b’diżabbiltà li jidhru fil-media awdjoviżiva;
  • Ritratti, video u reġistrazzjonijiet awdjo ta’ minorenni li jidhru fil-media awdjoviżiva
  • Ritratti, video u reġistrazzjonijiet awdjo ta’ refuġjati minn pajjiżi mhux Ewropej

Aħna nipproċessaw id-data personali ta’ minorenni u/jew persuni b’diżabbiltà mentali biss jekk inkunu ksibna l-kunsens minn qabel minn rappreżentant formali jew kustodju legali permezz tal-formola standard ta’ kunsens tal-KE għar-reġistrazzjoni awdjo u video, streaming fuq l-internet matul laqgħat, avvenimenti u konferenzi. L-ipproċessar imbagħad ikun legali skont it-tifsira tal-Artikolu 10.2 (a) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

5. Għal kemm żmien inżommuha d-data personali tiegħek?

L-Unità B2, “Multimedia u Pubblikazzjonijiet” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet iżżomm id-data personali tiegħek biss għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħaq l-iskop tal-ġbir jew tal-ipproċessar ulterjuri.

Id-data personali li tinsab fil-produzzjoni awdjoviżiva nnifisha tista’ tiġi ppreservata b’mod permanenti għal skopijiet storiċi.

6. Kif nipproteġu u nissalvagwardjaw id-data personali tiegħek?

Id-data personali kollha f’format elettroniku (emails, dokumenti, bażijiet tad-data, lottijiet tad-data applowdjati, eċċ.) tinħażen fis-servers tal-Kummissjoni Ewropea. L-operazzjonijiet ta’ pproċessar jitwettqu kollha skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta' Jannar 2017 dwar is-sigurtà tas-sistemi ta' komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea.

Sabiex tipproteġi d-data personali tiegħek, il-Kummissjoni daħħlet fis-seħħ numru ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi. Il-miżuri tekniċi jinkludu azzjonijiet xierqa biex jindirizzaw is-sigurtà online, ir-riskju ta’ telf tad-data, it-tibdil tad-data jew l-aċċess mhux awtorizzat, filwaqt li jitqies ir-riskju ppreżentat mill-ipproċessar u n-natura tad-data personali li tkun qed tiġi pproċessata. Il-miżuri organizzattivi jinkludu r-restrizzjoni tal-aċċess għad-data personali għal persuni awtorizzati biss bi ħtieġa leġittima ta’ tagħrif għall-finijiet ta’ din l-operazzjoni ta’ proċessar.

7. Min għandu aċċess għad-data personali tiegħek u lil min tiġi żvelata?

L-aċċess għad-data personali tiegħek hu pprovdut lill-persunal tal-Kummissjoni responsabbli għat-twettiq ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar u lill-persunal awtorizzat skont il-prinċipju tal-“ħtieġa ta’ tagħrif”. Tali persunal jirrispetta ftehimiet statutorji, u fejn ikun meħtieġ, ftehimiet addizzjonali ta’ kunfidenzjalità.

Barra minn hekk, il-kuntratturi li ġejjin se jipproċessaw id-data personali tiegħek:

  • Cine plus Mediaservice GmbH &Co.KG, Berlin, il-Ġermanja
  • European Service network SA (Consortium), Brussell, il-Belgium
  • Markenfilm Crossing, Hamburg, il-Ġermanja
  • Actimage S.A., il-Lussemburgu, il-Lussemburgu

L-informazzjoni li niġbru mhu se tingħata lil ebda parti terza, ħlief sal-punt u għall-iskop li nistgħu nkunu meħtieġa li nagħmlu dan bil-liġi.

8. X’inhuma drittijietek u kif tista’ teżerċitahom?

Inti għandek drittijiet speċifiċi bħala “suġġett tad-data” skont il-Kapitolu III (l-Artikoli 14-25) tar-Regolament (UE) 2018/1725, b’mod partikolari d-dritt li taċċessa, tikkoreġi jew tħassar id-data personali tiegħek u d-dritt li tillimita l-ipproċessar tad-data personali tiegħek. Jekk ikun japplika, għandek ukoll id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar jew id-dritt għall-portabbiltà tad-data.

Għandek id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek, li jitwettaq legalment skont l-Artikolu 5(1)(a).

Meta taqbel li tipprovdi d-data tiegħek inti tkun tajt il-kunsens tiegħek li l-unità B2, “Multimedia u Pubblikazzjonijiet” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tuża d-data personali tiegħek għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar. Inti tista’ tirtira l-kunsens tiegħek fi kwalunkwe ħin billi tinnotifika lill-Kontrollur tad-Data. L-irtirar mhux se jaffettwa l-legalità tal-ipproċessar imwettaq qabel ma tkun irtirajt il-kunsens.

Inti tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek billi tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, jew f’każ ta’ kunflitt lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data. Jekk hemm bżonn, tista’ tindirizza wkoll lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. L-informazzjoni ta’ kuntatt tagħhom tinsab taħt l-Intestatura 9 hawn taħt.

Jekk tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek fil-kuntest ta’ operazzjoni ta’ proċessar speċifika waħda jew aktar, fit-talba tiegħek ipprovdi d-deskrizzjoni tagħhom (jiġifieri r-referenza/i tar-Rekord tagħhom kif speċifikat fl-Intestatura 10 hawn taħt).

9. Informazzjoni ta’ kuntatt

  • Kontrollur tad-Data

Jekk tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, jew jekk għandek xi kummenti, mistoqsijiet jew tħassib, jew jekk tixtieq tressaq ilment rigward il-ġbir u l-użu tad-data personali tiegħek, jekk jogħġbok ħossok liberu li tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, l-unità B2 “Multimedia u Pubblikazzjonijiet” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, info@publications.europa.eu.

  • L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni (UPD)

Tista’ tikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (DATA-PROTECTION-OFFICER@ec.europa.eu) dwar kwistjonijiet relatati mal-ipproċessar tad-data personali tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.

  • Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS)

Għandek id-dritt tirrikorri (jiġifieri, tista’ tressaq ilment) għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (edps@edps.europa.eu) jekk jidhirlek li drittijietek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 inkisru b’riżultat tal-ipproċessar tad-data personali mill-Kontrollur tad-Data.

10. Fejn tista’ ssib informazzjoni aktar dettaljata?

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni (UPD) jippubblika r-reġistru tal-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar tad-data personali mill-Kummissjoni, li jkunu ġew dokumentati u nnotifikati lilu. Tista’ taċċessa r-reġistru bil-link li ġej: http://ec.europa.eu/dpo-register.

Din l-operazzjoni ta’ pproċessar speċifika ġiet inkluża fir-reġistru pubbliku tal-UPD bir-Rekord tar-reġistrazzjoni li ġejja: DPR-EC-13869